ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.272.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 272/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
2013/C 272/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6960 – SNCF/COMSA-EMTE/CRT) ( 1 ) |
|
2013/C 272/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6950 – UPC/GPT/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 272/04 |
||
2013/C 272/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2013/C 272/06 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2013/C 272/07 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2013/C 272/08 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2013/C 272/09 |
||
2013/C 272/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 272/11 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 272/01
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.8.2013 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36888 (13/N) |
|||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||||
Reġjun |
Miasto Kraków |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
PerkinElmer Shared Services Sp. z o.o. |
|||||
Il-bażi legali |
|
|||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
PerkinElmer Shared Services Sp. z o.o. |
||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Užimtumas |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
L-estimi |
Baġit globali: PLN 1,23 (f'miljuni) |
|||||
L-intensità |
2,66 % |
|||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2017 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
Negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza dwar ġestjoni |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
18.7.2013 |
||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36944 (13/N) |
||||||
Stat Membru |
L-Irlanda |
||||||
Reġjun |
— |
— |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Extension of the Credit Union Resolution Scheme H2 2013 |
||||||
Il-bażi legali |
Central Bank and Credit Institutions (Resolutions) Act 2011 |
||||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||
L-għan |
Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija |
||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija, Għotja diretta |
||||||
L-estimi |
|
||||||
L-intensità |
— |
||||||
It-tul ta' żmien |
1.7.2013-31.12.2013 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni |
||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
19.8.2013 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.37024 (13/N) |
|||||
Stat Membru |
Spanja |
|||||
Reġjun |
— |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
State aid to dance, music and poetry |
|||||
Il-bażi legali |
Resolución de la Dirección General del INAEM por la que se convocan ayudas a la danza, la lírica y la música correspondientes al año 2014 |
|||||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
L-għan |
Kultura |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
L-estimi |
|
|||||
L-intensità |
65 % |
|||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2014-31.12.2016 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
Arti, divertiment u rikreazzjoni |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6960 – SNCF/COMSA-EMTE/CRT)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 272/02
Fis-16 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6960. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6950 – UPC/GPT/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 272/03
Fis-16 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6950. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Settembru 2013
2013/C 272/04
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3545 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
134,09 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4577 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,84200 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,5702 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2333 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8420 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,735 |
HUF |
Forint Ungeriż |
295,72 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7025 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1828 |
RON |
Leu Rumen |
4,4503 |
TRY |
Lira Turka |
2,6491 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4261 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3829 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5023 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6137 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6857 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 453,69 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,0449 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2887 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6085 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 707,55 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2714 |
PHP |
Peso Filippin |
58,179 |
RUB |
Rouble Russu |
42,8400 |
THB |
Baht Tajlandiż |
41,935 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,9605 |
MXN |
Peso Messikan |
17,0857 |
INR |
Rupi Indjan |
83,8450 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/6 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2013/C 272/05
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' 2 euro biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika Ellenika
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2) dwar dan, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Ellenika
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-2 400 Anniversarju mit-twaqqif tal-Akkademja ta' Platun.
Deskrizzjoni tad-disinn: Ritratt ta’ Platun (fi profil). Fuq ix-xellug: il-kliem “2 400 sena mit-twaqqif tal-Akkademja ta' Platun” u “Ir-Repubblika Ellenika” b'ittri tal-Greċja Antika. Fuq il-lemin: “2013” u l-monogramm taz-zekka Griega. Isfel, “ΣΤΑΜ” (il-monogramm tal-awtur G. Stamatopoulos).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: massimu ta' 750 000
Id-data tal-ħruġ: Fil-ħarifa tal-2013
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/7 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2013/C 272/06
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' 2 euro biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika Ellenika
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2) dwar dan, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Ellenika
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 Anniversarju tal-unjoni ta' Kreta mal-Greċja
Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi lir-ribelli ta' Kreta jtellgħu l-bandiera Griega, rappreżentazzjoni simbolika tat-taqbida ta' Kreta għall-Unjoni mal-Greċja. Fin-naħa ta’ fuq, għat-tond u b'ittri kbar l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “Ir-Repubblika Ellenika” bil-Grieg. Taħt, il-kliem: “100 sena mill-unjoni ta’ Kreta mal-Greċja” bil-Grieg. Fuq il-lemin: “1913-2013” u l-monogramm taz-zekka Griega. Isfel, “ΣΤΑΜ” (il-monogramm tal-awtur G. Stamatopoulos).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: massimu ta' 750 000
Id-data tal-ħruġ: Fil-ħarifa tal-2013
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/8 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2013
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
2013/C 272/07
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' riferenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punt bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 210, tal-24.7.2013, p. 6.
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
1.10.2013 |
… |
0,56 |
0,56 |
1,30 |
0,56 |
0,75 |
0,56 |
0,85 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
2,49 |
4,62 |
0,56 |
0,56 |
0,99 |
0,56 |
0,91 |
0,56 |
0,56 |
3,18 |
0,56 |
5,20 |
1,60 |
0,56 |
0,56 |
0,99 |
1.8.2013 |
30.9.2013 |
0,56 |
0,56 |
1,30 |
0,56 |
0,88 |
0,56 |
0,85 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
2,49 |
4,62 |
0,56 |
0,56 |
1,25 |
0,56 |
0,91 |
0,56 |
0,56 |
3,18 |
0,56 |
5,20 |
1,60 |
0,56 |
0,56 |
0,99 |
1.7.2013 |
31.7.2013 |
0,56 |
0,56 |
1,30 |
0,56 |
0,88 |
0,56 |
0,85 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
0,56 |
2,49 |
4,62 |
0,56 |
0,56 |
1,08 |
0,56 |
1,10 |
0,56 |
0,56 |
3,18 |
0,56 |
5,20 |
1,60 |
0,56 |
0,56 |
0,99 |
Il-Qorti tal-Awdituri
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/9 |
Rapport Speċjali Nru 8/2013 “Appoġġ għat-Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali”
2013/C 272/08
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 8/2013 “Appoġġ għat-Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
Unità “Awditjar: Il-Produzzjoni tar-Rapporti” |
12, rue Alcide de Gasperi |
1615 Luxembourg |
LUXEMBOURG |
Tel. +352 4398-1 |
Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/10 |
Notifikazzjonijiet taħt Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju li jirregola l-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri “il-Kodiċi tal-Fruntiera ta' Schengen”
Il-possibiltà ta' Stat Membru li bil-liġi jipprovdi għal obbligu li jżomm jew iġorr karti u dokumenti skont l-Artikolu 21(c)
2013/C 272/09
IL-KROAZJA
L-obbligu li ċittadini ta' pajjiżi terzi jġorru dokument tal-ID u dokumenti oħra għal qsim tal-fruntieri ta' Stat huwa stabbilit fl-Art. 139, par. 2 u 3 tal-Att dwar il-Persuni Barranin (Il-Ġurnal Uffiċjali 130/2011, 74/2013). Dan japplika għall-persuni barranin kollha li jkunu fit-territorju Kroat.
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 272/10
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
21.8.2013 |
Tul ta’ żmien |
21.8.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
L-Irlanda |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
PLE/7HJK |
Speċi |
Barbun (Pleuronectes platessa) |
Żona |
VIIh, VIIj u VIIk |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
44/TQ39 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
20.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 272/11
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodott agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“CAROTA DELL’ALTOPIANO DEL FUCINO”
Nru KE: IT-PGI-0105-0988-17.04.2012
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodott affettwata mill-emenda
— |
|
Isem il-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
|
Żona ġeografika |
— |
|
Prova tal-oriġini |
— |
|
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
|
Rabta |
— |
|
Tikkettar |
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
— |
|
Oħrajn |
2. Tip ta’ emenda
— |
☒ |
Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju |
— |
|
Emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju |
— |
|
Emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott
— |
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tispeċifika li l-karrotti eliġibbli biex isiru “Carota dell’Altopiano del Fucino” IĠP huma dawk li jappartjenu għall-koltivazzjonijiet tal-ispeċi “Daucus carota L.”, u li ġejjin mill-varjetajiet Maestro, Presto u Concerto (Vilmorin), Napoli (Bejo), Nandor (Clause) u Dordogne (SG). Din id-dispożizzjoni effettivament teskludi l-użu ta’ kultivazzjonijiet jew ibridi oħra li llum huma disponibbli fis-suq u li fiż-żona ta’ produzzjoni wrew mhux biss l-istess karatteristiċi u kwalitajiet tal-prodott stabbiliti mill-ispeċfikazzjonijiet tal-“Carota dell’Altopiano del Fucino” iżda f’ċerti każijiet ukoll urew titjib fir-rigward ta’ ċerti aspetti agronomiċi (reżistenza qawwija għal ċertu mard tal-pjanti) u ta’ konservabbiltà. Għaldaqstant, abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet tqies li hu xieraq li jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott sabiex jinkludu wkoll kultivazzjonijiet u ibridi oħrajn diment li, permezz ta’ testijiet sperimentali dokumentati, tintwera konformità mal-parametri kwalitattivi deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tal-“Carota dell’Altopiano del Fucino”. |
— |
Jitqies li hu xieraq li jiġu aġġornati l-valuri tal-ß-karotene minħabba r-riżultati ta’ testijiet li saru fit-territorju. It-testijiet li saru fit-territorju wrew li l-kontenut ta’ ß-karotene huwa influwenzat mill-ammont ta’ fertilizzant użat u b’mod partikolari mit-teknika ta’ fertilizzazzjoni. Instabu livelli ogħla ta’ ß-karotene meta tiżdied il-fertilizzazzjoni bin-nitroġenu speċjalment meta ssir bil-metodu ta’ fertirrigazzjoni qrib il-ħsad. Dawn il-prattiki, minbarra li huma għaljin u ma jipprovdu l-ebda benefiċċju għar-rendiment tal-prodott finali, spiss jagħmlu l-għerq aktar vulnerabbli għall-mard waqt il-konservazzjoni u jmorru kontra l-impenn biex jonqos l-użu tan-nitroġenu u biex ikun hemm konsum aktar responsabbli tar-riżorsi idriċi fl-agrikultura. Ir-restrizzjoni proposta issa tipprevedi kontenut ta’ ß-karotene ta’ aktar minn 60 mg/kg għall-“Carota dell’Altopiano del Fucino”. Dan il-valur jippermetti s-salvagwardja tal-ispeċifiċità tal-prodott peress li jqiegħed il-produzzjoni tal-“Carota dell’Altopiano del Fucino” lil hinn mill-valur medju ta’ referenza tal-karrotti rrappurtat fil-letteratura. |
— |
Jitqies li hu xieraq li l-valur tal-kontenut ta’ proteina tal-karrotti jitbaxxa minn 1,2 % għal 0,5 %. It-tnaqqis tal-kontenut ta’ proteini għandu valur kwalitattiv irrilevanti peress li l-konsumatur ma jassoċjax il-karrotta ma’ ħaxixa li minnha jieħu ammont konsistenti ta’ proteina. Barra minn hekk il-valur propost ma għandu l-ebda effett fuq il-karatteristiċi tal-prodott u wisq inqas fuq il-kummerċjabbiltà u r-rikonoxxibbiltà tiegħu fuq is-suq. |
— |
Inħass li kien xieraq li jitneħħew ir-referenzi għall-kategoriji Extra u Prima, wara r-revoka tar-Regolament (KE) Nru 730/1999 li jippreskrivi l-marketing standards għall-karrotti. |
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“CAROTA DELL’ALTOPIANO DEL FUCINO”
Nru KE: IT-PGI-0105-0988-17.04.2012
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“Carota dell’Altopiano del Fucino”
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6: |
Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
L-IĠP “Carota dell’Altopiano del Fucino” tirreferi għall-karrotti tal-kultivazzjonijiet tal-ispeċi Daucus carota L., li ġejjin minn dawn il-varjetajiet: Maestro (Vilmorin); Presto (Vílmorin); Concerto (Vilmorin); Napoli (Bejo); Nandor (Clause); Dordogne (SG).
Jistgħu jintużaw ukoll kultivazzjonijiet li jirreferu għall-grupp ta’ varjetà ta’ Nantes u l-ibridi tagħhom diment li l-produtturi jkunu wrew, permezz ta’ testjiet sperimentali ddokumentati, il-konformità mal-parametri kwalitattivi tal-IĠP “Carota dell’Altopiano del Fucino”. L-użu tal-grupp ta’ varjetà ta’ Nantes u l-ibridi tagħhom bl-iskop li tiġi prodotta l-“Carota dell’Altopiano del Fucino” huwa permess wara li ssir evalwazzjoni pożittiva tat-testijiet sperimentali min-naħa tal-Ministeru tal-Agrikultura, l-Ikel u l-Forestrija li jkun jista’ jikseb l-opinjoni teknika tal-Korp tal-kontroll jew ta’ xi entità oħra.
Il-prodott għandu jkollu l-karatteristiċi mniżżla hawn taħt:
— |
forma: ċilindrika bil-ponta għat-tond, mingħajr ħjut ta’ għeruq; |
— |
lewn: oranġjo qawwi inkluż l-għonq; |
— |
kontenut ta’:
|
— |
karatteristiċi fiżiċi: polpa tqarmeċ u tinqasam lixxa. |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita
Ix-xogħol kollu marbut mal-kultivazzjoni tal-“Carota dell’Altopiano del Fucino” għandu jseħħ fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni ddefinita fil-punt 4.
3.6. Regoli speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
Minnufih wara l-ħsad, il-karrotti għandhom jintbagħtu fiċ-ċentri tal-ippakkjar, fi żmien erba’ sigħat, fejn qabel ma jinħaslu u jiġu ppakkjati, jitkessħu biex ikun żgur li jibqgħu jqarmċu u jżommu l-lewn u t-togħma karatteristiċi tagħhom.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
II-prodott għandu jinbiegħ f’pakketti ġodda, magħmula mill-injam, kartun jew plastik u jkun jintgħaraf permezz tat-tikketta apposta li fuqha jkollha l-informazzjoni li ġejja:
— |
l-isem “Carota dell'Altopiano del Fucino” flimkien mat-taqsira IĠP u l-kliem “Indicazione geografica protetta”, miktubin f’ittri mill-inqas kbar id-doppju ta’ kull kliem ieħor. |
— |
kull dettall meħtieġ biex jiġu identifikati l-isem, l-isem tan-negozju, l-indirizz tal-produttur/ta’ min jippakkja l-prodott u kull informazzjoni oħra awtorizzata mir-regoli. |
— |
mhumiex permessi kwalifikazzjonijiet oħrajn. |
Il-prodotti li fihom tintuża bħala materja prima il-“Carota dell'Altopiano del Fucino” flimkien mat-taqsira IĠP, anki wara l-ipproċessar u t-trasformazzjoni, jistgħu jinbiegħu f’pakketti li jkollhom referenza għal dan l-isem, mingħajr ma jitwaħħal is-simbolu tal-Unjoni Ewropea, diment li:
— |
il-“Carota dell'Altopiano del Fucino” flimkien mat-taqsira IĠP iċċertifikata bħala tali, tkun il-komponent esklussiv tal-kategorija ta’ prodott; |
— |
min juża l-“Carota dell'Altopiano del Fucino” flimkien mat-taqsira IĠP ikun irreġistrat fir-reġistru attivat apposta, miżmum u aġġornat mill-korp awtorizzat mill-Ministeru tal-Agrikultura, l-Ikel u l-Forestrija u kkontrollat minnu stess għall-isem protett biss. |
L-użu mhux esklussiv tal-“Carota dell'Altopiano del Fucino” flimkien mat-taqsira IĠP jippermetti biss referenza għaliha, skont il-leġiżlazzjoni attwali, fost l-ingredjenti tal-prodott li jkun fih minnha jew li tiġi ttrasformata jew ipproċessata fih.
Logo
Il-marka ta’ identifikazzjoni hija rrappreżentata, fin-naħa ta’ fuq, mill-kelmiet ta’ lewn aħdar Pantone P.C.S. (S 274-1 CVS), b’burdura sewda, Carota dell'Altopiano del Fucino, bil-karattri Cooper blk hd bt, bl-ittri jikbru ftit ftit san-nofs tal-frażi bħallikieku qishom xi għolja (Altopiano) u jerġgħu jiċkienu fl-aħħar tal-frażi (Fucino). Taħt din, ikun hemm il-kliem Indicazione geografica protetta, b’karattri Arial rounded mt bold, ta’ lewn abjad fuq sfond ikħal, Pantone reflex blue. Fuq ix-xellug tal-frażijiet jinstab is-simbolu tal-Unjoni Ewropea.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Carota dell’Altopiano del Fucino” tikkonsisti fid-distrett kollu ta’ Altopiano del Fucino.
Il-limiti huma ddefiniti mit-triq Strada Provinciale Circonfucense u jinkludu porzjonijiet ta’ art, mifruda minn toroq li jgħaddu minn bejn l-irziezet u biċċiet ta’ art enumerati, li jinstabu fil-muniċipji tal-provinċja ta’ L’Aquila: Avezzano u l-irħula tal-madwar; Celano u l-irħula tal-madwar; Cerchio; Aielli; Collarmele; Pescina u l-irħula tal-madwar; S.Benedetto dei Marsi; Gioia nei Marsi u l-irħula tal-madwar; Lecce dei Marsi; Ortucchio; Trasacco; Luco dei Marsi.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
L-Altopiano del Fucino, żona partikolarment magħrufa għall-produzzjoni tal-ħxejjex, tinsab ġeografikament fin-naħa ċentrali u ta’ isfel tal-Italja, f’dak li huwa meqjus bħala r-Reġjun tal-Ġonna, l-Abruzzo.
Iż-żona li hija kompletament ċatta, f’altitudni ta’ 700 metru mil-livell tal-baħar, bis-16-il elf ettaru tagħha, hija mdawra b’muntanji ta’ interess ambjentali partikolari bħal dawk tal-“Parco nazionale d’Abruzzo”, tal-“Velino-Sirente” u tal-“Ernici-Símbruini”.
L-oriġini tagħha, bħala żona agrikola, tmur lura għall-aħħar tal-1800 meta tlesta x-xogħol ta żvujtar, ordnat mill-prinċep Alessandro Torlonia, ta’ dak li kien meqjus bħala t-tielet l-akbar lag fl-Italja, f’dak li jirrigwarda l-estensjoni tiegħu: il-Lago del Fucino.
Il-ħamrija hija ramlija u tajba bi kwantità għolja ta’ ġir attiv, ir-reazzjoni (pH) hija bejn sub-alkalina u alkalina, b’livelli għoljin ta’ materja organika attribwibbli wkoll għall-ammont kbir ta’ demel li jitfgħu l-bdiewa ta’ Fucino kull sentejn.
II-klima hija affettwata mill-preżenza ta’ firxiet ta’ muntanji madwar iż-żona, mill-altitudni u mill-umdità relattiva maħluqa mill-għadd kbir ta’ kanali li jiżguraw kemm il-provvista ta’ ilma meħtieġa waqt it-tkabbir tal-uċuħ kif ukoll il-ġbir tal-ilma żejjed matul ix-xitwa. Bażikament ix-xtiewi huma kesħin u bix-xita filwaqt li fis-sajf is-sħana taffettwa lit-territorju kollu, l-aktar f’Lulju u f’nofs Awwissu, barra minn hekk, minħabba l-altitudni, iż-żona hija kkaratterizzata minn differenzi kbar fit-temperatura bejn il-lejl u n-nhar.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-“Carota dell’Altopiano del Fucino” hija kkaratterizzata mill-forma tal-għerq, li huwa prinċipalment ċilindriku bil-ponta fit-tond, mingħajr ħjut ta’ għeruq u mingħajr daqqiet fondi fil-qorriegħa, qoxra lixxa, lewn oranġjo qawwi tul l-għerq kollu. Karatteristiċi oħrajn jinsabu fil-kontenut ta’ nutrijenti: fil-“Carota dell’Altopiano del Fucino” wieħed jinnota l-kontenut għoli ta’ aċidu askorbiku u zokkor totali b’relazzjoni bilanċjata bejniethom.
Il-vitamini fil-“Carota dell’Altopiano del Fucino” huma element ieħor karatteristiku li jagħmlu lil din il-karrotta distingwibbli; it-tijamina, ir-riboflavina u b’mod partikolari l-karotene huma preżenti f’livelli għoljin.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)
Fucino sab fil-karrotta tal-Altopiano del Fucino il-kultivazzjoni ewlenija tiegħu, bis-saħħa wkoll tal-kwalitajiet uniċi li l-art innifisha jirnexxielha tagħti lill-prodott.
Fil-fatt, bis-saħħa tal-kundizzjonijiet tat-temp, tan-natura u t-tip ta’ ħamrija, ħamrija laxka ħafna u mingħajr biċċiet kbar, iż-żona ta’ kultivazzjoni jirnexxielha tagħti lill-“Carote dell’Altopiano del Fucino” karatteristiċi organolettiċi u nutrittivi kif deskritti hawn fuq stmati u rikonoxxuti mill-konsumaturi Ewropej.
Fiż-żona inkwistjoni biss, id-disponibbiltà wiesgħa tal-prodott għenet lill-attivitajiet relatati ta’ preparazzjoni u ppakkjar tal-prodott kif ukoll il-ħolqien ta’ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-karrotti kemm f’biċċiet żgħar kif ukoll f’meraq. Dan kollu għen sabiex tinħoloq sistema li tgħaqqad il-karatteristiċi eċċellenti tal-klima u tal-ħamrija taż-żona, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tal-operaturi tas-settur, kemm bdiewa kif ukoll negozjanti u l-abbundanza ta’ faċilitajiet tal-ipproċessar li tagħti liż-żona il-fama ta’ żona tal-karrotta per eċċellenza.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għal emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tal-IĠP “Carota dell’Altopiano del Fucino” fuq il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 51 tal-1 ta’ Marzu 2012.
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
inkella tista’ tmur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru tal-Agrikultura, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), tikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fil-kantuniera ta' fuq tal-lemin tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.