ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2013.257.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 257E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
6 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2012–2013
Data tas-seduta: 29 ta' Marzu 2012
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 158 E, 5.6.2012.
TESTI ADOTTATI

 

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012

2013/C 257E/01

Drittijiet ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-funzjonamet u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru (2011/2150(INI))

1

2013/C 257E/02

Sitwazzjoni fil-Bjelorussja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP))

9

2013/C 257E/03

Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED)
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) (2011/2245(INI))

13

2013/C 257E/04

Rapport dwar it-tkabbir għas-Serbja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tas-Serbja (2011/2886(RSP))

18

2013/C 257E/05

Rapport dwar it-tkabbir għall-Kosovo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-Proċess ta’ Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo (2011/2885(RSP))

29

2013/C 257E/06

Rapport dwar it-tkabbir għat-Turkija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta’ progress 2011 dwar it-Turkija (2011/2889 (RSP))

38

2013/C 257E/07

Rapport dwar it-tkabbir għall-Montenegro
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress tal-2011 dwar l-Montenegro (2011/2890(RSP))

49

2013/C 257E/08

Qafas ta' Governanza Korporattiva għall-kumpaniji Ewropej
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar Qafas ta' Governanza Korporattiva għall-kumpaniji Ewropej (2011/2181(INI))

56

2013/C 257E/09

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2010 (2011/2186(INI))

61

2013/C 257E/10

Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE - Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE (2011/2182(INI))

74

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012

2013/C 257E/11

Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2064(IMM))

85

2013/C 257E/12

Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2097(IMM))

86

2013/C 257E/13

Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2098(IMM))

88

2013/C 257E/14

Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2189(IMM))

89

2013/C 257E/15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))

91

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012

2013/C 257E/16

Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma (13123/2011 – C7-0332/2011 – 2011/0116(NLE))

93

2013/C 257E/17

Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' (06444/2/2012 – C7-0072/2012 – 2009/0127(COD))

94

ANNESS

95

2013/C 257E/18

Kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (18144/1/2011 – C7-0070/2012 – 2010/0262(COD))

95

2013/C 257E/19

Derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484 – C7-0265/2010 – 2010/0250(COD))

96

P7_TC1-COD(2010)0250Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

97

2013/C 257E/20

Il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD))

97

P7_TC1-COD(2012)0003Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

98

2013/C 257E/21

Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (COM(2011)0730 – C7-0447/2011 – 2011/0330(CNS))

98

2013/C 257E/22

L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013 (2012/2006(BUD))

104

2013/C 257E/23

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: (applikazzjoni EGF/2011/006 ES/Comunidad Valenciana - Kostruzzjoni ta' bini, Spanja)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/006 ES/Comunidad Valenciana - Kostruzzjoni ta' bini, Spanja) (COM(2012)0053 – C7-0044/2012 – 2012/2023(BUD))

108

ANNESS

110

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2012–2013 Data tas-seduta: 29 ta' Marzu 2012 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 158 E, 5.6.2012. TESTI ADOTTATI

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/1


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Drittijiet ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru

P7_TA(2012)0099

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-funzjonamet u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru (2011/2150(INI))

2013/C 257 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet (COM(2011)0174),

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni dwar il-funzjonament u l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni diżabbli u persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru COM(2011)0166),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-27 ta' Ottubru 2011 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilitajiet u l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 (2) u b'mod partikolari l-paragrafi 42, 43, 46, 82 u 97 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0053/2012),

A.

billi, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2006 (aktar 'il quddiem imsejħin ir-“Regolamenti”) huma passi pożittivi 'l quddiem f'termini ta' ħarsien ta' jeddijiet il-passiġġieri, hemm ħtieġa għal ċertezza ġuridika aħjar, aktar ċarezza interpretattiva u applikazzjoni uniformi tar-Regolamenti fl-UE kollha kemm hi;

B.

billi, għad li r-Regolament (EC) Nru 261/2004 jipprovdi lill-passiġġieri b'salvagwardji b'saħħithom u ħadem b'mod effettiv minn mindu ġie introdott, il-Kriżi tal-Irmied Vulkaniku saħqet il-bżonn li jiġu ċċarati u riveduti ċerti aspetti tar-Regolament fil-każ li ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jinqalgħu fil-futur;

C.

billi l-aktar jedd importanti tal-passiġġieri hu l-jedd għas-servizzi mogħtijin skont ma jkun skedat, abbażi tad-dritt fundamentali tal-libertà tal-moviment u tal-obbligazzjoni kontrattwali naxxenti mill-bejgħ ta' biljett; billi huwa essenzjali li l-passiġġieri jingħataw tagħrif li jinftiehem u f'waqtu, li jkun jista' jinftiehem u li jkun aċċessibbli għal kulħadd;;

D.

billi għandu jkun hemm sistemi ta' ilmentar effettiv għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri jekk kemm-il darba s-servizz ma jingħatax kif għandu jkun jew xi jedd ieħor iggarantit lill-passiġġieri jinkiser, l-aktar billi l-passiġġieri diġà jkunu ħallsu l-prezz tal-biljett qabel ma jingħatalhom is-servizz;

E.

billi l-qafas legali li jipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri għandu jiggarantixxi standard minimu ta' protezzjoni għall-konsumatur li jiflaħ għall-prattiċi kummerċjali dejjem jevolvu tal-linji tal-ajru;

F.

billi l-iżvilupp tal-metodi ta' skrining tal-passiġġieri qed twassal għal użu aktar wiesa' ta' metodi bħal skaners tas-sigurtà u profili ta' imġieba, qed jitqajmu domandi ġodda rigward il-protezzjoni tal-passiġġieri li jikkonċernaw il-privatezza, in-nondiskriminazzjoni u s-saħħa pubblika;

G.

billi l-persuni b'mobilità mnaqqsa (aktar 'il quddiem imsejħin il-‘PMRs’) u nies b'diżabilitajiet għandhom ikunu mgħarrfin b'jeddijiethom qabel il-vjaġġ u f'formati aċċessibbli għal kulħadd; billi l-persunal ajruportiwali u tat-trasportatur tal-ajru għandu jkun debitament imħarreġ fl-għoti tal-assistenza lin-nies b'diżabilitajiet u lill-PMRs ħalli jgħinu jiżguraw aċċess mingħajr xkiel u ugwali għall-ivvjaġġar bl-ajru f'konformità mar-rekwiżiti tad-disinn għad-disinn kollu/disinn universali;

Qafas ġenerali

1.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tanalizza u tirrevedi r-regoli eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru bl-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni tal-passiġġieri speċjalment f'każ ta' dewmien twil jew kanċellazzjoni; jemmen li l-applikazzjoni xierqa tar-regoli eżistenti min-naħa tal-Istati Membri u tat-trasportaturi tal-ajru, l-infurzar ta' mezzi suffiċjenti u sempliċi ta' rimedju u l-għoti lill-passiġġieri ta' informazzjoni preċiża dwar id-drittijiet tagħhom għandhom ikunu s-sisien biex bihom tintrebaħ lura l-fiduċja tal-passiġġieri;

2.

Jiddispjaċih li l-korpi ta' infurzar mwaqqfin mill-Istati Membri (imsejħin aktar 'l isfel ‘KE’) mhux dejjem jiżguraw protezzjoni effikaċi ta' jeddijiet il-passiġġieri, għad-detriment tal-passiġġieri tal-ajru; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jfasslu metodi ta' ħidma għall-KE, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament tal-ilmenti u s-sanzjonijiet, li jippermettu l-infurzar ta' jeddijiet il-passiġġieri mill-punto di vista taċ-ċertezza ġuridika;

3.

Jisħaq li l-passiġġieri tal-ajru ma għandhomx biss id-drittijiet iżda anki obbligi, li r-rispett tagħhom ikun jippermetti fir-rigward tagħhom u tal-passiġġieri l-oħrajn li kollox jimxi b'mod sikur u sew, kemm qabel, matul kif ukoll wara t-titjira;

4.

Jenfasizza li l-ġestjoni uniformi tal-ilmenti fl-Istati Membri hi meħtieġa biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-Regolamenti u tiżviluppa koperazzjoni aħjar bejn l-KE, inkluż permezz tal-iskambju tal-aqwa prattika u tagħrif, ħalli jkun hemm aktar koordinazzjoni mad-dejtabejżis tagħhom;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni tifformalizza netwerk Ewropew ta' KE billi toħloq mandat ċar u regoli interni ta' ħidma sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni u tiffaċilita l-proċess tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet relevanti komuni;

6.

Iqis li hemm ħtieġa għal definizzjoni aħjar tar-rwol tal-KE, li l-KE għandhom ikunu indipendenti mit-trasportatur tal-ajru jew l-ajruporti u mingħajr kunflitti ta' itneressi, li l-KE għandhom ikunu jistgħu jaġixxu fuq inizjattiva tagħhom stess,u li s-sanzjonijiet nazzjonali applikabbli għat-trasportatur tal-ajru f'każ ta' ksur tar-regoli tal-UE għandhom ikunu aktar effettivi; jenfasizza l-importanza ta' statistiċi sodi bħala l-każi għal valutazzjonijiet regolari bir-reqqa tal-impatt ta' jeddijiet il-passiġġieri fl-Ewropa, u għaldaqstant iqis li l-KE għandhom ikunu obbligati jippubblikaw kull sena d-dettalji tal-ilmenti li jirċievu, inklużi dawk it-termini inġusti, u dwar is-sanzjonijiet li jkunu ħarġu lit-trasportaturi tal-ajru, u li l-inji tal-ajru u/jew l-ajruporti għandhom ikunu meħtieġa li jiġbru d-data fuq in-numru u t-tul tad-dewmien, kemm għal passiġġieri kemm għall-bagalji tagħhom; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tanalizza u tippubblika din l-istatistika;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jidentifikaw u jegħlbu n-nuqqasijiet fil-korpi u l-proċeduri nazzjonali għall-ġestjoni tal-ilmenti u biex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru mal-miżuri mistennija tal-UE dwar mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim;

8.

Huwa tal-fehma li rapporti regolari tal-linji tal-ajru u l-operaturi lill-KE fuq informazzjoni relevanti dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti li għandha tiġi ppubblikata jżidu l-effiċjenza tal-KE u jistimulaw il-kompetizzjoni;

9.

Jisħaq dwar ir-rwol utli tal-Grupp Konsultattiv dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru, li l-istakeholder jista' jagħtuh it-tagħrif dwar ir-rieżami tar-Regolamenti, u jisħaq dwar l-importanza tal-Grupp fil-promozzjoni tad-diskussjonijiet u l-kooperazzjoni bejn il-KE, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-kumpaniji tal-ajru bl-iskop li jkunu żviluppi u mxerrdin l-aqwa prattiki fil-kamp tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-jeddijiet tal-passiġieri tal-ajru, inkluż li jiġu prefissi skadenzi raġonevoli u preċiżi għat-trattament tal-pretiżi tal-passiġġieri;

10.

Jisħaq li t-tagħrif komplet bid-dettalji ta' jeddijiet il-passiġġieri għandu jkun ikkomunikat kemm mit-trasportaturi tal-ajru kemm mill-operaturi turistiċi, fl-ilsien użat matul il-prenotazzjoni tal-biljett, matul l-istadji kjavi tal-vjaġġ, sa mill-punt li fih il-passiġġier ikun qed jikkunsidra jekk jixtrix il-biljett, f'format li jkun faċilment komprensibbli u aċċessibbli minn kulħadd; jirrakkomanda li dat-tagħrif ikun jinkludi d-dettalji tal-kuntatt affidabbli tad-dipartiment tar-relazzjonijiet mal-konsumatur tal-linja tal-ajru kkonċernata u tal-KE kompetenti tal-Istat Membru; jilqa' l-inizjattiva tal-kummissjoni li jsir sit ċentrali tal-internet dwar jeddijiet il-passiġġieri tal-ajru li jkun aċċessibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE u f'formati aċċessibbli għall-passiġġieri b'diżabilità u għall-PMM;

11.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-kampanja ta' informazzjoni mnedija fl-2010 biex tqajjem kuxjenza fost il-passiġġieri dwar jeddijiethom, u tinkoraġġixxi netwerks ta' konsumaturi f'koordinazzjoni mal-KE biex jikkontribwixxu wkoll;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna il-mezzi kollha ta' tagħrif li jiddelinea jeddijiet il-passiġġieri tal-ajru (ngħidu aħna, il-websajts relevanti tal-Kummissjoni, dokumenti, fuljetti) li jkunu jieħdu qies tal-aħħar deċizjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

13.

Jisħaq fuq il-fatt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżguraw il-preżenza ta' persunal ta' kuntatt jew servizz li jista' jipprovdi tali persunal f'kull ajruport li joperaw minnu li jkun jista' jieħu deċiżjonijiet immedjati f'każ ta' tħarbit, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-assistenza, rimborż, għoti ta' rotta ġdida u prenotazzjoni mill-ġdid, bagalji mitlufin jew li jitwasslu tard, u li jistgħu jirċievu l-ilmenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi li ssir obbligatorja li jiġi provdut punt ta' informazzjoni ċentrali, u b'mod speċifiku websajt, u numru tat-telefon low-cost u indirizz tal-posta elettronika għat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati, bl-għan li jiġi żgurat li l-konsumaturi huma infurmati kif xieraq;

14.

Huwa tal-fehma li l-operaturi kollha tal-ajru għandhom jagħtu assistenza fuq it-telefon effikaċi għall-passiġġieri kollha ladarba l-vjaġġ ikun ġie prenotat; din l-assistenza għandha tagħti informazzjoni u proposti alternattivi f'kaz ta' problemi u m'għandha fl-ebda kaz taqbez l-ispiza ta' komunikazzjoni lokali;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-miżuri li jipprovdu protezzjoni għall-passiġġieri li jaslu kif ukoll li jitilqu, biex tiżgura li l-passiġġieri jkunu kkumpensati kif xieraq fil-każ ta' telf jew dewmien twil inaċċettabbli tal-bagalji;

16.

Jissottolinja li anke l-passiġġieri konxji mid-drittijiet tagħhom jistgħu jkunu mxekkla milli jfittxu kumpens minħabba proċeduri impenjattivi ta' ilmenti; iqis li hemm bżonn li l-KE jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex iżommu preżenza viżibbli fl-akbar ajruporti tal-Unjoni, biex joffru informazzjoni bażika u servizzi ta' medjazzjoni;

17.

Jikkunsidra li t-trasportaturi tal-ajru kollha għandhom joffru lill-passiġġieri kollha l-possibiltà li jressqu lment bil-miktub b'effett immedjat, sempliċi, aċċessibli u mingħajr l-ebda ħlas addizzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi, fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, id-dritt għal kull passiġġier li jista' jagħmel klejm bil-miktub fl-istess ajruport jew fuq l-ajruplan b'kopja għat-t-trasportaturi tal-ajru u għall-KE, kif ukoll il-possibiltà li jagħmel ilment b'mezzi elettroniċi oħra; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi formolarju standard tradott fil-lingwi kollha tal-Unjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe problema lingwistika, u jiġu armonizzati l-proċeduri relalati mal-ilmenti;

18.

Huwa tal-fehma li sabiex il-jeddijiet tal-passiġġier jiġu osservati u jkunu jistgħu jressqu lmenti, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu f'kull mument jidentifikaw l-persunal tat-trasportatur tal-ajru, tat-titjira, tas-sigurtà kif ukoll tal-ajruport;

19.

Jisħaq li l-passiġġieri għandu jkollhom aċċess sħiħ għat-tagħrif dwar id-deja tagħhom tar-“Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri” (PNR) u li jkunu mgħarrfa bil-mod kif id-dejta tagħhom tal-PNR qed tintuża u ma' min qed tiġi kondiviża; iqis ukoll li, bl-iskop li jkun iggarantit jedd il-passiġġieri għall-privatezza, it-trasportatur tal-ajru jista' biss jitlob id-dejta PNR mill-passiġġieri meta dan ikun neċessarju u proporzjonali b'konnessjoni mal-prenotazzjoni tal-biljett, u jisħaq li l-passiġġieri ma għandux ikun imċaħħad lilhom il-jedd għat-trasport, għajr f'każ li jkun imċaħħad l-imbark fuq talba mill-awtorità kompetenti f'każijiet ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubbliku u jekk ikun spjegat lill-passiġġeri mill-awtorità kompetenti u kkonfermat bil-miktub;

20.

Jisħaq illi ġaladarba l-passiġġier ikun diġa telgħa u mbagħad jiġi mitlub jinzel minn fuq l-ajruplan minħabba l-PNR tiegħu, dan l-iżbark għandu jiġi ordnat l-awtoritajiet kompetenti, u mhux mill-membri tal-ekwipaġġ;

21.

Ifakkar lill-Istati Membri bl-obbligi tagħhom ta' sorveljanza tal-pożizzjoni finanzjarja tal-linji tal-ajru u l-possibilità tat-tneħħija tal-liċenzja tal-operatur jekk il-finanzi tagħhom ma jkunux biżżejjed; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali jottemperaw ruħhom ma' dawn l-obbligi u tiżgura li l-passiġġieri li jitħallew l-art ikunu rimpatrijati fil-każ ta' insolvenza, falliment, ċessazzjoni tal-operazzjoni jew tneħħija ta' liċenzja operattiva.

22.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-implementazzjoni u l-eżekuzzjoni effettivi tal-leġiżlazzjoni eżistenti fuq it-trasparenza tal-prezzijiet u l-prattiki kummerċjali inġusti sabiex tiżgura li l-prezz reklamat hu riflessi ġusta tal-prezz finali u li l-ispejjeż operazzjonali kollha mhux obbligatorji huma inklużi fit-tariffi u indikati/distribwiti bl-informazzjoni meħtieġa; jitlob il-linji tal-ajru, fir-rigward tad-diversi mezzi ta' pagamenti, u, b'mod speċjali, pagament b'karti ta' kreditu, biex iżommu as flus għall-ispiża vera tas-servizzi tagħhom, skont id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur;

23.

Jenfasizza l-proliferazzjoni mifruxa ta' termini kuntrattwali inġusti fil-kuntratti tat-trasport bl-ajru u żieda fil-każistika nazzjonali li tipprojbixxi ċerti termini regolarment użati mil-linji tal-ajru; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni billi tqiegħed f'lista sewda t-termini inġusti speċifiċi fis-settur tat-trasport bl-ajru; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri għall-protezzjoni tal-passiġġieri kontra termini oħra kuntrattwali inġusti implimentati mill-linji tal-ajru, bħal kwistjonijiet kuntrattwali relatati ma' bagalji li jintilfu, li damu ma wasslu jew ġew iddanneġġati, it-trasferibbiltà tal-biljetti tal-ajru, iċ-ċirkustanzi ta' force majeure, l-iskedar mill-ġdid unilaterali ta' titjiriet, u l-projbizzjoni li tintuża l-parti tal-biljett ta' ritorn li għadha valida, sakemm mhux abbażi ta' kriterji "no show" oġġettivi u limitati ħafna

24.

Jenfasizza li d-diskriminazzjoni fil-prezzijiet kontra l-passiġġieri fuq il-bażi tal-pajjiż tagħhom tar-residenza tagħhom għandha tkun investigata aktar bir-reqqa, u fejn tinstab, għandha tkun eliminata;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri li jkunu jippermettu lill-passiġġieri jikkoreġu dettalji żgħar tal-prenotazzjoni faċilment u mingħajr ħlas u li joħorġu minn prenotazzjoni onlajn fi żmien sagħtejn mill-prenotazzjoni inizjali;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mizuri li jippermettu l-armonizzazzjoni tal-prattika kummerċjali tal-bagalji tal-idejn sabiex iħarsu lill-passiġġieri kontra l-prattiki ta' restrizzjonijiet eċċessivi, u li jħalluhom itellgħu abbord kwantità raġonevoli ta' bagalji tal-idejn, inkluzi l-akkwisti fil-ħwienet tal-ajruporti;

27.

Jissottolinja l-jedd tal-passiġġieri li jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni preċiża u oġġettiva li tkun tiddettalja l-impatt ambjentali u l-effiċjenza enerġetika tal-vjaġġ tagħhom, li għandhom ikunu ċarament viżibbli kemm fuq il-websajts tal-trasportatur tal-ajru kemm fuq il-biljetti nfushom; jitlob lill-Kummissjoni u lill-trasportatur tal-ajru jappoġġjaw il-ħidma li għaddejja bħalissa f'din id-direzzjoni sakemm il-passi meħuda huma raġonevoli f'termini tal-ispejjeż involuti;

28.

Jissottolinja li l-passiġġieri kollha, inklużi t-tfal iżgħar minn sentejn, għandhom jinġarru b'mod sikur; jistieden lit-trasportaturi tal-ajru jiżguraw li l-passiġġieri bit-tfal ikunu jistgħu jimbarkaw faċilment bil-pushchairs b'rikonoxximent tal-fatt li t-tfal żgħar li jkunu qed jivvjaġġaw mal-adulti huma klassifikati bħala PMM; jistieden lit-trasportaturi tal-ajru joffru tariffi ridotti għat-tfal, inklużi dwar akbar minn sentejn, kif ġa hija l-prattika b'modi oħrajn ta' trasport; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi d-dritt tal-imbark bi preferenza lil dawk il-passiġġieri bit-tfal u li jkunu jistgħu iħallu s-sits ħdejn il-bieba tal-ajruplan u jeħduhom lura huma u nieżlin mill-ajruplan;

29.

Jemmen li hemm bżonn ta' reviżjoni tan-nuqqas ġenerali tmin-naħa tal-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri li jservu l-ajruporti li jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu siġġijiet għat-tfal, u b'hekk inaqqsu l-għażliet ta' trasport tal-ġenituri;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-kwestjonijiet ta' protezzjoni tal-passiġġieri relatati ma' metodi ġodda ta' skrining, bħal skaners tas-sigurtà, tiftix bl-idejn u profiling tal-passiġġieri; jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-passiġġieri u korpi ta' eżekuzzjoni eżistenti jistgħu jilagħbu rwol fl-għoti ta' rimedju għall-problemi li jistgħu jinqalgħu;

31.

Jitlob li tiġi żgurata konsistenza xierqa bejn il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u l-miżuri mistennija tal-UE rigward ir-rimedju kollettiv sabiex id-drittijiet tal-passiġġieri jiġu garantiti b'mod effiċjenti u jiġu indirizzati dawk il-kumpaniji li sistematikament jinjoraw dawn id-drittijiet;

32.

Jipproponi li jiddaħħal Premju Ewropew ta' kull sena għall-aktar linja tal-ajru favur il-konsumatur;

33.

Jissuġġerixxi li tista' titwettaq aktar riċerka biex tiġi eżaminata l-possibilità u l-fattibilità li jiġi stabbilit strument leġiżlattiv uniku li jkun jinkludi d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji kollha dwar id-drittijiet tal-konsumatur fl-avjazzjoni ċivili sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni u jiġu rrikonċiljati l-inkonsistenzi fl-oqsma differenti kollha tad-drittijiet tal-passiġġieri;

34.

Japprezza d-diversità ta' jeddijiet il-passiġġieri li tiddependi mill-mod ta' trasport, kemm jekk fuq l-ilma, fuq l-art u fl-ajru; madankollu, jemmen li hemm bżonn ta' approċċ olistiku biex jiġu integrati l-jeddijiet kollha tal-passiġġieri – fost l-oħrajn il-jedd għal kumpens, rimborż u informazzjoni – f'qafas leġiżlattiv komprensiv u kkonsolidat;

IIr-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet

35.

Jistieden lill-Kummissjoni, fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament, tadotta kjarifiki tan-nozzjoni ta' ‘ċirkostanzi straordinarji’ u d-definizzjoni ta' ‘kanċellazzjoni’ kull ukoll tar-regoli li jiggvernaw l-għoti ta' assistenza u l-jedd għar-rimedju u l-kumpens; kull reviżjoni bħal din għandha tieħu nota tal-livell ta' protezzjoni tal-passiġġieri mogħti mid-deċiżjonijiet tal-QEĠ kif ukoll l-interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti taċ-‘ċirkostanzi straordinarji’; iqis dawn il-miżuri bħala importanti, minħabba fl-ambitu ta' bħalissa għall-impunjazzjonijiet tar-regoli ta' kumpens, varjazzjoni fl-eżekuzzjoni nazzjonali u inċidenzi bħalma kienet il-kriżi tal-irmied vulkaniku tal-2010;

36.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex toħloq sistema uniformi, komprensiva u dettaljata tal-valutazzjoni tal-valur ta' evidenza fornita mil-linji tal-ajru juru li kien hemm ‘ċirkostanzi straordinarji’;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara li f'każ li titjira waħda f'rotazzjoni tittardja jew tiġi kkanċellata minħabba ċirkostanza straordinarja, il-linja tal-arju tkun tista' tirreferi wkoll għal dik iċ-ċirkostanza straordinarja b'konnessjoni mal-ewwel titjira sussegwenti fl-istess rotazzjoni;

38.

Jemmen li hemm ħtieġa qawwija għal regoli ċari dwar il-kontenut, l-aċċessibilità, il-ħin tal-għoti u r-reqqa tat-tagħrif mogħti lill-passiġġieri, li għandu jispeċifika r-raġuni għal kull dewmien jew kanċellament u durata mistennija tat-tħarbit u dak li jiġri meta jkun hemm prenotazzjonijiet żejda, kif ukoll l-opzjonijiet alternattivi ta' vjaġġar li jkunu disponibbli għall-passiġġieri;

39.

Jisħaq li l-verżjoni li jmiss tar-Regolament għandha wkoll tiddefinixxi l-korp li jkun responsabbli mill-għoti ta' tagħrif fi żmien raġonevoli lill-passiġġieri li jixtru vjaġġi b'kollox inkluż dwar kull alterazzjoni għas-servizz, billi l-kuntratt ikun bejn il-passiġġieri u operatur turistiku u mhux direttament ma' trasportatur tal-ajru;

40.

Jaċċentwa li t-tliet għażliet ta' tħarbit tal-vjaġġ, il-passiġġieri jistgħu jagħżlu bejn tliet possibiltajiet jiġifieri r-rifużjoni, l-għoti ta' rotta ġdida u l-prenotazzjoni mill-ġdid u li tali għażla hija jedd bażiku u għandha tkun offerta minnufih lill-passiġġieri kollha li jkunu baqgħu l-art;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja miżuri li jippermettu użu aħjar u aktar effiċjenti tal-modi alternattivi ta' trasport, b'mod partikolari fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji;

42.

Jemmen li l-passiġġieri li l-bagalji tagħhom intilfu jew damu ma waslu għandu jkunu infurmati immedjatament dwar jeddijiethom skont il-Konvenzjoni ta' Montreal u r-Regolament (KE) Nru 889/2002 u li hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva jew ta' sensibilizzazzjoni f'livell Ewropew ħalli tiżdied il-komprensjoni pubblika ta' jeddijiet il-passiġġieri u l-proċeduri ta' ilment relattivi għall-bagalji mitlufin jew li damu ma waslu; iqis li, jekk il-bagalji jdumu aktar minn sitt sigħat ma jaslu, għandu jkun offrut kumpens li jkun proporzjonat ma' ħtiġiet il-passiġier li jkun ħalli jingħatawlhom l-oġġetti li jkunu jeħtieġa waqt l-istennija għall-bagalji; jisħaq li l-kwalità u l-prestazzjoni globali tas-servizzi tal-ġestjoni tal-bagalji għandha tkun indirizzata fir-reviżjoni tad-Direttiva 96/67/KE dwar il-groundhandling;

43.

Iqis illi f'kaz ta' telf jew ta' dewmien ta' bagalja jew ta' ħsara fiha, il-kumpanniji tal-ajru għandhom l-ewwel jagħtu kumpens lill-passiġġieri li magħhom iffirmaw kuntratt, izda mbagħad, il-kumpanniji tal-ajru għandu jkollhom id-dritt ta' riżarċiment mill-ajruporti jew mill-fornituri tas-servizzi għad-danni li għalihom ma kinux neċessarjament responsabbli huma;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi terminu massimu ta' xahrejn għall-industrija u xahrejn għall-KE għall-ipproċessar tal-ilmenti tal-passiġġieri; li jikkunsidra li l-avviż ta' rċevuta tal-ilmenti għandu jkun mibgħut lill-passiġġieri fi żmien 48 siegħa; il-passiġġieri li jipprenotaw b'mezzi elettroniċi, bħall-internet, għandhom ukoll ikunu intitolati li jagħmlu kuntatt, bla ebda ħlas, mal-linja tal-ajru billi jużaw l-istess mezzi, bl-indirizz tal-linja mmarkat b'mod ċar, biex il-klijent ikun jista' jaqbad malajr u faċilment mal-persunal relevanti tal-linja tal-ajru biex isolvi xi problemi; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li għandha tiġi attivata linja tat-telefon u servizz fuq is-sit tal-internet li permezz tiegħu l-passiġġieri jista' jkollhom informazzjoni dwar l-istat tal-ilment proprju tagħhom;

45.

Fit-tiftix tar-responsabilità sħiħa fil-konfront tal-passiġġieri, huwa tal-fehma li għandhom ikunu esplorati u stabbiliti l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mtejbin bejn l-atturi differenti bħalma huma t-trasportaturi tal-ajru, l-ajruporti u l-fornituri ta' servizzi relattivi, l-aktar f'każijiet ta' ‘ċirkostanzi straordinarji’;

46.

Iħeġġeġ li l-ispejjeż finanzjarji addizzjonali sostnuti minn trasportaturi tal-ajru skont ir-Regolament ma jiġux mgħoddija lill-passiġġieri fil-forma ta' tariffi ogħla;

47.

Jinnota li d-deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja rigward id-dritt tal-passiġġieri għal kumpens fil-każ ta' dewmien jikkonfermaw il-ħtieġa ta' miżuri mmirati lejn trattament ekwu, filwaqt li jiġi żgurat kumpens xieraq fil-każ ta' dewmien twil irrispettivament mill-kawża ta' tali dewmien sabiex jitqiesu bis-sħiħ id-danni li jkun sofra l-passiġġier; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri f'dan is-sens, mingħajr ma jiġi kkanċellat id-dritt li passiġġier li jiġi ttrasferit għat-titjira disponibbli li jmiss;

48.

Iħeġġeġ l-għoti tal-istess trattament għal dewmien twil u għall-ikkanċellar tat- titjiriet joħloq inċentiv għall-kumpaniji tal-ajru li jikkanċellaw titjira li qiegħda tard, li f'ċertu każijiet forsi setgħat saret;

49.

Jemmen li, bla ħsara għall-obbligi tat-trasportaturi tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 u sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-passiġġieri u fl-istess ħin jiġu evitati l-abbużi, ir-Regolament għandu jiċċara d-dispożizzjonijiet, jekk u meta huwa permess li l-passiġġieri jgħinu lilhom infushom billi jixtru biex jitrejqu jew jipprenotaw il-ħotel jew titjiriet alternattivi u jitolbu lura spejjeż raġonevoli mit-trasportaturi bl-ajru; fl-istess ħin ir-Regolament għandu jinkludi mekkaniżmi li jipproteġu kontra abbuż mill-passiġġieri;

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni diżabbli u persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

50.

Jenfasizza li l-PMM u l-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa jew b'diżabilitajiet għandhom jibbenifikaw mill-istess opportunitajiet ta' vjaġġar bl-ajru u minn aċċess mhux ristrett għas-servizzi;

51.

Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata protezzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli tal-konsumaturi, b'mod partikolari l-PMM u l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa; jenfasizza li dawn il-gruppi vulnerabbli jeħtieġu garanziji addizzjonali meta jkunu qed jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lit-trasportaturi tal-ajru biex jinfurzaw dawn id-drittijiet;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw aċċess mingħajr xkiel għall-PMM u għan-nies b'diżabilitajiet għas-servizzi kollha tat-trasport bl-ajru; jissottolinja li, f'dan is-sens, il-jedd għall-użu ta' inġenji tal-mobilità kif ukoll l-akkumpannjament minn gwida rikonoxxuta jew kelb gwida għandhom ikunu ffaċilitati; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li tkun tkopri l-aċċessibilità fiżika għall-ajruplani u l-ajruporti, ħalli jkun żgurat li x-xkiel infrastrutturali u ta' disinn ma jipprevjenix lin-nies b'diżabilitajiet u l-PMM milli jgawdu minn opportunitajiet ugwali ta' vjaġġar;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, b'mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u l-persuni li jakkumpanjawhom;

54.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplementa pjan ta' azzjoni għall-UE kollha li jkun ikopri l-miżuri kollha li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tikkopera mal-KE u mal-organizzjonijiet rappreżentattivi relevanti ħalli ttejjeb l-implementazzjoni tar-Regolament;

55.

Jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li d-definizzjoni kurrenti tal-PMM ma għandhiex tkun ristretta;

56.

Jissottolinja li l-formati tat-tagħrif, il-proċess tal-prenotazzjoni u l-proċeduri għall-ilmenti, għandhom ikunu kompletament aċċessibbli, li l-PMM u n-nies b'diżabilitajiet għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw il-ħtiġiet tagħhom ta' assistenza fl-istess waqt li jipprenotaw il-biljetti tagħhom u li konferma tan-notifika tal-assistenza għandha tingħata lill-passiġġier; jisħaq fuq il-bżonn tar-rikonoxximent ta' trabi jew tfal żgħar bħala persuni b'mobilità mnaqqsa minħabba l-età.

57.

Jindika li, minkejja li s-sigurtà tat-titjiriet hija ta' interess pubbliku ewlieni, linja tal-ajru ma tistax iċċaħħad l-imbark lill-PMM jew lin-nies b'diżabilitajiet fuq il-bażi li ma jkunux akkumpanjati; jenfassiza li l-kumpanija ma tistax teżiġi li dejjem ikun hemm akkumpanjatur;

58.

Jissottolinja li t-taħriġ għall-persunal tat-titjiriet u tat-trasportaturi tal-ajru, tal-ajruporti u tal-KE għandu rwol kruċjali u għandu jkopri b'mod adegwat il-ħtiġiet differenti u individwali tal-PMM u tal-persuni b'diżabilitajiet, b'attenzjoni partikolari għat-trattament tat-tagħmir ta' assistenza; jisħaq li t-taħriġ għandu jkun provdut f'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilitajiet u l-PMM;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta li tiżgura li l-PMM u l-persuni b'diżabilitajiet jkollhom f'kull ħin il-jedd jużaw tagħmir tan-nifs approvat mil-lat ta' sikurezza fuq l-ajruplani, mingħajr ħlas; iqis li lista ta' tagħmir approvat għall-ossiġnu mediku għandha titħejja f'koperazzjoni mal-industrija u mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilitajiet u l-PMM filwaqt li jitqiesu kif dovut ir-rekwiżiti tas-sikurezza;

60.

Huwa tal-fehma li t-twaqqif ta' standards minimi għat-tagħmir ta' assistenza għall-PMR u l-użu tiegħu fl-ajruporti kollha tal-UE huwa meħtieġ ħalli jkun żgurat approċċ armonizzat għall-ground handling u l-għoti ta' servizz ta' kwalità għolja lill-passiġġieri PMR fl-Ewropa;

61.

Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu stabbiliti standards minimi għall-għoti ta' informazzjoni f'formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilitajiet fl-ajruporti kollha tal-UE, b'attenzjoni partikolari għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal teknoloġiji ġodda li issa huma disponibbli, bħal servizzi ta' lingwa tas-sinjali bbażati fuq vidjow u servizzi bbażati fuq test;

62.

Jitlob tmiem għall-prattiċi abbużivi u/jew diskriminatorji użati minn xi kumpaniji tal-ajru li jirrikjedu l-passiġġieri li huma PMM jiffirmaw, qabel ma jitilgħu abbord, dikjarazzjoni li teżenta l-kumpanija tal-ajru minn responsabilità għal kwalunkwe ħsara kkawżata lit-tagħmir ta' mobilità tagħhom;

63.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel sforz fil-perspettiva ta' modifika possibbli tal-Konvenzjoni ta' Montreal, biex tiżgura li t-tagħmir tal-mobilità tal-PMM għandu jkun ikkumpensat fis-sħiħ, u dan peress li tali tagħmir huwa importanti għall-integrità, id-dinjità u l-indipendenza tagħhom u għalhekk bl-ebda mod ma jista' jitqabbel mal-bagalji, u li l-passiġġieri għandu jkollhom il-jedd, kulfejn ikun possibbli, li jużaw is-siġġu tar-roti tagħhom sal-bieb tal-ajruplan, u li jingħatalhom lura mal-bieb tal-ajruplan mal-wasla; sadanittant jisħaq li l-PMM għandhom ikunu infurmati bid-dritt tagħhom li jitolbu kumpens għal ħsara fit-tagħmir tal-mobilità tagħhom u bid-dritt tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni speċjali ta' interess skont il-Konvenzjoni ta' Montreal;

64.

Jisħaq li linja tal-ajru b'‘servizz sħiħ’ li tipprovdi ikel fit-titjira lill-passiġġieri ma tistax tiddiskrimina kontra passiġġieri li jeħtieġu ikliet speċjali minħabba kundizzjonijiet mediċi li diġà jeżistu (eż. intolleranza għall-glutina jew dijabete) u li dawn l-ikliet speċjali għandhom jingħataw mingħajr ebda ħlas żejjed mill-passiġġier fil-każi kollha ta' vjaġġar.

*

* *

65.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 125.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0453.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/9


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Sitwazzjoni fil-Bjelorussja

P7_TA(2012)0112

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP))

2013/C 257 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja, b'mod partikolari dawk tal-16 ta’ Frar 2012 (1), tal-15 ta’ Settembru 2011 (2), tat-12 ta’ Mejju 2011 (3), tal-10 ta’ Marzu 2011 (4), tal-20 ta’ Jannar 2011 (5), tal-10 ta’ Marzu 2010 (6) u tas-17 ta’ Diċembru 2009 (7),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 2012 dwar it-tisħiħ tal-miżuri restrittivi kontra r-reġim tal-Bjelorussja;

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012 li jesprimu t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/126/PESK tat-28 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (8),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-28 ta’ Frar 2012 tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar id-deċiżjoni tagħha u dil tal-Gvern Pollakk li jsejħu lura lill-Kap tad-Delegazzjoni għall-UE f’Minsk u lill-Ambaxxatur Pollakk għall-Bjelorussja rispettivament,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/36/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni Nru 1857(2012) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta' Jannar 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, li tikkundanna l-persekuzzjoni kontinwa ta' membri tal-oppożizzjoni u l-vessazzjonijiet fil-konfront ta' attivisti tas-soċjetà ċivili, midja indipendenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 17/24 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta' Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja, li kkundannat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem qabel, waqt u wara l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Bjelorussja, u tistieden lill-gvern Bjelorussu jtemm il-'persekuzzjoni' tal-mexxejja tal-oppożizzjoni,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant adottata fi Praga fis-7-9 ta' Mejju 2009 u d-Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja adottata fl-okkażjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f'Varsavja fit-30 ta' Settembru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Grupp Visegrad, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja fi Praga fil-5 ta’ Marzu 2012;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Pjattaforma Nazzjonali Bjelorussa tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant f’Minsk fit-2 ta' Marzu 2012;

wara li kkunsidra d-deċiżjoni meħuda fil-Kungress Annwali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ice Hockey f’Berna f'Mejju 2009 li l-Kampjonat tad-Dinja tal-IIHF tal-2014 isiru fil-Bjelorussja, minkejja l-persekuzzjoni tal-oppożituri politiċi ta' Alyaksandr Lukashenka u l-abbuż mifrux tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-Dikjarazzjoni ta' Praga tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant terġa' tafferma l-impenji, anki tal-Bjelorussja, favur il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-valuri fundamentali, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

B.

billi s-sitwazzjoni politika fil-Bjelorussja bdiet tmur serjament għall-agħar mill-elezzjonijiet presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, b'miżuri ripressivi meħuda kontra membri tal-oppożizzjoni demokratika, il-midja ħielsa, l-attivisti tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, minkejja diversi appelli mill-komunità internazzjonali sabiex dawn il-miżuri jieqfu immedjatament;

C.

billi Uladzislau Kavalyou u Dzmitry Kanavalau, li ngħataw il-piena tal-mewt f'Novembru 2011 mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Bjelorussja, inqatlu f'Marzu 2012; billi fil-Bjelorussja, taħt ir-reġim ta' Lukashenka, m'hemmx biżżejjed fiduċja fl-istat tad-dritt u fl-indipendenza tal-ġudikatura, u m'hemmx dubju li l-proċessi ġudizzjarji ma jikkonformawx mal-istandards internazzjonali rikonoxxuti; billi l-piena tal-mewt hija att ta' kastig, inuman, ineffettiv u irriversibbli;

D.

billi fit-28 ta' Frar 2012, filwaqt li enfasizzaw id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE ddeċidew li jżidu 21 uffiċjal mill-Bjelorussja, responsabbli mir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, mal-lista tal-persuni suġġetti għal iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-viża;

E.

billi l-kunflitt diplomatiku b'ambitu mingħajr preċedent bejn l-UE u l-Bjelorussja intensifika ruħu wara li l-awtoritajiet tal-Bjelorussja talbu li l-ambaxxatur tal-UE u l-ambaxxatur tal-Polonja jħallu l-pajjiż u rtiraw l-ambaxxaturi tagħhom minn Brussell u minn Varsavja b'reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2012;

F.

billi, f'dan il-kuntest, Aleksandr Lukashenka rrisponda b'attakk personali offensiv dwar il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, bla ebda kunsiderazzjoni għall-etikett diplomatiku;

G.

billi l-ambaxxaturi kollha tal-Istati Membri tal-UE f'Minsk issejħu lura fl-ibliet kapitali tagħhom għal konsultazzjonijiet, u l-Istati Membri kollha tal-UE sejħu lill-ambaxxaturi tal-Bjelorussja fil-ministeri tal-affarijiet barranin rispettivi tagħhom;

H.

billi impenn sod min-naħa tal-Istati Membri kollha tal-UE u ta' pajjiżi demokratiċi oħra biex jaġixxu b’mod unit fi żminijiet ta' bżonn jista' jħeġġeġ il-promozzjoni b'suċċess ta' valuri universali f'pajjiżi bħall-Bjelorussja, u jqarribhom lejn it-triq ta’ tranżizzjoni demokratika;

I.

billi kwalunkwe titjib tar-relazzjonijiet bilaterali mal-Unjoni Ewropea huwa kundizzjonat ukoll mill-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha kif ukoll mill-progress tal-Gvern tal-Bjelorussja lejn l-ilħuq tal-impenji tiegħu mal-OSKE u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi;

J.

billi numru kbir ta' rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika u ta' attivisti tas-soċjetà ċivili Bjelorussa, inklużi kandidati presidenzjali preċedenti, kif ukoll difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, għadhom il-ħabs għal raġunijiet politiċi;

K.

billi attivisti żgħażagħ u membri tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kienu taħt pressjoni kostanti jew esperjenzaw vessazzjonijiet f’diversi modi differenti, bħal Ivan Shyla, membru ta’ ‘Young Front’, li qatta’ 22 jum il-ħabs għall-kampanja ta’ solidarjetà ma’ Dzmitrij Dashkevich is-sena l-oħra;

L.

billi fl-24 ta' Frar 2012, l-imħallef distrettwali f'Vitsyebsk ta sentenza ta' sentejn u xahar f'istituzzjoni korrettiva b'sigurtà baxxa lill-attivist tal-oppożizzjoni Syarhey Kavalenka wara li dan kien akkużat bi ksur tar-regoli tal-"probation"; billi Kavalenka ġie arrestat fid-19 ta' Diċembru 2011, fl-anniversarju tal-elezzjoni presidenzjali problematika; billi issa ilu fuq strajk tal-ġuħ kontra s-sentenza inġusta kontrih għal 86 jum, u l-kundizzjoni ta’ saħħtu hija kritika;

M.

billi l-awtoritajiet Bjelorussi qegħdin jiksru l-Artikolu 30 tal-kostituzzjoni Bjelorussa u qed jirrestrinġu d-dritt tal-moviment liberu taċ-ċittadini; billi fl-1 ta' Marzu 2012, l-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Bjelorussja ħabbar li l-Bjelorussi li appoġġaw is-sanzjonijiet barranin il-ġodda kontra l-Bjelorussja jistgħu jitwaqqfu milli jivvjaġġaw barra mill-pajjiż; billi tliet mexxejja u attivisti tal-oppożizzjoni - Anatol Lyabedzka, Alyaksandr Dabravolski u Viktar Karnyayenka – u d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Valyantsin Stefanovich ma tħallewx jaqsmu l-fruntiera bejn il-Bjelorussja u l-Litwanja bejn is-7 u l-11 ta' Marzu 2012;

N.

billi l-Ministru tal-Ġustizzja tal-Bjelorussja ddeċieda fl-14 ta' Frar 2012 li jirrifjuta li jirreġistra tal-Partit Demokristjan tal-Bjelorussja (BCD) għar-raba’ darba, mingħajr raġunijiet legali għal dan; billi skont ir-rapporti, membri tal-BCD kienu għall-ewwel darba mhedda b’attakk fiżiċi jekk ma kinux se jirtiraw il-firem tagħhom bħala fundaturi tal-partit;

O.

billi eluf ta' persuni ħadu sehem f'dimostrazzjoni ta' paċi tal-Jum il-Ħelsien f'Minsk fil-25 ta' Marzu 2012 li tikkommemora l-94 sena mill-proklamazzjoni tar-Repubblika Nazzjonali tal-Bjelorussja tal-1918, u billi dan wera r-rieda tan-nies li jiddefendu b'kuraġġ il-pożizzjoni tagħhom bħala ċittadini tal-Bjelorussja u jesprimu l-aspirazzjonijiet Ewropej tagħhom;

P.

billi fl-Att dwar id-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Bjelorussja tal-2011, adottat b'mod unanimu mis-Senat tal-Istati Uniti u ppromulgat mill-President Barack Obama fit-3 ta' Jannar 2012, l-Istati Uniti stiednet lill-IIHF tissospendi l-pjan tagħha li torganizza l-kampjonat tal-2014 fil-Bjelorussja sakemm il-Gvern tal-Bjelorussja jeħles il-priġunieri politiċi kollha;

1.

Ikompli jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li qed tiddeterjora, flimkien man-nuqqas ta' riformi demokratiċi u ekonomiċi profondi fil-Bjelorussja, u se jkompli jopponi r-repressjoni tal-opponenti tar-reġim f'Minsk;

2.

Jiddeplora l-eżekuzzjoni ta' Uladzislau Kavalyou u Dzmitry Kanavalau minkejja protesti kontinwi domestiċi u internazzjonali u jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jirrilaxxaw l-iġsma taż-żewġ irġiel lill-familji tagħhom għad-dfin; jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jintroduċu minnufih moratorju fuq il-piena tal-mewt;

3.

Jikkundanna l-persekuzzjoni kontinwa tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tal-oppożizzjoni demokratika u l-vessazzjonijiet fil-konfront tal-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti fil-Bjelorussja għal raġunijiet politiċi;

4.

Jeżiġi l-ħelsien mingħajr kundizzjoni u immedjat tal-priġunieri politiċi kollha; itenni li ma jistax ikun hemm progress fid-djalogu UE-Bjelorussja mingħajr progress min-naħa tal-Bjelorussja f’termini ta’ demokrazija, drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u sakemm jinħelsu inkundizzjonatament il-priġunieri politiċi kollha, fosthom Ales Bialiatski, President taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem 'Viasna' u Viċi President tal-FIDH, żewġ ex-kandidati presidenzjali, Mikalai Statkevich u Andrei Sannikau, kapijiet tal-kampaniji presidenzjali tal-kandidati tal-oppożizzjoni demokratika Pavel Seviarynets u Dzmitry Bandarenka kif ukoll Syarhey Kavalenka, priġunier politiku detenut minħabba allegat ksur tal-arrest domiċiljari, li ilu fuq strajk tal-ġuħ imtawwal, li wassal għal deterjorament kritiku ta' saħħtu u qed jheddidlu ħajtu direttament, u d-drittijiet ċivili ta' dawn kollha jiġu riabilitati bis-sħiħ;

5.

Jenfasizza li d-deċiżjoni ta' rtirar tal-ambaxxaturi kollha tal-Istati Membri tal-UE mill-Bjelorussja turi li t-tentattivi tal-awtoritajiet Bjelorussi intiżi li jifirdu l-Unjoni Ewropea f'dawk li huma deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet ma rnexxewx;

6.

Jenfasizza li impenn sod min-naħa tal-Istati Membri kollha tal-UE u ta' pajjiżi demokratiċi oħra biex jaġixxu b’mod unit fi żminijiet ta' bżonn jista' jgħin il-promozzjoni ta' valuri universali f'pajjiżi bħall-Bjelorussja, u jqarribhom lejn it-triq ta’ tranżizzjoni demokratika;

7.

Jikkundanna r-retorika offensiva ta’ Aliaksandr Lukashenka fil-konfront tal-Minsitru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż;

8.

Jiddeplora l-lista ta' projbizzjoni ta' vjaġġar għall-esteru mfassla mill-Gvern tal-Bjelorussja li tipprojbixxi diversi opponenti u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem milli jitilqu mill-pajjiż; jesprimi s-simpatija tiegħu lejn il-persuni kollha inklużi f'din il-lista u jistieden lill-awtoritajiet ta' Minsk iwaqqfu tali prattiki li jiksru l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Bjelorussja;

9.

Jisħaq li r-reġim ta’ Minsk, minflok ma jagħżel awtoiżolament dejjem akbar għandu jagħmel l-għażla korretta għall-poplu tiegħu u jħaddan id-demokrazija;

10.

Jistieden lill-Federazzjonijiet Nazzjonali tal-Ice Hockey tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi demokratiċi l-oħra kollha jħeġġu lill-IIHF, anke waqt il-Kungress tagħha li jmiss li se jsir f'Mejju f'Ħelsinki, il-Finlandja, biex tiddiskuti mill-ġdid id-deċiżjoni li kienet ħadet u tikkunsidra l-possibilità li tippjana li torganizza f'pajjiż ieħor il-Kampjonat tad-Dinja tal-Ice Hockey tal-2014 flok fil-Bjelorussja sakemm il-priġunieri politiċi kollha, rikonoxxuti minn organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħala “priġunieri ta’ kuxjenza”, jiġu lliberati u sakemm ir-reġim juri sinjali ċari tal-impenn tiegħu li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt;

11.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2012 li jissaħħu l-miżuri restrittivi u li jiżdiedu 21 persuna responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja mal-lista ta' dawk suġġetti għal projbizzjoni tal-ivvjaġġar u għal iffriżar tal-assi;

12.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 2012 dwar it-tisħiħ tal-miżuri restrittivi kontra r-reġim tal-Bjelorussja permezz taż-żieda addizjonali ta' 12-il persuna, li jibbenefikaw mir-reġim tal-Bjelorussja u li jappoġawh kif ukoll persuni responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja, mal-lista ta' dawk milquta minn projbizzjoni ta' vjaġġar u ffriżar ta' assi kif ukoll l-iffriżar tal-assi ta' 29 entità li jappoġġaw lir-reġim;

13.

Jistieden lill-Kunsill jagħmel rendikont tal-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet diplomatiċi UE-Bjelorussja kif ukoll tad-deterjorament ulterjuri tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet bażiċi fil-pajjiż, u abbażi ta’ dan, jadotta deċiżjoni dwar miżuri restrittivi ulterjuri, inklużi xi sanzjonijiet ekonomiċi mmirati;

14.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja għandu jkollhom relazzjonijiet tal-viċinat tajbin, u li dawn għandhom ikunu appoġġati bis-saħħa permezz tal-impenn mill-qrib tal-UE mas-soċjetà ċivili u mal-oppożizzjoni demokratika Bjelorussi u l-appoġġ tagħha għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu tal-Bjelorussja;

15.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tappoġġja, b’mezzi finanzjarji u politiċi, l-isforzi tas-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja, il-midja indipendenti (inkluż TV Belsat, European Radio for Belarus, Radio Racja u oħrajn) u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi fil-Bjelorussja għall-promozzjoni tad-demokrazija;

16.

Jefasizza l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tal-lvant tagħha fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, inkluża d-dimensjoni parlamentari tagħha – l-Assemblea Parlamentari Euronest – bl-għan komuni li jingħata bidu għal proċess ġenwin ta’ demokratizzazzjoni fil-Bjelorussja;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa, lis-Segretarjat tal-Komunità tal-Istati Indipendenti u lill-Parlament u l-Gvern tal-Bjelorussja.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0063.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0392.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0244.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0099.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0022.

(6)  ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 37.

(7)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 16.

(8)  ĠU L 55, 29.2.2012, p. 19.

(9)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 31.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/13


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED)

P7_TA(2012)0113

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) (2011/2245(INI))

2013/C 257 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill minn Alexander Graf Lambsdorff, f’isem il-Grupp ALDE, dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (B7-0391/2011),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 8 u 21 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2) u b’mod partikolari l-paragrafu 10 tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant (3) u dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja fl-2009 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-sehem tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR) (7),

wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha bejn l-UE u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija inklużi fihom,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2009 dwar l-appoġġ għall-governanza demokratika: lejn titjib tal-qafas tal-UE,

wara li kkunsidra t-tliet settijiet ta' konklużjonijiet tal-Kunsill: dawk tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar ir-rapport tal-progress 2010 u lista ta’ pajjiżi pilota u dawk tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-25 ta' Mejju 2011 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni bit-titolu 'Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-nofsinhar tal-Mediterran' (COM(2011)0200),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat adottati fl-20 ta' Ġunju 2011, fit-3101 laqgħa tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin dwar id-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija adottati fl-1 ta’ Diċembru 2011, fit-3130 laqgħa tiegħu,

wara li kkunsidra l-istrumenti tematiċi u ġeografiċi finanzjarji tal-Kummissjoni rigward id-demokratizzazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem (bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), eċċ.),

wara li kkunsidra l-ittra ta’ appoġġ għall-istabbiliment tal-EED mibgħuta lill-President tal-PE Jerzy Buzek u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Catherine Ashton, bid-data tal-25 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 121(3) u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0061/2012),

A.

billi t-Trattati tal-Unjoni jħaddnu d-drittijiet universali tal-bniedem u d-demokrazija bħala valuri fundaturi tal-Unjoni u bħala prinċipji u objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

B.

billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jiddikjara li l-Unjoni għandha fl-azzjonijiet kollha tagħha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa;

C.

billi fl-Aġenda ta’ Azzjoni għall-Appoġġ tad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE, il-Kunsill afferma r-rieda tiegħu li jtejjeb il-koerenza u l-effikaċja tal-appoġġ tiegħu, iżda billi sar progress limitat f’dan is-sens;

D.

billi l-Parlament laqa' l-inizjattiva tal-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Demokratizzazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni;

E.

billi l-istabbiliment tal-EED kien appoġġat fl-ittra mibgħuta lill-President tal-PE Jerzy Buzek u lir-RGħ/VP Catherine Ashton minn bosta difensuri magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem inklużi r-rebbieħa tal-Premju Sakharov Aung San Suu Kyi u Alaksandr Milinkievic;

F.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom ma ttraduċewx f'azzjoni approċċ verament koerenti u strateġiku għall-kwistjonijiet ta' demokratizzazzjoni li jirrikonoxxi l-appoġġ għad-demokrazija bħala kwistjoni importanti fiha nfisha;

G.

billi n-nisa għandhom rwol ewlieni fil-proċessi ta’ demokratizzazzjoni u fis-suċċess ta' movimenti soċjali;

H.

billi l-avvenimenti tar-'Rebbiegħa Għarbija' wrew il-ħtieġa ta' impenn strateġiku urġenti min-naħa tal-UE ma' pajjiżi awtoritarji u ma' dawk li qed iħabirku għar-riformi demokratiċi, ibbażat fuq approċċ ġdid u differenti sabiex terġa' tkun stabbilita l-kredibilità u tingħata assistenza f’waqtha lill-proċess ta' tranżizzjoni għad-demokrazija; billi l-istabbiliment tad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija jista’ jkun wieħed mill-aktar risponsi tanġibbli mill-UE għall-isfidi tad-demokratizzazzjoni, fil-viċinat tagħna u lil hinn;

I.

billi l-avvenimenti reċenti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani wrew li n-nisa huma atturi determinanti għall-bidla demokratika u li d-drittijiet tan-nisa jinkisru ta' sikwit, bin-nisa jitqiegħdu f’riskju akbar ta’ faqar u ta’ marġinalizzazzjoni fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika ta’ pajjiżhom;

J.

billi l-irvelli fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani jenfasizzaw l-urġenza li tkun indirizzata l-instabilità u r-reġimi mhux demokratiċi fil-viċinat tal-UE bħala rilevanti għas-sigurtà u l-istabilità proprja tal-Ewropa;

K.

billi l-approċċ imsaħħaħ għall-appoġġ tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem żviluppa fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-Aġenda tal-UE għall-Bidla jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn kapaċità ikbar għal reazzjoni kemm rapida u kemm konsistenti għall-iżviluppi li jikkonċernaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

L.

billi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) jiffoka fuq miżuri urġenti fir-rigward tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu fil-periklu, inklużi ġurnalisti u figuri tal-oppożizzjoni, u fuq miżuri maħsuba għal perjodu ta' żmien itwal li jikkomplementaw l-istrumenti ġeografiċi eżistenti tal-UE;

M.

billi l-partiti politiċi, il-personalitajiet politiċi eminenti (bħad-dissidenti, il-figuri tal-oppożizzjoni, il-mexxejja ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ), il-movimenti soċjali, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-qasam kulturali u l-midja (eż: ġurnalisti, bloggers, attivisti tal-midja soċjali u artisti) b’aġenda ċara bl-għan tat-titjib tad-demokrazija għad għandhom rwol ċentrali f'kull demokrazija u proċess ta' demokratizzazzjoni; billi, minħabba nuqqas ta' riżorsi, mandat ristrett u proċeduri twal tal-EIDHR, l-appoġġ għal dawn l-atturi fil-passat kien limitat;

N.

billi l-Kunsill għall-Affarijiet Barranin appoġġa l-inizjattiva li tinħoloq Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED); billi l-ħidma miexja b’pass mgħaġġel lejn l-istabbiliment tagħha u hemm il-bżonn urġenti li jintlaħaq ftehim dwar l-aspetti operazzjonali;

1.

Jindirizza din ir-rakkomandazzjoni li ġejja lill-Kunsill, u jħeġġu biex:

(a)

jiżgura li l-EED tiġġenera approċċ tal-UE iktar strateġiku u politiku min-naħa tal-UE għall-appoġġ għad-demokrazija, billi tipprovdi għajnuna speċifika għall-kuntest, flessibbli, f'waqtha u minn isfel għal fuq bi programazzjoni rapida fejn din tkun meħtieġa biex tiffaċilita t-transizzjoni demokratika fil-pajjiżi sħab;

(b)

juri li, sabiex jinkisbu l-objettivi spjegati hawn fuq, il-ħolqien ta’ Fond ġdid hu aktar adegwat u aktar effikaċi minn rieżami tal-istrumenti eżistenti, u b'mod partikulari l-EIDHR;

(c)

jiċċara l-missjoni u l-valuri tal-EED sabiex ikun żgurat li jkun hemm kriterji ċari għall-għażla tal-benefiċjarji, b’mod partikolari rigward il-metodoloġija tal-proċess ta’ għażla;

(d)

jenfasizza l-koerenza u l-effettività tal-appoġġ tad-demokrazija tal-UE kif stipulat fl-Aġenda ta’ Azzjoni għall-Appoġġ tad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE u jagħti mandat u jorganizza l-EED f’dan l-ispirtu;

(e)

jitlob li l-EED tiggarantixxi l-prinċipju ta’ sjieda nazzjonali ta’ proċessi demokratiċi u li l-bini tad-demokrazija jitwettaq permezz tat-tisħiħ tal-bażijiet tas-soċjetà, sal-ogħla organi tal-gvern;

(f)

jiżgura li l-EED, waqt li tħeġġeġ 'demokrazija fonda u sostenibbli' f'pajjiżi f'fażi ta' qabel it-transizzjoni, ta’ transizzjoni u ta' wara t-transizzjoni, bl-attenzjoni ewlenija, għalkemm mhux esklużiva, tagħha ffukata fuq il-Viċinat Ewropew, tirċievi mandat iffukat, li jippermettilha tikkomplementa l-miżuri ta' appoġġ għad-demokrazija minn strumenti oħra u li jenfasizza l-valur miżjud tal-entità l-ġdida;

(g)

jikseb esperjenzi ta’ valur permezz ta’ attenzjoni inizjali (għalkemm mhux esklużiva) fuq il-Viċinat Ewropew;

(h)

jiggarantixxi li l-EED jkollha rwol sinerġetiku u komplementari għax-xogħol imwettaq mill-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi l-Parlament Ewropew, l-Istati Membri tal-UE, l-aġenziji tagħhom u l-fondazzjonijiet li jiffinanzjaw, waqt li taħdem mill-qrib magħhom, toħloq sħubiji u tevita d-duplikazzjoni; ifittex il-komplementarjetà u l-koordinazzjoni mill-qrib mal-Fondazzjoni Anna Lindh, partikolarment sabiex tkun promossa d-demokrazija fil-Mediterran;

(i)

jiżgura li l-EED tipprovdi valur miżjud billi tikkomplementa u ma tidduplikax ma jew tillimita l-attivitajiet ta' strumenti eżistenti ta' finanzjament, partikolarment l-EIDHR u l-Istrument għall-Istabbiltà (IfS); jinnota li l-EED tista' tniedi proġetti li iktar tard jistgħu jitkomplew mill-EIDHR jew mill-istrumenti ġeografiċi, u b'hekk jinħoloq kamp ta' azzjoni komuni ta’ programmazzjoni li jiżgura l-koerenza u s-sostenibbiltà fuq perjodu ta' żmien itwal;

(j)

jiddefinixxi metodoloġija preċiża sabiex ikun evitat kull irduppjar bejn l-istrumenti finanzjarji, ix-xibka kumplessa tal-istrutturi Komunitarji u parlamentari (OPPD, ECG, eċċ.) responsabbli mid-drittijiet tal-bniedem, u l-EED qabel ma jinbeda kwalunkwe xogħol fuq il-proġett;

(k)

jiżgura fil-livell ta' ppjanar strateġiku li l-EED tikkoopera mal-istrumenti u l-istrutturi l-oħra tal-UE impenjati fil-ħidma għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, speċjalment l-EIDHR, l-IfS, is-CSF u l-istrumenti ġeografiċi; jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u trasparenti u spejjeż amministrattivi u ta' transazzjonijiet baxxi; iżomm f'moħħu l-importanza tal-metodu Komunitarju, bil-Kummissjoni tiġi mistiedna teżamina malajr kemm jista' jkun kif l-istrumenti tal-UE fil-futur jistgħu jipprovdu mekkaniżmi ta' reazzjoni iktar rapidi u kif u meta jista' jitwaqqaf fond fiduċjarju tal-UE jekk il-bażi legali xierqa tiġi stabbilita fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid; jiżgura li jekk il-baġit tal-UE jikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-EED, dan ma jsirx a spejjeż tar-riżorsi diġà limitati tal-EIDHR;

(l)

iqiegħed lill-EED f'pożizzjoni li tkun tista' taġixxi fi tliet stadji: il-fażijiet ta' qabel, matul u wara transizzjoni, u li tniedi proġetti u soluzzjonijiet u ideat innovattivi fil-post li s'issa ma setgħux ikunu appoġġati mill-UE għal raġunijiet ta' limiti proċedurali jew mitigazzjoni tar-riskju; jimmudella l-EED, barra minn hekk, b'tali mod li tkun inqas avversa għar-riskju waqt li tirrispetta r-Regolament Finanzjarju tal-UE;

(m)

jitlob li tkun żgurata l-imparzjalità tal-Missjonijiet tal-UE għall-Osservazzjoni Elettorali, u għaldaqstant iqis li l-EED ma għandhiex tinkludi dawn il-missjonijiet fost l-attvitajiet għall-promozzjoni tad-demokrazija tagħha;

(n)

jindirizza, fl-istadji bikrija ta' finanzjament għall-pajjiż speċifiku, grupp wiesa' ta' benefiċjarji potenzjali, inklużi atturi politiċi favur id-demokrazija ewlenin (eż: atturi politiċi emerġenti, movimenti qrib iċ-ċittadini u NGOs mhux irreġistrati, u trejdjunjins), gruppi li jgħassu d-drittijiet taċ-ċittadini, informaturi, attivisti politiċi individwali, atturi ġodda fil-midja (bloggers u oħrajn), organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-minoranzi u think tanks, sabiex jippermetti l-EED tappoġġa firxa wiesgħa ta' atturi lokali li jkunu qed jaħdmu għar-riformi demokratiċi; jipprovdi appoġġ għall-atturi politiċi u movimenti msemmija hawn fuq b’mod pluralista;

(o)

jiżgura li l-EED tagħti attenzjoni speċjali lill-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess ta' riforma demokratika, billi jappoġġa l-organizzazzjonijiet u l-proġetti tan-nisa f'oqsma sensittivi għall-ġeneru bħall-ġlieda kontra l-vjolenza, il-ġenerazzjoni tal-impjieg, il-parteċipazzjoni politika, l-estensjoni tal-aċċess indaqs għall-ġustizzja u l-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet, u l-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tan-nisa jew it-tmiem tal-ksur eżistenti;

(p)

iqis essenzjali li l-EED tagħti appoġġ multipartitiku lil assoċjazzjonijiet f’pajjiżi fi transizzjoni, b'kunsiderazzjoni għar-rwol tagħhom bħala atturi ewlenin fid-demokrazija u sabiex ikunu jistgħu jgħinu fil-kisba ta' kunsens nazzjonali;

(q)

jagħti lill-EED is-setgħa li tagħti direttament lill-benefiċjarji l-għotjiet li jkunu intiżi għalihom, b'mod mhux diskriminatorju u b'konsultazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-UE fil-post, u, possibilment, permezz ta' fondazzjonijiet politiċi u NGOs b'rekord bil-provi ta' ħidma b'suċċess fil-qasam tal-appoġġ għad-demokrazija; partikolarment fil-bidu, jiżgura li l-għoti mill-ġdid ta' riżorsi jkun mekkaniżmu effettiv biex l-EED taħdem ma' sieħba fil-post li jkollhom l-għarfien u l-infrastruttura lokali meħtieġa u jgawdu l-fiduċja tan-nies lokali; jinnota li l-għoti mill-ġdid ta' riżorsi, sakemm ikunu jirrispetta l-pluralità politika fil-livell tal-UE u jopera permezz ta' benefiċjarji ewlenin, inaqqas kemm il-piż amministrattiv fuq l-EED u kemm ir-riskji potenzjali;

(r)

jiżgura li l-UE teżerċita influwenza politika proporzjonali għall-kontribut baġitarju tagħha; jistabbilixxi struttura ta' governanza sempliċi, trasparenti u politikament rappreżentattiva, li tipprovdi taħlita bbilanċjata u kosteffikaċi bejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-Parlament, u esperti indipendenti u prattikanti; isib bilanċ ċar bejn l-awtonomija u l-indipendenza tal-EED u r-responsabilità tagħha lejn min jiffinanzjaha, u jiżgura l-ogħla grad possibbli ta’ integrità finanzjarja fil-kontabilità, b’attenzjoni speċjali biex ikun żgurat li l-fondi ma jintilfux minħabba l-korruzzjoni u li l-ebda fondi ma jitħallsu lil kwalunkwe persuna jew entità bi kwalunkwe rabta ma’ organizzazzjonijiet kriminali jew terroristiċi;

(s)

jibni fl-EED mezzi xierqa għall-kooperazzjoni u koordinazzjoni strutturati mal-atturi bbażati fi Brussell u fil-kamp; jipprovdi għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kumitat Eżekuttiv u l-persunal tal-EED futuri u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u l-Kummissjoni u l-Parlament dwar l-istrateġiji, l-objettivi u l-inizjattivi tal-istrumenti rispettivi tal-UE, kif ukoll għal djalogu strutturat mad-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri fil-post;

(t)

jiżgura li l-EED jkollha rabtiet b'saħħithom mal-gruppi benefiċjarji u tikkonsulta magħhom regolarment, iżda mingħajr ma jkollha uffiċċji reġjonali, minflok għandha toqgħodt fuq organizzazzjonijiet lokali jew esperti u prattikanti indipendenti li jkunu ġew eżaminati bir-reqqa biex ikun żgurat li ma jkollhom l-ebda rabtiet ma' organizzazzjonijiet kriminali jew terroristiċi;

(u)

jibni l-EED bħala struttura amministrattivament ħafifa, flessibbli u effiċjenti, ibbażata fi Brussell, b'mekkaniżmi ta' għoti ta' finanzjament mingħajr komplikazzjonijiet; l-applikanti m'għandux ikollhom jgħaddu minn proċeduri twal u ineffiċjenti ta' talbiet għall-offerti; il-kofinanzjament mill-benefiċjarji m'għandux ikun prerekwiżit għall-finanzjament; l-għoti ta’ finanzjament għandu, madankollu, jiddependi fuq il-konformità ma’ kriterji stretti u ċari, u l-lista ta’ benefiċjarji għandha tkun pubblika sakemm ma tkunx ta' periklu għas-sigurtà tagħhom; salvagwardji xierqa għandhom ikunu implimentati sabiex ikunu evitati l-frodi u l-użu ħażin tal-fondi:

(v)

jiżgura li tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ adegwata biex tevalwa l-effettività tal-finanzjament mogħti;

(w)

iqis, madankollu, li għandha tingħata prijorità għat-twaqqif tal-EED bħala strument ta' finanzjament estern tal-UE fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, sabiex ikun żgurat li l-Parlament ikun jista' jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi u baġitarji tiegħu b'rabta tal-kontribut u l-attivitajiet ta' programmazzjoni tal-UE:

(x)

iggarantixxi li l-kontribut tal-UE għall-baġit tal-EED jingħata f'konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ prattiki finanzjarji tajba, u jkun amministrat minn persunal imħarreġ tajjeb fl-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju b'rabta mal-baġit tal-UE, u li l-Parlament ikun jisa jeżerċita kontroll leġiżlattiv u baġitarju sħiħ, inkluża l-possibilità ta' monitoraġġ u skrutinju mill-awtorità baġitarja fuq il-mod kif jintużaw dawn il-fondi;

(y)

jiggarantixxi li l-Parlament ikun jista' jeżerċita rwol ta' superviżjoni politika ġenerali fuq l-attivitajiet u l-programmazzjoni tal-EED u jiżgura li l-implimentazzjoni tal-miżuri li tieħu tkun immonitorjata u evalwata minn parti terza indipendenti, inter alia billi jiżgura li l-Parlament jinżamm infurmat permezz tar-rapporti annwali tal-EED; jippermetti lill-Parlament biżżejjed spazju biex jippermettilu jikkontribwixxi tul il-fażi ta' programmazzjoni, jistabbilixxi prijoritajiet u linji ta' azzjoni strateġika, jaqsam is-setgħa kreattiva u l-esperjenza transnazzjonali tiegħu miksuba mill-Istati Membri b'appoġġ għall-proċessi ta’ demokratizzazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Ewropa;

(z)

jiżgura li l-Parlament ikun involut u kkonsultat matul il-proċess kollu tal-attivazzjoni u l-implimentazzjoni tal-EED, inter alia, permezz ta' selezzjoni ta' numru ta' MPE politikament bilanċjati fuq il-Bord tal-Gvernaturi u l-Kumitat Eżekuttiv tagħha, jeżamina mill-ġdid il-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi u jiżgura li l-Istati Membri jkunu rrappreżentati permezz tal-Kunsill, u jżid il-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-bord ta' tmexxija ta' dan l-istrument, sabiex tkun garantita l-influwenza xierqa f'konformità mar-responsabilità tal-Parlament bħala wieħed mid-dirgħajn tal-awtorità baġitarja tal-UE; jippermetti lill-Parlament jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu għad-definizzjoni tal-linji gwida politiċi u strateġiċi, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija u l-allokazzjonijiet finanzjarji li se jkunu l-pedament tal-attivitajiet tad-dotazzjoni b'mod sinifikattiv u sistematiku;

(aa)

iżomm dejjem taħt eżami l-impatt u r-rendiment tal-EED u l-valur miżjud tagħha vis-à-vis l-istrumenti tal-UE u s-sostenibbilità tal-azzjonijiet iffinanzjati; jiġbed konklużjonijiet xierqa u, jekk ikun meħtieġ, jaġġusta l-qies, l-istruttura, il-mekkaniżmu ta' finanzjament u l-eżekuttiv tagħha konsegwentement; jiżgura li r-riżultati ta' evalwazzjonijiet bħal dawn jintbagħtu lill-Parlament;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0334.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0576.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0153.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0154.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0489.

(6)  ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.

(7)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/18


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Rapport dwar it-tkabbir għas-Serbja

P7_TA(2012)0114

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea tas-Serbja (2011/2886(RSP))

2013/C 257 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tas-Serbja, li l-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għalih fid-19 ta' Jannar 2011 u li qiegħed fl-istadju finali tar-ratifika mill-Istati Membri, u l-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2010,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/213/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/56/KE (1),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2010 li jistiednu lill-Kummissjoni tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tas-Serbja biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2011 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea (SEC(2011)1208) u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 bit-titolu '‘Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012’ (COM(2011)0666),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 (1999), l-Opinjoni Konsultattiva tal-QIĠ tat-22 ta’ Lulju 2010 dwar il-kwistjoni tal-konformità mal-liġi internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta’ indipendenza fir-rigward tal-Kosovo, u r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta’ Settembru 2010, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni u laqgħet il-prontezza tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn Belgrad u Pristina (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta mill-ħames Laqgħa Interparlamentari UE-Serbja tat-18-19 ta’ April 2011,

wara li kkunsidra l-ftehim ta' riammissjoni bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja tat-8 ta' Novembru 2007 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1244/2009 tat-30 ta' Novembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/361/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (5),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kap Prosekutur tal-ICTY imressaq fis-7 ta’ Diċembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza li ħarġu wara l-Kunsill Ewropew ta’ Thessaloniki tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 ttieħed impenn inekwivoku mal-Istati tal-Balkani tal-Punent kollha li dawn se jingħaqdu mal-Unjoni Ewropea ladarba jissodisfaw il-kriterji stabbiliti, u dan l-impenn reġa’ ttenna fil-kunsens imġedded dwar it-tkabbir approvat mill-Kunsill Ewropew fl-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll mil-laqgħa interministerjali UE-Balkani tal-Punent tat-2 ta’ Ġunju 2010;

B.

billi fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja għal sħubija, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Kunsill Ewropew għandu jagħti lis-Serbja l-istatus ta’ kandidat għal sħubija fl-UE;

C.

billi approċċi kostruttivi lejn il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi ġirien huma l-elementi prinċipali tal-Istabilizzazzjoni u l-Proċess ta’ Assoċjazzjoni;

D.

billi s-Serbja tinsab fil-qagħda li ssir protagonista importanti fil-garanzija tas-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun;

E.

billi l-kwistjonijiet bilaterali m’għandhomx jirrappreżentaw ostakolu jew jintużaw bħala tali fil-proċess ta’ adeżjoni iżda għandhom jiġu indirizzati fi spirtu kostruttiv, malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li jitqiesu l-interessi u l-valuri ġenerali tal-UE;

1.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2012 li tagħti lis-Serbja status ta' pajjiż kandidat; jilqa’ l-progress miksub mis-Serbja fil-proċess ta’ riforma u l-ftehim bejn Belgrad u Pristina dwar koperazzjoni reġjonali inklużiva li ntlaħaq fl-24 ta’ Frar 2012. jenfasizza l-importanza massima tal-kontinwazzjoni tad-djalogu Belgrad-Pristina u tal-implimentazzjoni in buona fede tal-ftehimiet li ntlaħqu;

2.

Huwa tal-opinjoni li sakemm tkun ittieħdet azzjoni b’mod sodisfaċenti dwar il-prijorità ewlenija deskritta mill-Kummissjoni fl-Opinjoni tagħha u jitkompla l-proċess ta' riforma, għandhom jinfetħu n-negozjati ta' adeżjoni mas-Serbja kemm jista' jkun malajr, u b'hekk jintwera l-impenn tal-UE għall-perspettiva tal-UE tal-pajjiż; Jilqa’ l-progress kbir li għamlet is-Serbja biex tisssodisfa l-kriterji ta’ Kopenħagen, kif rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew, u jfakkar li aktar progress fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew jiddependi mit-tkomplija tal-progress f’dan il-qasam, u partikolarment il-garanzija tad-demokrazija u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, iż-żamma tad-dritt tal-liġi, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni ugwali u impenjata tal-minoranzi fis-Serbja kollha skont l-istandards Ewropew, iż-żamma ta’ relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi ġirien u l-koperazzjoni reġjonali, inkluż ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kwistjonijiet bilaterali, kif ukoll it-titjib fil-funzjonament tal-ekonomija tas-suq; jistieden, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet Serbi biex ma jorganizzawx elezzjonijiet lokali fil-muniċipalitajiet fil-Kosovo tat-Tramuntana, għaliex dawn imorru kontra d-dritt internazzjonali u r-Riżoluzzjoni 1244 tal-UNSC; jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex jinkoraġġixxu l-integrazzjoni ta' dawn il-miniċipalitajiet fi ħdan Kosovo usa';

3.

Jilqa' l-progress fir-ratifika tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jistieden lill-Istati Membri tal-UE li fadal itemmu l-proċeduri ta' ratifika mingħajr dewmien;

4.

Jenfasizza l-importanza li, fis-6 ta' Mejju 2012, ikun hemm elezzjonijiet parlamentari u lokali ġusti u trasparenti; jenfasizza l-importanza li titkompla lista finali ta' votanti eliġibbli malajr kemm jista' jkun;

5.

Jilqa’ l-konsenja lill-awtoritajiet ġudizzjarji taż-żewġ fuġittivi li fadal mfittxija mill-ICTY, Ratko Mladić u Goran Hadžić, fejn permezz ta’ dan ġiet akkwistata koperazzjoni kompletament sodisfaċenti mal-ICTY; jenfasizza li l-qbid tagħhom mhux biss kien rekwiżit għall-progress ulterjuri tas-Serbja lejn l-UE, iżda fuq kollox kien pass sabiex issir ġustizzja mal-vittmi tal-kunflitti tad-disgħinijiet f'dik li kienet il-Jugoslavja u biex ssir rikonċiljazzjoni fir-reġjun; jitlob li jkun hemm koperazzjoni kontinwa, sħiħa u b’impenn mat-Tribunal, u li jkun hemm investigazzjoni u prosekuzzjoni bir-reqqa tal-persuni involuti fin-netwerks ta' appoġġ, li ppermettew lill-maħruba jinħbew għal żmien daqshekk twil, b'mod partikulari fis-servizzi militari u tas-sigurtà ċivili;

6.

Jinsab imħasseb serjament dwar l-iżviluppi fit-tramuntana tal-Kosovo fit-tieni parti tal-2011, u b'mod partikulari l-vjolenza li rriżultat mill-inċidenti ta' Lulju u l-attakki sussegwenti kontra l-forzi internazzjonali tal-KFOR; jikkundanna tali azzjonijiet, ifakkar lill-Gvern Serb dwar l-obbligu tiegħu li jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex jippreveni dawn l-azzjonijiet, jerġa’ jtenni li huma biss l-isforzi politiċi kontinwi u in bona fede u s-soluzzjonijiet innegozjati, pragmatiċi u sostenibbli fi ħdan il-qafas ta’ djalogu bejn Belgrad u Pristina b’medjazzjoni mill-UE, li jistgħu jeliminaw b’mod permanenti t-tensjonijiet fir-reġjun u jfakkar l-importanza vitali ta’ relazzjoni stabbli bejn il-maġġoranza u l-minoranza, fuq il-bażi tar-rispett reċiproku; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-ftehimiet milħuqa dwar il-libertà tal-moviment u l-parteċipazzjoni tal-Kosovo fl-organizzazzjonijiet reġjonali, u jitlob lill-Gvern Serb biex javvanza bl-implimentazzjoni sħiħa tagħhom, bla dewmien; jilqa' l-fluss regolari ta' prodotti li kien possibbli bl-aċċettazzjoni tat-timbri doganali, il-protokoll tekniku dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, il-bidu tal-kunsinna lill-EULEX tal-kotba tar-reġistru ċivili meħuda mill-Kosovo mill-awtoritajiet Serbi u l-bidu tal-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-moviment liberu fis-26 ta' Diċembru 2011, bħala l-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet; jilqa' d-dikjarazzjonijiet mill-President Tadić dwar il-ħtieġa li jiżżarmaw il-barrikati segwita mit-tneħħija parzjali tagħhom; jistieden lill-mexxejja politiċi jadottaw diskors kostruttiv biex ma jipperikolawx l-implimentazzjoni tal-ftehimiet milħuqa u n-negozjati li għadhom għaddejjin bejn is-Serbja u l-Kosovo; ifakkar li l-moviment liberu ta' persuni, prodotti, ideat, servizzi u kapital huwa valur fundamentali fl-UE u jistieden lill-awtoritajiet Serbi jinkoraġġixxu t-tneħħija permanenti tal-barrikati li fadal, li tippermetti l-aċċess ħieles għall-punti ta' qsim u l-mogħdija minnhom u tiffaċilita fl-istess ħin il-kooperazzjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt (EULEX) mas-Serbi tal-Kosovo sabiex il-EULEX u l-KFOR jkunu jistgħu jeżegwixxu bis-sħiħ il-mandati tagħhom; jilqa’ f’dan ir-rigward it-tneħħija taż-żewġ imblokki tat-toroq li fadal fin-naħa Serba tal-linja tal-fruntiera, kif ukoll l-investigazzjonijiet kriminali li qed isiru dwar dawk li wettqu l-inċidenti ta’ Lulju 2011;

7.

Jilqa' r-riaffermazzjoni tal-ħtieġa li jitkompla d-djalogu bejn Belgrad u Pristina sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' ħajja għall-persuni kemm fis-Serbja kif ukoll fil-Kosovo u jenfasizza l-importanza ta' dak il-proċess għal kooperazzjoni reġjonali usa', l-istabilità u d-dinamiżmu tal-proċess ta' adeżjoni; jitlob investigazzjoni kif suppost tal-każijiet ta’ vjolenza, speċjalment dawk li jinvolvu l-forzi internazzjonali tal-KFOR; ifakkar, madankollu, li ż-żarmar ta’ strutturi paralleli fil-Kosovo jkun il-punt fokali tal-koperazzjoni kollha;

8.

Jilqa' l-fatt li ċ-ċittadini Serbi kellhom l-opportunità jsiefru lejn iż-żona Schengen mingħajr viżi sa minn Diċembru 2009, kif sostnut bil-qawwa mill-Parlament; jappoġġa bis-sħiħ din l-estensjoni ta' reġim ħieles mill-viżi, madankollu jinsab imħasseb dwar iż-żieda fin-numru ta' persuni li jfittxu asil f'xi Stati Membri tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet jinforzaw l-isforzi tagħhom sabiex jispjegaw lis-soċjetà l-inammissibilità ta' tali rikjesti u jidentifikaw l-organizzaturi ta' 'vjaġġ ta' asil' u jħarrkuhom; jenfasizza, madankollu li kull miżura li għandha l-għan li tevita l-abbuż ta’ reġim ta’ vjaġġar ħieles mill-viża għandha tkun ibbażata fuq l-istat ta’ dritt u ma għandhiex tikser indebitament id-drittijiet fundamentali, pereżempju billi tiċħad b’mod arbitrarju d-dritt tal-individwi li jħallu pajjiżhom; jitlob lill-Istati Membri tal-UE jgħinu lis-Serbja fl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata b'konnessjoni ma' traffikar ta' persuni li jfittxu asil mhux ġustifikat; barra minn hekk jinnota li s-Serbja qed issir dejjem iżjed pajjiż li jilqa' persuni li jfittxu asil, u teħtieġ għalhekk ġestjoni aktar effiċjenti tar-rikjesti ta’ asil;

9.

Jinnota li numru kbir ta’ persuni Serbi li jfittxu asil fl-Unjoni Ewropea jagħmlu parti minn minoranzi etniċi; jitlob lill-awtoritajiet Serbi biex jittrattaw il-problemi tagħhom b’mod attiv, li huma aggravati mis-sitwazzjoni ekonomika attwali u r-rata għolja ta’ qgħad, billi jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà u jtejbu l-kondizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; huwa tal-fehma li tali azzjonijiet se jnaqqsu u eventwalment jeliminaw il-kawżi prinċipali tan-numru ogħli ta’ applikazzjonijiet għal asil; minbarra dan, jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiġġieldu l-gruppi kriminali organizzati li huma responsabbli mit-traffikar tal-persuni, f’koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-aġenziji għall-inforzar tal-liġi tal-UE;

10.

Ifakkar ukoll li r-rispett lejn il-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom huma elementi importanti tal-kriterji ta' adeżjoni mal-UE; jaqbel mal-Kummisjsoni Ewropea li jeħtieġ li titjieb l-implimentazzjoni min-naħa tas-Serbja tal-qafas legali u istituzzjonali għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali; jilqa’ għalhekk l-intenzjoni tal-Kummissjoni, kif espressa fid-Dikjarazzjoni tagħha dwar il-minuti tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2012, li tissorvelja mill-qrib l-isforzi tas-Serbja f'dan ir-rigward, u jistenna r-rapport tagħha bil-ħerqa;

11.

Jenfasizza l-importanza kbira tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata għall-istat tad-dritt fil-pajjiż; jilqa’ l-adozzjoni riċenti ta’ diversi liġijiet relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jinkoraġġixxi l-awtoritajiet Serbi jiffokaw fuq l-implimentazzjoni effettiva tagħhom; iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni u l-influwenza dejjem tiżdied tal-eżekuttiv fuq ix-xogħol tal-istituzzjonijiet indipendenti u l-midja; jinnota f’dan ir-rigward li l-pożizzjoni tas-Serbja fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ma marritx għall-aħjar matul dawn l-aħħar tliet snin; jenfasizza li mhux biss ir-rieda politika dikjaratorja iżda r-rieda politika ġenwina hija meħtieġa biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni; jinkoraġġixxi lill-gvern jibni t-tmexxija soda fuq il-proċessi ta’ kontra l-korruzzjoni; jilqa' ugwalment id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar in-nuqqas ta' kostituzzjonalità fl-okkupazzjoni ta' diversi funzjonijiet pubbliċi bħala pass lejn aktar trasparenza fis-settur pubbliku, li tnaqqas ir-riskju ta' kunflitti ta' interessi; jenfasizza madankollu li l-interessi interkonnessi ta' partiti politiċi u tas-settur privat isostnu l-korruzzjoni sistematika, problema komuni fir-reġjun li għadha mifruxa, u jitlob atti kredibbli ta' prosekuzzjoni ta' kawżi ta' livell għoli u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' protezzjoni adegwata għall-persuni li jirrappurtawha; jenfasizza bl-istess mod li l-korruzzjoni fis-settur tas-saħħa hi ta’ tħassib partikolari; iħeġġeġ lill-Gvern jagħti segwitu għas-sejbiet ta' livell għoli u korruzzjoni sistematika identifikati mill-Kunsill Kontra l-Korruzzjoni u l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni, kif ukoll sabiex jiżgura li dawn l-aġenziji jkollhom riżorsi finanzjarji u amministrattivi adegwati sabiex iwettqu l-ħidma tagħhom u jagħtu aktar appoġġ ta' livell għoli lill-istrateġija kontra l-korruzzjoni;

12.

Jinsab imħasseb mill-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Emendar tal-Liġi dwar l-Akkwist Pubbliku, li mhuwiex konformi mal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Akkwist Pubbliku tal-Gvern Serb stess; jistieden lill-Gvern Serb jippermetti konsultazzjoni pubblika adegwata dwar l-abbozz ta' liġi u li jġibu konformi mal-istrateġija tal-akkwist pubbliku uffiċjali tal-Gvern u mal-istandards internazzjonali; jenfasizza li l-bidliet fil-Liġi ma għandhomx idgħajfu l-korp li jissorvelja l-proċeduri ta' akkwist pubbliku peress li dan il-qasam ġie identifikat bħala wieħed mis-sorsi l-aktar importanti ta' korruzzjoni sistemika fil-pajjiż;

13.

Jiġbed l-attenzjoni għal ħafna irregolaritajiet irrappurtati, b'mod partikulari fl-oqsma tal-proċess ta' privatizzazzjoni u tal-akkwist pubbliku, u jitlob impenn aktar attiv min-naħa tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi sabiex jiżguraw l-investigazzjoni bir-reqqa tagħhom u li dawk li wettqu r-reat jingħataw f'idejn il-ġustizzja; jiġbed l-attenzjoni f'dan ir-rigward għall-importanza ewlenija li jiġi kkompilat rendikont dettaljat u komplet tal-proprjetà pubblika sabiex jiġi pprovdut ambjent ta' negozju sikur u prevedibbli, li tiġi żgurata l-kontinwità tar-restituzzjoni ta' proprjetà privata mingħajr ebda tip ta' diskriminazzjoni, speċjalment fuq bażi etnika, li jiġu evitati proċessi li jinvolvu l-likwidazzjoni u l-falliment ta’ kumpaniji privati minħabba l-applikazzjoni retroattiva ta’ taxxi, li dawn il-każijiet jiġu riveduti u li jitħalla jsir kumens ġust lil dawk milquta, u li jkun evitat l-esproprju illegali ta' assi pubbliċi minn interessi privati; jilqa’ l-fatt li l-Att dwar ir-Rijabilitazjoni li ġie adottat isolvi kwistjonijiet kontroversjali rigward il-ħtija kollettiva u li r-responsabilità individwali tiddomina f’din il-liġi; jistieden lill-gvern biex jiggarantixxi l-effiċjenza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fil-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Att dwar ir-Restituzzjoni u l-Att dwar ir-Riabilitazzjoni;

14.

Jilqa' l-adozzjoni tal-liġi dwar il-finanzjament ta' attivitajiet politiċi bħala pass fundamentali lejn it-trasparenza tas-sistema politika, u jitlob l-implimentazzjoni xierqa tagħha, b'mod partikolari għat-twaqqif ta’ sistema effikaċi ta' monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet u sanzjonijiet effikaċi;

15.

Ifakkar fl-importanza tax-xogħol tal-Parlament Serb, jilqa' l-passi li ttieħdu sabiex jissaħħu r-rwol leġiżlattiv tiegħu u s-superviżjoni tal-azzjonijiet tal-gvern u jitlob sforzi ulterjuri sabiex jissaħħu ulterjorment il-kapaċitajiet għat-twettiq effikaċi tal-kompiti tiegħu, partikularment fir-rigward ta' servizzi ta' sigurtà; għal dan il-għan, jilqa' d-deċiżjoni li jiġu riorganizzati s-servizzi tal-Parlament, bl-iskop li tittejjeb u tiżdied l-effiċjenza tax-xogħol tagħhom;

16.

Jinnota r-riforma tad-dipartiment tal-ġudikatura u l-prosekuzzjonijiet, kif ukoll ir-riorganizazzjoni tas-sistema bl-iskop li tittejjeb l-effiċjenza tagħha u jintemmu l-każijiet b’lura, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; jitlob lill-Gvern Serb, madankollu, biex iżid l-isforzi tiegħu biex tiġi żgurata l-indipendenza u l-professjonalità ta’ dawn iż-żewġ setturi, li għandhom isirulhom riformi profondi u wiesa’; jenfasizza li l-iżvilupp ta’ ġudikatura mhux politika u s-separazzjoni tas-setgħat huma elementi essenzjali fir-riforma tal-ġudikatura;

17.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u n-numru ta’ nuqqasijiet u defiċjenzi fil-proċedura ta’ rieżami ġudizzjarju u fil-proċedura tal-appell rigward l-imħallfin u l-prosekuturi li ma reġgħux inħatru, inklużi l-vjolazzjonijiet tal-proċeduri u l-istandards, u l-impatt li dawn id-defiċjenzi jista’ jkollhom fuq l-indipendenza tal-ġudikatura, s-separazzjoni tal-poteri u d-dritt tal-istat kif ukoll id-dritt għal trattament imparzjali għall-membri kollha tal-ġudikatura, inklużi dawk li tneħħew mill-kariga; jitlob lill-awtoritajiet jiżguraw li l-Kunsill Ġudizzjarju Għoli jaġixxi b’mod trasparenti, indipendenti u b’eżerċizzju sħiħ tal-poteri tiegħu, filwaqt li japplika kriterji konsistenti u sodi stipulati mil-liġi u mingħajr pressjonijiet esterni; jindika l-ħtieġa għal sistema regolari ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' imħallfin biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kwalità tal-ġudikatura wara l-finalizzazzjoni tar-rieżami;

18.

Jinsab imħasseb serjament dwar allegazzjonijiet ripetuti ta' użu ħażin tal-Artikolu 359 tal-Kodiċi Kriminali dwar l-abbuż mill-kariga li kien akkumpanjat minn allegat iffriżar mifrux u mhux ġustifikat ta’ assi tal-kumpaniji u dawk privati; jenfasizza li dawn l-allegazzjonjiet dgħajfu l-fiduċja fl-istat ta’ dritt fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet ikomplu rapidament b'reviżjoni tal-Kodiċi Kriminali sabiex jiżguraw il-konformità tiegħu mal-istandards Ewropej u jwaqqfu immedjatament l-akkużi tal-abbuż mill-kariga f’impriżi privati u impriżi b’maġġoranza ta’ sjieda privata u biex iwaqqfu l-proċeduri kriminali pendenti; jenfasizza li, jekk il-persuni ġew akkużati taħt l-Artikolu 359 u hemm suspett li l-perjodu li ġew detenuti jew l-assi tagħhom ġew ffriżati huwa sproporzjonat mal-allegat reat tagħhom, huma għandhom jiġu intitolati għal rieżami immedjat tal-proċeduri kontrihom u d-dritt li jieħdu lura l-proprjetà privata u għal kumpens ġust;

19.

Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jeżaminaw mill-ġdid immedjatament il-privatizzazzjoni u l-bejgħ kontroversjali ta’ 24 kumpanija, minħabba li l-Kummissjoni Ewropea esprimiet dubji serji fir-rigward tal-legalità tagħhom inklużi "Sartid", "Jugoremedija", "Mobtel" u "C market" u ATP Vojvodina, u biex jiddeklassifikaw immedjatament dokumenti klassifikati bħala Sigriet tal-Istat fir-rigward tal-privatizzazzjoni u l-bejgħ tagħhom, peress li dan imur kontra l-istandards Ewropej; jiġbed l-attenzjoni f'dan ir-rigward għall-importanza ewlenija li jiġi kkompilat rendikont dettaljat u komplet tal-proprjetà pubblika sabiex jiġi pprovdut ambjent ta' negozju sikur u prevedibbli, li tiġi żgurata r-restituzzjoni ta' proprjetà privata u biex ikun evitat l-akkwist illegali ta' assi pubbliċi minn interessi privati;

20.

Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet serji fil-funzjonament tal-programm ta' protezzjoni tax-xhieda fir-rigward ta' każijiet ta' delitti tal-gwerra li wasslu għall-ħruġ volontarju mill-programm ta' numru ta' xhieda wara li ġew sistematikament intimidati; jistieden lill-Ministru għall-Intern u l-Uffiċċju tal-Prosekuturi tad-Delitti tal-Gwerra jimpenjaw ruħhom attivament fi sforzi sabiex jiżguraw is-sikurezza u l-benesseri tax-xhieda kollha li jipparteċipaw fil-programm ta' protezzjoni; jenfasizza li programm ta' protezzjoni tax-xhieda funzjonali huwa ta' importanza kbira għall-istat tad-dritt tal-pajjiż kif ukoll sabiex tintwera r-rieda politika li jiġu indirizzati b'mod effettiv il-każijiet ta' delitti ta' gwerra li tħallew f'idejn il-ġudikatura nazzjonali mill-ICTY;

21.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi sabiex jibdew u jiggarantixxu r-rijabilitazzjoni legali u l-kumpens finanzjarju ta' persuni persegwitati għal raġunijiet politiċi, etniċi jew reliġjużi fil-passat, inklużi dawk li sofrew b'konsegwenza tal-applikazzjoni tal-ħtija kollettiva;

22.

Jitlob lill-awtoritajiet biex ikomplu l-isforzi tagħhom sabiex jeliminaw l-effetti tas-servizzi sigrieti Komunisti preċedenti, bħala pass għad-demokratizzazzjoni tas-Serbja; ifakkar l-importanza ta’ aktar riforma fis-settur tas-sigurtà, iż-żieda fil-monitoraġġ parlamentari u l-kontroll fuq is-servizzi tas-sigurtà, kif ukoll il-ftuħ tal-Arkivji Nazzjonali, u partikolarment tad-dokumenti tal-aġenzija tal-intelligence preċedenti, il-UDBA; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiffaċilitaw l-aċċess ta’ dawk l-arkivji li jikkonċernaw l-ex repubbliki tal-Jugoslavja u jingħataw lura lill-gvernijiet rispettivi jekk jirrikjeduhom;

23.

Jilqa' l-progress fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika iżda jenfasizza li għad hemm il-ħtieġa ta' sforzi sabiex tiġi żgurata l-professjonalità sħiħa u l-indipendenza tagħha mill-influwenza politika permezz tal-applikazzjoni sħiħa ta' sistema ta' nomina u karrieri bbażata fuq il-mertu; jitlob aktar koordinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u għall-inklużjoni tal-Gvern lokali fil-qafas leġiżlattiv; jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas estrem ta’ rappreżentanza ta’ minoranzi nazzjonali fl-amministrazzjoni pubblika u fil-qrati, kif ukoll fil-kumpaniji tal-istat;

24.

Jilqa' l-emendi għal-liġijiet dwar l-elezzjonijiet, inklużi l-elezzjonijiet lokali u b'mod partikulari t-tneħħija ta' prattiki mhux demokratiċi ta' nomini ta' membri parlamentari minn partiti politiċi irrispettivament mill-ordni fuq il-lista tal-votazzjoni u ta' ittri ta' riżenja mingħajr data, sabiex ikun possibbli l-kontroll politiku fuq xogħolhom; jitlob l-adozzjoni tal-liġi dwar il-Kummissjoni Elettorali tal-Istat immedjatament wara l-elezzjonijiet sabiex tinħoloq entità indipendenti għall-kontroll tal-proċess tal-elezzjoni;

25.

Jilqa' r-rwol tal-korpi regolatorji indipendenti fit-titjib tal-effiċjenza u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż; ifaħħar b’mod partikolari x-xogħol imwettaq mill-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Informazzjoni ta' Importanza Pubblika u l-Protezzjoni tad-Data Personali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu lill-Istituzzjoni Statali tal-Awditjar, il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju għall-Akkwist Pubbliku u l-Kummissjoni għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Offerent b’kapaċitajiet finanzjarji u amministrattivi, kif ukoll uffiċċji biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom; jerġa’ jtenni li korpi regolatorji indipendenti huma essenzjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni sistematika u jipprovdu sorveljanza effikaċi tal-gvern;

26.

Ifakkar li midja b'saħħitha, professjonali u indipendenti u l-provvista tal-internet huma elementi indispensabbli ta' sistema demokratika; għal dan il-għan jilqa' l-adozzjoni tal-Iżvilupp tal-Istrateġija għas-Sistema ta' Informazzjoni Pubblika u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha u l-irtirar ippjanat tal-istat minn kull sjieda tal-midja; jilqa’ l-fatt li l-Istrateġija tirrispetta d-drittijiet kostituzzjonali fir-rigward ta’ midja b'lingwa ta' minoranza; jinsab imħasseb, madankollu, dwar it-tentattivi ta' kontroll u ndħil fis-settur tal-midja u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw l-indipendenza tagħha minn pressjonijiet politiċi u influwenzi oħra; jistieden lill-Gvern Serb biex jassigura l-libertà u l-indipendenza tal-midja skont l-istandards tal-UE; jinsab imħasseb li ġiet introdotta liġi kriminali li twaqqaf kummenti pubblikament fil-midja dwar proċedimenti ġudizzjarji u verdetti; jinsab imħasseb dwar theddid kontra ġurnalisti Serbi u jitlob l-investigazzjoni bir-reqqa tiegħu sabiex il-ġurnalisti jkollhom ambjent sikur fejn iwettqu xogħolhom b'mod effikaċi u mingħajr il-ħtieġa ta' awtoċensura; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu passi kontra l-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-midja u n-nuqqas ta' trasparenza fil-midja kif ukoll li jiġi żgurat aċċess ugwali għas-suq tar-reklamar, inkluż l-iżburżar tal-fondi pubbliċi li ntefqu fuq ir-reklamar u l-promozzjoni; jitlob lill-ġurnalisti jirrispettaw il-Kodiċi ta’ Etika; jinnota li l-livell ta’ aċċess għall-internet għadu baxx, jirrikonoxxi l-importanza tal-internet fil-libertà tal-midja u jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex isaħħu kemm jistgħu l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam;

27.

Jiddispjaċih mill-fatt li l-awtoritajiet tal-Istat effettivament imponew fil-pajjiż iż-żamma tal-informazzjoni fir-rigward tal-inċidenti ta' Lulju 2011 fit-tramuntana tal-Kosovo u rrappreżentaw ħażin ir-rwol tal-KFOR f'dawn l-avvenimenti; jenfasizza l-importanza ta' midja ħielsa u indipendenti għad-demokrazija u pubbliku infurmat tajjeb;

28.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-funzjonament tal-kunsilli ta’ minoranza nazzjonali eletti demokratikament, li jirrappreżentaw minoranzi nazzjonali fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, il-midja u l-użu uffiċjali tal-lingwa; jinnota madankollu l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-kompetenzi ta’ dawn il-korpi awtogovernattivi ta' minoranza u tal-ħtieġa ta’ sussidji baġitarji adegwati ggarantiti bil-Liġi dwar il-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali; jinnota bi tħassib l-ilmenti dwar l-irregolaritajiet fil-proċess ta’ tħejjija u r-rekwiżiti ġuridiċi għat-twaqqif tal-kunsilli, kif ukoll jinnota l-ilmenti dwar il-vjolazzjoni tal-kompetenzi garantiti tal-kunsilli nazzjonali minn xi ministeri u muniċipalitajiet lokali, u jistieden lill-awtoritajiet biex jirrisponduhom; jilqa’ dawk id-deċiżjonijiet tal-Qorti Amministrattiva Serba li sostnew il-każijiet mressqa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Minoranza Nazzjonali Ungeriża li rriżultaw mill-ksur tal-kompetenzi tal-Kunsill Nazzjonali mill-awtoritajiet lokali;

29.

Jesprimi sodisfazzjon dwar is-sitwazzjoni interetnika ġeneralment tajba u l-fatt li n-numru u l-intensità ta’ inċidenti abbażi ta’ etniċità naqsu fil-pajjiż, iżda jinkoraġġixxi aktar sforzi mis-Serbja fil-qasam tal-protezzjoni tal-minoranzi, billi timplimenta b’mod konsistenti l-leġiżlazzjoni li ġiet adottata; jinsab imħassseb dwar il-protesti minn Albaniżi etniċi kontra d-diskriminazzjoni u dwar is-sitwazzjoni ta' tensjoni f'Sandžak u jistieden lill-gvern jagħti prijorità politika akbar għat-titjib fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-minoranzi kollha, inkluż l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni fil-lingwa tagħhom stess, l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol u r-rappreżentazzjoni ġusta f'istituzzjonijiet; bl-istess mod, jitlob lill-Gvern jindirizza l-problema tad-disparitajiet reġjonali billi jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ Sandžak u tar-reġjun tax-Xlokk, inkluż il-wied ta’ Preševo, u biex jiżviluppa l-istrateġiji biex inaqqas ir-rati tal-qgħad f’dawn ir-reġjuni; jilqa’ l-ftehim li ntlaħaq f’Ottubru 2011 fil-muniċipalità ta’ Bujanovac, li jipprevedi passi li jintegraw Serbi etniċi fl-amministrazzjoni pubblika, u jitlob għall-implimentazzjoni rapida tagħha;

30.

Jinnota li sentejn wara l-elezzjonijiet għall-kunsilli ta' minoranza għadu ma twaqqafx kunsill nazzjonali Bosnjakk minħabba l-allegazzjoni ta’ nuqqasijiet proċedurali fil-proċess elettorali u jitlob il-formazzjoni rapida tiegħu b'konformità mar-regoli; jistieden lill-mexxejja politiċi u reliġjużi jieqfu milli jagħmlu dikjarazzjonijiet xewwiexa, li jirriskjaw li jżidu t-tensjonijiet; jistieden lill-Gvern Serb jibqa’ newtrali fir-rigward tat-tensjonijiet marbuta mal-komunità reliġjuża f’Sandžak u jieħu l-miżuri biex jiżgura relazzjonijiet tajba ma’ din il-komunità waqt li jiżgura d-dritt għal-libertà ta' reliġjon tagħha;

31.

Jenfasizza l-importanza taċ-ċensiment tal-popolazzjoni sabiex tinġabar informazzjoni tal-istatistika importanti għall-iżvilupp tas-Serbja, b'mod partikulari għar-reġjuni l-anqas żviluppati; jilqa' l-fatt li b'mod ġenerali l-operazzjonijiet ta' ċensiment fis-Serbja twettqu b'suċċess f'Ottubru 2011; jiddispjaċih ħafna dwar is-sejħiet għall-bojkott taċ-ċensiment minn politiċi ta' oriġini etnika Albaniża, li ġew eżegwiti minn membri ta' kummissjonijiet muniċipali għaċ-ċensiment u numru konsiderevoli ta' ċittadini fi Preševo u Bujanovac; jinnota li l-awtoritajiet għadhom ma ppreżentawx informazzjoni statistika dwar l-etniċità;

32.

Jitlob passi ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas leġiżlattiv dwar il-miżuri kontra d-diskriminazzjoni; jinsab imħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' rieda politika għall-promozzjoni attiva tal-politika ta' tolleranza u r-rispett għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem kif ukoll għall-iżgurar tas-sikurezza tal-parteċipanti tal-''Pride Parade'' tat-2 ta' Ottubru 2011, li ntweriet tul il-proċess ta' preparazzjoni tagħha, li wasslet għall-projbizzjoni tal-organizzazzjoni tagħha; jikkundanna bil-qawwa l-kummenti xewwiexa u diskriminatorji dwar is-suġġett minn xi politiċi u membri tal-kleru Ortodoss; ifakkar lill-Gvern li l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-assoċjazzjoni huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u valuri bażiċi tal-UE li jridu jiġu rrispettati minn kull pajjiż li jaspira li jsir Membru tal-UE; jilqa’ s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar din il-kwistjoni; jilqa' l-azzjoni pożittiva li ttieħdet mill-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Ugwaljanza għall-promozzjoni ta' dawn il-valuri fis-soċjetà Serba;

33.

Jitlob l-investigazzjoni tat-theddid mill-gruppi estremisti li ngħata bħala r-raġuni għall-projbizzjoni tal-parata; jenfasizza l-importanza tal-ewwel kundanni li qatt kien hemm għad-diskriminazzjoni kontra l-persuni omosesswali fis-Serbja, inkluża s-sentenza tal-Qorti Għolja ta' Belgrad kontra mexxej tal-lemin estrem għal sentejn priġunerija għat-tixwix għall-vjolenza waqt il-parata tal-'gay pride' tal-2010, iżda innota l-pass ġeneralment kajman tal-investigazzjoni tal-vjolenza marbuta mal-Pride Parade 2010, li s’issa rriżulta f’numru żgħir ta’ konvinzjonijiet akkumpanjati minn sentenzi ħfief; jilqa' madankollu l-passi li ttieħdu mill-prosekuzzjoni u l-qrati lejn il-projbizzjoni tal-funzjonament ta' organizzazzjonijiet estremisti; jitlob l-awtoritajiet tal-Istat u tal-belt biex jaħdmu b’mod diliġenti għall-formazzjoni ta’ atmosfera ta’ tolleranza, inkluż kampanji li jqajmu għarfien kontra l-omofobija, f’konformità mal-istandards Ewropej;

34.

Jilqa' l-progress fit-titjib tal-protezzjoni tat-tfal u l-istabbiliment ta' bażi legali soda u strateġiji sabiex jiżdied ir-rispett għad-drittijiet tat-tfal u għar-riforma tas-sistema tal-benesseri tat-tfal; madankollu jinsab imħasseb dwar il-pass kajman tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata, speċjalment dik rigward it-tfal b'diżabilitajiet, li ħafna minnhom jibqgħu effettivament esklużi mis-soċjetà, u l-iżvilupp tas-servizzi għall-ħarsien tat-tfal fuq livell lokali; jinsab partikularment imħasseb dwar iż-żieda fil-vjolenza fost iż-żgħażagħ; jitlob f'dan ir-rigward lill-awtoritajiet jaġixxu bil-qawwa fl-implimentazzjoni ta' miżuri preventivi u jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jeqirdu għalkollox il-vjolenza mill-iskejjel;

35.

Jilqa' l-emendi fil-liġi elettorali għaż-żieda fil-persentaġġ ta' nisa fil-leġiżlatura; jitlob lill-awtoritajiet jimplimentaw bla telf ta’ żmien politiki biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, inkluż id-diskriminazzjoni indiretta, li n-nisa għadhom jiffaċċjaw fis-suq tax-xogħol u f’setturi oħra tas-soċjetà, u biex jinkoraġġixxu aktar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja politika tal-pajjiż, inkluż f’karigi tal-Gvern; jinsab imħasseb li minkejja li kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll il-korpi implimentattivi huma stabbiliti fir-rigward ta’ miżuri kemm tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-implimentazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni eżistenti u t-tisħiħ ulterjuri tal-kapaċità amministrattiva jibqgħu sfidi ewlenin; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iħaffu l-isforzi tagħhom għal dan il-għan; jitlob aktar sforzi enerġetiċi għall-prevenzjoni u r-rappurtar tal-vjolenza domestika kif ukoll sabiex tiġi pprovduta għajnuna għall-vittmi tagħha; għal dan il-għan, jilqa' l-ftuħ tal-ewwel dar sikura fin-nofsinhar tas-Serbja;

36.

Jenfasizza s-sitwazzjoni diffiċli tal-komunità Rom, li qed tkompli ġġarrab diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol kif ukoll issib diffikultajiet fl-aċċess għal akkomodazzjoni, edukazzjoni u kura tas-saħħa adegwati; jilqa' numru ta' inizjattivi li ttieħdu mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati b'mod partikolari l-kwistjonijiet dwar il-qagħda tas-saħħa, l-aċċess għall-edukazzjoni u r-reġistrazzjoni tar-Rom; jitlob lir-rappreżentanti tal-komunità Rom biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv f’dan il-proċess; jitlob lill-Gvern Serb jimplimenta b’mod sħiħ l-Istrateġija Nazzjonali għat-Titjib tal-Istatus tar-Rom u l-pjan ta’ azzjoni relatat magħha biex itejjeb is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tar-Rom skont il-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom; jinsab imħasseb dwar ir-rati baxxi ta' tagħlim fl-iskola tat-tfal Rom, speċjalment fost il-bniet; jistieden lill-Gvern Serb jiżgura li r-Rom kollha jkunu pprovduti b'dokumenti ta' identità, li n-nuqqas tagħhom jostakolahom milli jgawdu minn drittijiet bażiċi ċivili; jenfasizza s-sitwazzjoni partikolarment diffiċjli tal-membri tal-komunità Rom fis-Serbja li ħarbu mill-Kosovo fil-bidu tal-gwerra; jikkundanna t-tkeċċijiet furzati tar-Rom, inkluż dawk ta' tfal u anzjani, mingħajr konsultazzjoni u notifika adegwati u mingħajr ma jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni alternattiva; jistieden lill-awtoritajiet iwaqqfu din il-prattika immedjatament;

37.

Jitlob lill-awtoritajiet Serbi jiżviluppaw qafas istituzzjonali u legali għall-organizzazzjonijiet tas-servizzi soċjali, jikoordinaw aħjar il-provvista tas-servizzi u tal-intitolamenti, billi jaġġustawha għall-bżonnijiet lokali u jinvolvu l-benefiċjarji effettivi u dawk potenzjali fit-tfassil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali; Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċità tal-muniċipalitajiet għal dan il-għan;

38.

Jenfasizza l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għat-titjib tar-relazzjonijiet interetniċi u t-trawwim tat-tolleranza, u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-awtoritajiet; jistieden lill-gvern u lill-parlament jiżviluppaw u jikkoordinaw l-implimentazzjoni ta' qafas konsistenti għall-konsultazzjoni adegwata tagħhom fl-iżvilupp tal-politiki soċjali; iħeġġeġ lill-Gvern jinvestiga bis-sħiħ l-inċidenti kollha kontra minoranzi etniċi; jinsab imħasseb dwar it-theddid kontra l-attivisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-midja, b'mod partikulari dawk li jaħdmu fl-oqsma tad-delitti tal-gwerra, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, id-drittijiet tal-leżbjani, l-omosesswali, il-bisesswali u t-transġeneru (LGBT) u r-relazzjonijiet mal-Kosovo, u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li dan it-theddid jiġi investigat u li dawk li wettqu r-reat jingħataw f'idejn il-ġustizzja, biex b'hekk jiġi fi tmiemu l-livell għoli ta' impunità eżistenti;

39.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva RECOM (Kummissjoni reġjonali għas-sejbien tal-verità u r-rakkont tal-verità dwar id-delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem f'dik li kienet il-Jogoslavja) bil-għan li jinġieb 'il quddiem il-proċess ta' rikonċiljazzjoni fil-Balkani tal-Punent;

40.

Jenfasizza li s-Serbja rratifikat il-konvenzjonijiet konvenzjonijiet ewlenin dwar id-drittijiet tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll il-Karta Soċjali Ewropea riveduta; jinnota l-fatt li d-drittijiet tax-xogħol u t-trejdjunjins għadhom limitati minkejja l-garanziji kostituzzjonali u jistieden lis-Serbja ssaħħaħ aktar dawn id-drittijiet; huwa mħasseb li d-djalogu soċjali għadu dgħajjef u li l-konsultazzjoni tas-sħab soċjali għadha irregolari; jitlob li jittieħdu aktar passi biex jissaħħaħ il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali biex jiġi assigurat li dan ikun jista’ jkollu rwol attiv fit-tisħiħ tad-djalogu soċjali u jkollu rwol konsultattiv aktar attiv fit-tfassil tal-liġijiet;

41.

Jistieden lis-Serbja u lill-Kummissjoni jiżguraw li r-riformi strutturali u l-liberalizzazzjoni mwettqa fil-qafas tal-progress lejn is-sħubija fl-UE ma jwasslux għad-deterjorazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tad-drittijiet tax-xogħol u tat-trejdunjins;

42.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-għajnuna tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) taħdem sew fis-Serbja; iħeġġeġ kemm lill-gvern kif ukoll lill-UE biex jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għall-finanzjament tal-IPA bil-għan li jagħmluh aktar aċċessibbli għal benefiċjarji iżgħar u mhux ċentralizzati; jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm livell adegwat ta’ appoġġ ta’ qabel l-adeżjoni fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas finanzjarju tal-UE;

43.

Jilqa' l-ħidma tal-Ombudsman u jistieden lill-awtoritajiet jagħtu appoġġ politiku sħiħ u jiżguraw segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu u jipprovdu s-servizzi tiegħu b'kapaċitajiet finanzjarji, amministrattivi u ta' uffiċċji adegwati sabiex iwettaq l-attivitajiet;

44.

Jilqa' l-inizjattiva tal-awtoritajiet tal-belt ta' Belgrad li jniedu kampanja dwar Belgrad bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2020 u jinkoraġġixxi proġetti relatati li jqarrbu lil Belgrad u lis-Serbja kulturalment lejn l-UE, b'mod partikulari fir-rigward tal-koeżistenza interetnika, il-komprensjoni multikulturali u d-djalogu interreliġjuż; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw il-kandidatura ta' Belgrad; jistieden f'dan ir-rigward lill-Parlament Serb sabiex jadotta u jimplimenta l-liġijiet speċjali meħtieġa għar-regolazzjoni tal-attività kulturali u jadotta Strateġija għall-Iżvilupp Kulturali sabiex jimplimenta aħjar il-liġi dwar il-kultura;

45.

Itenni l-importanza ta' koperazzjoni reġjonali inklużiva fil-Balkani tal-Punent u jilqa' l-parteċipazzjoni attiva tas-Serbja fl-inizjattivi reġjonali u laqgħat bilaterali li jippromwovu relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien, kif ukoll ir-rwol dejjem aktar attiv tagħha sabiex trawwem ir-rikonċiljazzjoni fir-reġjun; jilqa' ż-żjara uffiċjali tal-President Tadić ġewwa l-Bosnja-Ħerzegovina u l-appoġġ tiegħu għall-integrità territorjali u s-sovranità tal-pajjiż; jistieden lill-Gvern Serb jiżgura li r-relazzjonijiet diretti tiegħu mal-awtoritajiet tar-Repubblika Srpska jkunu konformi ma' dan l-appoġġ iddikjarat u ma jdgħajfux l-integrità, is-sovranità, il-kompetenzi u l-funzjonament effikaċi tal-istituzzjonijiet tal-istat tal-Bosnja-Ħerżegovina; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jappoġġaw ir-riformi fil-BiH immirati li jsaħħu u jagħmlu aktar effiċjenti l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, fid-dawl tar-riformi relatati mal-UE; jistieden liż-żewġ gvernijiet jorganizzaw sessjoni konġunta speċjali sabiex jiksbu koordinazzjoni aħjar f'riformi relatati mal-UE; jilqa' l-inizjattivi u l-kisbiet fir-rigward tat-titjib tar-relazzjonijiet politiċi bejn il-Kroazja u s-Serbja u mnedija mill-presidenti Josipović u Tadić; jerġa’ jtenni li tali relazzjonijiet bilaterali huma bażi tajba għar-risolviment tal-kwistjonijiet pendenti dwar il-fruntieri u jenfasizza li l-kawżi dwar il-ġenoċidju mressqa miż-żewġ pajjiżi kontra xulxin m’għandhomx jimpedixxu aktar progress f’dan ir-rigward; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi jaħdmu mill-qrib mal-pajjiżi ta' dik li kienet il-Jugoslavja u ma' pajjiżi ġirien oħra għar-riżoluzzjoni tal-problemi kollha li għad fadal tas-suċċessjoni legali; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transkonfinali mal-Istati Membri tal-UE ġirien, il-Bulgarija, l-Ungerija u r-Rumanija, inkluż fi ħdan il-qafas għall-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju;

46.

Jilqa' l-involviment attiv tas-Serbja sabiex iġġib 'il quddiem il-proċess ta' Sarajevo u l-iffirmar, fis-7 ta' Novembru 2011, mis-Serbja flimkien mal-Bosnja-Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Montenegro, ta' dikjarazzjoni Ministerjali dwar it-tmiem ta' spostamenti u s-sejbien ta' soluzzjonijiet dewwiema għar-refuġjati u persuni spostati; jistenna bil-ħerqa l-Konferenza tad-Donaturi Reġjonali li għandha sseħħ fl-24 ta’ April 2012 f’Sarajevo, fejn se jiġi ppreżentat il-Programm Reġjonali Konġunt tad-Djar li jkopri l-ħtiġijiet li fadal, u jispera li se tiġi żgurata għajnuna sostanzjali biex jinstabu djar għar-refuġjati u persuni spostati fil-pajjiżi kollha, waqt li tkun żgurata l-proporzjonalità għas-Serbja, li qed takkomoda waħda mill-akbar popolazzjonijiet ta’ persuni spostati fl-Ewropa;

47.

Jilqa' t-titjib fir-relazzjonijiet bejn il-Montenegro u s-Serbja; jitlob koordinament aktar strett bejn il-gvernijiet rispettivi fir-riformi relatati mal-UE u b'mod partikulari fl-isforzi sabiex jiġu indirizzati sfidi konġunti fir-rigward tal-istat tad-dritt, speċjalment il-miżuri kontra l-kriminalità organizzata; jinkoraġġixxi liż-żewġ gvernijiet jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex isibu soluzzjoni għall-kwistjonijiet li fadal dwar il-fruntieri;

48.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq bejn is-Serbja u l-Maċedonja dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini apparti l-ftehimiet diġà ffirmati mis-Serbja mal-Montenegro u l-Bosnja u Ħerżegovina, u jittama li tali ftehimiet, li jtejbu r-relazzjonijiet bilaterali u jsaħħu l-opportunitajiet għall-persuni kkonċernati, jistgħu jiġu estiżi għall-pajjiżi kollha fir-reġjun;

49.

Jenfasizza l-importanza tal-attivitajiet tal-Kumitat ta' rikonċiljazzjoni storika u jtenni li djalogu kontinwu jista' jwassal għal relazzjonijiet aħjar; madankollu jiddispjaċih li l-akbar parti tal-arkivji storiċi, speċjalment dawk tal-pulizija sigrieta preċedenti, UDBA, għadhom magħluqin; iħeġġeġ ulterjorment investigazzjoni sħiħa u bir-reqqa tal-massakri tal-1944-1945;

50.

Jistieden lill-awtoritajiet jippromwovu l-eżempju tal-provinċja relattivament għanja Vojvodina għar-reġjuni inqas żviluppati tas-Serbja; jistieden lill-awtoritajiet ikomplu rapidament bl-adozzjoni tal-liġi relatata rigward il-finanzjament tal-provinċja sentejn wara l-adozzjoni tal-Istatut ta' Vojvodina;

51.

Jirrakkomanda li l-fondi Ewropej għandhom isiru direttament aċċessibbli għall-kunsilli ta' minoranzi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tas-Serbja, fil-kuntest tal-appoġġ tal-UE għall-proċess ta' riforma tal-pajjiż;

52.

Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet iniedu passi ulterjuri u jiftħu lir-reġjuni mal-fruntieri għall-pajjiżi ġirien sabiex jiġu ffaċilitati r-rabtiet kummerċjali u ekonomiċi; jenfasizza l-importanza li jinfetaħ terminal għat-trakkijiet kummerċjali u prodotti fil-punt ta' qsim tal-fruntiera f'Ribarci-Oltomantsi għat-titjib tal-iżvilupp ekonomiku lokali;

53.

Jenfasizza l-importanza kbira ta' edukazzjoni ta' kwalità għolja għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ulterjuri tas-Serbja u sabiex jonqos il-qgħad għoli fil-pajjiż, partikularment fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-awtoritajiet jimpenjaw ruħhom b'mod attiv sabiex jippromwovu l-valur tal-edukazzjoni fost iż-żgħażagħ kif ukoll jinvestu aktar fl-edukazzjoni għolja; jenfasizza l-ħtieġa għal investiment pubbliku għar-reklutaġġ tal-gradwati universitarji bl-għan li jrendi s-settur pubbliku aktar effiċjenti u jipprevjeni aktar telf ta’ nies ta’ ħila (“brain drain”) li jimpedixxi b’mod serju l-iżvilupp tal-pajjiż fuq perjodu ta’ żmien twil;

54.

Jitlob aktar sforzi sabiex tiġi żgurata l-edukazzjoni ta’ kwalità bla restrizzjoni f'lingwi ta' minoranza fuq livell statali u dak provinċjali, li huwa neċessarju għall-preservazzjoni tal-identità etnika u kulturali, dritt li diġà huwa żgurat permezz ta' mezzi kostituzzjonali kif ukoll permezz tal-Liġi federali tal-2002 dwar il-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet ta' minoranzi nazzjonali, u skont il-linji gwida definiti fil-Konvenzjoni qafas għall-ħarsien tal-minoranzi nazzjonali, u b'mod partikulari sabiex jiġu pprovduti l-kotba u l-materjali edukattivi kollha neċessarji; għal dan il-għan, jilqa' l-ftuħ ta' fakultà universitarja bilingwi f'Bujanovac, li takkomoda kemm studenti ta' oriġini etnika Albaniża u Serba; jinkuraġġixxi s-Serbja biex tirreplika dan il-mudell għal politika lejn minoranzi oħra fejn ikun adegwat; Jinkoraġġixxi kemm minoranzi u l-maġġoranza tal-komunità Serba biex jitgħallmu l-lingwi ta’ xulxin fl-interessi ta’ ftehim aħjar; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi rrispettata d-diversità kulturali tal-minoranzi etniċi, billi tkun permessa l-proliferazzjoni mingħajr tfixkil ta' ċentri kulturali, midja elettronika u stampata u libreriji li jaqdu b'mod adegwat il-ħtiġijiet kulturali ta' dawn il-komunitajiet;

55.

Jistieden lill-Gvern Serb isolvi l-kwistjoni tal-akkreditament tal-Università Internazzjonali ta' Novi Pazar f'Sandžak u jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Kummissjoni għall-Akkreditazzjoni u l-Iżgurar tal-Kwalità;

56.

Jilqa' l-passi importanti li ttieħdu sabiex tiġi stabbilita ekonomija tas-suq li tiffunzjona, u l-attivitajiet tal-gvern li wasslu għal sitwazzjoni finanzjarja u makroekonomika mtejba tas-Serbja; jinnota d-deċiżjoni li jiġi ffriżat il-ftehim stand-by mal-FMI sakemm jiġi elett il-gvern ġdid; jenfasizza li s-Serbja teħtieġ li tkompli tagħmel riformi strutturali sabiex ittejjeb il-kapaċità produttiva tal-ekonomija u li l-pajjiż jeħtieġ li jnaqqas id-defiċit baġitarju; ifakkar li l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali għandha effett negattiv fuq is-soċjetà, b’mod partikolari fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli; jitlob lill-awtoritajiet jagħmlu kull sforz biex jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq dawn il-gruppi – il-faqar, il-qgħad, l-esklużjoni soċjali – u biex jindirizzaw il-kawżi prinċipali taħghom billi jiżviluppaw politiċi soċjali u ekonomiċi;

57.

Jenfasizza li stat tad-dritt ġenwin fil-pajjiż huwa meħtieġ sabiex jiġi attirat investiment barrani, jittejbu l-kundizzjonijiet għat-tranżizzjoni aktar mgħaġġla tal-ekonomija lejn suq ħieles u jinħoloq ambjent ta' negozju aħjar; għal dan il-għan ifakkar li l-eżistenza ta' monopolji xxekkel ferm din it-tranżizzjoni u jistieden lill-Gvern ikompli jieħu miżuri sabiex dawn jitneħħew; jenfasizza l-importanza li titneħħa l-burokrazija żejda u jissaħħu l-kompetizzjoni u r-rwol tas-settur privat;

58.

Ifaħħar l-isforzi tal-Gvern sabiex jiżviluppa settur tal-SME li jirnexxi permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti u t-twaqqif ta' korpi amministrattivi għall-appoġġ tal-SMEs; fl-istess waqt jitlob aktar sforzi sabiex tiġi ffaċilitata l-proliferazzjoni tal-SMEs permezz tat-tnaqqis fil-piż amministrattiv u r-riġidità tas-suq tax-xogħol u jiżdied l-aċċess għall-finanzi; iħeġġeġ lill-Gvern juża definizzjoni ta' SME li tkun konformi bis-sħiħ mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE;

59.

Jistieden lill-Gvern Serb jintroduċi l-miżuri neċessarji sabiex tiżdied il-kooperazzjoni mas-settur tal-SME fir-reġjuni ġirien; jenfasizza li dan huwa prerekwiżit essenzjali jekk l-ekonomija tas-Serbja trid tkun magħġuna b'mod li jrendi aktar fis-sistema kummerċjali tal-Komunità;

60.

Jilqa' l-progress tajjeb tas-Serbja fl-allinjament mal-acquis fil-qasam tal-ambjent; jitlob aktar sforzi sostnuti f'dan il-qasam, li jiffukaw fuq l-infurzar tal-leġiżlazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jintensifikaw l-isforzi tagħhom partikularment fir-rigward tal-kwalità tal-ilma u r-rimi tal-iskart; jinkoraġġixxi lis-Serbja tadotta miri tat-tibdil fil-klima konformi ma' dawk tal-Unjoni Ewropea;

61.

Jilqa' l-konklużjoni tal-ftehim UE-Serbja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tas-Serja fl-operazzjonijiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE u jfaħħar lill-pajjiż għall-prontezza tiegħu sabiex jipparteċipa f'żewġ operazzjonijiet PSDK tal-UE, jiġifieri EUTM u EU NAVFOR Somalja;

62.

Jitlob sforzi ulterjuri għall-iżvilupp ta' netwerk sostenibbli tat-trasport pubbliku fis-Serbja, b'mod partikulari titjib fis-sistema ferrovjarja u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (Kuritur VII) kif ukoll fl-infrastruttura tat-toroq, inkluża t-tlestija rapida ta' Kuritur X; jenfasizza l-importanza li jittejbu l-konnessjonijiet mal-pajjiżi ġirien sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità taċ-ċittadini;

63.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Serbja.


(1)  ĠU L 80, 19.3.2008, p. 46.

(2)  A/RES/64/298

(3)  ĠU L 334, 19.12.2007, p. 46.

(4)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1

(5)  ĠU L 163, 23.6.2011, p. 1.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/29


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Rapport dwar it-tkabbir għall-Kosovo

P7_TA(2012)0115

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-Proċess ta’ Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo (2011/2885(RSP))

2013/C 257 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-12 ta’ Ottubru 2011 bl-isem “Strateġija ta’ Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012” (COM(2011)0666) u r-Rapport ta’ Progress mehmuż tal-Kummissjoni dwar il-Kosovo fl-2011 (SEC(2011)1207),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2009, l-14 ta’ Diċembru 2010 u l-5 ta’ Diċembru 2011 li enfasizzat u kkonfermat mill-ġdid li l-Kosovo, bla ħsara għall-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar l-istatus tiegħu, għandu jibbenefika wkoll mill-perspettiva tal-liberalizzazzjoni eventwali tal-viża ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha, laqgħet l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi djalogu dwar il-viża lejn l-aħħar tas-sena u stiednet lill-Kummissjoni tipproċedi b’approċċ strutturat biex tressaq lin-nies tal-Kosovo eqreb lejn l-UE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (1) u partikolarment l-Anness I tiegħu li fih saret referenza għall-persuni residenti fil-Kosovo għal finijiet ta' ċarezza legali u ta' sigurtà,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2012 dwar it-Tkabbir u l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni;

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, emendata mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/445/PESK tad-9 ta’ Ġunju 2009 u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/322/PESK tat-8 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/123/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/478/PESK tal-28 ta' Lulju 2011 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo,

wara li kkunsidra l-Istqarrija mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi-President tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Kosovo, fis-27 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-istqarrijiet għall-istampa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar id-djalogu faċilitat tal-UE,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-laqgħat Interparlamentari bejn il-PE u l-Kosovo tat-28-29 ta’ Mejju 2008, is-6-7 ta’ April 2009, it-22-23 ta’ Ġunju 2010, u l-20 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea tal-Esperti għall-Elezzjonijiet fil-Kosovo fil-25 ta’ Jannar 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni ta’ Kunsens tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta’ Settembru 2010 (A/RES/64/298) imressqa b’mod konġunt mis-Serbja u s-27 Stat Membru tal-UE dwar id-djalogu bejn Belgrad u Priština, li tiddikjara li l-għan tagħha huwa “l-promozzjoni tal-kooperazzjoni, il-kisba ta’ progress fit-triq lejn l-Unjoni Ewropea u t-titjib fil-livell ta’ ħajja tal-popolazzjoni” u li tilqa’ r-rieda tal-UE biex tiffaċilita dan;

wara li kkunsidra r-rapport finali tas-26 ta’ Marzu 2007 tal-Mibgħut Speċjali tan-NU dwar l-istatus ġejjieni tal-Kosovo u dwar il-Proposta ta’ Status Komprensiv sabiex jiġi Riżolt l-Istatus tal-Kosovo, u l-aktar id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet Fundamentali tal-Komunitajiet u l-Membri tagħhom, il-Patrimonju Reliġjuż u Kulturali, u d-deċentralizzazzjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali tat-22 ta’ Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza mill-Istituzzjonijiet Proviżorji tal-Gvern Awtonomu tal-Kosovo,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Thessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 saret wegħda lill-Istati tal-Balkani tal-Punent kollha li dawn jissieħbu mal-Unjoni Ewropea, u billi din il-wegħda ġiet imtennija fil-Laqgħa ta’ Livell Għoli dwar il-Balkani tal-Punent f’Sarajevo fit-2 ta’ Ġunju 2010;

B.

billi l-Unjoni Ewropea minn dejjem iddefendiet is-sostenibilità ta' stati multietniċi u plurireliġjużi fil-Balkani tal-Punent, abbażi tal-valuri tad-demokrazija, tat-tolleranza u tal-multikulturaliżmu;

C.

billi l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien huma essenzjali fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun;

D.

billi l-Pjan ta’ Ahtisaari jibqa’ qafas tajjeb għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt dwar it-Tramuntana u ż-żamma tal-integrità territorjali u politika tal-Kosovo;

E.

billi d-dgħufija persistenti tal-istat tad-dritt iġġib dewmien sabiex id-demokrazija timmatura u tagħmel ħsara lill-ekonomija, billi timmina l-iżvilupp fit-tul;

F.

billi fost il-prijoritajiet ewlenin tal-missjoni EULEX hemm il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti tal-gwerra;

1.

Jinnota li d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo ġiet rikonoxxuta minn 88 pajjiż, inklużi 22 Stat Membru tal-UE; jilqa’ lill-ħames Stati Membri tal-UE jekk jagħmlu l-istess ħaġa; jilqa’ bl-istess mod il-parteċipazzjoni aktar attiva tagħhom fil-medjazzjoni bejn is-Serbja u l-Kosovo; itenni kemm huwa importanti għall-UE li timpenja ruħha fil-konfront tal-Kosovo, u jqis dan l-impenn kruċjali għall-preservazzjoni tal-istabilità u s-sigurtà fil-viċinat immedjat tal-UE; jiddispjaċih dwar il-pressjoni diplomatika min-naħa tas-Serbja biex xi pajjiżi ma jagħrfux lill-Kosovo; jiddispjaċih dwar il-pressjoni diplomatika min-naħa tas-Serbja biex xi pajjiżi ma jagħrfux lill-Kosovo;

2.

Jenfasizza l-perspettiva Ewropea tal-Kosovo, f’konformità mal-perspettiva Ewropea tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent kollu kemm hu, li huwa inċentiv b’saħħtu għar-riformi neċessarji; jissottolinja l-fatt li l-istrateġija tal-UE biex din il-perspettiva ssir tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Kosovo sa issa ma rnexxietx u li nkisbu ftit riżultati; jilqa’ l-ħatra ta’ rappreżentant Speċjali tal-UE/kap tal-Uffiċċju tal-UE li jkopri dawn iż-żewġ rwoli;

3.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tniedi studju ta' fattibilità għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Kosovo u l-UE, kif indikat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012, u b'mod partikolari t-tnedija uffiċjali ta' dan l-istudju mill-Kummissarju Füle fis-27 ta’ Marzu 2012 waqt l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kosovo għall-Integrazzjoni Ewropea u jispera li dan jistà jitlesta sa mhux iktar tard mill-Ħarifa 2012;

4.

Jissottolinja l-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar bejn il-missjonijiet tal-UE u l-missjonijiet internazzjonali l-oħra preżenti fil-Kosovo, sabiex jiġi evitat l-irduppjar ta’ attivitajiet u tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi;

5.

Itenni l-opinjoni tiegħu, kif espressa fir-Riżoluzzjonijiet tad-29 ta' Marzu 2007 (2), tal-5 ta' Frar 2009 (3) u tat-8 ta’ Lulju 2010 (4), li l-possibilità li l-Kosovo jinqasam f’diversi partijiet tiġi skartata;

6.

Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet serji waqt l-aħħar elezzjonijiet parlamentari fl-2010; jitlob investigazzjoni xierqa tal-frodi elettorali, anki billi jiġu esposti individwi politikament responsabbli għall-irregolaritajiet, u pieni mingħajr dewmien u adegwati għal dawk li kommettew ir-reati, inklużi uffiċjali elettorali lokali, sabiex tintemm il-kultura tal-impunità li timmina l-fiduċja tas-soċjetà fl-istituzzjonijiet tal-istat u l-leġittimità tagħhom; iħeġġeġ sabiex tingħata prijorità lir-riżoluzzjoni ta’ każijiet relatati mal-elezzjoni u, għal dan il-għan, jistieden lill-istituzzjonijiet tal-istat tal-Kosovo (il-Prosekutur tal-Istat, il-Qorti Suprema u l-Kunsill Ġudizzjarju tal-Kosovo) itejbu l-mod kif jikkoordinaw xogħolhom; jissottolinja l-fatt li qafas elettorali li jiffunzjona tajjeb huwa essenzjali biex l-istituzzjonijiet demokratiċi jaħdmu;

7.

Jistieden lill-partijiet kollha, sew jekk fil-gvern u sew fl-oppożizzjoni, iħaffu biex jipproċedu bir-riformi kostituzzjonali u elettorali mwiegħda, kif huma taw kelmithom lill-elettorat wara l-elezzjonijiet, sabiex jagħmlu s-sistema elettorali iktar trasparenti u jġibuha konformi ma’ standards internazzjonali, partikolarment dawk tal-Kunsill tal-Ewropa;

8.

Jieħu nota, f’dan ir-rigward, tal-intenzjoni tal-Gvern tal-Kosovo biex itemm il-proċess ta’ indipendenza b’monitoraġġ internazzjonali tul din is-sena bl-eliminazzjoni gradwali tal-Uffiċċju Ċivili Internazzjonali; jitlob lill-Assemblea tal-Kosovo biex fil-kostituzzjoni l-ġdida żżomm u ddaħħal il-prinċipji tal-Pjan Ahtisaari, li stabbilixxa l-bażi għall-indipendenza tal-Kosovo;

9.

Jinnota li l-istituzzjonijiet tal-Kosovo ttrattaw b’suċċess il-kriżi fil-bidu tal-2011 dwar il-presidenza; ifaħħar lill-Kosovo għall-ewwel Kap ta’ Stat mara tiegħu u jinnota li l-President Jahjaga hija wkoll l-iżgħar Kap ta’ Stat eletta b’mod demokratiku fl-Ewropa;

10.

Jilqa’ l-bidu tad-djalogu dwar il-viża, f’konformità ma’ impenji preċedenti rigward il-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent u mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-istatus tal-Kosovo, sabiex tiġi kkumbattuta l-iżolazzjoni dejjem tikber fost iċ-ċittadini tal-Kosovo, li għandha impatt negattiv primarjament fuq il-gruppi l-iktar vulnerabbli u fuq iż-żgħażagħ, u jistenna li l-Kummissjoni tressaq il-pjan direzzjonali dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża din ir-Rebbiegħa, bl-adozzjoni tal-istess approċċ tagħha għall-Pajjiżi Balkani l-oħrajn, pereżempju permezz tal-preparazzjoni ta’ pjan direzzjonali li jindirizza erba’ gruppi ta’ kwistjonijiet, fejn l-għan ewlieni jkun li tinkiseb il-liberalizzazjoni tal-viża fi tmiem il-proċess; jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2011, li fihom rriafferma li l-liberalizzazzjoni eventwali tal-viża tingħata lill-Kosovo ladarba l-kundizzjonijiet kollha jkunu ġew soddisfatti; jenfasizza l-fatt li kuntatti mtejba bejn il-popli huma inċentiv qawwi għad-demokratizzazzjoni u mutur għal aktar riformi fir-reġjun;

11.

Jenfasizza li r-ritorn tar-rifuġjati u tal-persuni spustati internament jibqa’ sfida għall-Kosovo; jilqa’ l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Kosovo f’dan il-qasam, u jinkuraġġixxi aktar sforzi fil-livell ċentrali u lokali biex tiġi żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tal-persuni li jirritornaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod speċjali l-ħtiġijiet tas-Serbi, ir-Roma, l-Ashkali u l-Eġizzjani li jirritornaw lura;

12.

Jissottolinja l-bżonn li jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi bejn il-ministeri relevanti kollha u, b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati internazzjonali, jiġu pprovduti aktar taħriġ, bini ta’ kapaċitajiet u assistenza teknika lill-awtoritajiet lokali u l-istrutturi ta’ koordinazzjoni; jenfasizza l-importanza li jiġu riżolti kwistjonijiet ta’ għoti lura ta’ proprjetà tal-persuni ritornati u li jiġi żgurat l-għoti lura ta’ drittijiet ta’ proprjetà taċ-ċittadini Serbi fil-Kosovo;

13.

Jissottolinja l-ħtieġa ta’ progress sostantiv fl-ilħuq ta’ ftehim bejn il-Kosovo u l-pajjiżi ġirien dwar il-kwistjoni tas-suċċessjoni legali u d-drittijiet tal-proprjetà;

14.

Jissottolinja l-importanza tad-djalogu ma’ Belgrad, li sar wara li ġie konkluż il-ftehim bejn is-Serbja u l-Kosovo fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2010 u ffaċilitat mill-UE, għal kooperazzjoni reġjonali u għall-perspettiva Ewropea għaż-żewġ pajjiżi; jilqa’ l-fatt li sa issa saru disa’ rounds li rriżultaw f’bosta ftehimiet preliminari, inkluż dak tat-2 ta’ Diċembru 2011 dwar ġestjoni integrata għall-punti ta’ qsim (IBM) fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż, bl-introduzzjoni ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ integrati konġunti singoli, u jitlob li ssir l-implimentazzjoni tiegħu bir-rieda t-tajba;

15.

Madankollu, huwa mħasseb dwar il-fatt li l-ftehimiet preċedenti, importanti biex itejbu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat bħal dawk li jikkonċernaw it-trasferiment tar-reġistri ċivili lill-awtoritajiet tal-Kosovo u t-timbri doganali, rispettivament, li ma kinux ġew implimentati bi sħiħ min-naħa Serba, minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-ftehim tal-aħħar li wassal għad-deċiżjoni f’Lulju 2011 mill-Gvern tal-Kosovo biex implimenta miżuri reċiproċi; jistieden lill-Gvern Serb juri rieda tajba biex jinkisbu l-għanijiet tad-djalogu; jilqa’ f'dan ir-rigward, il-ftehimiet bejn Belgrade u Pristina dwar IBM u dwar il-kooperazzjoni reġjonali inklużiva li ntlaħqu fl-24 ta’ Frar 2012, u enfasizza l-importanza kbira tal-implimentazzjoni b’bona fide tal-ftehimiet li ntlaħqu; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, dwar in-nuqqas ta’ qbil reċenti bejn il-partijiet, dwar l-użu tan-nota ta’ qiegħ il-paġna għad-delegazzjoni tal-Kosovo;

16.

Jenfasizza li ż-żewġ naħat huma mistennija jsegwu approċċ prammatiku, li jeħtieġ impenn, perseveranza u sens ta’ responsabilità biex jinstabu soluzzjonijiet; jittama li l-ftehimiet dwar it-temi kollha li fadal jintlaħqu malajr sabiex titwitta t-triq għal stabilità reġjonali ġenwina u relazjonijiet tajba bejn il-ġirien, u biex il-Kosovo jkun jista’ jidħol fi ftehimiet kuntrattwali mal-UE;

17.

Jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żgurat li l-parlamenti u s-soċjetajiet taż-żewġ stati jkunu infurmati adegwatament dwar ir-riżultati tad-djalogu, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-leġittimità tal-proċess; jinnota li l-UE għandu jkollha wkoll rwol f’komunikazzjoni bħal din, kif ukoll fit-tqarrib taż-żewġ partijiet u l-faċilitazzjoni tal-kuntatti bejn il-popli;

18.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea jinnegozjaw Ftehim ta’ Negozju mal-Kosovo malajr kemm jista’ jkun, peress li dan huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-pajjiż u biex il-ġlieda kontra l-qgħad tkun ta’ suċċess;

19.

Huwa mħasseb sewwa dwar is-sitwazzjoni instabbli u mimlija tensjoni fit-Tramuntana, u jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza inaċċettabbli fuq l-awtoritajiet tal-KFOR u tal-Kosovo fiż-żona, li wasslet għat-telf ta’ ħajja u korrimenti; jitlob li jsiru sforzi biex jerġa' lura l-istat tad-dritt f’din iż-żona bl-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-istrutturi kriminali li jużaw din iż-żona bħala refuġju sikur, mingħajr il-kontroll ta’ ebda awtorità; jitlob għat-tneħħija sħiħa u ta’ malajr tal-imblukkar fit-toroq u biex jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-persuni u l-merkanzija, inkluż l-aċċess għall-punti ta’ qsim għall-komunità internazzjonali u l-uffiċjali tad-dwana tal-Kosovo, u jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-President tas-Serbja f’dan ir-rigward; jistieden lill-Gvern Serb ixolji strutturi paralleli li joperaw fit-territorju tal-Kosovo;

20.

Jissottolinja li fatt li l-implimentazzjoni tal-pjan Ahtisaari fit-Tramuntana jagħti lis-Serbi tal-Kosovo awtonomija wiesgħa, li jiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom; itenni li huwa biss riżultat negozjat fid-djalogu li jġib soluzzjonijiet sostenibbli, u jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jagħmel kull sforz sabiex jiżviluppa u jimplimenta strateġija wiesgħa u effettiva għaċ-ċittadini fit-Tramuntana sabiex jiffaċilita dan; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tkompli tagħti l-appoġġ tagħha għall-Gvern tal-Kosovo biex tinstab soluzzjoni dejjiema u paċifika għas-sitwazzjoni fit-Tramuntana;

21.

Javża lill-awtoritajiet Serbi li l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fil-Kosovo tmur kontra l-liġi internazzjonali, b’referenza partikolari għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1244, u tipperikola l-istabbilità reġjonali u d-djalogu bilaterali għaddej bħalissa mal-Kosovo; jindika li għandu jsir ftehim mal-awtoritajiet tal-Kosovo bil-kooperazzjoni tal-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Interim tan-NU fil-Kosovo (UNMIK) u l-OSCE dwar il-modalitajiet għall-parteċipazzjoni potenzjali fl-elezzjonijiet ġenerali li ġejjin fis-Serbja ta’ Kosovari li għandhom ċittadinanza Serba li huma residenti fil-Kosovo;

22.

Jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Kosovo għandhom jieħdu passi addizzjonali biex jilħqu lill-minorità Serba, partikolarment fit-Tramuntana, sabiex din tiġi integrata kompletament fis-soċjetà tal-Kosovo; għal dan il-għan, jilqa’ ż-żieda fir-rappreżentanza tas-Serbi tal-Kosovo fl-amministrazzjoni lokali u nazzjonali, sabiex tiġi żgurata l-viżibilità tal-interessi tal-minoranza Serba, u tiżdied il-kapaċità tagħha biex tipparteċipa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jikkontribwixxi għall-unità tal-Kosovo;

23.

Jilqa’ l-impenn akbar tal-komunità Serba ’l isfel mix-xmara Ibar fil-qafas istituzzjonali tal-Kosovo, kif intwera permezz tal-parteċipazzjoni akbar fl-elezzjonijiet u fiċ-ċensiment; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-proċess ta’ deċentralizzazzjoni għal dan l-iskop u jitlob sforzi kontinwi biex dan ikun ta’ suċċess, u b’mod partikolari biex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn il-livelli kollha ta’ amministrazzjoni; jitlob żieda fil-kapaċità u l-baġits tal-amministrazzjoni lokali; jittama li dan il-mudell ta’ kooperazzjoni jkun jista’ jiġi estiż malajr għat-Tramuntana kif previst fil-pjan Ahtisaari, u jitlob biex proċess effettiv ta’ deċentralizzazzjoni jiġi implimentat fiż-żona biex jittaffew it-tensjonijiet etniċi u tiġi mħeġġa l-istabilità;

24.

Jissottlinja l-importanza tal-missjoni tal-istat tad-dritt EULEX, li tipprovdi xhieda tanġibbli tal-impenn tal-UE kollha u s-27 Stat Membru tiegħu biex jitjieb l-istat tad-dritt fil-Kosovo, u jitlob inizjattivi tal-Unjoni Ewropea biex issaħħaħ l-effiċjenza u l-aċċettazzjoni ta' din il-missjoni importanti fit-territorju tal-Kosovo kollu kemm hu; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jsaħħu il-kooperazzjoni tagħhom mal-EULEX u jiżguraw appoġġ għax-xogħol tal-EULEX fl-oqsma kollha tal-mandat tiegħu; jinnota l-attivitajiet EULEX fit-Tramuntana, u jistieden lill-missjoni żżid l-isforzi tagħha sabiex tissodisfa l-mandat tagħha fiż-żona; jinnota li l-mandat tal-missjoni, speċjalment rigward l-ippjanar, l-operazzjonijiet, il-ġestjoni u s-superviżjoni, attwalment qed jiġi rivedut bil-għan li jiġi adattat għas-sitwazzjoni fil-post li qiegħda tinbidel;

25.

Jirrikonoxi l-progress tajjeb li sar f’uħud mill-oqsma, bħall-pulizija u d-dwana, u huwa tal-fehma li l-attivitajiet ċentrali f’dawn l-oqsma, biex jiġu indirizzati l-korruzzjoni u l-kriminalità oprganizzata, kif ukoll id-delitti tal-gwerra, għandhom jissaħħu sabiex il-missjoni tkun tista’ tħalli riżultati aktar tanġibbli; huwa mħasseb, f'dan ir-rigward, dwar għadd kbir ta’ każijiet pendenti ġenerati bit-trasferiment mill-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Interim tan-NU fil-Kosovo ta’ numru kbir ta’ każi lill-EULEX; jenfasizza r-responsabilità tal-EULEX fir-rigward tal-poteri eżekuttivi tiegħu kif ukoll il-mandat tiegħu li jimmonitorja, jipprovdi konsulenza u pariri; jinkoraġġixxi, f’dan ir-rigward, lill-EULEX jieħu azzjonijiet konkreti biex imexxi ’l quddiem il-proċess tal-kawżi ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli; jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-kuntest, lejn l-importanza assoluta tal-ħidma tal-prosekuturi u l-imħallfin, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw li n-numri tagħhom ikunu suffiċjenti billi jissekondaw persunal adegwat u, jekk ikun hemm bżonn, jirrikorru għall-proċeduri kuntrattwali biex jimtela l-vojt;

26.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw arranġamenti loġistiċi adegwati biex persunal tal-EULEX jitħalla jaqdi l-mandat tal-missjoni anki f’sitwazzjonijiet ta' kriżi, bħal dik li qed isseħħ attwalment fil-punti ta’ aċċess tat-Tramuntana fir-reġjun ta’ Mitrovicë/Mitrovica; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li tiġi żgurata kontinwità fil-ħidma tal-missjoni; huwa mħasseb dwar it-tħabbira ta’ bosta Stati Membri tal-UE li jirtiraw il-kontinġenti rispettivi tal-Unitajiet Iffurmati tal-Pulizija, u jistieden l-Istati Membri kkonċernati jerġgħu jikkunsidraw id-deċiżjonijiet tagħhom fid-dawl tal-ħtiġijiet kontinwi fil-post;

27.

Jissottolinja l-ħtieġa ta’ ġestjoni interna effettiva, koordinazzjoni u kooperazzjoni fi ħdan il-EULEX; jenfasizza l-ħtieġa tat-trasparenza u r-responsabilità fix-xogħol tal-EULEX kif ukoll tal-wiri ta’ sensittività fil-kuntest politiku tal-attivitajiet tiegħu, sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tiegħu f’għajnejn iċ-ċittadini; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li tinżamm komunikazzjoni mill-qrib mal-Gvern u iċ-ċittadini u l-midja tal-Kosovo; jinkoraġġixxi lill-EULEX biex jikkomunika l-kisbiet tal-missjoni liċ-ċittadini Kosovari, biex jaħdem ħalli titkattar il-fiduċja fil-missjoni u jkun b'għajnejh miftuħin għall-aspettattivi taċ-ċittadini;

28.

Iqis li l-EULEX għandu jindirizza b’urġenza nuqqasijiet strutturali pereżempju r-responsabilità interna dgħajfa u s-sorveljanza esterna dgħajfa;

29.

Jilqa’ t-trasferiment gradwali tar-responsabilità, fir-rigward tal-protezzjoni ta’ siti kulturali u reliġjużi, lill-pulizija lokali, li juri l-funzjonament tal-awtoritajiet lokali;

30.

Jinkoraġġixxi lill-Assemblea tal-Kosovo biex issaħħaħ ir-rwol tagħha fil-proċessi demokratiċi u leġiżlattivi fil-Kosovo; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-funzjoni ta’ sorveljanza tal-attivitajiet tal-Gvern mill-Assemblea, partikolarment fil-kontroll tal-infiq fil-baġit; huwa mħasseb dwar iċ-ċarezza tar-regoli ta’ proċedura tal-Assemblea u r-rispett tagħha lejhom; jenfasizza li, sabiex tissodisfa l-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv, l-istituzzjoni jeħtieġ li topera f’konformità ma’ numru ta’ regoli ċari ta’ proċedura u b’kapaċitajiet adegwati; jilqa’ l-programm ta’ ġemellaġġ ippjanat, u jitlob aktar għajnuna għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operattivi, kif ukoll tal-għarfien espert fl-Assemblea;

31.

Hu tal-opinjoni li każijiet ta’ frodi (kif ġew enfasizzati dan l-aħħar fil-midja) – indipendentement jekk jiġrux b’rabta mal-parlament, il-gvern jew kwalunkwe istituzzjoni oħra – jeħtieġ li jiġu investigati sew u jekk ikun meħtieġ titneħħa l-immunità; jistieden lill-parlament u lill-istituzzjonijiet tal-Kosovo biex jitbiegħdu minn imġiba ta’ dan it-tip u biex jadottaw miżuri xierqa sabiex dawn is-sitwazzjonijiet isiru inkompatibbli mas-servizz pubbliku;

32.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-Kumitat tal-Integrazzjoni Ewropea u l-Ministeru tal-Integrazzjoni Ewropea, u jilqa’ r-relazzjonijiet aħjar bejn iż-żewġ istituzzjonijiet; madankollu, jitlob lill-Gvern tal-Kosovo jsaħħaħ il-korpi ulterjorment u jtejjeb il-kooperazzjoni tagħhom;

33.

Jilqa’ t-twaqqif tat-Task Force Investigattiva Speċjali EULEX dwar l-allegat trattament inuman ta’ persuni u t-traffikar illeċitu ta’ organi umani, kif intalab fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta’ Jannar 2011; jitlob li ssir investigazzjoni fil-fond dwar dawn l-avvenimenti; jistieden lill-atturi kollha kkonċernati, inklużi l-awtoritajiet tal-Kosovo u dawk Albaniżi, biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjonijiet, u lill-pajjiżi ġirien kollha biex jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-ħidma tat-Task force;

34.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ sforzi ulterjuri biex jiġu lokalizzati persuni li għebu fil-kunflitt tal-1998-1999 sal-lum, kif ukoll dawk li għebu wara; jissottolinja l-fatt li huwa dritt fundamentali tal-familji li jkun jafu x’sar mill-qraba tagħhom, u li din hi prekundizzjoni kruċjali għar-rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet u għal ġejjieni paċifiku fir-reġjun; jappoġġja bis-sħiħ, għalhekk, l-isforzi tal-grupp ta’ ħidma dwar persuni nieqsa, u dawk tal-EULEX għall-immodernizzar tal-mediċina forensika fil-Kosovo; jitlob aktar sforzi fil-ġestjoni ta’ każijiet marbuta mal-avvenimenti ta’ Marzu 2004, billi l-ġestjoni tal-każijiet kriminali f’dan il-kuntest għadha qed tiġi ostakolata min-nuqqas ta’ rieda u l-ineffiċjenza;

35.

Jenfasizza li l-korruzzjoni mifruxa kullimkien u sistemika għadha sfida ewlenija fil-pajjiż, kif inhi fil-kumplament tal-Balkani tal-Punent, u konsegwentement titnaqqar il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istat tad-dritt u jiġi effettwat l-aċċess tagħhom għas-servizzi pubbliċi; jilqa’ t-titjib fil-qafas leġiżlattiv li ġie mħabbar, u jitlob l-implimentazzjoni malajr u xierqa tiegħu, u biex isiru sforzi biex tiġi indirizzata din l-isfida b’mod aktar proattiv, partikolarment permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi u tal-ġudikatura f’dan ir-rigward, kif ukoll billi tiġi żgurata trasparenza fil-proċeduri għall-akkwisti pubbliċi u s-sejħiet għall-offerti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ proattiv u kooperazzjoni aħjar bejn l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni, il-pulizija u l-prosekuzzjoni; jenfasizza li l-klima eżistenti ta’ impunità, u n-nuqqas ta’ sanzjonijiet adegwati għall-korruzzjoni jippreżentaw waħda mill-ikbar problemi fil-Kosovo, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jiżviluppaw rekord ta’ prosekuzzjoni ta’ każijiet kontra l-korruzzjoni, inkluż fl-ogħla livelli tal-poter politiku u ekonomiku;

36.

Huwa tal-fehma li l-kwistjoni tal-istat tad-dritt fil-Kosovo għadha ta’ tħassib serju u teħtieġ attenzjoni immedjata; iħeġġeġ lill-awtoritajiet idaħħlu malajr ir-riformi meħtieġa biex javvanzaw il-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u li fl-aħħar mill-aħħar tkun ta’ benefiċċju għall-poplu;

37.

Huwa mħasseb serjament dwar ir-rwol tal-kriminalità organizzata tal-Kosovo f’diversi attivitajiet kriminali fir-reġjun, li jinvolvu drogi u traffikar ta’ persuni; jinnota li l-kapaċità tal-pulizija li tiġġieled il-kriminalità organizzata tibqa’ fi stadju bikri ta’ żvilupp, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jieħdu passi immedjati biex itejbu din il-kapaċità; jistieden bl-istess mod lill-awtoritajiet tal-Kosovo biex itejbu l-kwalità u t-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv sabiex il-Kosovo jingħata qafas legali sod u tiżdied il-fiduċja fis-sistema legali;

38.

Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali sabiex tiġi miġġielda effettivament il-kriminalità organizzata; jiddispjaċih dwar il-fatt li, minħabba n-nuqqas ta’ rieda ta’ xi membri tal-komunità internazzjonali li jirrikonoxxu l-Kosovo bħala stat, il-Kosovo ma kienx fil-qagħda li jistabbilixxi kooperazzjoni diretta mal-Europol u l-Interpol; jiddispjaċih li l-iskambju ta’ informazzjoni mwettaq permezz tal-EULEX u UNMIK sa issa ma ffunzjonax b’mod xieraq; jistieden lill-Europol u lill-Interpol jistabbillixxu flussi effettivi ta’ informazzjoni mal-Kosovo, jew permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni jew billi jagħtu status ta’ osservatur lill-Kosovo; jissottolinja l-importanza ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn FRONTEX u l-Kosovo;

39.

Jilqa’ l-progress li sar fir-riforma tal-ġudikatura iżda jitlob aktar sforzi biex tiġi żgurata l-professjonalità tal-imħallfin u l-prosekuturi, kif ukoll l-indipendenza tagħhom minn kull interferenza politika, u biex jiġġieldu l-korruzzjoni interna; jilqa’, għal dan il-għan, ir-rwol attiv tal-Qorti Kostituzzjonali biex tiġi żgurata l-kostituzzjonalità tal-proċessi parlamentari u ċ-ċarezza dwar il-kwistjoni tal-immunità funzjonali; jinnota li, minkejja l-progress li sar f’xi oqsma, is-sistema ġudizzjarja fil-Kosovo għadha dgħajfa u li għad hemm ammont akkumulat ta’ kawżi pendenti; jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa li jkomplu jsiru riformi; jissottolinja l-fatt li sabiex is-sistema ġudizzjarja tiffunzjona sew huwa ta’ importanza assoluta li jiġu installati programmi funzjonali u effettivi ta' protezzjoni tax-xhieda u rilokazzjoni tax-xhieda, u jitlob li jittieħdu passi immedjati biex tiġi implimentata l-liġi dwar il-ħarsien tax-xhieda u biex jiġu stabbiliti unitajiet ta’ protezzjoni tax-xhieda fi ħdan il-korp tal-pulizija u l-judikatura; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri tal-UE, u lill-pajjiżi l-oħra li jipparteċipaw fil-EULEX, biex jimpenjaw ruħhom biex jipparteċipaw fi programmi ta’ rilokazzjoni tax-xhieda; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-qorti f’Mitrovicë/Mitrovica għadha ma tiffunzjonax b’kapaċità sħiħa u jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo u dawk Serbi jsolvu l-kwistjoni sabiex itejbu l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini fit-Tramuntana;

40.

Jenfasizza l-importanza ta’ servizz ċivili professjonali, indipendenti, responsabbli u aċċessibli għall-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet tal-istat; jitlob, għal dan il-għan, l-adozzjoni rapida tal-pjan ta’ azzjoni biex jiġu implimentati r-riformi previsti mill-istrateġija tal-amministrazzjoni pubblika; jenfasizza li l-amministrazzjoni għandha tirrifletti s-soċjetà tal-Kosovo f’termini ta’ kompożizzjoni tas-sessi u tal-gruppi etniċi u li l-kompożizzjoni tagħha għandha tiġi deċiża fuq il-bażi tal-mertu professjonali u għandha tkun ħielsa mill-interferenzi politiċi fis-sistema ta’ ħatriet;

41.

Jissottolinja l-fatt li midja libera, mhux preġudikata, b’saħħitha u indipendenti, skont standards tal-midja internazzjonali li jiggarantixxu l-libertà tal-kelma u l-aċċess għall-informazzjoni hija l-bażi tad-demokrazija; jistieden, għal dan il-għan, lill-Gvern biex jistabbilixxi qafas legali adegwat u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tiegħu, inkluża l-abolizzjoni tad-difamazzjoni bħala offiża kriminali; jinnota bi tħassib l-interferenza politika konintinwa fix-xogħol tal-midja, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu passi immedjati biex jipproteġu lill-ġurnalisti mit-theddid u pressjonijiet oħra fil-ħidma tagħhom, inkluż bl-użu selettiv tal-allokazzjonijiet tar-riklami mill-istat, sabiex issir promozzjoni ta’ midja indipendenti u pluralistika, biex b’hekk iċ-ċittadini tal-Kosovo jingħataw l-aċċess għall-informazzjoni; jitlob il-protezzjoni tal-ġurnalisti u li jiġi stabbilit minimu ta’ drittijiet tax-xogħol u kundizzjonijiet għall-ġurnalisti; jitlob miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza fis-sjieda tal-midja u biex tiġi żgurata l-indipendenza finanzjarja u editorjali tax-xandir pubbliku, inkluż billi sehem xieraq, pereżempju 20 %, tal-ipprogrammar tiegħu, inklużi programmi ta’ attwalità, jiġi allokat lil produtturi indipendenti;

42.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li d-diskriminazzjoni għadha problema serja fil-pajjiż, u jistieden lill-Gvern jimplimenta strateġija antidiskriminatorja wiesgħa f’konformità ma’ standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, li tiggarantixxi l-ugwaljanza tal-popli kollha indipendentement mill-oriġini etnika, is-sess, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tas-sessi jew diżabilità tagħhom, sabiex issir promozzjoni tat-tolleranza, ir-rispett u l-komprensjoni tal-oħrajn fi sforz biex titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-livelli ċentrali u lokali; jenfasizza l-bżonn li jittieħdu passi ulterjuri biex jiġu infurzati aħjar rimedji legali u amministrattivi għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; b’mod partikolari, jiġbed l-attenzjoni lejn is-sitwazzjoni tan-nisa u tal-komunitajiet Roma, tal-Ashkali u l-Eġizzjani, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-integrazzjoni edukattiva tat-tfal kollha permezz tal-edukazzjoni fil-lingwa materna rispettiva tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet, fid-dawl tad-diversità etnika tal-Kosovo u f’konformità ma’ standards internazzjonali u Ewropej, jiżguraw aċċess għal-servizzi pubbliċi multilingwali effettivi;

43.

Jissottolinja l-importanza tal-uffiċċju tal-Ombudsman għall-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini, u jinkoraġġixxi lill-Gvern u lill-Assemblea tal-Kosovo biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jitlob appoġġ poltiku, amministrattiv u finanzjarju akbar għal din l-istituzzjoni peress li għandu jkollha rwol ewlieni bħala garanti tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota, għal dan il-għan, li riżorsi umani u finanzjarji insuffiċjenti, kif ukoll in-nuqqas ta’ post adegwat għall-ħidma, jibqgħu ostakli għall-funzjonament xieraq tal-uffiċċju;

44.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kosovo jiżgura li d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali mmirati lejn l-iżgurar tar-rispett u l-protezzjoni tal-minoritajiet jiġu ggarantiti fil-prattika;

45.

Jinnota li l-qafas legali tal-Kosovo jistabbilixxi bażi għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi u l-implimentazjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; jenfasizza, madankollu, li normi soċjali, it-tradizzjoni, kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena u istituzzjonijiet dgħajfa, partikolarment il-ġudikatura, jippermettu eċċezzjonijiet sistematiċi kontinwi fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, pereżempju l-aċċess limitat tan-nisa għall-proprjetà, l-eżitazzjoni biex wieħed jiftaħ kawża għad-drittijiet tal-wirt, l-inkapaċità li wieħed jagħmel talba għall-kustodja tat-tfal; jinnota li l-protezzjoni insuffiċjenti tan-nisa mill-vjolenza domestika, in-nuqqas ta’ aċċess tagħhom għall-ġustizzja għad-delitti kommessi, l-aċċess inugwali għall-edukazzjoni tal-bniet, l-inugwaljanza ekonomika bejn in-nisa u l-irġiel, u r-rappreżentanza insuffiċjenti kontinwa tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi fil-livelli kollha huma xhieda li r-Riżoluzzjoni 1325 xejn mhi qed tiġi rispettata; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-awtoritajiet tal-Kosovo jagħmlu kull sforz sabiex jimplimentaw din ir-riżoluzzjoni;

46.

Jilqa’ l-progress li sar f’dan il-qasam tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif eżemplifikat mill-introduzzjoni ta’ liv tal-maternità mħallas sa 9 xhur; huwa mħasseb, madankollu, dwar ir-rata għolja ta’ tluq kmieni mill-iskola fost il-bniet u dwar is-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż f’setturi ewlenin tas-soċjetà; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jkunu aktar attivi fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom;

47.

Ifakkar fir-rwol kruċjali tal-edukazzjoni interkulturali fil-Kosovo biex jitkattar spirtu ta’ rispett, aċċettazzjoni u tolleranza fost in-nazzjonijiet, il-gruppi etniċi jew reliġjużi, fejn l-identità ta’ kull grupp tiġi ppreservata u l-identità tal-ieħor tiġi rikonoxxuta; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jipprovdu kurrikulum edukattiv li jkopri l-istorja, il-kultura u attribwiti oħra tal-komunitajiet kollha tradizzjonalment preżenti fil-Kosovo u b’hekk jinkoraġġixxu spirtu ta’ tolleranza;

48.

Jinkoraġġixxi lill-Gvern u lill-Parlament tal-Kosovo biex jiżviluppaw sistema edukattiva moderna tal-iskejjel pubbliċi u privati, li tirrispetta s-separazzjoni bejn il-komunitajiet reliġjużi u l-istat, u li hija bbażata fuq id-diversità kulturali u reliġjuża, u t-tradizzjoni antika ta’ tolleranza, tas-soċjetà tal-Kosovo;

49.

Jitlob sforzi akbar għall-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż tal-Kosovo, b’mod partikolari l-knejjes u monasteri Serbi Ortodossi tiegħu, kif ukoll kull monument ieħor li jirrappreżenta wirt kulturali universali u Ewropew; jitlob, għal dan il-għan, l-implimentazzjoni effettiva ta’ Żoni Protettivi Speċjali, billi jitwaqqaf il-bini illegali madwar u ’l ġewwa mill-perimetri tagħhom u billi tiġi żgurata l-integrazzjoni b’mod sostenibbli fil-komunitajiet lokali; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu adottati l-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-monasteri Serbi medjevali tal-Knisja Ortodossa, deżinjati bħala wirt kulturali dinji mill-Unesco, u dwar iċ-ċentri storiċi ta’ Prizren u Velika Hoča/Hoça e Madhe; jitlob l-adozzjoni tal-lista komprensiva ta’ siti ta’ wirt kulturali li jikkwalifikaw għall-protezzjoni, sabiex tinkiseb ċarezza legali u jiġu evitati ambigwitajiet;

50.

Jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-aġġornament tar-relazzjonijiet tal-Kosovo u r-rappreżentazzjoni fi ħdan istituzzjonijiet kulturali tal-patrimonju u organizzazzjonijiet tal-isport, b’referenza partikolari għall-Kumitat Olimpiku Internazzjonali bil-ħsieb li l-atleti mill-Kosovo jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-Logħob Olimpiku li ġej f'Londra;

51.

Jitlob sforzi ulterjuri biex tingħaqad l-Università ta’ Priština li issa tinsab maqsuma, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti dwar inizjattivi li tista’ tieħu l-Unjoni Ewropea sabiex tgħaqqad il-fakultajiet f’Mitrovica ma’ dawk ta’ Priština;

52.

Jistieden lill-Kunsill jawtorizza immedjatament lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal ftehim qafas mal-Kosovo dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fi programmi tal-Komunità; waqt li jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tibda bil-programmi ‘Kultura’ u ‘L-Ewropa għaċ-Ċittadini’, jissottolinja l-importanza li tiġi estiża l-parteċipazzjoni tal-Kosovo għal programmi oħra malajr kemm jista’ jkun;

53.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, u jistieden lill-Gvern u lill-Assemblea jiżviluppaw strutturi u pjattaformi għal djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jinkoraġġixxi fl-istess ħin lill-istituzzjonijiet li jifformulaw politiki soċjali u ekonomiċi jikkunsidraw input minn atturi tas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-importanza tal-NGOs fil-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-awtoritajiet, partikolarment fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fil-bini ta’ fiduċja interetnika; jinkoraġġixxi d-djalogu bejn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bil-ħsieb li jiġu definiti prijoritajiet komuni u l-isforzi tagħhom jiġu ċentralizzati biex jinfluwenzaw politiki pubbliċi;

54.

Jirrikonoxxi li għalkemm il-libertà li wieħed jissieħeb ma’ għaqdiet tal-ħaddiema hija garantita bil-liġi, għad hemm bżonn li l-valur tad-drittijiet bażiċi tax-xogħol u tal-għaqdiet tal-ħaddiema jittejbu; jinkoraġġixxi lill-Kosovo jsaħħaħ id-djalogu soċjali fi ħdan il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fit-tfassil tal-politika u l-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali;

55.

Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-Kosovo; jenfasizza l-importanza tad-dixxiplina baġitarja u politiki makroekonomiċi sostenibbli għall-iżvilupp tal-pajjiż u jissottolinja l-fatt li l-proċess ta’ privatizzazzjoni jeħtieġ li jitwettaq fi trasparenza sħiħa; jilqa’ l-passi li ttieħdu biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għal negozji ġodda, bil-għan li jiżdied kemm id-dħul tal-baġit kif ukoll biex jonqos il-qgħad għoli fil-pajjiż, partikolarment fost iż-żgħażagħ; jiddispjaċih, għal dan il-għan, dwar id-dewmien fl-estenzjoni tal-Miżuri Kummerċjali Awtonomi;

56.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-Iżvilupp tal-SMEs għall-perjodu 2012-2016, u jistieden lill-Aġenzija tal-Appoġġ tal-SMEs fil-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija biex timplimenta l-Istrateġija; iħeġġeġ lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tiffaċilita l-proliferazzjoni ta’ SMEs billi tagħti aċċess għall-finanzjament, tnaqqas il-piż amministrattiv u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-SMEs fil-Kosovo, ir-reġjun u l-UE;

57.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea jappoġġjaw, b’kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fil-Kosovo, l-iżvilupp ta’ agrikoltura moderna, ekoloġika u sostenibbli u ta’ SMEs għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

58.

Ifakkar li perspettiva sostantiva għas-sostenibilità tal-iżvilupp ekonomiku fit-tul tal-Kosovo tista’ tingħata biss permezz ta’ ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo; jilqa’ l-istedina tal-Kunsill lill-Kummissjoni biex din tipproponi kif wieħed għandu jimxi ’l quddiem biex jintlaħaq ftehim kummerċjali malli jkun sar biżżejjed progress, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibgħat malajr l-ewwel missjoni esperta fil-Kosovo biex din tevalwa l-progress tal-pajjiż f’dan il-qasam;

59.

Jilqa’ numru ta’ passi li ttieħdu fil-qasam tal-ħarsien ambjentali; jiddispjaċih li l-awtoritajiet tal-Kosovo ma għamlux riċerka adegwata fl-alternattivi għall-bini ta’ impjant ġdid tal-faħam biex jieħu post il-produzzjoni tal-enerġija fl-impjanti tal-enerġija tal-Kosovo A u B; filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li żieda fil-ħtiġijiet tal-enerġija tal-Kosovo fuq perjodu ta’ żmien qasir għandha tiġi koperta bl-użu kontinwu tal-faħam bħala s-sors l-aktar importanti tal-enerġija, jitlob, madankollu, investiment akbar f’teknoloġiji alternattivi u aktar nodfa, u f’titjib fl-effiċjenza enerġetika tas-sistema tal-elettriku b’konformità mal-miri tal-UE; jitlob proporzjon ogħla ta’ enerġija ġejja minn sorsi rinnovabbli, bil-ħsieb tal-fatt li l-impjanti ta’ enerġija Kosovo A u B għandhom jingħalqu kemm jista’ jkun malajr;

60.

Meta wieħed iqis li infrastruttura solida hija prekundizzjoni kruċjali tal-iżvilupp sostenibbli, jissottolinja l-importanza ta’ titjib fin-netwerk tat-trasport u l-interkonnessjoni tiegħu mal-pajjiżi ġirien, sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment tal-persuni u l-merkanzija; iqis it-trasport pubbliku u b’mod partikolari s-sistema ferrovjarja bħala alternattivi sostenibbli għat-trasport bit-toroq u effiċjenti fir-rigward tal-ispejjeż, u jistieden lill-Gvern u d-donaturi internazzjonali jagħtu prijorità lill-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tiegħu fil-pjanijiet ta’ investiment;

61.

Jilqa’ t-tisħiħ tar-relazzjonijiet tal-Kosovo mal-parti l-kbira tal-pajjiżi ġirien u jitlob l-integrazzjoni sħiħa tal-Kosovo fil-kooperazzjoni reġjonali; jinnota li l-presidenza tal-Kosovo tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) fl-2011 ma kellhiex intoppi; madankollu huwa mħasseb dwar il-fatt li t-tensjonijiet mas-Serbja jeffettwaw negattivament kemm il-moviment ħieles tal-persuni u l-merkanzija u l-kooperazzjoni ġenerali fil-qafas tas-CEFTA;

62.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-President u lill-Parlament tal-Kosovo.


(1)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 207.

(3)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 126.

(4)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 78.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/38


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Rapport dwar it-tkabbir għat-Turkija

P7_TA(2012)0116

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta’ progress 2011 dwar it-Turkija (2011/2889 (RSP))

2013/C 257 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ progress tat-Turkija għall-2011 tal-Kummissjoni (SEC(2011)1201),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012" (COM(2011)0666),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006 dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni (1), tal-24 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija (2), tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ir-rapport ta’ progress tat-Turkija għall-2007 (3), tat-12 ta' Marzu 2009 dwar ir-rapport ta' progress tat-Turkija għall-2008 (4), tal-10 ta’ Frar 2010 dwar ir-rapport ta’ progress tat-Turkija għall-2009 (5), tad-9 ta' Marzu 2011 dwar ir-rapport ta' progress tat-Turkija għall-2010 (6), tas-6 ta' Lulju 2005 (7) u tat-13 ta' Frar 2007 (8) dwar ir-rwol tan-nisa fit-Turkija fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (9) (“ls-Sħubija għall-Adeżjoni”), kif ukoll d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni tal-2001, l-2003 u l-2006,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2010 u tal-5 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi n-negozjati għall-adeżjoni mat-Turkija nfetħu fit-3 ta' Ottubru 2005 wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Qafas ta' Negozjar, u billi l-ftuħ ta' tali negozjati huwa l-punt ta' tluq ta' proċess twil u mingħajr limitu ibbażat fuq kundizzjonalità stretta u impenn lejn ir-riforma;

B.

billi t-Turkija impenjat ruħha li twettaq riformi, li jkollha relazzjonijiet tajba mal-ġirien u lejn l-allinjament progressiv mal-UE, u billi dawn l-isforzi għandhom jitqiesu bħala opportunità għat-Turkija stess sabiex timmodernizza ruħha, tikkonsolida u ttejjeb aktar l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħha, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

C.

billi l-konformità sħiħa mal-kriterji kollha ta' Kopenħagen u l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-UE, skont il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006, għadhom il-bażi għall-adeżjoni mal-UE, li hija komunità bbażata fuq valuri komuni, kooperazzjoni sinċiera u solidarjetà reċiproka bejn l-Istati Membri kollha tagħha;

D.

billi fir-rapport ta' progress tagħha għall-2011 il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija kien pajjiż ta’ importanza ewlenija għas-sigurtà u l-prosperità tal-Unjoni Ewropea, li l-kontribut tagħha lill-Unjoni Ewropea f'numru ta' oqsma kruċjali jkun totalment effikaċi b'aġenda pożittiva u b'approċċ kredibbli għall-proċess ta' negozjar u li għadu kruċjali li t-Turkija tkompli bir-riformi tagħha fir-rigward tal-kriterji politiċi flimkien mal-ħtieġa ta' sforzi sinifikanti oħra sabiex jiġu żgurati d-drittijiet fundamentali;

E.

billi l-Kummissjoni nediet aġenda pożittiva mġedda bejn l-UE u t-Turkija sabiex jagħtu direzzjoni lill-futur b'mod konġunt u proattiv; billi din l-aġenda pożittiva tibni fuq il-pedamenti solidi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u tmexxi l-proċess ta' riforma 'l quddiem; billi din l-inizjattiva ġdida ma tiħux post in-negozjati għall-adeżjoni imma tikkumplimentahom billi tappoġġja r-riformi u tespandi d-drittijiet u l-libertajiet għaċ-ċittadini Torok;

F.

billi t-Turkija, għas-sitt sena konsekuttiva, għadha ma implimentatx id-dispożizzjonijiet tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija u l-Protokoll Addizzjonali tagħha;

G.

billi għal benefiċċju tagħha stess u bil-ħsieb li tittejjeb l-istabilità u jkunu promossi r-relazzjonijiet tajba mal-ġirien u s-sħubija politika u ekonomika pożittiva, it-Turkija jeħtiġilha tħaffef fl-isforzi tagħha sabiex issolvi kwistjonijiet bilaterali pendenti, inklużi obbligi legali li għadhom mhux solvuti u tilwimiet dwar il-fruntieri tal-art u tal-baħar u tal-ispazju tal-ajru, mal-ġirien diretti tagħha, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU u mal-liġi internazzjonali;

H.

billi l-ekonomija tat-Turkija ttriplikat fid-daqs tul l-aħħar għaxar snin, kibret bi kważi 10 % fl-aħħar sena u hija meqjusa bħala waħda mill-aktar ekonomiji li qed jikbru b'ritmu mgħaġġel u waħda mis-seba' l-akbar ekonomiji emerġenti fid-dinja; billi l-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija kien ta' EUR 103 biljun fl-2010, biex b'hekk it-Turkija hija s-seba' l-akbar sieħba kummerċjali tal-Unjoni u l-Unjoni l-akbar sieħba tat-Turkija, bi 80 % mill-investiment barrani dirett fit-Turkija joriġina mill-Unjoni Ewropea; billi l-impriżi tal-UE ħolqu aktar minn 13 000 negozju fit-Turkija; billi, madankollu, il-PDG tat-Turkija għadu baxx meta mqabbel mal-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, partikolarment dawk l-aktar kompetittivi; billi PDG per capita relattivament baxx f'pajjiż kbir kandidat joħloq sfidi partikolari fl-oqsma tal-konvergenza ekonomika u soċjali mal-Istati Membri attwali; billi t-tkabbir ekonomiku għandu jirrispetta wkoll il-prinċipju tas-sostenibilità ambjentali; billi kemm it-Turkija kif ukoll l-UE it-tnejn għandhom x'jakkwistaw minn integrazzjoni ekonomika kontinwa;

I.

billi d-djalogu u l-kooperazzjoni mat-Turkija dwar l-istabilità, id-demokrazija u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani fuq skala usa' huma strateġiċi; billi t-Turkija, mibnija fuq Stat sekulari solidu, tista', fil-kuntest ta' proċess effettiv ta' riforma, tkun sors ta' ispirazzjoni għad-demokratizzazzjoni tal-Istati Għarab fl-isforzi tagħhom biex itemmu t-tranżizzjoni demokratika u r-riformi soċjoekonomiċi tagħhom; billi djalogu strutturat bejn l-UE u t-Turkija dwar il-koordinament progressiv tal-politiki esteri u tal-viċinat rispettivi tagħhom jistgħu jipprovdu sinerġiji uniċi, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għad-demokratizzazzjoni u r-riforma soċjoekonomika tar-reġjun kollu tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani b'mod ġenerali u fir-rigward tal-isfidi ppreżentati mill-Iran;

J.

billi t-Turkija hija kuridur ewlieni tal-enerġija tal-UE għar-riżorsi taż-żejt u l-gass tal-Kawkasu u l-Kaspju u għandha viċinanza strateġika għall-Iraq u għas-swieq fi żvilupp tiegħu taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali; billi s-sistema ppjanata ta' pajpijiet ta' Nabucco għadha waħda mill-ogħla prijoritajiet għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE; billi t-Turkija u l-Azerbaijan kkonkludew ftehim fil-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mogħdija ta' gass mill-Azerbaijan minn fuq art Torka li se tiftaħ il-passaġġ ta' gass tan-Nofsinhar, issaħħaħ il-provvistà tal-gass għas-sistema ppjanata ta' pajpijiet ta' Nabucco u għall-passaġġ ta' mogħdija tal-gass ITGI (Interkonnettur Turkija-Greċja-Italja), biex b'hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni; billi t-Turkija għandha potenzjal sinifikanti fl-enerġija rinnovabbli mill-għejun solari, tar-riħ u ġeotermali sinifikanti tagħha;

K.

billi l-paċi dejjiema, l-istabilità u l-prosperità fil-Balkani huma strateġikament importanti kemm għall-UE kif ukoll għat-Turkija;

Interdipendenza u impenn reċiproku

1.

Jenfasizza l-interdipendenza bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u t-Turkija; jirrikonoxxi l-potenzjal ekonomiku u ta' tkabbir tat-Turkija u r-rwol sinifkanti tagħha għall-istabilità reġjonali u għas-sigurtà tal-enerġija; jenfasizza li din l-interdipendenza hija komplimentata mill-valur ta' sinerġiji potenzjali bejn il-politika barranija u ta' sigurtà u l-politika tal-viċinat tal-Unjoni u tat-Turkija b'benefiċċji u lieva msaħħa għat-tnejn; jemmen, madankollu, li din l-interdipendenza tista' tipproduċi riżultati pożittivi biss jekk titpoġġa f'kuntest ta' impenn reċiproku, djalogu strateġiku u kooperazzjoni effettiva, riżultati ta' suċċess fil-proċess ta' riforma u l-implimentazzjoni tar-riformi u relazzjonijiet tajba bejn it-Turkija u l-Istati Membri ġirien;

2.

Jilqa' u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżviluppa aġenda ġdida pożittiva li tkopri medda wiesgħa ta' oqsma ta' interess komuni u maħsuba għal dinamiżmu ġdid fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, riżultati tanġibbli u benefiċċji għaż-żewġ naħat, u l-possibilità għall-UE li tibqa' l-punt ta' riferenza għat-tkomplija tar-riformi fit-Turkija u sabiex it-Turkija tersaq aktar qrib li tissodisfa l-kriterji għall-adeżjoni; jappoġġja d-djalogu mat-Turkija dwar ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati mill-UE u li għandhom impatt potenzjali fuq it-Turkija fil-qafas tal-Unjoni Doganali; huwa tal-fehma li għandhom jiġu investiti sforzi mġedda biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-kapitoli fil-qasam tal-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali; jinsisti li r-relazzjonijiet bejn it-Turkija u l-Istati Membri ġirien tagħha huma fattur ewlieni għat-tiġdid tan-negozjati u d-djalogu;

3.

Jinnota li t-Turkija huwa l-uniku pajjiż li m'għandux liberalizzazzjoni tal-viża; jenfasizza l-importanza li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-Unjoni Ewropea għall-persuni fin-negozju, l-akkademiċi, l-istudenti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw il-kodiċi tal-viża, jarmonizzaw u jissimplifikaw ir-rekwiżiti tal-viża u joħolqu ċentri ġodda sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta' viżi fit-Turkija; iħeġġeġ lit-Turkija tiffirma u timplimenta l-ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid bejn l-UE u t-Turkija mingħajr aktar dewmien u li tiżgura li, sakemm dan il-ftehim jidħol fis-seħħ, jiġu implimentati kompletament il-ftehimiet bilaterali eżistenti; jenfasizza l-importanza tal-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kontrolli fuq il-fruntieri, fost l-oħrajn fid-dawl tal-persentaġġ għoli ta’ immigranti illegali li jidħlu fit-territorju tal-UE mit-Turkija; jappella għall-konverġenza progressiva tal-politiki dwar il-viżi tat-Turkija u tal-UE fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi; huwa tal-fehma li ladarba jiġi ffirmat il-ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid, il-Kunsill għandu jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tibda d-djalogu dwar il-viżi u tiddefinixxi l-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viżi;

L-ilħuq tal-kriterji ta’ Kopenħagen

4.

Ifaħħar lit-Turkija għall-proċess elettorali, fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet ġenerali ta' Ġunju 2011, fejn kien hemm għadd kbir ta' votanti, u li kellu tifħir minn osservaturi internazzjonali li ddeskrivewh bħala demokratiku u pluralistiku u msawwar minn soċjetà ċivili mimlija ħajja; itenni mill-ġdid l-importanza ta' riforma tal-liġi elettorali u tal-liġi dwar il-partiti politiċi u tal-liġi elettorali, u li l-limitu minimu ta' 10 % għar-rappreżentazzjoni fil-parlament, li huwa l-ogħla limitu minimu fost l-Istati Membru kollha tal-Kunsill tal-Ewropa, jitbaxxa, billi dan ma jistax jirrappreżenta l-pluraliżmu tas-soċjetà Torka; jappella sabiex jitneħħew l-ostakli kollha għat-twaqqif tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka (TGNA);

5.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Gvern il-ġdid tar-Repubblika tat-Turkija li jistabbilixxi Ministeru għall-Affarijiet tal-UE, li jirrifletti l-għarfien li l-isforzi mġedda, l-impenn u d-djalogu huma ta' importanza assoluta;

6.

Ifakkar fir-rwol fundamentali tat-TGNA bħala ċ-ċentru tas-sistema demokratika tat-Turkija u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li t-TGNA tingħata rwol aktar importanti biex tipprovdi pjattaforma għall-partiti politiċi kollha, ibbażata fuq kontrolli u bilanċi, sabiex dawn jikkontribwixxu lejn id-djalogu demokratiku u l-promozzjoni ta' proċess ta' riforma inklużiv;

7.

Ifakkar il-ħtieġa li titkompla l-ħidma dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tar-riforma kostituzzjonali tal-2010 u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi analiżi dettaljata tal-progress tal-proċess ta' implimentazzjoni fir-Rapport ta' Progress tal-2012;

8.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-abbozzar ta' kostituzzjoni ċivili ġdida għat-Turkija bħala opportunità unika għal riforma kostituzzjoni reali, għall-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-garanzija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali (b'mod partikulari l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja), il-pluraliżmu, l-inklużività, il-governanza tajba, il-kontabilità u l-unità tas-soċjetà Torka, f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jistieden lill-partiti politiċi u l-atturi kollha kkonċernati jappoġġjaw u jieħdu approċċ pożittiv u kostruttiv għan-negozjati dwar il-kostituzzjoni l-ġdida, abbażi ta' konsensus u kompromess kostruttiv; jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-ħidma preparatorja fil-proċess ta' abbozzar u jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni li tiġi żgurata rappreżentanza ugwali għall-forzi politiċi kollha fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni Kostituzzjonali u l-impenn li l-proċess ta' abbozzar ikun ibbażat fuq konsultazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli tal-oqsma kollha tas-soċjetà bħala parti minn proċess li jimpenja b'mod ġenwin lis-soċjetà ċivili Torka; jenfasizza li l-kostituzzjoni l-ġdida għandha tħares id-drittijiet tal-gruppi u l-individwi kollha fit-Turkija, tiggarantixxi s-separazzjoni tas-setgħat, tiżgura l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura, tiżgura li jkun hemm sorveljanza ċivili sħiħa fuq il-forzi militari, u tippromwovi ċittadinanza Torka inklużiva;

9.

Iħeġġeġ lit-Turkija tuża l-proċess ta’ abbozzar kostituzzjonali bħala opportunità biex tiżviluppa identità iktar realistika u demokratika filwaqt li tippermetti r-rikonoxximent sħiħ tal-gruppi etniċi kollha tagħha, tirrikonoxxi li ċ-ċittadinanza moderna m’għandhiex tkun ta’ natura etnika, u tinkludi l-ħarsien tad-drittijiet tal-lingwa materna fil-Kostituzzjoni ċivili l-ġdida;

10.

Jenfasizza l-importanza ta' relazzjonijiet sereni u kostruttivi bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni bħala prekundizzjoni għal proċess ta' riforma effettiv; ifakkar li soċjetà verament demokratika u pluralista trid isserraħ dejjem fuq iż-żewġ pilastri ta' Gvern u Oppożizzjoni u fuq djalogu u kooperazzjoni kontinwa bejn it-tnejn; jesprimi, f'dan il-kuntest, it-tħassib tiegħu dwar il-proċessi li għadhom għaddejjin u l-perjodi twal ta' detenzjoni qabel il-proċessi li qed jolqtu lill-membri tat-TGNA, u dwar l-inkjesta ġudizzjarja li tnediet biex tneħħi l-immunità parlamentari ta' Kemal Kılıçdaroğlu, il-mexxej tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni; jenfasizza li, meta l-membri tal-parlament ikollhom iwettqu l-obbligi tagħhom bit-theddida li jiġu persegwitati, id-demokrazija u l-libertà tal-kelma ma jiġux garantiti;

11.

Jilqa' l-isforzi kontinwi sabiex tittejjeb s-superviżjoni ċivili tal-militar, b'mod partikulari l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Qorti tal-Kontabilità f'Diċembru 2010 biex tiġi żgurata s-superviżjoni ċivili tan-nefqa militari; jappella biex tiġi implimentata sorveljanza sħiħa tal-qorti fuq l-ispejjeż tal-militar; jappella biex il-forzi tal-ġendarmerija u l-forzi armati jinġiebu taħt ġurisdizzjoni ċivili u sabiex il-ġendarmerija tinġieb taħt l-iskrutinju tal-Ombudsman; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-operat tal-forzi armati, minħabba l-importanza tas-sħubija tat-Turkija fin-NATO;

12.

Jenfasizza li r-riforma tas-sistema ġudizzjarja hija prerekwiżit indispensabbli għall-modernizzazzjoni tat-Turkija u li tali riforma għandha twassal għal sistema ġudizzjarja moderna, effiċjenti, totalment indipendenti u imparzjali, li tiggarantixxi l-applikazzjoni ġusta tal-liġi għaċ-ċittadini kollha; jilqa' f'dan ir-rigward l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi (HSYK) u dwar il-Qorti Kostituzzjonali b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni ta' Venezja; jinkuraġġixxi lill-Gvern tat-Turkija jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-2011, b'mod partikulari fir-rigward tal-modalitajiet tal-elezzjoni għall-HSYK, ir-rwol tal-Ministeru tal-Ġustizzja f'din l-entità, u l-modalità tal-ħatra tal-imħallfin u l-prosekuturi; jappella biex jittieħdu miżuri li jiżguraw li dċdeċiżjonijiet tal-HSYK ikunu trasparenti u suġġetti għal kontroll ġudizzjarju; jindika l-ħtieġa li jittieħdu passi ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-possibilità ta' stħarriġ ġudizzjarju għad-deċiżjonijiet kollha fl-ewwel istanza tal-Kunsill Għoli fir-rigward ta' promozzjonijiet, trasferimenti lejn inħawi oħra u sanzjonijiet dixxiplinarji; jilqa' d-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja li jistabbilixxi direttorat ġenerali għad-drittijiet tal-bniedem li jkun responsabbli għall-implimentazzjoni sħiħa, effettiva u opportuna mit-Turkija tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, għall-għadd li qed jiżdied ta' applikazzjonijiet ġodda quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; japprezza l-proposti l-ġodda għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja, b'mod partikulari fir-rigward tal-kriterji ta' detenzjoni, bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba;

13.

Huwa tal-opinjoni li l-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-Qorti Kostituzzjonali għandha tiżgura li din l-istanza ġudizzjarja jkollha l-kompetenza tevalwa u terġa' teżamina l-kompatibilità tal-leġiżlazzjoni Torka mal-ftehimiet internazzjonali li ġew ratifikati mit-Turkija, bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

14.

Jesprimi tħassib fir-rigward tal-aħħar verdett mogħti fil-każ ta' Hrant Dink; jenfasizza l-importanza vitali li ssir investigazzjoni sħiħa dwar il-qtil ta' Hrant Dink u li l-persuni kollha responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja, u jenfasizza f'dan il-kuntest id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2010, li kienet tgħid li t-Turkija kienet naqset milli twettaq investigazzjonijiet effettivi dwar il-qtil ta' Hrant Dink; iqis li dan il-proċess huwa test ta' prova għall-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura fit-Turkija;

15.

Itenni t-tħassib tiegħu li l-proċeduri ġudizzjarji għadhom ma ttejbux biżżejjed fir-rigward tal-effiċjenza u r-regoli tagħhom sabiex jiżguraw id-dritt ta' proċess ġust u rapidu, inkluż id-dritt għal aċċess għall-evidenza inkriminatorja u għad-dokumentazzjoni tal-proċess fil-fażijiet bikrija tal-proċedimenti u garanziji suffiċjenti għas-suspettati kollha; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar il-perjodi twal eċċessivi ta' detenzjoni qabel il-proċess, li fil-preżent jista' jwassal sa għaxar snin u jsir kastig de facto mingħajr proċess; iħeġġeġ lit-TGNA tirriforma l-leġiżlazzjoni f'dan ir-rigward skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa, billi ż-żmien massimu ta' detenzjoni qabel il-proċess fit-Turkija jiġi allinjat mal-medja tal-perjodi ta' detenzjoni qabel il-proċess fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-gvern ikompli r-riformi tiegħu u jirrevedi l-Liġi kontra t-terroriżmu u l-Kodiċi Penali Tork; ifakkar li d-Delegazzjoni Ad Hoc tal-Parlament għall-Osservazzjoni tal-Proċessi tal-Ġurnalisti fit-Turkija ser tkompli ssegwi l-iżviluppi; jinsab allarmat dwar in-numru kbir ta' priġunieri minorenni li jammontaw għal 2 500 fil-faxxa tal-età bejn it-12 u t-18-il sena;

16.

Jitlob lill-Gvern Tork biex, bil-għan li jindirizza l-akkumulazzjoni li għadha għaddejja tal-każijiet, jibda' jħaddem mill-aktar fis possibbli l-qrati reġjonali tal-appell tiegħu, li legalment kellhom ikunu operattivi minn Ġunju 2007, u biex għal dan il-għan jiffoka fuq it-taħriġ tal-imħallfin;

17.

Jenfasizza l-importanza tad-dritt ta' kull ċittadin għal difiża xierqa f'każijiet fil-qorti u jfakkar fir-responsabilità tal-Istat sabiex jiggarantixxi l-aċċess għal difiża legali. ifakkar ukoll li l-avukati għandhom igawdu minn immunità ċivili u kriminali għal dikjarazzjonijiet relevanti li jsiru "in bona fede" f'talbiet bil-miktub jew orali, jew meta jidhru b'mod professjonali quddiem il-qorti, it-tribunali jew quddiem awtorità legali jew amministrattiva oħra; jitlob lit-Turkija tiżgura li l-avukati jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet professjonali kollha tagħhom bla intimidazzjoni, tfixkil, fastidju jew interferenza mhux xierqa;

18.

Jenfasizza li l-investigazzjonijiet ta' pjanijiet allegati ta' kolp ta' stat, bħall-każi 'Ergenekon' u 'Sledgehammer', għandhom juru s-saħħa u l-funzjonament adegwat, indipendenti, imparzjali u trasparenti tal-istituzzjonijiet demokratiċi Torok u tal-ġudikatura u l-impenn sod u inkondizzjonat tagħhom għar-rispett tad-drittijiet fundamentali; jinsab imħasseb dwar l-allegazzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta' evidenza inkonsistenti kontra l-akkużati f'dawn il-proċessi; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib il-proċessi msemmija hawn fuq u tippubbliċizza r-riżultati f'aktar dettall f'anness għar-Rapport ta' Progress tagħha għall-2012;

19.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-ħelsien, sakemm qed jistennew li jsirilhom il-proċess, tal-ġurnalisti Ahmet Șik, Nedim Șener, Muhammet Sait Çakir u Coșkun Musluk bħala pass importanti għar-ristawr tar-rispett tal-libertajiet fundamentali fit-Turkija; jenfasizza, madankollu, li l-ħelsien tagħhom m’għandux jaħbi l-fatt li tużżani ta’ ġurnalisti għadhom il-ħabs;

20.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-prattika li jinbdew prosekuzzjonijiet kriminali kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti u ġurnalisti li jirrapurtaw provi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew iqajmu kwistjonijiet oħra fl-interess pubbliku bħala kontribut għad-dibattitu ta' soċjetà pluralistika; jenfasizza li dawn il-prosekuzzjonijiet jaffettwaw il-perċezzjoni tal-pubbliku dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja; iqis il-kriminalizzazzjoni tal-opinjonijiet bħala ostaklu ewlieni għall-ħarsien sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija u jiddeplora r-restrizzjonijiet sproporzjonati tal-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-assemblea;

21.

Huwa mħasseb dwar il-marġni wiesa' ta' interpretazzjoni u applikazzjoni permess mill-Att Tork kontra t-Terroriżmu u mill-Kodiċi Kriminali Tork, partikolarment f'każijiet fejn is-sħubija f'assoċjazzjoni terrorista ma ġietx ippruvata u fejn att jew dikjarazzjoni jitqiesu li jikkoinċiedu mal-għanijiet ta' assoċjazzjoni terroristika; jesprimi tħassib rigward rapporti kontinwi ta' torturi u trattament ħażin f'għases tal-pulizija u ħabsijiet, l-użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija waqt id-dimostrazzjonijiet u n-nuqqas ta' progress biex uffiċjali statali jinġiebu quddiem il-ġustizzja fuq abbużi allegati tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lit-Turkija tirrevedi l-Liġi Kontra t-Terroriżmu b'mod prijoritarju u tikkonforma rigorożament mal-obbligi internazzjonali tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem billi temenda l-leġiżlazzjoni relevanti; jilqa' d-deċiżjoni li l-imħallfin u l-prosekuturi jingħataw taħriġ intern dwar il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa u dwar ir-rwol fundamentali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jipprovdi taħriġ sistematiku adegwat lill-pulizija tiegħu dwar il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqaf mekkaniżmu effettiv ta' ilmenti dwar il-pulizija; jilqa' l-eventwalità ta' aktar miżuri li jtejbu l-aċċess dirett għall-qrati Torok miċ-ċittadini individwali għad-difiża tad-drittijiet tagħhom, sabiex jitnaqqas in-numru ta' applikazzjonijiet quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu;

22.

Jinsisti li l-proċessi li għaddejjin kontra l-ġurnalisti għandhom isiru b'mod trasparenti li jirrispetta l-istat tad-dritt u jiżgura kundizzjonijiet adegwati, bħall-provvista ta' siti li jkunu adegwati għat-tipi ta' smigħ li jitwettqu, it-tqassim ta' manuskritti akkurati lil persuni detenuti kif ukoll il-provvista ta' informazzjoni lill-ġurnalisti rigward l-akkużi miġjuba kontrihom, biex b'hekk jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-proċess ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-verdett; jinsab imħasseb ħafna dwar il-kundizzjonijiet li jinżammu fihom il-ġurnalisti detenuti; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' ċifri eżatti dwar l-għadd ta' ġurnalisti detenuti u l-għadd ta' każijiet attwalment miftuħa kontra ġurnalisti; jistieden lill-awtoritajiet Torok jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku;

23.

Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja huma fil-qalba tal-valuri Ewropej u li soċjetà verament demokratika, libera u pluralistika teħtieġ libertà vera tal-espressjoni; ifakkar li l-libertà tal-espressjoni ma tapplikax biss għal informazzjoni jew ideat li jintlaqgħu b'mod favorevoli jew jiġu kkunsidrati bħala inoffensivi, iżda wkoll, skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, għal dawk li joffendu, jixxukkjaw jew jiddisturbaw l-Istat jew kwalunkwe sezzjoni tal-popolazzjoni; jiddispjaċih li l-għadd ta' dispożizzjonijiet legali, bħall-Artikoli 301 u 318, l-Artikolu 220(6) f'kombinazzjoni mal-Artikolu 314(2) u l-Artikoli 285 u 288 tal-Kodiċi Penali, kif ukoll l-Artikoli 6 u 7(2) tal-Liġi Kontra t-Terroriżmu, qed ikomplu jillimitaw il-libertà tal-espressjoni; jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri bl-akbar urġenza biex titneħħa l-leġiżlazzjoni li tipprevedi multi sproporzjonalment għoljin lill-midja – li f'ċertu każi jwasslu għall-għeluq tagħhom jew għall-awtoċensura mill-ġurnalisti jew mill-edituri tagħhom – u tal-Liġi 5651/2007 dwar l-internet, li tillimita l-libertà tal-espressjoni, tnaqqas id-dritt taċ-ċittadini għall-aċċess għall-informazzjoni u li tippermetti l-projbizzjoni tal-ambitu u tat-tul taż-żmien sproporzjonati fuq is-siti tal-internet; itenni, għaldaqstant, l-appelli preċedenti tiegħu biex, mingħajr dewmien, tiġi ffinalizzata r-reviżjoni tal-qafas legali dwar il-libertà tal-espressjoni u sabiex dan jinġieb konformi mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

24.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni kif il-kwistjonijiet relatati mal-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u mal-ġustizzja u l-affarijiet interni jiġu indirizzati fi stadju bikri tal-proċess tan-negozjati, bil-ftuħ tal-kapitoli relatati fuq il-bażi ta' pjanijiet ta' azzjoni ċari u dettaljati, u li dawn il-kapitoli jkunu l-aħħar li jingħalqu, abbażi ta' riżultati tajbin u konvinċenti għall-aħħar; jemmen li, fid-dawl tal-importanza vitali tat-tkomplija tar-riforma tas-sistema ġudizzjarja fit-Turkija u tar-rispett totali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, b'mod partikulari l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, għandhom isiru sforzi mġedda sabiex jitħejja r-rapport ta' screening fil-qafas tal-Kapitolu 23 dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni bi qbil mal-aġenda pożittiva, tikkunsidra l-passi li jwasslu għall-ftuħ tal-Kapitolu 24 dwar il-Ġustizzja u l-Intern;

25.

Iħeġġeġ lit-Turkija tirrikonoxxi d-dritt tal-oġġezzjoni fuq kuxjenza għas-servizz militari obbligatorju, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Erçep vs it-Turkija; jinnota bi tħassib in-non-implimentazzjoni tas-sentenza tal-2006 tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża Ulke vs it-Turkija li talbet l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni biex tipprevjeni l-prosekuzzjoni ripetuta ta' min joġġezzjona fuq kuxjenza minħabba r-rifjut tagħhom li jwettqu servizz militari;

26.

Jilqa' l-implimentazzjoni ta' kważi r-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula fir-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO); jenfasizza l-ħtieġa ta' progress ulterjuri dwar il-leġiżlazzjoni u miżuri ġenerali kontra l-korruzzjoni u jitlob żieda fis-saħħa u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinkuraġġixxi lill-gvern jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet GRECO li fadal;

27.

Iħeġġeġ l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali sabiex ikun żgurat id-dritt li jsiru dimostrazzjonijiet u jitlob lill-Ministeru tal-Intern itemm ir-reviżjoni tal-liġi dwar il-laqgħat u d-dimostrazzjonijiet;

28.

Jilqa' l-adozzjoni f'Awwissu tal-2011 tal-leġiżlazzjoni l-ġdida li temenda l-Liġi ta' Frar 2008 dwar il-fondazzjonijiet u twessa' l-ambitu tar-ristabbiliment tad-drittijiet tal-proprjetà tal-komunitajiet kollha mhux Musulmani, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tagħha; ifakkar, madankollu, fil-bżonn urġenti li titkompla r-riforma essenzjali u sostanzjali fil-qasam tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġion, b'mod partikulari billi l-komunitajiet reliġjużi jkollhom il-possibilità jiksbu personalità legali, billi jiġu eliminati r-restrizzjonijiet kollha għat-taħriġ, għan-nomina u għas-suċċessjoni tal-kleru, billi jiġu rikonoxxuti l-postijiet ta' qima Alevi u jkun hemm konformità mas-sentenzi rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u billi jitqiesu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja fil-qafas legali, u l-bżonn li jiġu rikonoxxuti b'mod sħiħ id-drittijiet tal-komunitajiet reliġjużi; jistieden lill-Gvern tat-Turkija jiżgura li l-monasteru San Gabrijel, imwaqqaf fit-397 w.K, ma jittiħdulux l-artijiet tiegħu, u li jiġi mħares fl-entier tiegħu;

29.

Ifakkar li l-edukazzjoni għandha rwol kruċjali fil-proċess tal-bini ta' soċjetà inklużiva u diversa mwaqqfa fuq ir-rispett għall-komunitajiet reliġjużi u l-minoranzi; iħeġġeġ lill-Gvern tat-Turkija jagħti attenzjoni speċjali lill-materjal edukattiv fl-iskejjel, li għandu jirrifletti l-pluralità etnika u reliġjuża u l-pluralità tat-twemmin fis-soċjetà Torka, jelimina d-diskriminazzjoni u l-preġudizzju u jippromwovi l-aċċettazzjoni sħiħa tal-komunitajiet u l-minoranzi reliġjużi kollha, u jenfasizza l-bżonn ta' materjal għat-tagħlim imparzjali;jilqa’ t-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni; jinnota b'sodisfazzjon il-ħelsien ta' studenti li ntbagħtu l-ħabs inġustament għal 18-il xahar wara li appellaw biex l-edukazzjoni tkun b'xejn;

30.

Itenni l-ħtieġa tat-tisħiħ tal-koeżjoni fost ir-reġjuni Torok u bejn iż-żoni rurali u urbani; jenfasizza, f’dan il-kuntest, ir-rwol partikolari tal-edukazzjoni u l-ħtieġa li jiġu ttrattati d-disparitajiet reġjonali kbar persistenti fejn jidħlu l-kwalità tal-edukazzjoni u r-rati ta’ reġistrazzjoni;

31.

Jistieden lill-Gvern tat-Turkija jwettaq l-impenn tiegħu favur rati għoljin ta’ reġistrazzjoni tat-tfal fl-iskejjel u jiżgura li r-riforma l-ġdida tal-edukazzjoni tirrifletti l-ħtieġa li t-tfal, partikolarment il-bniet fiż-żoni rurali, jinżammu fis-sistema edukattiva lil hinn mis-snin tal-edukazzjoni minima, u li t-tfal jingħataw l-opportunità li jieħdu deċiżjonijiet dwar triqathom fl-edukazzjoni f’età li fiha jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati;

32.

Iħeġġeġ lill-gvern sabiex l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun prijorità fl-isforzi ta' riforma tiegħu, jindirizza l-faqar fost in-nisa u jżid l-inklużjoni soċjali tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; itenni l-proposta tiegħu li tkompli l-introduzzjoni ta' sistema ta' kwoti riservati sabiex tiġi żgurata preżenza sinifikanti tan-nisa fil-livelli kollha tan-negozju, fis-settur pubbliku u l-politika; jilqa' l-isforzi tal-gvern biex iżid l-edukazzjoni tal-bniet, li wassal biex jingħalaq kważi għal kollox id-distakk bejn is-sessi fl-edukazzjoni primarja, u jistieden lill-gvern jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jitnaqqas id-distakk bejn is-sessi fl-edukazzjoni sekondarja wkoll; jilqa' wkoll l-għadd akbar ta' nisa fit-TGNA wara l-elezzjoni f'Ġunju 2011 u jistieden lill-partiti politiċi jsaħħu aktar l-impenn attiv u l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-politika;

33.

Jilqa' l-iffirmar u r-ratifika min-naħa tat-Turkija tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika tal-24 ta' Novembru 2011; iħeġġeġ lill-gvern jadotta politika ta' tolleranza żero lejn il-vjolenza kontra n-nisa u jkompli jżid l-isforzi preventivi tiegħu fil-livelli kollha fil-ġlieda kontra l-"qtil ta' unur", il-vjolenza domestika u l-fenomenu taż-żwiġijiet mġiegħla u tat-tfal li jiġu mżewġa, b'mod partikulari billi ssir kooperazzjoni u jintlaħaq konsensus wiesa' mal-gruppi tad-drittijiet tan-nisa, billi tiġi emendata l-Liġi Nru 4320 dwar il-Protezzjoni tal-Familja sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kamp ta' applikazzjoni wiesa' irrispettivament mill-istat ċivili u n-natura tar-relazzjoni bejn il-vittma u l-aggressur, inklużi rimedji legali effettivi u mekkaniżmi ta' protezzjoni, billi tiġi mmoniterjata mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Liġi Nru 4320 mill-pulizija, billi tiġi mmoniterjata effettivament il-konformità sħiħa mill-muniċipalitajiet bl-obbligu li jiġu pprovduti biżżejjed postijiet ta' kenn għan-nisa u għall-minorenni fil-periklu, billi tiġi żgurata s-sigurtà tal-postijiet tal-kenn, jiġi impjegat persunal ta' servizz adegwat, u billi tiddaħħal fis-seħħ sistema ta' għajnuna ta' segwitu għan-nisa u għall-minorenni li jħallu dawn ir-rifuġji, sabiex jiġu pprovduti appoġġ psikoloġiku adegwat, assistenza legali u kura tas-saħħa u l-kapaċità li jintegraw soċjalment u ekonomikament fis-soċjetà; jilqa' l-isforzi tal-Ministeru għall-Familja u l-Politika Soċjali li jiżdiedu n-numru u l-kwalità ta' postijiet ta' kenn u d-deċiżjoni tal-Ministeru li jippermetti wkoll lill-entitajiet privati jiftħu postijiet ta' kenn bħala riżors addizzjonali għan-nisa u l-minuri fil-periklu; jilqa' ċ-Ċirkulari Nru 18 tal-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi, li jistipula li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni f'każijiet ta' vjolenza domestika mhux se jibqgħu aktar idumu sakemm il-proċeduri ġudizzjarji jitlestew; jilqa’ l-isforzi tal-Gvern tat-Turkija biex itejjeb il-kooperazzjoni dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi bejn l-awtoritajiet statali;

34.

Huwa mħasseb dwar ir-rata sproporzjonatament għolja ta' faqar fost it-tfal; jistieden lit-Turkija tiżviluppa strateġija komprensiva biex jiġu miġġielda l-faqar tat-tfal u t-tħaddim tat-tfal; jilqa' r-ratifika tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali; iħeġġeġ lit-Turkija żżid l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika fuq it-tfal;

35.

Iħeġġeġ lill-Gvern sabiex jiżgura li l-ugwaljanza, irrispettivament mis-sess, il-ġeneru, l-identità, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, tkun garantita bil-liġi u infurzata b'mod effikaċi, inkluż ir-rispett mill-pulizija; jistieden lill-Gvern tat-Turkija jallinja l-liġi Torka mal-acquis tal-Unjoni u jadotta l-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi bord għall-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni; jinnota l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni kontra l-omofobija u kwalunkwe xorta ta' diskriminazzjoni, kedd jew vjolenza minħabba l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, partikolarment billi dawn ir-raġunijiet jiddaħħlu fil-liġi kontra d-diskriminazzjoni; jesprimi tħassib serju dwar il-prosekuzzjoni regolari tal-persuni LGBT abbażi tal-"Liġi dwar l-Atti Illeċiti" u tad-dispożizzjonijiet dwar "l-imġiba immorali"; jistieden mill-ġdid lill-Gvern tat-Turkija jordna lill-Forzi Armati Torok jieqfu jikklassifikaw l-omosesswalità bħala 'marda psikosesswali';

36.

Jistieden lit-Turkija turi flessibilità u tintensifika l-isforzi tagħha lejn soluzzjoni politika għall-kwistjoni Kurda u jitlob lill-forzi politiċi kollha jaħdmu flimkien sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' djalogu politiku msaħħaħ u proċess ta' inklużjoni politika, kulturali u soċjoekonomika ulterjuri u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta' oriġini Kurda sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni, għal-libertà tal-assoċjazzjoni u għal-libertà tal-assemblea; iqis essenzjali, f'dan ir-rigward, li d-dritt għall-edukazzjoni fl-ilsien twelid ta' dak li jkun; jistieden lill-Gvern tat-Turkija jżid l-isforzi tiegħu sabiex jippromwovi aktar l-iżvilupp soċjoekonomiku fix-Xlokk; huwa tal-fehma li r-riforma kostituzzjonali hija qafas utli ħafna sabiex ikun promoss ftuħ demokratiku; ifakkar li sitwazzjoni politika tista' tinbena biss fuq dibattitu miftuħ u realment demokratiku dwar il-kwistjoni Kurda u jesprimi tħassib dwar in-numru kbir ta' kawżi li nfetħu kontra kittieba u ġurnalisti li jiktbu dwar is-sitwazzjoni Kurda u l-arrest ta' diversi politikanti Kurdi, sindki eletti lokalment u membri ta' kunsilli muniċipali, avukati, dimostranti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-proċess tal-KCK, u operazzjonijiet oħrajn tal-pulizija; jistieden lill-Gvern tat-Turkija joħloq bażi paċifika għall-esponenti politiċi ta' oriġini Kurda sabiex ikollhom dibattitu ħieles u pluralistiku; jenfasizza l-importanza li ssir promozzjoni dwar il-kwistjoni Kurda fi ħdan l-istituzzjonijiet demokratiċi, partikolarment fil-Gran Assemblea Nazzjonali Torka (TGNA);

37.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakki riċenti kontra l-uffiċċji Ewropej ta' gazzetta Torka u jitlob li ssir investigazzjoni koordinata dwar dawn l-attakki;

38.

Jilqa' u jistenna l-implimentazzjoni rapida tad-dikjarazzjoni riċenti tal-Gvern tat-Turkija li jerġa' jiftaħ skola ta' minoranza Griega fil-gżira ta' Gökçeada (Imbros), fatt li jikkostitwixxi pass pożittiv lejn il-ħarsien tan-natura bikulturali tal-gżejjer Torok ta' Gökçeada (Imbros) u Bozcaada (Tenedos), b'konformità mar-Riżoluzzjoni Nru 1625 (2008) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa; jinnota, madankollu, li jinħtieġ li jittieħdu aktar passi sabiex jiġu indirizzati l-problemi ffaċċjati minn membri tal-minoranza Griega, partikolarment fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà tagħhom;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-qafas legali dwar ix-xogħol u d-drittijiet tat-trejdjunjins jinġiebu konformi mal-istandards tal-UE, mal-istrumenti tal-Kunsill tal-Ewropa u mal-konvenzjonijiet tal-ILO, u li jiġu applikati bis-sħiħ fil-prattika, billi t-tneħħija tal-ostakli kollha sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati bis-sħiħ dawn id-drittijiet se jiżgura li l-progress ekonomiku b'saħħtu attwali jimxi id f'id ma' distribuzzjoni usa' fost is-soċjetà Torka tal-ġid iġġenerat mit-tkabbir ekonomiku, u b'hekk ikun iġġenerat potenzjal akbar ta' tkabbir; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-partijiet kollha tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali biex isaħħu l-impenn u l-kooperazzjoni tagħhom, sabiex jintlaħqu l-punti ta' riferiment għall-ftuħ tal-Kapitolu 19 dwar il-Politika Soċjali u l-Impjiegi;

40.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-prattika li jsiru prosekuzzjoijiet kriminali kontra trejdjunjonisti, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni li jkunu attivi favur il-kisba ta' kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol, tal-edukazzjoni u tal-għajxien u li jirrappurtaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-interess pubbliku u tal-ħaddiema u bħala konribut favur soċjetà pluralistika;

41.

Jistieden lill-Gvern tat-Turkija jippromwovi l-involviment attiv u sħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fil-proċess ta' konsultazzjoni politika u leġiżlattiva dwar il-ħarsien tal-konsumaturi u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jappoġġja u jsaħħaħ il-moviment tal-konsumaturi; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jingħaqdu flimkien sabiex iżidu r-rappreżentanza tagħhom;

42.

Jilqa' d-diversifikazzjoni tas-suq tal-enerġija tat-Turkija iżda jinkuraġġixxi wkoll lill-Gvern tat-Turkija jeżamina sew ir-riskju u r-responsabbiltà rigward proġetti attwali ta' impjanti ta' enerġija nukleari, bħal dak f'Akkuyu; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jitħares il-wirt naturali, kulturali u arkeoloġiku, b'konformità sħiħa mal-istandards Ewropej;

Il-bini ta' relazzjonijiet tajbin mal-ġirien

43.

Jappoġġja bil-qawwa n-negozjati li għaddejjin dwar ir-riunifikazzjoni ta' Ċipru taħt il-patroċinju tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti; jenfasizza li soluzzjoni ġusta u vijabbli tal-kwistjoni dwar Ċipru trid tinkiseb b'urġenza u jistieden lit-Turkija u lill-partijiet ikkonċernati kollha jaħdmu b'mod intensiv u b'rieda tajba għal ftehim komprensiv; jistieden lill-Gvern tat-Turkija jibda jirtira l-forzi tiegħu minn Ċipru u biex jgħaddi lil Famagusta lin-Nazzjonijiet Uniti skont ir-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden b'mod parallel lir-Repubblika ta' Ċipru tiftaħ il-port ta' Famagusta taħt il-kontroll doganali tal-UE sabiex tippromwovi klima pożittiva għal soluzzjoni ta' suċċess tan-negozjati għar-riunifikazzjoni li għaddejjin u tippermetti lit-Ċiprijotti Torok jinnegozjaw direttament b'mod legali aċċettabbli għal kulħadd;

44.

Iħeġġeġ lit-Turkija tintensifika l-appoġġ tagħha għall-Kumitat għan-Nies li Għebu f'Ċipru;

45.

Jistieden lit-Turkija toqgħod lura milli toħloq komuniatjiet ġodda ta' ċittadini Torok f'Ċipru, peress li dan ikompli jbiddel il-bilanċ demografiku u jnaqqas il-lealtà taċ-ċittadini tal-gżira lejn stat futur komuni bbażat fuq l-imgħoddi komuni tiegħu;

46.

Jiddispjaċih għad-dikjarazzjonijiet tat-Turkija li se tiffriża r-relazzjonijiet mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fit-tieni nofs tal-2012, jekk sa dak iż-żmien tkun għadha ma nstabitx soluzzjoni għall-kwistjoni dwar Ċipru; ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq prinċipji ta' kooperazzjoni sinċiera u solidarjetà reċiproka fost l-Istati Membri kollha tagħha, u li bħala pajjiż kandidat it-Turkija għandha timpenja ruħha għal relazzjonijiet sereni mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kollha; barra minn hekk ifakkar li l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija prevista fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

47.

Jistieden lit-Turkija tippermetti d-djalogu politiku bejn l-UE u n-NATO billi tneħħi l-veto tagħha għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO inkluż Ċipru, u, konsegwentement, jistieden lir-Repubblika ta' Ċipru tneħħi l-veto tagħha għall-parteċipazzjoni tat-Turkija fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

48.

Jieħu nota tal-isforzi intensifikati kontinwi min-naħa tat-Turkija u l-Greċja sabiex itejbu r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom; madankollu iqis li hu ta' dispjaċir, li t-theddida casus belli ddikjarata mill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka kontra l-Greċja għadha ma ġietx irtirata u jemmen li t-titjib tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi għandu jwassal għall-irtirar ta' din it-theddida; iħeġġeġ lill-Gvern tat-Turkija itemm il-vjolazzjoni ripetuta tal-ispazju tal-ajru Grieg u t-titjiriet tal-ajruplani militari fuq il-ġżejjer Ġriegi;

49.

Jenfasizza li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-liġi tal-baħar (UNCLOS) ġiet iffirmata mill-UE, is-27 Stat Membru u l-pajjiżi kandidati l-oħra kollha, u li din hija parti mill-acquis tal-Unjoni; għalhekk jistieden lill-Gvern tat-Turkija jiffirmaha u jirratifikaha mingħajr aktar dewmien; ifakkar fil-leġittimità sħiħa taż-żona ekonomika esklużiva tar-Repubblika ta' Ċipru skont l-UNCLOS;

50.

Iħeġġeġ lit-Turkija u l-Armenja jkomplu lejn normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejniethom billi jirratifikaw, mingħajr prekundizzjonijiet, il-protokolli u billi jiftħu l-fruntiera;

51.

Iqis li t-Turkija hi sieħba importanti tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li hu ta’ importanza strateġika għall-UE; jistieden lit-Turkija tappoġġa u tikkontribwixxi b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE f’dan ir-reġjun;

Progress fil-kooperazzjoni UE-Turkija

52.

Jiddeplora r-rifjut tat-Turkija li tissodisfa l-obbligu tagħha li timplimenta bis-sħiħ u b'mod li ma jiddiskriminax, il-Protokoll addizzjonali għall-Ftehim ta' assoċjazzjoni KE-Turkija fil-konfront tal-Istati Membri kollha; ifakkar li dan ir-rifjut ikompli jaffettwa bil-kbir il-proċess ta' negozjati, u jistieden lill-Gvern tat-Turkija jimplimenta l-protokoll kollu mingħajr aktar dewmien;

53.

Jenfasizza li l-Unjoni Doganali UE-Turkija ippermettiet lit-Turkija tilħaq livell għoli ta' allinjament fil-qasam tal-moviment ħieles tal-prodotti u qed tkompli ssaħħaħ il-kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Turkija, li ammonta għal EUR 103 biljun fl-2010; jinnota, madankollu, li t-Turkija mhijiex qed timplimenta l-Unjoni Doganali b'mod sħiħ u għadha tuża leġiżlazzjoni li tmur kontra l-impenji tagħha li tneħħi ostakli tekniċi għall-kummerċ bħal-liċenzji tal-importazzjoni, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi terzi li qed jiċċirkolaw b'mod liberu fl-UE, l-għajnuna mill-Istat, l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-rekwiżiti għar-registrazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi ġodda u t-trattament tat-taxxa diskriminatorju;

54.

Itenni l-kundanna soda u qawwija tiegħu tal-vjolenza terroristika li qed tkompli mill-PKK, li qiegħed fil-lista tal-UE tal-organizzazzjonijiet terroristiċi u jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mat-Turkija; jistieden lill-Istati Membri, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-koordinatur tal-UE għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-Europol, u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-liġi internazzjonali, jintensifikaw il-kooperazzjoni mat-Turkija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bħala sors ta' finanzjament tat-terroriżmu; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiffaċilitaw djalogu informattiv adegwat u skambji ta' informazzjoni mat-Turkija dwar it-talbiet għal estradizzjoni tat-Turkija li ma jistgħux jitkomplew minħabba raġunijiet legali jew proċedurali;

55.

Jiddispjaċih għad-dewmien fil-leġiżlazzjoni tat-TNGA biex jitħarsu d-drittijiet tar-rifuġjati u ta' dawk li jfittxu ażil; jesprimi tħassib dwar ir-rapporti kontinwi ta' persuni mibgħuta lura f'pajjiżi fejn huma biċ-ċans li jħabbtu wiċċhom mar-riskju ta' tortura jew abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem minħabba rifjut arbitrarju tal-aċċess għall-proċedura ta' ażil;

56.

Jilqa’ l-progress li għamlet it-Turkija fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u jappoġġa l-isforzi ulterjuri biex jiżdied l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha; jenfasizza l-potenzjal tat-Turkija fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, riżorsi solari, tar-riħ u ġeotermali sinifikanti u l-potenzjal għall-UE li timporta elettriku rinnovabbli mit-Turkija permezz ta’ linji tat-trażmissjoni b'vultaġġ għoli u kurrent dirett fuq distanzi twal, u b’hekk tikkontribwixxi mhux biss għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE iżda wkoll għall-objettivi tal-UE fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli;

57.

Ifakkar fir-rwol ċentrali tat-Turkija bħala l-kuridur tal-enerġija tal-UE għar-riżorsi taż-żejt u l-gass tal-Kawkasu u l-Kaspju u fil-qrubija strateġika tagħha tal-Iraq u tas-suq taż-żejt mhux raffinat tagħha, li qed jiżviluppa; jenfasizza r-rwol strateġiku tas-sistema ppjanata ta' pajpijiet ta' Nabucco u tal-pajpijiet tal-gass oħra, bħall-kuridur għat-tranżitu tal-gass ITGI (interkonnettur Turkija-Greċja-Italja), għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea; jemmen li, b'kunsiderazzjoni tar-rwol u l-potenzjal strateġiċi tat-Turkija, inkluż għall-investiment tal-UE u għall-kooperazzjoni ulterjuri mal-UE, għandha tingħata kunsiderazzjoni inizjali għall-valur tal-ftuħ tan-negozjati dwar Kapitolu 15 dwar l-enerġija, bil-ħsieb li jinġieb 'il quddiem id-djalogu strateġiku bejn l-UE u t-Turkija dwar l-enerġija;

58.

Jenfasizza r-rwol politiku u ġeografiku strateġiku tat-Turkija, għall-politika barranija tal-Unjoni Ewropea u l-politika tal-viċinat tagħha; jenfasizza r-rwol tat-Turkija bħala attur reġjonali importanti fil-Lvant Nofsani, il-Balkani tal-Punent, l-Afganistan/Pakistan, in-Nofsinhar tal-Kawkasu, l-Asja Ċentrali u l-Qarn tal-Afrika u r-rwol tat-Turkija bħala sors ta' aspirazzjoni fil-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika tal-Istati Għarab f’oqsma sinifikanti tal-politika li jinkludu r-riforma politika u ekonomika u l-iżvilupp istituzzjonali; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi magħmula mit-Turkija biex tikkontribwixxi għat-tkomplija tad-djalogu u l-kooperazzjoni f’livell għoli bejn l-Afganistan u l-Pakistan u jilqa’ l-proċess ta’ Istanbul li nbeda biex titjieb il-koperazzjoni reġjonali bejn l-Afganistan u l-ġirien tiegħu; jappoġġja l-pożizzjoni soda u l-impenn tat-Turkija għall-forzi demokratiċi fis-Sirja u jfakkar fir-rwol importanti tagħha fil-protezzjoni tar-refuġjati Sirjani; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali biex jappoġġaw l-isforzi tat-Turkija biex tlaħħaq mad-dimensjoni umanitarja dejjem tikber tal-krizi fis-Sirja; jistieden lill-UE u t-Turkija jsaħħu d-djalogu politiku eżistenti tagħhom dwar l-għażliet tal-politika barranija u l-objettivi ta' interess reċiproku; iħeġġeġ lit-Turkija tiżviluppa l-politika barranija tagħha fil-qafas tad-djalogu u l-koordinazzjoni mal-UE u tallinja b'mod progressiv l-politika estera tagħha ma' dik tal-UE, bil-ħsieb li jinħolqu sinerġiji prezzjużi u jissaħħaħ il-potenzjal għal impatt pożittiv;

59.

Ifakkar fl-importanza ta’ koordinazzjoni u koperazzjoni mill-qrib bejn it-Turkija u l-UE dwar il-kwistjoni tal-proliferazzjoni nukleari fl-Iran u jemmen li t-Turkija jista' jkollha rwol importanti u kostruttiv fil-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tad-djalogu mal-Iran dwar soluzzjoni bla dewmien u fl-iżgurar ta' appoġġ sħiħ għas-sanzjonijiet kontra l-Iran;

60.

Ifakkar fl-ambizzjoni tat-Turkija li tispira u tassisti tranżizzjonijiet demokratiċi u riformi soċjoekonomiċi fil-viċinat tan-Nofsinhar; jinnota li l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet Torok u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-istrumenti PEV jiġġeneraw effetti ta’ sinerġija uniċi, speċjalment f’oqsma bħall-istabbiliment istituzzjonali u l-iżvilupp soċjoekonomiku u tas-soċjetà ċivili; jemmen li l-kooperazzjoni prattika għandha tiġi komplimentata minn djalogu strutturat bejn l-UE u t-Turkija sabiex jiġu koordinati l-politiki tal-viċinat rispettivi tagħhom;

61.

Jilqa' r-ratifika min-naħa tat-Turkija tal-protokoll fakultattiv tal-konvenzjoni tan-NU kontra t-tortura (OPCAT) fis-27 ta' Settembru 2011 u jistieden lit-Turkija tittrasponi malajr ir-rekwiżiti tiegħu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; iħeġġeġ l-adozzjoni bla dewmien ta’ mekkaniżmu nazzjonali ta’ implimentazzjoni; jitlob lit-Turkija tagħti aċċess lill-osservaturi internazzjonali għall-ħabsijiet tagħha;

62.

Jistieden mill-ġdid lill-Gvern tat-Turkija jiffirma u jissottometti għar-ratifika l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u b'hekk ikompli jżid il-kontribut u l-impenn tat-Turkija fis-sistema multilaterali globali;

*

* *

63.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi-President tal-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.


(1)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 284.

(2)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 452.

(3)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 57.

(4)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 139.

(5)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 59.

(6)  Testijiet adottati, P7_TA(2011)0090.

(7)  ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 385.

(8)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 174.

(9)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 4.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/49


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Rapport dwar it-tkabbir għall-Montenegro

P7_TA(2012)0117

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rapport ta' progress tal-2011 dwar l-Montenegro (2011/2890(RSP))

2013/C 257 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tad-29 ta' Marzu 2010 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 u l-anness 'L-aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea',

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar il-progress li sar mill-Montenegro fil-proċess ta' adeżjoni (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, tas-17 ta' Diċembru 2010, biex il-Montenegro jingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar ir-Rapport dwar il-progress tal-2011 dwar il-Montenegro (SEC(2011)1204),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2011 bit-titolu "Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012" (COM(2011)0666),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2010 dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0670),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tat-tielet laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni Unjoni Ewropea-Montenegro, tat-3 u l-4 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Istati Membri tal-UE biħsiebhom jiftħu n-negozjati ta' adeżjoni mal-Montenegro f'Ġunju 2012 u billi l-Kummissjoni ġiet mistiedna mill-Kunsill Ewropew tipproponi qafas għan-negozjati mal-Montenegro;

B.

billi l-Kunsill Ewropew inkariga lill-Kunsill jeżamina l-progress li għamel il-Montenegro abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni;

C.

billi fil-Montenegro l-kunsens politiku fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-UE għadu għoli u l-objettiv ta' progress lejn l-adeżjoni mal-UE u man-NATO huwa s-sinsla tal-politika barranija tiegħu; billi l-isforzi għal riformi jeħtieġu rieda politika b'saħħitha u impenn prijoritarju biex il-pajjiż jilqa' l-isfidi futuri fil-proċess ta' adeżjoni;

D.

billi l-Montenegro kiseb progress sinifikanti bies jissodisfa s-seba' prijoritajiet fundamentali identifikati mill-Kummissjoni fl-2010, partikolarment it-titjib fil-ħidma tal-parlament u l-qafas elettorali, il-professjonalità tal-amministrazzjoni pubblika, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra il-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-garanzija tal-libertà tal-mezzi ta' informazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili;

E.

billi l-Montenegro rreġistra rkurpu ekonomiku modest flimkien ma' inflazzjoni baxxa, fluss sinifikanti lejh ta' investimenti barranin diretti u tnaqqis ċkejken fir-rata tal-qgħad; billi l-Montenegro implimenta d-dispożizzjonijiet kummerċali tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-UE;

F.

billi l-Montenegro jeħtieġ ikompli b'mod effiċjenti sforzi ulterjuri għal riformi biex jimplimenta l-pjan ta' azzjoni tal-gvern fir-rigward tal-prijoritajiet fundamentali u jaċċelera l-irkupru mill-kriżi ekonomika filwaqt li jiżgura fl-istess waqt kontroll adegwat tan-nefqa pubblika u tad-dejn barrani, li skont id-data tal-2011 huwa ogħla minn dak tas-sena preċedenti; u billi l-Montenegro jeħtieġ li jżomm l-istabbiltà fiskali, pereżempju, kif ukoll isaħħaħ u jibni kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali meħtieġa biex jassumi l-obbligi ta' adeżjoni mal-UE fil-futur;

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li timmira għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Montenegro f'Ġunju 2012; jistieden lill-Istati Membri tal-UE ma jdewmux bla bżonn u bla raġuni t-tnedija tat-taħdidiet billi, sal-lum, il-Montenegro kiseb progress sinifikanti fis-sodisfazzjon tal-parametri ta' riferiment meħtieġa;

2.

Jenfasizza l-bżonn li jintbagħat sinjal pożittiv lill-Montenegro u lill-pajjiżi l-oħra li qed jistinkaw biex jissodisfaw il-kriterji ta' adeżjoni; jemmen bil-qawwa li l-pajjiżi kandidati u dawk potenzjalment kandidati għandhom jiġu valutati esklużivament fuq il-merti proprji tagħhom u l-progress biex jiġu sodisfatti dawn il-kriterji u li l-proċess ta' adeżjoni tagħhom bl-ebda mod ma għandu jkun marbut mal-progress f'pajjiżi ġirien jew kandidati oħrajn bil-għan li tinżamm il-kredibilità tal-proċess tat-tkabbir;

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) taħdem tajjeb fil-Montenegro; jinkoraġġixxi kemm lill-gvern Montenegrin kif ukoll lill-Kummissjoni jissemplifikaw il-proċedura amministrattiva għall-finanzjament IPA, bil-għan li din issir aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet iżgħar u mhux governattivi, għat-trade unions u għal benefiċjarji oħra;

4.

Ifaħħar lill-Montenegro talli laħaq livell għoli ta' konformità mal-kriterji ta' adeżjoni permezz tal-ksib ta' riżultati kumplessivament sodisfaċenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-prijoritajiet fundamentali;

5.

Jissottolinja n-neċessità u l-importanza tal-impenn lejn sforzi komprensivi u kwalitattivi għall-implimentazzjoni tar-riformi, b'enfasi partikolari fil-qasam tal-Istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-objettiv l-aktar importanti għal tali sforzi huwa dak tal-miżuri għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata – dawn il-miżuri se jibqgħu essenzjali matul il-proċess ta' adeżjoni tal-Montenegro; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jkomplu jimplimentaw mingħajr skossi l-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; huwa tal-opinjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE se jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex jissorveljaw u jiffaċilitaw ir-riforma tal-ġudikatura ladarba jinfetaħ il-Kapitolu 23 tan-negozjati ta' adeżjoni;

6.

Jilqa' l-istrateġija l-ġdida għan-negozjati ta' adeżjoni tal-Kummissjoni li jinfetħu l-Kapitoli 23 u 24 fil-bidu tan-negozjati u jittama li dawn iż-żewġ kapitoli jinfetħu kemm jista' jkun malajr għall-aċċelerazzjoni ulterjuri tar-riformi tal-ġudikatura fil-Montenegro;

7.

Ifakkar li l-UE hija bbażata fuq il-valuri tat-tolleranza u tad-drittijiet ugwali għal kulħadd fis-soċjetà; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jkompli jmexxi djalogu kostruttiv bejn il-forzi politiċi bil-għan li jissalvagwadja l-koeżjoni tan-natura multietnika tal-pajjiż u sabiex jegħleb id-diviżjonijiet kulturali u nazzjonali li fadal kif ukoll jipprevjeni d-diskriminazzjoni;

Kriterji politiċi

8.

Jilqa' pożittivament l-azzjoni leġiżlattiva meħuda biex titjieb il-ħidma tal-parlament nazzjonali; jirrakkomanda, iżda, li għandhom jitwettqu sforzi ulterjuri biex il-proċess ta' regolamentazzjoni jsir aktar trasparenti, għandha tiżdied il-parteċipazzjoni pubblika fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni l-ġdida permezz ta' konsultazzjoni saħansitra eqreb mas-soċjetà ċivili, għandhom jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-parlament intiżi li jtejbu l-prestazzjoni parlamentari kemm fil-leġiferazzjoni kif ukoll fis-sorveljanza politika u fl-iskrutinju demokratiku tal-poter eżekuttiv kif anki għandu jsir użu aktar frekwenti u effiċjenti tal-istrument ta' smigħ konsultattiv u ta' kontroll u għandhom jiġu segwiti aktar sistematikament il-mistoqsijiet parlamentari u t-talbiet indirizzati lill-gvern; aktar speċifikament, jirrakkomanda li jiżdiedu l-funzjonijiet u s-setgħat tal-kumitat rilevanti sabiex il-parlament jeżerċita sorveljanza adegwata u effikaċi tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;

9.

Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-emendi tal-liġi dwar l-elezzjoni tal-kunsillieri muniċipali u tad-deputati tal-parlament, bħala waħda mill-kundizzjonijiet li fadal mis-seba' prijoritajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro, madankollu, jintegraw tali riżultati leġiżlattivi b'azzjonijiet ġodda maħsuba biex isaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi billi din, fil-prattika, għadha mhijiex garantita;

10.

Jenfasizza l-problema kontinwa tar-rappreżentanza insuffiċjenti tan-nisa fil-parlament, f'karigi governattivi għoljin u f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u privat; għalhekk jilqa' favorevolment id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jippreskrivu li 30 % tal-kandidati fuq il-lista tal-kandidati jkunu nisa, iżda jinsab imħasseb f'dan ir-rigward li l-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex żgurata b'din il-prattika; jinsab imħasseb ukoll dwar il-ksur mifrux tad-drittijiet għall-impjieg tan-nisa, inkluż id-dritt ta' paga ugwali; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Montenegrini jħaffu fil-ħidma ta' integrazzjoni tal-politiki ta' ugwaljanza tal-ġeneru u jintroduċu l-prinċipju ta' paga ugwali;

11.

Ifaħħar l-adozzjoni tal-emendi tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni, li twaqqaf kontroversja politika twila dwar l-istatus tal-lingwa Serba fis-sistema edukattiva tal-Montenegro; huwa tal-fehma li dan il-kompromess pożittiv jenfasizza l-kunsens wiesa' tal-forzi politiċi kollha dwar in-natura ta' koeżjoni iżda wkoll multietnika u multikonfessjonali tal-pajjiż;

12.

Iqis l-istrateġija l-ġdida tar-riforma tal-amministazzjoni pubblika għall-2011-2013 bħala pass pożittiv intiż biex tintroduċi standards Ewropej fir-rigward tar-reklutaġġ u l-promozzjoni u l-miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-amministrazzjoni tal-Istat; iħeġġeġ lill-Gvern Montenegrin jittratta l-aspetti ewlenin tas-sistema amministrattiva fis-seħħ li jirreġistraw rendiment skars fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-organizzazzjoni tal-ħidma tal-gvern, inkluża s-sistema ta' delega u deċentrament tal-poter, bil-għan li jinħoloq servizz pubbliku depolitiċizzat u professjonali li jaġixxi b'mod effikaċi u imparzjali; jistieden lill-awtoritajiet jagħtu prijorità lil governanza tajba, jikkontribwixxu għall-evoluzzjoni gradwali tal-kultura ġuridikoamministrattiva u tittratta l-problema tal-istrutturi amministrattivi li huma mgħobbijin u sfruttati wisq;

13.

Josserva l-progress fir-riforma tal-ġudikatura, inklużi t-tnaqqis tal-għadd ta' kawżi pendenti quddiem il-qrati, l-adozzjoni ta' miżuri intiżi li jsaħħu l-indipendenza, ir-responsabilità, l-imparzjalità u l-effiċjenza tal-imħallfin u tal-prosekuturi, li hija waħda mill-prijoritajiet fundamentali, u l-applikazzjoni aktar sistematika min-naħa tal-Kunsill tal-Ġudikatura tal-proċedimenti dixxiplinari kontra mħallfin u prosekuturi ssuspettati; jistieden lill-Parlament Montenegrin jadotta dispożizzjonijiet kostituzzjonali intiżi biex jirrinfurzaw l-indipendenza ġuridika u r-responsabilità tal-ġudikatura, isaħħu l-indipendenza ġuridika u l-awtonomija professjonali tal-Kunsill tal-Ġudikatura u tal-Prosekuturi; jenfasizza l-bżonn ta' monitoraġġ aktar effiċjenti tal-korruzzjoni u tar-regoli dwar il-kunflitt ta' interess; jappella għar-razzjonalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja intiża biex iżżid l-effiċjenza ġudizzjarja billi l-Montenegro għadu wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla numru per capita ta' qrati tal-ewwel livell, maġistrati, prosekuturi u persunal amministrattiv fl-Ewropa;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jikkonċentraw fuq l-għażla tal-imħallfin u tal-prosekuturi, l-indipendenza finanzjarja tagħhom u l-implimentazzjoni rigoruża tal-provvedimenti dixxiplinari fil-konfront tal-imħallfin u tal-prosekuturi f'każ ta' irregolaritajiet; jistieden ukoll lill-awtoritajiet iżidu t-trasparenza tal-ġudikatura; itenni t-talba tiegħu li jkunu ggarantiti l-prevedibilità tas-sistema ġudizzjarja u l-fiduċja taċ-ċittadini; jitlob li l-baġit għas-sistema ġudizzjarja jkun allokat finanzjamenti adegwati għall-infrastrutturi, it-tagħmir u t-taħriġ sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-ġudikatura; iqis li huwa importanti li jiġu stabbiliti kriterji komuni għat-taħriġ ġudizzjarju li jkunu applikati miċ-Ċentru għat-Taħriġ Ġudizzjarju;

15.

Jilqa' pożittivament aktar progress sodisfaċenti fl-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, partikolarment il-liġi l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku, il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-emendi għal-liġi dwar il-kunflitt ta' interess; josserva, iżda, li l-liġi l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku tista' tkun aktar restrittiva mil-leġiżlazzjoni preċedenti u għaldaqstant tista' tiskoraġġixxi r-rappurtar tal-korruzzjoni; jinsab imħasseb dwar ir-rwol b'saħħtu tar-rappreżentanti tal-partiti politiċi fil-Kummissjoni għall-prevenzjoni ta' kunflitt ta' interess, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' emendi ġodda għal-liġi dwar il-kunflitt ta' interess; huwa tal-fehma li l-abbozz ta' liġi attwali dwar l-aċċess liberu għall-informazzjoni jista' jillimita l-aċċess għall-informazzjoni u, b'hekk, jista' jnaqqas il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-mezzi ta' informazzjoni li jikxfu każijiet ta' korruzzjoni; josserva li l-korruzzjoni għadha tipprevali f'ħafna setturi, tibqa' titqies bħala problema ta' tħassib partikolari u tista' wkoll tikkawża spejjeż konsiderevoli għall-finanzi pubbliċi;

16.

Jinkoraġġixxi lill-gvern jimplimenta b'mod koerenti l-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni kif anki l-liġijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali; jistieden lill-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi jsegwu, b'mod komprensiv, sforzi kontra l-korruzzjoni u aktar każijiet ta' korruzzjoni li jwasslu għal kundanni, fosthom każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jddaħħlu aktar mekkaniżmi preċiżi għall-implimentazzjoni korretta u l-monitoraġġ tal-inizjattivi u tal-proġetti kontra l-korruzzjoni kif ukoll jissaħħu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-iskambju ta' informazzjoni, partikolarment bejn il-pulizija u l-prosekuturi; jinkoraġġixxi lill-Parlament Montenegrin isaħħaħ il-kontroll tal-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jitfgħu aktar dawl fuq l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, speċjalment dwar il-każijiet ta' privatizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt u r-riżultati miksubin permezz tal-allokazzjoni tal-fondi tal-UE fir-riforma tal-ġudikatura u fit-taqbida kontra l-korruzzjoni;

17.

Jenfasizza l-bżonn ta' intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, partikolarment fir-rigward tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi u investigattivi tal-pulizija u tal-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni bil-għan li titjieb il-effikaċja ta' dawn il-korpi; iqis importanti l-intensifikazzjoni tal-isforzi għall-ipproċessar effiċjenti tal-intelligence kriminali u l-estensjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, speċjalment il-ħasil ta' flus u l-kuntrabandu;

18.

Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress leġiżlattiv li sar biex tiġi garantita l-libertà ta' espressjoni fil-mezzi ta' informazzjoni, għadu josserva allegazzjonijiet ta' każijiet ta' intimidazzjoni u vjolenza fiżika kontra ġurnalisti u limitazzjoni rrapportata tal-libertà tal-mezzi ta' informazzjoni; jinsab imħassab dwar il-każijiet pendenti ta' malafama u ta' libell fil-qorti kontra l-mezzi ta' informazzjoni u l-ġurnalisti;

19.

jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jinvestigaw fid-dettall każijiet ta' vjolenza fiżika u intimidazzjoni kontra ġurnalisti u juru l-impenn tagħhom favur mezzi ta' informazzjoni ħielsa mill-indħil politiku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jinvestigaw bis-serjetà u jipproċessaw il-każijiet ta' omiċidju u attakki kontra l-ġurnalisti, kif ukoll il-ħruq ta' vetturi ta' proprjetà tal-gazzetta Vijesti, u jipproċessaw lil dawk responsabbli mill-attakk fuq it-tim televiżiv ta' Vijesti f'Novembru 2011 f'Humci, viċin Nikšić; jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu l-indipendenza tal-korpi regolatorji u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-korp ta' awtoregolamentazzjoni tal-mezzi ta' informazzjoni l-kundizzjonijiet biex jibda l-operat tiegħu abbażi tal-aħjar standards Ewropej; jistieden lill-Gvern Montenegrin jipproponi emenda tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-libertà ta' informazzjoni b'tali mod li ma tkunx tirrestrinġi l-aċċess għall-informazzjoni u tillimita t-trasparenza; jistieden lill-ġurnalisti jikkonformaw mad-deontoloġija u l-istandards dwar ir-rispett tal-privatezza u d-dinjità tal-mezzi ta' informazzjoni;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li għamel il-gvern biex itejjeb il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u jappella għal konsultazzjonijiet kontinwi mas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki u fir-regolamentazzjoni; iqis bħala pass pożittiv l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Istat ħatru persuna ta' kuntatt mal-NGOs u li bosta minn dawn l-istituzzjonijiet iffissaw il-kriterji u l-proċedura għall-għażla tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għall-gruppi ta' ħidma rilevanti stabbiliti mill-gvern; jenfasizza madankollu, l-importanza li jissaħħaħ ukoll id-djalogu mat-trade unions kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-aktar gruppi vulnerabbli jew jittrattaw kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru;

21.

Jilqa' pożittivament is-sitwazzjoni ġeneralment tajba rigward ir-relazzjonijiet interetniċi, inkluża l-ġestjoni ta' kwistjonijiet sensittivi bħall-etniċità u l-lingwa fiċ-ċensiment tal-popolazzjoni; josserva b'sodisfazzjon li l-qafas leġiżlattiv dwar il-politiki kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi huwa, fil-biċċa l-kbira tiegħu, stabbilit, inkluż il-Konsulent tal-Prim Ministru għad-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien mid-diskriminazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li għadhom jinħtieġu sforzi ulterjuri għall-implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jieħdu aktar miżuri biex jiggarantixxu rappreżentanza aħjar tal-minoranzi fl-istituzzjonijiet pubbliċi fil-livell nazzjonali u dak lokali billi l-persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi għadhom mhux rappreżentati biżżejjed fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jistieden lill-awtoritajiet jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni tal-komunitajiet Rom, Ashkali u Eġizzjani u jtejbu l-kundizzjonijiet ta' ħajja tagħhom, l-aċċess għas-sigurtà soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, id-djar u s-servizzi ta' impjieg; barra minn hekk iħeġġeġ lill-gvern u lill-awtoritajiet lokali jissottoskrivu għall-Qafas Ewropew għall-istrateġiji nazzjonali għall-inklużjoni tar-Rom billi jniedu u jressqu strateġija nazzjonali għall-inklużjoni fuq 10 snin wara l-iskadenza tal-istrateġija 2008-2012 attwali għat-titjib fl-istatus tal-popolazzjonijiet Rom, Ashkali u Eġizzjani;

22.

Jilqa' pożittivament l-adozzjoni reċenti tal-Liġi kontra d-diskriminazzjoni li ssemmi espliċitament l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru, u jappella għall-implimentazzjoni korretta tal-qafas leġiżlattiv eżistenti kontra d-diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jsaħħu l-miżuri intiżi li jimplimentaw il-qafas ġuridiku u istituzzjonali tal-pajjiżi fil-qasam tad-drittijiet LGBT; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jieħu miżuri mmirati li jżommu lura minn kull intimidazzjoni fil-konfront ta' organizzazzjonijiet u persuni LGBT u jagħmlu kull ma jistgħu biex jipprevjenu attakki kontra l-komunità LGBT;

23.

Jissottolinja li l-Montenegro rratifika it-tmien konvenzjonijiet fundamentali dwar id-drittijiet tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Karta Soċjali Ewropea; jenfasizza li għalkemm id-drittijiet bażiċi tax-xogħol u t-trejdjunjins huma previsti fil-Kodiċi tax-Xogħol, xorta għad jissussistu xi restrizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Montenegro jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; jindika r-rwol importanti tad-djalogu soċjali u jinkoraġġixxi lill-Gvern Montenegrin jintensifika l-ambizzjoni tiegħu fil-Kunsill Soċjali u jkompli jsaħħu; jenfasizza l-importanza li jitjiebu t-trasparenza u l-effikaċja tal-Kunsill Soċjali;

24.

Jenfasizza li l-partiti politiċi kollha, indipendentement mill-komunità li jirrappreżentaw, għandhom jistinkaw biex iżommu klima politika kostruttiva u matura u jastjenu milli jieħdu istruzzjonijiet politiċi minn pajjiżi terzi;

25.

Jinkoraġġixxi lill-Montenegro jsaħħaħ il-qafas leġiżlattiv li jirregola d-drittijiet tal-persuni b'diżabilitajiet u jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-impjieg, inkluż fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jistieden lill-awtoritajiet jadattaw l-postijiet pubbliċi għall-eżiġenzi tagħhom u jkomplu jorganizzaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jittrattaw l-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilitajiet;

26.

Huwa u josserva li fil-Montenegro attwalment jinsabu madwar 15 000 rifuġjat, persuni spustati internament u spustati li joriġinaw mill-Kroazja, mill-Bosnja-Ħerzegovina u mill-Kosovo, jistieden lill-Gvern Montenegrin isib soluzzjoni dejjiema u sostenibbli għall-problema billi jimplimenta l-istrateġija rilevanti tiegħu u jwettaq sforzi ulterjuri biex jagħti status ġuridiku għall-persuni spustati; iqis bħala importanti r-rimpatriju tagħhom kif ukoll il-bżonn li jitneħħew l-ostakli li fadal bejn il-pajjiżi tar-reġjun u jiġi faċilitat ir-ritorn; f'dan ir-rigward, josserva b'sodisfazzjon ir-rwol proattiv tal-Montenegro fil-programm reġjonali "Inizjattiva ta' Belgrad" u l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni ta' persuni spustati u spustati internament fil-Montenegro;

Kriterji ekonomiċi

27.

Ifaħħar lill-Montenegro għax żamm l-istabbiltà makroekonomika tiegħu, iżda josserva wkoll il-previżjoni ta' tnaqqis tar-ritmu tat-tkabbir ekonomiku u r-rata kontinwament għolja ta' qgħad; jinkoraġġixxi lill-gvern jaċċelera l-irkupru mir-reċessjoni ekonomika gravi tal-2009 filwaqt li jżomm l-istabbiltà fiskali bit-tfittxija ta' aktar politiki fiskali prudenti u t-tnaqqis tad-dejn pubbliku biex jinħoloq progress ekonomiku sod bil-għan li jitjieb il-livell ta' għajxien;

28.

Jilqa' pożittivament l-adozzjoni ta' riformi strutturali importanti bħal dawk marbuta mas-sistema pubblika tal-pensjonijiet, ir-razzjonalizzazzjoni tal-impjieg pubbliku u skema ġdida ta' finanzjament għall-gvernijiet lokali; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jissokta bir-riformi strutturali, partikolarment it-tisħiħ tal-Istat tad-dritt, l-infrastruttura fiżika u r-riżorsi umani u jsegwi miżuri ulterjuri biex jitneħħew l-ostakli fin-negozju u jittejjeb il-kuntest tan-negozju kif ukoll tiżdied il-flessibilità tas-suq tax-xogħol u tingħata spinta lill-kompetittività tal-esportazzjonijiet; jibqa' jkun imħasseb bil-livell sinifikanti ta' impjieg informali u bil-kobor tal-ekonomija informali, li joħloq sfidi notevoli għall-ekonomija u s-soċjetà Montenegrina;

29.

Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-istrateġija ta' żvilupp għal impriżi żgħar u medji għall-2011-2015 u l-Istrateġija għall-promozzjoni tal-kompetittività fuq livell mikro għall-2011-2015; jinkoraġġixxi lill-gvern itejjeb il-koordinament ta' diversi istituzzjonijiet li jaħdmu fil-qasam, jiġbor data aħjar dwar l-SMEs u jsaħħaħ is-sistema ta' reġistrazzjoni uniformi ta' impriżi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi ta' dawn l-istrateġiji;

Kapaċità li jassumi l-obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni

30.

Jistieden lill-gvern Montenegrin isaħħaħ sostanzjalment il-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi kif ukoll il-kooperazzjoni relatata mal-adeżjoni u l-koordinament bejn l-istituzzjonijiet statali rilevanti; jistieden lill-awtoritajiet, f'dan ir-rigward, jirrinforzaw il-kapaċità amministrattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea u jsaħħu l-kapaċitajiet tal-ministeri li jittrattaw oqsma ewlenin tal-acquis; jistieden lill-awtoritajiet jaffrontaw il-frammentazzjoni tas-sistema amministrattiva u l-kompetenzi sovrapposti kif ukoll jiżviluppaw il-kapaċitajiet tat-tfassil tal-politiki fil-ministeri kompetenti bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar jissaħħaħ l-Istat tad-dritt;

31.

Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-pjan governattiv li jispjega l-politika enerġetika tal-Montenegro sal-2030 u josserva li r-riforma tas-settur enerġetiku tirrappreżenta sfida partikolarment vitali quddiem il-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jaċċeleraw il-progress fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll iwettqu sforzi ulterjuri favur il-ħolqien ta' kuntest ta' regolamentazzjoni li jkun irawwen użu dejjem akbar tas-sorsi enerġetiċi rinnovabbli fis-setturi kollha, kif meħtieġ mill-acquis rilevanti tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli;

32.

Jistieden lill-Montenegro jikseb progress fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, l-aċċess għall-ġustizzja, ir-responsabilità ambjentali u provvedimenti strateġiċi fil-qasam tal-valutazzjoni ambjentali dwar aspetti transkonfinali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jintegraw b'mod aktar sistematiku l-kwistjonijiet marbuta mal-ambjent u tat-tibdil fil-klima fil-politiki settorjali l-oħrajn; iqis li huwa partikolarment importanti li jiġu ttrattati l-problemi tal-iskart solidu, l-ilma mormi u s-sistema ta' ġestjoni tal-iskart skarsament regolamentata kif ukoll li jiġu introdotti penali aktar stretti għal dawk kollha li jiksru r-regolamentazzjonijiet applikabbli u li tiġi stabbilita sistema effiċjenti ta' monitoraġġ tal-ispezzjonijiet; itenni f'termini ġenerali, barra minn hekk, il-bżonn li tissolva d-diviżjoni mhux ċara tar-responsabilitajiet bejn l-awtoritajiet u n-nuqqas ta' koerenza fl-azzjonijiet tagħhom billi dan qiegħed ixekkel serjament il-progress fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent;

33.

Ifakkar li 'l fuq minn 25 % tal-bijodiversità tal-Ewropa tinsab fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent; ifakkar ukoll li l-ħafna xmajjar u lagi żgħar u kbar – l-akbar fosthom ix-xmara Morača u l-lag Skadar – jilqgħu fihom ħafna speċijiet rari; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jikkunsidraw mill-ġdid il-pjanijiet li jibnu impjanti idroelettriċi fuq skala kbira u li jserrħu prinċipalment fuq enerġija fornuta minn tali sorsi; Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi abbozzata strateġija għall-enerġija nazzjonali, li tikkunsidra d-diversi sorsi ta' enerġija rinnovabbli differenti inkluż l-enerġija idroelettrika fuq skala żgħira; ifakkar il-ħtieġa li jiġi rrispettat il-wirt naturali minqux fil-kostituzzjoni, li jirreferi għall-Montenegro bħala stat ekoloġiku u l-fatt li l-wirt naturali u t-turiżmu huma żewġ pilastri importanti tal-ekonomija tal-Montenegro; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jwettqu dejjem valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjali qabel kull deċiżjoni dwar il-kostruzzjoni ta' impjanti ġodda, skont l-istandards tal-UE u dawk internazzjonali bħall-konvenzjonijiet ta' Aarhus u ta' Espoo; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jkomplu jimpenjaw ruħhom favur il-proċessi ta' konsultazzjoni pubblika estensivi u trasparenti bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti fir-rigward tal-ippjanar ta' proġetti futuri għal impjanti idroelettriċi u sabiex jagħmlu pubbliċi d-deċiżjonijiet rilevanti, l-opinjonijiet tal-esperti u d-dokumentazzjoni l-oħra;

34.

Ifaħħar lill-Montenegro għax sar destinazzjoni dinjija tat-turiżmu b'potenzjal kbir għal aktar żvilupp; josserva, madankollu, ir-riskji potenzjali għall-ambjent li jinbtu mit-turiżmu u jistieden lill-gvern jintervjeni aktar biex iħares in-natura, anki mal-kosta tal-Baħar Adrijatiku;

35.

Jistieden lill-Gvern Montenegrin jaċċelera l-progress fir-rigward tal-istabbiliment tal-istrutturi meħtieġa għall-ġestjoni tal-Politika Agrikola Komuni, bħall-aġenzija tal-pagamenti u sistema amministrattiva u ta' kontroll integrata; jappella biex isir progress fil-qasam tal-agrikoltura u l-politika ta' żvilupp rurali, inkluż billi jitwettqu sforzi għall-iżvilupp tal-politiki u l-użu tal-assistenza finanzjarja għad-dispożizzjoni;

36.

Ifaħħar lill-Montenegro talli ssieħeb mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ waqt il-Konferenza Ministerjali tagħha, fis-17 ta' Diċembru 2011; huwa tal-fehma li s-sħubija fid-WTO se tipprovdi kuntest aktar trasparenti, prevedibbli u attraenti għall-kummerċ u l-investimenti barranin;

37.

Jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jimplimentaw il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-indipendenza tal-bank ċentrali, il-finanzjamenti monetarji, l-aċċess privileġġjat għall-istituzzjonijiet finanzjarji tas-settur pubbliku u l-protezzjoni tal-euro; josserva li l-implikazzjonijiet għas-sistema monetarja tal-Montenegro se jkollhom jiġu definiti fid-dettall u ttrattati fin-negozjati ta' adeżjoni futuri;

38.

Ifaħħar lill-Montenegro għall-implimentazzjoni; li s'issa imxiet bla skossi, tar-reġim mingħajr viżi maż-żona Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2009; iħeġġeġ lill-awtoritajiet, madankollu, isaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea kif ukoll in-netwerk diplomatiku u konsolari tiegħu, billi jinħoloq, pereżempju, kollegament online bejn s-sistema nazzjonali tal-viżi tal-Ministeru u l-missjonijiet diplomatiċi u konsolari u permezz tal-introduzzjoni ta' viża adeżiva b'karatteristiċi ta' sigurtà;

Kooperazzjoni reġjonali

39.

Ifaħħar lill-Montenegro għall-impenn u r-rwol kostruttiv tiegħu biex jikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' bonviċinat mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent l-oħrajn; josserva b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni proattiva tal-Montenegro f'diversi inizjattivi reġjonali fl-Ewropa tax-Xlokk; jenfasizza b'mod partikolari d-dedikazzjoni tal-Montenegro għall-iffirmar tal-ftehimiet dwar l-estradizzjoni mal-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja, permezz tal-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni mas-servizzi ta' intelligence finanzjarja tal-pajjiżi l-oħra u billi ngħaqad, fis-7 ta' Novembru 2011, mad-dikjarazzjoni tal-ministeri tal-affarijiet barranin tas-Serbja, il-Montenegro, il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina intiża li ssib soluzzjonijiet għall-kwistjoni tar-rifuġjati fir-reġjun;

40.

Jilqa' pożittivament l-impenn li wrew il-Montenegro u s-Serbja biex ipoġġu r-relazzjonijiet bilaterali fuq bażi aktar soda; jinkoraġġixxi lill-mexxejja politiċi u reliġjużi fiż-żewġ pajjiżi jkompli jtejbu l-klima ta' djalogu interetniku u interkonfessjonali bil-għan li jintlaħaq ftehim li jirregola l-pożizzjoni tal-Knisja Ortodossa Serba fil-Montenegro; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta, b'mod parallel man-negozjati ta' adeżjoni, għar-relazzjonijiet bejn il-Knisja Ortodossa Montenegrina u l-Knisja Ortodossa Serba, billi relazzjonijiet mtejba bejn iż-żewġ knejjes u l-komunitajiet attivi fil-pajjiż jolqtu b'mod pożittiv il-klima politiku fil-Montenegro;

41.

Josserva b'sodisfazzjon r-relazzjonijiet ta' bonviċinat bejn il-Montenegro u l-Kroazja; jilqa' favorevolment il-ftehim dwar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji Montenegrina u Kroata inkarigati mill-infurzar tal-liġi li jipprovdi qafas għal attivitajiet konġunti f'oqsma differenti tal-ħidma tal-pulizija bħall-prevenzjoni tal-kriminalità, l-għassa mal-fruntieri u l-ġlieda kontra forom kumplessi tal-kriminalità organizzata reġjonali u internazzjonali; jilqa' t-twaqqif ta' kummissjoni konġunta bejn il-Montenegro u l-Kroazja u jinnota b'sodisfazzjon li ż-żewġ partijiet qablu li jirrispettaw id-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni li għadha mhux solvuta tal-proprjetà tat-territorju tal-peniżola ta' Prevlaka;

*

* *

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvern u lill-parlament tal-Montenegro.


(1)  ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (00139/1/2011) tad-9 Diċembru 2011.

(3)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (00030/1/2010) tas-16-17 ta' Diċembru 2010.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/56


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Qafas ta' Governanza Korporattiva għall-kumpaniji Ewropej

P7_TA(2012)0118

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar Qafas ta' Governanza Korporattiva għall-kumpaniji Ewropej (2011/2181(INI))

2013/C 257 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 dwar il-Qafas ta' Governanza Korporattiva tal-UE (COM(2011)0164),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar kwistjonijiet deontoloġiċi marbuta mal-ġestjoni tal-kumpaniji, (1)

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7–0051/2012),

Approċċ ġenerali

1.

Jilqa' r-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-qafas ta' governanza korporattiva tal-UE li nbdiet bil-Green Paper;

2.

Jiddispjaċih, madanakollu, li kwistjonijiet importanti ta' governanza korporattiva bħat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-bord, ir-responsabbiltà tad-diretturi, l-indipendenza tad-diretturi, il-kunflitti ta' interess jew l-involviment tal-partijiet interessati tħallew barra mill-Green Paper;

3.

Jiddispjaċih li l-attenzjoni prinċipali tal-Green Paper kienet fuq is-sistema unitarja u twarrbet is-sistema doppja, li hi ugwalment rappreżentata b'mod estensiv fl-Ewropa; jenfasizza li r-reviżjoni tal-qafas ta' governanza korporattiva mill-Kummissjoni għandha tikkunsidra d-drittijiet u d-dmirijiet mogħtija lill-entitajiet varji tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali, u b'mod partikolari d-differenzi bejn sistemi unitarji u sistemi doppji; minn hawn ’il quddiem essenzjalment se jintuża t-terminu 'bord tad-diretturi' biex jirreferi għar-rwol superviżorju ta' diretturi, li, fi struttura doppja, ġeneralment ikun f'idejn il-bord superviżorju;

4.

Jissottolinja l-importanza li jinħoloq settur korporattiv fl-UE li jkun aktar trasparenti, stabbli, affidabbli u responsabbli, b'governanza korporattiva mtejba; iqis li s-settur korporattiv għandu jkun kapaċi jikkunsidra tħassib soċjali, etiku u ambjentali fil-prattiki tiegħu u juri r-responsabbiltajiet tiegħu kemm lejn l-impjegati u l-azzjonisti kif ukoll lejn is-soċjetà kollha, u barra minn hekk jiżgura prestazzjoni ekonomika aħjar u l-ħolqien ta' impjiegi diċenti;

5.

Huwa tal-fehma, madankollu, li governanza tajba waħidha ma tistax tevita t-teħid ta' riskji eċċessivi; jitlob għalhekk li jsir awditjar indipendenti u li jkun hemm regoli flessibbli li jirrispettaw il-kulturi korporattivi differenti fl-UE;

6.

Jiddikjara li huwa prerekwiżit li kumpanija mmexxija sew għandha tkun responsabbli u trasparenti lejn l-impjegati tagħha, l-azzjonisti u, fejn xieraq, lejn partijiet interessati oħra;

7.

Iqis li għandha titħeġġeġ aktar id-definizzjoni ta' governanza korporattiva tal-OECD tal-2004, li skont din, governanza korporattiva tinvolvi l-ġabra sħiħa ta' relazzjonijiet bejn it-tmexxija tal-kumpanija, il-bord tagħha, l-azzjonisti tagħha u partijiet interessati oħra;

8.

Iqis, li fid-dawl tal-kriżi finanzjarja, jistgħu jittieħdu lezzjonijiet mill-fallimenti prinċipali fid-dinja kummerċjali;

9.

Jenfasizza, f'dan is-sens, li għandha tingħata attenzjoni lir-rwol importanti li d-diversi kumitati (il-kumitati tal-awditjar u, sakemm dawn jeżistu fl-Istati Membri, kumitati ta' rimunerazzjoni u ta' nomina) għandhom fil-governanza tajba ta' kumpanija, u jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rwol tagħhom.

10.

Jemmen li ġabra bażika ta' miżuri dwar il-governanza korporattiva tal-UE għandha tapplika għall-kumpaniji elenkati kollha; jinnota li dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs, il-kumplessità u t-tip ta' kumpanija;

11.

Iqis li l-inizjattivi dwar il-governanza korporattiva għandhom jimxu id f'id mal-inizjattivi dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva proposti mill-Kummissjoni; huwa tal-fehma li, b'mod partikolari fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-lum, ir-responsabbiltà korporattiva soċjali tista', flimkien mal-governanza korporattiva, tgħin biex toħloq rabtiet eqreb bejn il-kumpaniji u l-ambjent soċjali li fih jikbru u jaħdmu;

12.

Jenfasizza li l-inizjattiva ta' Fair Play Finanzjarju hi eżempju ta' governanza korporattiva tajba fl-isport; jistieden setturi oħra kif ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi biex ikomplu jesploraw dawn il-miżuri bil-għan li jimplimentaw uħud mill-prinċipji bażiċi tagħhom;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq kull proposta leġiżlattiva li tqis dwar il-governanza korporattiva għal valutazzjoni tal-impatt, li għandha tiffoka kemm fuq l-għanijiet li jridu jinkisbu kif ukoll fuq il-ħtieġa li l-kumpaniji jibqgħu kompetittivi;

Bordijiet tad-diretturi

14.

Jenfasizza li b'sistemi unitarji għandu jkun hemm demarkazzjoni ċara bejn id-dmirijiet tal-President tal-Bord tad-Diretturi u tal-Kap Eżekuttiv; jinnota, madanakollu, li din ir-regola m’għandhiex tkun proporzjonali mad-daqs u l-pekuljaritajiet tal-kumpanija;

15.

Jenfasizza li fil-bordijiet għandu jkun hemm individwi indipendenti b'taħlita ta' kompetenzi, esperjenzi u oqsma li ġejjin minnhom, li dan l-aspett tal-kompożizzjoni tagħhom għandu jiġi adattat għall-kumplessità tal-attivitajiet tal-kumpanija u li hija r-responsabbiltà tal-azzjonisti li jiżguraw il-bilanċ xieraq ta' kompetenzi fil-bord;

16.

Huwa tal-fehma li l-politiki ta' reklutaġġ, fejn qed jiġu użati, għandhom ikunu speċifiċi u li għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta' konformità jew spjegazzjoni; jenfasizza li l-abbozzar u l-approvazzjoni tad-dokumenti ta' politika ta' dan it-tip hu esklussivament kompetenza tal-azzjonisti;

17.

Jistieden lill-kumpaniji sabiex jimplimentaw metodi trasparenti u ta' meritokrazija fil-qasam tar-riżorsi umani u sabiex jiżviluppaw u jippromwovu b'mod effiċjenti t-talenti u l-ħiliet tal-irġiel u tan-nisa; jenfasizza li l-kumpaniji għandhom jiżguraw trattament ugwali kif ukoll opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fuq ix-xogħol u li jikkontribwixxu għall-bilanċ xieraq bejn il-ħajja privata u tax-xogħol applikabbli kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa;

18.

Jenfasizza l-importanza li jkun hemm ġabra wiesgħa u diversa ta' ħiliet u kompetenzi rappreżentati fil-bord tal-kumpanija;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq, malajr kemm jista' jkun, data komprensiva attwali dwar ir-rappreżentanza femminili f'kull tip ta' kumpanija fl-UE u dwar il-miżuri obbligatorji u mhux obbligatorji meħuda mis-settur kummerċjali kif ukoll dawk adottati reċentement mill-Istati Membri, bil-għan li tikber din ir-rappreżentanza, u b'segwitu għal dan l-eżerċizzju, jekk jintwera li l-passi meħuda mill-kumpaniji u mill-Istati Membri jibqgħu mhux adegwati, il-Kummissjoni għandha matul l-2012 tipproponi leġiżlazzjoni, inkluż kwoti, sabiex ir-rappreżentanza femminili fil-korpi ta' ġestjoni korporattivi titla' għal 30 % sal-2015 u 40 % sal-2020, filwaqt li tikkunsidra wkoll ir-responsabilitajiet tal-Istati Membri kif ukoll il-partikolaritajiet ekonomiċi, strutturali (jiġifieri dawk relatati mad-daqs tal-kumpaniji), legali u reġjonali;

20.

Jenfasizza li d-diretturi għandhom jiddedikaw ħin biżżejjed biex jagħmlu dmirijiethom; iqis, madanakollu, li mhux ta' min jirrakkomanda regoli li japplikaw għal kull każ; jemmen li l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jistabbilixxu limiti għan-numru ta’ bordijiet li direttur jista' jipparteċipa fihom; jirrimarka li dan jgħin biex tiżdied il-frekwenza tal-laqgħat tal-bord u titjieb il-kwalità ta' korpi ta' superviżjoni interni; jenfasizza l-importanza li l-membri tal-bord ikunu għalkollox trasparenti u miftuħa dwar l-impenji l-oħra tagħhom;

21.

Jaqbel li l-valutazzjonijiet esterni fuq bażi perjodika huma għodda utli għall-ivvalutar tal-effikaċja tal-prattiki ta' governanza korporattiva; madanakollu, hu tal-fehma li m'għandhomx ikunu obbligatorji;

22.

Huwa tal-fehma li hija r-responsabbiltà tal-membri tal-bord tat-tmexxija u ta' superviżjoni li jagħmlu użu mit-taħriġ u mit-taħriġ ulterjuri meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, bl-għajnuna mill-kumpanija, kif ikun meħtieġ;

23.

Iħeġġeġ l-iżvelar tal-politika ta' rimunerazzjoni u r-rapporti annwali ta' rimunerazzjoni tal-kumpaniji, li għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni fil-laqgħa tal-azzjonisti; jenfasizza, madankollu, li l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħmlu progress u jistabbilixxu rekwiżiti rigward l-iżvelar tar-rimunerazzjoni individwali tad-diretturi eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi, li jistgħu jgħinu biex iżidu t-trasparenza;

24.

Jemmen li għandhom jiġu introdotti sorveljanza rigoruża u regoli ġodda sabiex ikun projbit kull abbuż marbut mas-salarji, bonusijiet u kumpens mogħtija lil uffiċjali eżekuttivi ta’ kumpaniji tas-settur korporattiv finanzjarju jew mhux finanzjarju salvati mill-gvern ta' Stat Membru; iqis li għandhom jittieħdu azzjonijiet legali, meta meħtieġ, li jipproteġu kontra l-abbuż ta' fondi pubbliċi użati biex isalvaw il-kumpaniji;

25.

Jitlob li jkun hemm politiki sostenibbli ta' rimunerazzjoni fit-tul, li għandhom ikunu bbażati fuq il-funzjonament fit-tul tal-individwu u l-kumpanija tiegħu;

26.

Iqis li żieda fil-paga tad-diretturi għandha tkun konsistenti mal-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija tagħhom;

27.

Jappoġġa l-inklużjoni ta' elementi ta' sostenibbiltà fit-tul fir-rimunerazzjoni varjabbli tal-maniġers, bħall-użu ta' persentaġġ tar-rimunerazzjoni varjabbli tagħhom li jkun dipendenti fuq il-kisba tal-miri tar-responsabbiltà korporattiva soċjali, eż. s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u s-sodisfazzjon tal-impjegati;

28.

Jinnota li l-bord huwa l-korp responsabbli għar-reviżjoni u l-approvazzjoni tal-istrateġija tal-kumpanija, li tinkludi l-approċċ tal-kumpanija lejn ir-riskju, u għandu jirrapporta dan b'mod li jagħmel sens għall-azzjonisti sakemm ikun possibbli mingħajr ma tkun żvelata informazzjoni li tista' tagħmel ħsara lill-kumpanija, pereżempju fir-rigward tal-kompetituri; iqis li r-riskji ambjentali u soċjali għandhom jiġu inklużi kemm-il darba għandhom impatt materjali fuq il-kumpanija, kif diġà meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-UE;

Azzjonisti

29.

Jemmen li l-parteċipazzjoni tal-azzjonisti fil-kumpanija għandha titħeġġeġ billi jissaħħaħ ir-rwol tagħhom, iżda dan l-involviment qatt m'għandu jkun obbligatorju iżda għażla diskrezzjonali;

30.

Madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri li jinċentivaw l-investiment fit-tul kif ukoll bħala rekwiżit għal trasparenza sħiħa fil-votazzjoni ta' kwalunkwe sehem misluf, ħlief għal każ ta’ ishma anonimi; iqis li għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid l-imġiba tal-investituri istituzzjonali li tfittex li toħloq il-likwidità u żżomm klassifikazzjonijiet tajbin, għaliex dan jinkoraġġixxi biss il-parteċipazzjoni azzjonarja għal żmien qasir minn dawn l-investituri;

31.

Jinnota li d-Direttiva tad-Drittijiet tal-Azzjonisti (2) tapprova l-prinċipju tat-trattament ugwali tal-azzjonisti u li għaldaqstant l-azzjonisti kollha (istituzzjonali jew le) huma intitolati li jirċievu l-istess informazzjoni mill-kumpanija, irrispettivament mill-investiment tagħhom;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti proporzjonati dwar linji gwida fil-livell Ewropew dwar in-natura tal-informazzjoni mqassma lill-azzjonisti fir-rapporti annwali tal-kumpaniji; iqis li din l-informazzjoni għandha tkun ta' kwalità għolja u informattiva;

33.

Jinnota li fis-suq hemm nuqqas ta' mira ċara fuq perjodu twil u jħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha sabiex tivvaluta jekk xi rekwiżiti, bi żvista, komplewx iqawwu l-enfasi fuq perjodu qasir; jilqa’, b'mod partikolari, il-proposta tal-Kummissjoni li tabbanduna r-rekwiżit ta’ rapport kull tliet xhur fid-Direttiva dwar it-Trasparenza, rekwiżit li ftit li xejn ikattar l-għarfien tal-azzjonista u sempliċiment joħloq opportunitajiet ta' kummerċ fuq perjodu qasir;

34.

Jilqa' l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta’ tmexxija tajba ('Stewardship Codes') għal investituri istituzzjonali minn madwar l-Unjoni Ewropea; jemmen li kodiċi ta' tmexxija tajba Ewropew jista' jkun żviluppat billi jintużaw mudelli eżistenti u b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali;

35.

Jenfasizza li l-investituri istituzzjonali għandhom id-dmir fundamentali li jipproteġu l-investimenti tagħhom u li hija r-responsabbiltà tagħhom li jissorveljaw lill-maniġer tal-assi li jkunu ħatru fir-rigward ta' strateġiji, spejjeż, negozjar kif ukoll il-livell safejn dan il-maniġer tal-assi għandu jimpenja ruħu mal-kumpaniji li jsir investiment fihom, u għaldaqstant hu d-dmir tagħhom li jitolbu trasparenza adegwata fil-prestazzjoni tad-dmirijiet fiduċjarji;

36.

Hu tal-fehma, f’dan ir-rigward, li l-investituri istituzzjonali huma liberi li jfasslu l-istrutturi rilevanti ta' inċentivi fir-relazzjoni professjonali tagħhom mal-maniġers tal-assi;

37.

Jinnota li l-kunflitti ta' interess, inklużi dawk potenzjali, dejjem għandhom jiġu żvelati u li azzjoni xierqa hija meħtieġa fil-livell tal-UE;

38.

Jitlob lill-Kummissjoni biex temenda d-Direttiva tad-Drittijiet tal-Azzjonisti b’tali mod li tivvaluta b'liema mod il-parteċipazzjoni tal-azzjonisti tista' tissaħħaħ; iqis, f’dan ir-rigward, li r-rwol tal-votazzjoni elettronika f'laqgħat ġenerali ta' kumpaniji kkwotati sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-azzjonisti, b'mod speċjali fir-rigward ta' azzjonisti transkonfinali, għandu jiġi analizzat mill-Kummissjoni permezz ta' valutazzjoni tal-impatt;

39.

Ifakkar lill-Kummissjoni fil-bżonn ta' definizzjoni ċara ta' "azzjoni kkoordinata", minħabba li n-nuqqas ta' regoli uniformi jikkostitwixxi wieħed mill-ostakoli prinċipali għall-kooperazzjoni tal-azzjonisti;

40.

Jemmen li l-konsulenti delegati għandhom rwol importanti ħafna, iżda li spiss l-attivitajiet tagħhom hija suġġetta għall-kunflitti ta' interess; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura aktar regolamentazzjoni tal-konsulenti delegati, waqt li tagħti attenzjoni speċjali għat-trasparenza u għall-kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess; huwa tal-fehma li l-konsulenti delegati għandhom ikunu pprojbiti li jipprovdu servizzi ta' konsulenza lill-kumpaniji li jsir investiment fihom;

41.

Iqis li l-kumpaniji għandhom ikunu intitolati jagħżlu bejn sistema ta’ ishma nominattivi jew ta’ ishma anonimi; iqis li, jekk jintgħażlu l-ishma nominattivi, il-kumpaniji jkollhom id-dritt li jkunu jafu l-identità tas-sidien tagħhom u li r-rekwiżiti minimi ta' armonizzazzjoni għall-iżvelar tal-ishma materjali għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE; iqis li dan għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tas-sidien tal-ishma anonimi li ma jiżvelawx l-identità tagħhom;

42.

Jinnota li, għalkemm il-ħarsien tal-azzjonisti minoritarji huwa kwistjoni li hija indirizzata mid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tal-kumpanija, azzjoni tal-Unjoni tista' tkun utli biex tippromwovi votazzjoni bi prokura;

43.

Japprova l-linji gwida inklużi fid-dikjarazzjoni tal-Forum Ewropew dwar it-Tmexxija Korporattiva dwar it-tranżazzjonijiet mal-partijiet relatati għal entitajiet elenkati fl-10 ta' Marzu 2011; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE permezz ta' miżura mhux vinkolanti bħal rakkomandazzjoni;

44.

Jemmen li l-kwistjoni ta' skemi ta' sjieda ta' ishma għall-impjegati hija waħda li għandha tiġi rregolata fil-livell tal-Istat Membru u taqa' taħt in-negozjati bejn l-impjegaturi u l-impjegati: il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni f'tali skema dejjem għandha tkun ta' natura volontarja;

Il-qafas ta' 'konformità jew spjegazzjoni'

45.

Jemmen li s-sistema ta' 'konformità jew spjegazzjoni' hija għodda utli għall-governanza korporattiva; huwa favur l-adeżjoni obbligatorja għal kodiċi ta' governanza korporattiva nazzjonali jew Kodiċi ta' Kondotta magħżula mill-kumpanija; iqis li kull devjazzjoni mill-Kodiċi ta' Kondotta għandha tiġi spjegata b'mod li jagħmel sens u li, b'żieda għal din l-ispjegazzjoni, għandha tiġi deskritta u spjegata l-miżura alternattiva ta' governanza korporattiva meħuda;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinkiseb funzjonament aħjar tar-regoli u tar-rakkomandazzjonijiet ta' governanza eżistenti kif ukoll li tinkiseb il-konformità magħhom, aktar milli jiġu imposti regoli vinkolanti ta' governanza korporattiva Ewropea;

47.

Jemmen li kodiċijiet ta' prattika jistgħu jwettqu bidla fl-imġiba u li l-flessibbiltà pprovduta mill-kodiċijiet tippermetti innovazzjoni bi spunt mill-aħjar prattika minn madwar l-UE; jemmen li l-qsim tal-aħjar prattika jtejjeb il-governanza korporattiva fl-UE;

*

* *

48.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 16.

(2)  Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati. (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.)


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/61


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

P7_TA(2012)0119

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2010 (2011/2186(INI))

2013/C 257 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2010 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),

wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 208-209, 271, 308-309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-BEI,

wara li kkunsidra l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti 'l barra mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tat-Tmien, id-Disa’ u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2009 (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-rapport annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2009 (2),

wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Korporazzjoni tal-BEI għall-2011-2013, kif approvat mill-Bord tad-Diretturi tiegħu fl-14 ta' Diċembru 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali għall-2010 tal-Kumitat ta’ Verifika tal-BEI lill-Bord tal-Gvernaturi tas-6 ta’ April 2011,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 bl-isem “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva” (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-UE 2020 (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0058/2012),

A.

billi l-BEI ġie stabbilit mit-Trattat ta’ Ruma u l-għan prinċipali tiegħu hu li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq uniku u għat-tnaqqis tad-differenzi fl-iżvilupp ta’ diversi reġjuni,

B.

billi l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI fi ħdan l-Unjoni Ewropea jiffokaw fuq sitt prijoritajiet ta’ politika: l-iżgurar tal-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi u soċjali; l-implimentazzjoni tal-ekonomija tal-għarfien; l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' trasport u aċċess; l-appoġġ għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs); il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent u l-promozzjoni ta’ komunitajiet sostenibbli; u l-appoġġ ta’ enerġija sostenibbli, kompetittiva u sikura,

C.

billi l-BEI jibqa’ l-“Bank Ewropew” u jirrappreżenta l-istrument li permezz tiegħu jinkisbu l-objettivi tal-UE,

D.

billi l-iżborżament tas-self tal-UE tal-grupp tal-BEI laħaq EUR 52 biljun fl-2010,

E.

billi l-operazzjonijiet tal-BEI barra mill-Unjoni Ewropea jitwettqu primarjament biex jappoġġjaw il-politiki ta’ azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

F.

billi l-iżborżament tal-grupp tal-BEI fuq is-self barra mill-UE laħaq EUR 6 biljun fl-2010,

G.

billi, skont l-Istatut tiegħu, wara r-ratifika tat-Trattat ta’ Lisbona, il-BEI hu awtorizzat li jkollu self u garanziji massimi ekwivalenti għal darbtejn u nofs tal-kapital sottoskritt u r-riservi tiegħu, tal-ammonti mhux allokati u tal-eċċess fil-kont tal-qligħ u t-telf,

H.

billi l-estensjoni tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u tad-dejn sovran lil hinn mill-2010 u l-credit crunch relatata żiedu l-ħtiġijiet finanzjarji,

I.

billi huwa l-kompitu tal-BEI li jgħin l-ekonomija Ewropea, permezz tas-swieq tal-kapital kif ukoll tal-fondi tiegħu stess,

J.

billi l-klassifika ta’ kreditu AAA tal-BEI hija kruċjali għall-funzjonament tal-bank,

K.

billi l-Kumitat tal-Verifiki ġie stabbilit taħt l-istatut tal-BEI bħala kumitat indipendenti responsabbli għall-verifika tal-kontijiet tal-BEI u biex jiżgura li l-attivitajiet tiegħu jkunu konformi mal-aqwa prattika bankarja, billi l-Kumitat tal-Verifiki ddikjara fir-rapport tiegħu tas-6 ta’ April 2011, li “fl-2010 l-Kumitat tal-Verifiki rċieva mill-Bank l-appoġġ mistenni biex ikun jista’ jwettaq b’mod adegwat ir-responsabbiltajiet tiegħu”;

L.

billi l-għanijiet tal-istrateġija UE 2020 bħall-investiment fl-infrastruttura, it-teknoloġiji ekoloġiċi, l-innovazzjoni u l-SMEs, ma jistgħux jinkisbu mingħajr finanzjament xieraq;

M.

billi t-tkabbir sostenibbli jrid jiġi garantit fl-Unjoni anke permezz ta’ riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet tal-Baġit tal-UE mhux użati lil programmi konġunti li għandhom fil-mira t-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg, u permezz tal-isfruttament tas-self tal-BEI u l-istabbiliment ta' suq tal-bonds għall-proġetti effiċjenti;

Il-Qafas tar-rapport Annwali 2010

1.

Jilqa’ r-Rapport Annwali 2010 u jinkoraġġixxi lill-BEI jkompli l-attivitajiet tiegħu sabiex jappoġġja l-iżvilupp tal-ekonomija Ewropea u jrawwem it-tkabbir, jistimula l-impjieg u jippromwovi l-koeżjoni soċjali u territorjali b'enfasi speċjali fuq proġetti għal reġjuni anqas żviluppati; jappoġġja lill-bank fl-intenzjoni tiegħu li jindirizza operazzjonijiet fejn il-finanzjament tiegħu x’aktarx ikollu l-akbar impatt fuq it-tkabbir ekonomiku; jinnota li l-BEI għandu juża r-riżorsi u l-istrumenti tiegħu fl-aħjar mod possibbli biex jikkombatti l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali;

2.

Iqis li l-Grupp tal-BEI (6) għandu jibqa' jirrapporta annwalment lill-Parlament dwar l-attivitajiet ta' self tiegħu kemm fi ħdan l-UE, fir-rigward tal-promozzjoni tal-objettivi tal-UE u tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll barra l-UE, fir-rigward tal-mandat tiegħu u l-koerenza politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-UE; huwa tal-fehma li l-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għandhom jiffukaw ukoll fuq it-tisħiħ tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni tagħhom f'pajjiżi terzi, sabiex itejbu l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom u jevitaw id-duplikazzjoni tal-ħidma tagħhom (7), filwaqt li jiġi żgurat użu aktar effikaċi tar-riżorsi; ifakkar ukoll li l-Kunsill u l-Parlament ftiehmu li wasal iż-żmien biex tiġi studjata r-razzjonalizzazzjoni tas-sistema tal-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi Ewropej, mingħajr ma tiġi eskluża xi għażla;

3.

Jinnota li l-Grupp tal-BEI għandu jkompli jirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet ta’ finanzjament tiegħu relatati mal-baġit tal-UE, speċifikament fir-rigward tal-finanzjament tal-UE u l-finanzjament estern; jistieden lill-bank jagħmel ir-rapport annwali tiegħu iktar aċċessibbli u komprensibbli għall-pubbliku aktar wiesa’;

4.

Jilqa’ l-pjan operattiv tal-Korporazzjoni tal-2011-2013 li jagħti tliet dimensjonijiet ewlenin lill-attivitajiet tal-bank fis-snin li ġejjin: li jimplimenta l-istrateġija “Ewropa 2020”, li jiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u li jappoġġja l-politika esterna tal-UE;

5.

Jappoġġja l-Bank fl-impenn tiegħu li jiffoka fuq it-“trijangolu tal-għarfien” li jorbot l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-innovazzjoni;

6.

Jirrakkomanda li l-BEI jippubblika fuq il-websajt tiegħu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rapporti Annwali – flimkien mal-mistoqsijiet tal-MEPs u r-risposti bil-miktub mogħtija mill-BEI – flimkien mar-rapporti tiegħu;

Attivitajiet ta’ finanzjament tal-UE mill-BEI

7.

Jirrikonoxxi ż-żieda fil-volum tas-self tal-programmi strutturali (SPLs) fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; jenfasizza r-rwol importanti ta' dan is-self għall-irkupru u t-tkabbir fl-appoġġ tal-investimenti tas-settur pubbliku f'xi Stati Membri; jinkoraġixxi lill-BEI sabiex ikompli joffri strumenti simili mhux biss għal pajjiżi li jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji, iżda wkoll biex jinkoraġġixxi l-pajjiżi b’dixxiplina finanzjarja tajba u r-reġjuni ta’ konverġenza;

8.

Jinnota li f’termini ta’ volum ta’ self, il-proġetti ta’ Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPPs) irrappreżentaw, fl-2010, 32 % tas-self għat-Trasport Trans-Ewropew iffinanzjat mill-BEI; jilqa’ t-twaqqif taċ-Ċentru Ewropew ta’ Esperti ta’ PPP b’netwerk ta’ membri li issa, flimkien mal-BEI u l-Kummissjoni Ewropea, jinkludi 30 pajjiż tal-UE u pajjiżi assoċjati kif ukoll ħafna reġjuni;

9.

Jistieden lill-BEI jħeġġeġ l-iżvelar pubbliku ta’ obbligi ta’ ħlasijiet pubbliċi kumulattivi fir-rigward tal-PPPs li qed jiġu ffinanzjati flimkien mal-informazzjoni dwar is-sors ta’ ħlasijiet fil-ġejjieni;

10.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jippubblika lista annwali tal-benefiċjarji finali kollha ta’ self u strumenti finanzjarji oħra bl-istess mod bħalma l-Kummissjoni hi marbuta li tippubblika tali lista ta’ benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE;

11.

Iħeġġeġ lill-BEI sabiex iżid l-appoġġ tiegħu għan-netwerks tal-infrastruttura fl-Istati Membri l-ġodda, li għadu relattivament baxx meta mqabbel mal-UE bi 15-il Stat Membru; jitlob li din il-parteċipazzjoni għall-finanzjament tan-netwerks infrastrutturali tkun waħda iktar importanti għall-interkonnessjonijiet mal-fruntieri tal-Istati Membri;

12.

Jappoġġja b’mod wiesa’ l-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp ta’ strumenti finanzjarji innovattivi fil-promozzjoni tal-objettivi tal-istrateġija “Ewropa 2020” kif ukoll azzjoni biex tiġi inċentivata l-ekonomija milquta mill-kriżi u ħtiġijiet ta’ azzjoni favur il-klima; jirrikonoxxi l-esperjenza pożittiva preċedenti tal-użu ta’ dawn l-għodod – inkluż mekkaniżmi li jikkombinaw l-għotjiet u s-self u mekkaniżmi ta’ qsim tar-riskju;

13.

Jappoġġja b’mod speċjali l-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF), inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank li tipprovdi għal self għal proġetti b’riskju ogħla u benefiċċju akbar. Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp (PCRD), huwa jinsab sorpriż li l-firem tas-self tal-RSFF laħqu biss EUR 1,8 biljun fl-2010, jiġifieri tnaqqis ta’ EUR 1 biljun meta mqabbla mal-2009; iqis li r-raġuni għal dan it-tnaqqis mogħtija mill-BEI fir-rapport tiegħu tal- 2010 – jiġifieri li l-pressjoni ta’ kreditu qiegħda tbatti għall-kumpaniji li daru lejn il-BEI fl-ogħla punt tal-kriżi – mhijiex biżżejjed, u jitlob aktar spjegazzjonijiet min-naħa tal-BEI u l-Kummissjoni Ewropea;

14.

Huwa mħasseb dwar sistemi ta’ kontrolli u verifika interni tal-BEI u jħeġġeġ il-KE u l-BEI jiffinalizzaw ftehim qafas finanzjarju u amministrattiv komprensiv sa Novembru 2012, anki fid-dawl tal-espansjoni mistennija ta' strumenti finanzjarji innovattivi ġestiti mill-grupp tal-BEI; jistenna li l-BEI jirrapporta lura lill-Parlament dwar il-progress magħmul sa Diċembru 2012;

L-appoġġ tal-BEI għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs)

15.

Jilqa’ l-kisba, sena sħiħa qabel ma kienet skedata, tal-mira ta’ EUR 30 biljun f’self lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) stabbilit mill-Kunsill tal-ECOFIN ta’ Diċembru 2008; jappoġġja l-prodott ta' self ġdid għal intrapriżi Mid-Cap u jenfasizza l-importanza tagħha li tagħti spinta lill-irkupru ekonomiku Ewropew; jistieden lill-BEI jipprovdi pariri lill-SMEs u benefiċjarji oħra, fejn xieraq, sabiex jiżgura l-kwalità u l-effikaċja tal-proġetti;

16.

Itenni rakkomandazzjonijiet kontinwi preċedenti tal-PE sabiex itejjeb it-trasparenza fl-għażla ta’ intermedjarji finanzjarji mill-BEI u l-mod kif jiġi allokat “self globali”, u jinsisti dwar il-ħtieġa li tittieħed azzjoni sabiex dawn jiddaħħlu fis-seħħ; jenfasizza l-ħtieġa għal kondizzjonijiet aktar ċari u kriterji aktar stretti ta’ effettività ta’ self; iħeġġeġ lill-BEI jelabora mingħajr dewmien strumenti ġodda, koerenti u effettivi għal sorveljanza aħjar tal-intermedjarji finanzjarji li qed jikkollaboraw mal-BEI fl-appoġġ ta' SMEs fl-Ewropa qabel l-aħħar tal-2012;

17.

Itenni s-sejħa tiegħu lill-BEI sabiex jirrapporta r-riżultati miksuba, inkluża data komprensiva dwar il-benefiċjarji finali, rapporti sommarji dwar il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-proċeduri interni tiegħu u l-kisbiet ta' objettivi fil-mira; jitlob li devjazzjonijiet mill-miri jiġu indikati u spjegati, u biex jingħataw dettalji tar-responsabbiltà għal dawn id-devjazzjonijiet; huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' kriterji ta' referenza u rati ta' penetrazzjoni ċari, li bħala konsegwenza tagħhom, l-effettività tas-self tibqa’ mhux ċara;

18.

Jirrikonoxxi l-fatt li 115 000 SME rċevew appoġġ mill-Grupp tal-BEI u l-kontribuzzjoni tal-BEI tammonta għal EUR 10,0 biljun f’linji ta’ kreditu għal self lil SMEs, filwaqt li l-Fond għall-Investiment Ewropew (EIF) ipprovda garanziji favur l-SMEs u kapital tar-riskju li jammonta għal EUR 2,8 biljun fl-2010; jinkoraġġixxi l-isforzi tal-BEI sabiex jiġi żgurat appoġġ akbar għall-SMEs;

19.

Jilqa’ d-deċiżjoni mill-BEI biex jissieħeb fil-BERŻ u l-Grupp tal-Bank Dinji fil-pjan ta’ azzjoni konġunta mill-istituzzjonijiet finanzjarji biex iżidu fl-appoġġ għall-SMEs fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant matul il-perjodu 2009-2010; jinnota li billi ssodisfa l-impenji tiegħu taħt dan il-pjan (bl-irduppjar tar-riżorsi li normalment ikunu disponibbli għall-SMEs f'dan ir-reġjun), il-BEI laħaq il-mira tiegħu ferm qabel kien mistenni u kienet reġistrata żieda ta’ 25 %, li tikkorrispondi għal EUR 14-il biljun, fl-attivita' ta' self mill-BEI fi tmiem l-2010; jistieden lill-BEI jkompli bil-kooperazzjoni tiegħu mill-qrib mal-banek f'dan ir-reġjun fl-appoġġ lill-SMEs;

20.

Jilqa' l-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress stabbilita f’Marzu 2010 mill-Kummissjoni u mill-BEI; jenfasizza l-ħtieġa għal żvelar pubbliku tar-riżultati ta’ din il-faċilità sal-lum; jitlob li jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun kriterji ċari għall-għażla tal-intermedjarji li qed jipparteċipaw fl-inizjattiva u biex dawn jiġu magħmula pubbliċi;

21.

Jilqa’ r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 4/2011 dwar il-Verifika tal-Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs, u jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-faċilità tal-SMEG; huwa mħasseb dwar dak li rriżulta lill-Qorti, fis-sens li l-Faċilità tipprovdi rekords insuffiċjenti li jiġġustifikaw il-parametri ta' ftehim bejn l-FEI u l-intermedjarji finanzjarji, tagħti indikaturi mhux ċari dwar il-prestazzjoni u hija nieqsa minn valuri ta’ mira għall-indikaturi; jistieden lill-BEI jirrimedja dawn in-nuqqasijiet b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

22.

Jistieden lill-BEI jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet tal-QEA;

23.

Jissottolinja r-rwol importanti tal-FEI fl-appoġġ ta’ SMEs; jenfasizza li l-FEI għandu jkompli l-attivitajiet tiegħu relatati mal-finanzjament u garanziji għal tranżazzjonijiet tal-SMEs; jinkoraġġixxi lill-FEI jkompli bl-isforzi tiegħu fl-appoġġ tal-irkupru tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-SMEs li għadu dgħajjef;

Attivitajiet tal-BEI barra mill-UE

24.

Jilqa’ l-fatt li l-garanzija tal-UE provduta lill-BEI, għall-perjodu 2007-2013, kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Unjoni, mingħajr dubju taqa’ taħt l-iskrutinju tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (8);

25.

Jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament Ewropew, dwar l-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa taħt dik id-Deċiżjoni b’valutazzjoni tal-impatt fil-livell tal-proġett, is-settur, il-pajjiż u dak reġjonali, li juri l-effettività tal-kontribuzzjoni tal-BEI lill-objettivi ta’ politika esterna tal-UE;

26.

Huwa tal-fehma li l-istrument ta’ garanzija tal-Unjoni Ewropea provdut mill-mandat estern għandu valur miżjud u effett ta’ ingranaġġ għoli; madankollu jinkoraġġixxi lill-BEI jsegwi faċilitajiet għar-riskju proprju kull meta jkun possibbli, filwaqt li jippreserva l-klassifika AAA tal-BEI, u waqt li jiżgura l-koordinazzjoni effettiva ta' attivitajiet ta' assistenza mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, il-BEI u sħab oħra internazzjonali u lokali, sabiex tiżdied il-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet;

27.

Huwa tal-fehma li l-BEI u l-BERŻ għandhom jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom f'pajjiżi terzi, sabiex jittejbu l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom u sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tagħhom ikunu ddupplikati (9);

28.

Jistieden lill-BEI jinforma lill-Parlament Ewropew dwar it-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu fir-reġjun tal-Mediterran, appoġġjati mill-mandat tas-self estern, sabiex jintwerew l-impatti tal-iżvilupp tas-self tiegħu u sabiex jipprovdi rapport lill-Parlament Ewropew qabel tmiem l-2012;

29.

Jenfasizza r-rwol tal-finanzjament tal-BEI għal proġetti ta’ Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPP) prinċipalment fi ħdan l-UE, u josserva l-intenzjoni tal-BEI li jesplora l-potenzjal għal PPPs fil-pajjiżi tal-Mediterran;

30.

Jistieden lill-BEI, flimkien mal-Kummissjoni u bi djalogu mill-qrib mal-pajjiżi benefiċjarji, biex ifassal b’urġenza proposta dwar faċilità bankarja ħafna aktar effettiva mill-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP), sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tar-rwol li l-BEI jwettaq fil-pajjiżi tal-Mediterran fis-settur tas-SMEs, il-mikrokrediti, eċċ;

31.

Huwa kkonċernat dwar ir-riskji li joħolqu l-iskemi tal-PPP, bħall-valur baxx għall-ispejjeż magħmula u dejn pubbliku li parzjalment ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ; jinkoraġġixxi lill-BEI jqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-qafas tar-rapport intern tiegħu “Reviżjoni ta’ Lezzjonijiet minn Proġetti Mitmuma tal-PPP Iffinanzjati mill-BEI”, b’mod partikolari billi:

a)

jadotta definizzjonijiet, kwalità tad-data u konsistenza aktar ċari fil-BEI fir-rigward tal-proġetti tal-PPP,

b)

ixerred il-lezzjonijiet ta’ prijorità li jkun tgħallem lil promoturi pubbliċi potenzjali,

c)

joħloq unità ċentralizzata tal-PPP fi ħdan l-BEI li tkopri kwistjonijiet kemm ta’ kreditu kif ukoll ta’ riskju tal-proġett fi ħdan tim komuni u speċjalizzat;

32.

Jinkoraġġixxi lill-BEI jillimita kwalunkwe appoġġ għal intermedjarji finanzjarji barra mill-UE lil istituzzjonijiet lokali li mhumiex qed joperaw f’ċentri finanzjarji offshore biss, li għandhom sjieda lokali sostanzjali u li huma mgħammra sabiex jimplimentaw approċċ favur l-iżvilupp li jappoġġja l-ispeċifiċità ta’ SMEs lokali f’kull pajjiż; jitlob lill-BEI jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni fl-2012;

33.

Jilqa’ r-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-mandat estern tal-BEI 2007-2013 “Rapport u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija ta' persuni għorrief” minn Frar 2010;

34.

Jilqa' l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-BEI kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Unjoni; jenfasizza li l-mandat estern tal-BEI għandu jkun koerenti mal-Artikolu 208 TFUE, li jiddikjara li l-għan ewlieni tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni hu t-tnaqqis, u eventwalment il-qerda, tal-faqar;

35.

Huwa kkonċernat dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet tal-politika esterna; jenfasizza n-nuqqas ta’ rekwiżiti għal intermedjarji finanzjarji sabiex jibagħtu riżultati ex-post dwar operazzjonijiet individwali; jitlob, għalhekk, lill-bank biex jagħmel dan ir-rappurtaġġ ex-post obbligatorju; jilqa, madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ rappurtaġġ ġodda fid-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE;

36.

Billi l-attività tal-BEI barra mill-UE żviluppat primarjament f’pajjiżi bi dħul medju, b’riżorsi limitati ta’ persunal b’mod partikolari għal xogħol upstream u għall-monitoraġġ ta’ proġetti, kif ukoll bi preżenża lokali limitata meta mqabbla mal-livell u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-iffinanzjar barra mill-UE;

37.

Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-monitoraġġ tal-proġetti matul l-implimentazzjoni kif ukoll mat-tlestija;

38.

Jinnota li, mit-total ta' EUR 72 biljun li sellef il-BEI fl-2010, EUR 8,511-il biljun kienu mislufa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw (li minnhom EUR 1,2 biljun lill-Asja u lill-Amerika Latina (ALA), EUR 1 biljun lill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) (973 miljun) u l-Afrika t’Isfel (50 miljun), EUR 2,55 biljun lill-pajjiżi tal-Mediterran u EUR 328 miljun lill-pajjiżi tal-Asja Ċentrali), inklużi EUR 657 miljun għal proġetti fl-oqsma tal-ilma u tas-sanità, is-saħħa u l-edukazzjoni;

39.

Jinnota li l-evalwazzjoni indipendenti tal-mandat estern tal-BEI turi li l-isforzi tal-BEI biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-proġetti u jiżgura li jkun hemm preżenza lokali u jkunu segwiti l-aspetti ambjentali u soċjali għadhom jidhru li mhumiex biżżejjed, filwaqt li l-kapaċità tal-BEI li jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat tiegħu rigward l-aspetti tal-iżvilupp hija biss indiretta;

40.

Ifakkar li enfasi stretta fuq tkabbir abbażi tal-GDP ma jwassalx b’mod awtomatiku għal żvilupp inklużiv u sostenibbli u għat-tnaqqis tal-inugwaljanza; f’dan il-kuntest, għaldaqstant, huwa tal-fehma li riżorsi finanzjarji u ta' staff b'konċessjonijiet adegwati huma meħtieġa biex jippermettu lill-BEI jappoġġja b’mod aktar effettiv l-obbjettivi għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp tal-UE;

41.

Jistieden lill-BEI jappoġġja b’mod attiv proġetti favur l-inklużjoni finanzjarja, jiġifieri l-iffaċilitar ta’ aċċess ekwu għal servizzi finanzjarji bħal skemi ta’ self u ta’ tfaddil u ta’ assigurazzjoni, pereżempju b'appoġġ għall-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament;

42.

Jitlob li tingħata definizzjoni ta' ‘indikaturi ta’ prestazzjoni’ biex il-valur miżjud u l-impatt tal-operazzjonijiet tal-BEI jiġu segwiti aħjar, kif ukoll it-tisħiħ tal-kompetenza esperta tal-persunal fi żvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet soċjali/tal-ġeneru;

43.

Jilqa’ l-impenji tal-BEI, u l-politika li żviluppa, rigward ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; madanakollu, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ trasparenza fl-allokazzjoni u l-monitoraġġ ta' 'self globali' f'termini ta' governanza tat-taxxa; ifakkar li l-BEI għandu jiżgura li l-benefiċjarji tas-self tiegħu ma jinqdewx b'rifuġji fiskali jew jużaw prattiki fiskali ta' ħsara oħra bħalma huwa l-ipprezzar tat-trasferimenti abbużiv, li jista' jwassal għall-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa; f'dan il-kuntest, jistieden lill-BEI jirrikjedi li l-intermedjarji finanzjarji juru b'mod pubbliku kull użu li jagħmlu mis-self globali li jirċievu, inkluż rapport dwar l-attivitajiet tagħhom f'kull pajjiż individwali li joperaw fih;

44.

B’dispjaċir jinnota li l-BEI mhux qed jagħti prijorità lill-investiment f’kumpaniji lokali fil-pajjiżi AKP; iqis li l-monitoraġġ tas-self globali jew tas-self lill-SMEs għandu jitjieb, biex ikun żgurat li l-intermedjarji finanzjarji jimplimentaw b'mod xieraq ir-rekwiżiti tal-BEI, biex ikunu żgurati r-responsabbiltà, it-trasparenza u s-sostennibbiltà ambjentali fl-użu ta' fondi għad-dispożizzjoni tal-SMEs lokali; huwa tal-fehma li d-definizzjoni tal-SMEs użata f’kull reġjun estern għandha tkun iċċarata, b’kunsiderazzjoni għall-istruttura tal-ekonomiji lokali;

45.

Jitlob li l-konformità mal-istandards tal-UE/internazzjonali miftiehma fir-rigward tal-politiki ambjentali u soċjali għandha tkun kundizzjoni sistematika tal-aċċess għall-finanzjament tal-BEI, waqt li kumpaniji jew impriżi li jiksru dawn il-prinċipji u/jew huma rreġistrati f'rifuġji fiskali għandhom ikunu effetivament esklużi;

46.

Jilqa’ l-inzjattiva tal-konklużjoni ta' Memorandum ta’ Qbil dwar il-kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-BEI; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament ikun involut mill-qrib fil-proċess ta’ diskussjoni għat-twaqqif ta’ 'Pjattaforma tal-UE għall-Kooperazzjoni Esterna u l-Iżvilupp' u biex jiggarantixxi trasparenza fil-proċess.

47.

Jinnota l-importanza ta’ titjib u ottimizzazzjoni ta’ operazzjonijiet finanzjarji tal-UE u l-Istati Membri fl-appoġġ tal-kooperazzjoni esterna; jappoġġja l-proposta tal-“persuni għorrief” sabiex jiġu kkonsolidati l-attivitajiet esterni kollha f’entità separata sabiex tinkiseb ġestjoni aktar iffokata; itenni l-proposta tal-PE li jesplora għażliet possibbli sabiex tiġi stabbilita “Pjattaforma tal-UE għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp”;

48.

Jirrakkomanda l-organizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet tal-BEI billi jinżamm l-għan ewlieni tal-BEI bħala l-“Bank Ewropew”;

49.

Jistieden lill-Bank jidħol biss f’operazzjonijiet ta’ self barra l-Unjoni wara li jkollu l-assigurazzjoni li r-regoli tal-kummerċ bejn il-pajjiż li fih isir is-self u l-Unjoni jkunu jinkludu l-prinċipju tar-reċiproċità fl-applikazzjoni tal-istandards soċjali, ambjentali u tas-saħħa;

Mekkaniżmi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-BEI

50.

Ifakkar fin-neċessità ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljanza prudenzjali li fil-qafas tagħha l-BEI għandu jiġi soġġett għall-istess regoli prudenzjali bħalma huma soġġetti l-istabbilimenti ta’ kreditu; dan il-kontroll prudenzjali għandu jissorvelja l-kwalità tal-qagħda finanzjarja tal-BEI u jiżgura li r-riżultati tiegħu jitkejlu b’mod preċiż u li jitħarsu r-regoli ta' mġiba tajba tal-professjoni; itenni l-istedina tal-PE li l-BEI ikun soġġett għal sorveljanza regolatorja prudenzjali;

51.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament b’analiżi legali tal-għażliet possibbli għal superviżjoni prudenzjali tal-BEI; jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ diffikultajiet istituzzjonali b'rabta mar-rwol possibbli tal-Bank Ċentrali Ewropew fis-superviżjoni prudenzjali tal-BEI; jistieden lill-Kummissjoni tesplora, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri taż-żona tal-euro, il-possibbiltajiet kollha tas-superviżjoni prudenzjali tal-BEI;

52.

Jipproponi li din is-superviżjoni regolatorja:

i)

tkun eżerċitata mill-Bank Ċentrali Ewropew abbażi tal-Artikolu 127(6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jew

ii)

fin-nuqqas ta’ dan, u abbażi ta’ approċċ volontarju mill-BEI, imwettaq mill-Awtorità Bankarja Ewropea, bil-parteċipazzjoni ta’ wieħed jew diversi regolaturi nazzjonali jew mingħajrha, jew minn awditur indipendenti;

53.

Madanakollu, iħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jibqa' jimplimenta l-aħjar prassi tal-ibbankjar prudenzjali sabiex iżomm il-pożizzjoni kapitali b'saħħitha ħafna tiegħu u jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ekonomija reali; jistieden, għalhekk, lill-BEI biex jgħaddi minn "stress test" sabiex jivverifika l-kapaċità ta’ reżistenza tal-portafoll tiegħu;

54.

Jilqa' l-fatt li l-BEI jikkonforma volontarjament mar-rekwiżiti kapitali tal-Basel II, u jħeġġeġ lill-BEI jissodisfa wkoll l-obbligi futuri tal-Basel III;

55.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-aħħar żviluppi relatati mal-ikklassifikar tal-kreditu tal-BEI; iħeġġeġ lill-BEI jelabora u jimplimenta strateġija sabiex iżomm il-klassifika AAA tiegħu li hija s-sinsla tal-attività tal-bank u hi essenzjali għall-operazzjonijiet tal-bank; jinnota li l-bank jiġi eskluż minn ċerti kategoriji ta’ investituri jekk ma tinżammx il-klassifika AAA;

56.

Minħabba l-ħtiġijiet ta' investiment tal-UE u tal-Istati Membri tagħha u l-kapital insuffiċjenti pprovdut mis-swieq, jistieden lill-Gvernaturi tal-BEI jaqblu dwar żieda sinifikanti fil-kapital għall-BEI;

57.

Jinnota li l-livell globali tar-riskju ta’ kreditu fil-portafoll tas-self tal-Bank żdied bħala riżultat kemm tal-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq l-affidabbiltà ta’ kontropartijiet eżistenti, immexxija mill-effetti kontinwi tal-kriżi ekonomika, u parzjalment minħabba r-riskju ta’ kreditu ogħla integrat f'operazzjonijiet ġodda; jirrakkomanda li l-BEI jieħu l-miżuri xierqa sabiex jevita deterjorazzjoni tal-portafoll tas-self tiegħu;

58.

Jirrimarka li l-UE għandha bżonn it-tkabbir ekonomiku li jista’ jiġi stimolat b’mod effettiv permezz tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u billi titrawwem il-kostruzzjoni ta’ netwerks trans-Ewropej, u li f’dan il-kuntest l-attività tal-BEI tista’ tikkontribwixxi biex ittejjeb il-prospetti ekonomiċi attwali;

59.

Iqis li l-BEI għandu jimplimenta mekkaniżmi li jiggarantixxu r-rispett, fl-operazzjonijiet finanzjarji kollha tiegħu, għall-valuri ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u għall-istandards tagħha tat-trasparenza u tal-akkwist; jistieden lill-BEI itejjeb aktar it-trasparenza fis-self tiegħu permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, u jaġixxi sabiex jipprevjeni l-użu tar-rifuġji fiskali, l-ipprezzar tat-trasferimenti u l-evitar tat-taxxa;

60.

Jistieden lill-BEI iressaq lill-Parlament, fuq bażi formali u trasparenti, rapport annwali li jkun fih dejta rilevanti dwar l-adegwatezza kapitali, l-obbligazzjonijiet kontinġenti, l-operazzjonijiet permezz ta' intermedjarji finanzjarji, it-teħid ta' riskji, il-fattur ta' ingranaġġ fil-finanzjament tiegħu tas-settur privat, u l-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-FEI;

61.

Jistieden lill-Grupp tal-BEI ikompli jimplimenta l-aħjar prassi bankarji prudenzjali sabiex iżomm il-pożizzjoni kapitali ferm b’saħħitha tiegħu u jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ekonomija reali; għalhekk, jitlob lilll-BEI jibqa' soġġett għal superviżjoni regolatorja prudenzjali stretta sabiex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu, tiġi mmonitorjata l-kwalità tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u tiġi żgurata l-portata preċiża tar-riżultati u tal-konformità tiegħu mar-regoli tal-prassi professjonali tajba; iqis li l-BEI jista' jsirlu wkoll stress test biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;

62.

Jistieden lill-Grupp tal-BEI biex ikollu disponibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu, fejn xieraq u qabel l-approvazzjoni tal-proġetti, informazzjoni relevanti dwar il-benefiċjarji ta’ self u garanziji fit-tul, dwar l-intermedjarji finanzjarji tiegħu, il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-proġetti u s-self ta' kapital tar-riskju lill-SMEs, filwaqt li jispeċifika b’mod partikolari l-ammonti żborżjati, in-numru ta’ għotjiet b'self mogħtija, u r-reġjun u s-settur industrijali konċernati; jirrakkomanda li r-rwol tal-BEI jkun aktar iffukat, selettiv, effettiv u orjentat lejn il-ksib tar-riżultati; jitlob ukoll li jsiru evalwazzjonijiet tal-impatt ambjentali, soċjali u makroekonomiku tal-proġetti appoġġjati;

63.

Huwa tal-fehma li, sabiex jintlaħqu l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, il-BEI għandu jistabbilixxi b'mod partikolari sħubijiet fuq livell ogħla ma’ intermedjarji finanzjarji trasparenti u responsabbli marbuta mal-ekonomija lokali;

64.

Jistieden lill-BEI jibqa' għaddej bl-isforzi tiegħu biex jiżgura li s-self jiġi trażmess b’mod effettiv lill-SMEs permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

65.

Jistieden lill-BEI jikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu dwar l-hekk imsejħa Bonds tal-Proġetti tal-UE jew strumenti finanzjarji innovattivi oħra bbażati fuq il-kofinanzjament bejn il-baġits tal-UE u tal-BEI; jemmen li l-Kummissjoni għandha ddaħħal Bonds tal-Proġetti tal-UE li għandhom jibdew joperaw kemm jista’ jkun malajr, preferibbilment qabel il-perjodu baġitarju 2014-2020; jistieden lill-BEI jieħu sehem attiv fit-twettiq ta’ inizjattivi bħal dawn; iqis li l-implimentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Bonds tal-Proġetti tal-UE 2020 tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-industriji sostenibbli u l-infrastruttura fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-proċeduri stabbiliti għal dak il-għan għandhom ikunu stabbiliti b’mod espliċitu f’qafas ta’ eliġibbiltà ta’ proġetti, soġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jikkunsidra li r-rekwiżiti dwar l-istandards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet ċivili u tat-trasparenza għandhom jiġu rrispettati fl-istrumenti ta’ finanzjament innovattivi kollha;

66.

Jemmen li l-BEI għandu jqis is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Istati Membri meta jiddeċiedi f’liema infrastrutturi l-fażi pilota tal-bonds tal-proġetti għandha tiġi implimentata; din il-fażi pilota għandha tagħti prijorità lil proġetti fi Stati Membri bi problemi ta’ tkabbir baxx u ta’ likwidità fis-swieq finanzjarji;

67.

Jistieden lill-BEI jivvaluta, u jekk ikun xieraq jeżamina jew iżid, l-attivitajiet tiegħu fil-pajjiżi fejn jopera fin-Nofsinhar tal-Mediterran sabiex iħeġġeġ l-investiment fis-setturi li huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku, il-funzjonament tas-suq, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi, u biex iqis il-proċess demokratiku u l-istat tad-dritt f’dawk il-pajjiżi; jinnota ż-żieda reċenti ta' biljun euro fil-mandat ta' self tal-BEI għall-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u jqis li l-BEI għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-impatt fuq l-iżvilupp tal-operazzjonijiet attwali tiegħu fir-reġjun;

68.

Jilqa’ r-rwol akbar tas-self għall-programmi strutturali (SPLs) tal-BEI fl-għajnuna lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-kontribuzzjonijiet għall-programmi appoġġjati mill-Fondi Strutturali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-BEI biex tiżgura li l-investiment fil-proġetti tal-infrastruttura ma jkunx pospost b'riżultat tad-diffikultajiet ekonomiċi affaċċjati mill-Istati Membri;

69.

Jemmen li l-BEI għandu jwettaq l-evalwazzjoni indipendenti tiegħu tal-ġurisdizzjonijiet li jkun qed jopera fihom, sabiex jiġġieled il-flussi illeċiti ta’ kapital u jiżgura li ma jkunx involut f’ċentri finanzjarji offshore;

70.

Jistieden lill-BEI itejjeb l-attivitajiet tiegħu f'dawk l-Istati Membri tal-UE b’defiċits kbar u persistenti fil-kontijiet kurrenti, bl-għan li titrawwem il-konverġenza soċjali u ekonomika u li jkun hemm aktar sostenibbiltà finanzjarja u politika tal-unjoni monetarja;

71.

Jitlob lill-BEI jiċċara u jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu rigward it-trasformazzjoni tal-FEMIP f’bank Ewro-Mediterranju;

72.

Jitlob li ssir reviżjoni tad-dokument tal-politika tal-enerġija tal-BEI mill-2007 biex issir konsistenti mal-objettivi u l-pjanijiet direzzjonali tal-UE għall-2050;

73.

Jinnota li fl-2010 l-BEI ipprovda EUR 25,9 biljun għal dawk ir-reġjuni tal-UE li ntlaqtu l-aktar ħażin mill-kriżi ekonomika;

74.

Jemmen li, fil-kuntest tad-diffikultajiet affaċċjati mill-SMEs fl-aċċess għall-kreditu, il-BEI għandu jissieħeb ma’ intermedjarji finanzjarji trasparenti u responsabbli marbuta mal-ekonomija lokali, u għandu jippubblika regolarment informazzjoni fir-rigward tal-ammonti żborżjati, il-benefiċjarji ta’ dawk l-ammonti, u r-reġjuni u s-setturi industrijali li għalihom saru l-iżborżamenti;

75.

Jisħaq fuq l-importanza tal-programmi JASPERS, JESSICA, JEREMIE u JASMINE għall-konverġenza u l-koeżjoni reġjonali fl-Ewropa u għall-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u jisħaq fuq il-bżonn ta’ finanzjament adegwat, anke matul il-perjodu ġdid ta’ programmazzjoni (2014-2020); jilqa' l-parteċipazzjoni tal-BEI fil-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress; jisħaq fuq l-importanza tal-konverġenza reġjonali tas-self tal-BEI fil-forma ta’ finanzjament għall-proġetti strutturali;

76.

Jinnota t-tnaqqis fis-self lill-BEI għal EUR 60 biljun fl-2012 minn EUR 75 biljun fl-2011 taħt il-Programm Operattiv il-ġdid għall-2012-2014, kif indikat fil-programm annwali adottat mill-Bord tad-Diretturi;

77.

Jilqa' l-għajnuna mogħtija mill-BEI, b’kooperazzjoni mal-Fondi Strutturali tal-UE, lil pajjiżi li qed jaffaċċjaw diffikultajiet finanazjarji, inkluż self li jkopri parti mill-kontribuzzjoni nazzjonali għal proġetti sostenuti minn dawk il-fondi; jilqa l-ħolqien ta’ Fond ta’ Garanzija fil-Greċja ffinanzjat mill-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF) bl-għajnuna u l-assistenza tal-BEI, li huwa mistenni li jgħin il-faċilitazzjoni tat-twettiq tal-investimenti pubbliċi.

78.

Jilqa’ l-mekkaniżmu tal-ilmenti l-ġdid tal-BEI; josserva madankollu li fl-2010 dan il-mekkaniżmu ma kienx operattiv għal kollox; jieħu nota tat-tkabbir sostanzjali ta’ numri ta’ ilmenti prinċipalment fil-qasam tal-aspetti tal-akkwist, tal-ambjent, dawk soċjali u tal-iżvilupp ta’ proġetti li ġew iffinanzjati; jitlob lill-BEI jipprovdi lill-PE bl-informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu tal-ilmenti sottomessi sal-aħħar ta’ Settembru 2012; jilqa’ l-adozzjoni tal-Proċeduri ta’ Operat ta’ Mekkaniżmu tal-Ilmenti (CMOP), approvati mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Bank f’Novembru 2011;

79.

Jistieden lill-BEI isaħħaħ id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-aspetti soċjali (inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem) f'ħidmietu fiċ-ċiklu ta' proġett, permezz ta' analizi ex ante u speċjalment permezz tal-monitoraġġ tul l-implimentazzjoni u t-tlestija ta' proġett;

80.

Jitlob li l-konformità mal-istandards tal-UE dwar il-politiki ambjentali u soċjali għandha tkun kundizzjoni sistematika tal-aċċess għall-finanzjament tal-BEI, waqt li l-kumpaniji jew l-impriżi li jiksru dawn il-prinċipji u huma reġistrati f’Ġurisdizzjonijiet Mhux Konformi għandhom ikunu effetivament esklużi;

81.

Jistieden lill-BEI jistabbilixxi ‘indikaturi dwar il-prestazzjoni’ ċari biex isegwi aħjar il-valur miżjud ta’ tranżazzjonijiet ta' finanzjament u sabiex tissaħħaħ il-kompetenza esperta tal-persunal fi żvilupp sostenibbli, drittijiet tal-bniedem, u kwistjonijiet soċjali/ta' ġeneru;

82.

Jitlob li l-garanziji finanzjarji maħruġa mill-UE għall-BEI jitħallsu lura bir-rata medja għall-ħlas lura ta’ garanziji komparabbli rikonoxxuti fis-suq finanzjarju. Il-ħlas lura kif ikkalkulat jista' jkun soġġett għal deċiżjoni ta' sussidju mill-UE fir-rigward tal-BEI b'konformità mal-proċeduri normali jekk in-nuqqas ta' dan il-ħlas lura ta' din il-garanzija jkun parti minn mudell ekonomiku skont l-objettivi tal-Unjoni, b'mod partikolari għal attivitajiet barra mill-Unjoni, u skont ir-regoli tas-suq intern biex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni mas-settur privat;

83.

Jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni – bil-ħsieb li jtejjeb l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' superviżjoni u l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-istrumenti u l-mekkaniżmi – ifasslu gwida għall-aħjar prassi li tidentifika u tinkludi wkoll prattiki ħżiena, meta dawn irriżultaw, sabiex wieħed jitgħallem mill-iżbalji li saru fil-passat;

84.

Jiddispjaċih, fejn għandha x'taqsam trasparenza, li fil-kapitolu bit-titolu "il-kapital tal-BEI u l-operazzjonijiet ta' self għall-2010", ir-rapport tal-BEI għall-2010 ma jippreżentax u ma jevalwax ir-riskju assoċjat mal-mekkaniżmu BEI nnifsu, riskju bbażat fuq kapital sostanzjali ħafna u sottoskritt, li ma ġiex rilaxxat mill-azzjonisti uniċi, jiġifieri l-Istati Membri, li r-rata ta' klassifikazzjoni tagħhom iddeterjorat gradwalment minn mindu bdiet il-kriżi fil-Ħarifa tal-2008;

85.

Jipproponi li l-Istati Membri involuti fil-BEI jadottaw pjan, jiġifieri għall-perjodu tal-UE 2020, għar-rilaxx tas-sehem mill-kapital sottoskritt li ma tħallasx, li fil-31 ta' Diċembru 2010 kien jammonta għal madwar EUR 190 biljun;

Ir-responsabbiltajiet u r-rwol futur tal-BEI

86.

Jinnota d-diverġenza allarmanti fost l-ekonomiji Ewropej f’termini ta’ kompetittività u innovazzjoni;

87.

Jilqa' l-fatt li fl-2010, il-BEI żied il-finanzjament disponibbli għal proġetti relatati mal-klima f'oqsma bħall-effiċjenza tal-enerġija, sorsi ta' enerġija rinnovabbli, it-trasport, il-forestazzjoni, l-innovazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, għal EUR 19 biljun (30 % tas-self totali li ngħata fi ħdan l-UE), li żdied minn EUR 16 biljun għas-sena preċedenti;

88.

Jilqa' l-enfasi tal-BEI rigward it-tibdil fil-klima, partikolarment dak dwar l-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-BEI jqis l-aċċess universali għall-enerġija bħala parti importanti mill-ħidma tiegħu fis-settur tal-enerġija, billi jappoġġja d-deċentralizzazzjoni ta' proġetti ta' skala żgħira jew barra mill-grid, partikolarment f'żoni rurali; jistieden lill-BEI jibda jagħlaq gradwalment il-proġetti li x'aktarx għandhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent, bħal pereżempju digi kbar, teknoloġiji tas-CCS u tal-fjuwils fossili, biex ikun evitat li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom jużaw dawn it-tipi ta' enerġija biss;

89.

Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jiffinanzja proġetti li jissodisfaw rekwiżiti ambjentali stretti, u b'hekk jippromwovu tkabbir sostenibbli u l-eliminazzjoni gradwali tal-finanzjament li huwa ta' ħsara għall-ambjent;

90.

Jistieden lill-BEI jagħti kontribut aktar ambizzjuż favur id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li l-BEI għandu jagħti prijorità lil proġetti li jnaqqsu d-domanda għat-trasport u li jiżviluppaw trasport pubbliku u kkombinat;

91.

Jistieden lill-BEI jagħmel "grey list" – għal skopijiet ta' studju – ta' proġetti li jinvolvu teknoloġiji li, għalkemm jafu jissodisfaw l-istandards minimi Ewropej, ma rnexxilhomx jissodisfaw l-istandards ambjentali Ewropej medji;

92.

Jilqa' s-sostenn mogħti mill-EIB għas-settur tal-enerġija rinnovabbli (settur ta' importanza strateġika biex jintlaħqu l-miri tal-klima tal-UE), li żdied sostanzjalment matul dawn l-aħħar snin (EUR 6 biljun fl-2010, meta mqabbel ma' EUR 500 miljun fl-2006);

93.

Japprezza l-fatt li l-BEI tejjeb ukoll il-kapaċità teknika interna tiegħu billi żied l-għadd ta' esperti tal-proġetti li jaħdmu primarjament fuq proġetti ta' effiċjenza enerġetika/enerġija rinnovabbli minn 40 % (2007) għal 64 % (2011);

94.

Jitlob li l-BEI jkompli japplika kundizzjonijiet aktar stretti għal proġetti li jużaw il-fjuwils fossili li sfortunatament għadhom jirrappreżentaw 10 % tal-finanzjament tal-Bank; jisħaq fuq l-importanza li jiġu applikati dawk il-kundizzjonijiet bil-għan li jitneħħa b'mod gradwali s-sotenn tal-BEI għall-produzzjoni tal-enerġija li tinvolvi emissjonijiet kbar ta' karbonju, hekk kif titfaċċa l-opportunità;

95.

Jistieden lill-BEI jiżgura li l-benefiċċji tal-proġetti ffinanzjati mill-BEI f'pajjiżi li qed jiżviluppaw japplikaw ukoll għal komunitajiet lokali, li, fejn ikun xieraq, għandhom jiġu kkonsultati dwar proġetti tal-investiment li għandhom possibilità kbira li jkollhom impatt fuq iż-żona tagħhom; huwa tal-fehma li l-proġetti għandhom jiġu kkontrollati għall-integrità ambjentali u għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-karbonju;

96.

Jistieden lill-BEI, b'referenza għall-bijodiversità, biex jibbaża l-azzjoni tiegħu fuq il-prinċipju ta' "l-ebda telf nett"; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, dwar l-istandards żviluppati mill-Programm ta' Kumpens għan-Negozju u l-Bijodiversità (BBOP);

97.

Iħeġġeġ lill-BEI iżid il-finanzjament għall-proġetti relatati mal-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma, filwaqt li ssir enfasi partikolari fuq il-pajjiżi Ewropej fiż-żona tan-Nofsinhar tal-Mediterran partikolarment fir-rigward tas-sostenibilità tal-provvista;

98.

Jiġbed l-attenzjoni tal-BEI dwar in-nuqqas dejjem jikber ta' materja prima; jistieden lill-EIB jinvestiga kif jista' jgħin biex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-materja prima fl-UE;

99.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Grupp BEI ifasslu strumenti ta' finanzjament innovattivi u ta' baġit konġunt għal investimenti li jappoġġjaw il-bijodiversità, u jistieden lill-Grupp BEI jipprovdi servizzi tekniċi relatati u servizzi ta' konsulenza finanzjarja li huma konsistenti mal-istandards ta' prestazzjoni ambjentali tal-Bank;

100.

Jistieden lill-BEI jappoġġja proġetti mfassla biex jippromwovu l-bijodiversità u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, u jimpenja ruħu li ma jiffinanzjax proġetti li jinvolvu tibdil sinifikanti f'ħabitats naturali kbar jew il-produzzjoni ta' sustanzi projbiti, proġetti ta' kostruzzjoni ta' digi kbar li ma jirrispettawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, jew proġetti ta' estrazzjoni (żejt mhux maħdum, gass u minerali) li jkollhom effetti ambjentali u soċjali devastanti u li ma jirrispettawx ir-rakkomandazzjonijiet espressi fl-Extractive Industries Review tal-Bank Dinji;

101.

Jitlob lill-BEI jkompli japplika kundizzjonijiet stretti għal proġetti dwar il-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam u l-linjite li jibqgħu eliġibbli għas-sostenn tal-BEI skont l-objettivi tal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-provvista, u jenfasizza kemm huwa importanti li dawn il-kundizzjonijiet jiġu applikati mill-aktar fis possibbli, bil-ħsieb li jitneħħa gradwalment is-sostenn min-naħa tal-BEI għall-produzzjoni tal-enerġija li tinvolvi livelli għoljin tal-karbonju;

102.

Itenni wkoll l-istedina tiegħu, li l-BEI għandu jġib l-operazzjonijiet tiegħu kompletament konformi mal-objettiv tal-UE ta' tranżizzjoni rapida għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li jadotta pjan għall-eliminazzjoni tas-self ta’ karburanti fossili, inkluż self min-naħa tiegħu għall-impjanti kollha tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, u għall-irduppjar tal-isforzi sabiex jiżdied it-trasferiment ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

103.

Iħeġġeġ lill-BEI biex itejjeb is-sistema tiegħu tal-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġett u sabiex jevita l-appoġġ ta’ proġetti b’impatt negattiv fuq il-klima filwaqt li jsaħħaħ il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġett; ir-riżultati miksuba bl-investimenti tal-Bank f’termini tal-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima għandhom jiġu rrapportati fuq bażi annwali;

104.

Jipproponi li l-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-BEI (minħabba l-kwalità tar-riżorsi umani tal-BEI u l-esperjenza tiegħu fil-finanzjament ta’ infrastrutturi kbar), timpenja ruħha fi proċess ta' analiżi strateġika tal-finanzjament ta' investimenti, mingħajr ma teskludi l-ebda xenarju, inklużi s-sussidji, ir-rilaxx ta’ fondi sottoskritti mill-Istati Membri għall-kapital tal-BEI, sottoskrizzjonijiet tal-UE għall-kapital tal-BEI, għotjiet b'self, l-istrumenti innovattivi, l-inġinerija finanzjarja adattata għall-proġetti fit-tul li mhumiex bi profitt immedjatament, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ garanziji, il-ħolqien ta' sezzjoni ta' investiment fi ħdan il-baġit tal-Unjoni, il-konsorzji finanzjarji bejn awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali, sħubiji pubbliċi-privati, eċċ;

105.

Ifakkar ukoll li l-istrateġija Ewropa 2020 tkun kredibbli biss jekk tkun appoġġjata minn riżorsi finanzjarji adegwati, u għalhekk jappoġġja r-rwol aktar prominenti tal-BEI fit-titjib tar-rwol katalitiku u l-funzjoni ta' ingranaġġ tal-fondi strutturali u fl-iżvilupp ulterjuri u l-użu aħjar tal-strumenti ta' finanzjament innovattivi, li jinvolvu b'mod partikolari l-EIB u l-EIF u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra fuq il-bażi ta' reċiproċità (pereżempju, it-taħlit ta' għotjiet u self, strumenti għal kapitali ta' riskju, forom ġodda għall-kondiviżjoni tar-riskju u ta' garanziji);

106.

Jistieden lill-korpi governattiv tal-BEI jikkunsidraw il-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea ssir azzjonista fil-Bank, flimkien mal-Istati Membri, peress li dan, fil-fehma tiegħu, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni;

107.

Jistieden lill-BEI jappoġġja l-isforzi għall-bini tal-fiduċja f'dawk l-Istati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro, billi jipparteċipa fi proġetti ta' investiment f'dawn il-pajjiżi u billi jipprovdi garanziji li jtaffu r-riskju akbar tal-pajjiż partikolari;

108.

Huwa tal-fehma li, wara l-bidliet li saru minħabba t-Trattat ta' Lisbona u r-rwol akbar tal-BEI għall-iżvilupp bilanċjat u kostanti tas-suq intern, il-BEI għandu jsir aktar responsabbli għaċ-ċittadini tal-UE, jiġifieri jkun soġġett għal proċedura ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew dwar il-mobilizzazzjoni ta' fondi pubbliċi magħmula mill-baġit tal-UE jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u ġestiti mill-BEI;

109.

Jilqa' l-impenn tal-BEI biex jiżviluppa qafas ġdid għall-kejl tal-impatti tal-iżvilupp (Qafas għall-Kejl tar-Riżultat, REM) għall-evalwazzjoni ta' proġetti kemm ex-ante kif ukoll ex-post minn Jannar 2012, u jħeġġeġ lill-BEI jtejjeb it-trasparenza fl-applikazzjoni ta' dan il-qafas billi jiżvela l-lista sħiħa ta' indikaturi, u jippubblika r-rapporti ta' monitoraġġ u l-miżuri meħuda; jitlob li jinżamm infurmat dwar it-titjib fil-monitoraġġ tar-riżultat, miksub mill-Qafas għall-Kejl tar-Riżultat (REM);

110.

Jilqa’ l-fatt li l-monitoraġġ finanzjarju u kuntrattwali tal-proġetti ġie rinfurzat mill-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma ta’ monitoraġġ ġdid; jitlob li jiġi infurmat dwar ir-riżultati u t-titjib miksuba mill-grupp ta’ ħidma ta’ monitoraġġ ġdid;

111.

Jistieden lill-BEI jipparteċipa fil-finanzjament ta' proġetti tal-investiment li għandhom l-għan li jappoġġjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni f'dawn il-pajjiżi u reġjuni li f'każ ta' impatti ekonomiċi esterni asimmetriċi jiġu milquta sproporzjonalment;

112.

Jistieden lill-BEI jorbot il-proġetti ta' finanzjament tiegħu mal-isforzi tiegħu biex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar u għall-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, id-drittijiet tal-bniedem, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, il-prinċipji ta' impjieg deċenti u tal-ambjent u l-governanza tajba, permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

113.

Jilqa’ l-Inizjattiva ta’ ħruġ ta’ Bonds għal Proġetti “tal-Ewropa 2020”, bħala mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskju bejn il-KE u l-BEI, li tipprovdi sostenn b’limitu massimu mill-baġit tal-UE, li għandu jservi ta’ ingranaġġ għall-fondi tal-UE u jattira finanzjament addizzjonali fis-settur privat għal proġetti individwali ta’ infrastruttura f’konformità mal-objettivi “Ewropa 2020”; iħeġġeġ lill-BEI sabiex iwettaq fażi pilota tal-inizjattiva qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 sabiex jivvaluta l-effettività tas-sistema;

114.

Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-BEI fl-istabbiliment ta' proċeduri ċari vis-à-vis il-Ġurisdizzjonijiet Mhux Konformi; isostni l-Bank fil-politika tiegħu li ma jipparteċipax fl-ebda operazzjoni implimentata permezz ta' ġurisdizzjoni mhux kooperattiva; jistieden lill-BEI jevalwa l-implimentazzjoni u l-funzjonament "tal-Politika tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet ftit li xejn regolati, mhux trasparenti u li ma jikkooperawx" (hekk imsejħa Politika NCJ), u jirrapporta lill-Parlament Ewropew qabel tmiem l-2012; iħeġġeġ lill-BEI jirrivedi u jaġġorna regolarment il-Politika NCJ tiegħu biex jiżgura li l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI ma jikkontribwixxu għal ebda forma ta’ evażjoni tat-taxxa, ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroriżmu;

*

* *

115.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 111.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0156.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0331.

(5)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 30.

(6)  Il-Grupp tal-BEI jinkludi l-BEI u l-FEI.

(7)  Il-Parlament talab dan fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-rapporti annwali tal-BEI u tal-BERŻ għall-2007. Barra minn hekk, il-Parlament adotta wkoll din il-pożizzjoni bħala parti mill-votazzjoni tiegħu dwar ir-rapport Bowles dwar is-sottoskrizzjoni għall-ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ***I.

(8)  Art. 15 tad-Decision Nru 1080/2011/EU

(9)  Il-Parlament talab dan fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-rapporti annwali tal-BEI u tal-BERŻ għall-2007. Fid-deċiżjoni dwar is-sottoskrizzjoni tal-UE għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-BERŻ b'riżultat tad-deċiżjoni biex dak il-kapital jiżdied, il-Parlament u l-Kunsill talbu wkoll lill-Gvernatur tal-BERŻ għall-Unjoni biex jirrapporta annwalment lill-Parlament dwar il-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-BERŻ barra l-Unjoni.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/74


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE - Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE

P7_TA(2012)0120

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE (2011/2182(INI))

2013/C 257 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra d-dritt għall-petizzjoni inkluż fl-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 20 TFUE, li jiddefinixxi l-kunċett taċ-ċittadinanza,

wara li kkunsidra t-Tieni Parti tat-TFUE, bl-isem Non-diskriminazzjoni u Ċittadinanza tal-Unjoni, u t-Titolu III u t-Titolu V tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tat-TFUE, skont liema l-moviment liberu ggarantit għall-ħaddiema tal-UE jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u tal-impjieg,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 jisimha ‘Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni. Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE’ (COM(2010)0603),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010 bit-titlu "Lejn Att dwar is-Suq Uniku, Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna" (COM(2010)0608),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (2) (minn hawn ‘l quddiem imsejjħa ‘d-Direttiva dwar il-Moviment Liberu’),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (3) (minn hawn ’l quddiem imsejjħa ‘d-Direttiva dwar il-Kwalifiki’),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2009 dwar il-problemi u l-prospetti taċ-ċittadinanza Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2011 għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (COM(2011)0489),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma, li jpoġġi ċ-ċittadini fil-qalba tal-politiki Ewropej dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, filwaqt li jkun żgurat ir-rispett għad-diversità u l-protezzjoni tal-persuni l-aktar vulnerabbli,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0047/2012),

A.

billi ċ-ċittadini tal-Unjoni – anke irrispettivament mid-diżabbiltajiet tagħhom – għandhom, inter alia, id-dritt li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, id-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati għall-elezzjonijiet fl-Istat Membru fejn jgħixu, id-dritt għad-dispożizzjoni ta’ protezzjoni konsulari mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ Stat Membru ieħor f’pajjiżi terzi, u d-dritt li jressqu petizzjoni fil-Parlament Ewropew, li jirrikorru għall-Ombudsman, u li jindirizzaw l-istituzzjonijiet tal-UE u l-korpi konsultattivi fi kwalunkwe lingwa tat-Trattat (6);

B.

billi t-Trattat ta’ Lisbona kabbar u ta d-dettall lill-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE – imdaħħal l-ewwel fit-Trattat ta' Maastricht fl-1992 – u l-jeddijiet ġejjin mill-istess, li wkoll kien immexxi mill-każistika, billi saħħaħ l-istatus u l-immaġni tal-Unjoni Ewropea bħala d-difensur tal-jeddijiet taċ-ċittadini, billi ta l-mezzi leġiżlattivi għall-istimolu tal-involviment attiv taċ-ċittadini tal-UE u billi ħoloq jew rawwem jeddijiet ġodda, bħalma hija l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) u l-jeddijiet individwali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi ċ-ċittadinanza tal-UE għandha tiġi perċepita bħala għajn kemm ta’ jeddijiet kemm ta’ dmirijiet;

C.

billi dan juri l-isforzi tal-UE biex iċ-ċittadini jkunu fil-qalba tal-azzjoni tagħha, u biex taħdem favur żona ta’ libertà, ġustizzja u drittijiet għaċ-ċittadini kollha tal-UE;

D.

filwaqt li jilqa’ l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li fis-sentenza tal-ERT jenfasizza, li l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri huma wkoll marbuta bid-drittijiet fundamentali supremi tal-Unjoni, jekk kemm-il darba permezz ta’ miżuri nazzjonali huma jkollhom il-ħsieb li jirrestrinġu l-libertajiet fundamentali stabbiliti permezz tat-TFUE;

E.

billi l-moviment liberu huwa inerenti fil-kunċetti tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jirrappreżenta wieħed mid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni rikonoxxuti mit-Trattati;

F.

billi seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu, għad fadal ħafna problemi rigward l-implimentazzjoni tagħha; billi l-maġġoranza tal-ilmenti jikkonċernaw għaċ-ċittadin tal-UE, id-dritt ta’ dħul tiegħu, id-dritt ta’ residenza tiegħu għal aktar minn tliet xhur, il-validità tal-permessi ta’ residenza tiegħu, iż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu u d-dritt ta’ residenza permanenti tiegħu u d-drittijiet tal-membri tal-familja tiegħu;

G.

billi ħafna ċittadini ma jkollhomx l-informazzjoni relevanti kollha dwar id-drittijiet tagħhom kif stipulati mid-Direttiva dwar il-Moviment Liberu, partikolarment meta jfittxu d-drittijiet għall-membri tal-familja li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

H.

billi ċ-ċittadini tal-UE li normalment jgħixu fir-Renju Unit u li japplikaw għal ċerti benefiċji tas-sigurtà soċjali huma meħtieġa jagħmlu “t-Test għad-Dritt ta’ Residenza” li jimponi kondizzjonijiet addizzjonali għal dawk li mhumiex ċittadini Brittaniċi;

I.

billi l-kwestjoni tad-deportazzjoni tar-Roma minn Franza fl-2010 kienet kontrovesjali mhux biss mill-perspettiva tad-drittijiet fundamentali, iżda anke mill-punt di vista tad-dritt għall-libertà tal-moviment u tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità u tal-oriġini etnika u tar-razza;

J.

billi fil-15 ta’ Diċembru 2011 il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea, b’enfasi fuq il-jeddijiet tal-ħaddiema Rumeni u Bulgari fis-suq uniku (7); billi diversi Stati Membri ddeċidew li jintroduċu jew ikomplu japplikaw arranġamenti tranżizzjonali li jillimitaw liċ-ċittadini Rumeni u Bulgari milli jkollhom aċċess għas-swieq tax-xogħol; billi tali miżuri jistgħu jwasslu għall-isfruttament tal-ħaddiema, xogħol illegali u nuqqas ta’ aċċess għall-benefiċji tas-sigurtà soċjali;

K.

billi l-eżerċizzju ta' firxa wiesgħa ta' drittijiet mogħtija liċ-ċittadini mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jiddeppendi minn, jew jitħeġġeġ permezz ta', il-moviment liberu jew il-mobbiltà volontarja tal-ħaddiema; billi, għaldaqstant, il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tista’ tagħmilha eħfef għaċ-ċittadini li jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq uniku filwaqt li tkun il-mutur ewlieni tat-tkabbir;

L.

billi d-dritt li wieħed jiċċaqlaq jew jirrisjedi liberament fit-territorju tal-Istati Membri ma jippermettix fehim aħjar tal-valuri ta’ integrazzjoni Ewropea jekk ikun akkumpanjat minn miżuri konkreti meħuda mill-Unjoni u l-Istati Membri f’termini ta’ informazzjoni, ta’ taħriġ, ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki, ta’ mobbiltà tal-ħaddiema (fost il-ħaddiema staġjonali, tal-fruntieri, il-ħaddiema stazzjonati u l-ħaddiema trasferiti b'riżultat tar-rilokazzjoni tal-kwartieri ġenerali, eċċ.);

M.

billi numru kbir ta’ petizzjonijiet kixfu problemi fil-qasam tal-aċċess għall-benefiċji soċjali, priniċpalment minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju tal-aggregazzjoni tal-benefiċċji pagabbli f'diversi Stati Membri (b’mod partikolari dwar il-portabilità tal-pensjonijiet), li ma jingħatax tagħrif korrett dwar ir-regoli applikabbli jew xkiel amministrattiv; billi d-deċiżjoni tal-QEĠ tal-21 ta’ Lulju 2011 (8) jikkonferma jedd iċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor tal-UE u jkunu intitolati għall-kopertura tas-sigurtà soċjali;

N.

billi skont il-Proċess ta’ Bolonja, diplomi aċċettati b'mod ġenerali għat-tlestija tal-istudji universitarji qed jingħataw bħala pass lejn ir-rikonoxximent aktar dirett tal-kwalifiki;

O.

wara li kkunsidra l-problemi marbuta mal-implimentazzjoni mhux korretta tad-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (miżuri ta’ kumpens, talbiet għal dokumenti addizzjonali, deċiżjonijiet negattivi mhux sostanzjati mill-Istat Membru ospitant, dewmien żejjed fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, impożizzjoni sistematika ta’ testijiet speċifiċi tal-lingwa), li huma ta' xkiel konsiderevoli għall-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadini fl-UE u li għalhekk, iċaħħdu liċ-ċittadini mill-benefiċċji tal-koeżjoni soċjali;

P.

billi l-petizzjonanti jakkużaw lill-Uffiċċju Ġermaniż għall-Protezzjoni taż-Żgħażagħ (Jugendamt) b'diskriminazzjoni kontra l-konjuġi li mhumiex Ġermaniżi fi żwiġijiet imħallta; billi, minħabba fl-indipendenza operattiva tiegħu, il-Jugendamt jikkontribwixxi f'xi każijiet għad-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-ġenituri divorzjati barranin li jixtiequ jitilqu mit-territorju Ġermaniż ma’ wliedhom;

Q.

billi l-Parlament adotta riżoluzzjoni (9) fil-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-integrazzjoni tan-nies b’diżabilitajiet; billi għadd kunsiderevoli ta’ petizzjonijiet ġew intavolati minn nies b’diżabilitajiet, li jiltaqgħu fuq bażi ta’ kuljum ma’ bosta ostakli li ma jħalluhomx igawdu l-jeddijiet ta’ ċittadini tal-UE, bħalma hu l-użu normali tas-sistema edukattiva u l-aċċess għall-assikurazzjoni jew għall-faċilitajiet ta' trasport pubbliku; billi hemm ħtieġa għal sistema koerenti tal-UE għad-determinazzjoni tal-grad ta’ diżabilità, u billi n-nuqqas ta’ tali sistema jista’ jwassal għall-inikwità u saħansitra għall-esklużjoni soċjali;

R.

billi ċ-ċittadini tal-UE kollha li jittellgħu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru għandhom id-dritt ta' aċċess, għad-difiża tagħhom, għal dokumenti tradotti fil-lingwa nattiva tagħhom, sabiex tkun evitata kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa, u billi, b'mod partikolari, iċ-ċittadini kollha jridu jinżammu infurmati b’kull proċediment fil-qrati kontrihom, il-proċess kollu għandu jsir f'perjodu ta' żmien ġuridikament aċċettabbli;

S.

billi l-akbar ostakli għall-eżerċizzju attiv taċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni huma nuqqas ta' għarfien min-naħa tal-individwi tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni kif ukoll fin-nuqqas ta' servizzi informattivi strutturati b'mod ċar u ppubbliċizzati fuq firxa wiesgħa; billi l-Parlament u l-Kummissjoni, fl-azzjoni tagħhom għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, huma tenuti b’konsegwenza jagħmel fokus fuq komunikazzjoni aħjar, adegwatament iffinanzjata diretta lejn iċ-ċittadini u l-Istati Membri, kemm lokalment kemm nazzjonalment, filwaqt li jneħħu kull xkiel ġuridiku u amministrattiv li għad fadal li jipprevjeni liċ-ċittadini tal-UE milli jeżerċitaw jeddijiethom, u fl-istess waqt jiżguraw li jkollhom aċċess ħafif għal pariri ċari u akkurati;

1.

Jilqa’ r-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, li jqiegħed l-objettiv tal-iżmantellament tax-xkiel għall-jeddijiet taċ-ċittadini tal-UE, u huwa tal-fehma li l-proposti li fih jirrappreżentaw miżuri tanġibbli għar-riduzzjoni ta’ nfiq bla ħtieġa u b’hekk jikkontribwixxi għall-poter tal-akkwist taċ-ċittadini tal-UE, li hu partikolarment importanti fi żminijiet ta' kriżi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li jinsabu fir-rapport jittresqu kemm jista’ jkun malajr u jiġu approvati, ħalli jiġi żgurat li l-jeddijiet taċ-ċittadini tal-UE jsiru effettivi u li l-Istati Membri kollha jġibu fit-tmiem l-ostakoli msemmijin u fl-istess waqt jintroduċu miżuri amministrattivi li jiffaċilitaw it-tgawdija komprensiva ta’ dawk il-jeddijiet, filwaqt li jitneħħew il-kontradizzjonijiet possibbli bejn id-Dritt nazzjonali u dak Ewropew;

2.

Jinnota li, minkejja l-jedd li ċ-ċittadini jressqu petizzjoni lill-Parlament Ewropew hemm dispożizzjoni espressa għalih fit-Trattati, xorta ma huwiex magħruf jew eżerċitat biżżejjed, u għaldaqstant jitlob sabiex ikun hemm komunikazzjoni mtejba u attiva diretta lejn iċ-ċittadini – inklużi l-ġustifikazzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet – dwar jeddhom għall-petizzjoni f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tingħaqad miegħu biex tagħmel aktar ħalli jiġi ppubbliċizzat il-jedd għall-petizzjoni permezz tal-uffiċċji tagħhom fl-Istati Membri, in-netwerks deċentralizzati tagħhom tal-informazzjoni, in-netwerk tal-Ombudsmen nazzjonali, u l-organizzazzjonijiet kollha li jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-Parlament, ħalli jilħqu kemm jista' jkun ċittadini u jikkondividu l-aqwa prattiki;

3.

Huwa tal-fehma li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), li se tibda tapplika fl-1 ta’ April 2012, hija l-ewwel strument ta' demokrazija parteċipatorja transnazzjonali u se tagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li jkunu involuti b'mod aktar attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropea; jitlob li jkun hemm implementazzjoni effettiva, trasparenti u b’responsabilità politika tar-Regolament tal-ECI u b’mod partikolari jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jwettqu l-arranġamenti amministrattivi u prattiċi kollha neċessarji fil-ħin propizju, jieħdu rwol attiv u jipparteċipaw b’mod effettiv billi jinformaw liċ-ċittadini dwar dan l-istrument il-ġdid b’mod li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu bis-sħiħ, u, b’mod speċjali, juża s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) ħalli jiżviluppaw il-momentum għat-tqanqil tal-kuxjenza; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, minħabba fl-esperjenza tiegħu fil-kuntatt dirett maċ-ċittadini, għandha tingħatalu r-responsabilità li jagħmel smigħ pubbliku għall-organizzaturi ta' inizjattivi Ewropej taċ-ċittadini li jirnexxu, kif hemm dispost fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-ECI; jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta fuq bażi regolari rapport lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni, meta tipprepara r-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, biex tiffoka mhux biss fuq l-applikazzjoni tal-Karta, iżda wkoll fuq l-artikoli kollha tat-Trattati tal-UE rigward id-drittijiet fundamentali u dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi f'dan ir-rapport informazzjoni aktar iddettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-Karta mill-Istati Membri meta dawn jimplimentaw id-dritt Ewropew u dwar il-kwistjonijiet imressqa miċ-ċittadini f'dan ir-rigward, il-mod li bihom ġew trattati dawn il-kwistjonijiet kif ukoll il-miżuri konkreti ta’ segwitu li ttieħdu;

5.

Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni sabiex jiżguraw li d-dritt tal-aċċess għal dokumenti stabbilit fir-Regolament (KE) 1049/2001 (10), dritt importanti li jgawdu minnu ċ-ċittadini tal-UE, jiġi ggarantit permezz ta' titjib fit-trasparenza u billi l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni jkun aktar faċli u għall-użu faċli mill-utent u komprensiv – inkluż il-provvediment ta’ teknoloġiji mingħajr ostakoli –, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw aktar mill-qrib fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni; jirreferi f'dan ir-rigward għas-sinifikat ewlieni tal-ħidma tal-Ombudsman Ewropew fl-infurzar tad-dritt tal-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

6.

Filwaqt li jirrikonoxxi d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni bħala wieħed mill-pedamenti tad-demokrazija, jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni ma għandux iwassal għall-ksur ta’ drittijiet fundamentali oħra bħad-dritt għas-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data; jisħaq li l-aċċess għall-informazzjoni li għandhom l-istituzzjonjiet tal-UE huwa l-interess primarju taċ-ċittadini li jfittxu li jifhmu d-deliberazzjonijiet politiċi u ekonomiċi wara d-deċiżjonijiet li jittieħdu; huwa tal-fehma li li aċċess akbar għall-informazzjoni dwar il-fajls ta’ investigazzjoni u ta’ ksur jista’ jingħata mill-Kummissjoni mingħajr ma jiġi pperikolat l-għan tal-investigazzjoni u li interess pubbliku prevalenti jista’ jiġġustifika l-aċċess għal dawn il-fajls, partikularment fil-każijiet fejn id-drittijiet fundamentali, is-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent kontra ħsara irreparabbli jew fejn il-proċedimenti jkunu għaddejjin dwar diskriminazzjoni kontra minoranza jew vjolazzjonijiet tad-dinjità tal-bniedem, jistgħu jkunu f’riskju sakemm il-ħarsien ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni sensittiva relatata ma' każijiet fil-qrati, każijiet relatati mal-kompetizzjoni u l-fajls tal-persunal jiġu salvagwardjati;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi attwali tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw id-Direttiva dwar il-Moviment Liberu bis-sħiħ u b’mod korrett, billi tagħmel użu sħiħ tal-poteri tagħha fit-tnedija ta’ proċediment ta’ ksur; jistieden lill-Istati Membri jneħħu l-ostakoli legali u prattiċi għall-moviment liberu taċ-ċittadini, ma jintroduċux proċeduri amministrattivi ta’ xkiel u mhux iġġustifikati u ma jittollerawx prattiki mhux aċċettabbli li jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan id-dritt; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn dan, biex iżżid l-isforzi tagħha biex tqajjem kuxjenza dwar id-dritt taċ-ċittadini għall-moviment liberu u sabiex tgħinhom jeżerċitawh, partikolarment meta dan id-dritt jiġi miċħud jew illimitat, jew jekk jiġu implimentati prattiki li jirriżultaw f’diskriminazzjoni diretta jew indiretta; f’dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-politiki tal-moviment liberu fl-2013 u tipproponi mezzi speċifiċi ta' appoġġ għall-applikazzjoni tal-moviment liberu; jirrimarka li, minkejja li l-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni huwa marbut mill-qrib mad-dritt għall-moviment liberu, iċ-ċittadini kollha li ma jħallux l-Istat Membru ta' oriġini tagħhom ukoll jibbenefikaw mid-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom;

8.

Itenni t-talbiet preċedenti li għamel lill-Istati Membri sabiex jiżguraw il-moviment liberu għaċ-ċittadini kollha tal-UE u tal-familji tagħhom, mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali jew tan-nazzjonalità; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jimplimentaw b’mod sħiħ id-drittijiet mogħtija skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE (11), mhux biss lill-konjuġi ta’ sess differenti, imma wkoll lil sieħeb/sieħba reġistrati, membri li jgħixu fl-istess dar ta' cittadin tal-UE u sieħeb/sieħba li magħha/miegħu ċittadin tal-UE għandu/ha relazzjoni stabbli u attestata b’mod xieraq, inklużi koppji tal-istess sess, fuq il-bażi tal-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni, id-dinjità u r-rispett tal-ħajja privata u tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura li d-Direttiva tiġi strettament applikata;

9.

Jitlob lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u li jieħdu azzjoni ħalli jiggwidaw u jagħtu parir lill-ħaddiema li jiċċaqilqu dwar l-opportunitajiet ta' impjieg u kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol fl-UE, filwaqt ukoll li liċ-ċittadini jagħmluhom konxji mir-riskji inerenti għax-xogħol illegali u għall-vantaġġi assoċjati mal-ksib ta' xogħol legali (taxxi, sigurtà soċjali, il-jedd għat-taħriġ professjonali, il-jedd għaċ-ċittadinanza, il-jedd għall-housing, il-jedd għar-riunifikazzjoni tal-familja, il-jedd għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ulied), permezz tal-għodod eżistenti (EURES);

10.

Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni bejn l-Istati Membri li jittrattaw mal-problemi bħalma huma t-tassazzjoni doppja u n-nuqqas ta’ tassazzjoni għall-pensjonijiet għaċ-ċittadini tal-UE, u jitlob, għalhekk, lill-Istati Membri jtejbu u jaġġornaw il-ftehimiet tagħhom ta’ kooperazzjoni bilaterali; jagħti sostenn lill-isforzi tal-Kummissjoni li tipproponi leġiżlazzjoni ġdida għall-eliminazzjoni tal-ostakli fiskali u huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-taxxi ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi bil-mutur ġa rreġistrati fi Stat Membru ieħor;

11.

Jitlob lil dawk l-Istati Membri li ddeċidew, skont it-Trattat ta’ Adeżjoni għall-UE għar-Rumanija u l-Bulgarija, li jdaħħlu moratorju ta’ seba’ snin, sal-1 ta’ Jannar 2014, dwar il-jedd għall-moviment liberu fl-UE għall-ħaddiema ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, jew li jibqgħu japplikaw l-arranaġamenti transitorji li jirrestrinġu l-aċċess min-nazzjonali Rumeni u Bulgari għas-swieq tagħhom tax-xogħol (12), li jirrevedu d-deċiżjoni tagħhom kemm jista' jkun malajr, billi jqisu l-prinċipju tal-ugwaljanza, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, in-natura mhux ġustifikata ta’ dawk id-deċiżjonijiet u l-prinċipju tas-solidarjetà, ħalli l-jeddijiet tal-impjieg marbutin maċ-ċittadinanza tal-UE ma jibqgħu ristretti għaċ-ċittadini Rumeni u Bulgari;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni u tirrispondi aktar malajr għall-bosta petizzjonijiet riċevuti dwar id-diffikultajiet biċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti dwar l-istat ċivili, u dwar ir-rikonoxximent ta' dawk id-dokumenti u l-effetti tagħhom (13); jaċċentwa l-importanza li jsir progress kemm jista’ jkun malajr lejn rikonoxximent reċiproku u l-iżgurar taċ-ċirkolazzjoni libera tad-dokumenti dwar l-istat ċivili, mingħajr diskriminazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

13.

Jenfasizza l-fatt li t-tkeċċijiet kollettivi jirrappreżentaw ksur tad-Direttiva tal-Moviment Liberu, apparti li dawn jiksur l-valuri u l-prinċipji bażiċi li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea; ifakkar li, skont id-Direttiva għall-Moviment liberu, ir-restrizzjonijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza fuq il-bażi tal-politika pubblika jew tas-sigurtà pubblika jistgħu jiġu imposti esklussivament fuq il-bażi tal-kondotta personali, mingħajr ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini etnika jew ta’ nazzjonalità, u li nuqqas ta’ mezzi ekonomiċi jew kwalunkwe skop relatat ma’ kumpens, ikkastigar jew tneħħija ta’ drittijiet jew privileġġi ma jistax jintuża bħala ġustifikazzjoni għat-tkeċċija awtomatika ta' ċittadin tal-UE (Premessa 16, Artikolu 14);

14.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-politiki li jiddiskriminaw u jannullaw u jabrogaw il-liġijiet diskriminanti, kemm b'mod dirett jew indirettament, kontra r-Roma u gruppi ta’ minoranza fuq il-bażi tar-razza u tal-etniċità, u jistedinhom iġibu fit-tmiem kull persekuzzjoni, tkeċċija mill-post fejn ikunu jgħixu u mill-pajjiż, jew kull konfiska tal-beni ta’ kull grupp ta’ minoranza; jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-UE sabiex jerfgħu responsabilità konġunta biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-integrazzjoni tar-Roma, jagħtuhom l-istess drittijiet u obbligi bħal ta’ ċittadini Ewropej oħra, filwaqt li jżommu mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (14) u ‘Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020’ (COM(2011)0173), u sabiex jippromwovu u jipproteġu l-jeddijiet fundamentali tagħhom;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni torbot il-prijoritajiet tal-inklużjoni soċjali ma' sett ta’ objettivi ċari li jinkludu l-ħarsien taċ-ċittadini kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali bejn ir-Roma u dawk li mhumiex Roma sabiex jiġu miġġielda r-razziżmu u l-ksenofobija; jistieden lill-Kummisjoni, bħala gwardjana tat-Trattati, sabiex tiżgura li l-leġiżlazzjoni kkonċernata hija implimetata bis-sħiħ u li jiġu imposti penali xierqa għar-reati mmotivati mir-razziżmu (15);

16.

Ifisser it-tħassib għall-fatt li, minkejja li l-jedd għall-moviment liberu u għar-residenza huwa stabbilit b’mod sod fid-Dritt primarju tal-UE u żviluppat tajjeb fid-Dritt sekondarju, ir-regoli għadhom ma jiġux applikati b’mod sodisfaċenti; jirrimarka li l-Istati Membri għandhom jaħdmu id f'id biex jitneħħew l-ostakli kollha amministrattivi u ġuridiċi li fadal li jkunu qalulhom dwarhom l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa jekk il-leġiżlazzjoni u l-prattiki tal-Istati Membri jiksrux id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fl-ambitu tat-Trattati u d-Direttiva, u li ma jitfgħux piż mhux iġġustifikat fuq iċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom, u b’hekk jillimitaw indirettament jeddhom għall-moviment liberu;

17.

ifakkar li kważi 80 miljun ruħ b'diżabbiltajiet fl-Unjoni Ewropea għadhom ta' spiss ikkonfrontati b'ostakli li ma jistgħux jingħelbu meta, f'diversi modi, ikunu qed jeżerċitaw jeddhom ta' ċittadini għall-moviment liberu; jitlob, għalhekk, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jidentifikaw u jeliminaw l-ostakli u x-xkiel li jirrestrinġu l-abilità tan-nies b’diżabilitajiet milli jibbenefikaw mill-jeddijiet taċ-ċittadini tal-UE, u li jagħmluha eħfef għan-nies b’diżabilitajiet li jaċċedu għall-mezzi kollha tat-trasport, għall-faċilitajiet kollha tal-infrastruttura, għall-edukazzjonijiet u l-informazzjoni pubbliċi, mingħajr dewmien jew kostijiet żejda, kemm jista’ jkun malajr skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (COM(2010)0636) u r-rapport imsemmi hawn fuq ta’ inizjattiva proprja tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2011 imsejjes fuq dik l-istrateġija; jiġbed l-attenzjoni wkoll għan-numru sproporzjonatament kbir ta' persuni anzjani b'mobilità ridotta; jitlob li jitwaqqaf programm tat-tip Erasmus għan-nies b’diżabilitajiet;

18.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li persuni ssuspettati u akkużati neqsin mis-smigħ, inklużi l-vittmi f’każijiet kriminali, jingħatawlhom, jekk ikunu jeħtieġu, interpreti xierqa tal-lingwa tas-sinjali fl-interess tal-ħarsien ta’ jeddijiethom u l-preservazzjoni tad-dinjità tagħhom, u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa għal faċilitajiet bħal dawn;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri – f’dak li għandu x’jaqsam mal-proposti tal-Kummissjoni għall-faċilitizzazzjoni ta’ aċċess aħjar għall-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri, u billi jedd il-pazjent għall-informazzjoni huwa fundamentali – jinfurmaw liċ-ċittadini tal-UE b’mod isħaħ dwar jeddijiethom u l-mezzi disponibbli għall-eżekuzzjoni tagħhom, inklużi l-aspetti prattiċi bħalma huwa r-rimborż tal-kostijiet fuq il-bażi tal-karta tal-assikurazzjoni tas-saħħa Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-akbar użu possibbli mill-potenzjal eżistenti għat-telemediċina u s-servizzi tas-saħħa-e sal-2020, filwaqt li jottemperaw ruħhom kompletament mad-dispożizzjonijiet tal-ħarsien tad-data Ewropej; jilqa' bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiġi żviluppata sistema ġdida ta' skambju elettroniku ta' data tas-sigurtà soċjali u jitlob kooperazzjoni akbar bejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali; jagħti s-sostenn tiegħu, barra minn hekk, għall-proġetti piloti mmirati lejn l-għoti liċ-ċittadini tal-UE għal aċċess sigur onlajn għad-data tagħhom ta’ pazjenti u li jiżguraw l-interoperabilità tar-reġistri tal-pazjenti;

20.

Jinnota li l-akbar ostakli għaċ-ċittadini sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-firxa usa' ta' prodotti u minn prezzijiet kompetittivi fis-suq uniku huma, minn naħa, dovuti għan-nuqqas ta' għarfien tad-drittijiet tal-konsumaturi f'pajjiżi oħrajn tal-UE, u min-naħa l-oħra, għal nuqqas ta' tagħrif għall-konsumaturi li jkunu qed jixtru onlajn minn Stati Membri oħrajn; jemmen li l-informazzjoni intiżi għall-konsumaturi hi xi kultant kumpless u li hija meħtieġa s-semplifikazzjonijiet, ngħidu aħna fit-tikkettar;

21.

Ifakkar li l-pubblikazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi u l-‘20 tħassib prinċipali’, li aċċentwaw il-lakuni fl-informazzjoni, fil-leġiżlazzjoni u fil-implementazzjoni, u li jippersistu fis-suq uniku, ngħidu aħna dwar il-prattiki abużivi minn ċerti servizzi tad-direttorju; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali bħala prijorità; jilqa' l-ħidma u l-impenn tal-Kummissjoni għall-implementazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku; jitlob iktar azzjoni mill-Istati Membri f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni biex jingħelbu l-ostakoli li jżommu liċ-ċittadini milli jkollhom aċċess għas-servizzi onlajn; jinnota, f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni dwar Liġi Ewropea dwar il-Kuntratti;

22.

Huwa tal-fehma li l-aċċess għas-servizzi bankarji għaċ-ċittadini tal-UE li jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor tal-UE għandu jkun iffaċilitat aktar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri leġiżlattivi neċessarji biex jiġi żgurat aċċess għaċ-ċittadini kollha tal-UE għal kont ta' pagament bażiku; jisħaq fuq il-bżonn li titjieb it-trasparenza tal-ispejjeż bankarji;

23.

Jinnota l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-telefonija mobbli u l-kontijiet tal-internet; jenfasizza li t-tnaqqis fil-prezzijiet tar-roaming sar biss minħabba l-leġiżlazzjoni tal-UE; jitlob għalhekk biex jiġu ppubblikati l-ispejjeż netti f’kull Stat Membru għall-SMS, l-messaġġi MMS, it-telefonati li jitħallsu bil-minuta u l-konnessjonijiet tal-Internet, sabiex jiġi promoss il-ħolqien ta’ rati fissi Ewropej biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-mobilità;

24.

jikkundanna l-prattika tal-bejgħ marbut; jitlob li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini tkun ukoll opportunità biex tinġibed l-attenzjoni taċ-ċittadini għall-miżuri li pproteġewhom bħala konsumaturi u għenu biex jinżamm il-poter tal-akkwist tagħhom fi żminijiet ta’ kriżi;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni korretta mill-Istati Membri tar-regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, b’attenzjoni partikolari għall-aspetti l-ġodda introdotti mir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010;

26.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ħafna petizzjonanti ġew mitluba jagħmlu 't-Test għad-Dritt ta' Residenza' mill-awtoritajiet Brittaniċi sabiex jiksbu aċċess għad-djar soċjali u għal benefiċji oħra, bħall-allowance għal dawk li jfittxu xogħol (16); jiġbed attenzjoni partikolari dwar il-fatt li tali rekwiżit jintroduċi diskriminazzjoni indiretta fuq il-bażi ta’ nazzjonalità, filwaqt li jmur kontra l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004; iħeġġeġ lir-Renju Unit sabiex il-leġiżlazzjoni tiegħu tkun konformi mal-liġi tal-UE;

27.

Iħeġġeġ lir-Renju Unit jimxi fuq id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward l-esportabilità tal-benefiċji tal-mard fi flus kontanti (17) u sabiex ma japplikax l-hekk imsejjaħ ‘it-Test ta’ Preżenza fil-Passat’ meta elementi rappreżentattivi oħrajn jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu rabta ġenwina mas-sistema tas-sigurtà soċjali ar-Renju Unit;

28.

Huwa tal-fehma li Direttiva aġġornata dwar il-Kwalifiki għandha tiffoka fuq l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-mobilità edukattiva, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ, u simultanjament ir-riorganizzazzjoni tal-għejun ta’ informazzjoni li attwalment jinsabu disponibbli għall-professjonisti u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni mal-portal tal-‘Ewropa Tiegħek’; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirriorganizza l-għoti ta’ tagħrif dwar il-mobilità għall-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi tal-UE bit-twaqqif ta’ sistema ta' one-stop-shop; jaqbel li karta professjonali Ewropea volontarja tista' sservi bħala għodda biex tiffaċilita aħjar il-mobilità tal-Ewropej u tiswa ta’ mudell għal ‘Ewropa taċ-ċittadini’;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu, f’każ li għandhom ma għamlux dan, is-sistema ta' miżuri ta' kumpens meħtieġa skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki, fil-qafas tas-Sistema Ġenerali, minħabba li n-nuqqas ta' tali sistema jista’ joħloq diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità; jindika f’dan ir-rigward li ċ-ċittadini tal-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u fl-2007, partikolarment il-professjonisti tal-kura tas-saħħa (it-tobba, il-qwiebel u l-infermiera), irrappurtaw li kellhom problemi rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tagħhom jew tad-drittijiet miksubatagħhom fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tagħhom (18);

30.

Ifakkar li waħda mill-petizzjonijiet pendenti l-aktar antiki rigward it-trattament diskriminatorju ilhom isofru l-lekċerers li jgħallmu lingwa barranija (‘lettori’) f’diversi universitajiet Taljani (19); jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga aktar l-hekk-imsejħa riforma ‘Gelmini’, li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 2010; jistieden lill-awtoritajiet Taljani u l-universitajiet rispettivi biex isolvu dan il-każ b’mod urġenti; huwa tal-fehma madanakollu li dan mhuwiex każ iżolat u li għalhekk, il-mejdaturi tal-Istati Membri jistgħu jiltaqgħu għal skambju ta' fehmiet dwar is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu introdotti fl-Ewropa;

31.

Jipproponi l-ħolqien ta’ portal web speċifiku u aġġornat regolarment, li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jaġġornaw dwar oqsma tal-ekonomija li jkunu qed ifittxu l-ħaddiema, biex tiġi ffaċilitata l-mobilità volontarja;

32.

Ifakkar li r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (20) jistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li t-tfal għandhom ikunu jistgħu iżommu r-relazzjoni tagħhom maż-żewġ ġenituri wara li dawn ikunu sseparaw, anke jekk il-ġenituri jkunu jgħixu fi Stati Membri differenti; jinnota li, minkejja li l-introduzzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli sostantivi dwar id-drittijiet tal-aċċess hija kwistjoni tal-Istat Membru, l-Istat Membru għandu jirrispetta l-liġi tal-UE meta jeżerċita l-poteri tiegħu, partikolarment id-dispożizzjonijet tat-Trattat rigward il-libertà taċ-ċittadini kollha tal-UE li jsiefru u joqogħdu fi Stat Membru ieħor (21) kif ukoll jippreservaw ir-rabtiet bejn il-ġenituri u t-tfal, in-nanniet u n-neputijiet, u l-aħwa; Iżid li kultant id-dewmien twil u n-numru ta’ proċeduri li jirrestrinġu lill-ġenituri li jixtiequ jmorru lura f'pajjiżhom ma' uliedhom huma ostaklu għall-moviment liberu taċ-ċittadini atl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga d-diskriminazzjoni allegata kontra l-konjugi mhux Ġermaniż fi żwiġijiet imħallta fil-każ tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benessri tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Jugendamt);

33.

Jindika l-importanza tal-kooperazzjoni amministrattiva fi kwestjoni ta’ stat ċivili; jinnota, ngħidu aħna, li kull stat li jixtieq bidla fid-dokumenti ta' stat ċivili ta’ wild rikonoxxut fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni marbut jinforma lill-Istat Membru inkwestjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li ssir din il-bidla, sabiex id-dokumenti bħaċ-ċertifikati tat-twelid ma jkunux jistgħu jiġu modifikati b’mod li jħassar l-oriġini tal-identità tal-wild;

34.

jirrimarka li kull ċittadin tal-Unjoni rikonoxxut bħala ġenitur ta’ wild imwieled barra ż-żwieġ jew fiż-żwieġ, għandu jkun informat bid-dritt tiegħu ta’ appell fil-każ ta’ separazzjoni, sabiex ikollu drittijiet ta’ żjara, ħlief f’każijiet fejn b'deċiżjoni konġunta mill-pajjiżi kemm tal-ġenituri kif ukoll tal-wild, ikun ġie stabbilit periklu ġenwin għall-wild;

35.

jitlob għall-ħatra ta’ medjatur, jew mill-inqas ta' medjatur għat-tfal, f’kull Stat Membru, b’poteri suffiċjenti biex ikollu aċċess għal kull dokument u jirrevedi kull deċiżjoni ta qorti, bl-għan li jikkoordina l-ilmenti u d-diffikultajiet legali ta' ġenituri li jkunu qed jisseparaw, sabiex dawn ma jitħallewx jagħżlu imġieba illegali biex jinfurzaw dak li huma jqisu bħala jeddhom u dak ta' wliedhom; iżid jgħid li kull ċittadin jista’ jirreferi għall-medjatur fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew fil-pajjiż fejn jinsab li d-drittijiet tiegħu ikunu ġew miksura;

36.

Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tad-Dritt applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali biex, fl-interess tal-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini tal-UE fil-qasam tal-għażla ta' Dritt dwar id-divorzju, jirratifikawha; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi dan l-istrument ġdid matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza, peress li huwa inevitabbli li jiżdied in-numru ta’ divorzji transnazzjonali, peress li qed jiżdied anke n-numru ta' żwiġijiet transnazzjonali;

37.

Huwa tal-fehma li kwalunkwe ċittadin li jemmen li d-drittijiet tiegħu ġew miksura, għandu jkollu rimedju għall-anqas fil-livell lokali, nazzjonali jew Ewropew biex jiddefendihom;

38.

Jiġbed l-attenzjoni għal darb’oħra dwar il-problemi li qed jaffaċjaw dawk iċ-ċittadini tal-UE li ddeċidew li jeżerċitaw id-dritt tal-istabbiliment skont l-Artikolu 49 tat-TFUE u li straw propertajiet legalment fi Spanja, li eventwalment jew illegalizzati; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Spanjoli biex jirrevedu b’mod komplet il-mod li bih il-liġi Ley de Costas (il-Liġi Kostali) hija implimentata sabiex jevitaw li jaffettwaw id-drittijiet individwali tas-sidien tal-proprjetà, billi jitqies il-fatt li dik il-liġi dwar il-proprjetà ma taqax taħt il-kompetenzi tal-UE u hija soġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà li jinsab fit-Trattati;

39.

Jisħaq mill-ġdid dwar il-prijoritajiet ewlenin tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet: li tinstab soluzzjoni għall-kwestjonijiet dejjiema rigward il-beni; jinnota li ċ-ċittadini tal-UE, kemm nazzjonali u non-nazzjonali, kellhom numru ta’ problemi serji bit-tranżizzjonijiet tal-proprjetà u l-garanziji bankarji u l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà, li kkontribwew għal nuqqas ta’ fiduċja fis-suq tal-proprjetà transkonfinali u għall-problemi ekonomiċi Ewropej; jitlob sabiex il-prinċipji tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE u tal-libertà tal-moviment jiġu estiżi biex ikopru l-proprjetà, u jtenni t-talba tiegħu għad-dritt għall-proprjetà miksuba b’mod leġittimu biex jiġi rrispettat bis-sħiħ;

40.

Jirrikonoxxi li hemm għadd ta’ ostakli li jipprevjenu t-tgawdija sħiħa min-naħa taċ-ċittadini tal-UE tal-jeddijiet elettorali tagħhom meta jkunu jirrisjedu f'pajjiż li ma jkunx dak tagħhom, filwaqt li dan hu l-aktar jedd politikament tanġibbli taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-eżerċizzju tiegħu għandu jkun liberu minn kull formalità diskriminatorja u ostruttiva; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jippropagaw b'mod aktar effettiv l-għarfien ġenerali ta' dan id-dritt fost iċ-ċittadini permezz ta' kampanji ta' informazzjoni mmirati fit-tħejjija ta’ elezzjoni rispettiva; jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-proċedura li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE li joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom u li tħejji l-ħidma teknika biex jittejbu l-mekkaniżmi għall-prevenzjoni ta’ votazzjoni doppja jew ta’ telf tal-jedd għall-vot; għal dan jipproponi l-ħolqien ta’ reġistru Ewropew għall-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; jappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni bl-għan li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-istess ħin f’kull Stat Membru; jitlob lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet aħjar għat-titjib tar-regoli li jiggvernaw l-elezzjonijiet u jippromwovu l-aqwa prattiki; jisħaq li, inter alia, parteċipazzjoni aktar diretti miċ-ċittadini permezz tal-partiti politiċi Ewropej tkun pass deċiżiv lejn il-ksib ta’ ‘aktar’ Ewropa u demokrazija aktar awtentika;

41.

Jipproponi li s-sħubija f'partit politiku Ewropew tista’ tkun aktar komunement issuġġerita lill-membri ta’ partit nazzjonali, sabiex jiġi promoss l-involviment politiku taċ-ċittadini fl-Ewropa;

42.

Huwa tal-fehma li t-twaqqif ta’ one-stop shop fiżiku u onlajn għaċ-ċittadini, 'L-Ewropa Tiegħek', huwa ta' siwi kbir għall-individwi li jkunu qed ifittxu parir jew rimedju, kemm jekk ikunu residenti fit-tul kemm jekk ġodda; jirrikonoxxi fl-istess ħin li n-netwerks għas-soluzzjoni tal-problemi u għall-informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni (bħalma huma Europe Direct, ‘Solvit’, Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, eċċ.) huma msieħba importanti għas-soluzzjonijiet ta' lmenti rigward in-nuqqas ta' funzjoni fis-suq intern jew resitrizzjonijeit fuq jeddijiet iċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi dawn is-servizzi disponibbli online b’mod aktar attiv mhux biss billi tinvolvi l-għajnuna eżistenti fil-livell tal-UE u s-servizzi għas-soluzzjoni tal-problemi, iżda wkoll billi b'mod partikolari jittieħed approċċ iktar komprensiv u attiv aktar biex dawn jitwasslu liċ-ċittadini;

43.

Iqis li l-ħaddiema transfronterjali, li jgħaddu minn ħafna burokrazija amministrattiva fl-Istati Membri, billi jeħtieġu informazzjoni aħjar u mmirati aktar għal jeddijiethom soċjali u professjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproduċi materjal informattiv li jiddelinea f’termini ċari u sempliċi l-jeddijiet gawduti miċ-ċittadini kollha tal-UE li jkunu qed jittraslokaw, jaħdmu, jistudjaw, jixtru, jivvjaġġaw u jeżerċitaw il-jeddijiet politiċi tagħhom bejn il-fruntieri; huwa tal-fehma li sistema ġdida tal-ADR (riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim) ibbażata fuq iċ-ċittadini mibnija fuq korpi konsultattivi u strutturi amministrattivi eżistenti tkun ta' għajnuna kbira fil-provvediment ta' proċeduri ta' soluzzjoni ta' tilwim barra mill-qrati li jkunu espedjenti, aċċessibbli u li jaffordjaw il-konsumaturi;

44.

Jipproponi li l-Kummissjoni twettaq inkjesta sabiex tiskopri kif iċ-ċittadini tal-UE iridu jkunu informati dwar l-attivitajiet tal-Unjoni, biex l-aspettattivi tagħhom jiġu ssodisfati b'mod iktar dirett;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-għoti fl-UE tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Unjoni billi żżid il-għadd ta’ ċentri lokali ta’ informazzjoni;

46.

Jitlob li l-volum ta’ dokumenti li jkunu jeħtieġu traduzzjoni ċċertifikata għal proċedimenti ġudizzjarji jitnaqqas għall-minimu assolut, ħalli jkun evitat dewmien fid-difiża taċ-ċittadini u ma jkunux iġġenerati kostijiet legali eċċessivi;

47.

Jitlob li jkun faċli għal kull ċittadin Ewropew li jallega li jkun vittma ta’ trattament eċċessivament zelanti jew ta’ abbuż ta’ pożizzjoni ta' poter mill-awtoritajiet amministrattivi jew tal-pulizija ta’ Stat Membru ieħor ikun jista’ japproċa l-awtorità nazzjonali jew lokali responsabbli mill-ilmenti kontra dawn l-entitajiet;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni, li tappoġġja l-ġemellaġġi bejn l-ibliet u l-irħula Ewropej, li ma tiffokax biss fuq l-għoti tal-assistenza lill-iskemi ta’ ġemellaġġ li jinvolvu Stati Membri ġodda jew pajjiżi non-UE, imma jixtieq jara li arranġamenti ta’ ġemellaġġ ta’ durata itwal jibqgħu jirċievu l-assistenza tal-UE ħalli jiġi żgurat li jibqgħu jeżistu fit-tul, li bħalissa qed jiġi mhedded;

49.

Jemmen li kull ċittadin tal-UE għandu jedd għall-aċċess liberu għall-informazzjoni newtrali u ta’ kwalità għolja; jikkunsidra bi tħassib kbir il-ħolqien ta’ awtoritajiet regolaturi tal-midja li jkunu qrib wisq tal-gvernijiet;

50.

Jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika b'mod iktar regolari permezz tat-televixin, li huwa għajn importanti ta’ għoti ta’ informazzjoni; għalhekk jilqa’ riżorsi baġitarji addizzjonali allokati għall-Euronews;

51.

Jilqa’ l-proposta reċenti tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-ħarsien taċ-ċittadini tal-UE mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru, partikolarment billi jiġi ċċarat meta ċittadin huwa kkunsidrat bħala mhux irrappreżentat u jiġi speċifikat it-tip ta' għajnuna li normalment jipprovdu l-Istati Membri f’każijiet ta’ bżonn;

52.

Jifraħ lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif tal-portal ta’ Ġustizzja Elettronika, li jipprovdi kompendju tal-proċeduri u l-arranġamenti legali fl-Istati Membri;

53.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-abbozzar ta’ rapport ġdid dwar iċ-ċittadinanza fl-2013; jiċċara f'dan ir-rigward li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li jirċievi, se jeżamina bir-reqqa r-riżultati miksuba f'termini ta' tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-Unjoni (qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport li jmiss), u se jitlob li tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni jekk dan ikun meħtieġ;

54.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiddikjara l-2013 ‘Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini’, li għandha tqanqal u tkattar il-kuxjenza dwar il-jeddijiet u l-vantaġġi marbutin maċ-ċittadinanza tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni – b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili – tuża din l-opportunità biex iżżid l-isforzi tagħha għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-jeddijiet taċ-ċittadini, u għalhekk isaħħaħ l-istatus u l-immaġni tal-UE bħala d-difensur u l-faċilitatur ta’ jeddijiet iċ-ċittadini; jenfasizza l-importanza tal-użu tal-potenzjal strateġiku tas-sena 2013 għall-aċċellerament tal-bidliet soċjopolitiċi meħtieġ ħalli jintgħeleb in-nuqqas ta’ fiduċja min-naħa taċ-ċittadini li kompla żdied minħabba l-kriżijiet ekonomiċi; jitlob biex iċ-ċittadinanza tal-Unjoni tiddaħħal bħala prijorità tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jmiss; ifisser it-tama li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tindirizza l-problemi soċjo-ekonomiċi u taħdem favur suq li jibbenefika liċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess waqt tkattar b’mod sinifikattiv il-kuxjenza ġenerali tal-istatus taċ-ċittadini tal-UE;

55.

Jipproponi li l-Kummissjoni tniedi fis-sena 2012 kompetizzjoni madwar l-Unjoni bil-għan li jinħoloq logo għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini;

56.

Jitlob lill-Parlament u lill-Kunsill jiżguraw li l-Istati Membri jkollhom riżorsi baġitarji biżżejjed biex jiżguraw li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 u l-attivitajiet marbutin minnha, partikolarment dawk li jinvolvu l-mezzi tax-xandir, jimxu ħarir, sabiex jintlaħqu l-objettivi prefissati;

57.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.

(2)  GU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(3)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(4)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(5)  ĠU C 137E, 27.5.2010, p. 14.

(6)  L-Artikolu 20(2) TFUE.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0587.

(8)  Ara Lucy Stewart v Secretary of State for Work and Pensions, Kawża C-503/09.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2011)0453.

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(12)  Ara, inter alia, Petizzjonijiet 0810/2011 u 0900/2011.

(13)  Ara, inter alia, Petizzjoni 0632/2008.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2011)0092.

(15)  Ara, inter alia, Petizzjonijiet 1351/2008, 0945/2010 u 1300/2010.

(16)  Ara, inter alia, Petizzjonijiet 0401/2009 and 1119/2009.

(17)  Kawża C-299/05 tat-18 ta’ Ottubru 2007 u, aktar reċenti, Kawża C-503/09 tal-21 ta' Lulju 2011.

(18)  Ara, inter alia, Petizzjoni 0112/2009.

(19)  Ara, inter alia, Petizzjonijiet 0511/1998 u 0689/1998.

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.

(21)  Ara, inter alia, Petizzjoni 1614/2009.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/85


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris

P7_TA(2012)0100

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2064(IMM))

2013/C 257 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talbiet ta' Luigi de Magistris tal-15 ta' Marzu u l-1 ta’ April 2011, imħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta' Marzu u s-6 ta’ April 2011, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu b’rabta mal-proċediment pendenti quddiem il-Qorti ta' Catanzaro, l-Italja,

wara li sema' lil Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, tad-19 ta’ Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1),

wara li kunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0070/2012),

A.

billi Membru tal-Parlament Ewropew, Luigi de Magistris, kien talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu b’rabta mal-proċedimenti quddiem qorti Taljana;

B.

billi t-talba minn Luigi De Magistris tirrigwarda taħrika li saret kontrih fil-Qorti ta’ Catanzaro f’isem is-Sur Maurizio Mottola di Amato b’rabta ma’ żewġ artikli li Luigi de Magistris ippubblika fuq il-websajt tiegħu fil-bidu tal-2011;

C.

billi skont it-taħrika, id-dikjarazzjonijiet li saru f’dawk l-artikli jikkostitwixxu libell, b’mod li jirriżultaw f’talba għal danni u talba għal mandat ta’ inibizzjoni li tirrikjedi t-tneħħija tal-artikli;

D.

billi l-artikli ġew ippubblikati fuq il-websajt fi żmien meta Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara li ġie elett fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009;

E.

billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għall-ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom, u billi, skont l-Artikolu 9 ta' dak il-Protokoll, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri ta' dak il-Parlament;

F.

billi Luigi de Magistris għamel referenza għaż-żewġ Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll, imma billi l-Artikolu 9 mhuwiex relevanti fid-dawl tal-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana u allura qiegħed ovvjament jiddependi biss fuq l-Artikolu 8;

G.

billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċedimenti legali huma ta’ natura ta’ dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li huma koperti mid-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jeskludix per se li tapplika l-immunità mogħtija minn dan l-artikolu;

H.

billi l-fatti tal-każ, kif jidhru mit-taħrika u mis-sottomissjonijiet bil-miktub ta’ Luigi de Magistris lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li saru għandhom konnessjoni diretta u ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Luigi de Magistris bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

I.

billi Luigi de Magistris, meta ppubblika l-artikli kkonċernati, kien għalhek qiegħed jaġixxi fit-twettiq ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

1.

Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta’ Luigi de Magistris;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris.


(1)  Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure u Oħrajn [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs il-Parlament [2010] ECR II-1135 u Kawża C-163/10 Patriciello (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/86


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris

P7_TA(2012)0101

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2097(IMM))

2013/C 257 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Luigi de Magistris tal-11 ta’ April 2011, imħabbra waqt is-seduta plenarja tad-9 ta' Mejju 2011, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu b’rabta ma’ proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti ta’ Cosenza, l-Italja,

wara li sema' lil Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, tad-19 ta’ Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0073/2012),

A.

billi Membru tal-Parlament Ewropew, Luigi de Magistris, kien talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti quddiem qorti Taljana;

B.

billi t-talba minn Luigi de Magistris tirrigwarda taħrika ppreżentata kontrih fil-Qorti ta’ Cosenza f’isem Dr Vincenza Bruno Bossio b’rabta ma’ dikjarazzjonijiet magħmula minn Luigi de Magistris fil-ktieb Assalto al PM, storia di un cattivo magistrato ('Attakk fuq il-Prokuratur Pubbliku – storja ta’ maġistrat ħażin'), li ġie ppubblikat f’April 2010;

C.

billi skont it-taħrika, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dak il-ktieb jikkostitwixxu libell, li jirriżulta f'rikors għal danni;

D.

billi l-ktieb ġie ppubblikat fi żmien meta Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara li tela’ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009;

E.

billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom, u billi, skont l-Artikolu 9 ta' dak il-Protokoll, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri ta' dak il-Parlament;

F.

billi Luigi de Magistris għamel referenza għaż-żewġ Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll, imma billi l-Artikolu 9 mhuwiex relevanti fir-rigward tal-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana u allura qiegħed ovvjament jiddependi biss fuq l-Artikolu 8;

G.

billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċedimenti legali huma ta’ natura ta’ dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li huma koperti mid-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jeskludix per se li tapplika l-immunità mogħtija minn dan l-artikolu;

H.

billi l-fatti tal-każ, kif jidhru mit-taħrika u mis-sottomissjonijiet bil-miktub ta’ Luigi de Magistris lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li saru ma għandhomx konnessjoni diretta u ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Luigi de Magistris bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

I.

billi Luigi de Magistris, meta ppubblika l-ktieb ikkonċernat, ma kienx għalhekk qiegħed jaġixxi fit-twettiq ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew,

1.

Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta’ Luigi de Magistris;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris.


(1)  Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure u Oħrajn [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs il-Parlament [2010] ECR II-1135 u Kawża C-163/10 Patriciello (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/88


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris

P7_TA(2012)0102

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2098(IMM))

2013/C 257 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Luigi de Magistris tat-3 ta' Mejju 2011, imressqa fil-plenarja tad-9 ta' Mejju 2011, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu bi rbit ma' proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti ta' Milan, l-Italja,

wara li sema' lil Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, tad-19 ta’ Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0074/2012),

A.

billi Membru tal-Parlament Ewropew, Luigi de Magistris, kien talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti quddiem qorti Taljana;

B.

billi t-talba minn Luigi de Magistris tirrigwarda taħrika ppreżentata kontrih fil-Qorti ta’ Milan f’isem is-Sur Giancarlo Pittelli b’rabta ma’ dikjarazzjonijiet magħmula minn Luigi de Magistris fil-ktieb Assalto al PM, storia di un cattivo magistrato ('Attakk fuq il-Prokuratur Pubbliku – storja ta’ maġistrat ħażin'), li ġie ppubblikat f’April 2010,

C.

billi skont it-taħrika, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dak il-ktieb jikkostitwixxu libell, li jirriżulta f'rikors għal danni;

D.

billi l-ktieb ġie ppubblikat fi żmien meta Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara li tela’ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009;

E.

billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għall-ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom, u billi, skont l-Artikolu 9 ta' dak il-Protokoll, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri ta' dak il-Parlament;

F.

billi Luigi de Magistris għamel referenza għaż-żewġ Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll, imma billi l-Artikolu 9 mhuwiex relevanti fir-rigward tal-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana u allura qiegħed ovvjament jiddependi biss fuq l-Artikolu 8;

G.

billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċedimenti legali huma ta’ natura ta’ dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li huma koperti mid-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jeskludix per se li tapplika l-immunità mogħtija minn dan l-artikolu;

H.

billi l-fatti tal-każ, kif jidhru mit-taħrika u mis-sottomissjonijiet bil-miktub ta’ Luigi de Magistris lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li saru ma għandhomx konnessjoni diretta u ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Luigi de Magistris bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

I.

billi Luigi de Magistris, meta ppubblika l-ktieb ikkonċernat, ma kienx għalhekk qiegħed jaġixxi fit-twettiq ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew,

1.

Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta’ Luigi de Magistris;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris.


(1)  Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure u Oħrajn [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs il-Parlament [2010] ECR II-1135 u Kawża C-163/10 Patriciello (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/89


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris

P7_TA(2012)0103

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2189(IMM))

2013/C 257 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Luigi de Magistris tal-20 ta' Lulju 2011, imressqa fil-plenarja tat-12 ta' Settembru 2011, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu bi rbit ma' proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti ta' Lamezia, l-Italja,

wara li sema' lil Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, tad-19 ta’ Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0075/2012),

A.

billi Membru tal-Parlament Ewropew, Luigi de Magistris, kien talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti quddiem qorti Taljana;

B.

billi t-talba minn Luigi de Magistris tirrigwarda taħrika ppreżentata kontrih quddiem il-Qorti ta’ Lamezia f’isem is-Sur Antonio Saladino b’rabta ma’ dikjarazzjonijiet magħmula minn Luigi de Magistris f’intervista ppubblikata fil-gazzetta Taljana Il Fatto Quotidiano tad-9 ta’ Marzu 2011;

C.

billi skont it-taħrika, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan il-ktieb jikkostitwixxu libell, li jirriżulta f'rikors għal danni;

D.

billi d-dikjarazzjonijiet saru u l-intervista ġiet ippubblikata fi żmien meta Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara li tela’ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009;

E.

billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom, u billi, skont l-Artikolu 9 ta' dak il-Protokoll, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri ta' dak il-Parlament;

F.

billi Luigi de Magistris għamel referenza għaż-żewġ Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll, imma billi l-Artikolu 9 mhuwiex relevanti fir-rigward tal-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana u allura qiegħed ovvjament jiddependi biss fuq l-Artikolu 8;

G.

billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċedimenti legali huma ta’ natura ta’ dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li huma koperti mid-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jeskludix per se li tapplika l-immunità mogħtija minn dan l-artikolu;

H.

billi l-fatti tal-każ, kif jidhru mit-taħrika u mis-sottomissjonijiet bil-miktub ta’ Luigi de Magistris lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li saru ma għandhomx konnessjoni diretta u ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ Luigi de Magistris bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

I.

billi Luigi de Magistris, meta ppubblika d-dikjarazzjonijiet inkwistjoni, ma kienx għalhekk qiegħed jaġixxi fit-twettiq ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

1.

Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta’ Luigi de Magistris;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris.


(1)  Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure u Oħrajn [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs il-Parlament [2008] Ġabra II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs il-Parlament [2010] ECR II-1135 u Kawża C-163/10 Patriciello (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/91


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona

P7_TA(2012)0111

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))

2013/C 257 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-4 ta' Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0039/2012),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 1

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 2

2.   Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.

2.   Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f’sessjoni parzjali waħda.

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 5

5.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jista' jkun hemm ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Eurogroup.

5.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – parti A – paragrafu 1 – inċiż 2

ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabbilità tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u jkunu ta' interess ġenerali;

ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju tagħhom u jkunu ta' interess ġenerali;

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – parti A - paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)

 

ikunu jirrigwardaw, peress li jittrattaw kwestjonijiet speċifiċi għall-Kunsill, b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' definizzjoni, ta’ koordinament jew ta’ eżekuzzjoni tal-linji politiċi tal-Unjoni, jew inkella il-prerogattivi tiegħu fil-qafas ta' proċeduri ta’ nomina jew dawk marbutin mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew dawk marbutin ma' reviżjoni tat-trattati,

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II – parti A – paragrafu 2

2.

Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata.

2.

Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata , jew jekk il-mistoqsija tkun tikkonċerna t-twettiq tal-funzjoni leġislattiva u dik baġitarja tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16,, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/93


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma ***

P7_TA(2012)0098

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma (13123/2011 – C7-0332/2011 – 2011/0116(NLE))

2013/C 257 E/16

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (13123/2011),

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma (13350/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(3) and (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0332/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0060/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu lill-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq l-espansjoni tal-bażi ta’ sħubija tal-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma, b’mod partikolari billi tidħol fi djalogu mall- pajjiżi ewlenin li jipproduċu u jikkunsmaw il-gomma, biex tissorvelja mill-qrib l-attivitajiet tal-Grupp, u biex tirraporta lura lill-Parlament fuq kull żviluppi rilevanti fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni u r-Regoli ta' Proċedura emendati tal-Grupp;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Grupp Internazzjonali ta' Studju fuq il-Gomma.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/94


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 ***II

P7_TA(2012)0104

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' (06444/2/2012 – C7-0072/2012 – 2009/0127(COD))

2013/C 257 E/17

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06444/2/2012 – C7-0072/2012),

wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0456),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 78(2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 72 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0063/2012),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni meħmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 161.


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jiddikjara li din id-Deċiżjoni tagħti espressjoni konkreta, fid-dispożizzjonijiet ta' promulgazzjoni tagħha, lill-prinċipju ta' solidarjetà, partikolarment fil-forma ta' inċentivi finanzjarji ġodda biex titħeġġeġ ir-risistemazzjoni mill-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni immedjata tagħha, il-Parlament Ewropew qabel mal-kliem tad-Deċiżjoni fil-forma preżenti tagħha, fi spirtu ta' kompromess, fejn ir-referenza espliċita għall-Artikolu 80 tat-TFUE hija limitata għal premessa waħda tad-Deċiżjoni. Il-Parlament Ewropew jafferma li l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-firxa ta' bażijiet legali disponibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu futur tal-Artikolu 80 tat-TFUE.

Dikjarazzjoni tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni preżenti hija mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014 sa 2020 u konsegwentement ukoll għan-negozjati dwar il-"Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil" għall-perijodu 2014 sa 2020 (COM(2011)0751), inkluż jekk prijoritajiet speċifiċi komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni, ibbażati fost l-oħrajn fuq kriterji ġeografiċi, għandhomx jiġu stipulati fir-Regolament dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil għall-2014 sa 2020.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u sabiex tkun żgurata l-adozzjoni immedjata tal-proposta, tappoġġja t-test finali; madankollu tiġbed l-attenzjoni li dan hu mingħajr ħsara għad-dritt tagħha ta' inizjattiva fir-rigward tal-għażla tal-bażijiet legali, b'mod partikolari r-referenza għall-użu futur tal-Artikolu 80 TFUE.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/95


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju ***II

P7_TA(2012)0105

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (18144/1/2011 – C7-0070/2012 – 2010/0262(COD))

2013/C 257 E/18

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (18144/1/2011– C7-0070/2012),

wara li kkunsidra l-kontribut ippreżentat mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu (1) fl-ewwel qari dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0509),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0078/2012),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati 13.9.2011, P7_TA(2011)0345.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/96


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I

P7_TA(2012)0106

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484 – C7-0265/2010 – 2010/0250(COD))

2013/C 257 E/19

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0484),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0265/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Jannar 2011 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Marzu 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0223/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 44.

(2)  ĠU C 57, 23.2.2011, p. 1.

(3)  Din il-pożizzjoni ser tiġi sostitwita bl-emendi adottati fil-5 ta' Lulju 2011 (testi adottati, P7_TA(2011)0310).


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
P7_TC1-COD(2010)0250

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 648/2012.)


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/97


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I

P7_TA(2012)0107

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD))

2013/C 257 E/20

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0020/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0042/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
P7_TC1-COD(2012)0003

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/11/UE.)


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/98


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa *

P7_TA(2012)0108

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (COM(2011)0730 – C7-0447/2011 – 2011/0330(CNS))

2013/C 257 E/21

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0730),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0447/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0044/2012),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

(2a)

Il-ħolqien ta' unjoni fiskali Ewropea għandu jinkludi skambju tal-informazzjoni estiż, rapidu, effiċjenti, konvenjenti u sa fejn possibbli, awtomatiku, bejn l-Istati Membri għal titjib fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 11

(11)

Il-feedback huwa mezz xieraq sabiex jiġi żgurat titjib kontinwu fil-kwalità tal-informazzjoni skambjata. Għalhekk, għandu jiddaħħal fis-seħħ qafas għall-għoti ta’ feedback.

(11)

Il-feedback huwa mezz xieraq sabiex jiġi żgurat titjib kontinwu fil-kwalità tal-informazzjoni skambjata u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri burokratiċi . Għalhekk, għandu jiddaħħal fis-seħħ qafas għall-għoti ta’ feedback.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

(14a)

Id-data personali pproċessata b'konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tinżamm għal aktar minn kemm meħtieġ, b'konformità mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 19

(19)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni effetiva ta’ dan ir-Regolament, jista’ jkun neċessarju li jkun illimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva 95/46/KE. speċifikatament id-drittijiet definiti fl-Artikoli 10, 11(1), 12 u 21 tagħha bil-għan li jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1) (e) ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali tal-informazzjoni koperta minn dan ir-regolament għall-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-obligu li japplikaw tali limitazzjonijiet, sa fejn huma neċessarji u proporzjonati.

(19)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni effetiva ta’ dan ir-Regolament, jista’ jkun neċessarju li jkun illimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva 95/46/KE. speċifikatament id-drittijiet definiti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1) u l-Artikoli 12 u 21 tagħha bil-għan li jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali tal-informazzjoni koperta minn dan ir-regolament għall-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-obligu li japplikaw tali limitazzjonijiet, sa fejn huma neċessarji u proporzjonati. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi ppreservata l-evidenza f'każijiet issuspettati ta' irregolaritajiet fiskali jew frodi u biex tiġi ostakolata interferenza fil-valutazzjoni ta' konformità korretta mal-leġiżlazzjoni tas-sisa, għandu jkun possibbli, fejn meħtieġ, li jiġu ristretti l-obbligi tal-kontrollur tad-data u d-drittijiet marbutin mas-soġġett tad-data relatati mal-forniment tal-informazzjoni, l-aċċess għad-data u l-pubblikazzjoni tal-operazzjonijiet ta' pproċessar, matul l-iskambju ta' data personali skont dan ir-Regolament.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 20

(20)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 8, 16, 19, 20, 21 u 34 ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(20)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u biex tingħata deskrizzjoni tal-kategoriji prinċipali tad-data li tista' tiġi skambjata bejn l-Istati Membri skont dan ir-Regolament , is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

 

(20a)

L-ipproċessar ta' data personali relatata ma' reati, kundanni penali jew miżuri ta' sigurtà għandu jitwettaq b'konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 95/46/KE jew l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 22

(22)

Huwa neċessarju li jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-ġbir ta’ statistika u informazzjoni oħra mill-Istati Membri u għat-tħejjija ta’ rapporti regolari mill-Kummissjoni.

(22)

Huwa neċessarju li jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-ġbir ta’ statistika u informazzjoni oħra mill-Istati Membri u għat-tħejjija ta’ rapporti regolari mill-Kummissjoni. Il-ġbir ta' data min-naħa tal-Istati Membri u r-rapporti tal-Kummissjoni għandhom jitressqu annwalment u jsiru disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

 

(25a)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi forum ġdid dwar il-VAT u d-dazji tas-sisa, simili għall-Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment (JTPF), li fi ħdanu l-kumpaniji jistgħu jindirizzaw kwestjonijiet relatati mal-VAT tal-kumpaniji u tilwimiet bejn l-Istati Membri.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

3.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tiddeċiedi li ma hemmx bżonn ta’ inkjesta amministrattiva, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

3.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

5.   L-awtorità rikjesta tista’ titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rapport mill-aktar fis possibbli , sakemm dan ma jkun jimponi ebda piż sproporzjonat fuqha .

5.   L-awtorità rikjesta tista’ titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rapport mill-aktar fis possibbli.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

4.   Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista’ jitwettaq kompletament jew parzjalment b’mezzi oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku.

4.   Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista’ jitwettaq kompletament jew parzjalment b’mezzi oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn , fejn l-awtorità rikjesta tqis li dan ikun neċessarju, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

1.    Bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta dawn il-kontrolli jidhru li huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss.

1.    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, u fejn ikun xieraq , li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta dawn il-kontrolli jidhru li huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

(a)

il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont l-Artikolu 15(1);

(a)

il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati skont l-Artikolu 15(1) , bl-għan li titfassal lista komprensiva, li tiġi aġġornata darbtejn fis-sena biex tkun konformi mal-ħtiġijiet tal-iskambju ;

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Għal dak il-għan, huma jistgħu jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni.

Għal dak il-għan, ikun xieraq li huma jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

2.   L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha.

2.   L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Meta l-awtorità tkun ressqet l-informazzjoni wara li tkun inkixfet irregolarità mhux tas-soltu iżda ekonomikament sinifikanti, għandha titlob għal tali rapport dwar azzjoni ta' segwitu. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b

(b)

l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku jew tal-bini;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku jew tal-bini jew, għal destinatarji reġistrati msemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, l-indirizz għal servizz approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni ;

Emendi 19 u 20

Proposta għal regolament

Artikolu 23

It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni.

It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma minn qabel bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni raġonevoli li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

3.     L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta li tibgħat l-informazzjoni jekk l-Istat Membru rikjedenti ma jkunx jista’, għal raġunijiet legali, jipprovdi informazzjoni simili.

imħassar

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

(4)   L-għoti tal-informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat jekk dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni dwar operatur ekonomiku għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tinżamm minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minn persuna nominata jew persuna li taġixxi bħala aġent jew fiduċjarju jew minħabba li tkun relatata mal-interessi ta' sjieda f’persuna legali.

(4)   L-għoti tal-informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat jekk ikun evidenti li dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni dwar operatur ekonomiku għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tinżamm minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minn persuna nominata jew persuna li taġixxi bħala aġent jew fiduċjarju jew minħabba li tkun relatata mal-interessi ta' sjieda f’persuna legali.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għandha tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f’dak l-Istat Membru.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni tista' tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f’dak l-Istat Membru.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

4.    Il-ħażniet jew l-iskambji kollha ta’ informazzjoni mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

4.    L-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

2.   Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-istess skopijiet li għalihom ġiet ipprovduta din l-informazzjoni u skont id-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi, u l-miżuri legali nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva.

2.   Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-istess skopijiet li għalihom ġiet ipprovduta din l-informazzjoni u skont id-Direttiva 95/46/KE, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi, u l-miżuri legali nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tiġbor fil-qosor l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament.

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tqabbel u tanalizza l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

 

1a.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-frodi fil-qasam tad-dazji tas-sisa sal-31 ta' Diċembru 2012, flimkien ma' emendi għal dan ir-Regolament jekk ikun xieraq.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra dik l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra dik l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Kull ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/104


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013

P7_TA(2012)0109

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013 (2012/2006(BUD))

2013/C 257 E/22

Il-Parlament Ewropew,,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit 2013 – Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X (3),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2012 skont l-Artikoli 23(7) u 79(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 79(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0062/2012),

A.

billi l-limitu massimu għall-Intestatura 5 tal-qafas finanzarju multiannwali (MFF) għall-baġit tal-Unjoni fl-2013 huwa EUR 9 181 miljun bi prezzijijet attwali (4),

B.

billi l-adeżjoni tal-Kroazja se jkollha impatt fuq il-baġit tal-2013 tal-Parlament, jiġifieri fir-rigward tar-riżorsi għall-Membri l-ġodda u r-reklutaġġ ta' persunal;

C.

billi, fil-kuntest ta’ piż qawwi ta’ dejn pubbliku u ta’ rażan fi żminijiet ta’ sforzi nazzjonali kontinwi għall-konsolidazzjoni baġitarja, il-Parlament għandu juri responsabbiltà u rażan baġitarju, filwaqt li jieħu nota tal-ittra datata 23 ta’ Jannar 2012 mill-Kummissarju Lewandowski lill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

D.

billi huwa partikolarment importanti li l-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau ikomplu l-kooperazzjoni mtejba permezz tal-proċedura tal-baġit annwali skont l-Artikoli 23 u 79 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament;

E.

billi l-prerogattivi tal-plenarja fl-adozzjoni ta-estimi u tal-baġit finali se jinżammu għalkollox skont it-Trattat u r-Regoli ta' Proċedura;

F.

billi l-laqgħat ta’ prekonċiljazzjoni u ta’ konċiljazzjoni bejn delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits saru fis-6 ta’ Marzu u fit-13 ta’ Marzu 2012;

Il-qafas ġenerali u l-baġit globali

1.

Jilqa' l-kooperazzjoni tajba bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim milħuq waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-13 ta' Marzu 2012;

2.

Jemmen li l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament għandhom ikunu limitati għal post wieħed għall-Membri u l-uffiċjali; jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra t-talbiet li l-Parlament u ċ-ċittadini tal-Unjoni diġà esprimew f’bosta okkażjonijiet dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita sede waħda għall-Membri u għall-uffiċjali, imtennija ulterjorment fil-paragrafu 7 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida tal-proċedura tal-baġit tal-2013, taqsimiet għajr il-Kummmissjoni;

3.

Jinnota li l-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi għall-baġit 2013, kif issuġġerit mis-Segretarju Ġenerali fir-rapport tiegħu lill-Bureau, jammonta għal EUR 1 768 731 441; jinnota li r-rata ssuġġerita ta' żieda hija 2,96 % aktar mill-baġit 2012;

4.

Jilqa’ l-isforzi li saru għall-preżentazzjoni ta’ estimi realistiċi u jirrikonoxxi l-fatt li l-Bureau lest jadotta aktar miżuri ta’ ekonomija meta mqabbla mal-livell oriġinali ssuġġerit fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali; jenfasizza li l-objettiv ta’ kull negozjati baġitarji għandu jkun li tinkiseb l-akbar effiċjenza possibbli; skont il-ftehim milħuq mill-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tat-13 ta’ Marzu 2012, jiffissa l-livell kumplessiv tal-abbozz tal-estimi għall-2013 għas-somma ta’ EUR 1 759 391 671, i tikkorrispondi għal rata ta’ żieda ta’ 1,9 % fuq il-baġita tal-2012, bl-esklużjoni tal-ispejjeż tat-tkabbir għall-adeżjoni tal-Kroazja; jinsisti aktar fuq il-ħtieġa ta’ kontroll baġitarju strett, kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat għall-Baġits u l-identifikazzjoni ta’ ekonomiji oħra possibbli matul din i-proċedura talo-baġit;

Kwistjonijiet speċifiċi

5.

Jilqa’ l-ekonomiji ssuġġeriti bi rbit mal-ivvjaġġar tal-persunal u riallokazzjonijiet fl-organigramma;

6.

Jilqa’ l-iffrankar issuġġerit ta’ madwar EUR 3.5 miljun f’konnessjoni mal-assistenza parlamentari fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Membri tal-Bureau dwar l-Abbozz Preliminari tal-Estimi għas-sena finanzjarja 2013; jinnota li dan l-iffrankar jikkunsidra l-eżitu tan-nefqa ta' din il-linja baġitarja fl-2011;

7.

Jinnota pjanijiet għal kampanja ta' informazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014; jirrikjedi tagħrif addizzjonali fi żmien xieraq;

8.

Jilqa' l-inizjattiva tas-Segretarju Ġenerali meħuda fl-2011 li tipproponi r-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet ta' traduzzjoni u ta' interpretazzjoni; jemmen li din l-inizjattiva se twassal għal iffrankar sinifikanti fil-baġit 2012 u jitlob li din l-inizjattiva titkompla fl-2012; jiddefendi madankollu l-prinċipju tal-multilingwiżmu u jenfasizza n-natura unika tal-Parlament fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni; barra minn hekk jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni interistituzzjonali f'dan il-qasam;

9.

Iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tippreżenta valutazzjoni indipendenti tal-baġit tal-Parlament bl-għan li jiġi identifikat iffrankar fil-linji baġitarji kollha u jħeġġiġha tippreżenta din il-valutazzjoni lill-Kumitat għall-Baġits sa mhux aktar tard minn Settembru 2012; għal dan il-għan, ifakkar lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau dwar it-talba tiegħu għal aġġornament tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali għall-2002 lill-Bureau rigward l-ispejjeż sabiex jinżammu it-tliet postijiet ta' xogħol; ifakkar lis-Segretarju Ġenerai u lill-Bureau dwar it-talba tiegħu li mill-aktar fis possibbli jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma; iqis li dan il-grupp għandu jiddiskuti inter alia l-konklużjonijiet tar-rapport mitlub rigward l-ivvjaġġar tal-Membri, li għandu jitlesta sal-31 ta' Marzu 2012, ir-riżultati ta' studju kumparattiv bil-baġits ta' kampjun rappreżentattiv tal-parlamenti tal-Istati Membri u bil-baġit tal-Kungress tal-Istati Uniti u l-finanzjament tal-politika tal-bini; ifakkar li l-konlużjonijiet li jasal għalihom il-grupp għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien;

10.

Jitlob rapport dwra l-ekonomiji milħuqa waqt l-implimentazzjon i tal-baġit tal-2012, f'linja waħda mas-sejħiet għall-ekonomiji espressi fil-pożizzjoni tagħha tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' baġit tal-2012 kif emendat mill-Kunsill - it-Taqsimiet (5) kollha; jistenna li dan ir-rapport jiġi kkomunikat lill-Kumitat għall-Baġits mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2013;

11.

Jenfasizza r-rieda tiegħu li jikkontribwixxi b'mod attiv għaż-żamma tad-dixxiplina baġitarja billi jiffriża l-linji baġitarji kollha relatati mal-ivvjaġġar u billi ma jindiċizzax l-allowances individwali tal-Membri sa tmiem il-leġislatura;

12.

Jinnota ż-żieda fl-attivitajiet tal-membri f'xogħol mhux leġislattiv kif stipulat fir-Regoli ta' Proċedura li timpenja ammont kunsiderevoli tar-riżorsi tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni oħrajn; jitlob lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jwettqu analiżi ta' dan il-fatt qabel l-adozzjoni tal-baġit tal-Parlament għall-2013 u jippreżentaw għażliet dwar kif dan il-piż miżjud jista' jiġi limitat;

13.

Huwa tal-opinjoni li għandha titqies riorganizzazzjoni ulterjuri tal-metodi ta' ħidma tal-Parlament; itenni li jista' jsir iffrankar sostanzjali jekk ikun hemm sede waħda għall-Parlament; jenfasizza li l-Parlament għandu jkollu d-dritt jiddeċiedi l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jimplimenta reviżjoni possibbli tal-kalendarju għal-laqgħat tal-kumitati u l-missjonijiet tad-delegazzjonijiet; barra minn hekk, jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżamina opportunitajiet ulterjuri possibbli għal iffrankar rigward id-delegazzjonijiet; jekk dawn il-bidliet jistgħu jiġu implimentati fl-2012, jitlob li l-amministrazzjoni tipprovdi lill-Kumitat għall-Baġits id-dettalji tal-iffrankar iġġenerat fl-2012 f'dawn l-oqsma;

14.

Jinnota l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet proposti għall-kontinwazzjoni tal-istrateġija multiannwali tal-ICT; jifhem li jistgħu jgħaddu bosta snin qabel ma l-proġetti li qed jitwettqu bħalissa jitlestew; jilqa' t-tnedija tal-programm e-committee; jifhem li skema pilota għall-programm e-meetings għaddejja bħalissa; jitlob iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż possibbli ta' dan il-programm u meta se jkun implimentat għalkollox; jitlob li ssir analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-proġett tal-laqgħat mingħajr karti, liema analiżi għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat għall-Baġits; jinkoraġġixxi lill-amministrazzjoni tiegħu biex ikollha politiki li jippermettu lill-Membri jużaw għodda effikaċi bbażata fuq it-teknoloġiji l-ġodda u tappoġġa l-proċess leġislattiv b'mod aktar effikaċi, b'mod partikolari billi tiżgura li s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Għarfien tibda tħalli l-frott; bl-istess mod jitlob li jsir aktar użu tal-vidjokonferenzi, li jistgħu jkomplu jnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġar sew tal-Membri kif ukoll tal-persunal;

15.

Jinnota li l-ħolqien ta' Direttorat għall-appoġġ għad-demokorazija għandu l-għan li jtejjeb is-sinerġija bejn id-diversi servizzi interni li jittrattaw kwistjonijiet relatati mad-demokrazija; jistenna li d-deċiżjoni meħuda tagħmel l-organizzazzjoni tas-servizzi aktar trasparenti, koerenti u effiċjenti; jinsisti li din ir-riorganizzazzjoni tas-servizzi għandha tkun newtrali għall-baġit;

16.

jinnota l-kundizzjonijiet imfissra fir-regolament dwar il-finanzjament tal-partitit politiċi (6); huwa mħasseb li l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-istat ta' dritt, mhumiex qed ikunu rispettati għalkollox; jinsisti li l-għoti ta’ finanzjament tal-Parlament Ewropew għandu jsir biss lil dawk il-partiti li rigirożament jirrispettaw il-prinċipji li fuqhom tissejjes l-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jitlob għaldaqstant li r-regoli jiġu riveduti f’dan is-sens;

17.

Meta jitqiesu l-livelli ta' eżitu tal-2011 u tal-2010 u r-restrizzjonijiet baġitarji meħtieġa fi żmien ta' kriżi, jemmen li l-approprjazzjonijiet kollha relatati mal-infiq ta' rappreżentazzjoni għas-sena baġitarja 2013 għandhom jiġu ffriżati u jinżammu taħt kontroll strett;

18.

Jinnota li, skont il-qbil milħuq fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tat-13 ta’ Marzu 2012 bejn il-Bureaue u l-Kuiat għall-Baġits, ir-riserva ta’ EUR 3 miljun għal proġetti prijoritarji f'fażi ta' żvilupp (Kapitolu 10 6) ġiet irtirata mill-estimi;

19.

Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet proposti fl-abbozz preliminari tal-estimi għar-riserva tal-EMAS żdiedu sostanzjalment meta mqabbel mal-livell tal-2011; jitlob spjegazzjoni dettaljata għal din iż-żieda mhux aktar tard minn Awwissu 2012;

Il-binjiet

20.

Jagħraf li l-proġett tal-KAD huwa biċċa xogħol sinifikanti għall-Parlament, li jrid jirrazzjonalizza l-amministrazzjoni tal-Parlament fil-Lussemburgu ħalli jinkisbu s-sinerġiji; huwa mħasseb li dewmien ulterjuri fil-proġett jistgħu jwasslu għal spejjeż addizzjonali sinifikanti; jitlob għaldaqstant li lill-Kumitat tal-Baġits jiġu kkomunikati mill-aktar fis tagħrif aġġornat li jispeċifika l-iskeda ta' żmien tal-proġett sat-tlestija tiegħu (prevista għal mhux aktar tard mill-2017) l-evoluzzjoni tal-kost stmata tal-proġetti KAD I u KAD II mill-2008 ‘l hawn imqabbla mal-estimi oriġinali, il-progress tax-xogħol fuq il-proġett u kwalunkwe żvilupp mhux mistenni; jemmen li l-ħolqen ta’ karigi ġodda speċifiċi għal-proġett għandhom isiru f’bilanċ tajjeb bejn karigi llimitati għad-duratura tal-proġett u oħrajn maħsuba fuq bażi permanenti; barra minn hekk jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu t-tibdiliet u jinsisti li jiġi kkonsultat qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar żieda tal-finanzjament tal-proġett u dwar il-ħoqien ta’ karigi ġodda.

21.

Jilqa’ r-reviżjoni tal-ispejjeż operazzjonali tad-Dar tal-Istorja Ewropea; jieħu nota li l-baġit 2013 se jara żieda sostanzjali fil-finanzjament tagħha meta jitqies il-fatt li l-inawgurazzjoni hija prevista għall-2014; huwa mħasseb dwar l-istima tal-ispejjeż tal-iżvilupp u jitlob għalhekk konfomità stretta mal-ispejjeż minimi u li ma jinqabżux iċ-ċifri stabbiliti fl-estimi; jemmen li l-Parlament għandu jfittex sorsi ta' finanzjament possibbli oħrajn minbarra l-baġit tiegħu stess; barra minn hekk, b’referenza għall-ittra mill-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Settembru 2011, jistenna li ftehim konkret dwar il-kofinanzjament tal-ispejjeż operazzjonali jiġi ffirmat sa mhux aktar tard minn Awwissu 2013;

22.

Jinnota li l-estimi jitlobu żieda ta' 22 % meta mqabbel mal-2012 għall-implimentazzjoni ta' "politika msaħħa ta' manutenzjoni"; jitlob aktar dettalji mis-Segretarju Ġenerali fir-rigward ta' din il-politika u dwar kif se jintużaw l-approprjazzjonijiet proposti; jifhem il-ħtieġa li ċertu bini jiġu rinnovat; jitlob madankollu iktar informazzjoni dettaljata dwar il-kalendarju u l-ispejjeż tal-politika ta' rinnovazzjoni;

*

* *

23.

Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2013;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0050.

(4)  Il-limitu massimu tal-Intestatura 5 jinkludi l-kontribuzzjoni tal-persunal għall-iskema tal-irtirar.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0461.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).


6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/108


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: (applikazzjoni EGF/2011/006 ES/Comunidad Valenciana - Kostruzzjoni ta' bini, Spanja)

P7_TA(2012)0110

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/006 ES/Comunidad Valenciana - Kostruzzjoni ta' bini, Spanja) (COM(2012)0053 – C7-0044/2012 – 2012/2023(BUD))

2013/C 257 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0053 – C7-0044/2012),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu li hemm dispożizzjoni għaliha fil-punt 28 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0066/2012),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali mill-akbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

D.

billi Spanja talbet għajnuna rigward 1 138 sensja, kollha fil-mira tal-għajnuna, li ngħataw f'513-il intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 (Kostruzzjoni ta' bini) tan-NACE (3) Reviżjoni 2 fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana (ES52) fi Spanja,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jaċċelleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba li daħħlet fis-seħħ il-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-flimkien mal-proposta tal-mobilizzazzjoni tal-FEG; jittama li aktar titjib fil-proċedura jiddaħħal fir-Regolament il-ġdid dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020) u li jintlaħaq stat ta’ aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u rapida għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien intiż biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu ngħataws- sensja bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja;

3.

Jenfasizza li, skont it-termini tal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol fuq tul ta' żmien twil ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi miżuri għar-ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, il-baġit tal-2012 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 50 000 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u, għalhekk, jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li se tevita li jkun t-trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-FEG;

6.

Jilqa’ l-fatt li l-pakkett kkordinat jinkludi skema ta’ “Sorveljant tal-opportunitajiet indaqs” maħsuba biex tiżgura li l-ebda xkiel personali jew tal-familja ma jżomm lill-ħaddiema fil-mira milli jibbenefikaw mill-miżuri;

7.

Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill li jimblokka l-estensjoni tad-"deroga tal-kriżi", li tippermetti ż-żieda fir-rata tal-kofinanzjament mill-Unjoni sa 65 % tal-ispejjeż ta' programm, għal applikazzjonijiet sottomessi wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011, u jistieden lill-Kunsill jerġa' jdaħħal din il-miżura mingħajr dewmien;

8.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  Regolament (KE) No 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/006 ES/Comunidad Valenciana - Kostruzzjoni ta' bini, Spanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/261/UE.)