ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.291.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 291

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
5 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 291/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 284, 28.9.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 291/02

Kawża C-370/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — Henryk Teisseyre, Jan Teisseyre vs Minister Skarbu Państwa

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 291/03

Kawża T-392/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2013 — La Ferla vs Il-Kummissjoni u ECHA

3

2013/C 291/04

Kawża T-397/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

4

2013/C 291/05

Kawża T-434/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — Doux vs Il-Kummissjoni

4

2013/C 291/06

Kawża T-447/13: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-143/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

5

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 291/07

Kawża F-22/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

7

2013/C 291/08

Kawża F-76/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

7

2013/C 291/09

Kawża F-78/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs SEAE

7

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/1


2013/C 291/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 284, 28.9.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 274, 21.9.2013

ĠU C 260, 7.9.2013

ĠU C 252, 31.8.2013

ĠU C 245, 24.8.2013

ĠU C 233, 10.8.2013

ĠU C 226, 3.8.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-2 ta’ Lulju 2013 — Henryk Teisseyre, Jan Teisseyre vs Minister Skarbu Państwa

(Kawża C-370/13)

2013/C 291/02

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Henryk Teisseyre, Jan Teisseyre

Konvenut: Minister Skarbu Państwa

Domanda preliminari

L-Artikolu 18 TFUE, li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(2) u tal-Artikolu 2(2) tal-Liġi tat-8 ta’ Lulju 2005 dwar l-implementazzjoni tad-dritt għal kumpens għall-proprjetajiet immobbli abbandunati barra mill-fruntieri attwali tar-Repubblika tal-Polonja [ustawa z dnia 8 lipca 2005 r. o realizacji prawa do rekompensaty z tytułu pozostawienia nieruchomości poza obecnymi granicami Rzeczypospolitej Polskiej] (Dziennik Ustaw [ĠU] Nru 169, pożizzjoni 1418; 2006 Nru 195, pożizzjoni 1437; 2008 Nru 197, pożizzjoni 1223, u 2010 Nru 257, pożizzjoni 1726) jeskludu mill-kategorija tal-persuni li għandhom dritt għal kumpens l-eredi ta’ proprjetarju ta’ proprjetajiet immobbli abbandunati barra mill-fruntieri attwali tal-Istat Pollakk meta dan l-eredi ma huwiex ta’ nazzjonalità Pollakka?


Il-Qorti Ġenerali

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/3


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2013 — La Ferla vs Il-Kummissjoni u ECHA

(Kawża T-392/13)

2013/C 291/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Leone La Ferla SpA (Melilli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Passalacqua, J. Occhipinti u G. Calcerano, avukati)

Konvenuti: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-atti kkontestati fl-intier tagħhom jew sal-punt li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq konformi mal-interessi tar-rikorrenti;

konsegwentement, tikkundanna lill-ECHA għall-ħlas lura tal-ammonti irċevuti indebitament mingħand ir-rikorrenti, miżjuda bl-interessi legali u bil-kumpens għall-inflazzjoni monetarja b’effett mid-data minn meta l-ħlasijiet minn Leone La Ferla Spa ġew ikkreditati lill-ECHA sal-eżekuzzjoni effettiva;

kumulattivament jew alternattivament, tikkundanna lill-ECHA għall-ħlas tad-danni subiti minn Leone La Ferla Spa, li jekwivalu għall-imsemmija ammonti miġbura indebitament mingħand ir-rikorrenti, miżjuda bl-interessi legali u bil-kumpens għall-inflazzjoni monetarja b’effett mid-data minn meta l-ħlasijiet minn Leone La Ferla Spa ġew ikkreditati lill-ECHA sal-eżekuzzjoni effettiva;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti jopponu d-deċiżjoni li permezz tagħha l-ECHA — peress li kkonstatat li hija ma kinitx uriet li kienet impriża żgħira jew ta’ daqs medju (IŻM) — ordnatilha li tħallas it-tariffi tar-reġistrazzjoni bir-rati previsti għall-impriżi l-kbar u li tħallas l-imposta amministrattiva marbuta magħha.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA b’mod illegali marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha limitati għat-tmexxija tal-proċedura ta’ verifika tad-dritt tal-impriża rikorrenti għal tariffa mnaqqsa irriżervata għall-IŻM, billi ssostitwixxiet lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni marbuta ma’ dan id-dritt u billi applikat b’mod arbitrarju, sabiex tistabblixxi jekk ir-rikorrenti kinitx legalment IŻM, kriterji materjali minbarra dawk previsti mill-Kummissjoni fir-Regolament Nru 340/2008 (1).

Fil-fatt, is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet dwar id-dritt għat-tariffa mnaqqsa irriżervata għall-IŻM tippreżumi evalwazzjoni dwar l-applikabbiltà għad-daqs tal-impriża rreġistrata, tal-kriterji tar-rakkomandazzjoni 2003/361/KE dwar il-finanzjamenti Komunitarji tal-IŻM, li hija evalwazzjoni li ma għandhiex issir mis-segretarjat tal-ECHA iżda biss mill-Kummissjoni, peress li la r-Regolament REACH u lanqas ir-regolamenti ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni ma pprovdew għal kunċett ad hoc.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-istabbiliment tan-natura legali tal-IŻM, ir-Regolament Nru 340/2008 jirriżerva espressament l-applikazzjoni tas-sottokriterji tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, dwar impriżi marbuta ma’ impriżi oħra permezz ta’ azzjonijiet, għall-impriżi li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni Ewropea. A contrario sensu, isegwi li dawn il-kriterji ma jistgħux jiġu applikati sabiex jiġi evalwat id-daqs ta’ impriża stabbilita fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġi ddeterminat jekk din l-impriża għandhiex dritt għat-tariffa mnaqqsa.

(2)

Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, l-ECHA f’dan il-każ applikat b’mod illegali is-sotto-kriterji inkwistjoni, billi ma ħaditx kont tal-fatt li Leone La Ferla S.p.a. hija impriża tal-familja peress li kapital kollu tagħha jappartjeni lit-tliet aħwa La Ferla. Għal din ir-raġuni, ma kellha tingħata l-ebda importanza, anki b’applikazzjoni tas-sottokriterji inkwistjoni, lill-assoċjazzjonijiet u lir-rabtiet ma’ impriżi oħra, peress li ebda waħda mill-impriżi l-oħra assoċjati mar-rikorrenti ma kienet topera fuq l-istess suq u lanqas fuq swieq ġirien (Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni 361/2003/KE).

(3)

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li kien b’mod illegali li l-att ikkontestat ġie ffirmat mid-direttur eżekuttiv tal-ECHA, peress li r-Regolament REACH ma jattribwixxix lid-direttur eżekuttiv tal-ECHA kompetenza sabiex jadotta deċiżjonijiet relatati mad-daqs tal-impriżi li jirrikjedu reġistrazzjoni.

(4)

Fir-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-illegalità tad-deċiżjonijiet ECHA MB/D/29/2010 u MB/D/21/2012/D, li permezz tagħhom l-aġenzija stabbilixxiet l-ammont tal-“imposta amministrattiva” billi aġġustatu b’mod artibtrarju f’diversi elementi ekonomiċi differenti meta fir-realtà, din tiġi imposta biss fl-ogħla ammont. Dawn id-deċiżjonijiet huma illegali — fatt li jwassal għall-illegalità tal-miżuri ta’ applikazzjoni — peress li hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-imposti u tat-tariffi previsti mir-Regolament REACH (l-ECHA tista’ biss tipprovdi klassifikazzjoni ta’ servizzi “oħrajn” li jaqgħu proprju taħt is-sistema REACH) u b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-“imposta amministrattiva” titħallas lill-baġit tal-ECHA. Barra minn hekk, peress li l-imsemmija “imposta” tikkostitwixxi sanzjoni amministrattiva, maħsuba sabiex tiddisswadi l-aġir inadatt jew iż-żamma ta’ informazzjoni min-naħa tal-impriżi, din l-imposta għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri skont ir-Regolament REACH.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, p. 6).


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/4


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2013 — Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-397/13)

2013/C 291/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u F. Le Roquais, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13, tad-19 ta’ Lulju 2013);

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13, tad-19 ta’ Lulju 2013);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura, peress li nkisru r-regoli tal-proċedura tal-kumitat ta’ ġestjoni sa fejn il-Kummissjoni ma tatx lill-kumitat is-setgħa li jeżamina l-elementi kollha sabiex ikun jista’ jagħti l-parir tiegħu dwar l-abbozz ta’ test li għandu jiġi adottat skont il-proċedura tar-Regolament Nru 182/2011 (1).

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq difett proċedurali u fuq inkompetenza, peress li r-regolament ikkontestat ġie adottat bil-firma tad-Direttur Ġenerali għall-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali, f’isem il-President tal-Kummissjoni, mingħajr ma huwa stabbilit li jeżistu att ta’ delega u dikjarazzjoni ta’ awtoċertifikazzjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni tar-regolament ikkontestat, sa fejn:

il-premessa 6 tiegħu ma tistax tikkostitwixxi motivazzjoni suffiċjenti għal regolament li jaqta’ mill-prassi normali tal-Kummissjoni li tikkonsisti fl-iffissar tal-ammont tar-rifużjonijiet skont id-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti kkonċernati fis-suq Komunitarju, minn naħa, u fis-suq dinji, min-naħa l-oħra, u

il-motivazzjoni hija inkoerenti u kontradittorja inkwantu hija r-riporoduzzjoni identika tar-Regolament ta’ Implementazzjoni preċedenti Nru 360/2013 mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni kriterji evoluttivi stabbiliti fl-Artikolu 164 tar-Regolament Nru 1234/2007 (2).

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-liġi jew mill-inqas fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni lill-kumitat ta’ ġestjoni ma tosservax il-kriterji tal-Artikolu 164(3) tar-Regolament Nru 1234/2007.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq preġudizzju għall-aspettattivi leġittimi, sa fejn ir-rikorrenti għandha l-aspettattiva leġittima, minħabba assigurazzjonijiet li hija ngħatat mill-Kummissjoni, li titkompla sistema ta’ rifużjonijiet pożittivi sat-tmiem tal-politika agrikola komuni attwali.


(1)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/4


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 — Doux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-434/13)

2013/C 291/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Doux SA (Châteaulin, Franza) (rappreżentant: J. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat- 18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-[l-ħlasijiet lura fuq l-]esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, peress li r-regolament ikkontestat ma jinkludi ebda motivazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni indikata fir-regolament ikkontestat hija sempliċement motivazzjoni tali li ma tippermettix li jiġi segwit ir-raġunament tal-Kummissjoni, filwaqt li l-Kummissjoni kellha tindika b’mod iktar preċiż il-kunsiderazzjonijiet li jiġġustifikaw li tmur lil hinn mill-ammont ta’ ħlas lura ta’ EUR 108.5 għal kull tunnellata għal EUR 0 u dan speċjalment peress li hija tmur kontra l-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi, peress li l-Kummissjoni kienet żgurat lill-operaturi li l-ħlas lura ser jinżamm sad-dħul fis-seħħ tal-politika agrikola komuni l-ġdida. Ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis tal-ammont tal-ħlasijiet lura ta’ EUR 108.5 għal kull tunnellata għal EUR 0 ma kienx previst fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq tal-laħam tat-tjur.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-indikaturi ekonomiċi kienu jiġġustifikaw li jiġi ffissat l-ammont ta’ ħlasijiet lura għal EUR 0 għalkemm iż-żieda tal-prezzijiet tas-suq ser tiġi l-parti l-kbira assorbita biż-żieda tal-Euro kontra d-Dollaru. Ir-rikorrenti tqis għaldaqstant li l-indikaturi ekonomiċi ma jiġġustifikawx li jitneħħew il-ħlasijiet lura.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni qieset li dħul fis-seħħ immedjat tar-regolament ikkontestat ikun iġġustifikat “sabiex jiġi evitat tfixkil tas-suq, tiġi evitata l-ispekulazzjoni u tiġi żgurata ġestjoni effettiva”. Ir-rikorrenti ssostni li din il-motivazzjoni, li hija identika għal dik f’regolamenti preċedenti, hija partikolarment inadatta għal dan il-każ, peress li t-tneħħija minnufih tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mingħajr avviż minn qabel li tippermetti l-adattament tal-model ekonomiku tal-operaturi, setgħet għall-kuntrarju twassal għal diżorganizzazzjoni tas-suq intern.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter tal-Kummissjoni, peress li hija ma adottatx ir-regolament ikkontestat għal raġuni pprovduta fir-Regolament Nru 1234/2007 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/5


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-143/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/13)

2013/C 291/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla in toto u mingħajr eċċezzjoni d-digriet ikkontestat;

tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Ġunju 2013, li permezz tiegħu ġie miċħud, bħala inammissibbli, rikors li kellu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba mressqa mill-appellant fis-16 ta’ Awwissu 2011 u intiża għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 3 316,31 għall-ispejjeż sostnuti fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-81/09).

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni l-aggravji s-segwenti:

(1)

Nuqqas assolut ta’ motivazzjoni tad-digriet ikkontestat, b’mod partikolari minħabba l-iżnaturament u l-alterazzjoni tal-fatti.

(2)

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, distorti u illoġiċi:

tal-kunċett ta’ talba mressqa skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, u nuqqas ta’ osservanza mhux motiva u illoġika tal-ġurisprudenza relatata miegħu;

tal-kunċett ta’ obbligu, li għandha istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, li tadotta l-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija mill-Imħallef tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Nuqqas assolut ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni, u nuqqas li tingħata deċiżjoni fuq talba fformulata f’din il-kawża mill-appellant.

(4)

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li jwasslu għall-ksur manifest tal-prinċipju tad-dritt tal-Imħallef naturali stabbilita preċedentement bil-liġi, kif previst, inter alia, permezz tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/7


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-22/13)

2013/C 291/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Pecyna, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta r-reklutaġġ tar-rikorrent peress li huwa ma jissodisfax il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni B.2 fid-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Siġurtà tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Settembru 2012 li rrifjutat ir-reklutaġġ tiegħu mal-Kummissjoni (ESTAT) mil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 u li żżid kumment fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jiġu informati li r-rikorrent ma ssodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal dik il-kompetizzjoni;

jekk ikun il-każ, jannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-25 ta’ Frar 2013 mid-Direttur tad-DG HR.D.2 tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment imressaq minn ZZ (Nru R/696/12);

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/7


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/13)

2013/C 291/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ikkunsidrat bħala eliġibbli għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess CAST/02/2010 u li tiċħad it-talba ta’ reklutaġġ ippreżentata mill-PMO għal kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tat-8 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi li r-rikorrenti ma huwiex eliġibbli għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess CAST/02/2010 u li tiċħadlu l-offerta ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp ta’ funzjonijiet III (GFIII) għal żmien mhux determinat.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/7


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs SEAE

(Kawża F-78/13)

2013/C 291/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit mir-rappreżentanza fil-Burundi lejn is-sede tas-SEAE fi Brussell.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Lulju 2013 li r-rikorrent jiġi ttrasferit, fl-interess tas-servizz, b’effett immedjat, f’pożizzjoni f’MDR.C fi Brussell;

jikkonstata li s-SEAE wettaq sensiela ta’ ksur tal-obbligi amministrattivi tiegħu bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, liema żbalji jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni

jikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata tikkawża dannu serju lir-rikorrent u lill-konjuġi tiegħu;

jagħraf formalment ir-rikors;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.