|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CA2013.317.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2013/C 317A/01 |
||
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
5 |
|
|
27 |
(RO) |
|
29 |
|
|
33 |
|
|
34 |
|
|
36 |
(DA) |
|
41 |
(BG) |
|
43 |
(EN) |
|
49 |
(ET) |
|
50 |
(HU) |
|
51 |
(SL) |
|
54 |
(DE/EN/FR) |
|
58 |
(EN/GA) |
|
75 |
|
|
81 |
|
|
82 |
|
|
88 |
(BG) |
|
89 |
(CS) |
|
94 |
|
|
104 |
|
|
109 |
|
|
111 |
|
|
112 |
(DE/EN/FR) |
|
117 |
(ET) |
|
118 |
|
|
120 |
|
|
131 |
|
|
143 |
|
|
160 |
(DE/EN/FR) |
|
162 |
|
|
166 |
|
|
167 |
|
|
168 |
|
|
172 |
|
|
173 |
|
|
174 |
|
|
176 |
(BG/DE/EN/ET/FI/IT/LT/LV/MT/NL/PL/PT/SK/SL/SV) |
|
180 |
(MT) |
|
182 |
(DE/EN/FR) |
|
183 |
(IT) |
|
191 |
|
|
192 |
|
|
193 |
|
|
194 |
|
|
196 |
|
|
197 |
|
|
199 |
|
|
200 |
|
|
204 |
(DE/EN/FR) |
|
210 |
(LV) |
|
211 |
(PL) |
|
219 |
|
|
227 |
|
|
231 |
|
|
235 |
|
|
240 |
|
|
264 |
|
|
269 |
|
|
276 |
|
|
277 |
|
|
279 |
(PT) |
|
286 |
(ET) |
|
289 |
|
|
290 |
|
|
292 |
(SK) |
|
293 |
(EN) |
|
294 |
(DE) |
|
295 |
(DA) |
|
299 |
|
|
300 |
(LT) |
|
301 |
|
|
302 |
|
|
308 |
(DE/EN/FR) |
|
309 |
|
|
310 |
|
|
317 |
|
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
31.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 317/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
OHIM/AD/01/13 — AMMINISTRATURI (AD 6)
u
OHIM/AST/02/13 — ASSISTENTI (AST 3)
FIL-QASAM TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI
(2013/C 317 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza, f'isem l-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks, Disinji u Mudelli) (UASI), kompetizzjonijiet ġenerali abbażi ta' kwalifiki u eżamijiet sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1) u assistenti (1).
L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jitfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan l-OHIM f'Alicante (Spanja).
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-mod ta' kif tapplika.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI |
|
V. |
ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI |
|
VI. |
LISTI TA' RIŻERVA |
|
VII. |
KIF TAPPLIKA ? |
|
ANNESSI |
I. QAFAS ĠENERALI
|
Numru ta' kandidati magħżula skont il-kompetizzjoni |
OHIM/AD/01/13 = 40 OHIM/AST/02/13 = 60 |
II. DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET
Il-profili speċifiċi huma deskritti fl-anness.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
2.1 |
Titoli u diplomi Ara l-punt 2 tal-annessi. |
||||||||||||
|
2.2 |
Esperjenza professjonali Ara l-punt 3 tal-annessi. |
||||||||||||
|
2.3 |
Għarfien lingwistiku (2) Fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-Awla Manja) fil-kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-każ ta' din il-kompetizzjoni, jagħtu raġuni għal-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa minn fost numru ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-kandidati huma b'hekk infurmati li l-għażla tat-tieni lingwa għall-fini ta' din il-kompetizzjoni trid tkun konformi mal-interess tas-servizz, fejn huwa meħtieġ li l-membri tal-persunal il-ġodda ikun jistgħu jaħdmu mal-ewwel, u jkunu jistgħu jikkomunikaw b'mod effettiv fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jseħħx, jista' jiġri li l-funzjonament effettiv tal-istituzzjonijiet jaffaċċja intoppi serji. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, emendat u kodifikat permezz tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, stabbilixxa l-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern (trade marks, tfassil u mudelli) bħala uffiċċju indipendenti fil-qasam tekniku, dotat b'awtonomija ġuridika, amministrattiva u finanzjarja. Ir-Regolament imsemmi jistipula li għandu jkun hemm reġim lingwistiku speċifiku għal dan l-uffiċċju fl-Artikolu 119(2) tiegħu: il-lingwa tal-Uffiċċju huma l-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż u t-Taljan. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji industrijali bl-istess mod jikkonferma fl-Artikolu 97 tiegħu l-użu ta' dawn il-lingwi bħala l-lingwi ta' proċedura fl-OHMI. Il-kandidati qegħdin b'dan jiġu infurmati li l-għażla tat-tieni lingwa, meqjusa għall-fini ta' din il-kompetizzjoni bħala ammissibbli, trid issir b'mod konformi ma' dawn ir-regolamenti u mal-interess tas-servizz li maħluq minnhom. Fl-interess tal-ugwaljanza ta' trattament, il-kandidati kollha huma obbligati li jgħaddu minn ċerti testijiet li fihom it-tieni lingwa trid tingħażel minn fost il-ħames lingwi (DE/EN/ES/FR/IT). Fl-evalwazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi l-OHMI jkun jista' jevalwa d-disponibilità tal-kandidati li jkun jistgħu jaħdmu mal-ewwel f'ambjent qrib ta' dak li fih huma jkunu jridu jaħdmu. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jeskludux it-tagħlim ta' lingwa oħra ulterjuri bħala t-tielet lingwa ta' xogħol, skont l-Artikolu 45(2) tar-Regoli tal-Persunal. |
||||||||||||
|
|
Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: |
||||||||||||
|
BG (il-Bulgaru) CS (iċ-Ċek) DA (id-Daniż) DE (il-Ġermaniż) EL (il-Grieg) EN (l-Ingliż) ES (l-Ispanjol) ET (l-Estonjan) |
FI (il-Finlandiż) FR (il-Franċiż) GA (l-Irlandiż) HR (il-Kroat) HU (l-Ungeriż) IT (it-Taljan) LT (il-Litwan) LV (il-Latvjan) |
MT (il-Malti) NL (l-Olandiż) PL (il-Pollakk) PT (il-Portugiż) RO (ir-Rumen) SK (is-Slovakkja) SL (is-Sloven) SV (l-Isvediż) |
|||||||||||
|
lingwa 1 |
Il-lingwa prinċipali Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||||||
|
lingwa 2 |
It-tieni lingwa, għandha tkun differenti mil-lingwa 1 Għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż jew it-Taljan. |
||||||||||||
IV. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI
1. Proċedura
L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki jsiru fl-ewwel fażi skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.
|
(a) |
Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi se jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni. |
|
(b) |
Imbagħad, il-bord tal-għażla jagħżel abbażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika, fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni, dawk il-kandidati li għandhom l-aktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tal-kriterji ta' għażla deskritti f'dan l-avviż ta' kompetizzjonijiet. Din l-għażla ssir biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek ipprovduti fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” skont klassifikazzjoni stabbilita kif ġej:
|
Imbagħad, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. In-numru ta' kandidati (3) mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni (4) jikkorrispondi għal mhux iktar minn 3 darbiet in-numru ta' kandidati magħżula. Dan in-numru jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-internet tal-EPSO
(http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
2. Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati
Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru tal-evalwazzjoni, u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom se jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali, filwaqt li l-Bord ta' Selezzjoni jagħmel l-istess għall-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ġustfikattivi pprovduti mill-kandidati. Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ġustifikattivi se jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”). Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet (5) mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.
Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki fit-testijiet ta' evalwazzjoni kollha (d), (e), (f), (g) u (h) taċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-kapaċità (a), (b) u (c). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru mhux se jiġu eżaminati.
V. ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati li,
inti tiġi mistieden biex tipparteċipa fl-eżamijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (6),li ġeneralment isiru fi Brussell (7) u li jdumu jum jew jumejn. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Inti tintalab toqgħod għal tliet tipi ta' evalwazzjoni:
il-ħiliet tiegħek fil-qasam tar-raġunament jiġu evalwati permezz ta' dawn it-testijiet (8) li ġejjin:
il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam jiġu evalwati skont l-element (8) li ġej:
il-kompetenzi ġenerali tiegħek (9) jiġu evalwati skont l-elementi (8) li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
Se jiġu ttestjati dawn il-kompetenzi ġenerali skont it-tabella li ġejja: |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Eżami bil-miktub |
E-tray |
Intervista strutturata |
Eżerċizzju fi grupp |
|||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
|
x |
|
x |
|||||||||||||||||||||||||
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Kwalità u riżultati |
|
x |
x |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Tagħlim u żvilupp |
|
|
x |
x |
|||||||||||||||||||||||||
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
|
x |
|
x |
|||||||||||||||||||||||||
|
Reżiljenza |
|
|
x |
x |
|||||||||||||||||||||||||
|
Ħidma fi grupp |
|
x |
|
x |
|||||||||||||||||||||||||
|
Ħiliet ta' tmexxija (biss għall-kompetizzjoni OHIM/AD/01/13) |
|
|
x |
x |
|||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c) Lingwa 2 għat-testijiet (d), (e), (f), (g) u (h) |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħiliet ta' raġunament
It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom mhux se jkunu miżjuda mal-marki l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Kompetenzi speċifiċi (element (d)) Minn 0 sa 100 punti Minimu meħtieġ: 50 punti Piż: 55 % tal-marka globali Kompetenzi ġenerali (elementi (e), (f), (g) u (h)) Kompetizzjoni OHIM/AD/01/13 Minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 punti għal kull kompetenza) minimu meħtieġ:
Piż: 45 % tal-marka globali Kompetizzjoni OHIM/AST/02/13 Minn 0 sa 70 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 punti għal kull kompetenza) Minimu meħtieġ:
Piż: 45 % tal-marka globali |
||||||||||||||||||||||||||||
VI. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-Bord tas-Selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva
|
||||||
|
Listi stabbiliti skont il-kompetizzjoni u f'ordni alfabetika. |
||||||
|
Il-lista ta' riżerva se jkunu validi sal-31 ta' Diċembru 2017. |
VII. KIF TAPPLIKA?
|
Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): it-3 ta' Diċembru 2013 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell. |
||
|
Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek (12) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta' prova) meta tiġi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Kundizzjonijiet: ara l-punt 6.1 tal-Gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKER) — livell meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2
(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)
(3) Fil-każ li fl-aħħar post jkunu jinsabu diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(4) Il-kandidati li ma jiġux mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta' kull mistoqsija mill-Bord tas-Selezzjoni.
(5) Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI.1 u t-Taqsima VII.2).
(6) Fil-każ li fl-aħħar post jkunu jinsabu diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(7) Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, parti mit-testijiet, jew it-testijiet kollha, previsti fil-qafas taċ-ċentru ta' evalwazjoni jistgħu jiġu organizzati fiċ-ċentri tat-testijiet li jkunu jinsabu fl-Istati Membri.
(8) Il-kontenut jiġi vvalidat mill-bord ta' selezzjoni.
(9) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-Gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
(10) Fit-2 ta' Lulju 2013, il-Parlament Ewropew ivvota sabiex japprova t-test ta' kompromess dwar ir-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan it-test se jsir definittiv mal-ewwel qari biss wara l-approvazzjoni formali mill-Kunsill tal-vot mill-Parlament Ewropew. Soġġett għal din l-approvazzjoni, l-emendi se jikkonċernaw b'mod partikolari l-karrieri u t-tipi ta' karigi okkupati mill-uffiċjali u mill-aġenti l-oħra. Il-kandidati magħżula ta' din il-kompetizzjoni tista' ssirilhom proposta ta' reklutaġġ fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolamenti tal-Persunal, wara l-adozzjoni definittiva tagħhom u bla ħsara għal konsegwenzi oħra ta' natura ġuridika u finanzjarja.
(11) Fil-każ fejn, għall-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu inklużi fil-lista ta' riżerva.
(12) Id-data ta' meta trid tattendi ċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek.
ANNESS I
OHIM/AD/01/13 — AMMINISTRATURI (AD 6)
QASAM TAL-PROPRJETA INTELLETTWALI
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
L-uffiċjali reklutati jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' protezzjoni tat-trade marks Komunitarji (CTM) u tad-disinni Komunitarji rreġistrati (RCD). Huma jistgħu wkoll jintalbu jikkontribwixxu f'azzjonijiet ta' kooperazzjoni u ta' armonizzazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali fl-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-uffiċċji prinċipali tal-proprjetà intellettwali stabbiliti barra l-UE, u l-awtoritajiet simili u s-sħab internazzjonali. Fi ħdan l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, huma jistgħu jikkontribwixxu f'kompiti intenzjonati li jiffaċilitaw u jappoġġjaw l-attivitajiet immexxija mill-awtoritajiet nazzjonali, mis-settur privat u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-ġlieda kontra l-ksuru tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Id-dmirijiet ewlenin involuti jistgħu jinkludu:
|
— |
L-eżaminar tal-fajls dwar il-liġi tal-Proprjetà Intellettwali, l-aktar dwar it-trade mark Komunitarja u l-liġi dwar id-disinn, skont regoli, proċeduri u standards ta' kwalità, l-interpretazzjoni ta' politiki eżistenti u l-applikazzjoni tal-liġi, |
|
— |
L-abbozzar ta' testi kumplessi ta' natura legali, |
|
— |
L-abbozzar ta' deċiżjonijiet dwar proċeduri u sustanza, inklużi xogħol ta' tħejjija bħal riċerka u analiżi tal-każistika, |
|
— |
L-analiżi, il-preparazzjoni u l-abbozzar ta' testi u dokumenti ta' politika relatati mal-Proprjetà Intellettwali, |
|
— |
Għoti ta' pariri fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali biex jappoġġjaw l-attivitajiet ewlenin ta' OHIM, |
|
— |
Attivitajiet relatati mal-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, |
|
— |
Kontribuzzjoni għal koordinazzjoni, monitoraġġ u superviżjoni ta' persunal ieħor, |
|
— |
Relazzjoni mal-partijiet interessati/proġetti ta' kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet tal-Proprjetà Intellettwali. |
Aktar speċifikament, id-dmirijiet ewlenin deskritti hawn fuq jistgħu jiġu ddettaljati kif ġej:
|
— |
It-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal trade mark, b'mod partikolari, raġunijiet assoluti għal rifjut, |
|
— |
It-tfassil tad-deċiżjonijiet fuq każijiet ta' oppożizzjoni u kanċellazzjoni tat-trade mark Komunitarja, |
|
— |
It-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar każijiet tal-invalidità tad-disinn, |
|
— |
L-eżaminar ta' Appelli mressqa lill-Bordijiet tal-Appell u deċiżjonijiet ta' abbozzar, |
|
— |
L-għoti ta' pariri legali dwar l-aspetti kollha ta' trade mark Komunitarja, id-disinni Komunitarji, drittijiet oħra ta' Proprjetà Intellettwali, |
|
— |
Litigazzjoni fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali, |
|
— |
Il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni u dejta dwar id-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, |
|
— |
Il-koordinazzjoni, it-tħejjija u l-abbozzar ta' linji gwida u dokumenti ta' strateġija politika, |
|
— |
Is-superviżjoni, il-konsulenza u l-gwida lil persunal ieħor, |
|
— |
Il-ġestjoni ta' proġett u/jew ta' pprogrammar fi ħdan il-qasam tad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali. |
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' tliet snin jew iktar, iċċertifikati b'diploma.
3. Esperjenza professjonali
Esperjenza professjonali, ta' livell xieraq u ta' mill-inqas tliet snin, fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali, marbuta mal-qasam tal-kariga.
Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji għas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil tad-deċiżjonijiet fuq raġunijiet assoluti għal ċaħda ta' trade marks, inkluż deċiżjonijiet dwar każijiet ta' appell; |
|
2. |
L-esperjenza professjonali fit-tfassil tad-deċiżjonijiet fuq raġunijiet assoluti għal ċaħda (oppożizzjoni) ta' trade marks, inkluż deċiżjonijiet dwar każijiet ta' appell; |
|
3. |
L-esperjenza professjonali fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar il-kanċellazzjoni ta' trade marks, inkluż deċiżjonijiet dwar każijiet ta' appell; |
|
4. |
L-esperjenza professjonali fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar każijiet ta' invalidità tad-disinn, inkluż deċiżjonijiet dwar każijiet ta' appell; |
|
5. |
L-esperjenza professjonali fl-għoti ta' pariri legali u rappreżentanza tal-partijiet/il-klijenti dwar id-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (esklużi litigazzjoni quddiem Qrati); |
|
6. |
L-esperjenza professjonali f'litigazzjoni quddiem Qrati fil-qasam tad-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-ġbir, l-analiżi u t-tqassim ta' informazzjoni u dejta, it-tfassil jew l-iżvilupp ta' għodod u sistemi ta' Teknoloġija tal-Informatika fil-qasam tad-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
8. |
L-esperjenza professjonali fil-koordinazzjoni, it-tħejjija u l-abbozzar ta' linji gwida u dokumenti ta' strateġija politika; |
|
9. |
L-esperjenza professjonali fis-superviżjoni, il-konsulenza u l-gwida; |
|
10. |
L-esperjenza professjonali fl-ġestjoni ta' proġett u/jew ta' pprogrammar fi ħdan il-qasam tad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali; |
|
11. |
L-esperjenza professjonali f'ambjent multikulturali jew internazzjonali. |
ANNESS II
OHIM/AST/02/13 — ASSISTENTI (AST 3)
QASAM TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI
1. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
L-uffiċjali reklutati jagħtu s-sostenn tagħhom, bħala assistenti, fl-attivitajiet ta' protezzjoni tat-trade marks Komunitarji (CTM) u tad-disinni Komunitarji rreġistrati (RCD). Huma jistgħu wkoll jintalbu jipparteċipaw fl-azzjonijiet ta' kooperazzjoni u armonizzazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-uffiċċji prinċipali tal-proprjetà intellettwali stabbiliti barra l-UE, u l-awtoritajiet simili u s-sħab internazzjonali. Fi ħdan l-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, huma jistgħu wkoll jikkontribwixxu f'kompiti intenzjonati li jiffaċilitaw u li jsostnu l-attivitajiet intenzjonati mill-awtoritajiet nazzjonali, mis-settur privat u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Id-dmirijiet ewlenin involuti jistgħu jinkludu:
|
— |
L-eżaminar ta' applikazzjonijiet għal trade mark tal-Komunità: raġunijiet assoluti; formalitajiet, inklużi l-klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi skont il-Klassifikazzjoni NICE; anzjanitajiet u prijoritajiet; emendi u deċiżjonijiet relatati mal-istess, |
|
— |
Il-ġestjoni ta' proċeduri relatati ma' applikazzjonijiet internazzjonali u reġistrazzjonijiet, |
|
— |
Il-ġestjoni ta' proċeduri relatati mal-oppożizzjoni u każijiet ta' kanċellazzjoni: ammissibbiltà; perjodu ta' tregwa u fażi kontradittorja; restrizzjonijiet u irtirar; emendi u deċiżjonijiet relatati mal-istess, |
|
— |
L-ezaminar tal-applikazzjonijiet tad-disinn Komunitarju u t-trattament ta' proċeduri relatati mal-invalidità, |
|
— |
Il-ġestjoni ta' proċeduri relatati ma' każijiet ta' appell, |
|
— |
L-iskrizzjonijiet fit-trade mark tal-Komunità u disinn irreġistrat (Recordals), u deċiżjonijiet relatati mal-istess, |
|
— |
L-appoġġ għal attivitajiet relatati mad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: il-loġistika, servizzi lingwistiċi inkluż il-qari tal-provi, il-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-ispezzjoni, il-proviżjoni ta' kopji tat-trademark Komunitarji u fajls tad-disinn, il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-dejta; it-tiftix; it-trattament tal-ħlasijiet tal-miżati, |
|
— |
L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni u konverġenza fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali, |
|
— |
Id-dispożizzjoni ta', kif ukoll rapportar dwar, tagħrif għall-utenti dwar tat-trademarks u d-disinji tal-Komunità. |
Għandu jiġi nnutat li minħabba li żdiedet l-awtomazzjoni tal-proċeduri, kompiti klerikali gradwalment se jsiru inqas importanti fil-proċessi kollha, filwaqt li l-ħidma fuq is-sustanza se tieħu prominenza dejjem aktar.
2. Kwalifiki
Livell ta' edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikat b'diploma.
JEW
Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat minn diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwita minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.
NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tingħadd fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.
3. Esperjenza professjonali
Esperjenza professjonali, ta' livell xieraq u ta' mill-inqas tliet snin, fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali, marbuta mal-qasam tal-kariga.
Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.
4. Kriterji għas-selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
|
1. |
L-esperjenza professjonali fl-eżaminar ta' applikazzjonijiet għal trade mark; |
|
2. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni tal-oppożizzjoni u/jew kanċellazzjoni u/jew proċeduri ta' appell, u/jew proċeduri ta' applikazzjonijiet internazzjonali; |
|
3. |
L-esperjenza professjonali fl-eżami ta' applikazzjonijiet ta' disinn u t-trattament manwali ta' proċeduri relatati mal-invalidità; |
|
4. |
L-esperjenza professjonali fl-eżami tal-formalitajiet tad-drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali minbarra t-trademarks u d-disinnji; |
|
5. |
L-esperjenza professjonali fit-trattament ta' iskrizzjonijiet f'Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali, u deċiżjonijiet relatati mal-istess; |
|
6. |
Esperjenza professjonali fl-appoġġ ta' attivitajiet relatati mad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali: loġistika, servizzi lingwistiċi inkluż il-qari tal-provi, il-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-ispezzjoni, il-proviżjoni ta' kopji tat-trademark u fajls tad-disinn, il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-dejta; it-tiftix; it-trattament tal-ħlasijiet tal-miżati; |
|
7. |
L-esperjenza professjonali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni u konverġenza fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
8. |
L-esperjenza professjonali fl-għoti ta' għajnuna u ġestjoni tal-fajls għal partijiet/klijenti dwar id-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
9. |
Esperjenza professjonali relatati mal-abbozz dwar kwistjonijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
10. |
L-esperjenza professjonali fl-għoti ta' tagħrif lill-utenti dwar il-proprjetà intellettwali, u t-trattament ta' mill-inqas 50 telefonata jew mistoqsijiet fil-ġimgħa; |
|
11. |
L-esperjenza professjonali f'ambjent multikulturali jew internazzjonali. |