ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.275.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
24 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 275/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 275/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 275/03

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2)

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 275/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6987 – BP Europa/Grupa Lotos/Lotos Tank) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

12

2013/C 275/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7042 – Cinven/Heidelberger Leben) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 275/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

15

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 275/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36783 (13/N)

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

AMA Marketing measures

Il-bażi legali

Bundesgesetz über die Errichtung der Marktordnungsstelle Agrarmarkt Austria 1992 idgF,

Verordnung des Verwaltungsrats der Marktordnungsstelle Agrarmarkt Austria (AMA) über die Aufbringung von Beiträgen zur Förderung des Agrarmarketings vom 19. Oktober 2007

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Reklamar (AGRI), Appoġġ Tekniku (AGRI)

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 62 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 9 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Land und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Stubenring 1

1010 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36957 (13/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Natura 2000 payments — EAFRD (Article 46 of Regulation (EC) No 1698/2005)

Il-bażi legali

A 2009. évi XXXVII. törvény az erdőről, az erdő védelméről és az erdőgazdálkodásról, valamint a vidékfejlesztési miniszter 41/2012. (IV. 27.) rendelete az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból Natura 2000 erdőterületeken történő gazdálkodáshoz nyújtandó kompenzációs támogatás részletes szabályairól

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: HUF 11,277 (f'miljuni)

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36958 (13/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Forest environment measures — EAFRD (Article 47 of Regulation (EC) No 1698/2005)

Il-bażi legali

Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból az erdő-környezetvédelmi intézkedésekhez nyújtandó támogatások részletes feltételeiről szóló 124/2009. (IX. 24.) FVM rendelet

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: HUF 8,203 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36959 (13/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Non-productive investments in forest areas — conversion of forest structure — EAFRD (Article 49 of Regulation (EC) No 1698/2005) — target measure on conversion of structure with tree species

Il-bażi legali

Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból az erdőszerkezet átalakításához nyújtandó támogatások részletes feltételeiről szóló 139/2009. (X. 22.) FVM rendelet

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: HUF 8,378 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.8.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36960 (13/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restoring forestry potential

Il-bażi legali

Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból az erdészeti potenciál helyreállítására nyújtandó támogatások igénybevételének részletes szabályairól szóló 32/2008. (III. 27.) FVM rendelet

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali, Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: HUF 2,338 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Settembru 2013

2013/C 275/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3508

JPY

Yen Ġappuniż

133,59

DKK

Krona Daniża

7,4576

GBP

Lira Sterlina

0,84115

SEK

Krona Żvediża

8,6007

CHF

Frank Żvizzeru

1,2323

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9710

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,925

HUF

Forint Ungeriż

299,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7025

PLN

Zloty Pollakk

4,2265

RON

Leu Rumen

4,4683

TRY

Lira Turka

2,6880

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4313

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3909

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4732

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6120

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6907

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 452,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,2870

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2650

HRK

Kuna Kroata

7,6175

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 081,11

MYR

Ringgit Malażjan

4,3145

PHP

Peso Filippin

58,443

RUB

Rouble Russu

43,0200

THB

Baht Tajlandiż

42,248

BRL

Real Brażiljan

2,9840

MXN

Peso Messikan

17,3382

INR

Rupi Indjan

84,6340


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/7


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2)

2013/C 275/03

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-GREĊJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Εναέρια σύνορα  (1)

Ajruporti (fruntieri tal-ajru)

(1)

Αθήνα

Αthina

(2)

Ηράκλειο

Heraklion

(3)

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

(4)

Ρόδος

Rodos (Rhodes)

(5)

Κέρκυρα

Kerkira (Corfou)

(6)

Αντιμάχεια Κω

Antimachia (Kos)

(7)

Χανιά

Chania

(8)

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio–Samos

(9)

Μυτιλήνη

Mitilini

(10)

Ιωάννινα

Ioannina

(11)

Άραξος

Araxos

(12)

Σητεία

Sitia

(13)

Χίος

Chios

(14)

Αργοστόλι

Argostoli

(15)

Καλαμάτα

Kalamata

(16)

Καβάλα

Kavala

(17)

Ακτίο Βόνιτσας

Aktio Vonitsas

(18)

Μήλος

Milos

(19)

Ζάκυνθος

Zakinthos

(20)

Θήρα

Thira

(21)

Σκιάθος

Skiathos

(22)

Κάρπαθος

Karpathos

(23)

Μύκονος

Mikonos

(24)

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

(25)

Ελευσίνα

Elefsina

(26)

Ανδραβίδα

Andravida

(27)

Ατσική Λήμνου

Atsiki–Limnos

(28)

Νέα Αγχίαλος

Νea Aghialos

(29)

Καστοριά

Kastoria


Θαλάσσια σύνορα

Portijiet (fruntieri tal-baħar)

(1)

Γύθειο

Githio

(2)

Σύρος

Siros

(3)

Ηγουμενίτσα

Igoymenitsa

(4)

Στυλίδα

Stilida

(5)

Άγιος Νικόλαος

Agios Nikolaos

(6)

Ρέθυμνο

Rethimno

(7)

Λευκάδα

Lefkada

(8)

Σάμος

Samos

(9)

Βόλος

Volos

(10)

Κως

Kos

(11)

Δάφνη–Αγίου Όρους

Dafni–Agiou Oros

(12)

Ιβηρία–Αγίου Όρους

Ivira–Agiou Oros

(13)

Γερακινή

Gerakini

(14)

Γλυφάδα

Glifada

(15)

Πρέβεζα

Preveza

(16)

Πάτρα

Patra

(17)

Κέρκυρα

Kerkira

(18)

Σητεία

Sitia

(19)

Χίος

Chios

(20)

Αργοστόλι

Argostoli

(21)

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

(22)

Κόρινθος

Korinthos

(23)

Καλαμάτα

Kalamata

(24)

Κάλυμνος

Kalymnos (2)

(25)

Καβάλα

Kavala

(26)

Ιθάκη

Ithaki

(27)

Πύλος

Pilos

(28)

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio, Samos

(29)

Λαύριο

Lavrio

(30)

Ηράκλειο

Heraklio

(31)

Σάμη Κεφαλληνίας

Sami, Kefalonia

(32)

Πειραιάς

Pireas

(33)

Μήλος

Milos

(34)

Κατάκολο

Katakolo

(35)

Σούδα Χανιών

Souda, Chania

(36)

Ιτέα

Itea

(37)

Ελευσίνα

Elefsina

(38)

Μύκονος

Mikonos

(39)

Ναύπλιο

Nafplio

(40)

Χαλκίδα

Chalkida

(41)

Ρόδος

Rodos

(42)

Ζάκυνθος

Zakinthos

(43)

Θήρα

Thira

(44)

Καλοί Λιμένες Ηρακλείου

Kali Limenes Herakliou

(45)

Μύρινα Λήμνου

Myrina, Limnos

(46)

Παξοί

Paxi

(47)

Σκιάθος

Skiathos

(48)

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

(49)

Αίγιο

Aighio

(50)

Πάτμος

Patmos

(51)

Σύμη

Simi

(52)

Μυτιλήνη

Mitilini

(53)

Χανιά

Chania

(54)

Αστακός

Astakos


Χερσαία σύνορα

Fruntieri tal-art

Χερσαία σύνορα με την Αλβανία

mal-Albanija

(1)

Κακαβιά

(1)

Kakavia

(2)

Κρυσταλλοπηγή

(2)

Kristalopigi

(3)

Σαγιάδα

(3)

Sagiada

(4)

Μερτζάνη

(4)

Mertzani

Χερσαία σύνορα FYROM

mal-FYROM

(1)

Νίκη

(1)

Niki

(2)

Ειδομένη (Σιδηροδρομικό)

(2)

Idomeni (Linja tal-ferrovija)

(3)

Εύζωνοι

(3)

Evzoni

(4)

Δοϊράνη

(4)

Doirani

Χερσαία σύνορα με τη Βουλγαρία

mal-Bulgarija

(1)

Προμαχώνας

(1)

Promachonas

(2)

Προμαχώνας (Σιδηροδρομικό)

(2)

Promachonas (Linja tal-ferrovija)

(3)

Δίκαια (Σιδηροδρομικό)

(3)

Dikea, Evros (Linja tal-ferrovija)

(4)

Ορμένιο

(4)

Ormenio, Evros

(5)

Εξοχή

(5)

Exohi

Χερσαία σύνορα με την Τουρκία

mat-Turkija

(1)

Καστανιές Έβρου

(1)

Kastanies

(2)

Πυθίου (Σιδηροδρομικό)

(2)

Pithio (Linja tal-ferrovija)

(3)

Κήποι Έβρου

(3)

Kipi

IL-PORTUGALL

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Fruntieri tal-Baħar

FUQ L-ART

(1)

Aveiro

(2)

Cascais

(3)

Cais da Estiva Velha–Porto

(4)

Olhão/Faro

(5)

Figueira da Foz

(6)

Marina de Lagos

(7)

Leixões

(8)

Porto de Lisboa

(9)

Marina de Vilamoura

(10)

Nazaré

(11)

Peniche

(12)

Portimão

(13)

Póvoa do Varzim

(14)

Sesimbra

(15)

Setúbal

(16)

Sines

(17)

Viana do Castelo

IR-REĠJUN AWTONOMU TA’ MADEIRA

(18)

Funchal

(19)

Porto Santo

IR-REĠJUN AWTONOMU TA’ AZORES

(20)

Angra do Heroísmo/Praia da Vitória

(21)

Ponta Delgada

(22)

Cais de Santa Cruz da Horta

Fruntieri tal-Ajru

TERRAFERMA

(23)

L-Ajruport ta’ Porto/Airport Sá Carneiro

(24)

L-Ajruport ta’ Lisboa

(25)

L-Ajruport ta’ Faro

(26)

L-Ajruport ta’Beja

IR-REĠJUN AWTONOMU TA’ MADEIRA

(27)

L-Ajruport ta’ Funchal/L-Ajruport Internazzjonali ta’ Madeira

(28)

L-Ajruport ta’ Porto Santo

IR-REĠJUN AWTONOMU TA’ AZORES

(29)

L-Ajruport ta’ Ponta Delgada / L-Ajruport João Paulo II

(30)

L-Ajruport ta’ Santa Maria

(31)

It-terminal tal-ajru Ċivili ta’ Lajes


(1)  

Nota: L-ajruporti f’Hios, Karpathos u Milos mhumiex punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati. Dawn joperaw esklussivament matul il-perjodu tas-sajf.

(2)  

Nota: temporanjament mit-23 ta' Awwissu sal-31 ta' Ottubru 2013.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6987 – BP Europa/Grupa Lotos/Lotos Tank)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 275/04

1.

Fis-16 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha BP Europa SE (“BP Europa”, il-Polonja), sussidjarja indiretta ta’ BP plc (“BP”, ir-Renju Unit), u Grupa Lotos SA (“Grupa Lotos”, il-Polonja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Lotos Tank Sp. z o.o. (“Lotos Tank”, il-Polonja), li bħalissa tappartjeni kompletament lil Grupa Lotos, permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal BP: l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, ir-raffinament, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti taż-żejt u ta' prodotti petrokimiċi, u l-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli,

għal Grupa Lotos: il-kumpanija possedenti aħħarija ta’ grupp ta’ impriżi attivi fil-produzzjoni u fl-ipproċessar ta’ żejt mhux raffinat u ta’ prodotti petroliferi bl-ingrossa u bl-imnut,

għal Lotos Tank: provvista ta' fjuwil tal-ġettijiet bl-ingrossa u abbord l-ajruplani.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6987 – BP Europa/Grupa Lotos/Lotos Tank, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7042 – Cinven/Heidelberger Leben)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 275/05

1.

Fis-17 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Blitz 13-202 AG (“Blitz”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn Cinven Capital Management (V) General Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Heidelberger Lebensversicherungen AG (“Heidelberger Leben”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cinven: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment,

Heidelberger Leben: tipprovdi prodotti dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7042 – Cinven/Heidelberger Leben, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/15


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 275/06

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“MELON DU HAUT-POITOU”

Nru KE: FR-PGI-0105-0029-13.10.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn [li għad iridu jiġu speċifikati]

2.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

Il-grupp xtaq, wara aktar minn 13-il sena ta’ eżistenza tal-IĠP (R(KE) Nru 2784/98 tat-22 ta’Diċembru 1998), kemm li jaġġorna u jadatta l-ispeċifikazzjonijiet għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll li jsaħħaħ ir-rabta mat-territorju tal-IĠP, b’mod partikolari permezz tal-kitba mill-ġdid ta’ ċerti punti ewlenin fosthom iż-żona ġeografika, ir-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-varjetajiet, il-kundizzjonijiet ta’ tħawwil u ħsad bl-idejn u l-kundizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni tal-prodott.

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-piż massimu tal-“Melon du Haut-Poitou” żdied minn 1 200 g għal 1 350 g minħabba l-iżvilupp fl-iskala tad-daqsijiet stabbilita fuq livell interprofessjonali fil-qasam tal-frott u l-ħaxix frisk fi Franza; il-konsiderazzjoni ta’ daqs xi ftit akbar m’għandhiex xi effett partikolari fuq il-karatteristiċi tal-“Melon du Haut-Poitou” li diġà kienet allinjata fuq l-iskala preċedenti b’1 200 g.

Il-kulur tal-qoxra tal-bettieħa wkoll ġie ppreċiżat sabiex jiddeskrivi aħjar l-istat ta’ maturità tal-bettieħa maqtugħa.

It-tolleranza inizjali ta’ ċertu persentaġġ ta’ laħam artab tneħħiet, peress li kwalunkwe bettieħa li jkollha laħam artab mhijiex sejra tibqa’ tgawdi mill-IĠP.

Żdied punt ġdid li jikkonsisti f’deskrizzjoni organolettika tal-prodott IĠP, riżultat ta’ tidwiq regolari li l-grupp ilu jagħmel għal aktar minn għaxar snin.

Il-metodi ta’ ppakkjar huma speċifikati: il-bettieħ jinbiegħ sħiħ u ppakkjat fi trejs b’kompartimenti individwali jew ippakkjat waħda waħda sabiex tinżamm il-kwalità tiegħu.

Żdied ukoll il-kunċett tal-omoġenjità tal-lottijiet ta’ bettieħ: “Il-lott ta’ bettieħ ippakkjat għandu kwalità, forma u dehra omoġenji bħal dawk tal-bettieħ sostanzjalment fl-istess stat ta’ żvilupp, ta’ maturità u ta’ lewn.”

3.2.   Żona ġeografika

Id-deskrizzjoni inizjali taż-żona skont id-distretti tneħħiet u minflokha hemm lista aktar dettaljata u ċara tal-muniċipalitajiet ikkonċernati; id-dettalji tal-operazzjonijiet li jseħħu fiż-żona tneħħew ukoll.

L-applikazzjoni tinkludi estensjoni prinċipalment limitata għat-tramuntana u l-grigal taż-żona attwali tal-IĠP, rispettivament fid-dipartiment ta’ Maine-et-Loire (għall-muniċipalitajiet ta’ Dénezé-sous-Doué, Louresse-Rochemenier, Les Verchers-sur-Layon) u fid-dipartiment tal-Indre-et-Loire (għall-muniċipalitajiet ta’ Assay, Braslou, Chaveignes, Courcoué, La Tour-Saint-Gélin, Léméré, Luzé, Marigny-Marmande, Razines, Verneuil-le-Château, Antogny–le-Tillac, Marcilly-sur-Vienne, Pussigny, Anché, Brizay, Chezelles, Rilly-sur-Vienne, Sazilly, Tavant, Theneuil).

L-applikazzjoni tinkludi wkoll tiċkin fil-lvant u fin-nofsinhar taż-żona attwali tal-IĠP b’mod partikolari fid-dipartiment ta’ Vienne (Port-de-Piles, Buxeuil, Saint-Remy-sur-Creuse, Leugny, Oyré, Saint-Sauveur, Senillé, Saint-Cyr, Dissay, Saint-Georges-les-Baillargeaux, Montamisé, Buxerolles, Biard, Poitiers u Mignaloux-Beauvoir), kif ukoll xi korrezzjonijiet materjali meta mqabbla maż-żona rreġistrata fl-1995 (ommissjoni/żieda tal-muniċipalitajiet ta’ Assay u ta’ Beaumont fil-kontinwità taż-żona).

Din l-applikazzjoni ġiet studjata minn qabel sabiex jinżammu l-fatturi tar-rabta mal-oriġini kif definiti għal din l-IĠP. Il-muniċipalitajiet kollha li ġew miżjuda jmissu mal-konfini jew jinsabu fl-estensjoni taż-żona attwali. Huma kollha għandhom ħamrija taflija u kalkarea kif meħtieġ fl-ispeċifikazzjonijiet.

Id-deskrizzjoni ġdida tar-rabta mal-oriġini serviet biex ikunu ċċarati aktar il-limiti naturali lejn il-lvant taż-żona ġeografika tal-“Melon du Haut-Poitou”. Ma baqgħux jissemmew l-widien ta’ Thouet, Vienne u Clain iżda x-xmajjar: il-Loire fin-naħa ta’ Anjou, u l-Vienne fin-naħa ta’ Tours. Barra minn hekk, ġie stabbilit li ċerti żoni fil-lvant u fin-nofsinhar taż-żona attwali, ftit li xejn għandhom x'jaqsmu maż-żoni ta' koltivazzjoni tradizzjonali tal-“Melon du Haut-Poitou”: miksija l-aktar b’għoljiet ta’ madwar 100-130 metru, li jħarsu fuq pjanuri miftuħa ħafna li jintemmu f’mergħat jew spiss boskijet l-aktar tas-siġar tal-luq. Saret applikazzjoni għat-tnaqqis taż-żona biex jiġu esklużi dawn iż-żoni. Ta’ min jinnota li għadd ta’ muniċipalitajiet li jinsabu f’dawn iż-żoni ma kellhomx produzzjoni skont it-tradizzjoni minn meta ġiet rikonoxxuta l-IĠP.

3.3.   Metodu ta’ produzzjoni

—   għażla ta’ varjetajiet:

Il-proċedura u l-kriterji tal-għażla tal-varjetajiet il-ġodda tal-bettieħ bl-IĠP “Melon du Haut-Poitou” ġew speċifikati:

dawn il-kriterji huma kemm kriterji tekniċi (fosthom il-potenzjal ta’ produzzjoni, il-prekoċità, it-tul taċ-ċiklu, il-faċilità tal-ġbir, ir-reżistenza/it-tolleranza għall-mard) kif ukoll kriterji ta’ kwalità intrinsika tal-prodott (fosthom il-kontenut ta’ zokkor (IR), l-ebusija, il-kontroll ta’ laħam artab, il-kulur tal-laħam),

il-proċedura tal-għażla tal-varjetajiet issir f’żewġ stadji: 1/il-verifika tal-kriterji tekniċi f'żewġ esperimenti fuq ħamrija taflija u kalkarea fiż-żona ġeografika, bir-riżultati ta’ dawn il-provi jiġu soġġetti għall-opinjoni tal-grupp; 2/il-monitoraġġ regolari tal-prodott b’tidwiq waqt il-kampanja ta' sperimentazzjoni minn kumitat ta’ dewwieqa magħmula b’mod partikolari minn konsumaturi, persuni li kienu attivi fl-agrikultura u sidien ta’ ristoranti, filwaqt li jitħallew barra l-operaturi tal-IĠP. Fuq il-bażi tal-opinjoni finali ta’ dan il-kumitat fl-aħħar tal-kampanja, il-grupp jiddeċiedi jekk jintroduċix varjetà ġdida fil-lista ta’ varjetajiet bl-IĠP.

Issa din il-proċedura sejra tinkludi wkoll il-monitoraġġ u l-esklużjoni possibbli ta’ varjetajiet awtorizzati:

il-kumitat ta’ dewwieqa msemmi hawn fuq jista’ fil-fatt jagħti opinjoni kuntrarja fi tmiem il-kampanja rigward varjetajiet attwalment prodotti taħt l-IĠP, minħabba li ma jibqgħux jikkorrispondu għall-karatteristiċi mixtieqa u għat-tip “Melon du Haut-Poitou”,

fuq il-bażi ta’ din l-opinjoni il-grupp imbagħad jiddeċiedi li jeskludi dik il-varjetà partikolari mil-lista tal-varjetajiet taħt l-IĠP.

—   żriegħ – ħdim tal-ħamrija:

Il-konsolidazzjoni ta’ din il-parti tiċċara d-diversi modi ta’ żriegħ u l-perjodi ta’ tħawwil tal-bettieħ: jew permezz ta’ tħawwil dirett, jew biż-żriegħ temporanju fis-serra qabel it-tħawwil (f’tubi ta’ ħamrija, tubi iżgħar jew kontenituri żgħar). Barra minn hekk, iż-żmien minimu jew massimu ta’ kemm iddum iż-żerriegħa fis-serra kien aġġustat ftit (mill-inqas ħamest ijiem fiż-żewġ każijiet) skont prattiċi osservati għal diversi snin.

—   tħawwil:

Huwa mfakkar u speċifikat li t-tħawwil isir bl-idejn.

L-iskadenzi għat-tneħħija tal-inċirati jew tat-tined ta’ protezzjoni tax-xtieli żgħar huma aġġustati skont il-kundizzjonijiet tat-temp osservati f’dawn l-aħħar snin (b’kont meħud tas-snin b’temp ħażin: ġlata tard li qabel kienet kważi ineżistenti u issa saret possibbiltà, perjodu ta’ kesħa itwal li jibqa’ dieħel fir-rebbiegħa…). L-iskadenza għat-tqegħid tat-tined ta’ protezzjoni jew tal-inċirati (15 u 20 ta’ Mejju) tneħħiet għall-istess raġunijiet.

—   kundizzjonijiet tal-ħsad u tal-għażla tal-frott:

 

Rigward il-metodi partikolari tal-ħsad, id-data tal-bidu tal-ħsad tal-bettieħ IĠP tressqet għall-1 ta’ Lulju minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li spiss kienu qegħdin ikunu osservati għal diversi snin.

 

Huwa mfakkar u ċċarat li l-ħsad isir bl-idejn f’diversi passaġġi suċċessivi fl-għelieqi, l-ewwel passaġġ ma jistax jintuża għall-produzzjoni tal-bettieħ tal-IĠP. Peress li l-projbizzjoni fuq l-aħħar żewġ passaġġi ma kinitx meqjusa sodisfaċenti mil-lat ta’ kontroll, din tneħħiet u minflokha għandha ssir osservazzjoni speċifika ta’ dawn l-aħħar lottijiet waqt il-klassifikazzjoni (ara l-punt li jmiss).

 

Id-dispożizzjonijiet ta’ kuljum rigward temperatura massima u skadenza ta’ ħin tneħħew għaliex ma tqisux sodisfaċenti mil-lat ta’ kontroll. Billi l-varjetajiet magħżula “melon charentais” tat-tip cantaloupe qegħdin jiġu mġedda, illum dawn huma tat-tip “bil-flieli”, “tax-xibka”, bil-qoxra ħoxna, aktar reżistenti għas-sħana, għall-kesħa u għad-daqqiet, li m’għadux jiġġustifika miżuri bħal dawn ta’ kontroll ta’ kuljum.

 

Il-metodi tal-ħsad huma speċifikati f’dak li jirrigwarda d-daqsijiet massimi tal-kaxxi jew tal-kontenituri għall-ħsad u l-projbizzjoni tal-użu tal-karrijiet minflok il-kaxex jew il-kontenituri. Dawn it-termini għandhom l-għan li jipprevjenu li l-frott jaqa’ u li jżomm il-kwalità tiegħu.

 

Rigward l-għażla tal-frott fuq il-pjanta waqt il-ħsad, dan il-punt inkiteb mill-ġdid sabiex jiġu ċċarati l-kriterji osservati u segwiti mill-produtturi sabiex jiddeterminaw l-istadju ottimali ta’ maturità tal-bettieħ li għandhom jinġabru fl-IĠP. B’hekk, għalqa tidħol għall-ħsad meta skont il-varjetà kkunsidrata (bikrija, semi-bikrija, staġjonali), il-produttur jinnota l-preżenza ta’ mill-inqas wieħed mill-kriterji ta’ maturità msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet (tibdil tal-qoxra fl-isfar, sfura tal-weraq jew id-distakk taz-zokk).

 

Il-medja tal-produzzjoni massima għal kull azjenda mogħtija fl-ispeċifikazzjonijiet ġiet speċifikata sabiex jiġu individwati l-artijiet tajbin għall-IĠP u li jiġu effettivament imħawla bil-varjetajiet adattati għall-IĠP biss. Hija ġiet aġġustata ukoll (minn 10 t/ha għal 12 t/ha) sabiex jiġu kkunsidrati kemm il-produzzjonijiet effettivament osservati fis-snin reċenti, speċjalment matul l-aqwa staġuni, kif ukoll il-progress li sar fuq il-varjetajiet ġodda ta’ bettieħ.

—   Wasla/Għażla/kalibrazzjoni/tqegħid fit-trejs tal-frott u klassifikazzjoni tal-frott:

Mal-wasla tiegħu, il-bettieħ m’għadux jinħasel b’mod sistematiku. Il-ħasil huwa utli biss meta l-frott ikun maħmuġ kemm jekk ikun għall-IĠP kif ukoll jekk le. Din id-dispożizzjoni mhux speċifika għaldaqstant tneħħiet mill-ispeċifikazzjonijiet.

Il-kundizzjonijiet tal-għażla u tal-kalibrazzjoni tal-betttieħ huma speċifikati billi ġew espressament marbuta mal-karatteristiċi fiżiċi tal-“Melon du Haut-Poitou” (Parti 4 deskrizzjoni tal-prodott).

Il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni tal-frott ġew ukoll speċifikati billi ġew espressament marbuta mal-karatteristiċi l-oħrajn tal-“Melon du Haut-Poitou” fil-parti 4 Deskrizzjoni tal-prodott: varjetà, karatteristika fiżika (nuqqas ta’ laħam mifqugħ), kimiċi (kontenut ta’ zokkor), ippakkjar uniformi.

Fl-aħħar nett, ġie miżjud punt speċifiku relatat ma’ tmiem il-ħsad tal-“Melon du Haut-Poitou”, minflok ir-regola li tħassret li tipprojbixxi l-aħħar żewġ passaġġi (ara l-punt preċedenti). Meta l-ħsad ikun avvanzat sew, il-produtturi u l-produtturi kunsinnaturi għandhom jiddeterminaw tmiem il-ħsad ta’ biċċa art bl-IĠP meta jaraw effettivament waqt il-klassifikazzjoni tal-lottijiet wieħed minn dawn il-kriterji: il-frott ikollu forma, kulur u/jew kwalità interna omoġenji, jew il-preżenza ta’ frott inqas rappreżentattiv tal-varjetà kkunsidrata.

—   Ippakkjar, ħażna tal-betttieħ:

L-ippakkjar tal-“Melons du Haut-Poitou”, jiġifieri t-tħejjija adegwata tal-prodott bir-regoli speċifiċi tiegħu ta’ għażla, kalibrazzjoni u klassifikazzjoni, l-ippakkjar limitat speċifikat hawn taħt u l-obbligu li titqiegħed stiker individwali fuq kull bettieħa, issir minnufih wara l-ħsad direttament mill-produtturi-kunsinnaturi jew mill-kunsinnaturi fuq talba tal-produtturi li ma jkunux kunsinnaturi. Dan għandu jsir fiż-żona ġeografika sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi kwalitattivi tal-frott bħal maturità perfetta, id-dehra, l-integrità u l-omoġenjità tal-prodotti u l-freskezza tagħhom u b’hekk tkun evitata kull manipulazzjoni oħra jew riskji ta’ ħsara waqt it-trasport filwaqt li tkun żgurata wkoll it-traċċabbiltà meħtieġa fid-diversi stadji ta’ bejgħ tal-bettieħ.

Din it-taqsima tispeċifika wkoll it-tipi ta’ ppakkjar kif definiti fil-parti tad-deskrizzjoni tal-prodott: il-bettieħ jiġi ppakkjat skont il-kategorija tal-kalibru fi trejs b’kompartimenti individwali jew ippakkjat waħda waħda; in-numru massimu ta’ bettieħ għal kull trej ġie aġġustat (15 minflok 16) u d-daqs ta’ 16 m’għadux jeżisti.

Il-perjodu massimu bejn il-ħsad u l-ippakkjar (sitt sigħat) tneħħa u minfloku tnaqqas iż-żmien totali mill-mument tal-ħsad sa dak tal-kunsinna (48 siegħa minflok Formula siegħa kif kien qabel).

3.4.   Tikkettar

Dan il-kapitolu ġie speċifikat aktar f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni addizzjonali li għandha tidher fuq il-prodott IĠP (stiker individwali fuq kull bettieħa u twaħħil tal-logo tal-grupp).

3.5.   Rekwiżiti nazzjonali

Rigward il-bidliet leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, il-parti “Rekwiżiti nazzjonali” ġiet ippreżentata fil-forma ta’ tabella tal-punti prinċipali li għandhom ikunu kkontrollati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodu ta’ valutazzjoni tagħhom.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel  (3)

“MELON DU HAUT-POITOU”

Nru KE: FR-PGI-0105-0029-13.10.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Melon du Haut-Poitou”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6:

Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Melon du Haut-Poitou” hija bettieħa tat-tip Charentais safra. Il-frotta hija tonda bil-flieli viżibbli sew u qoxra ġeneralment miksija b’vini xi ftit jew wisq ħoxnin skont il-varjetà. Hija għandha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Dehra: sħiħa, nadifa, mingħajr umdità fuq barra jew traċċi ta’ prodotti ta’ trattament, b’saħħitha, jiġifieri mhux attakkata mill-insettti jew mard u bla difetti kbar li jistgħu jaffettwaw it-togħma jew id-dehra tagħha: deformazzjoni, daqqiet, tbajja’ ta’ kulur,

Piż: bejn minimu ta’ 550 g u massimu ta’ 1 350 g,

Il-lewn tal-qoxra: aħdar jagħti kemmxejn fl-isfar sa isfar għal kollox,

Nuqqas ta’ laħam artab,

Kontenut ta’ zokkor imkejjel skont l-indiċi refrattiv (IR) daqs 12° Brix jew ogħla.

Il-Melon du Haut-Poitou hija kkaratterizzata minn togħma ħelwa u aromi qawwija. Meta tingidem hija iebsa u mmerqa ħafna u fl-istess ħin iddub fil-ħalq. Il-kulur tagħha huwa oranġjo pjuttost skur.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika delimitata

Ix-xogħol kollu ta’ produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar tal-“Melons du Haut-Poitou”, jiġifieri t-tħejjija xierqa tal-prodott bir-regoli speċifiċi tiegħu ta’ għażla, kalibrazzjoni u klassifikar, l-ippakkjar limitat magħżul speċifikat hawn taħt u l-obbligu li titqiegħed stiker individwali fuq kull bettieħa, isir minnufih wara l-ħsad direttament mill-produtturi-kunsinnaturi jew mill-kunsinnaturi fuq talba tal-produtturi li ma jkunux kunsinnaturi. Dan għandu jsir fiż-żona ġeografika sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi kwalitattivi tal-frott bħal maturità perfetta, id-dehra, l-integrità u l-omoġenjità tal-prodotti u l-freskezza tagħhom u b’hekk tkun evitata kull manipulazzjoni oħra jew riskji ta’ ħsara waqt it-trasport filwaqt li tkun żgurata wkoll it-traċċabbiltà meħtieġa fid-diversi stadji ta’ bejgħ tal-bettieħ.

Barra minn hekk, il-bettieħ jiġi ppakkjat skont il-kategorija tal-kalibru fi trejs b’kompartimenti individwali jew ippakkjat waħda waħda; in-numru massimu ta’ bettieħ f’kull trej huwa ta’ 15.

Il-prejodu totali li għandu jkun irrispettat bejn il-ħsad u l-kunsinna huwa ta’ 48 siegħa.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

It-tikketta tal-prodott IĠP “Melon du Haut-Poitou” tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

l-isem tal-prodott: “Melon du Haut-Poitou”,

il-kliem “indication géographique protégée” u l-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea,

stiker individwali bil-logo “Melon du Haut-Poitou” fuq kull frotta.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Melon du Haut-Poitou” tinsab bejn il-fruntieri naturali li fit-tramuntana huma ż-żona tal-baċin Pariġin li tmiss mal-għoljiet tal-muntanji Armorikani, fin-nofsinhar ix-xmara Auxances, u fil-punent u fil-lvant ix-xmajjar ta’ Thouet, u ta’ Vienne.

Skont dawn il-fruntieri naturali, din iż-żona ġeografika testendi għal kull dipartiment ikkonċernat fuq id-distretti li ġejjin:

Maine-et-Loire (49): Saumur sud, Montreuil- Bellay, Doué-la-Fontaine,

Indre-et-Loire (37): Sainte-Maure-de-Touraine, Richelieu, L’Ile-Bouchard, Chinon,

Deux-Sèvres (79): Airvault, Argenton-les-Vallées, l-ewwel distrett ta’ Thouars, it-tieni distrett ta’ Thouars, St-Varent,

Vienne (86): Châtellerault-nord, Châtellerault-sud, Châtellerault-Ouest, Dangé-Saint-Romain, Saint-Gervais-les-trois-clochers, Lencloître, Mirebeau, Trois-Moutiers, l-ewwel distrett ta’ Poitiers, is-seba’ distrett ta’ Poitiers, Vouneuil-sur-Vienne, Loudun, Neuville-de-Poitou, Saint-Georges-lès-Baillargeaux, Moncontour, Monts-sur-Guesnes, Vouillé.

Il-muniċipalitajiet f’dawn id-distretti li jiffurmaw iż-żona ġeografika tal-“Melon du Haut-Poitou” huma elenkati b’mod aktar preċiż fl-ispeċifikazzjonijiet.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Melon du Haut-Poitou” testendi fuq it-territorju tal-muniċipalitajiet tad-dipartimenti ta’ Vienne, tal-grigal ta’ Deux-Sèvres, tan-nofsinhar kemm ta’ Maine-et-Loire kif ukoll ta’ Indre-et-Loire.

Il-produzzjoni tal-bettieħ f’dawn is-setturi ssir esklussivament f’ħamrija taflija u kalkarea. Din il-ħamrija mimlija ossiġnu hija omoġenja u b’saħħitha, fornuta sew b’nutrijenti u b’riservi tajbin ta’ ilma li jinġabar matul ix-xitwa. Hija ideali għat-tkabbir tal-bettieħ.

L-“Haut-Poitou” huwa ġeneralment magħruf f’termini ta’ klima bħala reġjun sħun u xott, partikolarità msaħħa bil-karatteristiċi tal-ħamrija, li spiss tkun xotta. It-temperatura medja annwali hija pjuttost għolja (sħuna fis-sajf, mhux ħarxa fix-xitwa) u hija relattivament regolari matul is-sena kollha. Għalkemm ix-xita mhijiex regolari, l-abbiltà tal-ħamrija li taħżen l-ilma tax-xita tpatti għal dawn l-irregolaritajiet.

Iż-żona ġeografika tal-“Melon du Haut-Poitou” hija reġjun ta’ produzzjoni antika tal-bettieħ.

L-iżvilupp kbir tal-produzzjoni għen sabiex jinbidlu t-tekniki agrikoli u b’mod partikolari dawk qrib il-fażi aħħarija tal-produzzjoni fejn jiġu mmonitorjati aħjar il-bidliet kwantitattivi u kwalitattivi tal-varjetajiet tal-bettieħ prodott, permezz ta’ provi fl-għelieqi u tidwiq regolari tal-prodotti f’kull staġun. Il-ġbir ta’ dejta teknika u sensorjali għen għalhekk l-iżvilupp ta’ varjetajiet ta’ kwalità li llum huma magħrufa f’“Haut-Poitou”.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Melon du Haut-Poitou” hija bettieħa tat-tip Charentais safra. Il-frotta hija tonda bil-flieli viżibbli sew, għandha qoxra safranija meta tkun saret u ġeneralment tkun miksija b’vini xi ftit jew wisq ħoxnin skont il-varjetà. Il-piż tagħha huwa bejn minimu ta’ 550 g u massimu ta’ 1 350 g, il-kontenut ta’ zokkor tagħha huwa ta’ 12°Brix jew aktar. Laħamha ma jkunx artab.

Il-“Melon du Haut-Poitou” hija definita bħala bettieħa ħelwa ħafna, b'aromi qawwija. Meta tingidem hija iebsa u mmerqa ħafna u fl-istess ħin iddub fil-ħalq. Il-kulur tagħha huwa oranġjo pjuttost skur.

Il-bettieħ ta’ Haut-Poitou għandhom fama antika kif jixhed artiklu minn “La vie Loudunaise”: mill-1896, waqt is-suq tradizzjonali ta’ Pitié, id-Dekan kien jirriserva postijiet b’xejn taħt il-bażilika lill-bejjiegħa tal-frott ta’ Guesnes: “Il-pellegrini kienu jieklu l-bettieħ fuq il-ħaxix, x’ma jħobbuhomx!”.

Il-poplu Franċiż illum għad għandu għall-qalbu ħafna l-bettieħ tat-tip cantaloupe ta’ Charente li ġej minn “Haut-Poitou”. Il-kwalità għolja ta’ dawn il-prodotti twassal għalhekk biex tidderieġi lill-“Melons du Haut-Poitou” lejn swieq prestiġjużi bħall-ħwienet lussużi li jbiegħu ikel fin bħal Fauchon u Hédiard, sidien ta’ ristoranti kbar bħal Robuchon jew stabbilimenti oħrajn magħrufa f’Pariġi bħar-Ritz jew il-Georges V.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Il-“Melon du Haut-Poitou” sab, fil-Baċin ta’ “Haut-Poitou”, reġjun ta’ produzzjoni privileġġjat ħafna adattat għall-maturità tardiva tagħha u l-ħtiġijiet ta’ nutrijenti tagħha.

L-istruttura bbilanċjata u l-ossiġnu li fiha l-ħamrija taflija u kalkarea jgħinu t-trasformazzjoni tal-materjal organiku f’nutrijenti meħtieġa għan-nutrizzjoni tajba tal-pjanta u għal-ħtiġijiet ta’ minerali tal-bettieħ.

Il-fattur kalkareu attiv, faċilment assimilat mill-pjanta, jgħin billi jinġema’ fit-tessuti ċellulari fl-ebusija ta’ dawn tal-aħħar u għalhekk jagħti lill-bettieħa ebusija u fermezza tajba, reżistenza għad-daqqiet lill-qoxra u reżistenza għall-fenomenu ta’ rtubija.

It-tisħin gradwali tal-ħamrija minħabba l-kontenut tajjeb ta’ tafal li fiha, kif ukoll ir-riservi ta’ ilma li jinġabar matul ix-xitwa, joffru lill-“Melon du Haut-Poitou” il-kundizzjonijiet kollha għal żvilupp regolari tal-pjanta mingħajr nuqqas ta’ ilma u ħsad tard tal-bettieħ meta jkun sar għal kollox.

Grazzi għall-mikroklima eċċezzjonali (temperatura medja pjuttost għolja u regolari s-sena kollha) u għall-ħamrija taflija u kalkarea, wieħed jinnota malajr ħafna dan il-bettieħ ta’ kwalità, ferm ħelu b’togħma qawwija u kwalitajiet ta’ togħmiet magħrufa, iqarmeċ mal-gidma, ferm immerraq u jinħall fil-ħalq.

Din il-kwalità speċifika hija riflessa fil-monitoraġġ organolettiku tal-bettieħ implimentat mill-1995 li, flimkien mar-riċerka ta’ varjetajiet ġodda, għen sabiex jintgħażlu l-varjetajiet li jikkonformaw mal-karatteristiċi proprji tal-prodott u b’hekk jikkonfermaw l-appartenenza tagħhom għat-tip “Melon du Haut-Poitou”.

In-natura partikolari tal-ħamrija, l-effett tal-klima, u l-isforzi kontinwi tal-produtturi wasslu sabiex il-“Melon du Haut-Poitou” tikseb fama assikurata fost il-konsumaturi u diversi professjonisti involuti fil-qasam (sidien ta’ ristoranti, ħwienet lussużi li jbiegħu ikel fin iżda wkoll ditti ta’ distribuzzjoni wiesgħa), li jirrifletti wkoll l-importanza ekonomika kbira ta’ din il-produzzjoni fil-livell lokali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPMelonDuHautPoitouV2.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Issostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3.