ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.266.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 266

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
17 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 266/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2013/C 266/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

2013/C 266/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2013/C 266/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2013/C 266/05

Avviż lill-importaturi – Importazzjonijiet taz-zokkor mill-Balkani tal-Punent fl-Unjoni Ewropea

5

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Settembru 2013

2013/C 266/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3357

JPY

Yen Ġappuniż

132,05

DKK

Krona Daniża

7,4566

GBP

Lira Sterlina

0,83850

SEK

Krona Żvediża

8,6943

CHF

Frank Żvizzeru

1,2374

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8920

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,769

HUF

Forint Ungeriż

298,78

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7025

PLN

Zloty Pollakk

4,1944

RON

Leu Rumen

4,4588

TRY

Lira Turka

2,6592

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4248

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3759

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3570

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6267

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6824

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 444,54

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0230

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1748

HRK

Kuna Kroata

7,5955

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 855,82

MYR

Ringgit Malażjan

4,3945

PHP

Peso Filippin

58,090

RUB

Rouble Russu

43,0625

THB

Baht Tajlandiż

42,342

BRL

Real Brażiljan

3,0086

MXN

Peso Messikan

17,2205

INR

Rupi Indjan

83,9450


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 266/02

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinni tal-muniti tal-euro l-ġodda kollha, bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jkollhom jaħdmu bil-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-żewġ euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv tassew simboliku fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Taljana

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-700 Anniversarju mit-twelid ta' Giovanni BOCCACCIO.

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri tlett kwarti tar-ras ta' Giovanni BOCCACCIO jħares lejn il-lemin, meħuda mill-affresk ta' Andrea Del Castagno, madwar l-1450 (Firenze, Galleria degli Uffizi); mad-dawra, fil-qiegħ, BOCCACCIO 1313 2013; fuq il-lemin, fuq xulxin, l-ittri R (il-monogramma taz-Zekka ta’ Ruma)/RI (il-monogramma tar-Repubblika Taljana)/m (il-monogramma tal-Awtur Mauri).

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 10 miljuni

Id-data tal-ħruġ: Lulju 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


17.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 266/03

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinni ta' fuq il-muniti l-ġodda kollha tal-euro, bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jkollhom jaħdmu bil-muniti. (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li dawn ikunu biss muniti taż-żewġ euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv tassew simboliku fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Ir-Repubblika Taljana

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-200 Anniversarju mit-twelid ta' Giuseppe VERDI.

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri tlett kwarti mill-bust ta’ Giuseppe VERDI iħares lejn ix-xellug; fuq ix-xellug, b'ittri fuq xulxin il-monogramma tar-Repubblika Taljana “RI”/1813; fuq il-lemin, l-itta R (il-monogramma taz-Zekka ta’ Ruma)/2013; maqbuża l-barra, l-ittri MCC (il-monogramma tal-Awtriċi Maria Carmela COLANERI)/G. VERDI.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 10 miljuni

Id-data tal-ħruġ: Marzu 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


17.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 266/04

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' 2 euro għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monako

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2) dwar dan, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Monako

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-20 anniversarju mis-sħubija man-Nazzjonijiet Uniti

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita turi ħamiema b'fergħa taż-żebbuġ, u f'nofs l-arkata, fuq ix-xellug il-kornukopja, u fuq il-lemin il-marka tal-laboratorju fejn issir l-inċiżjoni taz-zekka ta' Pariġi. Fuq, f’nofs tond, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “MONACO” u isfel, f’nofs tond, l-iskrizzjoni “1993 AMMISSJONI FIN-NU 2013”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu:

Id-data tal-ħruġ: Lulju 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


17.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/5


Avviż lill-importaturi

Importazzjonijiet taz-zokkor mill-Balkani tal-Punent fl-Unjoni Ewropea

2013/C 266/05

Permezz ta’ avviż lill-importaturi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali C 152, 26.6.2002, p. 14, il-Kummissjoni infurmat lil operaturi fil-Komunità li jippreżentaw evidenza dokumentarja tal-oriġini bil-għan li jiżguraw trattament preferenzjali għaz-zokkor ta’ tariffi t-titli NM 1701 u NM 1702 mill-Balkani tal-Punent biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, ladarba r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għall-moviment liberu jista’ jagħti lok għal dejn doganali u jwassal għal frodi fil-konfront tal-interessi finanzjarji tal-UE. L-avviż kien ibbażat fuq żieda sinifikanti u mgħaġġla fl-importazzjoni preferenzjali taz-zokkor minn ċerti pajjiżi fil-Balkani tal-Punent, filwaqt li l-pajjiżi urew defiċit fil-produzzjoni taz-zokkor. Fl-istess ħin, l-esportazzjonijiet miz-zokkor mill-UE lejn il-Balkani tal-Punent kienu żdiedu b’bejn wieħed u ieħor l-istess ammont. Dan l-iżvilupp tal-kummerċ jidher li huwa ferm artifiċjali u kien meqjus bħala indikazzjoni li jindikaw il-possibbiltà ta’ frodi.

Ċerti miżuri sabiex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni sadattant ġew introdotti.

Billi l-kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb tal-arranġamenti preferenzjali għaz-zokkor ta’ tariffi tat-titli NM 1701 u NM 1702 importati mill-Balkani tal-Punent fl-Unjoni Ewropea ġew restawrati, l-avviż lill-importaturi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali C 152, 26.6.2002, p. 14, għandha tiġi rtirata.