ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.298.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 298

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
12 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 298/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 291, 5.10.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 298/02

Kawża C-352/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Langericht Dortmund (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2013 — Cartel Damage Claims Hydrogen Peroxide SA (CDC) vs Evonik Degussa GmbH, Akzo Nobel NV, Solvay SA, Kemira Oyj, Arkema France, FMC Foret, Chemoxal SA, Edison SpA

2

2013/C 298/03

Kawża C-401/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Vasiliki Balazs vs Casa Județeană de Pensii Cluj

3

2013/C 298/04

Kawża C-412/13 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2013 minn Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-378/11 — Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

3

2013/C 298/05

Kawża C-414/13 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 minn Reber Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-530/10 — Reber Holding GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

3

2013/C 298/06

Kawża C-432/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Casa Județeană de Pensii Cluj vs Attila Balazs

4

2013/C 298/07

Kawża C-436/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-2 ta’ Awissu 2013 — E. vs B.

5

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 298/08

Kawża T-5/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Iran Liquefied Natural Gas vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti kummerċjali fis-seħħ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tal-eċċezzjoni ta’ illegalità li fuqha hija bbażata t-talba — Inammissibbiltà tat-talba)

6

2013/C 298/09

Kawża T-37/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT) (Trade mark Komunitarja — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

6

2013/C 298/10

Kawża T-56/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 — ClientEarth u Stichting BirdLife Europe vs Il-Kumissjoni (Aċċess għal dokumenti tal-Istituzzjonijiet — Dokument miżmum mill-Kummissjoni li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

6

2013/C 298/11

Kawża T-366/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille — Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku — Deċiżjoni li tiklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

7

2013/C 298/12

Kawża T-326/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni vs Thales développement et coopération

7

2013/C 298/13

Kawża T-348/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2013 — Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

8

2013/C 298/14

Kawża T-356/13 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 minn Giorgio Lebedef mis-sentenza mogħtija fl-24 ta’ April 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-56/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni

8

2013/C 298/15

Kawża T-388/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 — Costa Crociere vs UASI — Guerlain (SAMSARA)

9

2013/C 298/16

Kawża T-400/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)

9

2013/C 298/17

Kawża T-456/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — Sea Handling vs Il-Kummissjoni

10

2013/C 298/18

Kawża T-412/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2013 — bpost vs Il-Kummissjoni

11

2013/C 298/19

Kawża T-164/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2013 — Sun Capital Partners vs UASI — Sun Capital Partners (SUN CAPITAL)

11

2013/C 298/20

Kawża T-301/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Awissu 2013 — Nordex Holding vs UASI — Fontana Food (Taverna MEDITERRANEAN WHITE CHEESE)

11

2013/C 298/21

Kawża T-302/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Awwissu 2013 — Nordex Holding vs UASI — Fontana Food (Taverna)

11

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/1


2013/C 298/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 291, 5.10.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 284, 28.9.2013

ĠU C 274, 21.9.2013

ĠU C 260, 7.9.2013

ĠU C 252, 31.8.2013

ĠU C 245, 24.8.2013

ĠU C 233, 10.8.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Langericht Dortmund (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2013 — Cartel Damage Claims Hydrogen Peroxide SA (CDC) vs Evonik Degussa GmbH, Akzo Nobel NV, Solvay SA, Kemira Oyj, Arkema France, FMC Foret, Chemoxal SA, Edison SpA

(Kawża C-352/13)

2013/C 298/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Langericht Dortmund

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartel Damage Claims Hydrogen Peroxide SA (CDC)

Konvenuti: Evonik Degussa GmbH, Akzo Nobel NV, Solvay SA, Kemira Oyj, Arkema France, FMC Foret, Chemoxal SA, Edison SpA

Domandi preliminari

(1)

(a)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konvenut stabbilit fl-Istat tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni u konvenuti stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jintalbu in solidum, fil-kuntest ta’ kawża, jipprovdu informazzjoni u jħallsu kumpens għad-danni fir-rigward ta’ ksur uniku u kontinwu li pparteċipaw fih f’numru ta’ Stati Membri f’postijiet u fi żminijiet differenti (fejn dan il-ksur tal-Artikolu 81 KE/Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE ikun ġie kkonstatat mill-Kummissjoni Ewropea), hemm lok li din il-kawża tinstema’ u tiġi deċiża fl-istess ħin sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet li jistgħu jkunu irrikonċiljabbli jekk jiġu deċiżi separatament?

(b)

F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat li l-kawża mibdija kontra l-konvenut stabbilit fl-Istat tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni kienet is-suġġett ta’ rinunzja għall-atti wara n-notifika tal-kawża lill-konvenuti kollha u qabel l-iskadenza tat-terminu previst mill-qorti għar-risposta u qabel il-bidu tal-ewwel seduta?

(2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konvenuti stabbiliti fi Stati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea jintalbu, fil-kuntest ta’ kawża, jipprovdu informazzjoni u jħallsu kumpens għad-danni fir-rigward ta’ ksur uniku u kontinwu li pparteċipaw fih f’numru ta’ Stati Membri f’postijiet u fi żminijiet differenti (fejn dan il-ksur tal-Artikolu 81 KE/Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE ikun ġie kkonstatat mill-Kummissjoni Ewropea), il-fatt dannuż seħħ, fir-rigward ta’ kull konvenut u għad-danni kollha invokati jew għad-dannu totali, fl-Istati Membri li fihom l-akkordji ġew konklużi u implementati?

(3)

Fil-każ fejn id-danni jintalbu, fil-kuntest ta’ kawża, fir-rigward ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE/Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (projbizzjoni ta’ akkordji), il-prinċipju ta’ implementazzjoni effettiva tal-projbizzjoni ta’ akkordji fid-dritt tal-Unjoni jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-klawżoli ta’ arbitraġġ u l-klawżoli li jagħtu ġurisdizzjoni stipulati fil-kuntratti ta’ kunsinna meta, għall-konvenuti kollha u/jew għad-drittijiet invokati kollha jew għal parti minnhom, tali teħid inkunsiderazzjoni jkollu l-effett ta’ deroga mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 5(3) u/jew fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Vasiliki Balazs vs Casa Județeană de Pensii Cluj

(Kawża C-401/13)

2013/C 298/03

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vasiliki Balazs

Konvenuta: Casa Județeană de Pensii Cluj

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ftehim bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, ftehim li permezz tiegħu dawn l-Istati ftiehmu dwar l-estinzjoni tal-obbligu dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali dovuti minn Stat liċ-ċittadini tal-Istat l-ieħor li kellhom l-istatus ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-ewwel Stat u li ġew rimpatrijati fit-territorju tat-tieni Stat, inkambju għall-ħlas mill-ewwel Stat ta’ somma f’daqqa għall-ħlas tal-pensjonijiet u għall-kopertura tal-perijodu li matulu tħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-ewwel Stat Membru, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/3


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2013 minn Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-378/11 — Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-412/13 P)

2013/C 298/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1598/2010-4), dwar talba tal-anzjanità ta’ trade marks preċedenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors għal annullament tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar talba tal-anzjanità ta’ trade marks preċedenti fil-kuntest ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MEDINET bħala trade mark Komunitarja.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) billi kkonstatat li din id-dispożizzjoni kellha tiġi interpretata b’mod strett u għalhekk ma awtorizzatx it-talba ta’ anzjanità ta’ parti mit-trade mark nazzjonali preċedenti. Barra minn hekk, hija kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn waslet għad-deċiżjoni tagħha abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet fattwali u legali inkompleti. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali mingħajr proċedura orali kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/3


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 minn Reber Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-530/10 — Reber Holding GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-414/13 P)

2013/C 298/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Reber Holding GmbH & Co. KG (rappreżentanti: O. Spuhler, M. Geitz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Anna Klusmeier

Talbiet tal-appellanti

I.

tirrevoka s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-530/10 u tannulla d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 363/2008-4;

II.

sussidjarjament,

tirrevoka s-sentenza indikata fil-punt I u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

III.

tordna lill-appellati jbatu l-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravju ta’ ksur tad-dritt Komunitarju sostantiv u insuffiċjenza tal-istħarriġ u tal-evalwazzjoni tal-bażi fattwali. Il-Qorti Ġenerali għamlet biss evalwazzjoni inkompleta tal-bażi fattwali tal-każ ineżami. Dan jikkostitwixxi żball ta’ liġi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2010, C-51/09 P, Becker vs Harman International Industries (1)). Dan jista’ jiġi invokat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 2010, C-317/10 P, Union Investment Privatfonds vs UniCredito Italiano (2)).

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tassumi li d-dikjarazzjoni solenni ppreżentata ma tinkludi ebda riferiment għall-provi ulterjuri mressqa. Din il-konstatazzjoni hija inkorretta. Mid-dikjarazzjoni solenni jirriżulta ċar li din tirreferi għall-provi ulterjuri mehmuża. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma stħarrġitx u ma evalwatx b’mod sħiħ id-dikjarazzjoni solenni ppreżentata. Dan jinvolvi, għaldaqstant, żball ta’ liġi fis-sentenza appellata li jista’ jiġi invokat fl-istadju tal-appell.

Li kieku l-Qorti Ġenerali stħarrġet u evalwat b’mod sħiħ il-provi mressqa quddiemha, hija kien ikollha tikkonstata użu ġenwin taż-żewġ trade marks invokati fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) u tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (3) (iktar ’il quddiem Regolament Nru 40/94). Għaldaqstant, is-sentenza appellata tikser ukoll l-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) u tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 40/94.

Barra minn hekk, is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikolu 15(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 40/94. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li t-trade mark Nru 115 1 678 “W. Amadeus Mozart”, invokata fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, ma kinitx użata mill-appellanti bħala trade mark.


(1)  Ġabra, p. I-5805

(2)  Ġabra (2011), p. I-5471

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Casa Județeană de Pensii Cluj vs Attila Balazs

(Kawża C-432/13)

2013/C 298/06

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Casa Județeană de Pensii Cluj

Konvenut: Attila Balazs

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ftehim bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, ftehim li permezz tiegħu dawn l-Istati ftiehmu dwar l-estinzjoni tal-obbligu dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali dovuti minn Stat liċ-ċittadini tal-Istat l-ieħor li kellhom l-istatus ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-ewwel Stat u li ġew rimpatrijati fit-territorju tat-tieni Stat, inkambju għall-ħlas mill-ewwel Stat ta’ somma f’daqqa għall-ħlas tal-pensjonijiet u għall-kopertura tal-perijodu li matulu tħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-ewwel Stat Membru, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-2 ta’ Awissu 2013 — E. vs B.

(Kawża C-436/13)

2013/C 298/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E.

Konvenut: B.

Domandi preliminari

(1)

Fejn tkun seħħet estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (1), dik l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni tkompli tapplika biss sakemm ikun hemm deċiżjoni finali f’dik il-proċedura jew tibqa’ tapplika anki wara li tingħata deċiżjoni finali?

(2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jittrasferixxu l-ġurisdizzjoni f’ċirkustanzi fejn fil-preżent ma tkun teżisti ebda proċedura legali li tikkonċerna lill-wild?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Il-Qorti Ġenerali

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Iran Liquefied Natural Gas vs Il-Kunsill

(Kawża T-5/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti kummerċjali fis-seħħ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tal-eċċezzjoni ta’ illegalità li fuqha hija bbażata t-talba - Inammissibbiltà tat-talba)

2013/C 298/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Liquefied Natural Gas Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey, P. Gjørtler u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. De Elera, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn l-atti inkludew isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi, u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), sa fejn dan l-att irendi impossibbli l-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi mir-rikorrenti ma’ msiebħa stabbiliti fl-Unjon Ewropea.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)

(Kawża T-37/13) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 298/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exakt Advanced Technologies GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Bismarck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Exakt Precision Tools Ltd (Aberdeen, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ottubru 2012, (Każ R 1764/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Exakt Advanced Technologies GmbH u Exakt Precision Tools Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 — ClientEarth u Stichting BirdLife Europe vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-56/13) (1)

(Aċċess għal dokumenti tal-Istituzzjonijiet - Dokument miżmum mill-Kummissjoni li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 298/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); u Stichting BirdLife Europe (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: O. Brouwer, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokument li jikkonċerna l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn ClientEarth u Stichting BirdLife Europe.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille - Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 298/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, N. Rouam, G. de Bergues u D. Colas, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implementata minn Franza favur is-Société nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie méridionale de navigation

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni vs Thales développement et coopération

(Kawża T-326/13)

2013/C 298/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Konvenuta: Thales développement et coopération SAS (Vélizy-Villacoublay, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-kumpannija Thales tħallas lura lill-Kummissjoni Ewropea l-ammonti kollha li din il-kumpannija rċeviet fuq il-bażi tal-kuntratti NEMECEL u DREAMCAR, jiġifieri, fil-kuntest tal-kuntratt NEMECEL, l-ammont ta’ EUR 700 335,66 bħala somma prinċipali flimkien mal-interessi dovuti u, fil-kuntest tal-kuntratt DREAMCAR, l-ammont ta’ EUR 812 821,43 bħala somma prinċipali flimkien mal-interessi dovuti;

tikkundanna lil Thales għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Kummissjoni titlob, permezz ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkundanna lill-konvenuta tħallasha lura l-ammonti kollha rċevuti mis-sussidjarja preċedenti tagħha, il-kumpannija SRTI (SRTI System, Industrial Process Department), li suċċessivament saret SODETEG (Société d’Études Techniques et d’Entreprises Générales SA) u mbagħad THALESEC (Thales Engineering and Consulting), fl-ambitu ta’ żewġ kuntratti ta’ riċerka msejħa “NEMECEL” u “DREAMCAR”.

Il-Kummissjoni ssostni li l-ammonti inkwistjoni ġew indebitament irċevuti, wara irregolaritajiet finanzjarji serji, nuqqas ta’ osservanza ta’ impenji kuntrattwali kif ukoll okkorrenzi ta’ ksur ta’ regoli sostantivi tad-dritt. Il-kumpannija sussidjarja tal-konvenuta ddikjarat, inter alia, spejjeż eċċessivi permezz ta’ ħruġ żejjed ta’ fatturi għal sigħat li ma nħadmux.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/8


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2013 — Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-348/13)

2013/C 298/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentant: H. de Charette, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorent

tiddikjara li

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, sa fejn din ma neħħietx isem ir-rikorrent mill-Anness II u mill-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja sa fejn l-Annessi II u IV tagħha jinkludu isem ir-rikorrent;

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, sa fejn l-Anness III tiegħu jinkludi isem ir-rikorrent;

ma japplikawx fir-rigward tiegħu;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ħlas simboliku ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu subit;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali, kompost minn erba’ partijiet ibbażati:

fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, peress li dan ma ġiex mismugħ qabel l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu;

fuq l-assenza ta’ notifika tal-atti kkontestati lir-rikorrent u dan minkejja l-fatt li l-indirizz tiegħu huwa magħruf mill-awtoritajiet;

fuq l-assenza ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni pprovduta fl-atti kkontestati insostenn tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrent la huma relatati mas-sitwazzjoni attwali fil-Libja u lanqas mal-għanijiet imfittxa;

fuq in-nuqqas ta’ seduta.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, kompost minn żewġ partijiet ibbażati:

fuq l-assenza ta’ utilità pubblika jew ta’ interess ġenerali tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrent, peress li huwa kien iddisassoċja ruħu uffiċjalment mill-Gvern Libjan;

fuq nuqqas ta’ ċertezza legali.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/8


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 minn Giorgio Lebedef mis-sentenza mogħtija fl-24 ta’ April 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-56/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/13 P)

2013/C 298/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ April 2013 fil-Kawża F-56/11, Lebedef vs Il-Kummissjoni, li għandha bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni dixxiplinari, tad-6 ta’ Lulju 2010, li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni li jitniżżel b’żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjoni;

tilqa’ t-talbiet tal-appellant imressqa fl-ewwel istanza;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka numru ta’ aggravji dwar il-punti 35, 36, 44, 45, 56, 57, 69, 70, 71, 77, 78, 86, 95 u 96 tas-sentenza appellata, ibbażati fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ arbitrarjetà, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-fatti u interpretahom b’mod żbaljat u billi qara u intepreta b’mod ħażin ir-rikors fl-ewwel istanza u d-deċiżjoni kkontestata.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 — Costa Crociere vs UASI — Guerlain (SAMSARA)

(Kawża T-388/13)

2013/C 298/15

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Costa Crociere SpA (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia u G. Sironi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guerlain SA (Levallois-Perret, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tat-13 ta’ Mejju 2013, mogħtija fil-Każ R 2049/2011-4; u

tordna lill-partijiet l-oħra sabiex iħallsu lura l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-UASI, kif ukoll matul il-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali SAMSARA għal servizzi fil-klassi 44 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 979 122

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 497 966 tat-trade mark verbali SAMSARA għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (1).


(1)  ĠU L 78, p. 1.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T-400/13)

2013/C 298/16

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-6 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ R 1643/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “AINHOA” — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 720 811

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-rikorrenti li talbet il-kanċellazzjoni bbażat ruħha fuq l-Artikolu 8(1)(b) u (5) flimkien mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u/jew tal-Artikolu 8(5), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/10


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — Sea Handling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/13)

2013/C 298/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sea Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: B. Nascimbene u M. Merola, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat li tagħti lil SEA Handling S.p.A aċċess għad-dokumenti msemmija fit-talba tas-27 ta’ Frar 2013;

tordna lill-Kummissjoni turi d-dokumenti mitluba lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal dokumenti li jinsabu fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar iż-żidiet f’kapital li l-kumpannija SEA S.p.A għamlet favur SEA Handling (proċedura SA.21420 — Italie/SEA Handling).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-ordni proċedurali

F’dan ir-rigward qed jiġi invokat ksur tal-Artikoli 7(1) u (3), u 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), kif ukoll tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn, minn naħa, il-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata kienet ikkaratterizzata minn perijodi ta’ silenzju mhux iġġustifikat u estensjonijiet li ma kinux immotivati b’mod adegwat, u sa fejn, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst affettwa d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u minn ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn din titlaq mill-prinċipju li l-aċċess għad-dokumenti kien ikun ta’ ħsara gravi kemm għall-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni kif ukoll għall-investigazzjonijiet diġà konklużi, mingħajr ma tispeċifika n-natura tal-ħsara inkwistjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi ddikjarat li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u minn ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn din tiddikjara li jekk it-talba għal aċċess tintlaqa’ dan ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tal-lanjanti, mingħajr ma tispjega liema huma dawn l-interessi, u b’dan il-mod ostakolat indirettament il-proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, sa fejn din ma għamlitx distinzjoni bejn l-interessi privati u l-interess pubbliku marbut mal-iżvolġiment xieraq tal-investigazzjonijiet, billi interpretat b’mod wiesa’ wisq l-interessi protetti mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament iċċitat iktar ’il fuq.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi ddikjarat li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll ivvizzjata mill-fatt li ma ġietx eżaminata l-possibbiltà li r-rikorrenti tingħata aċċess parzjali biss għad-dokumenti mitluba.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, anki f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi ddikjarat li d-deċiżjoni kkontestata hija ivvizzjata minn nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-eċċezzjonijiet applikati fid-dawl tal-interess pubbliku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri marbut mal-iżvelar tad-dokumenti mitluba, u mingħajr ma naqqset l-effetti konkreti li tali żvelar kellu jipproduċi fuq l-interessi kummerċjali ta’ terzi u fuq l-attivitajiet ta’ investigazzjoni protetti mill-Artikolu 4(2) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2013 — bpost vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/12) (1)

2013/C 298/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2013 — Sun Capital Partners vs UASI — Sun Capital Partners (SUN CAPITAL)

(Kawża T-164/13) (1)

2013/C 298/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Awissu 2013 — Nordex Holding vs UASI — Fontana Food (Taverna MEDITERRANEAN WHITE CHEESE)

(Kawża T-301/13) (1)

2013/C 298/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Awwissu 2013 — Nordex Holding vs UASI — Fontana Food (Taverna)

(Kawża T-302/13) (1)

2013/C 298/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.