ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.318.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
1 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 318/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6967 – BNP Paribas Fortis/Belgacom/Belgian Mobile Wallet) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 318/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2

2013/C 318/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 318/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

2013/C 318/05

Pubblikazzjoni tal-kontravalur f'valuta nazzjonali, tat-thresholds finanzjarji espressi f'euro fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 u l-Annness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 318/06

Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 318/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7005 – Schneider Electric/Invensys) ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 318/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8

2013/C 318/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni ta' emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6967 – BNP Paribas Fortis/Belgacom/Belgian Mobile Wallet)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 318/01

Fil-11 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6967. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2013

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2013/C 318/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

fis-26 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni ressqet proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013,

il-pożizzjoni tal-Kunsill tittieħed flimkien mal-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2013 u hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-qbil dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020,

minħabba l-fatt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għall-2013 jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien, huwa ġġustifikat li jitqassar, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem previst biex il-punt jitpoġġa fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill, stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fit-30 ta' Ottubru 2013.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-qbil dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2013.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Rettifika fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.


1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2013

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2013/C 318/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

fit-3 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013,

minħabba l-fatt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 għall-baġit ġenerali għall-2013 jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien, huwa ġġustifikat li jitqassar, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem previst biex il-punt jitpoġġa fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill, stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fit-30 ta' Ottubru 2013.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Corrigendum fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Ottubru 2013

2013/C 318/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3641

JPY

Yen Ġappuniż

133,99

DKK

Krona Daniża

7,4587

GBP

Lira Sterlina

0,85020

SEK

Krona Żvediża

8,8052

CHF

Frank Żvizzeru

1,2333

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1040

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,729

HUF

Forint Ungeriż

294,89

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7030

PLN

Zloty Pollakk

4,1783

RON

Leu Rumen

4,4360

TRY

Lira Turka

2,7167

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4353

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4251

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5759

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6450

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6897

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 446,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6151

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3109

HRK

Kuna Kroata

7,6210

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 375,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,3043

PHP

Peso Filippin

58,971

RUB

Rouble Russu

43,7777

THB

Baht Tajlandiż

42,462

BRL

Real Brażiljan

2,9962

MXN

Peso Messikan

17,6733

INR

Rupi Indjan

83,8680


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/5


Pubblikazzjoni tal-kontravalur f'valuta nazzjonali, tat-thresholds finanzjarji espressi f'euro fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 u l-Annness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE

2013/C 318/05

F'konformità mal-obbligu skont l-Anness 1(B) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 u l-punt B tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE, kif emendata bid-Direttivi 96/100/KE u 2001/38/KE, it-thresholds finanzjarji applikabbl għal ċerti kategoriji ta' prodotti kulturali għandhom jiġu kkonvertiti u espressi fil-valuta nazzjonali ta‘ dawk l-Istati Membri li ma jużawx l-euro u ppubblikati f‘Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kontrovaluri elenkati hawn taħt ġew ikkalkulati abbażi tal-valur medju ta' kuljum ta' kull waħda mill-valuti kkonċernati, espressa f'euro, matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jintemm fl-aħħar jum ta' Awwissu 2013. Dawn il-valuri riveduti jidħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Ewropa

1

15 000

30 000

50 000

150 000

BGN – Lev Bulgaru

1,9558

29 337

58 674

97 790

293 370

CZK – Koruna Ċeka

25,3454

380 181

760 362

1 267 270

3 801 811

DKK – Krone Daniż

7,447864

111 718

223 436

372 393

1 117 180

GBP – Lira sterlina

0,833405

12 501

25 002

41 670

125 011

HRK Kuna Kroata

7,529151

112 937

225 875

376 458

1 129 373

HUF Forint Ungeriż

293,1897

4 397 845

8 795 691

14 659 484

43 978 453

LTL – Litas Litwana

3,4528

51 792

103 584

172 640

517 920

LVL – Lats Latvjan

0,699525

10 493

20 986

34 976

104 929

PLN – Zloty Pollakk

4,224944

63 374

126 748

211 247

633 742

RON – Leu Rumen

4,417259

66 259

132 518

220 863

662 589

SEK – Krona Żvediża

8,72674

130 901

261 802

436 337

1 309 011


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/6


Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

2013/C 318/06

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex issir reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u dannu.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri konċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal f'dan l-indirizz, European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Virga tal-wajer

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 703/2009 (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 1)

6.8.2014


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7005 – Schneider Electric/Invensys)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 318/07

1.

Fl-24 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Schneider Electric SA (“Schneider Electric”, Franza) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontrol lsħiħ tal-impriża Invensys plc (“Invensys”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-31 ta’ Lulju 2013.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Schneider Electric hija l-azzjonarja tal-grupp internazzjonali ta' kumpaniji li jfasslu, jimmanifatturaw u jbiegħu prodotti u sistemi fl-amministrazzjoni tal-enerġija, fid-distribuzzjoni tal-elettriku, fil-kontroll industrijali u fl-awtomatizzazzjoni,

Invensys topera madwar id-dinja fl-oqsma tal-elettronika u tal-inġinerija bi prodotti bħal: soluzzjonijiet għall-awtomatizzazzjoni, prodotti u tagħmir għall-awtomatizzazzjoni tal-fabbrika, prodotti għall-kontroll tal-qawwa elettrika, kontrolli u sistemi ta' kontrolli għall-bini.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7005 – Schneider Electric/Invensys, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 318/08

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“PECORINO SARDO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-01127-04.07.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi ppreċiżat kif ikun il-każ)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Jiġu ddefiniti l-parametri tekniċi u teknoloġiċi tal-ġobon “Pecorino Sardo Maturo” maħkuk. Barra minn hekk, jiġi speċifikat li l-ippakkjar tal-ġobon “Pecorino Sardo Maturo” maħkuk irid isir mill-aktar fis.

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex ikunu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, minħabba li l-kliem tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott – il-“Pecorino Sardo Maturo” jista' jintuża bħala ġobon tal-mejda u tal-ħakk - huwa ġeneriku wisq.

Tikkettar

Jiġu stabbiliti l-kundizzjonijet li jippermettu li l-logo distint tad-DPO jiġi assoċjat ma' marki privati.

Din l-applikazzjoni għal emenda tirriżulta mill-obbligu li jiġi rregolarizzat aħjar l-użu tad-Denominazzjoni Protetta f'assoċjazzjoni ma' marki privati fir-rigward ta' użi lokali, leali u kostanti.

Barra minn hekk, jiġu introdotti xi tipoloġiji ta' tqattigħ bħalma huma ġobon imqatta' biċċiet żgħar u ċatti, imfarrak, kubi żgħar, u mqatta' slajsis eċċ. Din l-applikazzjoni għal emenda hija relatata minn naħa mal-evoluzzjoni tal-għarfien tekniku u min-naħa l-oħra mal-ħtieġa li tiġi sodisfatta t-talba qawwija tal-konsumatur finali li qed tersaq dejjem aktar lejn loġika ta' self-service u tat-take away. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu pprovvduti l-prodotti li jissodisfaw din l-esiġenza ġdida u mifruxa fis-suq sabiex jinżammu t-tkabbir u l-kompetittività.

Oħrajn

L-ispeċifikazzjoni ġiet imqassma f'taqsimiet biex tkun tista' tinqara aħjar.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“PECORINO SARDO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-01127-04.07.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Pecorino Sardo”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Id-DPO “Pecorino Sardo” hija riservata għall-ġobon ta' ebusija medja magħmul esklużivament minn ħalib sħiħ tan-nagħġa, li eventwalment jiġi ttrattat bit-tisħin jew ippasturizzat, li huwa distint skont żewġ tipi: “ħelu”, b'perjodu qasir ta' maturazzjoni (20-60 jum) u “matur”, b'perjodu ta' maturazzjoni ta' mhux inqas minn xahrejn, b'forma ċilindrika u wċuħ ċatti u ġnub dritti jew kważi dritti. Id-DPO “Pecorino Sardo” ħelu għandu jkollu:

piż: bejn 1 kg u 2,3 kg;

għoli tal-ġnub: 8-10 cm;

dijametru tal-uċuħ: 15-18 cm;

qoxra: lixxa, ratba, rqiqa, bajda jew kemxejn fl-isfar;

konsistenza: bajda, ratba u tiġġebbed, kompatta u b'xi toqba żgħira 'l hemm u 'l hawn

togħma: ħelu u aromatiku jew kemxejn qares;

xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 40 %

Varjazzjonijiet bejn wieħed u ieħor tad-daqs u l-piż jiddependu mill-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni u taż-żmien tal-maturazzjoni.

Id-DPO “Pecorino Sardo” matur għandu jkollu:

piż: bejn 1,7 kg u 4 kg;

għoli tal-ġnub: 10-13 cm;

dijametru tal-uċuħ: 15-22 cm;

qoxra: lixxa, konsistenti, u jkollha kulur kemxejn safrani meta l-ġobon ikun għadu artab, u ssir tagħti fil-kannella meta l-ġobon ikun matur;

konsistenza: bajda; ratba u tiġġebbed, fil-forom rotob, iebsa u kultant daqsxejn ramlija fil-forom iktar maturi, b'tendenza li mal-maturazzjoni tisfar, kumpatta u b'xi toqba żgħira 'l hemm u 'l hawn;

togħma: pjaċevolment pikkanti;

xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 35 %

Varjazzjonijiet bejn wieħed u ieħor tad-daqs u l-piż jiddependu mill-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni u tat-tul tal-maturazzjoni.

Id-Denominazzjoni tal-Oriġini tal-ġobon Pecorino Sardo tintuża wkoll għat-tip maħkuk, li jsir mill-ġobon Pecorino Sardo tat-tip Matur li jkollu d-dritt għad-Denominazzjoni tal-Oriġini u jkun iċċertifikat f'konformità magħha. Għalhekk, l-użu tad-Denominazzjoni Pecorino Sardo hija riżervata għall-ġobon maħkuk li jkollu l-karatteristiċi tekniċi u teknoloġiċi li huma speċifikati kif ġej:

1.

xaħam fil-materja niexfa: minimu ta' 35 %

2.

maturazzjoni fiż-żona tal-produzzjoni: minimu ta' 4 xhur

3.

kontenut tal-ilma: massimu ta' 42 %

4.

addittivi: skont il-liġi

5.

karatteristiċi organolettiċi: konformi mad-definizzjonijiet stabbiliti mill-istantandard tal-produzzjoni

6.

ħxuna tal-qoxra: madwar 6 mm

7.

kwantità tal-qoxra: massimu ta' 18 %

Fil-każijiet fejn il-qoxra tkun ġiet sottoposta minn qabel għal trattamenti tal-qoxra previsti fl-ispeċifikazzjoni, din għandha titnaddaf u tingħorok kif jixraq u b'tali mod li jiġu eliminati r-residwi u t-traċċi ta' dawk it-trattamenti.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ġobon Pecorino Sardo huwa magħmul esklużivament mill-ħalib sħiħ tan-nagħġa prodott fir-Reġjun ta' Sardenja u jista' jiġi ttrattat bit-tisħin jew ippasturizzat.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-għalf tal-ovini jibbaża fil-biċċa l-kbira fuq l-użu dirett ta' mergħat naturali, artijiet bil-ħaxix frisk u bwar issupplimentata b'foraġġ u għalf ikkonċentrati.

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-proċess ta’ produzzjoni kollu (trobbija u produzzjoni ta’ ħalib, trattamenti tat-tisħin, koagulazzjoni, nofs sajran, iffurmar, skular u/jew pressjoni, tmelliħ u maturazzjoni) irid jitwettaq ġewwa ż-żona speċifikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Permezz ta' linka li tittiekel u li ma titħassarx, il-produttur jittimbra l-Logo fuq il-forom tal-ġobon “Pecorino Sardo” DPO sabiex ikunu garantiti t-traċċabbiltà u l-kontroll, fil-mument tar-rilaxx fiż-żona tal-produzzjoni.

Id-disinn tat-tikketta tal-oriġini mar-rilaxx

Image

Minħabba l-karatteristiċi tal-prodott u d-diversi fażijiet intermedji tal-ipproċessar, jista' jkun li l-marka ma tibqax tidher wara r-rilaxx tal-prodott. F'dan il-każ, it-traċċabbiltà għandha tiġi ggarantita mit-tikkettar.

Mat-tqegħid fis-suq, il-forom kollha tal-ġobon DPO “Pecorino Sardo” jistgħu jiġu identifikati miċ-ċirku ta' barra tat-tikketta.

Iċ-ċirku ta' barra tat-tikketta għandu wkoll marka li teħel biex tkompli ssaħħaħ l-identifikazzjoni tal-forom tal-ġobon “Pecorino Sardo”. Minbarra din il-marka, ikun hemm ukoll il-kelma Dolce jew Maturo li tindika t-tipoloġija tal-prodott; ir-riferimenti għal-leġiżlazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni jiġu indikati wkoll fuq in-naħa ta' ġewwa tat-tikketta u l-kodiċi alfanumeriku li jindika b'mod ċar il-ġobon individwali.

L-użu tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta f'assoċjazzjoni ma' ismijiet kummerċjali jew marki privati bl-użu ta' metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux huwa permess fuq it-tikketti u l-ippakkjar użati għat-tqegħid fis-suq jew għal skopijiet ta' bejgħ, diment li dawn ma jkollhomx għan ta' tifħir u ma jkunux maħsuba biex iqarrqu l-konsumatur. Mhi permessa l-ebda żieda ta' kwalunwe kwalifikazzjoni mad-denominazzjoni li mhijiex awtorizzata sakemm ma tkunx prevista espressivament fl-Ispeċifikazzjoni tal-Produzzjoni.

Wara li jintemm il-perjodu meħtieġ tal-maturazzjoni, il-ġobon “Pecorino Sardo” DPO jkun jista' jiġi ppakkjat f'forma sħiħa, jew f'porzjonijiet bħal pereżempju kubi żgħar, imqatta' slajsis, imfarrak, imqatta' biċċiet żgħar u ċatti jew forom simili u maħkuk. Il-forom ippakkjati msemmija hawn fuq irid ikollhom numru ta' identifikazzjoni, li jkun jagħmel parti mill-marka stampata fuq iċ-ċirku ta' barra tat-tikketta, li barra minn hekk trid tindika wkoll il-kelma Dolce jew Maturo skont it-tipoloġija tal-prodott u jiġu indikati wkoll ir-referenzi leġiżlattivi tar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni. Għall-formati l-oħra kollha, dan il-kodiċi jiġi indikat skont rekwiżiti speċifiċi. Hija permessa l-preparazzjoni minn qabel tal-prodott mhux ippakkjat, li ssir meta l-prodott jiġi ppakkjat fil-post tal-bejgħ għal bejgħ assistit u immedjat.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta' oriġini tal-ħalib, tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tad-DPO “Pecorino Sardo” tkopri t-territorju kollu tar-Regione Autonoma della Sardegna.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Sardenja hija t-tieni l-akbar gżira tal-Baħar Mediterran fir-rigward taż-żona ġeografika u tad-densità tal-popolazzjoni, iżda hija wkoll kontinent żgħir fir-rigward tad-diversità sinifikanti tal-ambjenti naturali u umani li jikkaratterizzawha.

L-ispeċifiċità tal-gżira tinsab l-aktar:

1.

fil-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi partikolari;

2.

it-tradizzjoni antika u soda tal-biedja fit-territorju.

F'dak li jikkonċerna l-punt 1, jidher li ħafna mill-aspetti naturali li għebu fil-partijiet l-oħra tal-peniżola ġew konservati f' Sardenja: kosti solitarji, muntanji, foresti, annimali rari u pjanti endemiċi. Il-klima, tipika tal-Mediterran mhix ħarxa fix-xitwa u hija sħuna fis-sajf. Il-preċipitazzjonijiet huma iktar frekwenti fit-Tramuntana tal-gżira u fuq in-naħa tal-Punent u b'mod ġenerali matul is-sena jkun hemm madwar 200 sa 230 jum ta' xemx. Barra minn hekk, il-klima tiġi kkundizzjonata b'mod partikolari mill-effetti tal-baħar u mill-irjieħ qawwijin li jonfħu regolarment fuq it-territorju f'kul staġun. Il-boskijiet ikopru madwar it-18 % tar-reġjun; fil-biċċa l-kbira, l-veġetazzjoni tal-boskijiet hija kkaratterizzata mill-preżenza tal-ballut. Fiż-żoni tal-kosta u fis-settur tal-Lvant ċentrali hemm maġġoranza ta' siġar tal-għargħar u siġar taż-żebbuġ. Fil-bqija tat-territorju nsibu ħafna għoljiet b'arbuxxelli tad-deru, taċ-ċistu, tal-imbrijagla u bosta speċijiet oħrajn ta' flora selvaġġa tipika tal-gżejjer.

Fir-rigward tal-punt 2, għandu jiġi nnutat li mill-perjodu Nuraġiku, għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tal-gżira, it-trobbija tal-ovini kien is-sors ewlieni, jekk mhux l-uniku wieħed, tad-dħul u s-settur agrikolu pastorali flimkien ma' dak tat-trasformazzjoni tal-ħalib tal-ovini għadhom sal-lum fost is-setturi ewlenin – fir-rigward tal-għadd ta' impjegati u tal-fatturat fir-realtà soċjo-ekonomika tat-territorju.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-prodott tinsab:

1.

fil-qoxra: lixxa u ratba, b'kulur kemxejn safrani meta l-ġobon ikun għadu artab, u kannella meta l-ġobon ikun matur;

2.

fil-konsistenza: bajda; ratba u tiġġebbed, fil-forom rotob, iebsa u kultant daqsxejn ramlija fil-forom iktar maturi, kumpatta jew b'xi toqba żgħira 'l hemm u 'l hawn u b'tendenza li mal-maturazzjoni tisfar;

3.

fit-togħma: ħelwa u aromatika fil-forom rotob, pjaċevolment pikkanti f'dawk iktar maturi;

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-karatteristiċi partikolari deskritti fil-punt 5.2 tal-ġobon Pecorino Sardo DPO żgur li huma ddeterminati mit-tlaqqigħ flimkien ta' fatturi naturali u umani, speċifiċi taż-żona tal-oriġini.

Fir-rigward tal-fatturi naturali, ta' min jinnota li l-kundizzjonijiet partikolari ambjentali u klimatiċi msemmija fil-paragrafu 5.1 jippermettu li ż-żona tal-oriġini tal-Pecorino Sardo tkun partikolarment adattata għar-ragħa u li l-mergħat naturali, mogħnija b'veġetazzjoni diversa ta' arbuxxelli li jirrappreżentaw sors importanti ta' għalf għall-ovini mrobbija fuq il-gżira, jagħtu kwalitajiet partikolari lill-ħalib li jintuża għall-ġobon Pecorino Sardo.

Fir-rigward tal-fatturi umani, ta' min jinnota l-kapaċità u l-għarfien espert indiskussi tal-aqwa produtturi tal-ġobon fis-settur tat-trasformazzjoni tal-ħalib tal-ovini, li jafu jlaqqgħu perfettament it-tagħlim ta' tradizzjoni antika ħafna mal-għarfien u t-teknoloġija moderni, u b'hekk jirnexxilhom itejbu l-karatteristiċi organolettiċi u sensorjali tal-Pecorino Sardo.

Referenza għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5, paragrafu 7, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

L-Amministrazzjoni attwali nediet il-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DOP “Pecorino Sardo” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 88 tal-15 April 2013.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew billi wieħed jaċċessa mill-ewwel is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u fl-aħħar jikklikkja fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/14


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni ta' emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 318/09

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta' oġġezzjoni għall-applikazzjoni ta' emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI TA' EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“LOMNICKÉ SUCHARY”

Nru tal-KE: CZ-PGI-0105-01093-14.02.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Titolu fl-ispeċifikazzjoni milquta mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (iridu jiġu speċifikati)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda ta' Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sommarju ma ġie ppubblikat.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (Artikolu 9, paragrafu 3, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn impożizzjoni miżuri fitosanitarji jew sanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (Artikolu 9, paragrafu 4, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/emendi

1.

Il-Punt 4.2 tas-sommarju: Emenda tal-kontenut tax-xaħam – għall-finijiet tal-elaborazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, is-segretarjat tal-applikant oriġinali invoka, b'mod żbaljat, l-istandard qadim ON 562 890 applikabbli għall-gallettini tal-impriża nazzjonali Čokoládovny u ġie mehmuż bħala l-Anness 8. F'dan l-istandard, il-proporzjon korrispondenti għall-konsum ta' kuljum tal-komponenti tad-dieta differenti – xaħmijiet, karboidrati u proteini – kienu ġew sostitwiti, għall-kategorija tax-xaħam, bix-xaħam fil-materja xotta. Għal raġunijiet relatati mad-diffikultà li jiġi kkontrollat ix-“xaħam fil-materja xotta”, mhux se jiġi ffissat ix-xaħam (lipidi) fil-materja xotta iżda l-kontenut lipidu totali fil-prodott lest. Dan il-parametru huwa importanti għall-konsumatur. Il-kontenut lipidu issa se jingħata kif ġej: “Lipidi totali 11 % bil-piż bħala minimu”.

2.

Il-Punt 4.2 tas-sommarju: L-aċċenn għall-kontenut ta' aflotossiċi huwa modifikat sabiex il-kliem jibqa' “konsistenti mal-parametri ġenerali applikabbli għall-ikel” issa jaqra: “Aflatossini B1, B2, G1, G2 – il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti legali”.

3.

Il-Punt 4.2: It-terminoloġija u l-materji prima aromatiċi użati ġew definiti kif ġej:

għal raġunijiet ta' aġġornament tat-terminoloġija, it-terminu “xaħam solidifikat” ġie sostitwit għal “xaħam għall-gallettini”;

għal raġunijiet ekonomiċi jew nuqqas fis-suq, huwa possibbli li tinbidel il-vanilla mal-“vanillina” fit-tħejjija;

Wara stħarriġ tal-manifatturi, ġie deċiż li billi wħud minnhom inkorporaw il-kannella jew il-mace f'xi varjetajiet ta “Lomnické suchary” kien meħtieġ li jiżdiedu dawn l-ingredjenti fil-lista ta' materja prima; il-“lewż tal-għadmaq tal-berquq u l-ħawħ bil-morr imneħħi” ma għadux jiġi prodott, u għalhekk, għall-kuntrarju dan jitneħħa mil-lista.

4.

Il-Punt 4.2 tas-sommarju: Il-“Lomnické suchary Dia” huma mneħħija mil-lista ta' varjetajiet ta' “Lomnické suchary” għaliex skont id-Digriet Nru 113/2005 tar-Repubblika Ċeka dwar it-tikkettar ta' ikel u prodotti tat-tabakk, emendat fit-23 ta’ Diċembru 2008, li jikkorrispondi għar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea, il-kliem li x'aktarx joħloq konfużjoni bejn ikel attwali u ikel għal użi ta' nutriment partikolari huwa pprojbit (Artikolu 4).

5.

Il-Punt 4.5 tas-sommarju: Rigward it-tul taż-żmien tat-tiħmir, il-kontrolli żvelaw ineżattezzi u żbalji tekniċi introdotti x'aktarx matul traskrizzjoni. Il-biċċiet tal-għaġina huma magħmula fi twaġen żejtnin għal perjodu li ma jaqbiżx minn 10 sa 20 minuta. Bl-istess mod, isiru bidliet għad-deskrizzjoni tal-metodu tas-sajran, bl-aġġustament tal-umdità u t-temperatura li jkunu jiddependu fuq it-tip ta' forn. Għalhekk, għal raġunijiet ta' żamma tal-kwalità tal-“Lomnické suchary”, huwa meħtieġ li jiġu adattati dawn il-parametri skont it-tip ta' forn użat. Il-parti korrispondenti tad-deskrizzjoni oriġinali tal-metodu joħdilha postha dan li ġej: “L-għaġina titqatta' f'biċċiet tondi żgħar li, wara t-tiħmir jiġu rrumblati għal tulhom u mqiegħda fil-forom żejtnin u jitħallew jitħammru għal madwar 10 sa 20 minuta. Wara it-tiħmir, jissajru fil-forn imsaħħan sa madwar 200-250 °C għal madwar 30 sa 45 minuta”.

6.

Il-Punti 4.5 u 4.8 tas-sommarju: Ir-ritorn għall-mod tradizzjonali tal-bejgħ u l-abbiltà li wieħed jagħżel bejn diversi tipi ta' mballaġġ jiġġustifikaw bidla fid-dispożizzjonijiet għall-ippakkjar. Is-sentenza: “Il-gallettini huma ppakkjati fil-fojl tal-aluminju alimentari u l-pakketti jitqiegħdu f'kaxxa tal-kartun stampati” tinbidel b'dan li ġej: “Il-gallettini huma ppakkjati f'fojl tal-aluminju alimentari u dawn il-pakketti jitqiegħdu f'kaxxa tal-kartun jew tal-landa stampati. Ippakkjar ieħor għal dan it-tip ta' prodott li jilħqu l-istandards mandatorji huwa permess ukoll. Il-manifattur jista' jbiegħ parti mill-produzzjoni tiegħu lill-konsumatur finali għall-konsum immedjat, f'liema każ, il-gallettini ma għandhomx jiġu mgeżwra fil-fojl tal-aluminju”. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar huma kif ġej: “l-isem ‘Lomnické suchary’ u l-varjetà huma indikati fuq il-kaxxi tal-ippakkjar. Il-kliem ‘Lomnické suchary’ jiġu komposti b'daqs akbar mill-bqija tal-karattri fit-test. Talanqas naħa waħda tal-kaxxa tiġi riżervata għal immaġini tal-gallettini. Fil-każ ta' tipi oħra ta' mballaġġ, inklużi dawk għall-bejgħ dirett ta' gallettini lill-konsumaturi, l-isem ‘Lomnické suchary’ u l-varjetà ta' gallettina għandu jidher fuq l-ippakkjar b'mod mill-aktar ovvju kemm jista' jkun”. Il-kliem ta' hawn fuq kompletament jissostitwixxu t-test oriġinali.

Biex jissewwa l-iżball imsemmi hawn fuq, dwar l-użu tal-istandard Nru ON 562 890 (ara l-Emenda Nru 1) mehmuż bħala Anness 8 tal-ispeċifikazzjonijiet, l-aħħar żewġ sentenzi tat-Taqsima 4.5 tal-ispeċifikazzjonijiet tneħħew.

7.

Minħabba bidliet rigward l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant, tal-awtorità inkarigata mill-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u tal-korp superviżorju inkarigat biex iwettaq analiżi kwalitattivi u kwantitattivi, ġiet aġġornata din l-informazjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel  (3)

“LOMNICKÉ SUCHARY”

Nru tal-KE: CZ-PGI-0105-01093-14.02.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Dénominazzjoni

“Lomnické suchary”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Repubblika Ċeka

3.   Deskrizzjoi tal-prodott agrikolu jew tal-prodott alimentari

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 2.4.

Prodotti ta ħobż, għaġina, ħelu jew gallettini

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bid-denominazzjoni murija fil-punt

Għadd ta' varjetajiet ta' “Lomnické suchary” huma prodotti: Lomnické suchary cukrované (“Lomnické suchary” biz-zokkor), Lomnické suchary oříškové (“Lomnické suchary” bil-ġellewż), Lomnické suchary mandlové (“Lomnické suchary” bil-lewż), Lomnické suchary arašídové (“Lomnické suchary” bil-karawett).

Il-prodott lest irid jissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin meta suġġett għal analiżi sensorjali:

Forma

:

biċċiet żgħar bi ħxuna massima ta' 18 mm

Wiċċ

:

miksija b'mod uniformi biz-zokkor

Lewn

:

uniformement kannella dehbi, meta wieħed jaqsam il-gallettina

Porożità

:

adattata, bla toqob, kumpattezza u traċċi ta' għaġina mhux imħallta

Konsistenza

:

iebsin, fraġli, iqarmċu

Togħma u riħa: skont it-tip, togħma ta' zest tal-larinġ (tal-lumi). Ma għandhomx ikollhom togħma maħruqa jew togħma morra jew maqtugħa, u lanqas xi togħma jew riħa stramba oħra.

Rekwiżiti fiżiċi u kimiċi:

Umdità

4 % tal-piż, bħala massimu

Zukkaroża fil-materja xotta

33,5 % tal-piż, bħala massimu

Lipidi totali

11 % tal-piż, bħala massimu

Irmied fil-materja xotta

0,80 % tal-piż, bħala massimu

“Granuli” fil-materja xotta

0,10 % tal-piż, bħala massimu

Metalli: arseniku, kadmju, ċomb, merkurju – il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali.

Eżamijiet mikrobijoloġiċi: il-kampjuni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali fis-seħħ.

Aflatossini B1, B2, G1, G2 – il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali.

3.3.   Materji prima (għall-prodott proċessat biss)

Il-“Lomnické suchary” huma maħsuba għall-konsum dirett. Dawn huma bbażati fuq id-dqiq komuni tal-qamħ, iz-zokkor (jekk ikun fihom), ix-xaħam għall-gallettini, il-ħmira, it-trab tal-ħalib u l-isfar tal-bajd mitħun, qxur tal-larinġ jew tal-lumi u skont il-varjetà ta' gallettina, kannella, vanilla u mace. L-isfra tal-bajd mitħuna jistgħu jiġu sostitwiti minn isfra tal-bajd friski u l-vanellina tista' tieħu post il-vanilla. Il-ġellewż, lewż jew karawett mqatta huma miżjuda mal-varjetajiet differenti. Il-biċċiet tal-gallettini msajra jiġu rrumblati fiz-zokkor.

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika delimitata

Għall-fini taż-żamma tal-kwalità u l-iġjene tal-prodott, il-proċess tal-manifattura, mill-preparazzjoni tal-għaġina sat-tnixxif, għandu jseħħ fil-post tal-produzzjoni. Il-“Lomnické suchary” huwa prodott delikat, li jinkludi tekniki ta' manifattura li ma jippermettux ir-rilokazzjoni ta' ċerti stadji.

L-istadji prinċipali tal-proċess teknoloġiku: il-materja prima ppreparata skont ir-riċetta li tikkorrispondi għall-varjetà ta' gallettina titqiegħed fil-mixer u titħallat sew. Il-ħmira ppreparata minn qabel u l-ilma tax-xorb huma miżjuda mat-taħlita. Kollox jitħallat bir-reqqa biex tinkiseb għaġina soda. L-għaġina tinqata' f'biċċiet tondi żgħar u wara t-tiħmir titrombla għal tulha, titqiegħed fil-forom imżejtna u titħammar għal madwar 10 sa 20 minuta. Wara it-tiħmir, tissajjar f'forn imsaħħan sa madwar 200-250 °C għal madwar 30 sa 45 minuta. L-għaġina tal-gallettini msajra titħalla tibred. Ladarba tirtab, titqatta' fi flieli ta' ħxuna ugwali u titrombla individwalment fiz-zokkor ħelu. Il-flieli tal-gallettini jitnixxfu fil-forn f'temperatura ta' 190-200 °C, u wara jiġu uniformizzati u trasferiti lejn id-dipartiment tal-ippakkjar.

3.6.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, it-tħin, il-kundizzjonament, eċċ.

Il-gallettini jiġu ppakkjati f'fojl tal-aluminju alimentari u jiqiegħdu f'kaxxi tal-kartun jew tal-landa stampati. Ippakkjar ieħor għal dan it-tip ta' prodott li jilaħq l-istandards mandatorji huwa permess ukoll. Il-manifattur jista' jbiegħ parti mill-produzzjoni tiegħu lill-konsumatur finali għall-konsum immedjat, f'liema każ, il-gallettini ma għandhomx jiġu mgeżwra fil-fojl tal-aluminju..

Il-prodotti b'perjodu ta' ħażna itwal maħsuba biex għall-espedizzjoni għandhom dejjem ikunu ppakkjati direttament wara t-tlestija tal-proċess ta' produzzjoni, għal raġunijiet ta' żamma tal-kwalità. Il-gallettini huma fraġli u faċilment jassorbu l-indewwa. Degradazzjoni tal-kwalità tista' għalhekk isseħħ matul it-trasport fi kwantitajiet kbar (il-gallettini jistgħu jinkisru u jixxarbu). L-għan huwa wkoll li tiġi żgurata konservazzjoni aħjar u traċċabbiltà akbar.

3.7.   Regoli speċifiċi tal-ittikkettar

L-isem u l-varjetà “Lomnické suchary” jiġu indikati fuq il-kaxxi tal-ippakkjar. Il-kliem “Lomnické suchary” komposti għandhom ikunu akbar mill-bqija tal-karattri fit-test. Talanqas naħa waħda tal-kaxxa tinżamm għal immaġini waħda tal-gallettini. Fil-każ ta' tipi oħra ta' imballaġġ, inklużi dawk għall-bejgħ dirett ta gallettini lill-konsumaturi, l-isem “Lomnické suchary” u l-varjetà ta' gallettina għandu jidher fuq l-ippakkjar bl-aktar mod ċar possibbli.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tad-definizzjoni taż-żona ġeografika

Id-Distrett ta' Semily, li jiġbor fi ħdanu l-bliet ta' Lomnice nad Popelkou, Vysoké nad Jizerou u Jablonec nad Nisou.

5.   Konnessjoni maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifità taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni definita tal-“Lomnické suchary” tinsab fil-qiegħ tal-muntanji, f'reġjun fejn il-popolazzjoni lokali għexet prinċipalment mill-agrikoltura u l-artiġjanat.

L-ewwel referenzi storiċi għall-produzzjoni ta' “Lomnické suchary” fiż-żona ġeografika definita jmorru lura għall 1810, meta Michal Jína beda jagħmel dawn il-gallettini f'Lomnice nad Popelkou. Fil-bidu, dawn kienu gallettini magħmula domestikament u mibjugħa fil-qfief tal-qasab fis-suq. Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, speċifikament fl-1856, in-nepputi ta' Michal Jína beda l-“Lomnické suchary” b'mod mekkaniku, li ppermetta mhux biss li jfornu l-Awstrija-Ungerija kollha, iżda wkoll pajjiżi oħra Ewropej. Ibnu, Josef Jína, fl-1907 waqqaf il-fabbrika ta' Lomnice nad Popelkou li hija mgħammra b'magni moderni. L-enfasi kienet fuq il-kwalità tal-prodott. Il-kumpannija ġiet nazzjonalizzata fl-1942 u modernizzata fl-1948. Il-gallettini komplew jiġu manifatturati fl-istabbiliment Lomnický průmysl sucharů, li fl-1958 għadda taħt il-kontroll tal-istabbiliment Průmysl trvanlivého pečiva Praha, u mbagħad ingħaqqad mal-impriża Čokoládovny Praha, f'Modřany.

Wara l-avvenimenti ta' Novembru 1989 Čokoládovny ġiet ipprivatizzata u għaddiet f'idejn Nestlé, li abbandunat il-manifattura ta' “Lomnické suchary” fl-1994. Is-Soċjetà VEKOS twaqqfet fl-1995 u ġie maħtur bħala l-kap tagħha Ladislav Kodejška (l-iben), u din ħadet f'idejha l-manifattura ta' “Lomnické suchary” ibbażata fuq riċetti qodma li wiret mingħand missieru, li kien tħarreġ f'din is-sengħa mal-familja Jína. Dawn l-aħħar snin raw il-ħolqien ta' manifatturi żgħar oħra, li jipproduċu “Lomnické suchary” skond riċetti antiki (EGE IMPEX, Lomnické suchary s.r.o..Ladislav Kodejška, eċċ.). L-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-“Lomnické suchary” (sdružení výrobců Lomnických sucharů) twaqqfet f'Settembru 2005.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Id-dehra u t-togħma ta' “Lomnické suchary” huma r-riżultat ta' riċetta tradizzjonali użata għal kważi 200 sena u tal-għarfien tal-abitanti taż-żona ġeografika. IL-produzzjoni tagħhom hija limitata għaż-żona definita tal-produzzjoni.

Il-“Lomnické suchary” huwa kkaratterizzat bil-produzzjoni u t-togħma tiegħu; dawn il-gallettina għandhom għamla, dehra u togħma speċjali tagħhom. Il-kisi biz-zokkor tagħhom huwa tipiku għal dawn il-gallettini u ma jinsab imkien ieħor. Bl-istess mod, iż-żieda tal-ġellewż, lewż jew karawett jisseparaw lil dan il-prodott minn prodotti oħra. Il-kwalità konsistentement għolja ta' dan il-prodott hija marbuta mat-togħmiet eċċellenti. Il-“Lomnické suchary” huwa prodott speċifiku, magħmul biss fiż-żona tal-produzzjoni definita.

Mindu ilhom jinħadmu dawn il-gallettini, huma dejjem kellhom l-isem “Lomnické suchary”, possibilment akkumpanjat mill-manifattur (Jina, Kodejška, EGE Impex, Vekos, eċċ.).

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott (għall-IĠP)

Ħafna kotba stampati tal-epoka, pubblikazzjonijiet kurrenti u dokumenti miżmuma fil-mużew tal-belt ta' Lomice nad Popelkou jirreferu għall-istorja biċentennali tal-produzzjoni ta' “Lomnické suchary.” Din il-konnessjoni sa minn żmien imbiegħed mal-qasam tal-produzzjoni u l-kwalità tal-“Lomnické suchary” huwa wkoll muri f'xi pubblikazzjonijiet (eż. “Město sucharů a textilu Lomnice nad Popelkou” (Lomnice nad Popelkou belt il-gallettini u t-tessuti), ippubblikat minn Josef Mizera e. a., serje C volum IX, Brno 1946, “Popis a dějiny okresu Lomnického n. P.” (Deskrizzjoni u storja tad-distrett ta' Lomnice nad Popelkou) Josef Fučík, 1926), browxers storiċi, rimi, inviti għal wirjiet, nota ta' ħajr mill-president, links tal-internet, eċċ. Josef Jina rebaħ l-ewwel premju (Grand Prix) għall-“Lomnické suchary” fl-Espożizzjoni Internazzjonali ta' Pariġi fl-1927. Minn tard fis-seklu dsatax u l-ewwel nofs tas- seklu li għadda, il-“Lomnické suchary” saru magħrufa fl-Awstrija, il-Ġermanja u l-Italja taħt dak l-isem. Matul il-perjodu ta' bejn iż-żewġ gwerer dinjin, huma anki ġew esportat lejn l-Amerika. Illum, il-“Lomnické suchary” huma distribwiti miż-żona tal-produzzjoni definita lejn kważi it-territorju kollu tar-Repubblika Ċeka. Id- dixxendenti tal-familja Jina, sa mill-oriġini tal-“Lomnické suchary” kienu dejjem involuti b'xi mod jew ieħor fl-istorja tal-manifattura ta' dan il-prodott. Minħabba n-natura unika ta' dawn il-gallettini, l-isem “Lomnické suchary” ġie rreġistrat bħala denominazzjoni tal-oriġini fir-Repubblika Ċeka fl-2003, taħt in-numru 198.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

http://isdv.upv.cz/portal/pls/portal/portlets.ops.det?popk=211&plang=cs


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.