ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2013.269.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 269A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
18 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2013/C 269A/01

Avviż ta' post battal — Kap ta' Unità (Grupp tal-funzjoni AD, grad 9-12) — Segretarjat Ġenerali — Direttorat Finanzi u Sostenn — Unità Binjiet

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

 

27

(RO)

29

 

33

 

34

 

36

(DA)

41

(BG)

43

(EN)

49

(ET)

50

(HU)

51

(SL)

54

(DE/EN/FR)

58

(EN/GA)

75

 

81

 

82

 

88

(BG)

89

(CS)

94

 

104

 

109

 

111

 

112

(DE/EN/FR)

117

(ET)

118

 

120

 

131

 

143

 

160

(DE/EN/FR)

162

 

166

 

167

 

168

 

172

 

173

 

174

 

176

(BG/DE/EN/ET/FI/IT/LT/LV/MT/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

180

(MT)

182

(DE/EN/FR)

183

(IT)

191

 

192

 

193

 

194

 

196

 

197

 

199

 

200

 

204

(DE/EN/FR)

210

(LV)

211

(PL)

219

 

227

 

231

 

235

 

240

 

264

 

269

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Qorti tal-Awdituri

18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 269/1


AVVIŻ TA' POST BATTAL

Kap ta' Unità

(Grupp tal-funzjoni AD, grad 9-12)

Segretarjat Ġenerali — Direttorat Finanzi u Sostenn — Unità Binjiet

(2013/C 269 A/01)

MIN AĦNA

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) stabbilita bit-Trattat biex twettaq l-awditu tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE, hija tikkontribwixxi għat-titjib fil-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Il-Qorti tipprovdi servizzi tal-awditjar li permezz tagħhom hija tevalwa kif il-fondi tal-UE ġew riċevuti u użati. Hija teżamina jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati u ppreżentati b'mod korrett, ġewx implimentati b'mod legali u regolari, u ġewx ġestiti b'mod ekonomiku, effiċjenti u effettiv. Il-Qorti tippubblika r-riżultati tal-awditi tagħha f'rapporti ċari, rilevanti u oġġettivi. Hija tfassal ukoll opinjonijiet dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni finanzjarja.

Il-Qorti taħdem biex jissaħħaħ l-obbligu ta' rendikont, tħeġġeġ it-trasparenza u tassisti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, partikolarment matul il-proċedura ta' kwittanza. Il-Qorti hija impenjata li tkun organizzazzjoni effiċjenti fuq quddiem nett tal-progress fil-qasam tal-awditjar u l-amministrazzjoni tas-settur pubbliku.

Il-Qorti tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u tinkoraġġixxi applikazzjonijiet mingħand nisa u rġiel kwalifikati, mingħajr ebda diskriminazzjoni.

Is-sede tal-Qorti tal-Awdituri tinsab fil-Lussemburgu.

L-Unità Binjiet hija parti mid-Direttorat Finanzi u Sostenn u hija inkarigata prinċipalment mill-attivitajiet li ġejjin:

ġestjoni tal-proġetti immobiljarji futuri (konformità tal-binja K2 u sostituzzjoni tal-binja K1),

żgurar tal-manutenzjoni tal-binjiet, tal-faċilitajiet tekniċi tiegħu, kif ukoll tal-parkeġġi,

żgurar tas-sigurtà fiżika tal-binjiet u teħid ta' kwalunkwe miżura fir-rigward ta' saħħa u sigurtà.

X'QEGĦDIN NIPPROPONU

Il-Qorti tal-Awdituri ddeċidiet li tvara l-proċedura ta' reklutaġġ għal post ta' Kap ta' Unità fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali — Direttorat Finanzi u Sostenn — Unità Binjiet, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal”). Din il-proċedura ta' għażla, li timmira li żżid il-possibbiltajiet għall-għażla mill-Awtorità tal-Ħatra, se ssir b'mod parallel mal-proċeduri interni u interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Is-salarju bażiku attwali fil-grad AD9 huwa ta' EUR 7 127,99 fix-xahar, u dak fil-grad AD12 huwa ta' EUR 10 324,20. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal, ċerti benefiċċji jistgħu jiġu miżjuda mas-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja u eżentat mit-taxxa nazzjonali.

Taħt l-awtorità tad-Direttur, il-Kap ta' Unità jkollu l-kompiti li ġejjin:

sorveljanza tal-organizzazzjoni u monitoraġġ tal-kompiti ta' manutenzjoni ġenerali teknika tal-bini,

sorveljanza u koordinazzjoni tal-proġetti ta' kostruzzjoni immobiljarja u tax-xogħlijiet relatati,

parteċipazzjoni fl-għoti ta' kuntratti ġodda permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku fid-diversi setturi ta' attività tal-entità u negozjar mal-fornituri u mal-konsulenti,

tfassil, tħejjija, formalizzar, proponiment, implimentazzjoni u monitoraġġ tal-objettivi u tal-pjanijiet ta' azzjoni fil-qafas stipulat mill-ġerarkija tiegħu,

immaniġġjar, immotivar u koordinazzjoni ta' tim wieħed jew aktar ta' persunal, massimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi tal-entità filwaqt li tiġi żgurata l-kwalità tas-servizz (organizzazzjoni, immaniġġjar tar-riżorsi umani u baġitarji, eċċ.) fl-oqsma ta' attività tagħha.

X'QEGĦDIN INFITTXU

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati li, fid-data ta' għeluq stabbilita għall-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

skont l-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal:

ikollhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' kors komplet ta' studji universitarji, iċċertifikat b'diploma meta t-tul ta' żmien normali ta' dawn l-istudji jkun ta' 4 snin jew aktar, jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' kors komplet ta' studji universitarji, iċċertifikat b'diploma, u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena meta t-tul ta' żmien normali ta' dawn l-istudji jkun ta' 3 snin jew aktar, jew

meta iġġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

ikunu kisbu esperjenza professjonali ta' mill-inqas 10 snin fil-qasam ikkonċernat,

ikollhom esperjenza fil-ġestjoni ta' proġetti fil-qasam tal-bini jew tax-xogħlijiet pubbliċi,

ikollhom esperjenza ta' mill-inqas 3 snin fl-akkwist pubbliku u fil-monitoraġġ u l-ġestjoni ta' kuntratti,

ikollhom esperjenza fit-tmexxija ta' timijiet inkarigati mill-faċilitajiet tekniċi ta' binja amministrattiva (organizzazzjoni ta' attivitajiet u mmaniġġjar ta' persunal),

ikunu kapaċi jikkomunikaw b'mod ċar u diplomatiku, kemm fi ħdan il-Qorti kif ukoll lil hinn minnha, filwaqt li jieħdu kont tan-natura tal-kompiti tal-Unità,

ikollhom għarfien approfondit ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa uffiċjali oħra tal-UE,

għal raġunijiet tas-servizz, jinħtieġ għarfien tajjeb tal-Franċiż,

għarfien tajjeb tal-lingwa Ġermaniża u/jew dik Lussemburgiża jkun ta' vantaġġ.

POLITIKA TA' REKLUTAĠĠ

KUNDIZZJONIJIET TA' REKLUTAĠĠ

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

igawdu mid-drittijiet tagħhom kollha bħala ċittadini,

ikunu wettqu kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

jipproduċu r-referenzi ta' karattru xierqa li juru li huma tajbin biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

PROĊEDURA TA' GĦAŻLA

(a)

Bil-ħsieb li jgħin lill-Qorti fl-għażla tagħha, kumitat ta' preselezzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“kumitat”) jevalwa l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(i)

id-diplomi, l-esperjenza professjonali, il-motivazzjoni, il-versatilità u l-ħiliet analitiċi tal-kandidati,

(ii)

il-ħiliet tagħhom ta' ġestjoni u ta' tmexxija ta' tim,

(iii)

il-kompetenzi speċifiċi tagħhom, li huma meħtieġa għall-post ikkonċernat.

(b)

Il-kumitat jipproċedi għall-evalwazzjoni f'żewġ stadji:

(i)

il-kandidati kollha jiġu evalwati abbażi:

tal-curriculum vitae u tal-ittra ta' motivazzjoni tagħhom,

ta' studju ta' każ li huma jkunu meħtieġa jiktbu.

(ii)

il-kandidati magħżula jiġu mistiedna biex:

jattendu għal intervista,

jippreżentaw l-istudju ta' każ.

Jekk jidhirlu li huwa meħtieġ, il-kumitat jista' wkoll jitlob valutazzjoni tal-ħiliet maniġerjali mingħand “ċentru ta' valutazzjoni”.

PROTEZZJONI TAD-DATA

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data  (1), “ir-reċipjent għandu jipproċessa d-data personali biss għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet trażmessa.”

PREŻENTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET

L-applikazzjonijiet, miktuba bl-Ingliż jew bil-Franċiż, għandhom jintbagħtu fl-indirizz e-mail li ġej: vacancies@eca.europa.eu.

Biex tiġi aċċettata, kull applikazzjoni għandha tinkludi n-numru ta' referenza tal-avviż ta' post battal fis-suġġett u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

ittra ta' motivazzjoni,

curriculum vitae aġġornat, magħmul bl-użu tal-mudell “curriculum vitae Europass” (jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit li ġej: http://europass.cedefop.europa.eu),

id-dikjarazzjoni fuq l-unur ikkompletata, iffirmata u datata (mehmuża).

Il-kandidati mistiedna għall-intervista għandhom jinnutaw li, fid-data tal-intervista, huma jridu jippreżentaw biss kopji jew fotokopji tad-dokumenti ta' sostenn li jirrigwardaw l-istudji, l-esperjenza professjonali u d-dmirijiet attwali tagħhom. Ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ta' sostenn ma jingħata lura.

Id-data ta' għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija d-9 ta' Ottubru 2013, fil-5 p.m. (ħin tal-Lussemburgu).

Il-Lussemburgu, il-5 ta' Settembru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


 

Image