ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.295.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 295

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
11 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 295/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7027 – Bregal/ISG) ( 1 )

1

2013/C 295/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7012 – JBS/Seara/Zenda) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 295/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2013 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 295/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 295/05

Avviż mingħand il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 295/06

Avviż dwar sentenzi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-249/10P u C-247/10P fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam

6

 

Rettifika

2013/C 295/07

Rettifika ta' pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2013/C 134/10) (ĠU C 134, 14.5.2013)

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7027 – Bregal/ISG)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 295/01

Fit-13 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7027. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7012 – JBS/Seara/Zenda)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 295/02

Fl-20 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7012. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2013

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2013/C 295/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tieghu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 kien adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2012 (2),

fil-25 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni ressqet proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2013,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata fis-7 ta' Ottubru 2013.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BERNATONIS


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1, b'Corrigendum fil-ĠU L 134, 18.5.2013, p. 21.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Ottubru 2013

2013/C 295/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3532

JPY

Yen Ġappuniż

132,37

DKK

Krona Daniża

7,4594

GBP

Lira Sterlina

0,84810

SEK

Krona Żvediża

8,8217

CHF

Frank Żvizzeru

1,2311

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1900

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,529

HUF

Forint Ungeriż

295,52

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7027

PLN

Zloty Pollakk

4,1958

RON

Leu Rumen

4,4592

TRY

Lira Turka

2,6800

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4346

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4053

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4933

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6395

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6918

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 451,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4895

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2773

HRK

Kuna Kroata

7,6085

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 057,06

MYR

Ringgit Malażjan

4,3120

PHP

Peso Filippin

58,429

RUB

Rouble Russu

43,6864

THB

Baht Tajlandiż

42,450

BRL

Real Brażiljan

2,9722

MXN

Peso Messikan

17,7810

INR

Rupi Indjan

82,7890


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/4


Avviż mingħand il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

2013/C 295/05

Il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka qed javża li fis-6 ta' Awwissu 2013, huwa rċieva applikazzjoni għal nomina għad-deżinjazzjoni ta' żona ta' esplorazzjoni bil-għan ta' prospezzjoni ġeoloġika u konferma tad-depożiti ta' gass naturali li jaqbad (idrokarburi) fiż-żona ta' “Trnava”, għal perjodu ta' erba' snin.

Iż-żona ta’ esplorazzjoni proposta tkopri superfiċje ta' 791,3 km2 fid-distretti ta’ Galanta, Hlohovec, Piešťany, Trnava, Pezinok u Senec, u jiddefinixxuha l-linji li jagħqdu flimkien il-ponot (u li jiffurmaw forma ġeometrika magħluqa b'naħat dritti).

In-numri u l-koordinati tal-ponot li jiddefinixxu ż-żona ta' esplorazzjoni:

Punti

Y

X

1.

535 913,88

1 275 425,97

2.

543 879,19

1 267 007,48

3.

560 136,84

1 273 899,13

4.

560 840,59

1 271 022,93

5.

539 436,01

1 240 922,74

6.

525 580,37

1 240 731,63

7.

518 150,87

1 245 972,29

8.

524 977,17

1 262 581,14

9.

530 537,18

1 263 562,82

10.

532 190,00

1 265 255,96

11.

532 190,00

1 266 868,47

12.

528 682,79

1 265 336,58

13.

531 888,34

1 271 726,67

14.

534 940,73

1 275 425,97

Il-punti elenkati hawn fuq huma identifikati bis-sistema tal-koordinati tan-Netwerk Trigonometriku Kadastrali Uniformi tar-Repubblika Slovakka.

Il-kumpaniji interessati li jiddeżinjaw żona ta' esplorazzjoni għall-gass naturali li jaqbad (idrokarburi) jistgħu jressqu applikazzjonijiet kompetittivi fi żmien 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Il-Ministeru għall-Ambjent tar-Repubblika Slovakka jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet li jaslu sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-iskadenza speċifikata hawn fuq, u jinnotifika lill-applikanti kollha bir-riżultati.

L-applikazzjonijiet għandu jkun fihom l-elementi essenzjali speċifikati fit-Taqsima 23(5) tal-Att Nru 569/2007 dwar xogħlijiet ġeoloġiċi (l-Att dwar il-Ġeoloġija), kif emendat, kif ippubblikat fi Zbierka zákonov Slovenskej republiky (Ġabra ta’ Liġijiet tar-Repubblika Slovakka) fil-25 ta' Ottubru 2007, u informazzjoni dwar il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-entità kontraenti. L-applikazzjonijiet li ma fihomx l-elementi msemmija hawn fuq ma jiġux evalwati.

L-applikazzjonijiet għad-deżinjazzjoni ta' żona ta' esplorazzjoni għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub, bl-Islovakk, u għandhom jintbagħtu f'envelopp issiġillat u mmarkat “Konkurenčný návrh PÚ Trnava”‚ f'dan l-indirizz:

Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

Sekcia geológie a prírodných zdrojov

Námestie Ľudovíta Štúra 1

812 35 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar tagħrif fid-dettall jista' jinkiseb mit-Taqsima tas-Servizzi Ġeoloġiċi fil-Ministeru Slovakk għall-Ambjent, Telefown +421 257783111 / 108

Posta elettronika: Erika.benakova@enviro.gov.sk


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/6


Avviż dwar sentenzi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-249/10P u C-247/10P fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam

2013/C 295/06

Fis-sentenzi tagħha tat-2 ta’ Frar 2012 fil-kawża C-249/10P (1) Brosmann et al u tal-15 ta’ Novembru 2012 fil-kawża C-247/10P (2) Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) parzjalment annullat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta’ Ottubru 2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (“ir-Regolament”) (3). Fejn għandhom x'jaqsmu Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co Ltd kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“il-produtturi esportaturi kkonċernati”) ir-Regolament ġie annullat.

Fis-sentenzi rispettivi, il-Qorti ddikkjarat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kellhom jeżaminaw u jiddeċiedu fuq it-talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) mressqa mill-produtturi esportaturi kkonċernati.

L-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimxu b’konformità mas-sentenzi tal-Qorti.

Sabiex tikkonforma ma’ dan l-obbligu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-proċedura sabiex tissostitwixxi l-partijiet annullati tar-Regolament fil-punt eżatt li fiha saret l-illegalità, u li teżamina jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ipprevalewx għall-produtturi esportaturi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005.

Skont ir-riżultati li jinsabu fil-proċedura li għadha għaddejja, jista' jkun meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (4).

1.   L-identifikazzjoni tal-partijiet interessati

Il-Kummissjoni bħalissa qed tanalizza s-sejbiet tal-valutazzjoni tat-TES li twettqet b'rabta mal-produtturi esportaturi kkonċernati.

Il-Kummissjoni biħsiebha tiżvela s-sejbiet tal-valutazzjoni tat-TES tagħha kif ukoll l-implimentazzjoni proposta mis-sentenzi tal-Qorti lill-partijiet kollha interessati fl-investigazzjoni oriġinali, jekk huma jitolbu dan.

Billi l-investigazzjoni oriġinali twettqet fl-2005-2006 u sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni għandha d-dettalji tal-kuntatt korretti ta' dawk li jistgħu jkunu l-partijiet interessati, il-Kummisssjoni b'dan tistieden lill-partijiet kollha interessati li ppreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni oriġinali sabiex jindikaw jekk ikunux jixtiequ jircievu d-divulgazzjoni msemmija ta' hawn fuq u, jekk iva, biex jagħtu din l-informazzjoni:

il-kategorija tal-parti interessata f’dan il-każ attwali (pereż. produttur tal-Unjoni, importatur mhux relatat, produttur esportatur eċċ.);

il-konferma li għadha interessata li tiġi involuta bħala parti interessata fl-implimentazzjoni attwali tas-sentenzi tal-Qorti;

l-isem, l-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika tal-parti interessata;

dokumentazzjoni ta’ prova li turi li l-parti kienet parti interessata fl-investigazzjoni oriġinali.

2.   Il-limitu ta' żmien

L-informazzjoni ta' hawn fuq għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta' dan l-Avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   It-tweġibiet bil-miktub u l-korrispondenza

L-informazzjoni kollha rilevanti trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni bil-miktub u għandu jkun hemm indikat l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-parti interessata.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza huwa:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-AD499-Footwear-Court@ec.europa.eu

4.   L-uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikażzzjoni ta' dan l-Avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha tiġi ppreżentata talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi kif stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u kontroargumenti. Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/


(1)  ĠU C 80, 17.3.2012, p. 3.

(2)  ĠU C 9, 12.1.2013, p. 5.

(3)  ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1.


Rettifika

11.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/9


Rettifika ta' pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2013/C 134/10)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 134 tal-14 ta' Mejju 2013 )

2013/C 295/07

F'paġna 39 u f'paġna 42, id-denominazzjoni tal-prodott:

minflok:

“ ‘MIEL DE CORSE’/‘MELE DI CORSICA’ ”,

aqra:

“ ‘MIEL DE CORSE - MELE DI CORSICA’ ”.

F'paġna 40, taħt il-punt 3.3, it-tieni paragrafu,

f'paġna 41, taħt il-punt 3.3, l-aħħar paragrafu u taħt 3.4, il-punt c),

f'paġna 42, taħt il-punt 3.6, it-tieni paragrafu u taħt il-punti 1 u 3.2, l-ewwel u t-tielet paragrafi,

f'paġna 45, taħt il-punt 3.7, l-ewwel paragrafu u l-ewwel inċiż, u t-tieni paragrafu,

f'paġna 47, taħt il-punt 5.2, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“ ‘Miel de Corse’/‘Mele di Corsica’ ”,

aqra:

“ ‘Miel de Corse - Mele di Corsica’ ”.