ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.274.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
21 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 274/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 260, 7.9.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 274/02

Kawża C-296/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Mejju 2013 — RWE AG vs Freistaat Bayern

2

2013/C 274/03

Kawża C-328/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich — Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

2

2013/C 274/04

Kawża C-329/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Ferdinand Stefan

2

2013/C 274/05

Kawża C-332/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Ġunju 2013 — Weigl Ferenc vs Nemzeti Innovációs Hivatal

3

2013/C 274/06

Kawża C-347/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Erich Pickert vs Condor Flugdienst GmbH

3

2013/C 274/07

Kawża C-349/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Minister Finansów vs Oil Trading Poland sp. z o.o. w Szczecinie

4

2013/C 274/08

Kawża C-353/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Jürgen Hein, Hjördis Hein vs Condor Flugdienst GmbH

4

2013/C 274/09

Kawża C-357/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie (il-Polonja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Drukarnia Multipress Sp. z o.o. w Krakowie vs Minister Finansów

5

2013/C 274/10

Kawża C-359/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — B. Martens vs Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap

5

2013/C 274/11

Kawża C-365/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-1 ta’ Lulju 2013 — Ordre des architectes vs État belge

6

2013/C 274/12

Kawża C-375/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Lulju 2013 — Harald Kolassa vs Barclays Bank PLC

6

2013/C 274/13

Kawża C-377/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (il-Portugall) fit-3 ta’ Lulju 2013 — Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

8

2013/C 274/14

Kawża C-382/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Lulju 2013 — C.E. Franzen et al vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb)

8

2013/C 274/15

Kawża C-384/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Lulju 2013 — Estación de Servicio Pozuelo 4, S.L. vs GALP Energía España S.A.U.

9

2013/C 274/16

Kawża C-387/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2013 — VAEX Varkens- en Veehandel BV vs Productschap Vee en Vlees

9

2013/C 274/17

Kawża C-393/13 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ April 2013 fil-Kawża T-304/11, Alumina d.o.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

10

2013/C 274/18

Kawża C-395/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

10

2013/C 274/19

Kawża C-397/13 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 minn Simone Gbagbo mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-119/11, Gbagbo vs Il-Kunsill

11

2013/C 274/20

Kawża C-398/13 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 minn Inuit Tapiriit Kanatami et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-526/10, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew

12

2013/C 274/21

Kawża C-399/13 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 minn Stichting Corporate Europe Observatory mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-93/11, Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2013/C 274/22

Kawża C-400/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Sophia Marie Nicole Sanders, irrappreżentata minn Marianne Sanders vs David Verhaegen

13

2013/C 274/23

Kawża C-402/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kiprou (Ċipru) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Cypra Limited vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

13

2013/C 274/24

Kawża C-403/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Lisa Kelly vs Minister for Social Protection

14

2013/C 274/25

Kawża C-404/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Lulju 2013 — R fuq talba ta’ ClientEarth vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

14

2013/C 274/26

Kawża C-408/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Lulju 2013 — Barbara Huber vs Manfred Huber

15

2013/C 274/27

Kawża C-409/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2013/C 274/28

Kawża C-415/13 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 minn Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-19/12, Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) — Impexmetal

16

2013/C 274/29

Kawża C-425/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 274/30

Kawża T-363/13: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2013 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC intimate)

18

2013/C 274/31

Kawża T-370/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Gemeente Eindhoven vs Il-Kummissjoni

18

2013/C 274/32

Kawża T-374/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Moonlight vs UASI — Lampenwelt (Moon)

19

2013/C 274/33

Kawża T-381/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY)

20

2013/C 274/34

Kawża T-382/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (MARGARITAS)

20

2013/C 274/35

Kawża T-387/13: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 — Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI — Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)

21

2013/C 274/36

Kawża T-393/13: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 — SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni

21

2013/C 274/37

Kawża T-394/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill

22

2013/C 274/38

Kawża T-395/13: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Miettinen vs Il-Kunsill

23

2013/C 274/39

Kawża T-396/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta Lulju 2013 — Dosen vs UASI — Gramm (Nano-Pad)

23

2013/C 274/40

Kawża T-398/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — TVR Automotive vs UASI — TVR Italia (TVR)

24

2013/C 274/41

Kawża T-404/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2013 — NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)

24

2013/C 274/42

Kawża T-411/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 — T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

25

2013/C 274/43

Kawża T-412/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — Chin Haur Indonesia vs Il-Kunsill

27

2013/C 274/44

Kawża T-413/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — City Cycle Industries vs Il-Kunsill

28

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 274/45

Kawża F-56/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

29

2013/C 274/46

Kawża F-60/13: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

29

2013/C 274/47

Kawża F-61/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — ZZ et vs BEI

29

2013/C 274/48

Kawża F-64/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

30

2013/C 274/49

Kawża F-66/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Europol

30

2013/C 274/50

Kawża F-67/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Europol

31

2013/C 274/51

Kawża F-68/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs BĊE

31

2013/C 274/52

Kawża F-69/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

31

2013/C 274/53

Kawża F-71/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs EEA

32

2013/C 274/54

Kawża F-72/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 — ZZ et vs FEI

32

2013/C 274/55

Kawża F-73/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs BĊE

33

2013/C 274/56

Kawża F-74/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummmissjoni

33

2013/C 274/57

Kawża F-75/13: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

34

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/1


2013/C 274/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 260, 7.9.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 252, 31.8.2013

ĠU C 245, 24.8.2013

ĠU C 233, 10.8.2013

ĠU C 226, 3.8.2013

ĠU C 215, 27.7.2013

ĠU C 207, 20.7.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Mejju 2013 — RWE AG vs Freistaat Bayern

(Kawża C-296/13)

2013/C 274/02

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RWE AG

Konvenut: Freistaat Bayern

Il-kawża tneħħiet mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2013.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich — Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

(Kawża C-328/13)

2013/C 274/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Österreichischer Gewerkschaftsbund

Konvenut: Wirtschaftskammer Österreich — Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

Domandi preliminari

(1)

Il-kliem li jinsab fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/23/KE (1), li jgħid li l-“kundizzjonijiet [tax-xogħol]” miftiehma fi ftehim kollettiv u applikabbli għal min jagħmel it-trasferiment huma miżmuma “skont l-istess kondizzjonijiet applikabbli”“sad-data li fiha l-ftehim kollettiv jispiċċa jew jiskadi”, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu wkoll taħtu l-kundizzjonijiet tax-xogħol li ġew stabbiliti permezz ta’ ftehim kollettiv u li, skont id-dritt nazzjonali, minkejja r-rexissjoni ta’ dan il-ftehim, ikomplu jipproduċu l-effetti tagħhom mingħajr limitazzjoni fiż-żmien, sakemm ftehim kollettiv ieħor ma jkunx applikabbli jew sakemm il-ħaddiema kkonċernati ma jkunux ikkonkludew ftehim individwali ġodda?

(2)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/23/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li “l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettiv ieħor” ta’ ċessjonarju, għandu wkoll jinftiehem fis-sens li jinkludi ż-żamma tal-effetti tal-ftehim kollettiv ta’ ċessjonarju, fis-sens indikat hawn fuq, li jkun huwa wkoll rexiss?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Ferdinand Stefan

(Kawża C-329/13)

2013/C 274/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferdinand Stefan

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Domandi preliminari

(1)

Fuq il-validità tad-Direttiva 2003/4/KE (1) dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali:

Id-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali hija kompletament kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

(2)

Fuq l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali:

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-validità tad-Direttiva 2003/4/KE kollha kemm hi jew ta’ ċerti partijiet minnha, sa fejn u taħt liema premessi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 6 TUE?


(1)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Ġunju 2013 — Weigl Ferenc vs Nemzeti Innovációs Hivatal

(Kawża C-332/13)

2013/C 274/05

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Weigl Ferenc

Konvenut: Nemzeti Innovációs Hivatal

Domandi preliminari

(1)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhiex tiġi kkunsidrata bħala applikabbli għar-rabta legali ta’ uffiċjali tal-gvern u uffiċjali pubbliċi?

(2)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni li tinsab fih, dwar il-protezzjoni f’każ ta’ tkeċċija mhux ġustifikata, għandha tiġi applikata b’mod indipendenti miċ-ċirkustanza li l-Istat Membru ma jqisx li huwa vinkolanti fil-konfront tiegħu l-Artikolu 24 tal-Karta soċjali Ewropea riveduta?

(3)

F’każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkorrispondi għall-kunċett ta’ “tkeċċija mhux ġustifikata” dispożizzjoni nazzjonali skont liema, fil-każ ta’ tkeċċija ta’ uffiċjal tal-gvern, ma huwiex neċessarju li jiġu kkomunikati lil dan tal-aħħar ir-raġunijiet ta’ din it-tkeċċija?

(4)

Il-formulazzjoni “skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali”, imsemmija fl-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi permezz ta’ regola kategorija speċjali ta’ persuni li għalihom ma huwiex obbligatorju li jiġi applikat l-Artikolu 30 tal-Karta f’każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni legali [ta’ xogħol]?

(5)

Skont ir-risposti għad-domandi minn 2 sa 4, l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għal dak li jirrigwarda l-uffiċjali tal-gvern, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati nazzjonali huma obbligati li ma japplikawx ir-regoli nazzjonali li jmorru kontra l-Artikolu 30 tal-istess Karta?


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Erich Pickert vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-347/13)

2013/C 274/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Erich Pickert

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

(1)

Iċ-ċirkustanzi straordinarji msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1) għandhom ikunu direttament relatati mat-titjira rriżervata?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: liema huwa, għaċ-ċirkustanzi straordinarji, in-numru rilevanti ta’ vjaġġi preċedenti li l-ajruplan użat għat-titjira prevista għandu jkun wettaq? Jeżisti limitu fiż-żmien għat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jaffettwaw il-vjaġġi preċedenti?

Jekk dan ikun il-każ, kif għandu jiġi kkalkolat?

(3)

Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt vjaġġi preċedenti jkunu wkoll rilevanti għal titjira ulterjuri: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu intiżi biss għall-prevenzjoni taċ-ċirkustanzi straordinarji jew inkella għall-prevenzjoni ta’ dewmien twil ukoll?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Minister Finansów vs Oil Trading Poland sp. z o.o. w Szczecinie

(Kawża C-349/13)

2013/C 274/07

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenut: Oil Trading Poland sp. z o.o. w Szczecinie

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (1) (kif emendata), li issa jikkorrispondi għall-punt (a) tal-[ewwel subparagrafu u t-tieni] subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2) (kif emendata), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix l-impożizzjoni, minn Stat Membru, ta’ dazju tas-sisa fuq żjut lubrifikanti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 19 71 sa 2710 19 99, li jintużaw għal finijiet differenti mill-użu bħala karburant għall-magni jew bħala kombustibbli għat-tisħin, skont ir-regoli speċifiċi għad-dazju tas-sisa armonizzat impost fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija?


(1)  GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.

(2)  GU L 9, p. 12.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Jürgen Hein, Hjördis Hein vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-353/13)

2013/C 274/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jürgen Hein, Hjördis Hein

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

(1)

L-interventi ta’ terzi li jintervjenu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li ġew fdati b’kompiti li jaqgħu taħt l-attivitajiet ta’ trasportatur bl-ajru jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1)?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, huwa rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li wieħed ikun jaf min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, eċċ.) inkariga lit-terz?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie (il-Polonja) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Drukarnia Multipress Sp. z o.o. w Krakowie vs Minister Finansów

(Kawża C-357/13)

2013/C 274/09

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Drukarnia Multipress Sp. z o.o. w Krakowie

Konvenut: Minister Finansów

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li soċjetà inakkomandita b’azzjonijiet għandha tkun ikkunsidrata bħala kumpannija ta’ kapital fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk min-natura legali ta’ tali kumpannija jkun jirriżulta li parti biss mill-kapital tagħha u dak tas-soċji tagħha tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(b) u (ċ) tad-direttiva?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11) għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-għoti lill-Istat Membru tad-dritt li ma jqisx l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-direttiva bħala kumpannija ta’ kapital, dan jagħti lill-Istat Membru l-libertà li jiddeċiedi jekk jissuġġettax lil tali entitajiet għad-dazju fuq il-kapital?


(1)  ĠU L 46, p. 11.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — B. Martens vs Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap

(Kawża C-359/13)

2013/C 274/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B. Martens.

Konvenut: Minister van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap

Domandi preliminari

1A.

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru tal-UE (il-Pajjiżi l-Baxxi) itemm id-dritt għall-finanzjament għall-edukazzjoni barra mill-UE ta’ wild maġġorenni dipendenti fuq ħaddiem transkonfinali li għandu ċ-ċittadinanza Olandiża, li jirrisjedi fil-Belġju u jaħdem parzjalment fil-Pajjiżi l-Baxxi u parzjalment fil-Belġju, meta tali xogħol transkonfinali jintemm u l-attivitajiet jibqgħu jiġu eżerċitati fil-Belġju, minħabba li l-wild ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ residenza ta’ mill-inqas tliet snin fil-Pajjiżi l-Baxxi matul is-sitt snin li jippreċedu r-reġistrazzjoni tiegħu fl-istabbiliment ta’ edukazzjoni kkonċernat?

1B.

Jekk ir-risposta li tingħata għad-domanda 1A tkun fl-affermattiv, id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-għoti ta’ finanzjament għall-edukazzjoni għal perijodu iqsar mit-tul ta’ tali edukazzjoni, filwaqt li jitqies li r-rekwiżiti l-oħra li jirregolaw l-eliġibbiltà għall-finanzjament ikunu ġew sodisfatti?

Jekk fir-risposta għad-domandi 1A u 1B, il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni dwar id-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema ma tipprekludix deċiżjoni li tipprovdi li ma għandux jingħata finanzjament għall-edukazzjoni lil B. Martens matul il-perijodu bejn Novembru 2008 u Ġunju 2011, jew matul parti minn tali perijodu:

2.

L-Artikoli 20 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru tal-UE (il-Pajjiżi l-Baxxi) ma jestendix il-finanzjalment għall-edukazzjoni fi stabbiliment ta’ edukazzjoni f’PTEE (Curaçao), li jagħti lok għalih ix-xogħol ta’ missier il-persuna kkonċernata bħala ħaddiem transkonfinali, minħabba li l-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kundizzjoni, applikabbli għal kull ċittadin tal-Unjoni, inklużi ċ-ċittadini tagħha stess, ta’ residenza fil-Pajjiżi l-Baxxi ta’ mill-inqas tliet snin mis-sitt snin li jippreċedu r-reġistrazzjoni tagħha għal tali edukazzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-1 ta’ Lulju 2013 — Ordre des architectes vs État belge

(Kawża C-365/13)

2013/C 274/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordre des architectes

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

Sa fejn jobbligaw kull Stat Membru li jirrikonoxxi fir-rigward ta’ provi ta’ kwalifikiformali li huma jirrikjedu, għall-aċċess għal attivitajiet professjonali u l-eżerċizzju tagħhom, l-istess effett fit-territorju tiegħu bħall-provi ta’ kwalifiki formali mogħtija minnu, l-Artikoli 21 u 49 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (1) għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu Stat milli jirrikjedi li sabiex jiġi inkluż f’reġistru tal-Ordre des architectes, id-detentur ta’ prova ta’ kwalifiki formali ta’ perit b’mod konformi mal-Artikolu 46 tal-imsemmija direttiva jew dak ta’ kwalifika imsemmija fl-Artikolu 49(1), għandu, barra minn hekk, jissodisfa kundizzjonijiet ta’ perijodu ta’ prova professjonali jew ta’ esperjenza, ekwivalenti għal dawk li huma rikjesti mid-detenturi ta’ diplomi mogħtija fit-territorju tiegħu wara l-kisba ta’ dawn tal-aħħar?


(1)  ĠU L 255, p. 22.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Lulju 2013 — Harald Kolassa vs Barclays Bank PLC

(Kawża C-375/13)

2013/C 274/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Harald Kolassa

Konvenut: Barclays Bank PLC

Domandi preliminari

A.

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001  (1) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Brussell I”):

(1)

L-espressjoni “F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ‘l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu”, li tinsab fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Brussell I, għandha tiġi interpretata fis-sens li

1.1)

rikorrent li, inkwantu konsumatur, ikun akkwista bond anonimu fis-suq sekondarju u li issa jinvoka drittijiet kontra l-persuna li ħarġet il-bond abbażi tal-kundizzjonijiet tas-self, għall-ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ kontroll u tar-responsabbiltà li daħlet għaliha l-persuna li ħarġet il-bond skont il-prospett jista’ jinvoka l-ġurisdizzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, meta, bix-xiri tat-titolu minn terz, huwa ssurroga ruħu għall-persuna li ssottoskriviet ruħha inizjalment għas-self fil-kuntest tal-kuntratt konkluż mal-persuna li ħarġet il-bond?

1.2)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1.1) ir-rikorrent jista’ wkoll jinvoka l-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 15 tar-Regolament Brussell I meta t-terz li mingħandu akkwista l-bond huwa nnifsu akkwistaha għal użu li jista’ jitqies li jaqa’ taħt l-attività professjonali tiegħu, jiġifieri meta r-rikorrent ikun akkwista l-bond mingħand persuna li ma hijiex il-konsumatur?

1.3)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi 1.1 u 1.2) ir-rikorrent jista’ wkoll jinvoka l-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 15 tar-Regolament Brussell I meta d-detentur tal-bond ma huwiex ir-rikorrent innifsu, iżda t-terz inkarigat li jikseb it-titolu għar-rikorrent, peress li, skont il-modalitajiet miftiehma, dan it-terz, li ma huwiex huwa nnifsu konsumatur, iżomm it-titolu f’ismu u għan-nom tar-rikorrent, u dan tal-aħħar jista’ biss jitlob il-kunsinna tiegħu skont id-dritt kuntrattwali?

(2)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1.1) il-qorti mitluba tiddeċiedi fil-qasam kuntrattwali fuq id-drittijiet ibbażati fuq l-akkwist ta’ self tista’ titqies li għandha ġurisdizzjoni anċillari, skont l-Artikolu 15(1), tar-Regolament Brussell I, sabiex tiddeċiedi f’materja delittwali fuq dan l-istess akkwist?

B.

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Brussell I:

(1)

L-espressjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” li tinsab fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Brussell I għandha tiġi interpretata fis-sens li

1.1)

rikorrent li, inkwantu konsumatur, akkwista bond anonimu fis-suq sekondarju u li issa jinvoka drittijiet kontra l-persuna li ħarġet il-bond abbażi tal-kundizzjonijiet tas-self, għall-ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ kontroll u tar-responsabbiltà li daħlet għaliha l-persuna li ħarġet il-bond skont il-prospett jista’ jinvoka l-ġurisdizzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, meta, bix-xiri tat-titolu minn terz, huwa ssurroga ruħu għall-persuna li ssottoskriviet ruħha inizjalment għas-self fil-kuntest tal-kuntratt konkluż mal-persuna li ħarġet il-bond?

1.2)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1.1) ir-rikorrent jista’ wkoll jinvoka l-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Brussell I meta d-detentur tal-bond ma huwiex ir-rikorrent innifsu, iżda t-terz inkarigat li jikseb it-titolu għar-rikorrent, peress li, skont il-modalitajiet miftiehma, dan it-terz iżomm it-titolu f’ismu u għan-nom tar-rikorrent, u dan tal-aħħar jista’ biss jitlob il-kunsinna tiegħu skont id-dritt tal-obbligi?

(2)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1.1) il-qorti mitluba tiddeċiedi fil-qasam kuntrattwali fuq id-drittijiet ibbażati fuq l-akkwist ta’ self għandha wkoll ġurisdizzjoni anċillari, skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Brussell I, sabiex tiddeċiedi f’materja delittwali?

C.

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Brussell I:

(1)

Fil-kuntest tal-ħruġ ta’ bond anonimu, id-drittijiet ibbażati fuq ir-responsabbiltà li daħlet għaliha l-persuna li ħarġet il-bond skont il-prospett kif ukoll fuq il-ksur tal-obbligi ta’ protezzjoni u ta’ informazzjoni jistgħu jitqiesu bħala drittijiet f’materja delittwali jew ta’ kważi-delittwali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Brussell I?

1.1)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1), dan jgħodd ukoll meta persuna li ma hijiex hija nfisha d-detentur tal-bond, iżda li għandha biss dritt għal ħlas lura kontra l-persuna li żżomm it-titolu f’isimha tinvoka tali drittijiet kontra l-persuna li tkun ħarġet il-bond?

(2)

L-espressjoni “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Brussell I għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ li titolu ġie akkwistat abbażi ta’ informazzjoni żbaljata intenzjonalment,

2.1)

il-post tal-effett tal-ħsara jistqies li jinsab fid-domiċilju tal-vittma inkwantu ċ-ċentru tal-patrimonju tagħha?

2.2)

(fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2.1) Dan jgħodd ukoll meta l-ordni tax-xiri u l-ħlas tal-valur jistgħu jiġu rrevokati sat-twettiq tat-tranżazzjoni u meta l-imsemmija tranżazzjoni twettqet fi Stat Membru ieħor ċertu żmien wara li sar il-ħlas mill-kont tal-vittma?

D.

Verifika tal-ġurisdizzjoni, fatti rilevanti b’mod doppju

(1)

Fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament Brussell I, il-qorti adita għandha tipproċedi bil-produzzjoni dettaljata tal-prova f’dak li jirrigwarda l-fatti inkwistjoni li huma kemm rilevanti għall-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni kif ukoll għall-eżistenza tad-dritt invokat (“fatti rilevanti b’mod doppju”) jew inkella tista’ tqis, għall-finijiet tad-deċiżjoni fuq il-ġurisdizzjoni, li l-allegazzjonijiet tal-parti rikorrenti huma korretti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (il-Portugall) fit-3 ta’ Lulju 2013 — Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-377/13)

2013/C 274/13

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-Artikoli 4(1)(ċ) u (2)(a), 7(1) u 10(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE (1), tas-17 ta’ Lulju 1969 (kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE (2), tal-10 ta’ Ġunju 1985), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet-Liġi Nru 322-B/2001, tal-14 ta’ Diċembru 2001, li ssuġġettat għal taxxa tal-boll iż-żidiet tal-kapital tal-kumpanniji b’kapital azzjonarju permezz tal-konverżjoni, f’kapital azzjonarju, tal-pretensjonijiet tal-azzjonisti fir-rigward ta’ servizzi anċillari mwettqa preċedentement favur il-kumpannija, minkejja li dawn is-servizzi anċillari twettqu b’kontribuzzjoni bi flus, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li, fl-1 ta’ Lulju 1984, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet issuġġettat lil dawn iż-żidiet tal-kapital, imwettqa b’dan il-mod, għal taxxa tal-boll, bir-rata ta’ 2 %, u li, f’din l-istess data, hija kienet teżenta mit-taxxa tal-boll iż-żidiet tal-kapital imwettqa b’kontribuzzjoni fi flus?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta’ kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Lulju 2013 — C.E. Franzen et al vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb)

(Kawża C-382/13)

2013/C 274/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg

Konvenut: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb)

Domandi preliminari

1a.

Is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li resident ta’ Stat Membru li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u li, skont kuntratt ta’ xogħol okkażżjonali, huwa impjegat għal mhux iktar minn jumejn jew tliet ijiem fix-xahar fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, huwa suġġett abbażi ta’ dan, għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-Istat ta’ impjieg?

1b.

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 1a, l-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-Istat ta’ impjieg tapplika kemm matul il-jiem li fihom l-attivitajiet huma eżerċitati kif ukoll matul il-jiem li fihom ma humiex eżerċitati l-attivitajiet, u jekk dan huwa l-każ, tali ssuġġettar jestendi lil hinn mill-attivitajiet efffettivament eżerċitati fl-imsemmi Stat?

2.

Is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 13(2)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi li ħaddiem migrant suġġett għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-Istat ta’ impjieg jitqies, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat ta’ residenza, li huwa assigurat skont l-AOW [Algemene Ouderdomswet (Liġi Ġenerali dwar l-assigurazzjoni għax-xjuħija)] f’dan l-Istat ta’ residenza?

3a.

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-ħaddiem u/jew taċ-ċittadini tal-Unjoni, għandu jiġi intepretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi preżenti, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 6a tal-AOW u/jew tal-AKW [Algemene kinderbijslagwet (Liġi Ġenerali dwar l-allowances għall-ulied)], li timplika li ħaddiem migrant li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa eskluż mill-assigurazzjoni skont l-AWO u/jew l-AKW peress li huwa esklużivament suġġett għal-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tas-sigurtà soċjali, anki f’sitwazzjoni fejn dan il-ħaddiem, bħala “geringfügig Beschäftigte” (persuna b’impjieg minuri) huwa eskluż fil-Ġermanja mill-assigurazzjoni “Altersrente” (pensjoni għax-xjuħija) u ma għandux dritt għal “Kindergeld” (allowance għall-ulied)?

3b.

Sabiex tingħata risposta għad-domanda 3a, huwa rilevanti li kien hemm il-possibbiltà ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni volontarja skont l-AOW jew li ssir talba lis-Svb (Bank Olandiż tas-Sigurtà Soċjali) sabiex jiġi konkluż ftehim fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1408/71?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 2).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Lulju 2013 — Estación de Servicio Pozuelo 4, S.L. vs GALP Energía España S.A.U.

(Kawża C-384/13)

2013/C 274/15

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Estación de Servicio Pozuelo 4, S.L.

Konvenuta: GALP Energía España S.A.U.

Domandi preliminari

(1)

Kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkostitwixxi, favur fornitur ta’ prodotti taż-żejt, dritt ta’ superfiċi għal tul ta’ ħamsa u erbgħin sena, sabiex jibni pompa tal-petrol u jikriha lill-proprjetarju tal-art għal tul ekwivalenti għal dak ta’ dan id-dritt ta’ superfiċi, u li jinkludi obbligu ta’ xiri esklużiv għal dan l-istess tul, jista’ jiġi kkunsidrat bħala li għandu importanza insinjifikattiva li ma taqax taħt il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101(1) TFUE) minħabba, essenzjalment, iċ-ċokon tas-sehem mis-suq tal-fornitur li ma jaqbiżx 3 % filwaqt li s-sehem mis-suq totali ta’ tliet fornituri oħra biss jitla’ għal madwar 70 %, minkejja li t-tul ta’ dan il-kuntratt jaqbeż it-tul medju tal-kuntratti ġeneralment konklużi fis-suq inkwistjoni?

(2)

Fil-każ li r-risposta tkun negattiva u fejn il-kuntratt għandu jiġi eżaminat skont ir-Regolamenti Nru 1984/83 (1) u Nru 2790/99 (2), l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/99, moqri flimkien mal-Artikolu 5(a) ta’ dan l-istess regolament, jista’ jiġi interpretat fis-sens li, jekk il-bejjiegħ mill-ġdid ma huwiex proprjetarju tal-art u jekk, fl-1 ta’ Jannar 2002, it-tul li jibqa’ mill-kuntratt jaqbeż ħames snin, il-kuntratt isir null fil-31 ta’ Diċembru 2006?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2013 — VAEX Varkens- en Veehandel BV vs Productschap Vee en Vlees

(Kawża C-387/13)

2013/C 274/16

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAEX Varkens- en Veehandel BV

Konvenut: Productschap Vee en Vlees

Domandi preliminari

(1)

Il-qafas regolamentari Ewropew applikabbli f’dan il-każ [ (1)  (2)  (3)  (4)] jipprekludi, f’każ bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża,

(a)

il-ħlas lura mitlub?

(b)

ir-rilaxx tal-garanzija ppreżentata bl-iskop tal-ksib tal-liċenzja?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda jew għal parti minnha, dan l-istess qafas regolamentari jipprekludi kwalunkwe rettifika a posteriori li tippermetti li tattribwixxi l-operazzjoni fuq il-liċenzja, li tħallas lura fuq il-bażi ta’ dan u, skont il-każ, li tirrilaxxa l-garanzija?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda wkoll, dan l-istess qafas regolamentari għandu jiġi invalidat sa fejn dan ma jipprovdix għall-ħlas lura u, skont il-każ, ir-rilaxx tal-garanzija meta, bħal f’dan fil-każ, il-liċenzja kienet użata jum wieħed qabel?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008, tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 114, p. 3).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008, tal-21 ta’ April 2008, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (Riformolat) (ĠU L 115, p. 10).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009, tas-7 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 186, p. 1).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/10


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ April 2013 fil-Kawża T-304/11, Alumina d.o.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża C-393/13 P)

2013/C 274/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, u G. Berrisch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Alumina d.o.o., Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza għall-ispejjeż relattivi għall-appell u għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill jinvoka aggravju uniku insostenn tal-appell tiegħu mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fit-30 ta’ April 2013, fil-Kawża T-304/11, fejn permezz tagħha din annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina (1).

Il-Kunsill jilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “bejgħ imwettaq fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ” fis-sens tal-Artikolu 2(1) u (6) tar-Regolament Bażiku (2). B’mod iktar partikolari, il-Kunsill isostni li l-bejgħ jista’ jseħħ “fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ” anki jekk il-bejjiegħ żied il-prezz tal-bejgħ tiegħu permezz ta’ primjum sabiex ikopri r-riskju tan-nuqqas ta’ ħlas jew ta’ ħlas tardiv.

Skont il-Kunsill, l-interpretazzjoni kuntrarja miżmuma mill-Qorti Ġenerali hija, barra minn hekk, inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  ĠU L 125, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/10


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-395/13)

2013/C 274/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma żgurax il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi ta’ 57 agglomerazzjoni li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ bejn 2 000 u 10 000, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1);

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tallega li r-Renju tal-Belġju ma eżegwiex b’mod korrett, f’sebgħa u ħamsin agglomerazzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

Skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE, f’agglomerazzjonijiet b’ekwivalenti ta’ popolazzjoni ekwivalenti (e.p.) ta’ bejn 2 000 u 10 000 kellhom ikunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005.

F’dak li jirrigwarda l-obbligi ta’ trattament tal-ilma urban mormi, l-Artikolu 4(1) tad-direttiva timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw li l-ilma mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir għandu jkun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti qabel ma jiġi skarikat.

Fl-aħħar nett, il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fil-punt D tal-Anness I tad-direttiva jippermettu li jiġi vverifikat jekk l-iskariki tal-impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi humiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva fil-qasam tal-iskariku ta’ ilma mormi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/11


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 minn Simone Gbagbo mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-119/11, Gbagbo vs Il-Kunsill

(Kawża C-397/13 P)

2013/C 274/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Simone Gbagbo (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire

Talbiet

tiddikjara ammissibbli u fondat l-appell ta’ Simone Gbagbo,

tannulla s-sentenza appellata,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (1), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regoalment (KE) Nru 560/2005 (2), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Fl-ewwel lok, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv tagħha bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. L-appellanti effettivament tallega li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kunsill kien ipprovda informazzjoni suffiċjenti, minkejja li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet sempliċement il-pożizzjoni ta’ S. Gbagbo, jiġifieri “President tal-grupp FPI fl-Assemblea Nazzjonali”.

Fit-tieni lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti. Hija tqis li l-fatturi tal-ostakoli għall-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni, u tal-inċitament pubbliku għall-mibegħda u għall-vjolenza la huma fattwalment korretti u lanqas ikkorroborati bi provi.


(1)  ĠU L 11, p. 36

(2)  ĠU L 11, p. 1

(3)  ĠU L 93, p. 20


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 minn Inuit Tapiriit Kanatami et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-526/10, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew

(Kawża C-398/13 P)

2013/C 274/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters and Trappers Association, Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products, Inc., Fur Institute of Canada, NuTan Furs, Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council, Johannes Egede, Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK), William E. Scott & Son, l-Association des chasseurs de phoques des Îles-de-la-Madeleine, Hatem Yavuz Deri Sanayi iç Ve Diș Ticaret Ltd Șirketi, Northeast Coast Sealers’ Co-Operative Society, Ltd (rappreżentanti: H. Viaene, avukat, J. Bouckaert, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza taħt appell tal-Qorti Ġenerali, tiddikjara r-Regolament Nru 1007/2009 (1) illegali u mhux applikabbli skont l-Artikolu 277 TFUE u tannulla r-Regolament Nru 737/2010 (2) skont l-Artikolu 263 TFUE, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li huma preżenti l-elementi kollha meħtieġa biex jiġi deċiż dwar is-sustanza tal-azzjoni għal annullament tar-regolament ikkontestat;

sussidjarament, tannulla s-sentenza taħt appell u tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-Appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji prinċipali, jiġifieri l-konvinzjoni li: 1) Il-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt fl-applikazzjoni tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE, u 2) Il-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-drittijiet fundamentali.

Fl-ewwel aggravju, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt billi ma evalwatx jekk ir-rekwiżiti biex tirrikorri għall-Artikolu 95 KE bħala bażi legali kienu sodisfatti fiż-żmien rilevanti. L-appellanti juru li huwa fiż-żmien tal-proposta tal-Kummissjoni li r-rekwiżiti biex isir rikors għall-Artikolu 95 KE bħala bażi legali għandhom jintlaqgħu. L-appellanti jikkunsidraw ukoll li ma hemmx rimedju għan-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti biex jirrikorru għall-Artikolu 95 KE bħala bażi legali fl-istadju tal-istħarriġ ġudizzjarju. L-appellanti huma tal-opinjoni wkoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt billi applikat il-kriterju żbaljat meta evalwat jekk id-differenzi eżistenti bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kummerċ fil-prodotti tal-foki kienu tali li jiġġustifikaw l-intervent tal-leġiżlatura tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 95 KE. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali applikat limitu bbażat fuq il-kriterju tan-natura mhux negliġibbli tal-kummerċ fil-prodotti kkonċernati bejn l-Istati Membri. Madankollu, in-natura mhux negliġibbli tal-kummerċ f’prodott partikolari huwa ftit differenti min-natura “relattivament mdaqqsa” ta’ dak il-kummerċ jiġifieri, il-kriterju applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każistika rilevanti tagħha.

Fit-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt billi rriferiet għad-dispożizzjonijiet tal-Karta biss. L-appellanti jikkunsidraw li s-sempliċi fatt li l-protezzjoni mogħtija mill-artikoli tal-KEDB li bbażaw fuqhom l-appellanti hija implementata fid-dritt tal-Unjoni permezz tal-Artikoli 17, 7, 10 u 11 rispettivament tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jneħħix l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-KEDB bħala prinċipji ġenerali tad-dritt. L-appellanti jsostnu wkoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt billi eskludiet l-interessi kummerċjali mill-portata tad-dritt għal proprjetà, billi kkonkludiet li “id-dritt għall-proprjetà ma tistax tiġi estiża biex tipproteġi biss interessi kummerċjali” u billi ċaħħdet lill-appellanti mill-garanziji mniżżlin fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru. 1 għall-KEDB. L-appellanti jallegaw ukoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt billi ma eżaminatx ir-Regolament Bażiku fid-dawl tal-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni. Peress li l-Unjoni għandha tosserva d-dritt internazzjonali fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha u li r-Regolament Bażiku għalhekk għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 19 tal-UNDRIP, il-Qorti Ġenerali kienet obbligata li teżamina jekk l-istituzzjonijiet tal-UE kienux kisbu l-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tal-appellanti qabel ma adottaw ir-Regolament Bażiku.


(1)  Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p. 36)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 tal-10 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 216, p. 1)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 minn Stichting Corporate Europe Observatory mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-93/11, Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-399/13 P)

2013/C 274/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Stichting Corporate Europe Observatory (rappreżentant: S. Crosby, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013, kif ukoll tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti għal dan l-appell kif ukoll fil-kuntest tar-rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet tliet żbalji ta’ liġi.

(1)

Kien żball ta’ liġi meta hija ddeċidiet li l-“Vademecum dwar l-aċċess għad-dokumenti” tad-DĠ “Kummerċ” ma kienx intiż li jipproduċi effetti esterni;

(2)

Kien żball ta’ liġi meta hija ma rrikonoxxietx il-preżunzjoni li tgħid li d-dokumenti kienu intiżi li jarawhom numru kbir ta’ persuni;

(3)

Kien żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma kien hemm l-ebda rinunzja impliċita tal-kunfidenzjalita.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Sophia Marie Nicole Sanders, irrappreżentata minn Marianne Sanders vs David Verhaegen

(Kawża C-400/13)

2013/C 274/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sophia Marie Nicole Sanders, irrappreżentata minn Marianne Sanders

Konvenut: David Verhaegen

Domanda preliminari

L-Artikolu 28(1) tal-Liġi dwar l-irkupru tal-manteniment fir-relazzjonijiet mal-Istati barranin (Auslandsunterhaltsgesetz), tat-23 ta’ Mejju 2011, BGB1 I p. 898, jikser l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 (1)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, p. 1)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kiprou (Ċipru) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Cypra Limited vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-402/13)

2013/C 274/23

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kiprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cypra Limited

Konvenuta: Ir-Repubblika taċ-Ċipru, irrappreżentata mill-Ministru tal-Agrikoltura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent u d-Direttur tas-Servizzi Veterinarji

Domandi preliminari

(1)

Id-dispozizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 (1) jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa diskrezzjonali li tiddefinixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ sorveljanza tal-qtil, jew din l-awtorità hija obbligata taħtar tali veterinarju fil-ħin u l-ġurnata tal-qtil definiti mill-biċċier?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 854/2004 jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa diskrezzjonali li tirrifjuta li taħtar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ sorveljanza veterinarja meta din tiġi informata b’operazzjoni ta’ qtil ta’ bhejjem f’biċċerija debitament approvata, f’ħin u ġurnata definiti minn qabel?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Lisa Kelly vs Minister for Social Protection

(Kawża C-403/13)

2013/C 274/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lisa Kelly

Konvenut: Minister for Social Protection

Domandi preliminari

(1)

Meta persuna impjegata residenti fi Stat Membru A, li eżerċitat attività bħala persuna impjegata suġġetta għall-assigurazzjoni f’dan l-Istat matul kważi tliet snin, għamlet l-aħħar sitt xhur ta’ attività bħala persuna impjegata suġġetta għall-assigurazzjoni fi Stat Membru B, it-talba sussegwenti għal benefiċċji soċjali minħabba li din il-persuna mardet għandha tiġi rregolata (i) mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru B għall-finijiet tal-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1)? jew (ii) mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru A, fejn hija tirresjedi għall-finijiet tal-Artikolu 11(3)(e)?

(2)

Jekk jitqies li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru B tirregola t-talba, il-fatt li l-persuna inkwistjoni ma tista’ tibbenefika minn ebda benefiċċju soċjali, filwaqt li s-sitwazzjoni tkun differenti li kieku l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tirresjedi (Stat Membru A) tiġi applikata għat-talba, huwa rilevanti fl-evalwazzjoni tal-ewwel domanda?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Lulju 2013 — R fuq talba ta’ ClientEarth vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

(Kawża C-404/13)

2013/C 274/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ClientEarth

Konvenuta: Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

Domandi preliminari

(1)

Meta, fir-rigward tad-Direttiva 2008/50/KE (1) dwar il-kwalità tal-arja (iktar il quddiem id-“Direttiva”), f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-valuri ta’ limitu ffissati għad-dijossidu tan-nitroġenu ma jkunux inkisbu sal-1 ta’ Jannar 2010, data prevista fl-Anness XI tad-Direttiva, Stat Membru huwa obbligat, bis-saħħa tad-Direttiva u/jew tal-Artikolu 4 TUE, li jitlob għal posponiment tat-terminu skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, f’liema ċirkustanzi (jekk ikun il-każ) Stat Membru jista’ jiġi eżentat minn dan l-obbligu?

(3)

Sa fejn (jekk ikun il-każ) l-obbligi ta’ Stat Membru li ma kkonformax mal-Artikolu 13 huma affettwati mill-Artikolu 23 (b’mod partikolari mit-tieni paragrafu tiegħu)?

(4)

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 13 jew mal-Artikolu 22, liema huma l-miżuri (jekk ikun il-każ) li qorti nazzjonali għandha tieħu fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 30 tad-Direttiva u/jew tal-Artikolu 4 jew tal-Artikolu 19 TUE?


(1)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Lulju 2013 — Barbara Huber vs Manfred Huber

(Kawża C-408/13)

2013/C 274/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Huber

Konvenut: Manfred Huber

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1)

jekk ikun ipprovdut fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(1) tal-Gesetzes zur Geltendmachung von Unterhaltsansprüchen im Verkehr mit ausländischen Staaten [Liġi Ġermaniża dwar l-irkupru tal-manteniment fir-relazzjonijiet mal-Istati barranin] (Auslandsunterhaltsgesetz — AUG),

li jekk parti kkonċernata ma jkollhiex ir-residenza abitwali tagħha fil-Ġermanja, il-qorti li għandha tiddeċiedi esklużivament f’kawżi dwar manteniment li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 hija l-qorti lokali li għandha ġurisdizzjoni għall-post fejn għandha s-sede tagħha l-qorti reġjonali ogħla li hija fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni fejn il-konvenut jew il-kreditur ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom?


(1)  ĠU L 7, p. 1.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/15


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-409/13)

2013/C 274/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza, A. de Gregorio Merino u I. Gurov, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Mejju 2013, li permezz tagħha din iddeċidiet li tirtira l-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kunsill iqajjem tliet motivi insostenn tar-rikors tiegħu intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposta għal regolament fi stadju tardiv tal-ewwel qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Fl-ewwel lok, il-Kunsill isostni li l-irtirar tal-proposta għal regolament jikkostitwixxi ksur gravi tal-prinċipju ta’ għoti tal-kompetenzi, stabbilit fl-Artikolu 13(2) TUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali. Skont il-Kunsill, ebda dispożizzjoni tat-trattati ma tagħti espressament prerogattiva ġenerali lill-Kummissjoni sabiex tirtira proposta li hija tkun ippreżentat quddiem il-leġiżlatur tal-Unjoni. Madankollu, minkejja li l-Kunsill ma jikkontestatx l-eżistenza ta’ tali setgħa ta’ rtirar abbażi tal-Artikolu 293(2) TFUE, il-Kummissjoni ma tistax teżerċitaha b’mod diskrezzjonarju jew abbużiv. Il-Kunsill iqis li l-irtirar ta’ tali proposta, fi stadju avvanzat ħafna tal-proċess leġiżlattiv ikun jekwivali għal għoti lill-Kummissjoni ta’ forma ta’ dritt ta’ veto fir-rigward tal-ko-leġiżlaturi tal-Unjoni. B’hekk, il-Kummissjoni titqiegħed fuq l-istess livell ta’ dawn tal-aħħar, u dan iwassal għal użu ħażin tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja prevista fl-Artikolu 294 TFUE, jeċċedi l-kompetenza ta’ inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni prevista fl-Artikolu 293(2) TFUE, u jċaħħad mill-effett utli lid-dritt ta’ emenda tal-Kunsill previst fl-Artikolu 293(1) TFUE. Skont il-Kunsill, tali eżerċizzju tas-setgħa ta’ rtirar barra minn hekk tidħol f’kontradizzjoni mal-Artikolu 10(1) u (2) TFUE, peress li l-Kummissjoni ma tkunx għadha istituzzjoni inkarigata b’funzjoni eżekuttiva, iżda tkun tipparteċipa fil-proċess leġiżlattiv fuq l-istess livell bħall-istituzzjonijiet li għandhom leġittimità demokratika.

Fit-tieni lok, l-irtirar tal-proposta għal regolament ikun jikkostitwixxi wkoll ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, imsemmi fl-Artikolu 13(2) TUE. Minn naħa, il-Kunsill isostni li l-irtirar tal-proposta għal regolament twettaq b’mod tardiv ħafna. Fi tmiem numru kbir ta’ laqgħat tripartiti li seħħew matul il-fażi tal-ewwel qari (“trilogi”), il-Kummissjoni xorta waħda rtirat il-proposta għal regolament fil-jum fejn il-Parlament u l-Kunsill kellhom jiffirmaw il-kompromess li huma kienu laħqu. Min-naħa l-oħra, il-Kunsill jikkritika lill-Kummissjoni talli ma eżawrixxietx il-possibbiltajiet proċedurali eżistenti fi ħdan ir-regolament intern tal-Kunsill kollha qabel ma wettqet l-irtirar.

Fl-aħħar lok, il-Kunsill isostni li l-att ta’ rtirar ikkontestat ma osservax ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni tal-atti li madankollu jinsab stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Il-Kunsill jikkritika lill-Kummissjoni talli mad-deċiżjoni ta’ rtirar ma tat ebda spjegazzjoni u talli ma wettqet ebda pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/16


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 minn Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-19/12, Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) — Impexmetal

(Kawża C-415/13 P)

2013/C 274/28

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (rappreżentant: P. Borowski, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Impexmetal S.A.

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tilqa’ r-rikors kollu tad-9 ta’ Jannar 2012 u għaldaqstant tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ottubru 2011;

fil-każ li din it-talba fl-appell ma tintlaqax, tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-partijiet oħra fl-appell għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-appellant quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), kif ukoll fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), minħabba li kienet applikat tali artikolu għal sitwazzjoni li ma kinitx koperta minn din id-dispożizzjoni.

L-applikazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni tirriżulta minn konstatazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali li t-trade mark tal-appellanti kienet simili għal dik tal-intervenjenti u għalhekk kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku. Il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li

il-prodotti taħt “makkinarju u makkinarju li jagħmel l-għodda” li huma koperti mit-trade mark tal-appellanti, u “magni b’tagħmir li jdur” li huma koperti mit-trade mark tal-intervenjenti, huma kkaratterizzati minn differenzi sinjifikattivi u ċertament ma humiex prodotti komplimentari;

it-trade mark tal-appellanti u dik tal-intervenjenti kellhom differenzi sinjifikattivi minn perspettiva viżwali;

it-trade mark tal-appellanti tinkludi element verbali fil-forma tan-nom “Kraśnik” li għandu influwenza kunsiderevoli fuq id-differenzi bejn it-trade marks kunfliġġenti minn perspettiva viżwali, fonetika u kunċettwali;

it-trade mark tal-appellanti u dik tal-intervenjenti għandhom differenzi sinjifikattivi minn perspettiva fonetika;

it-trade mark tal-appellanti tagħmel parti mill-isem tal-kumpannija tagħha, u isimha kien intuża għal żmien twil qabel id-data tal-applikazzjoni għat-trade mark;

din it-trade mark għandha sinjifikat storiku li jidentifika lill-appellanti;

it-trade marks inkwistjoni kienu għal żmien twil jikkoeżistu fis-suq mingħajr kunflitt;

ix-xebh bejn it-trade marks inkwistjoni ma jiġġustifikax l-allegazzjoni li din tista’ tkun sors ta’ probabbiltà konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/17


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-425/13)

2013/C 274/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana, F. Castillo de la Torre, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla t-tieni sentenza tal-Artikolu 2 u t-Taqsima A tal-Addendum/Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati intiżi li jgħaqqdu l-iskema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni tal-Unjoni mal-iskema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni implementata fl-Awstralja, jew, sussidjarjament,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill u żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata f’każ fejn din tal-aħħar tkun annullata b’mod sħiħ, u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 13(2) TUE, 218(2) sa (4) TFUE u 295 TFUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali. Il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill kiser l-Artikolu 218 TFUE billi b’mod unilaterali impona fuq il-Kummissjoni proċedura ddettaljata li toħloq ex novo kompetenzi għall-Kunsill u obbligi għall-Kummissjoni li ma jeżistux f’din id-dispożizzjoni. Il-Kunsill kiser ukoll l-Artikolu 13(2) TUE b’rabta mal-Artikolu 218(4) TFUE, u l-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali billi estenda l-kompetenzi li jagħtuh it-Trattati b’detriment għall-Kummissjoni u għall-Parlament Ewropew.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 13(2) TUE u 218 TFUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali. Id-deċiżjoni kkontestata tipprovdi li l-pożizzjonijiet iddettaljati tan-negozjati tal-Unjoni huma stabbiliti mill-Kumitat Speċjali jew mill-Kunsill. L-Artikolu 218(4) TFUE jattribwixxi lill-Kumitat Speċjali rwol konsultattiv biss.


Il-Qorti Ġenerali

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/18


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2013 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC intimate)

(Kawża T-363/13)

2013/C 274/30

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Harper Hygienics S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clinique Laboratories LLC (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 606/2012-5) sa fejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Cleanic intimate” għall-prodotti kollha fil-klassijiet 3 u 16 u għal x’uħud mill-prodotti fil-klassi 5;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata permezz tar-reġistrazzjoni tas-sinjal għall-prodotti u s-servizzi kollha indikati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Harper Hygienics

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CLEANIC intimate” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 009217531.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Clinique Laboratories LLC

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji Nru 54 429, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 25 u 42, u Nru 2 294 429, għal prodotti fil-klassijiet 35 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-Bord tal-Appell qies li t-trade marks kienu simili u li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fi ħdan il-konsumaturi u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi regolament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, tal-24 ta’ Marzu 2009, p. 1)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/18


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Gemeente Eindhoven vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/13)

2013/C 274/31

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Gemeente Eindhoven (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van der Wal, M. van Heezik u L. Parret, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna t-tranżazzjoni bejn ir-rikorrenti u l-PSV;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta, abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2013 [SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN) — Għajnuna lil ċerti klabbs professjonali tal-futbol Olandiżi bejn 2008-2011] (ĠU C 116, p. 19).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, inkluż il-prinċipju ta’ diliġenza.

Ir-rikorrenti ssostni li fis-26 u fit-28 ta’ Lulju 2011 ġiet trażmessa informazzjoni lill-Kummissjoni u ma saru ebda domandi sussegwenti lill-awtoritajiet Olandiżi. Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni. Minħabba li kien iddekorra terminu sostanzjali (19-il xahar) u fl-assenza ta’ kull komunikazzjoni (sostantiva), il-Kummissjoni ma kellhiex, minħabba l-atti u l-omissjonijiet tagħha stess, rappreżentazzjoni kompleta tal-fatti rilevanti fil-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li setgħet tippreżumi li t-tranżazzjoni ġiet evalwata fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna Statali dwar bejgħ ta’artijiet u bini ta’awtoritajiet pubbliċi (1) kif kien il-każ preċedentement meta l-Kummissjoni kienet evalwat tranżazzjonijiet simili.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Billi fetħet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni fin-nuqqas ta’ dubju fondat fis-sens tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 (2) u tal-ġurisprudenza, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. Billi kienet diġà kkonstatat, minkejja l-eżistenza ta’ domandi addizzjonali, l-eżistenza ta’ għajnuna tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura provviżorja ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 659/1999.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u/jew inadatta.

Wara li sostniet il-motiv preċedenti dwar żball manifest ta’ evalwazzjoni, ir-rikorrenti fl-aħħar issostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Kummissjoni, previst fl-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’għajnuna Statali dwar bejgħ ta’artijiet u bini ta’ awtoritajiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 143).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Moonlight vs UASI — Lampenwelt (Moon)

(Kawża T-374/13)

2013/C 274/32

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moonlight GmbH (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u M. Nielen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lampenwelt GmbH & Co. KG (Schlitz, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 676/2012-4, u tordna lill-UASI jiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6 084 081;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Moon” għal prodotti fil-klassi 11 — trade mark Komunitarja Nru 6 084 081

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Lampenwelt GmbH & Co. KG

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-raġunijiet assoluti ta’ invalidità msemmija fl-Artikolu 51(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/20


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY)

(Kawża T-381/13)

2013/C 274/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-10 ta’ April 2013, fil-Każ R 427/2012-1, sa fejn hija tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “DAISY” għall-prodotti segwenti: ħelu, pasti, ħlewwiet, ħelu artab, ħelu li togħmod, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lollipops, toffee, pastilji, zokkor, ċikkulata, kakaw;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “DAISY” għal prodotti fil-klassi 30 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 267 037

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” ma għandhiex karattru deskrittiv;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” ma tiddeskrivix karatteristika essenzjali tal-prodott;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” għandha karattru distintiv għal prodotti tal-ħelu.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/20


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (MARGARITAS)

(Kawża T-382/13)

2013/C 274/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 430/2012-1, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “MARGARITAS” għall-prodotti li ġejjin: ħelu, pasti, penit, ġuġù, ħelu tal-gomma, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lolipops, tofì, mustardini, zokkor, ċikkulata, kawkaw;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MARGARITAS” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 261 105

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-kelma “MARGARITA” ma għandhiex karattru deskrittiv;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress illi l-kelma “DAISY” ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika essenzjali tal-prodott;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-frażi “MARGARITA” għandha karattru distintiv b’referenza għal prodotti tal-ħelu


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/21


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 — Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI — Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)

(Kawża T-387/13)

2013/C 274/35

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadine Helene Jeanne Hautrive (Chatou, Franza)

Talbiet

temenda d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 757/2012-5, billi tqis li huma ssodisfatti f’dan il-każ ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tar-raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

inkella, fin-nuqqas, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

u fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Nadine Helene Jeanne Hautriv

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “COLOMBIANO HOUSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 225 798

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: indikazzjoni ġeografika protetta li tinkludi l-elementi verbali “Café de Colombia”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 510/2006;

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 510/2006;

ksur ta’ rekwiżit proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/21


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 — SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/13)

2013/C 274/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja) u Solsonica SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 (1) safejn dan jittardja, sas-6 ta’ Awwissu 2013, l-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping provviżorju sħiħ fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, ċelloli u wejfers li joriġinaw jew li huma kkonsenjati miċ-Ċina;

tordna lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw, sa mis-6 ta’ Ġunju 2013, ir-rati tad-dazju anti-dumping kif stabbiliti mill-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013;

tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni, sa mis-6 ta’ Ġunju 2013, tar-rati tad-dazju anti-dumping kif stabbiliti mill-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-adozzjoni tal-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tmur kontra l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2).

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta tat bidu għal perijodu ta’ introduzzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping provviżorju permezz tal-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret b’mod gravi u manifest l-obbligi tagħha ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba billi adottat l-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni aġixxiet illegalment meta adottat l-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 u b’hekk irrekat dannu lir-rikorrenti li hija reponsabbli għalihom l-UE skont l-Artikolu 340(2) TFUE.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/22


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill

(Kawża T-394/13)

2013/C 274/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Photo USA Electronic Graphic, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Adamantopoulos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1), sa fejn dan jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill (iktar ’il quddiem l-“istituzzjonijiet”) wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi inkludew maggijiet taċ-ċeramika miksija b’poliester sempliċi fl-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li meta ġabru flimkien maggijiet taċ-ċeramika miksija ma’ tipi oħra ta’ oġġetti ta’ fuq il-mejda u oġġetti tal-kċina tal-ġebel, l-istituzzjonijiet naqsu milli jagħmlu paragun xieraq bi ksur tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolamenent bażiku”)

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku billi naqsu milli janalizzaw b’mod xieraq l-effetti ta’ prattiki antikompetittivi investigati mill-Bundeskartellamt (Awtorità tal-Kompetizzjoni Ġermaniża) fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tissottometti li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludew illi prattiki antikompetittivi ma kellhomx effett fuq indikaturi mikro u makro ekonomiċi.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi naqsu milli jwettqu eżaminazzjoni oġġettiva tas-sitwazzjoni fl-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tissottometti illi l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludew li prattiki antikompetittivi ma kellhomx effett fuq indikaturi mikro u makro ekonomiċi.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/23


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Miettinen vs Il-Kunsill

(Kawża T-395/13)

2013/C 274/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Samuli Miettinen (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12 skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), hekk kif indirizzata lir-rikorrenti fil-21 ta’ Mejju 2013 fl-ittra bir-referenza “06/c/02/1 3” (id-deċiżjoni kkontestata) kif ukoll ir-rifjut imġedded tiegħu tat-23 ta’ Lulju 2013;

Tordna lill-konvenut sabiex iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkluż l-ispejjeż ta’ kull parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-imsemmija dispożizzjonijiet, li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-proċedimenti fil-qorti u tal-parir legali u l-protezzjoni tal-proċess kontinwu tat-teħid ta’ deċiżjoni rispettivament:

 

L-ewwel nett, il-Kunsill naqas milli juri li l-iżvelar tad-Dokument 12979/12 jippreġudika l-kapaċità tas-servizz legali tiegħu milli jiddefendih fi proċedimenti futuri legali u jippreġudika l-proċess leġiżlattiv;

 

It-tieni nett, il-Kunsill naqas milli juri li d-Dokument 12979/12 huwa partikolarment sensittiv u/jew li għandu skop wiesa’ li jiġġustifika li tiġi mwarrba l-preżunzjoni favur l-iżvelar ta’ opinjonijiet legali fil-kuntest leġiżlattiv;

 

It-tielet nett, it-teorija tal-Kunsill dwar id-dannu hija purament ipotetika. Hija infondata kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt peress li l-kontenut tal-avviż li jinsab fid-Dokument 12979/12 kien diġà fid-dominju pubbliku meta d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet; u

 

Ir-raba’ nett, il-Kunsill naqas milli japplika t-test dwar ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku meta invoka l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) meta kkunsidra biss r-riskji involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni assoċjati mal-iżvelar u mhux l-effetti pożittivi ta’ żvelar bħal dan, inter alia, il-leġittimità tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni u naqas milli japplika t-test meta invoka t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2).

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegat ksur tal-obbligu li jiġu ddikjarati raġunijiet adegwati skont l-Artikolu 296 TFUE, peress li l-Kunsill ma ssodisfax l-obbligu tiegħu li jagħti raġunijiet suffiċjenti u adegwati għad-deċiżjoni kkontestata.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/23


Rikors ippreżentat fit-30 ta Lulju 2013 — Dosen vs UASI — Gramm (Nano-Pad)

(Kawża T-396/13)

2013/C 274/39

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Franko Dosen (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Losert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thomas Gramm (Bremen, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Settembru 2011 (Każ: 4202 C) li tirriżulta fid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1981/2011-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Nano-Pad” għal prodotti fil-klassi 17 — Trade mark Komunitarja Nru 8 228 421

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Thomas Gramm

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parjzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/24


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — TVR Automotive vs UASI — TVR Italia (TVR)

(Kawża T-398/13)

2013/C 274/40

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TVR Italia Srl (Milan, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 823/2011-2;

tiċħad l-appell ippreżentat minn TVR Italia Srl fl-14 ta’ April 2013 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2011, B 313 248;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut, l-UASI, u lil TVR Italia Srl, li interveniet fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: TVR Italia Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “TVR ITALIA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 25 u 37 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 699 954

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja “TVR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 12, 25 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-prinċipji ta’ res iudicata u ta’ ne bis in idem kif ukoll tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2013 — NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)

(Kawża T-404/13)

2013/C 274/41

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1308/2012-5, dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 355 527, kelma: SUBSCRIBE, kif ukoll id-deċiżjoni preċedenti tad-dipartiment tat-trade marks tal-UASI tat-22 ta’ Mejju 2012, sa fejn ġiet irrifjutata l-protezzjoni għat-trade mark;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SUBSCRIBE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 42 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 355 527

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll mal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, kif emendata bil-Protokoll Nru 11, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1998;

ksur tal-Artikolu 56 TFUE.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/25


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 — T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/13)

2013/C 274/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T & L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit); u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, Solicitor)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata f’din il-kawża mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla numru ta’ regolamenti tal-Kummissjoni li jqiegħdu r-raffinaturi taz-zokkor tal-kannamieli fi żvantaġġ kompetittiv, jiġifieri (i) ir-Regolamenti Nru 505/2013 (1) u Nru 629/2013 (2) li jistabbilixxu miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013; (ii) ir-Regolamenti Nru 574/2013 (3) u Nru 677/2013 (4) li jiffissaw koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed; u (iii) ir-Regolament Nru 460/2013 (5) dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti u r-Regolament Nru 542/2013 (6) dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għar-raba’ sejħa parzjali għall-offerti; u tiddikjara ammissibbli u fondata l-eċċezzjoni ta’ illegalità taħt l-Artikolu 277 TFUE kontra r-Regolament Nru 36/2013 (7) li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet ta’ zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas;

sussidjarament, tiddikjara l-eċċezzjoni ta’ illegalità taħt l-Artikolu 277 TFUE kontra r-Regolamenti Nru 505/2013 u Nru 629/2013 ammissibbli u fondata;

tiddikjara l-Artikolu 186(a) tar-Regolament Nru 1234/2007 (8) (ir-Regolament irriformulat) illegali taħt l-Artikolu 277 TFUE sa fejn dan ma jittrasponix b’mod korrett id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 318/2006 (9);

tikkundanna l-Unjoni Ewropea, kif irrappreżentata mill-Kummissjoni, biex tikkumpensa kull dannu li sofrew ir-rikorrenti b’riżultat tal-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi legali tagħha u tistabbilixxi l-kumpens għad-danni sofferti mir-rikorrenti matul il-perijodu mill-1 ta’ April 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013 fl-ammont ta’ EUR 42 261 036 b’żieda ma’ kwalunkwe telf kontinwu li r-rikorrenti sofrew wara dik id-data jew kull ammont ieħor li jirrifletti d-dannu soffert jew li ser isofru r-rikorrenti kif stabbilit minnhom b’mod ulterjuri matul dawn il-proċeduri, b’mod partikolari sabiex jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni danni futuri, bl-imgħaxijiet mid-data tas-sentenza sal-ħlas effettiv, miżjuda mal-ammonti msemmija iktar ’il fuq; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, billi minn naħa, ir-Regolamenti Nru 505/2013 u Nru 629/2013 jipprovdu għas-somma fissa, applikabbli b’mod ġenerali, ta’ EUR 177 u EUR 148 kull tunnellata bħala imposta fuq l-ammont żejjed — jiġifieri inqas minn nofs l-ammont tas-soltu ta’ EUR 500 kull tunnellata — li tapplika għal kwantitajiet speċifiċi (total ta’ 300 000 tunnellata) ta’ zokkor, diviżi b’mod ugwali biss bejn l-applikanti produtturi tal-pitravi. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament Nru 36/2013 jipprovdi għal dazju doganali mhux magħruf u imprevedibbli, applikabbli biss għall-offerenti rebbieħa (li jistgħu jkunu r-raffinaturi tal-kannamieli, il-proċessuri tal-pitravi, jew kwalunkwe terz ieħor) u għal ammont totali mhux speċifikat.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament irriformulat/assenza ta’ bażi legali xierqa, billi għal dak li jirrigwarda r-Regolamenti Nru 505/2013 u Nru 629/2013, il-Kummissjoni ma għandha ebda setgħa, tkun xi tkun, li żżid il-kwoti u għall-kuntrarju hija obbligata timponi imposti għoljin u dissważivi fuq ir-rilaxx ta’ zokkor ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-UE. Fir-rigward tal-irkanti tat-taxxa, huwa ċar li l-Kummissjoni ma għandha ebda mandat jew setgħa li tadotta miżura ta’ dan it-tip, li qatt ma kienet prevista fil-leġiżlazzjoni bażika.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, billi l-Kummissjoni ħolqot sistema li fiha d-dazji doganali ma humiex prevedibbli u fissi permezz tal-applikazzjoni ta’ kriterji konsistenti u oġġettivi, iżda huma minflok stabbiliti minn rieda suġġettiva biex tħallas (barra minn hekk ta’ operaturi li huma suġġetti għal pressjonijiet u inċentivi differenti ħafna f’dan ir-rigward) b’ebda rabta attwali mal-prodotti li effettivament qed jiġu importati.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni setgħet faċilment adottat miżuri inqas restrittivi biex tittratta n-nuqqas tal-provvista, li ma kinux jittieħdu b’mod esklużiv għad-detriment tar-raffinaturi li jimportaw.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, billi r-rikorrenti twasslu leġittimament biex jistennew li l-Kummissjoni kienet se tuża l-istrumenti disponibbli fir-Regolament Nru 1234/2007 biex tistabbilixxi mill-ġdid id-disponibbiltà tal-provvista ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar. Ir-rikorrenti twasslu leġittimament ukoll biex jistennew li l-Kummissjoni se żżomm il-bilanċ bejn ir-raffinaturi li jimportaw u l-produtturi nazzjonali taz-zokkor.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza, kura u amministrazzjoni tajba, billi fil-ġestjoni tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni ripetutament wettqet żbalji u awtokontradizzjonijiet fundamentali li juru, l-iktar l-iktar, nuqqas ta’ għarfien tal-mekkaniżmi bażiċi tas-suq. Pereżempju, il-karta tal-bilanċ tagħha — li tikkostitwixxi waħda mill-għodod ewlenin għall-kontenut u l-ħin l-iktar opportun għall-intervent fis-suq — kienet żbaljata bil-kbir u bbażata fuq metodoloġija difettuża. Barra minn hekk, l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni kienu manifestament mhux xierqa fid-dawl tan-nuqqas tal-provvista.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 39 TFUE billi l-Kummissjoni naqset milli tilħaq tnejn mill-għanijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni tat-Trattat.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011 (10). Id-dazji li japplikaw għaz-zokkor abjad fil-fatt huma biss kemxejn ogħla minn dawk għaz-zokkor mhux raffinat, b’differenza ta’ EUR 20 biss kull tunnellata. Din tikkuntrasta sew mad-differenza ta’ EUR 80 bejn id-dazji fuq l-importazzjoni standard għaz-zokkor raffinat (EUR 419) u għaz-zokkor mhux raffinat għall-irfinar (EUR 339) li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011.

B’żieda ma’ dan, insostenn tat-talba tagħhom għad-danni, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni eċċediet serjament u manifestament il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilha mir-Regolament Nru 1234/2007, minħabba l-passività u l-inadegwatezza tal-azzjoni tagħha. Barra minn hekk, in-nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta miżuri adegwati jikkostitwixxi ksur manifest ta’ regola tad-dritt “maħsuba li tagħti drittijiet lill-individwi”. Il-Kummissjoni kisret b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali tal-UE ta’ ċertezza legali, nondiskriminazzjoni, proporzjonalità, aspettattivi leġittimi u d-dmir ta’ diliġenza, kura u amministrazzjon tajba.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2013, tal-31 ta’ Mejju 2013, li jistabbilixxi miżuri ulterjuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 147, p. 3)

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2013, tat-28 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi miżuri ulterjuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 179, p. 55)

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2013, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 168, p. 29)

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2013, tas-16 ta’ Lulju 2013, li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 194, p. 5)

(5)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013 dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tielet sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013 (ĠU L 133, p. 20)

(6)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 542/2013, tat-13 ta’ Ġunju 2013, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għar-raba’ sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013 (ĠU L 162, p. 7)

(7)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2013 tat-18 ta’ Jannar 2013 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet ta’ zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas (ĠU L 16, p. 7)

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1)

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, p. 1)

(10)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, p. 1)


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — Chin Haur Indonesia vs Il-Kunsill

(Kawża T-412/13)

2013/C 274/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chin Haur Indonesia, PT (Tangerang, l-Indoneżja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikoli 1(1) u 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 (1) sa fejn dawn jestendu d-dazju antidumping għar-rikorrenti u jirrifjutaw it-talba għal eżenzjoni tagħha;

tordna lill-Kunsill sabiex iħallas kemm l-ispejjeż legali kif ukoll spejjeż oħra relatati ma’ din il-kawża; u

tieħu kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni u l-Kunsill naqsu milli jipproduċu prova li turi l-evażjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja u għalhekk wetqu żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li:

il-konklużjoni li kienet saret bidla fid-drawwiet tal-kummerċ hija manifestament żbaljata;

il-Kunsill bi żball allega li l-produtturi Indoneżjani, b’mod partikolari r-rikorrenti, kienu qegħdin jagħmlu trażbord ta’ roti miċ-Ċina għall-UE.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill bi żball sab li r-rikorrenti ma kinitx qiegħdha tikkoopera u li nuqqas ta’ kooperazzjoni bħal dan kien jiġġustifika r-rifjut għal eżenzjoni tagħha, peress li:

ir-rikorrenti kkooperat bl-aħjar mod li setgħet;

il-kunsiderazzjoni ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni hija infondata;

il-kunsiderazzjoni tal-Kunsill dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tikkostitwixxi nuqqas ta’ motivazzjoni;

il-Kunsill naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni informazzjoni addizzjonali pprovduta mir-rikorrenti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-drittijiet tar-rikorrenti li tgawdi mill-garanziji previsti mil-liġi ġew miksura matul l-investigazzjoni, peress li:

il-Kummissjoni ma kkonformatx mal-obbligu tagħha sabiex tikkunsidra b’mod imparzjali l-evidenza miġjuba quddiemha;

l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienet tinkludi rregolaritajiet fil-proċeduri.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rifjut milli tingħata eżenzjoni lir-rikorrenti jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li:

il-Kummissjoni ddiskriminat kontra r-rikorrenti billi tat l-eżenzjoni lil esportaturi li kienu jinsabu f’sitwazzjoni simili filwaqt li rrifjutat milli tilqa’ t-talba għal eżenzjoni tar-rikorrenti;

ir-rikorrenti ngħatat b’mod żbaljat l-istess trattament bħal produtturi li ma wrew l-ebda sinjal ta’ kooperazzjoni.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-sejbiet tar-Regolament ta’ Implementazzjoni dwar dannu u dumping huma inkonsistenti mar-regolament bażiku dwar l-antidumping, peress li:

is-sejba tal-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping hija żbaljata.

il-Kummissjoni stabbilixxiet id-dumping permezz ta’ data li la kienet affidabbli u lanqas adegwata u b’mod żbaljat irrifjutat milli tieħu inkunsiderazzjoni data rigward prezzijiet sottomessi mir-rikorrenti.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU 2013 L 153, p. 1).


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/28


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 — City Cycle Industries vs Il-Kunsill

(Kawża T-413/13)

2013/C 274/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: City Cycle Industries (Colombo, is-Sri Lanka) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikoli 1(1) u 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2003 (1) sa fejn dawn jestendu d-dazju antidumping għar-rikorrenti u jiċħdu t-talba tagħha għal eżenzjoni;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti u spejjeż oħra subiti f’dan il-każ; u

tieħu kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni u l-Kunsill naqsu milli juru ċirkumvenzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn Sri Lanka u b’hekk wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni, billi:

il-konklużjoni fis-sens li seħħ bdil fit-tendenza tal-kummerċ hija manifestament żbaljata;

il-Kunsill sostna b’mod żbaljat li l-produtturi minn Sri Lanka, b’mod partikolari r-rikorrenti, kienu jittrażbordaw biċikletti li joriġinaw miċ-Ċina lejn l-UE.

(2)

It-tieni motiv huwa bbbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ikkonkluda b’mod żbaljat li r-rikorrenti naqset milli tikkoopera u li dan kien jiġġustifika ċ-ċaħda għat-talba tagħha għal eżenzjoni, billi:

ir-rikorrenti kkooperat bl-aħjar mod possibbli;

il-konklużjoni li ssib nuqqas ta’ kooperazzjoni ma hijiex iġġustifikata;

il-konklużjoni tal-Kunsill dwar nuqqas ta’ kooperazzjoni tikkostitwixxi nuqqas ta’ obbligu ta’ motivazzjoni;

il-Kunsill ma ħax inkunsiderazzjoni l-informazzjoni addizzjonali mogħtija mir-rikorrenti.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fil-kuntest tal-investigazzjoni, billi:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser il-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba;

il-komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-fajl inkomplet tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda li r-rikorrenti tingħata eżenzjoni tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi:

il-Kummissjoni ddiskriminat kontra r-rikorrenti billi tat eżenzjoni lil esportaturi li jinsabu f’pożizzjoni simili filwaqt li ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal eżenzjoni;

ir-rikorrenti ngħatat l-istess trattament bħal produtturi li kienu naqsu totalment milli jikkooperaw.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konklużjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jikkonċernaw il-preġudizzju u d-dumping ma humiex konformi mar-Regolament antidumping bażiku, billi:

il-konklużjoni li l-effett tad-dazju antidumping bħala rimedju kien qiegħed jinġieb fix-xejn hija żbaljata;

il-konklużjoni li tikkonċerna l-antidumping fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni hija wkoll żbaljata.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/13)

2013/C 274/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tikkonċerna t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, liema deċiżjoni tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fis-27 ta’ Frar 2013, li permezz tagħha ġew miċħuda l-ilmenti mressqa mir-rikorrent fis-7 ta’ Jannar 2013 kontra d-deċiżjonijiet tal-PMO.4 tal-10 ta’ Ottubru 2012;

jannulla bl-istess mod l-imsemmija deċiżjonijiet adottati mill-PMO.4 fl-10 ta’ Ottubru 2012, li kontrihom ġew imressqa l-ilmenti tar-rikorrent;

jikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ġew adottati fit-3 ta’ Marzu 2011, b’mod partikolari fl-Artikolu 9 tagħhom, u jiddikjarahom inapplikabbli f’dan il-każ;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/29


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/13)

2013/C 274/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-korrezzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-assenzi tiegħu minħabba mard fis-sistema SysPer2.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba Nru D/299/12, imressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ April 2012, rigward il-korrezzjoni tar-reġistrazzjonijiet tal-assenzi tiegħu minħabba mard fis-sistema SysPer2, billi jieħu inkunsiderazzjoni biss il-jiem ta’ xogħol u dan mit-13 ta’ April 2009 sal-jum tat-talba tiegħu;

jannulla d-deċiżjoni espliċita li tiċħad it-talba Nru D/299/12, imressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ April 2012, fir-rigward tal-ħamest ijiem imneħħija mid-drittijiet tiegħu għal leave għas-sena 2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/29


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — ZZ et vs BEI

(Kawża F-61/13)

2013/C 274/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet individwali li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum skont is-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jagħtu primjum lir-rikorrenti bi ksur tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet kif ukoll it-talba sussegwenti li tikkundanna lill-BEI għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet individwali li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jikkostitwixxu l-applikazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ prestazzjonijiet;

sussidjarjament, jannulla d-deċiżjonijiet li jagħtu primjum lil żewġ rikorrenti sa fejn dawn id-deċiżjonijiet huma bi ksur tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet;

jikkundanna lill-konvenut għad-danni;

fin-nuqqas li l-konvenut jipproduċihom minn jeddu, abbażi tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jordna lill-konvenut jipproduċi dokumenti;

jikkundanna lil BEI għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-64/13)

2013/C 274/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Rollinger, avukata)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll għall-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2008;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-21 ta’ Marzu 2013;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 58 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

jikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/30


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Europol

(Kawża F-66/13)

2013/C 274/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenut fit-28 ta’ Settembru 2012 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrent li huwa ma kienx ser iġedded il-kuntratt tiegħu għal żmien determinat li kien jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012, kif ukoll id-deċiżjoni li tikkonferma r-rifjut tal-ilment tar-rikorrent, meħuda fid-9 ta’ April 2013;

jikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrent id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li huwa kien ikun intitolat għaliha li kieku baqa’ impjegat fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, tal-onorarji, tal-allowances tal-qgħad jew ta’ kull allowance alternattiva oħra li huwa fil-fatt irċieva mill-1 ta’ Jannar 2013 bħala sostitut għar-remunerazzjoni li kien jirċievi bħala membru tal-persunal temporanju;

jikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Europol

(Kawża F-67/13)

2013/C 274/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenut fis-26 ta’ Settembru u fis-7 ta’ Diċembru 2012 li permezz tagħhom il-konvenut informa lir-rikorrenti li huwa ma kienx ser iġedded il-kuntratt għal żmien determinat tagħha li kien jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2013, kif ukoll id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti meħuda fid-9 ta’ April 2013;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li setgħet kienet intitolata għaliha li kieku baqgħet taħdem fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, tal-onorarji, ta’ allowances tal-qgħad jew ta’ kwalunkwe allowance oħra sostituttiva li hija effettivament irċieviet mill-1 ta’ April 2013 minflok ir-remunerazzjoni li hija kienet tirċievi bħala aġent temporanju;

jikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs BĊE

(Kawża F-68/13)

2013/C 274/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva interna kif ukoll ir-rapport tal-investigazzjoni u l-kumpens għad-dannu morali li sofra r-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv, tas-7 ta’ Jannar 2013, li tieħu nota tar-Rapport Finali u li tiddeċiedi li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva interna;

b’konsegwenza, jannulla l-investigazzjoni u r-rapport tal-investigazzjoni u jerġa’ jibda investigazzjoni ġdida b’evalwazzjoni regolari tal-fatti;

jagħti kumpens għad-dannu materjali li sofra evalwat ex aequo et bono għal EUR 50 000;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-69/13)

2013/C 274/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deksrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li jiġu kkalkulati s-snin ta’ servizz rikonoxxuti fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“iSPIUE”) f’każ ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni għal din l-iskema, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs EEA

(Kawża F-71/13)

2013/C 274/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi jew tippreċiża fatti ta’ fastidju.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda kkontestata fl-20 ta’ Settembru 2012 mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti (iktar ’il quddiem “ASTK” għat-talba tiegħu li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi jew tippreċiża fastidju;

jikkundanna lil EEA għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 — ZZ et vs FEI

(Kawża F-72/13)

2013/C 274/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni, li għar-rikorrenti japplikaw id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi li tistabbilixxi żieda fis-salarju limitata għal 2.3 %, id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-FEI li tistabbilixxi skeda ġdida ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 sa 2 % tas-salarju, skont ir-rikorrenti, u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI li tiddefinixxi skeda ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 sa 2 % tas-salarju, skont ir-rikorrenti kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba sussegwenti sabiex il-FEI jiġi kkundannat iħallas id-differenza fir-remunerazzjoni u l-ħlas ta’ danni

Talbiet tar-rikorrenti

Annullament tad-deċiżjonijiet li għar-rikorrenti japplikaw id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-FEI, tal-4 ta’ Frar 2013, li tistabbilixxi żieda fis-salarju limitata għal 2.3 %, id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-FEI li tistabbilixxi skeda ġdida ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 sa 2 % tas-salarju, skont ir-rikorrenti, liema deċiżjonijiet joriġinaw mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI, tat-18 ta’ Diċembru 2012, li tistabbilixxi żieda fis-salarju limitata għal 2.3 %, u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI, tad-29 ta’ Jannar 2013, li tiddefinixxi skeda ta’ mertu li twassal għal telf ta’ 1 sa 2 % tas-salarju, skont ir-rikorrenti (id-deċiżjonijiet tal-FEI imsemmija hawn fuq ġew żvelati mir-rendikonti tar-remunerazzjoni ta’ April 2013), kif ukoll l-annullament, bl-istess mod, tad-deċiżjonijiet kollha tal-FEI li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti;

jikkundanna lill-konvenut iħallas id-differenza fir-remunerazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq tal-Bord tad-Diretturi tal-FEI u tad-Direttur Ġenerali tal-FEI tal-4 ta’ Frar 2013, tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 meta mqabbla mal-applikazzjoni tal-iskeda ta’ mertu “4-3-2-1-0” u tal-iskeda “safra”“5-4-3-1-0”, jew, sussidjarjament, għar-rikorrenti li ngħataw marka A, meta mqabbla mal-applikazzjoni tal-iskeda ta’ mertu 3-2-1-0-0 u, għar-rikorrenti li jaqgħu taħt l-iskeda “safra”, meta mqabbla ma’ skeda safra “4-3-2-0-0”; din id-differenza ta’ remunerazzjoni għandha tiżdied bl-interessi moratorji li jibdew jgħoddu mill-15 ta’ April 2013 u, sussegwentement, fil-15 ta’ kull xahar, sal-ħlas totali, u dawn l-interessi jkunu ffissati bir-rata tal-BĊE miżjuda bi 3 punti;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni minħabba d-dannu mġarrab bħala riżultat tat-telf tal-poter ta’ akkwist, bi stima ta’ dan id-dannu ex aequo et bono, u fuq bażi provviżorja, fl-ammont ta’ 1.5 % tar-remunerazzjoni ta’ kull xahar ta’ kull rikorrent;

fin-nuqqas li jipproduċihom spontanjament, talba lill-konvenut taħt il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex jipproduċi d-dokumenti li ġejjin:

id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-FEI dwar l-allinjament tal-istatus ta’ impjieg tal-membri tal-persunal tal-FEI tal-24 ta’ Settembru 2001;

id-deċiżjoni tal-FEI li torganizza l-“proċedura xierqa” skont id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-FEI dwar l-allinjament tal-istatus ta’ impjieg tal-membri tal-persunal tal-FEI tal-24 ta’ Settembru 2001;

id-Deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-FEI, bħala prinċipju tal-4 ta’ Frar 2013, li tistabbilixxi l-baġit għall-membri tal-persunal għall-2013;

id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-FEI li tistabbilixxi skeda ġdida ta’ mertu għall-2013;

il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012;

il-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013;

in-nota tad-direttorat tal-membri tal-persunal tal-BEI “personnel/ASP/2013-5” tad-29 ta’ Jannar 2013;

il-Corporate Operational Plans 2013-2015 tal-BEI u tal-FEI.

jikkundanna lill-FEI għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs BĊE

(Kawża F-73/13)

2013/C 274/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-28 ta’ Mejju 2013 li timponi tkeċċija dixxiplinarja lir-rikorrent u l-kumpens għad-dannu morali li sofra.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Mejju 2013 li timponi tkeċċija dixxiplinarja b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2013;

bħala konsegwenza, jintegra mill-ġdid lir-rikorrent il-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ reklamar xieraq sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid l-unur tiegħu;

fi kwalunkwe każ, jikkumpensa d-dannu morali sostnut mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000;

tirrimborsa l-ispejjeż kollha.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/33


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummmissjoni

(Kawża F-74/13)

2013/C 274/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummmissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul tiegħu fis-servizz fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewopea (iktar ’il quddiem “SPIUE”) b’mod konformi mal-kalkolu tal-akkreditazzjoni stabbilit skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummmissjoni għall-ispejjeż.


21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/34


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/13)

2013/C 274/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal, J.-N. Louis, S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ma tagħtix il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal lir-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.