ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.299.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
15 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 299/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 299/02

Proċeduri ta’ stralċ – Deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ apdrošināšanas akciju sabiedrību (AAS) BALVA (Pubblikazzjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni)

2

2013/C 299/03

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

2013/C 299/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 299/05

Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 299/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

13

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Ottubru 2013

2013/C 299/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3564

JPY

Yen Ġappuniż

133,19

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,84830

SEK

Krona Żvediża

8,7988

CHF

Frank Żvizzeru

1,2334

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1325

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,560

HUF

Forint Ungeriż

295,70

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7028

PLN

Zloty Pollakk

4,1828

RON

Leu Rumen

4,4618

TRY

Lira Turka

2,6929

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4313

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4041

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5179

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6228

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6886

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 454,56

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4792

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2830

HRK

Kuna Kroata

7,6165

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 812,70

MYR

Ringgit Malażjan

4,3150

PHP

Peso Filippin

58,442

RUB

Rouble Russu

43,7873

THB

Baht Tajlandiż

42,462

BRL

Real Brażiljan

2,9507

MXN

Peso Messikan

17,6773

INR

Rupi Indjan

83,3290


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/2


Proċeduri ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ apdrošināšanas akciju sabiedrību (AAS) “BALVA”

(Pubblikazzjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni)

2013/C 299/02

Impriża tal-assigurazzjoni

L-insolventi AAS (apdrošināšanas akciju sabiedrība) Balva

E. Birznieka-Upīša iela 12

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Posta elettronika: balva@balva.lv

Data, dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni

Fit-22 ta’ Lulju 2013 laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti ta’ AAS Balva għaddiet deċiżjoni dwar l-istralċ ta’ AAS Balva.

Fit-12 ta’ Awwissu 2013, ir-reġistru Latvjan tal-Intrapriżi għadda d-Deċiżjoni Nru 6-12/112/489/1 dwar kif issir annotazzjoni fir-reġistru kummerċjali dwar proċedimenti ta’ stralċ li permezz tagħhom AAS Balva ġiet rikonoxxuta bħala insolventi

Awtoritajiet kompetenti

Il-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u Kapitali

Kungu iela 1

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Posta elettronika: FKTK@FKTK.LV

Awtorità superviżorja

Il-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u Kapitali

Kungu iela 1

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Posta elettronika: FKTK@FKTK.LV

Likwidatur maħtur

Is-Sur Rolands Strazdiņš

E. Birznieka-Upīša iela 12

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Il-liġi applikabbli

Il-Liġi dwar il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tagħhom

Il-Liġi Kummerċjali


15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 299/03

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

23.9.2013

Tul ta’ żmien

23.9.2013-31.12.2013

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HER/5B6ANB

Speċi

Aringa (Clupea Harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

54/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 299/04

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

23.9.2013

Tul ta’ żmien

23.9.2013-31.12.2013

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

USK/1214EI

Speċi

It-tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

55/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/4


Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja

2013/C 299/05

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba kienet ippreżentata fis-26 ta' Ġunju 2013 mill- Kumitat tad-Difiża tal-iSteel Butt-Welding Fittings Industry tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal- produzzjoni totali tal-Komunità ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar.

2.   Il-prodott taħt rieżami

Il-prodott taħt rieżami jinkludi aċċessorji ta' tubi u pajpijiet (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew l-azzar (ma jinkludix l-istainless steel), bl-akbar dijametru ta' barra li ma jaqbiżx 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew xi użi oħra, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja (“il-pajjiżi kkonċernati”) klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 80.

3.   Il-miżuri attwali

Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ jinkludu dazju definittiv tal-anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 363/2010 (4).

4.   Ir-raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.1.   Allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, fid-dawl tal-assenza attwali ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea lejn l-Unjoni.

Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Malasja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq paragun ta’ valur normali maħdum (l-ispejjeż tal-manifattura, l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u l-qligħ) fil-Malasja mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, minħabba l-assenza attwali ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni.

Abbażi tal-paraguni ta' hawn fuq, li juru l-preżenza ta' dumping, l-applikant jallega li x'aktarx hemm rikorrenza ta' dumping min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati.

4.1.2.   Allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara. F'dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta' kapaċità/potenzjal mhux użata ta’ faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati.

L-applikant jallega li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni għadha fraġli u li kwalunkwe żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati probabbilment tikkawża aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

5.   Il-proċedura

Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm evidenza suffiċjenti biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta' skadenza se tiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri tistax twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.1.1.1.   Il-proċedura biex jintgħażlu produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fir-Repubblika tal-Korea

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea li huma involuti f’dan ir-rieżami ta' skadenza, u sabiex titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness A ta’ din in-notifika.

Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk kampjun ikun meħtieġ, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien stipulat. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżulin biex jiffurmaw parti mill-kampjun, u kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, iridu jibagħtu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, inter alia, dwar l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur(i) esportatur(i), l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott taħt rieżami, l-ispiża tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott taħt rieżami fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.1.1.2.   Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fil-Malasja

Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha ta' produtturi esportaturi fil-Malasja huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, preferibbilment bil-posta elettronika, iżda sa mhux iktar tard minn 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-Malasja, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż.

Il-produttur esportatur u, fejn applikabbli, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi, iridu jibagħtu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, inter alia, dwar l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur(i) esportatur(i), l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott taħt rieżami, l-ispiża tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott taħt rieżami fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi li mhumiex relatati  (6)  (7)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi mhux relatati involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza u sabiex ittemm l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati permezz ta' għażla ta' kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”. It-teħid ta' kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi lill-Kummissjoni jgħaddulha l-informazzjoni dwar il-kumpanija(i) tagħhom kif qed jintalab fl-Anness B għal din in-notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott taħt rieżami fl-Unjoni, li jista' jiġi investigat fiż-żmien stipulat,b’mod prattiku. L-importaturi mhux relatati magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi kollha se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula li se jkunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, inter alia, dwar l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott taħt rieżami, u dwar il-bejgħ tal-prodott taħt rieżami.

5.2.    Il-Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni isir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa disponibbli għall-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw il-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt ipprovduti fit-taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li jwasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet biex ikunu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni magħrufa u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni kollha se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu ntgħażlu finalment fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kwestjonarju se jitlob informazzjoni, inter alia, dwar l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom u l-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-kumpanija(i).

5.3.    Il-Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara tiġi kkonfermata, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur jridu juru, fl-istess limitu ta’ żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-partijiet li jippreżentaw lilhom infushom qabel l-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk meta din tiġi ppreżentata tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ għandha tkun ippreżentata fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenzi

Is-sottomissjonijiet miktuba kollha, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati “Ristrett” (8).

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jkun immarkat “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f’format elettroniku (sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks tagħhom. Madankollu, kwalunkwe prokura, ċertifikazzjoni ffirmata, u xi aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju jridu jitressqu fuq karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tippreżenta s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din trid tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih, f'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna web rilevanti fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks +32 22990205

Posta elettronika għall-kwistjonijiet ta' dumping u Anness A: TRADE-TPF-DUMPING@ec.europa.eu

Posta elettronika għall-kwistjonijiet l-oħrajn kollha u Anness B: TRADE-TPF-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien stipulati, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun għaddiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jaġixxi ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.. Wara dan, għandha tiġi ppreżentata talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ:http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_mt.htm

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Il-possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Minħabba li dan ir-rieżami ta' skadenza qed titnieda f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhux se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda biex dawn il-miżuri jiġu rrevokati jew miżmuma f'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li rieżami tal-miżuri jkun ġustifikat, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, dik il-parti tista’ titlob rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu dan ir-rieżami, li jkun jista' jsir indipendentement mir-rieżami ta' skadenza msemmija f'din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   L-ipproċessar ta' dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (9).


(1)  ĠU C 36, 8.2.2013, p. 24.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18.

(4)  ĠU L 107, 29.4.2010, p. 1.

(5)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott taħt rieżami lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluż kwalunkwe kumpaniji relatati magħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(6)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala msieħba fin-negozju; (c) ikunu impjegaturi u impjegati; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija l-proprjetarja, tikkontrolla jew għandha sehem ta’ 5 % jew iżjed tal-istokks jew l-ishma bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla lill-oħra b’mod dirett jew indirett; (f) it-tnejn huma kkontrollati b’mod dirett jew indirett minn persuna terza; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet li ġejjin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet jew neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest, “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(7)  Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll f'konnessjoni ma' aspetti ta' din l-investigazzjoni apparti minn kif jiġi stabbilit id-dumping.

(8)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS A

Image

Image


ANNESS B

Image

Image


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2013/C 299/06

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li ssir oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“ANTEQUERA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-0327-06.09.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (Kontroll)

2.   Tip ta’ emenda

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju.

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

3.   Emendi

3.1.   Emendi fil-punt B “Deskrizzjoni tal-prodott”

B.1.   Definizzjoni

L-ewwel paragrafu huwa miktub kif ġej:

“Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni miksub mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea Europea L.), tal-varjetà Hojiblanca, li jista’ jifforma parti minn varjetajiet minuri oħrajn bħal Picual jew Marteño, Arbequina, Picudo, Lechín de Sevilla jew Zorzaleño, Picudo, Gordal de Archidona, Verdial de Vélez Málaga u Verdial de Huévar, esklussivament permezz ta’ proċeduri fiżiċi jew mekkaniċi, f’temperatura li ma tibdilx il-kompożizzjoni kimika naturali taż-żejt, u b'hekk tinżamm it-togħma, ir-riħa u l-karatteristiċi tal-frotta li jkun ġej minnha.”

B.3.   Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żjut

Fis-sentenza: “Iż-żjut ta’ Antequera għandu jkollhom il-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin:”

Issir sostituzzjoni tal-kelma: “għandu jkollhom” bil-kelma “għandhom”.

Ġustifikazzjoni: Dan huwa żball, hemm studju li sar qabel ir-reġistrazzjoni tad-DPO li jiddefinixxi dawn il-karatteristiċi organolettiċi. It-test huwa emendat biex issir interpretazzjoni aħjar tiegħu.

Il-parti finali tas-subparagrafu, minn “Iż-żjut protetti mid-denominazzjoni tal-oriġini ‘Antequera’ jkunu neċessarjament …” u t-tabella tal-parametri huma mibdula b’dan li ġej:

“Iż-żjut protetti mid-denominazzjoni tal-oriġini ‘Antequera’ jkunu neċessarjament żjut taż-żebbuġa straverġni li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

Parametri fiżikokimiċi

 

Aċidità (%)

Massimu 0,3

Valur ta’ perossidu (ossiġnu milliekwivalenti kull Kg żejt)

Massimu 10

K270 (Assorbenza 270 nm)

Massimu 0,15


Karatteristiċi organolettiċi

 

Il-medjan tat-togħma tal-frott

Akbar minn jew ugwali għal 4

Medjan tad-difetti

Ugwali għal 0”

Ġustifikazzjoni: Jiġu ddefiniti l-ispeċifikazzjonijiet għal tip wieħed biss ta’ żejt, filwaqt li jitneħħew it-tipi “Morbidu” u “Intens”. Ġew miżmuma l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi ta’ kwalità għolja, li jiddefinixxu ż-żjut taż-żebbuġa straverġni ta’ Antequera, u tat-tip ta’ żejt li l-operaturi aċċettaw biex japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni mill-bidu tat-tħaddim tad-DO Antequera u l-Kunsill Regolatorju tagħha. Jiġu adattati wkoll ir-regolamenti fis-seħħ għall-ittikkettar taż-żjut taż-żebbuġa.

L-intensità tat-togħma tal-frott hija adattata skont ir-regolamenti fis-seħħ: Regolament (KEE) Nru 2568/91 u l-emendi sussegwenti.

Jitneħħa l-ittestjar għall-umdità u l-impuritajiet peress li huma parametri relatati mal-proċess ta’ filtrazzjoni, u mhux direttament mal-kwalità taż-żejt, u għalhekk mhuwiex deċiżiv għall-klassifikazzjoni tiegħu bħala DPO.

3.2.   Emendi tal-punt D “Elementi li jagħtu prova li l-prodott joriġina miż-żona”

Jiġu eliminati l-paragrafi li ġejjin:

“Il-prattiki għall-kultivazzjoni, fl-imsaġar taż-żebbuġ irreġistrati, għandhom ikunu dawk approvati mill-Kunsill Regolatorju”.

Ġustifikazzjoni: Ir-rekwiżiti kollha li l-Kunsill jixtieq li jipprovdu l-operaturi ċċertifikati (inklużi l-prattiki ta’ kultivazzjoni) għandhom jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni.

Punt D paragrafu 3: “u taħt il-kontroll tal-ispetturi awtorizzati mill-Kunsill Regolatorju”.

Ġustifikazzjoni: Ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Istandard UNE-EN-45011.

“B’mod speċifiku, il-Kontrolli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Il-Kunsill Regolatorju għandu jwettaq spezzjonijiet, kontrolli u testijiet li jikkonfermaw l-adegwatezza taż-żejt li jkun se jiġi ċċertifikat, permezz tat-twettiq tal-ispezzjonijiet li ġejjin:

(1)

Is-sit u l-identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba', li għandhom ikunu jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni u mdaħħla fir-reġistru tal-Kunsill Regolatorju.

(2)

Spezzjoni tal-proċess tal-ġbir-jista’ jintuża biss żebbuġ miġbur direttament mis-siġra.

(3)

Spezzjoni tal-istat taż-żebbuġ, billi jittieħdu kampjuni li jiddeterminaw: l-umdità, il-kontenut taż-żejt u l-aċidità.

(4)

Spezzjoni tal-karatteristiċi taż-żejt, permezz ta’ kontrolli fil-laboratorju.

(5)

L-analiżi għandha dejjem issir fil-laboratorji li huma konformi mal-ISO 17025.

(6)

Spezzjoni tal-faċilitajiet, li għandhom ikunu rreġistrati, jinsabu fiż-żona demarkata u jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Manwal ta’ Kwalità.

(7)

Wara li ssir l-analiżi, il-laboratorju jibgħat ir-riżultati tal-analiżi, lill-Kunsill Regolatorju, għal aktar evalwazzjoni. Dawn ir-rapporti għandu jkun fihom ir-riżultati tal-analiżi fiżikokimika u tal-analiżi organolettika.

B’mod speċifiku, il-proċess ta’ Ċertifikazzjoni għandu jkun kif ġej:

Sabiex lott ikun jista’ jiġi ċċertifikat, il-Kunsill Regolatorju għandu jevalwa r-riżultati miksuba fl-ispezzjoni (Rapport ta’ Spezzjoni, Rapport tal-analiżi fiżikokimika u Rapport tal-analiżi organolettika) biex jiddeċiedi jekk jippermettix iċ-ċertifikazzjoni jew le. Din id-dokumentazzjoni ma għandu jkun fiha ebda dejta li tagħti indikazzjoni tal-identità ta’ min ikun irreġistrat.

Wara li tingħata ċ-ċertifikazzjoni, iż-żejt għandu jiġi bbottiljat taħt il-kontroll tal-Kunsill Regolatorju.”

Ġustifikazzjoni: Ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Istandard UNE-EN-45011. Jiddeskrivi l-metodoloġija ta’ qabel għall-klassifikazzjoni tal-prodott.

Jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni:

Fil-paragrafu: “In-numru ta’ tikketti sekondarji maħruġa mill-Kunsill Regolatorju lill-industrija tal-ibbottiljar jiddependi fuq ir-rendiment taż-żejt u l-kapaċità tal-flixkun li fih il-prodott se jitqiegħed fis-suq”.

Tiġi inkluża l-frażi: “jew awtorizzati għall-użu tat-trademark”.

Ġustifikazzjoni: B’dan il-mod, dan ma jmurx kontra Liġi dwar it-Trademarks (Il-Liġi 17/2001 tas-7 ta’ Diċembru 2001).

3.3.   Emendi fil-punt E “Deskrizzjoni tal-metodu tal-kisba tal-prodott”

It-titolu jiġi emendat b’tali mod li jkun adegwat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Punt E, paragrafu b) Fertilizzazzjoni

Fil-paragrafu: “Hija meħtieġa wkoll il-fertilizzazzjoni fuq il-weraq, bl-użu ta’ sustanzi kumplessi bħal taħlitiet ta’ fertilizzanti sempliċi li jinħallu, jew kumplessi akkumpanjati minn mikroelementi u prodotti bbażati fuq aminoacidi”.

Tiġi inkluża l-frażi: “… meta jiġi osservat nuqqas ta’ xi element, kemm jekk viżwalment jew permezz ta’ analiżi tal-weraq”.

Ġustifikazzjoni: Tiġi definita meta ssir il-fertilizzazzjoni fuq il-weraq.

Titneħħa r-referenza għax-xhur Frar sa April u Novembru rigward l-applikazzjoni tal-fertilizzant.

Ġustifikazzjoni: Diġà huma msemmija r-rebbiegħa u l-ħarifa, u għalhekk mhuwiex meħtieġ li jiġu speċifikati x-xhur.

Tiġi miżjuda “l-ħarifa” fir-referenza għall-applikazzjoni tal-fertilizzant.

Ġustifikazzjoni: Biex jintużaw l-istess termini, “fir-rebbiegħa” u “fil-ħarifa”.

Titneħħa l-frażi: “Fl-aħħar tas-sajf u fil-bidu tal-ħarifa (Settembru-Ottubru), normalment jingħata fertilizzant fuq il-weraq permezz ta’ komposti b’ħafna potassju. Dawn il-fertilizzanti fuq il-weraq ġeneralment isiru flimkien ma’ xi trattament fitosanitarju”.

Ġustifikazzjoni: Jiġi definit meta jintuża l-fertilizzant fuq il-weraq, u dan ma jiddependix fuq id-data, iżda fuq l-istat li jinsabu fih il-weraq.

Applikazzjoni ta' prodotti fitosanitarji

Pesti: jiġi mħassar it-test:

“Biex jiġu kkontrollati l-Prays (Prays oleae), ġeneralment isir trattament wieħed jew tnejn fit-tieni ġenerazzjoni b’Dimetoat, Triklorfon jew Bacyllus thuringiensis, filwaqt li għat-tielet ġenerazzjoni jintużaw l-ewwel tnejn.

Biex jiġu kkontrollati d-dubbien (Dacus oleae) jintuża dimetoat + attirant. Biex tiġi kkontrollata l-kuċċinilja ġeneralment jintuża l-karbaril jew il-fosmet”.

U jiġi inkluż: “Biex jiġu kkontrollati dawn kollha, isiru t-trattamenti neċessarji permezz ta’ prodotti awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”

Mard: jiġi mħassar it-test:

“Sabiex jiġu evitati t-tbajja’ tal-moffa (‘leaf spot’) kif ukoll il-mard ewlieni, ġeneralment jiġu mwettqa żewġ trattamenti, wieħed fl-aħħar tax-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa (Frar-Marzu) u ieħor lejn l-aħħar tas-sajf jew fil-bidu tal-ħarifa (Settembru-Ottubru), qabel il-perjodu tax-xita tal-ħarifa. Skont it-temp, dan it-trattament għandu jiġi ripetut kemm fir-rebbiegħa kif ukoll fil-ħarifa”.

U jiġi inkluż: “Għall-kontroll ta’ dawn kollha, jiġu mwettqa t-trattmenti neċessarji permezz tal-prodotti awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”

Ħaxix ħażin: jiġi mħassar it-test:

“Għall-kontroll tal-ħaxix ħażin jiġu użati s-sistemi mħallta ‘kultivazzjoni bejn il-linji u erbiċidi fiċ-ċirkonferenzi’ jew ‘kultivazzjoni bejn il-linji u erbiċidi fuq il-wiċċ kollu’. Il-kontroll tal-ħaxix ħażin ġeneralment isir permezz ta’ taħlita ta’ erbiċidi ta’ qabel u wara emerġenza. It-taħlita tal-materjali attivi li jintużaw l-aktar huma diuron + aminotriazolglifosat”.

U jiġi inkluż: “Biex jiġi kkontrollat il-ħaxix ħażin, jiġu użati sistemi u prodotti awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ”.

Ġustifikazzjoni: Jiġi eliminat kwalunkwe riferiment għal prodotti fitosanitarji li jiġu applikati kontra l-pesti, il-mard u l-ħaxix ħażin, li jindika li għall-kontroll ta’ dawn kollha jiġu mwettqa t-trattamenti neċessarji permezz ta’ prodotti approvati skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.

Punt E, paragrafu c) Il-ħsad u t-trasport

Il-paragrafu li ġej: “Skont it-temp, il-ħsad jibda f’nofs Novembru u jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ Marzu, anki sa April. Il-metodi użati għall-ġbir taż-żebbuġ huma kemm is-sistema tradizzjonali manwali permezz tat-theżżiż taz-zokk u l-friegħi, kif ukoll is-sistema ta’ vibrazzjonijiet permezz tal-magni, kif ukoll tal-ġbir waħda waħda bl-idejn. Tipikament, tintuża taħlita tas-sistema manwali permezz tat-theżżiż taz-zokk u l-friegħi u dik tal-vibrazzjonijiet mekkaniċi. Is-sistema ta’ gzuz irranġati madwar is-siġar hija l-aktar waħda komuni għall-ġbir taż-żebbuġ li jaqa’ mis-siġra. Mhuwiex awtorizzat il-ġbir ta’ żebbuġ li jkun miss mal-ħamrija”.

Huwa sostitwit b’: “Il-ġbir isir minn Novembru sa Marzu. Il-ġbir għandu jsir b’dedikazzjoni esklussiva għall-produzzjoni ta’ żjut taż-żebbuġa permezz tal-protezzjoni taż-żebbuġ b’saħħtu li jinġabar direttament mis-siġra, permezz tas-sistema tradizzjonali manwali permezz tat-theżżiż taz-zokk u l-friegħi, permezz ta’ vibrazzjonijiet jew permezz tal-ġbir waħda waħda bl-idejn, filwaqt li ż-żebbuġ li jaqa’ mis-siġra jinqabad fi gzuz permezz ta’ sistema ta’ imballaġġ imqiegħda madwar is-siġra taż-żebbuġ”.

Ġustifikazzjoni: Il-perjodu tal-ġbir jiġi definit irrispettivament mit-temp. Huwa f’dan iż-żmien li jinġabar iż-żebbuġ tal-aqwa kwalità. Il-paragrafu jiġi riorganizzat.

Titneħħa l-frażi: “Mhux awtorizzat l-użu ta’ prodotti għat-twaqqigħ tal-frott biex jiffaċilitaw il-ġbir taż-żebbuġ”.

Ġustifikazzjoni: Dawn huma prodotti li ma jintużawx fiż-żona peress li jeħtieġu doża b'kejl preċiż ħafna. Peress li jistgħu jaffettwaw it-twaqqigħ ta’ volum ta’ weraq importanti, ma għadhomx jintużaw.

Fil-frażi: “waqt it-theżżiż taz-zokk u l-friegħi, jiġu użati …” hija emendata biex tiddikjara li “Waqt it-theżżiż taz-zokk u l-friegħi, jistgħu jiġu użati …”.

Ġustifikazzjoni: L-espressjoni tiġi emendata biex tiċċara li għat-theżżiż taz-zokk u l-friegħi jista’ jintuża kwalunkwe metodu minn dawk indikati fl-Ispeċifikazzjoni.

Mill-paragrafu li ġej: “Għall-produzzjoni taż-żjut taż-żebbuġa straverġni, tipiċi tar-reġjun, jintuża l-frott mis-siġra, b’saħħtu u ta’ livell ta’ maturità xierqa għall-produzzjoni ta’ żjut bit-togħma tal-frott tipika. Id-data tal-ġbir hija stabbilita kull sena skont il-karatteristiċi tat-temp”.

Jiġu eliminati t-testi li ġejjin:

“Id-data tal-ġbir hija stabbilita kull sena skont il-karatteristiċi tat-temp”.

“livell ta’ maturità xierqa”

Ġustifikazzjoni: Fl-Ispeċifikazzjoni, jiġi definit minn qabel il-mument li fih jibda ġbir, li jkun f’Novembru. Huwa meqjus li minn Novembru, meta jibda l-ħsad, iż-żebbuġ ikollu livell ta’ maturità xieraq, u għalhekk, il-livell ta’ maturazzjoni mhuwiex parametru li jikkundizzjona l-kisba ta’ żjut ta’ kwalità tajba, peress li l-kwalità taż-żejt tiġi determinata permezz tal-analiżi fiżikokimika u organolettika.

Fil-paragrafi: “Li jkun f’kundizzjonijiet ta’ iġjene xierqa” u “F’każ li t-trasport taż-żebbuġ iseħħ fil-kaxxi fl-għelieqi, dawn il-kaxxi għandu jkollhom livell xieraq ta’ ndafa”

Tiġi inkluża l-frażi: “Nuqqas ta’ ġebel, tajn jew kull prodott ieħor li mhuwiex żebbuġ.”

Ġustifikazzjoni: B’dan il-mod jiġu definiti l-kundizzjonijiet ta’ iġjene li għandhom jissodisfaw il-vetturi tat-trasport u l-istat ta’ ndafa tal-kaxxi li fihom jinġarr iż-żebbuġ.

Titneħħa r-referenza għall-frekwenza tat-tindif tal-kaxxi (fl-Ispeċifikazzjoni ġie indikat li t-tindif tal-kaxxi għandu jsir perjodikament).

Ġustifikazzjoni: Minn qabel, jiġi indikat l-istat ta’ ndafa li għandhom ikunu fih il-kaxxi u għandhom jiġu mnaddfa kull meta jkun meħtieġ.

Punt E, paragrafu d) Riċeviment tal-materja prima

Fil-paragrafu: “Il-btieħi għandu jkollhom sistemi ta’ tindif xierqa”.

Tiġi inkluża l-frażi: “il-linji ta’ riċeviment għandhom jitnaddfu mill-prodott mhux kopert qabel ma jiġi trattat il-prodott kopert mid-denominazzjoni”.

Ġustifikazzjoni: Tiġi definita s-sistema ta’ tindif tal-btieħi.

Il-frażi: “Is-sistemi ta’ ħżin taż-żebbuġ għandhom jiġu maħsula kuljum qabel tibda l-ġurnata, u kull meta jitqies li huwa meħtieġ”.

Hija sostitwita bi: “Is-sistemi ta’ ħżin taż-żebbuġ għandhom dejjem jiġu maħsula kull meta tinbidel il-kwalità taż-żebbuġ”.

Ġustifikazzjoni: It-tindif ta’ kuljum ma jkunx meħtieġ jekk il-kwalità taż-żebbuġ li jkun maħżun tkun tal-istess kwalità (għad-DO).

Punt E, paragrafu e) L-ipproċessar tal-frott. Produzzjoni

Tindif, ħasil u wżin taż-żebbuġ: Il-paragrafu li ġej jiġi mħassar:

“Ladarba mnaddaf u/jew maħsul, għandu jsir teħid tal-kampjuni minn kull lott li jasal għal analiżi fiżikokimika u għandu jkun hemm rekords ta’ dan”.

Ġustifikazzjoni: Fil-ħin tar-riċeviment isiru l-kontroll u l-klassifikazzjoni taż-żebbuġ, u għalhekk ma jkunx meħtieġ li ssir analiżi fiżikokimika għal kull lott li jasal, peress li sussegwentement issir analiżi tal-lott taż-żejt prodott.

Tħin: Jiġu eliminati l-paragrafi li ġejjin:

“b’perjodu ta’ dewmien tal-frott fil-magna tat-tħin li jkun varjabbli, skont id-daqs tal-għarbiel tal-passatur tal-mitħna”

Ġustifikazzjoni: Ma jkunx meħtieġ li jiġi definit il-ħin ta’ kemm iż-żebbuġ jista’ jdum fil-mitħna, peress li huwa rekwiżit li ma jaffettwax il-karatteristiċi tal-prodott.

“F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk il-kundizzjonijiet iġjeniċi u sanitarji jkunu garantiti, jistgħu jiġu awtorizzati imtieħen tal-ġebel.”

Ġustifikazzjoni: Tiġi eliminata l-possibbiltà li jintużaw l-imtieħen tal-ġebel. Dawn huma skaduti, u ma għadhomx jintużaw.

Malasazzjoni:

Fil-frażi: “Il-ħin tal-malasazzjoni għandu jiddependi fuq l-istat ta’ maturità u l-varjetà taż-żebbuġ”.

Jiġi inkluż: “jista’ jvarja bejn siegħa u 3 sigħat”

Ġustifikazzjoni: Id-dewmien tal-malasazzjoni jiġi definit skont kemm ikun hemm biċċiet fil-miksers. Jekk dan it-tul ta’ żmien jinqabeż, il-massa terġa’ tisħon u dan iwassal għal żjut ta’ kwalità inferjuri.

Fil-paragrafu: “L-unika għajnuna awtorizzata hija dik tat-trab tal-ikel ċertifikat. Dan jintuża biss għal żebbuġ b’kontenut għoli ta' ilma. Jekk jintuża, il-mikser għandu jkollu distributur tat-trab tal-ikel. Id-doża massima approvata ta’ trab tal-ikel hija ta’ 2,5 %”.

Titneħħa: “Din se tintuża esklussivament għal żebbuġ b’kontenut għoli ta’ ilma”.

Ġustifikazzjoni: L-użu tiegħu f’dożi li ma jkunux korretti jaffettwa l-produttività grassa peress li jekk it-trab tal-ikel jassorbi l-umdità kollha jibda jassorbi ż-żejt. L-użu tiegħu ma jaffettwax il-karatteristiċi tal-prodott.

Separazzjoni tal-fażijiet:

Jitneħħa l-paragrafu:

“Hija awtorizzata biss is-sistema tradizzjonali ta’ għasir jekk jiġu offruti garanziji suffiċjenti iġjeniċi, sanitarji u teknoloġiċi għall-ksib taż-żejt bil-karatteristiċi tad-denominazzjoni tal-Oriġini Protetta ‘Antequera’”.

Ġustifikazzjoni: Titneħħa l-possibbiltà li tintuża s-sistema tradizzjonali tal-għasir. Din is-sistema ma għadhiex tintuża f’din iż-żona.

Separazzjoni tal-fażijiet solidi u likwidi permezz ta’ ċentrifugazzjoni kontinwa:

Fil-paragrafu: “Kontroll ta’ kemm l-ilma huwa tajjeb għax-xorb u t-temperatura tal-ilma li jiġi injettat u miżjud. It-temperatura tal-ilma fornuta fir-reċipjenti, ma għandhiex taqbeż 35 °C”.

Fl-ispeċifikazzjoni tiġi inkluża l-frażi “għandha tkun tali li t-temperatura taż-żejt tkun l-istess”

Ġustifikazzjoni: Għandu jiġi żgurat li ż-żejt ma jaqbiżx 35 °C sabiex ma jintilfux il-karatteristiċi pożittivi permezz ta’ volatilizzazzjoni, u għalhekk l-ilma għandu jinżamm f’temperatura ta’ 35 °C jew inqas permezz ta’ skambju tas-sħana. Hemm sistemi li ma jippermettux li tiġi mkejla t-temperatura tal-ilma peress li huma sistemi magħluqa.

Fil-paragrafu: “L-ilma pprovdut għandu jkun tajjeb għax-xorb, u t-temperatura tiegħu ma għandhiex taqbeż 35 °C, filwaqt li jinżamm gradjent pożittiv tat-temperaturi mill-mikser saċ-ċentrifuga vertikali”.

Fl-ispeċifikazzjoni tiġi inkluża l-frażi: “Jekk it-temperatura tal-ilma ma tkunx tista’ tiġi mkejla, it-temperatura taż-żejt ma għandhiex taqbeż 35 °C”.

Ġustifikazzjoni: Fil-każ ta’ sistemi magħluqa, mhux dejjem tkun tista’ tiġi mkejla t-temperatura tal-ilma u għalhekk tingħata l-għażla li din tiġi kkontrollata permezz tat-temperatura taż-żejt.

Il-frażi: “Għandu jsir tindif perjodiku tal-komponenti taċ-ċentrifugi vertikali”

Hija sostitwita b’: “Għandu jsir tindif tal-komponenti taċ-ċentrifugi vertikali kull meta tinbidel il-kwalità taż-żejt u qabel ma jibda staġun ġdid”.

Ġustifikazzjoni: Tiġi ddeterminata l-frekwenza tat-tindif tal-komponenti taċ-ċentrifugi vertikali.

Fil-frażi: “Fil-ħruġ miċ-ċentrifuga vertikali għandha ssir l-ewwel klassifikazzjoni taż-żjut permezz tat-togħma u analiżi tal-aċidità bil-għan li jinkisbu lottijiet omoġenji”.

Issir sostituzzjoni ta’ “għandha ssir” b’ “tista’ ssir”

Ġustifikazzjoni: Mhuwiex rekwiżit obbligatorju li ssir din l-ewwel klassifikazzjoni f’din il-fażi tal-proċedura, peress li l-analiżi fiżikokimika u organolettika tal-lott finali hija dik li tiddetermina jekk jikklassifikax bħala denominazzjoni tal-oriġini, u għalhekk tingħata l-għażla jekk issirx jew le.

Dekantazzjoni:

Fil-paragrafu: “Kapaċità adegwata ta’ dekantazzjoni, mhux inqas minn 6 sigħat ta’ ċentrifugazzjoni u 36 siegħa ta’ dekantazzjoni permezz tal-gravità”.

Titneħħa: “6 sigħat ta’ ċentrifugazzjoni u”

Ġustifikazzjoni: Id-dekantazzjoni għandha ssir biss bil-gravità u mhux biċ-ċentrifugazzjoni (iż-żejt diġà jkun ġie ċentrifugat), peress li dan il-metodu huwa inqas aggressiv biex jinżammu l-proprjetajiet tal-prodott.

Fil-frażi: “It-temperatura tal-kamra tad-dekantazzjoni għandha tkun madwar 20 °C”.

Tiġi sostitwita: “għandha tkun madwar 20 °C” għal “ma għandhiex taqbeż 25 °C”.

Ġustifikazzjoni: Tiġi definita b’mod preċiż it-temperatura li għandu jkun hemm fis-sala tad-dekantazzjoni għal konservazzjoni tajba taż-żjut.

Il-frażi: “Preferibbilment, it-tferrigħ taż-żjut minn ċentrifuga vertikali għal tankijiet żgħar permezz tal-gravità”.

Hija sostitwita b’: “Isir it-tferrigħ taż-żjut miċ-ċentrifuga f’tankijiet żgħar permezz tal-gravità jew direttament f’tankijiet intermedjarji”.

Ġustifikazzjoni: It-terminu “preferibbilment” jiġi mħassar peress li huwa ambigwu, u jiġi definit kif isir it-tferrigħ taż-żejt.

Fil-frażi: “It-tankijiet żgħar għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jippermettu tindif effettiv permezz ta’ tbattil perjodiku permezz ta’ valv maħsub għal dan”.

Issir sostituzzjoni tal-kelma “perjodiku” għal “ta’ kuljum”

Ġustifikazzjoni: Tiġi definita l-frekwenza tat-tindif tat-tankijiet żgħar.

Fil-frażi: “It-tankijiet jew kontenituri għandhom ikunu mibnija minn materjal inert, preferibbilment tal-azzar inossidabbli”

Tiġi sostitwita “preferibbilment tal-azzar inossidabbli” b’ “adattat għall-prodotti tal-ikel”.

Ġustifikazzjoni: Jiġi definit b’mod preċiż li t-tip ta’ materjal użat għandu jkun xieraq għall-prodotti tal-ikel, inkluż l-azzar inossidabbli, iżda jista’ jkun xi materjal ieħor ukoll.

Jiġi mħassar ir-rekwiżit: “Separazzjoni tal-kamra tad-dekantazzjoni mill-bqija tal-bini tal-mitħna”.

Ġustifikazzjoni: Huwa rekwiżit li r-reċipjenti tat-tferrigħ ikunu magħluqa u għalhekk mhix meħtieġa s-separazzjoni.

Ħżin ta’ depożiti fil-maħżen sal-mument tal-ibbottiljar

Fil-paragrafu: Id-depożiti tal-maħżen għandhom ikunu totalment magħluqin, ikollhom il-mezz li jippermetti li jitnaddfu b’mod korrett, sistema li tippermetti t-tbattil perjodiku u mezz għat-teħid tal-kampjuni.

Tiġi sostitwita “il-mezz” b’ “aċċess”

Ġustifikazzjoni: Biex jiġu mnaddfa t-tankijiet għandu jkollhom aċċess, normalment imsejħa tappiera tal-ispezzjonar (manhole) li tippermetti li jiġu mnaddfa.

Fil-frażi: “L-imħażen għandu jkollhom temperatura xierqa għall-preservazzjoni korretta taż-żejt”.

Jiġi inkluż: “ta’ mhux iżjed minn 25 °C”

Ġustifikazzjoni: Tiġi definita b’mod preċiż it-temperatura li għandu jkollhom l-imħażen għal preservazzjoni tajba taż-żjut.

Punt E, paragrafu f) Trasport ta’ volumi kbar u bbottiljar

Fit-trasport ta’ żejt f’volumi kbar jiġi miżjud: “fi plastik adattat għal mal-prodotti tal-ikel”.

Jitneħħew il-paragrafi li ġejjin:

“Huwa awtorizzat biss it-trasport taż-żjut f’volum kbir protett bid-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Antequera’, fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini. B’dan il-mod tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u l-oriġini tal-prodott.

L-ibbottiljar taż-żejt għandu jsir esklussivament fil-faċilitajiet tal-ibbottiljar reġistrati, li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. B’dan il-mod tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u l-oriġini tal-prodott.

Ir-rekwiżit tal-ibbottiljar fil-post ta’ oriġini huwa maħsub b’mod ċar biex jipproteġi aħjar il-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott u, konsegwentement, ir-reputazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini, li l-benefiċjarji jassumu responsabbiltà għaliha b’mod sħiħ u kollettiv u ma hemm ebda dubju li l-kontrolli magħmula fiż-żona ta’ produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji tad-denominazzjoni ta’ oriġini għandhom natura profonda u sistematika u huma mmexxija minn professjonisti b’għarfien speċjalizzat tal-karatteristiċi tal-prodott.

Huwa diffiċli li l-kontrolli neċessarji, li għandhom jiġu mwettqa biex jiggarantixxu l-prodott, ikunu jistgħu jiġu stabbiliti effettivament barra miż-żona ta’ produzzjoni.”

Ġustifikazzjoni: Il-kontenituri tal-plastik adattati għal mal-ikel huma adattati għat-trasport taż-żejt f’volum kbir, billi jżommu l-kwalità tiegħu.

Fil-punt f) jiġi sostitwit: “Filtri ta’ pjanċi tal-azzar inossidabbli” b' “sistema ta’ filtrazzjoni tal-azzar inossidabbli”

Ġustifikazzjoni: Mhuwiex meħtieġ li jkunu filtri ta’ pjanċi, hemm tipi oħra ta’ sistemi ta’ filtrazzjoni, u b'hekk jiżdiedu l-possibbiltajiet. Ir-rekwiżit huwa li jkunu magħmulin mill-azzar inossidabbli.

Fil-punt j) jiġi miżjud: “jew fin-nuqqas ta’ dan, akkreditat fl-istandard EN ISO/IEC 17025” u “sabiex jiġu milħuqa l-ispeċifikazzjonijiet”.

Ġustifikazzjoni: L-użu ta’ laboratorju fiżikokimiku u bord ta’ dewwieqa akkreditati fl-istandard EN ISO/IEC 17025 “Rekwiżiti ġenerali relatati mal-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni” jiżgura l-kompetenza teknika u riżultati teknikament validi għall-klassifikazzjoni taż-żjut skont l-ispeċifikazzjonijiet.

Fil-frażi: “L-ibbottiljar għandu jsir f’reċipjenti tal-ħġieġ, tal-metall miksi jew ċeramika għall-użu mal-ikel”

Jiġi inkluż: “skur” u b’materjal li jista’ jintuża mal-ikel

Ġustifikazzjoni: Jiġi speċifikat li l-ħġieġ għandu jkun skur biex jipprevjeni li jidħol id-dawl u l-materjal tal-kisi għandu jkun tajjeb għall-ikel.

3.4.   Emendi fil-punt G “Struttura ta’ Kontroll”

It-test jiġi emendat u jinkludi l-kliem li ġej:

“Il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott issir skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-awtorità kompetenti maħtura bħala responsabbli għall-kontrolli, hija d-Dirección General de Calidad, Industrias Agroalimentarias y Producción Ecológica de la Consejería de Agricultura, Pesca y Medio Ambiente de la Junta de Andalucía

C/ Tabladilla, s/n

41071 Sevilla

ESPAÑA

Tel. +34 955032278

Faks +34 955032112

Posta elettronika: dg-ciape.sscc.capma@juntadeandalucia.es

L-informazzjoni rigward l-entitajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-ispeċifikazzjoni tinstab f’dan l-indirizz:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/areas-tematicas/industrias-agroalimentarias/calidad-y-promocion-agroalimentaria/denominaciones-de-calidad/aceite-de-oliva.html

U l-funzjonijiet speċifiċi għandhom jirriżultaw mill-verifika tal-ispeċifikazzjoni qabel il-kummerċjalizzazzjoni.”

Ġustifikazzjoni: Adattament għall-konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

3.5.   Emendi fil-punt H “Tikkettar”

Fit-test li ġej:

“It-tikketti kummerċjali ta’ kull ditta reġistrata, għandhom jiġu approvati mill-Kunsill Regolatorju”

Il-kelma “approvati” għandha tiġi sostitwita b’ “sorveljati”

Ġustifikazzjoni: It-tikketti għandhom ikunu sorveljati mill-Kunsill Regolatorju rigward l-użu tal-logo tad-denominazzjoni, iżda dan ma jinvolvix approvazzjoni minn qabel peress li ma jikkostitwixxix ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.

Tiġi inkluża l-frażi li ġejja:

“rigward l-użu tal-logo tad-denominazzjoni.”

Ġustifikazzjoni: B’dan il-mod ma jkunx hemm kunflitt mal-Liġi dwar it-Trademarks (Il-Liġi 17/2001 tas-7 ta’ Diċembru 2001).

Fit-test li ġej:

“Għandu jkollhom, b’mod obbligatorju fuqhom, il-kliem: Denominazzjoni ta’ Oriġini ‘Antequera’ ”

Tiġi sostitwita l-kelma “il-kliem” b’ “l-indikazzjoni”.

U tiġi inkluża l-frażi li ġejja:

“jew is-simbolu tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini, u s-simbolu tal-Unjoni.”

Ġustifikazzjoni: B’dan il-mod ikun adattat skont kif indikat fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Fit-test li ġej:

“Kwalunkwe tip ta’ flixkun li fih jinħareġ iż-żejt protett għall-konsum għandu jingħata siġill ta’ garanzija, litografija, tikketti jew tikketti sekondarji, numerati u maħruġa jew awtorizzati rigward l-użu tat-trademark tad-denominazzjoni mill-Kunsill Regolatorju.”

Tiġi sostitiwta “awtorizzati” b’ “sorveljati”.

Jiġi miżjud “il-logo tad-denominazzjoni” u titneħħa “tat-trademark”.

Ġustifikazzjoni: Issir referenza biss għad-denominazzjoni ta’ oriġini. It-tikketti għandhom ikunu sorveljati mill-Kunsill Regolatorju rigward l-użu tal-logo tad-denominazzjoni, iżda dan ma jinvolvix approvazzjoni minn qabel, peress li ma jikkostitwixxix ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.

3.6.   Emendi fil-punt I “Rekwiżiti leġiżlattivi”

Ġie mneħħi t-terminu “nazzjonali” mit-titolu.

Ġustifikazzjoni: skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-rekwiżiti leġiżlattivi li jaffettwaw il-prodott jew il-kwalità ta’ dan huma fuq livell nazzjonali u komunitarju.

Il-leġiżlazzjoni li tapplika għall-prodott hija aġġornata.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“ANTEQUERA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-0327-06.09.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Antequera”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Żejt taż-żebbuġa straverġni miksub mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europea L.), magħmul esklussivament permezz ta’ mezzi fiżiċi jew mekkaniċi, f’temperatura li ma tibdilx il-kompożizzjoni kimika naturali taż-żejt, u filwaqt li tinżamm it-togħma, ir-riħa u l-karatteristiċi tal-frott tagħha.

Mil-lat organolettiku, huma żjut li għandhom togħma ta’ frott taż-żebbuġ aħdar, frott misjur ieħor, lewż, banana u ħaxix aħdar f’intensitajiet li jvarjaw minn moderat sa għoli. Min-naħa l-oħra, l-attributi li jkunu morri u jaħarqu jirriżultaw f’intensitajiet li jvarjaw minn ħafif sa medju u jeżistu f’armonija perfetta b’togħmiet kemxejn ħelwin.

Iż-żjut protetti mid-denominazzjoni tal-oriġini “Antequera” għandhom ikunu neċessarjament żjut taż-żebbuġa straverġni li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

Parametri fiżikokimiċi

 

Aċidità (%)

Massimu 0,3

Indiċi tal-perossidi (ossiġnu milliekwivalenti kull Kg żejt)

Massimu 10

K270 (Assorbenza 270 nm)

Massimu 0,15

Karatteristiċi organolettiċi:

Il-medjan tat-togħma tal-frott

Akbar minn jew ugwali għal 4

Medjan tad-difetti

Ugwali għal 0

3.3.   Materja prima (fil-każ tal-prodotti pproċessati biss)

Żejt taż-żebbuġa straverġni miksub mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europea L.), tal-varjetà Hojiblanca, u jista’ jifforma parti minn varjetajiet minuri oħra bħal Picual jew Marteño, Arbequina, Picudo, Lechín de Sevilla jew Zorzaleño, Picudo, Gordal de Archidona, Verdial de Vélez Málaga u Verdial de Huévar.

Il-varjetà Hojiblanca hija l-varjetà prinċipali, il-maġġor parti, peress li tieħu iktar minn 90 % tal-wiċċ totali tas-siġar taż-żebbuġ fiż-żona. Il-bqija huma kkunsidrati bħala varjetajiet sekondarji, u huma mqassma f’żona bħala minoranza. Il-varjetajiet li ġejjin huma kkunsidrati indiġeni, b’oriġini lokali: Hojiblanca u Gordal de Archidona.

3.4.   Għalf (fil-każ tal-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

Iż-żebbuġ użat biex isir il-prodott, għandhom ikunu ġejjin minn imsaġar taż-żebbuġ irreġistrati li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni u l-varjetajiet approvati.

Iż-żejt għandu jkun miksub mill-imtieħen reġistrati, li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni, u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti.

Il-fażijiet tal-produzzjoni għandhom ikunu: Tindif, ħasil u wżin taż-żebbuġ, malasazzjoni, separazzjoni tal-fażijiet solidi u likwidi permezz taċ-ċentrifugazzjoni kontinwa, separazzjoni tal-fażijiet likwidi permezz ta’ ċentrifugazzjoni kontinwa, dekantazzjoni u ħżin.

3.6.   Regoli speċjali dwar it-tqattigħ fi strixxi, it-tħakkik, l-ibbottiljar, eċċ.

L-ibbottiljar għandu jsir f’kontenituri tal-ħġieġ skur, tal-metall miksi b’materjal adattat għal mal-ikel jew taċ-ċeramika adattata għal mal-ikel, sabiex il-proprjetajiet fiżikokimiċi u organolettiċi taż-żejt jinżammu għal perjodu ta’ żmien itwal, peress li huma materjali inerti u ma jħallux id-dawl jgħaddi, li jaċċellera l-proċessi ta’ ossidazzjoni.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar l-ittikkettar

It-tikketti kummerċjali, ta’ kull ditta reġistrata, għandhom jiġu ssorveljati mill-Kunsill Regolatorju rigward l-użu tal-logo tad-denominazzjoni. Għandhom jidhru fuqhom b’mod obbligatorju, l-indikazzjoni “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Antequera” jew is-simbolu tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini, u s-simbolu tal-Unjoni.

Kwalunkwe tip ta’ flixkun li jinħareġ fih iż-żejt protett għal konsum għandu jkollu siġill ta’ garanzija, litografija, tikketti jew tikketti sekondarji, numerati u maħruġa jew sorveljati fl-użu tal-logo tad-denominazzjoni mill-Kunsill Regolatorju. Dawn it-tikketti sekondarji għandhom jitpoġġew esklussivament fuq l-impjant tal-ippakkjar reġistrat u dejjem b’mod li ma jippermettix li jintużaw mill-ġdid.

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni hija magħmula mit-territorji li jinsabu fil-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Málaga: Alameda, Almargen, Antequera, Archidona, Campillos, Cañete La Real, Cuevas Bajas, Cuevas de San Marcos, Fuente de Piedra, Humilladero, Mollina, Sierra de Yeguas, Teba, Villanueva de Algaidas, Villanueva del Rosario, Villanueva del Trabuco u Villanueva de Tapia, u fil-provinċja ta’ Córdoba fit-territorju muniċipali ta’ Palenciana.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika ddefinita

Iż-żona ta’ produzzjoni taqa’ taħt ir-reġjun naturali tal-Ħofra ta’ Antequera (“la Depresión de Antequera”) li tinsab fit-tarf tal-Punent tal-ħofor intrabetiċi ta’ Andalusija. Mit-Tramuntana tmiss mal-provinċji ta’ Córdoba u Seville, mill-Punent mal-provinċji ta’ Seville u Cadiz u mill-Lvant ma’ Granada. Il-konfini tan-Nofsinhar huma fformati minn grupp ta’ firxiet ta’ muntanji Subbetiċi li jisseparawha mill-Muntanji ta’ Malaga: Hoyas del valle de Guadalhorce u r-reġjun ta’ Serranía de Ronda, liema reġjuni huma kollha parti mill-provinċja ta’ Malaga.

Hija għandha karatteristiċi ġeomorfoloġiċi u klimatiċi partikolari. Ir-reġjun ikopri erja fil-baxx ta’ topografija ħafifa (altitudni ta’ 400-600 m), li hija mdawra b’serje ta’ sistemi muntanjużi li jinsabu fit-Tramuntana (Sierras Subbéticas) u fin-Nofsinhar (Sistema Penibético), li jipprovdu kundizzjonijiet mikroklimatiċi u tal-ħamrija partikolari għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ.

L-imsaġar taż-żebbuġ jinsabu f’altitudnijiet li jvarjaw bejn 450 u 600 metri ta’ altitudni, fuq ħamrija ta’ fond medju u kalkarja ħafna (20-70 % ta’ karbonati). Min-naħa l-oħra, minħabba li l-ilma tal-erja tal-madwar jinżel fil-Ħofra ta’ Antequera, li wassal għal livelli differenti ta’ terrazzi ta’ xmajjar, din għandha kwantità kbira ta’ depożiti terzjarji, li jinkludu tafal aħmar medjupljokeniku, li jipprovdu livelli għolja ta’ potassju lill-masġar taż-żebbuġ u livell għoli ta’ żamma ta’ umdità, li jiffavorixxu l-kundizzjonijiet ta’ veġetazzjoni tal-masġar taż-żebbuġ, peress li aktar minn 90 % tal-wiċċ ta’ dan ir-raba’ mhuwiex irrigat. Ir-reġjun “Antequera” għandu klima Mediterranja moderata-sħuna, kemxejn kontinentalizzata minħabba li jinsab fil-ħofor intrabetiċi ta’ Andalusija. Din is-sitwazzjoni tikkawża kuntrasti kbar fit-temperatura bejn is-sjuf u x-xtiewi, u bejn il-lejl u l-jum. It-temperaturi medji tax-xahar l-aktar kiesaħ (Jannar jew Diċembru) ivarjaw bejn 6 °C u 9 °C. Ix-xhur l-aktar sħan huma Lulju u Awwissu, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 22 °C sa 27 °C.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni DPO “Antequera” huwa kkaratterizzat, mil-lat organolettiku, bil-preżentazzjoni ta’ intensitajiet bejn moderati u għoljin tal-attribut tat-togħma tal-frott taż-żebbuġ aħdar, b’medjan ugwali jew ikbar minn 4, li huwa akkumpanjat b’firxa ta’ attributi pożittivi ta’ frott ieħor misjur, lewż, banana u ħaxix aħdar. Dawn huma żjut li jippreżentaw intensitajiet li jvarjaw bejn ħfief u medji tal-attributi li huma morri u ma jaħarqux li jeżistu f’armonija perfetta b’togħmiet kemxejn ħelwin. F’dak li jirrigwarda l-karatteristiċi fiżikokimiċi tiegħu, il-prodott huwa kkaratterizzat minn aċidità baxxa, inqas minn 0,3 %, kontenut baxx ta’ perossidu, inqas minn 10, u assorbenza baxxa ta’ ultravjola (K270), inqas minn 0,15.

Huwa għandu kompożizzjoni ta’ aċidi grassi bbilanċjata tajjeb. Għandu livelli għoljin ta’ aċidu olejku bejn 78 u 81 %, livelli medji ta’ aċidu linolejku, 5 sa 8 %, ir-relazzjoni bejn l-aċidi grassi monoinsaturati u saturati huwa għoli bejn 11 u 15, u proporzjon moderat bejn l-aċidi grassi olejċi/linolejċi, 15 u 12, li jiddetermina li jkunu żjut ħfief fil-ħalq.

Huma żjut moderatament stabbli grazzi għall-konċentrazzjonijiet għolja ta’ tokoferols tagħhom. Dan għalhekk jiddetermina li ż-żjut ta’ Antequera jkun fihom ħafna vitamina E.

Għandu jiġi nnutat, f’dak li jirrigwarda l-frazzjoni li mhix saponifikabbli taż-żjut ta’ Antequera, li din fiha livell għoli ta’ metilsteroli, peress li taqbeż 30 mg għal kull 100 g ta’ żejt.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (fil-każ tad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (fil-każ tal-IĠP)

It-tolleranza għal ħamrija kalkarja taż-żona ġeografika tal-varjetà lokali Hojiblanca, bir-rekwiżit tas-siġra għall-estrazzjoni ta’ kalċju mill-ħamrija, flimkien ma’ klima Mediterranja kontinentalizzata tar-reġjun naturali tal-Ħofra ta’ Antequera, bi xtiewi kesħin u nixfin, ippermettiet li ż-żebbuġ tal-varjetà lokali Hojiblanca, miġbura mill-imsaġar taż-żebbuġ f’din iż-żona fix-xhur ta’ temperaturi baxxi, iwasslu sensorjalment għal żjut b’togħma tal-frott taż-żebbuġ aħdar b’medjan ugwali jew ikbar minn 4, attributi pożittivi ta’ frott misjur ieħor, lewż, banana u ħaxix aħdar, u attributi li huma morri u ma jaħarqux ta’ intensitajiet ħfief sa medji, u fiżikokimikament b’aċidità baxxa taħt 0,3, indiċi tal-perossidi inqas minn 10 u assorbenza tal-ultravjola inqas minn 0,15.

Barra minn hekk, it-temperaturi baxxi matul l-istaġun tax-xitwa, tipiċi taż-żona ġeografika, idewmu l-perjodu ta’ maturazzjoni tal-varjetà lokali Hojiblanca, li jwasslu għal bidla tal-profili aċidużi taż-żjut, filwaqt li jiżdiedu l-livelli tal-aċidu olejku, bejn 78 u 81 %, għad-detriment tal-aċidi grassi saturati u mhux saturati.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni huwa disponibbli permezz tal-link li ġejja:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/PliegoAntequeramodificado.pdf

jew inkella, billi tidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ambjent tal-Junta de Andalucía (http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal), u tuża l-link li ġej: “Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Aceite de oliva virgen extra”, l-ispeċifikazzjoni tista’ tinstab taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ kwalità.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.