|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.252.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2013/C 252/01 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2013/C 252/02 |
||
|
2013/C 252/03 |
Deċiżjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 |
|
|
2013/C 252/04 |
Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti |
|
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2013/C 252/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2013/C 252/06 |
||
|
2013/C 252/07 |
||
|
2013/C 252/08 |
||
|
2013/C 252/09 |
||
|
2013/C 252/10 |
||
|
2013/C 252/11 |
||
|
2013/C 252/12 |
||
|
2013/C 252/13 |
||
|
2013/C 252/14 |
||
|
2013/C 252/15 |
||
|
2013/C 252/16 |
||
|
2013/C 252/17 |
||
|
2013/C 252/18 |
||
|
2013/C 252/19 |
||
|
2013/C 252/20 |
||
|
2013/C 252/21 |
||
|
2013/C 252/22 |
||
|
2013/C 252/23 |
||
|
2013/C 252/24 |
||
|
2013/C 252/25 |
||
|
2013/C 252/26 |
||
|
2013/C 252/27 |
||
|
2013/C 252/28 |
||
|
2013/C 252/29 |
||
|
2013/C 252/30 |
||
|
2013/C 252/31 |
||
|
2013/C 252/32 |
||
|
2013/C 252/33 |
||
|
2013/C 252/34 |
||
|
2013/C 252/35 |
||
|
2013/C 252/36 |
||
|
2013/C 252/37 |
||
|
2013/C 252/38 |
||
|
2013/C 252/39 |
||
|
2013/C 252/40 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2013/C 252/41 |
||
|
2013/C 252/42 |
||
|
2013/C 252/43 |
||
|
2013/C 252/44 |
||
|
2013/C 252/45 |
||
|
2013/C 252/46 |
||
|
2013/C 252/47 |
||
|
2013/C 252/48 |
||
|
2013/C 252/49 |
||
|
2013/C 252/50 |
||
|
2013/C 252/51 |
Kawża T-322/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 — Tsujimoto vs L-UASI — Kenzo (KENZO) |
|
|
2013/C 252/52 |
Kawża T-323/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 — Pure Fishing vs UASI — Łabowicz (NANOFIL) |
|
|
2013/C 252/53 |
Kawża T-324/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Endoceutics vs UASI — Merck (FEMIVIA) |
|
|
2013/C 252/54 |
||
|
2013/C 252/55 |
||
|
2013/C 252/56 |
||
|
2013/C 252/57 |
||
|
2013/C 252/58 |
||
|
2013/C 252/59 |
||
|
2013/C 252/60 |
||
|
2013/C 252/61 |
Kawża T-336/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Borghezio vs Il-Parlament |
|
|
2013/C 252/62 |
Kawża T-338/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — Energa Power Trading vs Il-Kummissjoni |
|
|
2013/C 252/63 |
||
|
2013/C 252/64 |
Kawża T-349/13: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2013 — Orange Business Belgium vs Il-Kummissjoni |
|
|
2013/C 252/65 |
||
|
2013/C 252/66 |
||
|
2013/C 252/67 |
||
|
2013/C 252/68 |
Kawża T-358/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni |
|
|
2013/C 252/69 |
||
|
2013/C 252/70 |
Kawża T-366/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni |
|
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2013/C 252/71 |
||
|
2013/C 252/72 |
||
|
2013/C 252/73 |
||
|
2013/C 252/74 |
||
|
2013/C 252/75 |
||
|
2013/C 252/76 |
||
|
2013/C 252/77 |
||
|
2013/C 252/78 |
||
|
2013/C 252/79 |
||
|
2013/C 252/80 |
||
|
2013/C 252/81 |
||
|
2013/C 252/82 |
||
|
2013/C 252/83 |
||
|
2013/C 252/84 |
||
|
2013/C 252/85 |
||
|
2013/C 252/86 |
||
|
2013/C 252/87 |
||
|
2013/C 252/88 |
||
|
2013/C 252/89 |
||
|
2013/C 252/90 |
||
|
2013/C 252/91 |
||
|
2013/C 252/92 |
||
|
2013/C 252/93 |
||
|
2013/C 252/94 |
||
|
2013/C 252/95 |
||
|
2013/C 252/96 |
||
|
2013/C 252/97 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/1 |
(2013/C 252/01)
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/2 |
Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2013/C 252/02)
Wara l-ħatra tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-1 ta’ Lulju 2012 (1), għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2015, S. Rodin ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Lulju 2013.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/2 |
Deċiżjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013
(2013/C 252/03)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Lulju 2013, li tassenja lil S. Rodin għall-Ewwel u għas-Sitt Awla.
Konsegwentement, l-Ewwel u s-Sitt Awla huma komposti kif indikat iktar ’il quddiem.
|
|
L-Ewwel Awla
|
|
|
Is-Sitt Awla
|
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/2 |
Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti
(2013/C 252/04)
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Lulju 2012, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja, kif ġej:
|
|
A. Rosas |
|
|
S. Rodin |
|
|
E. Juhász |
|
|
C. Vajda |
|
|
G. Arestis |
|
|
J. L. da Cruz Vilaca |
|
|
A. Borg Barthet |
|
|
C. G. Fernlund |
|
|
J. Malenovský |
|
|
E. Jarašiūnas |
|
|
U. Lõhmus |
|
|
A. Prechal |
|
|
E. Levits |
|
|
M. Berger |
|
|
A. Ó Caoimh |
|
|
D. Šváby |
|
|
J.-C. Bonichot |
|
|
M. Safjan |
|
|
A. Arabadjiev |
|
|
J.-J. Kasel |
|
|
C. Toader |
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Lulju 2012, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Ewwel Awla b’ħames imħallfin, kif ġej:
|
|
A. Borg Barthet |
|
|
S. Rodin |
|
|
E. Levits |
|
|
M. Berger |
|
|
J.-J. Kasel |
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Lulju 2012, il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tas-Sitt Awla b’tliet imħallfin, kif ġej:
|
|
A. Borg Barthet |
|
|
E. Levits |
|
|
J.-J. Kasel |
|
|
S. Rodin |
Il-Qorti Ġenerali
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/4 |
Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti Ġenerali
(2013/C 252/05)
Wara l-ħatra tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-1 ta’ Lulju 2012 (1), għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2013, V. Tomljenović ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Lulju 2013.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawżi magħquda C-545/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 91/440/KEE - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Artikolu 10(7) - Korp regolatorju - Kompetenzi - Direttiva 2001/14/KE - Allokazzjoni tal-kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 4(1) - Qafas għall-impożizzjoni ta’ tariffi - Artikolu 6(2) - Miżuri intiżi biex jinkoraġġixxu l-amministratur tal-infrastruttura biex inaqqas l-ispejjeż ta’ provvista tal-infrastruttura u l-livell ta’ tariffi ta’ aċċess - Artikolu 7(3) - Iffissar tat-tariffi miġbura fuq il-provvisti minimi kollha u l-aċċess min-netwerk għall-infrastrutturi ta’ servizzi - Spiża imputabbli direttament għall-operat tas-servizz ferrovjarju - Artikolu 11 - Sistema ta’ titjib tas-servizzi - Artikolu 30(5) - Korp regolatorju - Kompetenzi - Azzjoni amministrattiva kontra d-deċiżjonijiet tal-korp ta’ kontroll)
(2013/C 252/06)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta fit-terminu previst, id dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 10(7) tad Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif ukoll mal-Artikoli 4(1), 6(2), 7(3), 11 u 30(5), tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma’ adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4(1), 6(2), 11 u 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [l-impożizzjoni ta’ tariffi] kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-576/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi - Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku - Proġett immobiljari ta’ amministrazzjoni ta’ spazji pubbliċi ddefinit minn dan il-korp)
(2013/C 252/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, A. Tokár u C. Zadra, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, kif ukoll A. Wiedmann, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 2 u tat-Titolu III tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi — Regoli — Komun ta’ Eindhoven
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-627/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 91/440/KEE - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 2001/14/KE - Tqassim tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 6(3) u Anness II tad-Direttiva 91/440 - Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14 - Amministratur tal-infrastruttura - Parteċipazzjoni fl-iffissar tal-iskeda ta’ xogħol - Amministrazzjoni tat-traffiku - Artikolu 6(2) sa (5) tad-Direttiva 2001/14 - Assenza ta’ miżuri intiżi sabiex jinkoraġġixxu lill-amministraturi tal-infrastruttura li jnaqqsu l-ispejjeż ta’ provvista tal-infrastruttura u l-livell tat-tariffi għall-aċċess - Artikoli 7(3) u 8(1) tad-Direttiva 2001/14 - Spiża direttament imposta fuq l-operat tas-servizz - Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14 - Sistema ta’ titjib tas-servizzi)
(2013/C 252/08)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, D. Kukovec u M. Žebre, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: N. Pintar Gosenca, A. Vran u V. Kampoš, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: Centeno Huerta, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), hekk kif emendata, kif ukoll mal-Artikolu 6(2) sa (5), mal-Artikolu 7(3), mal-Artikolu 8(1), mal-Artikolu 11, mal-Artikolu 14(2) u mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha:
ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék — l-Ungerija) — Gábor Csonka, Tibor Isztli, Dávid Juhász, János Kiss, Csaba Szontág vs Magyar Állam
(Kawża C-409/11) (1)
(Użu ta’ vetturi bil-mutur - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 84/5/KEE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4) - Insolvenza tal-assiguratur - Nuqqas ta’ intervent tal-korp ta’ indennizz)
(2013/C 252/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gábor Csonka, Tibor Isztli, Dávid Juhász, János Kiss, Csaba Szontág
Konvenut: Magyar Állam
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10) — Obbligu għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-poloz ta’ assigurazzjoni kollha ta’ responsabbiltà ċivili jkopru t-totalità tat-territorju tal-Komunità — Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ operat ta’ kumpannija tal-assigurazzjoni tal-vetturi, li twassal għal obbligu għall-individwi li jkunu kkonkludew kuntratti mal-imsemmija kumpannija ta’ assigurazzjoni, li jirrispondu personalment, permezz tal-patrimonju tagħhom, għad-danni kkawżati lil oħrajn — Responsabbiltà tal-Istat fil-każijiet ta’ traspożizzjoni mhux korretta ta’ direttiva
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiv 2005/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix, fost l-obbligi imposti minn din id-dispożizzjoni fuq l-Istat Membri, dak li jiġi stabbilit korp li jiggarantixxi l-kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti tat-triq fl-ipoteżi li, għalkemm il-persuni responsabbli mid-danni kienu għamlu assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tagħhom fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, l-assiguratur sar insolventi.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-412/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 6(3) u Anness II - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 14(2) - Indipendenza tal-organu li lilu jiġi fdat l-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali)
(2013/C 252/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarju sabiex ikun konformi mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif emendati bid-Direttiva 2001/12/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 376) kif ukoll mill-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2004/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404) — Nuqqas li tiġi ggarantita l-indipendenza tal-funzjonijiet essenzjali
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Gosselin Group NV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Stichting Administratiekantoor Portielje
(Kawża C-429/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Klassifikazzjoni - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Valur legali - Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti - Portata - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Proporzjon tal-valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 25 - Preskrizzjoni - Ksur ripetut)
(2013/C 252/11)
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Gosselin Group NV (rappreżentanti: F. Wijckmans, H. Burez, u S. De Keer, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Ronkes Agerbeek, aġenti), Stichting Administratiekantoor Portielje
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group vs Il-Kummissjoni (T-208/08) u Stichting Administratiekantoor Portielje (T-209/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T-209/08, annullat id-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Gosselin Group NV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-439/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Valur legali - Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti - Portata - Dritt għal smigħ xieraq - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Imparzjalità oġġettiva tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Proporzjon tal-valur tal-bejgħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tnaqqis tal-multa minħabba l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva jew minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ każ - Ugwaljanza fit-trattament)
(2013/C 252/12)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ziegler SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart u A. Bailleux, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Ziegler vs Il-Kummissjoni (T-199/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tat-Trattat ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ Ġarr Internazzjonali) — Kompetizzjoni — Akkordju — Żbalji ta’ liġi — Effett sinjifikattiv fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Multa — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Administratiekantoor Portielje, Gosselin Group NV
(Kawża C-440/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-korp li jikkontrolla l-azzjonijiet - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni tal-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Ċirkustanzi attenwanti)
(2013/C 252/13)
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, S. Noë u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Administratiekantoor Portielje (rappreżentanti: D. Van hove, F. Wijckmans, S. De Keer u H. Burez, avuakti), Gosselin Group NV
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni (T-208/08 u T-209/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fil-ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T-209/08, annullat id-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje
Dispożittiv
|
(1) |
Il-punti 4 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il Kummissjoni (T-208/08 u T-209/08), huma annullati. |
|
(2) |
Ir-rikors ta’ Stichting Administratiekantoor Portielje fil-Kawża T-209/08 huwa miċħud. |
|
(3) |
Stichting Administratiekantoor Portielje hija kkundannata għall-ispejjeż kemm tal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawża T-209/08, kif ukoll għal dawk tal-appell. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Team Relocations NV, Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd, Team Relocations Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-444/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Imputabbiltà - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2006) - Valuri tal-bejgħ - Kunċett - Proporzjon - Ammont addizzjonali - Ċirkustanzi attenwanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-kumpannija parent - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Proporzjonalità)
(2013/C 252/14)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Team Relocations NV (rappreżentanti: H. Gilliams, J. Bocken, u L. Gyselen, avukati), Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd, Team Relocations Ltd
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u N. von Lingen kif ukoll A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Team Relocations NV et vs Il-Kummissjoni (T-204/08 u T-212/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), dwar akkordju fis-suq Belġjan tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali, dwar l-iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, dwar it-tqassim tas-suq u dwar il-manipulazzjoni tal-proċedura tas-sejħa għal offerti, kif ukoll l-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tagħha
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Team Relocations NV, Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd u Team Relocations Ltd huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Amazon.com International Sales Inc., Amazon EU Sàrl, Amazon.de GmbH, Amazon.com GmbH, in Liquidation, Amazon Logistik GmbH vs Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH
(Kawża C-521/11) (1)
(Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(2)(b) - Kumpens ġust - Applikazzjoni indiskriminata iżda bil-possibbiltà ta’ dritt għal ħlas lura tal-ħlas għal kopja privata intiż għall-finanzjament tal-kumpens - Dħul magħmul imqassam parzjalment lid-detenturi tad-drittijiet u parzjalment lill-istituzzjonijiet għal għanijiet soċjali u kulturali - Ħlas doppju tal-ħlas għal kopja privata fil-kuntest ta’ operazzjoni transkonfinali)
(2013/C 252/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amazon.com International Sales Inc., Amazon EU Sàrl, Amazon.de GmbH, Amazon.com GmbH, in Liquidation, Amazon Logistik GmbH
Konvenuti: Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “kumpens ġust” stabbilit fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, minn naħa, l-applikazzjoni mingħajr distinzjoni tal-ħlas għal kull kopja privata fir-rigward tal-formats ta’ riproduzzjoni kollha u, min-naħa l-oħra, ir-restituzzjoni ta’ dan il-ħlas f’każ ta’ esportazzjoni tal-format qabel il-bejgħ tiegħu lil konsumatur finali jew f’każ ta’ riproduzzjoni awtorizzata mid-detentur tad-dritt.
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tapplika mingħajr distinzjoni ħlas għal kopja privata mal-ewwel tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu, għal finijiet kummerċjali u bi ħlas, ta’ mezzi ta’ reġistrazzjoni li jistgħu jservu għar-riproduzzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi dritt għar-rimbors tal-ħlasijiet magħmula fil-każ fejn l-użu finali ta’ dawn il-mezzi ma jkunx kopert mill-eżempju msemmi f’din id-dispożizzjoni, meta, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi għal kull sistema nazzjonali u tal-limiti imposti minn din id-direttiva, diffikultajiet prattiċi jiġġustifikawx tali sistema ta’ finanzjament tal-kumpens ġust u meta dan id-dritt għar-rimbors ikun effettiv u ma jagħmilx ir-restituzzjoni tal-ħlas magħmul eċċessivament diffiċli. |
|
(2) |
L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ finanzjament tal-kumpens ġust previst f’din id-dispożizzjoni permezz ta’ ħlas għal kopja privata li għandu jsir mill-persuna li twettaq l-ewwel tqegħid fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat ta’ mezzi ta’ reġistrazzjoni li jistgħu jservu għar-riproduzzjoni, għal finijiet kummerċjali u bi ħlas, l-imsemmija dispożizzjoni ma tipprekludix l-istabbiliment minn dan l-Istat Membru ta’ preżunzjoni konfutabbli ta’ użu privat ta’ tali mezzi fil-każ li dawn jitqiegħdu fis-suq għal persuni fiżiċi, meta diffikultajiet prattiċi marbuta mad-determinazzjoni tal-finalità privata tal-użu tal-mezzi inkwistjoni jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ tali preżunzjoni u sakemm il-preżunzjoni prevista ma twassalx sabiex il-ħlas għal kopja privata jiġi impost f’każijiet fejn l-użu finali ta’ dawn il-mezzi ma jkunx manifestament kopert mill-eżempju msemmi f’din l-istess dispożizzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal kumpens ġust previst f’din id-dispożizzjoni, jew il-ħlas għal kopja privata intiż sabiex jiffinanzja dan il-kumpens, ma jistax jiġi eskluż minħabba l-fatt li nofs id-dħul magħmul abbażi tal-imsemmi kumpens jew ħlas ma jiġix ittrasferit direttament lill-benefiċjarji ta’ dan il-kumpens iżda jiġi ttrasferit lill-istituzzjonijiet għal għanijiet soċjali u kulturali stabbiliti għall-benefiċċju ta’ dawn il-benefiċjarji, sakemm dawn l-istituzzjonijiet għal għanijiet soċjali u kulturali jkunu effettivament ta’ benefiċċju għall-imsemmija benefiċjarji u sakemm il-mod ta’ kif jiffunzjonaw dawn l-istituzzjonijiet ma jkunx diskriminatorju, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
(4) |
L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu impost minn Stat Membru li jsir, waqt it-tqegħid fis-suq għal finijiet kummerċjali u bi ħlas tal-mezzi ta’ reġistrazzjoni li jistgħu jservu għar-riproduzzjoni, ħlas għal kopja privata intiż għall-finanzjament tal-kumpens ġust previst f’din id-dispożizzjoni, ma jistax jiġi eskluż minħabba l-fatt li ħlas analogu jkun diġà sar fi Stat Membru ieħor. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — l-Awstrija) — Bundeswettbewerbsbehörde vs Donau Chemie AG, Donauchem GmbH, DC Druck-Chemie Süd GmbH & Co KG, Brenntag Austria Holding GmbH, Brenntag CEE GmbH, ASK Chemicals GmbH, li kienet Ashland-Südchemie-Kernfest GmbH, ASK Chemicals AustriaGmbH, li kienet Ashland Südchemie Hantos GmbH
(Kawża C-536/11) (1)
(Kompetizzjoni - Aċċess għall-fajl - Proċedura ġudizzjarja dwar multi imposti għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Impriżi terzi li jixtiequ jibdew kawża għad-danni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-aċċess għall-fajl għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura - Prinċipju ta’ effettività)
(2013/C 252/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bundeswettbewerbsbehörde
Konvenuti: Donau Chemie AG, Donauchem GmbH, DC Druck-Chemie Süd GmbH & Co KG, Brenntag Austria Holding GmbH, Brenntag CEE GmbH, ASK Chemicals GmbH, li kienet Ashland-Südchemie-Kernfest GmbH, ASK Chemicals AustriaGmbH, li kienet Ashland Südchemie Hantos GmbH
fil-preżenza ta’: Bundeskartellanwalt, Verband Druck & Medientechnik
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkordji — Aċċess għall-fajl — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, fil-proċedura amministrattiva fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-aċċess għall-fajl min-naħa ta’ terzi għall-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedura bl-esklużjoni tal-ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni, meta tali bbilanċjar isir fir-rigward tal-aċċess għall-fajl fil-proċeduri ċivili u kriminali paragunabbli
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha l-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-proċess relatat ma’ proċedura nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, inklużi d-dokumenti kkomunikati fil-kuntest ta’ programm ta’ klemenza, ta’ terzi li ma humiex parti f’din il-proċedura u li għandhom l-intenzjoni li jippreżentaw rikorsi għad-danni kontra l-parteċipanti ta’ akkordju, huwa suġġett għall-kunsens tal-partijiet kollha fl-imsemmija proċedura, mingħajr ma tħalli l-ebda possibbiltà lill-qrati nazzjonali li jibbilanċjaw l-interessi preżenti.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-601/11 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Protezzjoni kontra l-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Regolament li jawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk previsti preċedentement - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Fatturi ġodda li jistgħu jbiddlu l-perċezzjoni tar-riskju - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Żnaturament tal-fatti - Żball ta’ liġi)
(2013/C 252/17)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, C. Candat, R. Loosli-Surrans, kif ukoll G. de Bergues u S. Menez, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Bianchi, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2011, Franza vs Il-Kummissjoni (T-257/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), sa fejn tawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement għall-merħliet tan-ngħaġ u tal-mogħoż — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fatti — Klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-fatti — Ksur tal-prinċipju tal-prekawzjoni
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Belgian Electronic Sorting Technology NV vs Bert Peelaers, Visys NV
(Kawża C-657/11) (1)
(Direttivi 84/450/KEE u 2006/114/KE - Reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv - Kunċett ta’ “reklamar” - Reġistrazzjoni u użu ta’ isem tad-domain - Użu ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet)
(2013/C 252/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgian Electronic Sorting Technology NV
Konvenuti: Bert Peelaers, Visys NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 227) u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, p. 21) — Kunċett ta’ reklamar — Reġistrazzjoni u użu ta’ isem tad-domain — Użu tas-metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet.
Dispożittiv
L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 227), kif emendata bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, u l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “reklamar”, kif iddefinit minn dawn id-dispożizzjonijiet, ikopri, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-użu ta’ isem tad-domain kif ukoll dak ta’ metaidentifikaturi fil-metadejta ta’ sit tal-internet. Min-naħa l-oħra, ir-reġistrazzjoni ta’ isem tad-domain ma hijiex, bħala tali, inkluża f’dan il-kunċett.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Fédération des maisons de repos privées de Belgique (Femarbel) ASBL vs Commission communautaire commune de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-57/12) (1)
(Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Servizzi ta’ kura tas-saħħa - Servizzi soċjali - Ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl li jipprovdu għajnuna u kura lill-persuni anzjani)
(2013/C 252/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fédération des maisons de repos privées de Belgique (Femarbel) ASBL
Konvenuta: Commission communautaire commune de Bruxelles-Capitale
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(f) u (j) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Servizzi ta’ kura tas-saħħa — Servizzi soċjali — Inklużjoni taċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-jum li jipprovdu għajnuna u kura xierqa għat-telf ta’ awtonomija tal-persuni anzjani — Inklużjoni taċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-lejl li jipprovdu għajnuna u kura tas-saħħa li ma jistgħux jiġu ggarantiti lill-persuni anzjani minn qrabathom b’mod kontinwu
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 2(2)(f) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-esklużjoni tas-servizzi ta’ kura tas-saħħa mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tkopri kull attività intiża għall-evalwazzjoni, għaż-żamma u għar-riabilitazzjoni tal-istat ta’ saħħa tal-pazjenti, sakemm din l-attività tkun eżerċitata minn professjonisti rikonoxxuti bħala tali skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, u dan indipendentement mill-organizzazzjoni, mill-mezzi ta’ finanzjament u min-natura pubblika jew privata tal-istabbiliment fejn tingħata l-kura. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk iċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-jum u ċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-lejl, fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet imwettqa minn professjonisti tas-saħħa f’dawn l-istabbilimenti u tal-fatt li dawn l-attivitajiet jikkostitwixxu parti prinċipali tas-servizzi offruti minn dawn iċ-ċentri, humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-esklużjoni tas-servizzi soċjali mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tkopri l-attivitajiet kollha relatati, b’mod partikolari, mal-għajnuna u mal-assistenza lill-persuni anzjani, sakemm dawn jingħataw minn fornitur privat li ngħata mandat mill-Istat permezz ta’ att li jagħti b’mod ċar u trasparenti l-obbligu veru u proprju li jiżgura, b’osservanza ta’ ċerti rekwiżiti speċifiċi ta’ eżerċizzju, tali servizzi. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk iċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-jum u ċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-lejl, abbażi tan-natura tal-attivitajiet ta’ għajnuna u ta’ assistenza lill-persuni anzjani mwettqa prinċipalment f’dawn iċ-ċentri kif ukoll skont l-istatut tagħhom kif jirriżulta mil-leġiżlazzjoni Belġjana applikabbli, humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL
(Kawża C-273/12) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 206 - Tnissil ta’ dejn doganali - Serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali - Kunċett ta’ “telf għal kollox ta’ merkanzija bħala riżultat ta’ forza maġġuri” - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 71 - Taxxa fuq il-valur miżjud - Fatt taxxabbli - Eżiġibbiltà tat-taxxa)
(2013/C 252/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières
Konvenuta: Harry Winston SARL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 206 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u 71 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali — Serq ta’ merkanizja — Kunċett ta’ telf għal kollox ta’ merkanzija — Każ ta’ forza maġġuri — Tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni — Fatt li jiġġenera l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jikkostitwixxi tneħħija tal-imsemmija merkanzija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li jnissel dejn doganali għall-importazzjoni. L-Artikolu 206 tal-imsemmi regolament japplika biss fis-sitwazzjonijiet fejn dejn doganali jista’ jitnissel skont l-Artikoli 202 u 204(1)(a) tal-istess regolament. |
|
(2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-serq ta’ merkanzija miżmuma taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jġib fis-seħħ il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/13 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 minn Bimbo, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-277/12 — Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-285/13 P)
(2013/C 252/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bimbo, SA (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Café do Brasil SpA
Talbiet tal-appellanti
|
— |
prinċipalment, tannulla parzjalment is-sentenza tal-20 ta’ Marzu 2013 li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & design” għal prodotti fil-klassi 30 li ġejjin: “Kafè, te, kawkaw, zokkor, ross; tapjoka, sago, kafè artifiċjali; Dqiq, ħlewwiet, ġelati; Għasel, għasel iswed; Ħmira, trab tal-ħami; Melħ, mustarda; Ħall, zlazi (kondimenti); Ħwawar; Silġ” u tikkonferma l-istess sentenza sa fejn ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & design” fir-rigward tal-“preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; Ħobż, għaġina”. |
|
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-20 ta’ Marzu 2013, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & design” għall-prodotti fil-klassi 30 li ġejjin: “dqiq, ħlewwiet, silġ, ħmira u trab tal-ħami” u tikkonferma s-sentenza sa fejn din ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & design” fir-rigward ta’ preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; Ħobż, għaġina. |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa bbażat fuq l-aggravji li ġejjin:
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 2868/95 (1). Meta kienet qedha tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & Design” u r-reġistrazzjoni preċedenti Spanjola Nru 291 655 għal BIMBO, it-tnejn li huma rreġistrati għal prodotti fil-klassi 30, it-trade mark preċedenti ma ttieħditx inkunsiderazzjoni bħala trade mark irreġistrata iżda bħala trade mark magħrufa. Qed jiġi sottomess li l-appellanti stabbilixxiet debitament l-eżistenza ta’ reġistrazzjoni preċedenti li kienet u għadha fis-seħħ, minkejja l-fatt li ma ġie ppreżentat ebda dokument li juri t-tiġdid tal-applikazzjoni. |
|
— |
L-Artikolu 8(1), (2), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2). L-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi. Meta kienet qedha tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & Design” u r-reġistrazzjoni preċedenti Spanjola Nru 291 655 għal BIMBO, it-tnejn li huma rreġistrati għal prodotti fil-klassi 30, it-trade mark preċedenti ma ttieħditx inkunsiderazzjoni bħala trade mark li għandha reputazzjoni iżda bħala trade mark magħrufa. L-appellanti pprovat li BIMBO hija trade mark b’reputazzjoni, b’riferiment għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-357/11, tal-14 ta’ Diċembru 2012, li ddikjarat li BIMBO hija trade mark b’reputazzjoni. Kemm bħala trade mark magħrufa kif ukoll bħala trade mark b’reputazzjoni, il-paragun bejn il-prodotti juri probabbiltà kbira ta’ konfużjoni, li ma ttieħditx inkunsiderazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali kkunsidrathom differenti biżżejjed sabiex tiġi evitata konfużjoni bejn prodotti tal-istess natura, oriġini, destinazzjoni u kanali ta’ distribuzzjoni. Paragun iktar preċiż kien jiddetermina li teżisti probabbiltà għolja ta’ konfużjoni u għaldaqstant kellu jirriżulta f’rifjut tal-prodotti kollha fil-klassi 30, inkluż ovvjament, rifjut ta’ “dqiq, prodotti moħmija, silġ, ħmira u trab tal-ħami”. Kemm bħala trade mark magħrufa kif ukoll bħala trade mark b’reputazzjoni, il-paragun bejn il-prodotti juri probabbiltà kbira ta’ konfużjoni. BIMBO uriet 92 % ta’ konoxxenza tad-ditta, u sehem tas-suq ta’ 60 %, u jistħoqqilha protezzjoni speċjali. Għaldaqstant, l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & Design” kellha tiġi rrifjutata fl-intier tagħha għal prodotti fil-klassi 30. Ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 478 311 “Caffé KIMBO & Design” tikseb vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark u hija, jew se tkun, ta’ detriment għaliha. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/14 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 minn Dole Food Company, Inc., Dole Fresh Fruit Europe Ltd & Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-588/08, Dole Food Company, Inc. u Dole Fresh Fruit Europe Ltd & Co. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-286/13 P)
(2013/C 252/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Dole Food Company, Inc., Dole Fresh Fruit Europe Ltd & Co. (rappreżentant: J. -F. Bellis, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla kompletament jew parzjalment is-sentenza appellata, sa fejn din ċaħdet ir-rikors tal-appellanti; |
|
— |
tannulla kompletament jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2008 sa fejn din teffettwa lill-appellanti; |
|
— |
tannulla jew, tal-inqas, tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti, fuq il-bażi tal-kompetenza assoluta prevista fl-Artikolu 261 TFUE; |
|
— |
fin-nuqqas, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiġi deċiża skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u tal-Kawża T-588/08. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, imqassam f’ħames partijiet, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi irregolaritajiet ta’ proċedura fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha:
|
— |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi awtorizzat lill-Kummissjoni tindirizza għall-ewwel darba, fil-kors tal-proċeduri ġudizzjarja provi li jikkontradixxu l-konstatazzjonijiet magħmula fid-deċiżjoni tagħha; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat iddikjarat inammissibbli l-preżentazzjoni mill-appellanti ta’ provi, li ħarġu mill-fajl tal-Kummissjoni, intiżi li jikkontestaw motivi mqajma għall-ewwel darba minnha fil-kontroreplika tagħha; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat iddikjarat inammissibbli anness introdott mill-appellanti sabiex isostni l-argument tagħhom li l-Kummissjoni ċċitat dikjarazzjonijiet magħmula mill-appellanti matul il-proċeduri amministrattivi barra mill-kuntest tagħhom; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-partijiet meta naqset li teżamina provi sottomessi mill-appellanti matul il-proċeduri ġudizzjarji; u |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali ma stabbilitx korrettament il-fatti. |
Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali għawġet fatti li huma kruċjali għall-evalwazzjoni korretta tal-imġiba ikkontestata fil-kuntest legali u ekonomiku tagħha.
Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, imqassam f’ħames partijiet, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ evalwazzjoni tal-provi:
|
— |
Il-Qorti Ġenerali ma tatx motivazzjoni suffiċjenti għad-dritt taż-żamma tal-kalkoli tal-ishma mis-suq li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża biex tiddetermina l-istruttura tas-suq rilevanti; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata li tippreċiża l-kontenut tad-diskussjonijiet li l-appellanti kellhom ma impriżi oħrajn, li jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-oġġett; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet iddiskriviet b’mod ċar il-kontenut tad-diskussjonijiet li l-appellanti kellhom ma impriżi oħrajn, li għandhom jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-oġġett; |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argument tal-appellant li ċerti impjegati ma setgħux jiskambjaw informazzjoni kredibbli; u |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi applikat il-kwalifika legali żbaljata tal-fatti meta kkonkludiet li d-diskussjonijiet imsemmija hawn fuq jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-oġġett. |
Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, imqassam f’żewġ partijiet, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji fil-kalkolu tal-ammont tal-multa:
|
— |
Il-Qorti Ġenerali kkalkolat b’mod żbaljat l-ammont tal-multa fuq il-bażi tal-okkorrenzi ta’ bejgħ ta’ kumpanniji li għalihom ma nstab ebda ksur; u |
|
— |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi qieset darbtejn l-okkorrenzi ta’ bejgħ tal-istess prodotti sabiex tikkalkola l-ammont tal-multa. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/15 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-93/10, Bilbaina de Alquitranes et vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża C-287/13 P)
(2013/C 252/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bilbaína de Alquitranes, SA, Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o. (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-93/10, u |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ED/68/2009 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li tidentifika ż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja, Numru CAS 65996-93-2 (“CTPHT”), bħala sustanza li għandha tkun inkluża fuq il-Lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“REACH”) (1); jew |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għall-annullament tal-appellanti; u |
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li, meta ċaħdet l-applikazzjoni tagħhom għall-annullament parzjali fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan irriżulta fil-fatt li l-Qorti Ġenerali għamlet għadd ta’ żbalji ta’ liġi; b’mod partikolari:
|
— |
fil-konstatazzjoni li l-kawża hija relatata ma’ fatti xjentifiċi u tekniċi kumplessi u li l-identifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ bħala li għandu proprjetajiet PBT u vPvB fuq il-bażi tal-komponenti tiegħu li huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ mill-inqas 0.1 % ma hijiex ivvizzjata bi żball manifest; |
|
— |
li l-komponenti taż-ŻQFTGĦ ma għandhomx ikunu identifikati individwalment bħala li għandhom proprjetajiet PBT jew vPvB b’deċiżjoni separata tal-ECHA fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni bir-reqqa għal dan il-għan; u |
|
— |
li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament |
Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti jsostnu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-93/10 għandha tiġi annullata u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/16 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Bilbaína de Alquitranes, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-94/10, Rütgers Germany GmbH et vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża C-288/13 P)
(2013/C 252/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Bilbaína de Alquitranes, SA (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-94/10; u |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ED/68/2009 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li tidentifika ż-żejt tal-antraċen bħala sustanza li għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi kandidati b’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) (1), jew |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għall-annullament tal-appellanti; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-kawża (inklużi l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jargumentaw li, biċ-ċaħda tar-rikors tagħhom għal annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-appellanti jirrilevaw li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali kif applikabbli fis-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan irriżulta sabiex il-Qorti Ġenerali twettaq numru ta’ żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari billi kkonkludiet:
|
— |
li l-kawża kienet tikkonċerna fatti xjentifiċi u tekniċi kumplessi u li d-deċiżjoni li tidentifika ż-żejt tal-antraċen bħala sustanza li fiha proprjetajiet PBT u vPvB, abbażi ta’ komponenti tagħhom preżenti f’konċentrazzjoni ugwali jew superjuri għal 0.1 %, ma kien fiha l-ebda żball manifest; |
|
— |
li ma huwiex neċessarju li l-komponenti ikunu identifikati individwalment bħala li għandhom proprjetajiet PBT jew vPvB permezz ta’ deċiżjoni separata tal-ECHA ibbażata fuq evalwazzjoni fil-fond għal dak il-għan; |
|
— |
li ma kien jeżisti ebda ksur tal-Artikolu 59(3) u tal-Anness XV tar-Regolament REACH għall-fatt li d-dossier konformi mal-Anness XV ma kienx jinkludi informazzjoni fuq is-sustanzi alternattivi, u |
|
— |
ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
Għal dawn l-aggravji, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-94/10 u l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/17 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla, Awla Estiża) fis-7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-95/10, CINDU Chemicals BV et vs L’Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża C-289/13 P)
(2013/C 252/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-95/10; u |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ED/68/2009 tal-Aġenzija Ewropea għall-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (id-“Deċiżjoni kkontestata”) li tidentifika Żejt tal-Antraċen (baxx) bħala sustanza li għandha tiġi inkluża fil-Lista ta’ Kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“REACH”) (1) , jew |
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tal-annullament tal-appellanti; u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet ir-rikors għall-anullament parzjali fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan irriżulta fit-twettiq ta’ numru ta’ żbalji ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari:
|
— |
billi ddeċidiet li l-kawża kienet tikkonċerna fatti xjentifiċi u tekniċi kumplessi u li l-identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (baxx) bħala li fih kwalitajiet PBT u vPvB abbażi tal-kostitwenti tiegħu f’konċentrazzjoni ta’ mill-inqas 0.1 % ma kinitx ivvizzjata minn żball manifest; |
|
— |
li l-kostitwenti ma għandhomx għalfejn ikunu identifikati individwalment bħala li fihom kwalitajiet PBT jew vPvB f’deċiżjoni separata tal-ECHA bbażata fuq evalwazzjoni profonda għal dak il-għan; |
|
— |
li l-Artikolu 59(3) u l-Anness XV ta’ REACH ma ġewx miksura minħabba li ma ġietx inkluża informazzjoni dwar sustanzi alternattivi fl-Anness XV tal-fajl; u |
|
— |
li ma kienx hemm l-ebda ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali |
Għall dawn ir-raġunijiet l-appellanti jitolbu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-95/10 u d-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/17 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S u Koppers UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-96/10, Rütgers Germany GmbH et vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża C-290/13 P)
(2013/C 252/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-96/10, u |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ED/68/2009 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li tidentifika liż-żejt tal-antraċen (pasta) bħala sustanza li għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) (1), jew |
|
— |
sussidjarjament, tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament tal-appellanti, u |
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż (inkluż dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali) |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li, billi ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet ammont ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-kuntest ġuridiku kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti.
Dan wassal lill-Qorti Ġenerali twettaq ammont ta’ żbalji ta’ liġi, b’mod partikolari billi kkonkludiet:
|
— |
li l-kawża kienet tikkonċerna elementi fattwali xjentifiċi u tekniċi kumplessi u li d-deċiżjoni li tidentifika liż-żejt tal-antraċen (pasta) bħala sustanza li għandha proprjetajiet PBT u vPvB, fuq il-bażi tal-komponenti tagħha preżenti f’konċentrazzjoni daqs jew ikbar minn 0.1 %, ma kienet ivvizjata minn ebda żball manifest; |
|
— |
li ma hemmx bżonn li l-komponenti jiġu identifikati individwalment bħala li għandhom proprjetajiet PBT u vPvB b’deċiżjoni separata tal-ECHA bbażata fuq evalwazzjoni xierqa għal dan il-għan; |
|
— |
li ma kien hemm l-ebda ksur tal-Artikolu 59(3) u tal-Anness XV tar-Regolament REACH minħabba l-fatt li l-fajl skont l-Anness XV ma kienx jinkludi informazzjoni fuq is-sustanzi ta’ sostituzzjoni, u |
|
— |
li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-96/10 u l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/18 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Fresh Del Monte Produce, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-587/08, Fresh Del Monte Produce, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-293/13 P)
(2013/C 252/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Fresh Del Monte Produce, Inc. (rappreżentanti: B. Meyring, avukat, L. Suhr, avukat, O. Van Ermengem, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG, il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-587/08; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2008 (C(2008) 5955 finali) fil-Kawża COMP/39.188 — Bananas sa fejn tirrigwarda lill-appellanti; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel nett, l-appellanti tissottometti li l-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali applikaw b’mod żbaljat l-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE) u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament 1/2003 meta żammew lil Del Monte responsabbli għall-ksur. It-test tar-responsabbiltà bħala kumpannija parent jitlob li s-sussidjarja ma tkunx tista’ tieħu deċiżjonijiet b’mod indipendenti fir-rigward tal-aġir fis-suq tagħha. Dan ifisser li r-responsabbiltà bħala kumpannija parent tista’ tiġi biss imposta f’każijiet fejn is-sussidjarja ssegwi l-istruzzjonijiet tal-kumpannija parent fl-aspetti materjali kollha. Il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali sabu lil Del Monte responsabbli għall-aġir ta’ Weichert minkejja li rrikonoxxoew li “Weichert mhux dejjem segwiet l-istruzzjonijiet ta’ Del Monte” u li “d-deċiżjonijiet dwar prezzijiet ta’ Weichert ma setgħux jissodisfaw l-aspettattivi ta’ Del Monte”. Barra dan, la d-Deċiżjoni u lanqas is-sentenza ma juru li Weichert effettivament segwit l-istruzzjonijiet ta’ Del Monte. L-appellanti żżid li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija llimitata għal numru ta’ fatturi li allegatament taw ċertu grad ta’ influwenza lil Del Monte, iżda ma applikatx it-test stabbilit fil-ġurisprudenza sabiex tevalwa x’għamel lil din l-influwenza “deċiżiva”.
Sussidjarjament, l-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali żnaturat uħud mill-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tal-ftehim ta’ sħubija ta’ Weichert u d-dikjarazzjonijiet mill-importaturi l-oħra.
L-appellanti tissottometti wkoll li, billi rrifjutat elementi individwali sempliċement abbażi tal-fatt li tali prova ma stabbilixxietx l-assenza ta’ influwenza deċiżiva, il-Qorti Ġenerali effettivament qalbet l-oneru tal-prova. Dan ammonta għal ksur tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-preżunzjoni ta’ innoċenza), tal-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-prinċipju ta’ in dubio pro reo.
Fl-aħħar nett, l-appellanti tissottometti li billi kkunsidrat lil Dole, Chiquita u Weichert bħala li kienu qed jipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu, minkejja l-fatt li Weichert ma kenitx taf b’komunikazzjonijiet bejn Chiquita u Dole, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 81(1) KE.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/19 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-587/08, Fresh Del Monte Produce, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-294/13 P)
(2013/C 252/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer, P.J.O. Van Nuffel, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Fresh Del Monte Produce, Inc., Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-587/08, Fresh Del Monte Produce Inc. vs Il-Kummissjoni; |
|
— |
tagħti deċiżjoni finali billi tiffissa l-ammont tal-multa ta’ Fresh Del Monte Produce Inc. għal EUR 9 800 000; |
|
— |
tikkundanna lil Fresh Del Monte Produce Inc. għall-ispejjeż tal-appell u għal dak il-proporzjon tal-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra xieraq. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) li jinqara flimkien mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (2) u l-prinċipju ta’ infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, billi kkunsidrat li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bi tweġiba għal talba għal informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata għal tnaqqis tal-multa bħala kooperazzjoni volontarja li ffaċilitat l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
B’mod sussidjarju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u l-obbligu ta’ motivazzjoni billi naqqset il-multa imposta fuq Del Monte għall-kooperazzjoni ta’ Weichert matul il-proċedura amministrattiva, għalkemm Del Monte u Weichert ma għadhomx jikkostitwixxu parti mill-istess impriża fil-mument tal-allegat aġir kooperattiv ta’ Weichert.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/19 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-92/11, Jørgen Andersen vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-303/13 P)
(2013/C 252/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, T. Maxian Rusche, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Jørgen Andersen, Ir-Renju tad-Danimarka, Danske Statsbaner (DSB)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013, innotifikata lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Marzu 2013, fil-Kawża T-92/11 Jørgen Andersen vs Il-Kummissjoni Ewropea; u |
|
— |
tiċħad ir-rikors sabiex tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE (1), tal-24 ta’ Frar 2010, Dwar il-Kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)); u |
|
— |
tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza sabiex iħallas l-ispejjeż; |
sussidjarjament,
|
— |
tiddikjara li t-tielet motiv fl-ewwel istanza huwa infondat u tibgħat lura l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-kunsiderazzjoni tal-ewwel u t-tieni motivi fl-ewwel istanza; |
|
— |
u tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tinvoka aggravju wieħed għall-appell: ksur tal-Artikoli 108(2) u (3), 288 u 297(1) TFUE, meta ddeċidiet li l-Kummissjoni applikat b’mod retroattiv ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (2).
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-evalwazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma kenitx tinkludi applikazzjoni retroattiva tar-Regolament iżda hija konsistenti mal-prinċipju ta’ applikazzjoni immedjata li taħtu dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tapplika mid-dħul fis-seħħ tagħha sal-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tkun qamet taħt ir-regola l-antika.
Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tiddistingwi, fir-rigward tar-retroattività, bejn sitwazzjoni legali li tkun stabbilita b’mod definittiv (li għaliha ma tkunx tapplika ir-regola l-ġdida) u sitwazzjonijiet temporanji li jkunu qamu taħt ir-regola l-antika, iżda li għadhom fis-seħħ (li għalihom tapplika r-regola l-ġdida).
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Stat Membru bi ksur tal-obbligu tan-notifika u tal-istandstill tikkostitwixxi sitwazzjoni legali li hija stabbilita b’mod definittiv, iktar milli sitwazzjoni temporanja. Mir-regoli u l-ġurisprudenza dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali jirriżulta li d-destinatarju ta’ tali għajnuna ma jistax jiġi kkunsidrat li kiseb l-għajnuna b’mod definittiv sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma approvathiex u sakemm id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tkun għadha ma saritx finali. Fid-dawl tan-natura mandatorja tas-superviżjoni tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE, impriżi li jkunu ngħataw għajnuna, ma jistgħux, fil-prinċipju, jinvokaw aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija legali sakemm din ma tkunx ngħatat skont il-proċedura stabbilita f’dak l-artikolu.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva wkoll li s-sentenza appellata hija f’kunflitt miftuħ u dirett ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-istess kwistjoni.
(1) ĠU L 7, p. 1
(2) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70
ĠU L 315, p. 1.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fl-4 ta’ Ġunju 2013 — LVP NV vs Belgische Staat
(Kawża C-306/13)
(2013/C 252/30)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LVP NV
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005, tad-29 ta’ Novembru 2005, dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana (ĠU 2008, L 334M, p. 649), kif applikat mill-Unjoni Ewropea matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-15 ta’ Diċembru 2009, jikser l-Artikoli I, XIII(1) u (2)(d), XXVIII, u/jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli tal-GATT 1994, ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, sa fejn jistabbilixxi rata ta’ tariffa ta’ EUR 176 għal kull tunnellata applikabbli għall-banana (Kodiċi NM 0803 00 19 ), bi ksur tal-konċessjonijiet tal-banana nnegozati mill-KE, qabel ma ġie nnegozjat ftehim ġdid fuq dan il-punt fil-kuntest tad-WTO?
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — O. Tümer vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-311/13)
(2013/C 252/31)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: O. Tümer
Konvenut: Raad van bestuur van het uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
Domanda preliminari
Fid-dawl ukoll tal-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE (attwalment l-Artikolu 153(2) TFUE) li huwa l-bażi legali tagħha, huwa xieraq li d-Direttiva dwar l-Insolvenza u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2, 3 u 4 tagħha, jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita fl-Artikoli 3(3) u 61 [tal-Werkloosheidswet], li tgħid li l-barrani ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux residenza legali fil-Pajjiżi l-Baxxi fis-sens tal-Artikolu 8(a) sa (e) u (l) tal-Vreemdelingenwet 2000, ma huwiex ikkunsidrat bħala ħaddiem impjegat; l-istess bħas-sitwazzjoni tal-appellant li ressaq talba għal kumpens għal insolvenza, li għandu jikklassifika bħala ħaddiem impjegat fid-dritt ċivili u li jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra għall-għoti tal-imsemmi kumpens?
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Mechelen (il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Ministère public vs Edgard Jan De Clercq et
(Kawża C-315/13)
(2013/C 252/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Mechelen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministère public
Konvenuti: Edgard Jan De Clercq, Emiel Amede Rosa De Clercq, Nancy Genevieve Wilhelmina Rottiers, Ermelinda Jozef Martha Tampère, Thermotec NV
Domanda preliminari
L-Artikoli 56 u 57 TFUE (li qabel kienu l-Artikoli 49 u 50 KE) u l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431), irrispettivament mill-fatt jekk jiġu jew jiġux moqrija flimkien mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjoni tal-Artikolu 141 tal-Liġi Programm (I) tas-27 ta’ Diċembru 2006, li permezz tagħha huwa impost fuq kull persuna li magħha jew li għaliha jaħdmu, direttament jew b’sottokuntratt, ħaddiema bi salarju jew stagiaires issekondati, l-obbligu li tikkomunika b’mod elettroniku (jew fil-każ ta’ impossibbiltà, permezz ta’ faks jew b’ittra), lill-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, qabel il-bidu tax-xogħol ta’ dawn il-persuni, id-data ta’ identifikazzjoni tal-persuni li ma humiex f’pożizzjoni li jippreżentaw il-konferma ta’ rċevuta, mogħtija lill-persuna li timpjeghom, tad-dikjarazzjoni preliminari tagħhom, flimkien mal-Artikolu 157 tal-Liġi Programm (I) tas-27 ta’ Diċembru 2006 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 183(1) tal-Kodiċi Kriminali Soċjali, li jissanzjonaw bi pieni korrezzjonali n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu?
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/21 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-323/13)
(2013/C 252/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, peress li parti mill-iskart muniċipali mitfugħ fil-landfills tas-SubATO ta’ Ruma, inkluża dik ta’ Malagrotta, u f’dawk tas-SubATO Latina ma tiġix sottoposta għal trattament li jinkludi selezzjoni adegwata tad-diversi tipi ta’ skart u l-istabbilizzazzjoni tat-tip ta’ skart organiku, u peress li fil-Lazio ma nħoloqx netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għall-ġestjoni tal-iskart b’teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti bl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 1999/31/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 1999/31/KE u mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE (2) u bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/98/KE. |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE skada fis-16 ta’ Lulju 2001.
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April tal-1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).
(2) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, p. 3).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/21 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-339/13)
(2013/C 252/34)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li l-Italja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva 1999/74/CE (1); |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE skada fl-10 ta’ Jannar 2012.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 225).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Ville de Mons vs KPN Group Belgium SA
(Kawża C-346/13)
(2013/C 252/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ville de Mons
Konvenuta: KPN Group Belgium SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi [(Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni)] (1) jipprojbixxi lill-awtoritajiet reġjonali milli jintaxxaw, għal raġunijiet baġitarji jew raġunijiet oħra, l-attività ekonomika tal-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet li jimmanifestaw ruħhom fuq it-territorju tagħhom permezz ta’ piluni, arbli jew antenni GSM intiżi għal din l-attività?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Antonio Gramsci Shipping Corp. et vs Aivars Lembergs
(Kawża C-350/13)
(2013/C 252/36)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonio Gramsci Shipping Corp., Apollo Holdings Corp., Arctic Seal Shipping Co. Ltd, Atlantic Leader Shipping Co. Ltd, Cape Wind Trading Co.Ltd, Clipstone Navigation SA, Dawnlight Shipping Co. Ltd, Dzons Rids Shipping Co., Faroship Navigation Co. Ltd, Gaida Shipping Co., Gevostar Shipping Co. Ltd, Hose Marti Shipping Co., Imanta Shipping Co. Ltd, Kemeri Navigation Co., Klements Gotvalds Shipping Co., Latgale Shipping Co. Ltd, Limetree Shipping Co. Ltd, Majori Shipping Co. Ltd, Noella Marītime Co. Ltd, Razna Shipping Co., Sagewood Trading Inc., Samburga Shipping Co. Ltd, Saturn Trading Co., Taganroga Shipping Co., Talava Shipping Co. Ltd, Tangent Shipping Co. Ltd, Viktorio Shipping Co., Wilcox Holding Ltd, Zemgale Shipping Co. Ltd, Zoja Shipping Co. Ltd
Konvenut: Aivars Lembergs
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Brussell I (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura għal rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija minn qorti barranija, il-ksur tad-drittijiet ta’ persuni li ma humiex partijiet fil-proċedura għal kawża prinċipali jista’ jkun motiv ta’ implementazzjoni tal-klawżola ta’ ordni pubbliku prevista fl-imsemmi Artikolu 34(1) u sabiex jiġi rrifjutat li tiġi rikonoxxuta din is-sentenza barranija sa fejn din taffettwa dawn il-persuni li ma humiex partijiet fil-proċedura għal kawża prinċipali? |
|
(2) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1, l-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji ta’ ekwità fil-qasam ġudizzjarju li huma previsti hemmhekk jippermettu, fl-istabbiliment tal-miżuri kawtelatorji f’kawża, li jillimitaw id-drittijiet għall-proprjetà ta’ persuni li ma humiex partijiet fl-imsemmija kawża, anki jekk huwa madankollu mistenni li kull persuna li hija affettwata minn deċiżjoni dwar miżuri kawtelatorji għandha d-dritt fi kwalunkwe mument li titlob lill-qorti kkonċernata t-tibdil jew l-annullament tas-sentenza, u li tħalli f’idejn ir-rikorrenti sabiex jinnotifikaw is-sentenza lill-persuni kkonċernati? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Kolding (id-Danimarka) fis-27 ta’ Ġunju 2013 — FOA, li qed tidher għal Karsten Kaltoft vs Komun ta’ Billund
(Kawża C-354/13)
(2013/C 252/37)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Retten i Kolding
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FOA, li qed tidher għal M. Karsten Kaltoft
Konvenut: Komun ta’ Billund
Domandi preliminari
|
(1) |
Huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni, kif jipprovdi, pereżempju, fl-Artikolu 6 TUE dwar id-drittijiet fundamentali, li fis-suq tax-xogħol, b’mod ġenerali jew iktar partikolari għal amministrazzjoni pubblika fil-kwalità ta’ persuna li timpjega, tista’ tinħoloq diskriminazzjoni bbażata fuq l-obeżità? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ projbizzjoni fid-dritt tal-Unjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-obeżità, din hija direttament applikabbli għal rapporti bejn ċittadin Daniż u l-persuna li timpjegah, b’din tal-aħħar tkun amministrazzjoni pubblika? |
|
(3) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata projbizzjoni fl-Unjoni tad-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol ibbażata fuq l-obeżità, kemm ġenerali kif ukoll jekk b’mod partikolari għal amministrazzjoni pubblika fil-kwalità ta’ persuna li timpjega, l-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk kienx hemm ksur ta’ eventwali projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-obeżità, għandha tirriżulta b’oneru tal-prova diviż, b’tali mod li, f’każ fejn tista’ tiġi preżunta tali diskriminazzjoni, l-applikazzjoni effettiva ta’ din il-projbizzjoni teżiġi li l-oneru tal-prova jinkombi fuq il-persuna li tħaddem li tkun konvenuta fi proċeduri kontenzjużi (ara t-tmintax-il premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-piż tal-prova f’każijiet ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 264)? |
|
(4) |
L-obeżità tista’ tiġi kkunsidrata bħala diżabbiltà li taqa’ taħt il-protezzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) u skont liema kriterji jeħtieġ jiġi evalwat jekk l-istat ta’ obeżità ta’ persuna għandux l-effett konkret li bih din il-persuna tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabbiltà? |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/23 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2013 minn Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-284/11 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-374/13 P)
(2013/C 252/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 fil-Kawża T-284/11, li konsegwentement awtorizzat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 112 113 “METROINVEST” għal servizzi li jaqgħu fil-klassi 36. |
|
— |
tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka biss l-aggravju segwenti:
|
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). |
Madankollu, dan l-aggravju jinqasam f’erba’ partijiet, li huma:
|
— |
evalwazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali u mill-UASI meta evalwaw ix-xebh bejn is-sinjali; |
|
— |
il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza applikabbli għall-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni; |
|
— |
inkoerenza ma’ deċiżjonijiet oħra tal-Uffiċċju li jinvolvu elementi komuni u trade marks li huma relatati; |
|
— |
koeżistenza paċifika bejn trade marks oħra, li jinkludu l-kelma METRO fi klassijiet differenti, u wkoll fil-klassi 36. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/23 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija
(Kawża C-376/13)
(2013/C 252/39)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, G. Koleva, L. Malferrari)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar Kompetizzjoni, billi skont l-Artikolu 5a(1) u (2) tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-att dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, tillimita għal tnejn in-numru ta’ kumpanniji li jistgħu jiġu allokati l-frekwenzi tar-radju għax-xandir diġitali terrestri u l-awtorizzazzjoni għall-provvista tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika (filwaqt li hija setgħet potenzjalment tagħtiha lil ħames kumpanniji li setgħu jkunu benefiċjarji); |
|
— |
tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar Kompetizzjoni, tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva Qafas, billi skont l-Artikolu 47a(1) u (2) u l-Artikolu 48(3) tal-att dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, tipprojbixxi lill-kumpanniji fornituri ta’ kontenut ta’ xandir bit-televiżjoni u li l-programmi tagħhom huma mxandra fir-Repubblika tal-Bulgarija, kif ukoll lill-persuni assoċjati magħhom, milli jipparteċipaw fl-allokazzjoni tal-frekwenzi tar-radju għax-xandir diġitali terrestri u sabiex jipprovdu s-[servizzi] korrispondenti; |
|
— |
tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar Kompetizzjoni, tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva Qafas, billi skont l-Artikolu 48(5) tal-att dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, tipprojbixxi lill-proprjetarji ta’ frekwenzi tar-radju għax-xandir diġitali terrestri milli jwaqqfu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għat-trażmissjoni ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) u (2) u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE (1), tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi [(Direttiva dwar Kompetizzjoni)], tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/20/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2002/21/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]).
|
— |
Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar Kompetizzjoni, li l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi għall-istabbiliment u/jew il-provvista tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew għall-provvista tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku u ma jipprovdux għar-revoka tad-drittijiet. Permezz ta’ att leġiżlattiv, ir-Repubblika tal-Bulgarija llimitat għal tnejn in-numru ta’ kumpanniji li ngħataw l-approvazzjoni għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju għax-xandir diġitali terrestri u għas-servizzi bħala fornitur multiplex fil-qasam tagħhom (filwaqt li hija setgħet potenzjalment tagħtiha lil ħames kumpanniji li setgħu jkunu benefiċjarji). Dan sar fuq il-bażi ta’ kriterji irraġonevoli u mhux oġġettivi. B’dan il-mod, ir-Repubblika tal-Bulgarija ħolqot drittijiet speċjali għall-provvista ta’ dawn is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. |
|
— |
Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma ssodisfatx ir-rekwiżit tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar Kompetizzjoni, tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva Qafas, skont liema għandha ssir allokazzjoni ta’ frekwenzi tar-radju għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati. Ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar Kompetizzjoni sabiex tiżgura li kull kumpannija tkun tista’ tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, billi stabbilixxiet kriterji għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ frekwenzi tar-radju diġitali tax-xandir terrestri li ma kinux proporzjonati mal-għanijiet mixtieqa u billi adottat kriterji għall-għoti ta’ frekwenzi tar-radju diġitali tax-xandir terrestri li ma kinux xierqa u li jistgħu jipprevjenu numru ta’ kumpanniji milli jipparteċipaw f’dawn is-sejħiet għal offerti. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/24 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 mir-Repubblika Taljana mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ April 2013, fil-Kawżi Magħquda T-99/09 u T-308/09, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-385/13 P)
(2013/C 252/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentile, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tad-19 ta’ April 2013, innotifikata lill-Gvern Taljan fl-24 ta’ April 2013, mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi magħquda T-99/09 u T-308/09 |
|
— |
billi tiddeċiedi fuq il-mertu, waqt li tannulla l-atti li ġejjin:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, ir-Repubblika Taljana tinvoka t-tmien aggravji li ġejjin:
|
|
L-ewwel aggravju: Ksur tal-Artikolu 9(e), (f), (ħ), (j), (k), (l), (m); il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(3), tal-Artikoli 32(4) u 32(5); u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1260/99 (1). |
|
|
Sabiex tista’ tkun iddikjarata inammissibbli talba għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ta’ Fond Strutturali għall-azzjonijiet previsti f’miżura, għall-fatt li hemm pendenti proċedura ta’ ksur, hemm bżonn li bejn il-ksur u l-miżura jkun hemm relazzjoni speċifika u mhux ġenerika u l-Kummissjoni għandha turi l-periklu konkret li billi tiffinanzja l-miżuri tispiċċa tiffinanzja l-ksur. Ma għandhiex tkun biżżejjed, kif qieset il-Qorti Ġenerali, “rabta suffiċjentement diretta” mhux ikkwalifikata. |
|
|
It-tieni aggravju: Ksur tat-tieni klawżola tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament 1260/1999. |
|
|
F’dan il-każ, madankollu, anki tali rabta kienet nieqsa għaliex il-Qorti Ġenerali rrilevat li mill-atti kien jirriżulta li fil-proċedura ta’ ksur kien qed jissemma l-ġbir differenzjat insuffiċjenti bħala kawża kontributorja tal-insuffiċjenza tal-landfills; u li fil-miżura 1.7 kienet prevista għajnuna għall-komuni għaż-żieda tal-ġbir differenzjat. Il-Qorti Ġenerali ma setgħetx għalhekk tikkjarifika jekk ir-rabta bejn ksur u l-miżura kinitx fis-sens li l-finanzjament tal-miżura attenwa jew, għall-kuntrarju, aggrava l-ksur. Għalhekk kellha teskludi l-eżistenza ta’ kwalunkwe rabta, u tilqa’ l-ewwel motiv tar-rikors tal-ewwel istanza. |
|
|
It-tielet aggravju: Assenza ta’ motivazzjoni. |
|
|
Fit-tielet aggravju tar-rikors tal-ewwel istanza l-Gvern Taljan kien wera speċifikament li ma kien hemm ebda konnessjoni bejn il-ksur u l-miżura. Il-Qorti Ġenerali, meta ċaħdet l-ewwel motiv, kienet stabbilixxiet il-kuntrarju mingħajr ma eżaminat il-prova pprovduta mill-Gvern Taljan, u b’tali mod naqset milli tipprovdi motivazzjoni. |
|
|
Ir-raba’ aggravju: Ksur tal-Artikolu 32(3)(f), Regolament Nru 1260/1999. Assenza ta’ motivazzjoni. |
|
|
Il-ksur hawn fuq jivvizzja anki l-partijiet tas-sentenza li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tieni motiv tar-rikors tal-ewwel istanza. |
|
|
Il-ħames aggravju: Assenza ta’ motivazzjoni |
|
|
Hemm assenza ta’ motivazzjoni anki fiċ-ċaħda tat-tielet motiv tar-rikors tal-ewwel istanza, li bih il-Gvern Taljan kien qed juri li l-miżuri appellati kienu jibbażaw il-motivazzjoni tagħhom fuq nota tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2008 li kienet tikkontesta fatti li ma sarux riferiment għalihom fil-proċedura tal-ksur. B’din il-konstatazzjoni, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi kwalunkwe kunsiderazzjoni. |
|
|
Is-sitt aggravju: Ksur tat-tieni klawżola tal-punt (f) tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 1260/1999. |
|
|
F’kull każ, meta ddeċidiet fuq ir-raba’ motiv, il-Qorti Ġenerali kienet effettivament ikkonstatat li n-nota tal-20 ta’ Ottubru 2008 kienet tirreferi għall-avvenimenti mhux relatati mal-proċedura ta’ ksur; għalhekk kellha tilqa’ t-tielet motiv. Billi ma għamlitx hekk, kisret it-tieni klawżola tal-punt (f) tal-ewwl subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 1260/1999. |
|
|
Is-seba’ aggravju: Ksur tal-ewwel u t-tieni klawżoli tal-punt (f) tal-Artikolu 32(3), tal-Artikolu 39(1) u tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament Nru 1260/1999. |
|
|
Bi żball, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-raba’ motiv tar-rikors tal-ewwel istanza, li bih kienet iddenunzjat li l-Kummissjoni kienet issospendiet il-ħlasijiet waqt li rrikonoxxiet tħassib fuq il-korrettezza tal-ġestjoni tal-miżura; liema, iżda kienet talbet li ssegwi l-proċedura prevista fl-Artikolu 39(1) u (2) tar-Regolament, li hemm riferiment għalih fl-ewwel klawżola tal-punt (f) tal-Artikolu 32(3). Il-Qorti Ġenerali ma kienx irnexxilha tikkonfuta t-teżi tal-Gvern Taljan dwar ir-raġuni tal-miżura adottata mill-Kummissjoni. |
|
|
It-tmien aggravju: Ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE. |
|
|
Bi żball il-Qorti Ġenerali kienet eskludiet li l-Kummissjoni kienet naqset milli tipprovdi motivazzjoni. Fid-dawl tal-essenzjalità tal-profil, il-Kummissjoni kien messha spjegat għaliex ma kienx hemm kontradizzjoni bejn iċ-ċensura fil-proċedura ta’ ksur tal-ġbir differenzjat insuffiċjenti, u ċ-ċaħda tal-finanzjament tal-miżura b’tendenza li jiżdied il-ġbir differenzjat stess. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali; (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).
Il-Qorti Ġenerali
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — BVGD vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-104/7 u T-339/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji u l-abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tad-djamanti mhux maħdumin - Sistema ta’ distribuzzjoni SOC - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess komunitarju - Bażi legali - Drittijiet proċedurali ta’ lanjant - Aċċess għad-dokumenti - Obbligi fil-qasam tal-istruttorja ta’ lment - Effetti ta’ esklużjoni mis-suq - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
(2013/C 252/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Belgische Vereniging van handelaars in- en uitvoerders geslepen diamant (BVGD) (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u C. Ronzi kif ukoll, fil-Kawża T-104/07, G. Vandersanden, sussegwentement L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, R. Sauer u J. Bourke, sussegwentement F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti, fil-Kawża T-104/07, inizjalment minn S. Drakakakis, avukat, u minn T. Soames, solicitor, sussegwentement T. Soames, u, fil-Kawża T-339/08, T. Soames)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: De Beers (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u De Beers UK Ltd, li kienet The Diamond Trading Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment W. Allan u S. Horwitz, solicitors, sussegwentement W. Allan, J. Ysewyn, avukat, u N. Gràcia Malfeito, solicitor, u finalment N. Gràcia Malfeito, B. van de Walle de Ghelcke, J. Marchandise, avukati, u P. Riedel, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2007, (Kawża COMP/39.221/B-2 — BVGD vs De Beers) u tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Kawża COMP/39.221/E-2 — De Beers vs DTC Supplier of Choice) li jiċħdu l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-intervenjenti għall-ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE fis-suq tad-djamanti mhux maħdumin li jirriżulta mill-użu minnhom ta’ ftehim ta’ distribuzzjoni magħrufa bħala “Supplier of Choice” (SOC).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħudin. |
|
(2) |
Il-Belgische Vereniging van handelaars in- en uitvoerders geslepen diamant (BVGD) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
De Beers u De Beers UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Spira vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-108/07 u T-354/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji u abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq ta’ djamanti mhux maħduma - Sistema ta’ distribuzzjoni SOC - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess komunitarju - Drittijiet proċedurali ta’ persuna li tilmenta - Aċċess għad-dokumenti - Obbligi fir-rigward ta’ investigazzjoni ta’ lment - Effetti ta’ esklużjoni mis-suq - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
(2013/C 252/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Diamanthandel A. Spira BVBA (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. van Gerven, F. Louis, A. Vallery u J. Bourgeois, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, R. Sauer u J. Bourke, sussegwentement F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti, fil-Kawża T-108/07, inizjalment minn S. Drakakakis, avukat, u minn T. Soames, solicitor, sussegwentement T. Soames u, fil-Kawża T-354/08, minn T. Soames)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: De Beers (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u De Beers UK Ltd, magħrufa preċedentement bħala The Diamond Trading Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Allan, S. Horwitz, solicitors, u J. Ysewyn, avukat, sussegwentement W. Allan, J. Ysewyn u N. Gràcia Malfeito, solicitor, u finalment N. Gràcia Malfeito, B. van de Walle de Ghelcke, J. Marchandise, avukati, u P. Riedel, solicitor)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2007 (Kawża COMP/38.826/B-2 — Spira/De Beers/DTC Supplier of Choice) u tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Kawża COMP/38.826/E-2 — De Beers/DTC Supplier of Choice) li jiċħdu l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-intervenjenti għall-ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE dwar is-suq ta’ djamanti mhux maħduma, li jirriżultaw mill-implementazzjoni mill-intervenjenti tal-ftehim ta’ distribuzzjoni magħrufa bl-isem ta’ “Supplier of Choice” (SOC).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
(2) |
Diamanthandel A. Spira BVBA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
De Beers u De Beers UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Hangzhou Duralamp Electronics vs Il-Kunsill
(Kawża T-459/07) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fiċ-Ċina, fil-Vjetnam, fil-Pakistan u fil-Filippini - Skadenza tal-miżuri antidumping - Eżami mill-ġdid - Prodott simili - Data użata għad-determinazzjoni tad-dannu - Pajjiż analogu - Interess tal-Komunità - Artikolu 4(1) u Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru Artikolu 4(1) u 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)
(2013/C 252/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Gambardella u V. Villante, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Osram GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 384/96, u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (ĠU L 272, p. 1).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Osram GmbH. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill
(Kawża T-469/07) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Vjetnam, mill-Pakistan u mill-Filippini - Skadenza ta’ miżuri antidumping - Eżami mill-ġdid - Artikolu 4(1), Artikolu 5(4), u Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 4(1), Artikolu 5(4), u Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009) - Kunċett ta’ industrija Komunitarja - Determinazzjoni tal-ħsara - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2013/C 252/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Philips Lighting Poland S.A. (Pila, il-Polonja); u Philips Lighting BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Gambardella u V. Villante, avukati); u GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Osram GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet ta’ l-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (ĠU L 272, p. 1)
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Philips Lighting Poland S.A. u Philips Lighting BV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ dan tal-aħħar marbuta mal-interventi ta’ Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd u ta’ GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt (GE Hungary Zrt), u l-ispejjeż ta’ Osram GmbH. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
(4) |
Hangzhou Duralamp Electronics u GE Hungary għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll l-ispejjeż tal-Kunsill marbuta mal-intervent tagħhom. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-358/08) (1)
(Fond ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġett għal sistema ta’ trattament tal-ilma f’Zaragoza - Kanċellament parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi - Kunċett ta’ xogħol - Artikolu 14(10) u (13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE - Qsim ta’ kuntratti - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità - Preskrizzjoni)
(2013/C 252/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo, sussgwentement A. Rubio González, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: G. Valero Jordana u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3249 tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija taħt il-Fond ta’ Koeżjoni lir-Renju ta’ Spanja għall-proġett Nru 96/11/61/018 — “Saneamiento de Zaragoza” permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(96) 2095, tas-26 ta’ Lulju 1996.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — SA.PAR. vs UASI — Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)
(Kawża T-321/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali GRUPPO SALINI - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
(2013/C 252/46)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: SA.PAR. Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bussoletti u G. Petrocchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Mannucci u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salini Costruttori SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bellomunno u S. Troilo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ April 2010 (Każ R 219/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Salini Costruttori SpA u SA.PAR. Srl,
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
SA.PAR. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Aventis Pharmaceuticals vs UASI — Fasel (CULTRA)
(Kawża T-142/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CULTRA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SCULPTRA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
(2013/C 252/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aventis Pharmaceuticals, Inc. (Bridgewater, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: F. Mattina, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Fasel Srl (Bologna, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2478/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aventis Pharmaceuticals, Inc. u Fasel Srl.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2478/2010-1) hija annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Aventis Pharmaceuticals, Inc., għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI — MIP Metro (METRO)
(Kawża T-197/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja METRO - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti GRUPOMETROPOLIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ xieraq - Artikolu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)
(2013/C 252/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2440/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Think Schuhwerk vs UASI (Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben)
(Kawża T-208/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja - Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedura fil-kontumaċja)
(2013/C 252/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1552/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti minn estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Think Schuhwerk GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/11 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta’ invalidità - Ħlas tal-arretrati - Interessi moratorji - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
(2013/C 252/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Frar 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-81/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
(2) |
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/31 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 — Tsujimoto vs L-UASI — Kenzo (KENZO)
(Kawża T-322/13)
(2013/C 252/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo (Pariġi, Franza)
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1364/2012-2); |
|
— |
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 701 286
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “KENZO”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 76(2) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/31 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2013 — Pure Fishing vs UASI — Łabowicz (NANOFIL)
(Kawża T-323/13)
(2013/C 252/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fil-Każ Nru R 1241/2012-2; |
|
— |
tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9611872; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “NANOFIL” għal prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9611872
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva “NANO” għal prodotti fil-klassi 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/32 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Endoceutics vs UASI — Merck (FEMIVIA)
(Kawża T-324/13)
(2013/C 252/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2013, fil-Każ R 1021/2012-4; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, jiġifieri l-applikazzjoni għat-trade mark FEMIVIA bin-numru 9 386 343; |
|
— |
tordna lill-parti l-oħra tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti kemm għal din il-kawża kif ukoll għall-proċeduri quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FEMIVIA” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 386 343
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “FEMIVIA”, għal prodotti fil-klassi 5 u r-reġistrazzjoni internazzjonali b’effett fl-Unjoni Ewropea għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad “femibion” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja hija miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/32 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Mallis u Malli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/13)
(2013/C 252/54)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Konstantinos Mallis (Larnaca, Ċipru), Elli Malli (Larnaca, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-Deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru K.D.P. 104/2013, tad-29 ta’ Marzu 2013, li jaġixxi bħala rappreżentant għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, li permezz tagħha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ ċerti attivitajiet” ta’ Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u li essenzjalment tikkostitwixxi deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li, irrispettivament mill-forma u mit-tip tagħha, id-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Grupp tal-Euro essenzjalment tikkostitwixxi deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti għall-finijiet ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
(1) |
Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni hija nulla peress li l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea marru lil hinn mil-limiti tas-setgħat mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għalhekk adottawha billi eċċedew il-poteri tagħhom. |
|
(2) |
Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-dritt għall-proprjetà li huwa protett bl-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u bl-Artikolu 14 tal-istess Konvenzjoni, kif huwa kkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament nieqsa minn bażi legali u li tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
(4) |
Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija, bl-istess mod, kuntrarja għall-prinċipji ġenerali rrikonoxxuti tad-dritt li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-prinċipju li jipprovdi li l-ebda persuna ma tista’ tinvoka l-ommissjoni tagħha stess sabiex tikseb vantaġġ u/jew tirregolarizza n-natura żbaljata u/jew illegali tal-imġiba tagħha. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/33 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Tameio Pronias Prosopikou Trapezis Kiprou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-328/13)
(2013/C 252/55)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Tameio Pronias Prosopikou Trapezis (Levkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou, K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, fil-kwalità ta’ esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; Att Leġiżlattiv] 104/2013, li biha ġie deċiż “il-bejgħ ta’ prodotti determinati” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u li essenzjalment tikkostitwixxi deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, imsemmija iktar ’il fuq, essenzjalment tikkostitwixxi deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea irrispettivament mill-forma tagħha. |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla sa fejn teċċedi s-setgħa mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u b’hekk iż-żewġ korpi adottawha b’eċċess tas-setgħat tagħhom. |
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt ta’ proprjetà żgurat mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali, u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipji legali ġeneralment aċċettati derivanti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju li jgħid li ħadd ma jista’ jinvoka ommissjoni tiegħu stess biex jikseb benefiċċju u/jew jirregolarizza aġir inġust u/jew illegali. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/33 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Chatzithoma u Chatzithoma vs Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-329/13)
(2013/C 252/56)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Petros Chatzithoma (Lefkosia, Ċipru) u Elenitsa Chatzithoma (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors tagħhom ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Eurogruppo tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropew tal-Bankijiet Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; att regolatorju] 104/2013, li biha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ determinati prodotti” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u liema tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Eurogruppo, imsemmija iktar ’il fuq, tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea kwalunkwe tkun il-forma tagħha. |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija nulla inkwantu tmur lil hinn mill-poteri mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk iż-żewġ korpi adottawha u b’hekk qabżu l-poteri tagħhom. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali u tikkuntrasta mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tqum ukoll b’kuntrast mal-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u anki mal-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka omissjoni tiegħu stess sabiex jiġbed profitt u/jew jirregolarizza mġieba inġusta u/jew illeġittima. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/34 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Chatziioannou vs Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-330/13)
(2013/C 252/57)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Lella Chatziioannou (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropew tal-Bankijiet Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; att regolamentari] 104/2013, li biha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ prodotti determinati” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u li tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, imsemmija hawn fuq, tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, tkun liema tkun il-forma tagħha. |
|
— |
tikkundanna l-Bank Ċentrali Ewropew u/jew il-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla inkwantu tmur lil hinn mill-poteri mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk iż-żewġ korpi adottawha b’mod li qabżu l-poteri tagħhom. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali u tikkuntrasta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tmur ukoll kontra l-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u anki mal-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka omissjoni tiegħu stess sabiex jikseb vantaġġ u/jew jirregolarizza mġieba inġusta u/jew illeġittima. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/35 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-331/13)
(2013/C 252/58)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Marinos Nikolaou (Lefkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Eurogruppo tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropew tal-Bankijiet Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; att regolatorju] 104/2013, li biha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ determinati prodotti” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u liema tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Eurogruppo, imsemmija iktar ’il fuq, tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea kwalunkwe tkun il-forma tagħha. |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija nulla inkwantu tmur lil hinn mill-poteri mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk iż-żewġ korpi adottawha u b’hekk qabżu l-poteri tagħhom. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali u tikkuntrasta mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni appellata tqum ukoll b’kuntrast mal-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li ġejjin mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u anki mal-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka omissjoni tiegħu stess sabiex jiġbed profitt u/jew jirregolarizza mġieba inġusta u/jew illeġittima. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/35 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Christodoulou u Stavrinou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-332/13)
(2013/C 252/59)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Chrysanthi Christodoulou (Pafos, Ċipru) u Maria Stavrinou (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors tagħhom ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva permezz tad-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, bħala l-esponent u/jew ir-rappreżentant tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; Att regolatorju] 104/2013, li permezz tagħha ġie deċiż il-“bejgħ ta’ prodotti ddeterminati” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u li tikkostitwixxi essenzjalment deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, imsemmija iktar il fuq, tikkostitwixxi esenzjalment deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata konġuntament mal-Kummissjoni Ewropea irrispettivament mill-forma tagħha. |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew il-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla peress li teċċedi s-setgħat mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea u għaldaqstant iż-żewġ korpi adottawha billi eċċedew is-setgħat tagħhom. |
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 1 tal-Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament infondata u nieqsa minn bażi legali u li ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ma tosservax il-prinċipji legali ġeneralment aċċettati li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-prinċipju li ħadd ma jista’ jinvoka ommisjoni tiegħu stess sabiex jieħu vantaġġ u/jew jirregolarizza aġir żbaljat u/jew illegali. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/36 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Westermann Lernspielverlag vs UASI — Diset (bambinoLÜK)
(Kawża T-333/13)
(2013/C 252/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Westermann Lernspielverlag GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diset, SA (Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [UASI] tat-3 ta’ April 2013, Każ R 1323/2012-2, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru. B 1 724 593 [applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 009080359] bejn DISET, S.A. u Westermann Lernspielverlag GmbH; |
|
— |
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “bambinoLÜK”, għall-prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 080 359
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni:trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiv “BAMBINO” għall-prodotti fil-klassijiet 16, 28 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment u jippermetti l-applikazzjoni għas-CTM biex tipproċedi għal ċerti prodotti tal-klassi 9
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/36 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Borghezio vs Il-Parlament
(Kawża T-336/13)
(2013/C 252/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mario Borghezio (Turin, l-Italja) (rappreżentant: H. Laquay, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tiddikjara t-talba ammissibbli u fondata u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, meħuda fil-forma ta’ dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew fis-sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li permezz tagħha r-rikorrent jipparteċipa mit-3 ta’ Ġunju 2013 bħala deputat “mhux inkluż” u għalhekk eskluż minn din id-data mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie”; |
|
— |
tintaxxa l-ispejjeż skont id-dritt. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka — minbarra l-fatt li jsostni li d-deċiżjoni li ġġiegħlu jipparteċipa bħala deputat mhux inkluż tipproduċi effetti legali għaliex tipprekludi lir-rikorrent milli jeżerċita l-mandat parlamentari tiegħu fl-istess kundizzjonijiet bħad-deputati li jappartjenu għal grupp politiku — żewġ motivi dwar il-mertu. Ir-rikorrent isostni li l-Parlament għandu l-obbligu li jivverifika jekk l-istatuti tal-grupp politiku jew prinċipju ġenerali tad-dritt inkisrux b’mod gravi u manifest.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur gravi u evidenti tal-istatuti tal-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie”, peress li d-deċiżjoni li teskludi lir-rikorrent mill-grupp ittieħdet qabel il-laqgħa li tmiss tal-imsemmi grupp, kuntrarjament għal dak li hemm ipprovdut fl-istatuti tiegħu. |
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, peress li dan tal-aħħar ma setax jippreżenta l-eċċezzjonijiet tiegħu matul laqgħa tal-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie”. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/37 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — Energa Power Trading vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/13)
(2013/C 252/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energa Power Trading Promitheias kai Emporias Energeias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-Trattat, peress li, minkejja li ġiet mitluba li tagħmel dan, hija naqset milli tiddefinixxi il-pożizzjoni tagħha dwar l-ilment ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat li l-awtoritajiet Griegi taw illegalment lil DEI; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-Kummissjoni naqset mill-taġixxi fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat illegali mogħtija lil DEI.
Billi naqset li tieħu pożizzjoni — pożittiva jew negattiva — abbażi tal-ilment tar-rikorrenti li jallega għajnuna mill-Istat favur DEI minkejja sottomissjoni ta’ avviż formali peress li wara perijodu ta’ iktar minn 28 xahar (u fi kwalunkwe każ iktar minn 26 xahar), il-Kummissjoni naqset milli tagħlaq l-investigazzjoni preliminari fi żmien raġonevoli. Sa fejn l-imsemmi dewmien ma jistax jiġi ġġustifikat b’riferiment għal xi ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni naqset li taġixxi minkejja l-kompetenza esklużiva rispettiva tagħha, bi ksur tad-dispożizzjonijiet relatati tat-Trattat (jiġifieri, l-Artikoli 106, 107 u 265 TFUE) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/37 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2013 — Hawe Hydraulik vs UASI — HaWi Energietechnik (HAWI)
(Kawża T-347/13)
(2013/C 252/63)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hawe Hydraulik SE (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HaWi Energietechnik AG (Eggenfelden, il-Ġermanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tas-26 ta’ April 2013, fil-Każ R 1690/2012-4 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 558 589 “HAWI”; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: HaWi Energietechnik AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HAWI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 35, 37 u 42 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 558 589
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HAWE”, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 42(2) flimkien mal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ġuramentata; |
|
— |
ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tas-siltiet meħuda mill-internet; |
|
— |
ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-provi tal-użu fl-intier tagħhom; |
|
— |
ksur tad-dritt għal smigħ fir-rigward tal-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi tal-użu; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/38 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2013 — Orange Business Belgium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-349/13)
(2013/C 252/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Orange Business Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Schutyser, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tad-DG DIGIT tal-Kummissjoni Ewropea, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fid-19 ta’ April 2013, li tiċħad l-offerta tar-rikorrent u li tattribwixxi l-kuntratt lil offerent ieħor; |
|
— |
fil-każ li, fil-mument li tinqata’ s-sentenza, il-Kummissjoni tkun diġà ffirmat il-kuntratt dwar is-Servizzi Telematiċi Trans-Ewropej bejn l-Amministrazzjonijiet — ġenerazzjoni ġdida (“TESTA-ng”), tiddikjara li dan il-kuntratt huwa null u bla effett; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi l-onorarji tal-avukat sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv isostni li l-konvenuta la osservat l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti u lanqas l-Artikolu 89(1) u l-Artikolu 100(1) tar-Regolament Finanzjarju 1605/2002 (1) (Artikoli 102(1) u 113(1) tar-Regolament Finanzjarju Nru 966/2012), b’mod partikolari l-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, għaliex (a) ċerti regoli ta’ evalwazzjoni, li ġew ikkomunikati, ma ġewx applikati, (b) ċerti regoli ta’ evalwazzjoni, li ġew ikkomunikati, kienu inkorretti u regoli oħra ta’ evalwazzjoni li ma kinux ġew ikkomunikati, ġew applikati minflokhom u (ċ) il-metodu ta’ evalwazzjoni teknika ma ġiex ikkomunikat qabel is-sottomissjoni tal-offerti. |
|
(2) |
It-tieni motiv isostni li l-konveunta kisret il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti, stabbiliti fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002 (Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju Nru 966/2012), fatt li jinvalida d-deċiżjoni kkontestata, peress li kklassifikat l-offerta ta’ offerenti ieħor bħala regolari minkejja l-preżenza ta’ elementi mhux konformi fundamentali, bi ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-speċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145)
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/38 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Jordi Nogues vs UASI — Grupo Osborne (BADTORO)
(Kawża T-350/13)
(2013/C 252/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jordi Nogues SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. R. Fernández Castellanos, M. J. Sanmartín Sanmartín u E. López Pares, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ April 2013, fil-Każ R 1446/2012-2; |
|
— |
tordna lill UASI jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “BADTORO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 34 u 35 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 565 581
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Grupo Osborne, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li fiha l-element verbali “TORO”, it-trade mark verbali nazzjonali “EL TORO” u tat-trade mark Komunitarja verbali “TORO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 34 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 |
|
— |
Esklużjoni kompleta żbaljata tal-prinċipju ġenerali ta’ paragun, mingħajr raġuni valida |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/39 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill
(Kawża T-351/13)
(2013/C 252/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina) u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG (Roding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Neuhaus, H.-J. Freund u B. Ecker, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013 (1), tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) jew tal-Artikolu 296(2) TFUE sa fejn il-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jew naqas milli josserva l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni meta għażel lill-Brażil bħala pajjiż analogu sabiex jiddetermina l-valur normali. Il-Kunsill kien żbaljat meta ddeċieda li teżisti kompetizzjoni suffiċjenti fis-suq Brażiljan, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell ta’ kompetizzjoni bejn il-produtturi nazzjonali u l-livell ta’ kompetizzjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet, u meta ma tax raġuni għal din id-dikjarazzjoni. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 jew tal-Artikolu 296(2) TFUE sa fejn il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni jew naqas milli josserva l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni meta ċaħad talba għall-aġġustament tal-valur normali sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ 14 % fuq il-prodott rilevanti fil-pajjiż analogu tal-Brażil. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 sa fejn il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta, billi applika r-“regola tad-dazju inqas”, ipparaguna l-marġini ta’ dumping stabbilit fir-regolament ikkontestat mal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali fl-2005 minflok ma stabbilixxa livell ġdid ta’ eliminazzjoni tad-dannu. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2013, L 112, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51).
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/39 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 minn BX mis-sentenza mogħtija fl-24 ta’ April 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-88/11, BX vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-352/13 P)
(2013/C 252/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: BX (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Rata, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija fl-24 ta’ April 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-88/11; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Għażla li ma tinkludix lill-appellant fil-lista ta’ kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni EPSO/AD/148/09-RO (ĠU 2009 C 14 A, p. 1), u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka sitt aggravji.
|
(1) |
L-ewwel aggravju jsostni li l-konklużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (punt 33 tas-sentenza) li timplika li l-appellant ma ssodisfax il-livell ta’ prova meħtieġ hija inapplikabbli f’din il-kawża. |
|
(2) |
It-tieni aggravju jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta kkonstata li kandidat li l-marka inizjali tiegħu kienet ogħla mill-marka eliminatorja skont dawn il-kriterji prestabbiliti ma huwiex intitolat għal evalwazzjoni komparattiva (punt 41) għaliex:
|
|
(3) |
It-tielet aggravju jsostni li l-konklużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fil-punt 45 tas-sentenza appellata, li jipprovdi li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma nkisirx, hija inkorretta. |
|
(4) |
Ir-raba’ aggravju jsostni li r-regoli ta’ kompożizzjoni tal-bord inkisru għaliex
|
|
(5) |
Il-ħames aggravju jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta ddeċieda li l-fatti fil-kawża ma kinux jiġġustifikaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura (punt 81) għaliex l-appellata kkonċediet li ċ-ċaħda tal-ilmenti amministrattivi preċedenti tal-appellant kienet ibbażata fuq motivażżjoni żbaljata u l-appellata għalhekk għandha tbati l-ispejjeż. |
|
(6) |
Is-sitt aggravju jsostni li t-talba għal danni morali kienet iġġustifikata. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/40 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-358/13)
(2013/C 252/68)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: M. Salvatorelli, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/209/UE, tas-26 ta’ April 2013, notifikata bid-dokument C(2013) 2444, tad-29 ta’ April 2013, bl-ittra Nru SG-Greffe (2013) D/5879, li waslet għand ir-rappreżentanza permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ April 2013, li għandha bħala suġġett “l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2012”, peress li fil-parti fejn fost l-“ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw” tikkunsidra s-somma ta’ EUR 5 006 487,10 fir-rigward tar-Regione Basilicata, timplementa t-tnaqqis ta’ tali somma mil-limitu ta’ nefqa mill-FAEŻR tal-pjan ta’ żvilupp rurali ta’ Basilicata u, konsegwentement, timplika l-impossibbiltà tal-użu tagħha fil-kuntest tal-limitu msemmi, u essenzjalment tistabbilixxi n-nuqqas ta’ użu tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
F’din il-kawża, il-Gvern Taljan jikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/209/UE, tas-26 ta’ April 2013, notifikata bid-dokument C(2013) 2444, tad-29 ta’ April 2013, li għandha bħala suġġett “l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2012” peress li fil-parti fejn fost l-“ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw” tikkunsidra s-somma ta’ EUR 5006487,10 fir-rigward tar-Regione Basilicata, timplementa t-tnaqqis ta’ tali somma mil-limitu ta’ nefqa mill-FAEŻR tal-pjan ta’ żvilupp rurali ta’ Basilicata u, konsegwentement, timplika l-impossibbiltà tal-użu tagħha fil-kuntest tal-limitu msemmi, u essenzjalment tistabbilixxi n-nuqqas ta’ użu tagħha.
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-korrezzjoni hija dovuta għar-rapport tad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jgħid li xi proġetti mħallsa matul ir-raba’ simestru tal-2011, ma setgħux jiġu inseriti fid-dikjarazzjoni trimestrali ta’ nfiq peress li ma kinux konformi mal-pjan ta’ żvilupp rurali fis-seħħ.
Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, finalment iddikjarata fid-deċiżjoni ta’ implementazzjoni kkontestata, tidher li hija vvizzjata minn diversi aspetti.
|
— |
Fl-ewwel lok, hemm dubju dwar il-korrettezza tal-inklużjoni tat-tnaqqis derivanti mill-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ikkwalifikat bħala “ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw”, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, peress li minnu kellu jiġi eskluż kull ammont sospiż jew imnaqqas, kif stabbilit fl-Artikolu 29(5) tar-regolament imsemmi. Fost affarijiet oħra, dan it-tnaqqis huwa żbaljat fil-kwantifikazzjoni tiegħu. |
|
— |
Fit-tieni lok, id-deċiżjoni hija barra minn hekk ivvizjata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, u sa fejn ammont relattiv għal trimestru ta’ nefqa ġie mnaqqas jew sospiż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1). |
|
— |
Fl-aħħar lok, id-dikjarazzjoni ta’ ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw hija ekwivalenti għan-nuqqas ta’ użu tagħhom, bil-konsegwenza li jkun impossibbli li dawn is-somom jintużaw fil-futur fil-kuntest tal-limitu ta’ nefqa tal-pjan ta’ żvilupp rurali tal-Basilicata, iżda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-UE tipprekludi li l-ammonti sospiżi ma jkunux jistgħu jintużaw. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/41 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 — Spain Doce 13 vs UASI — Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)
(Kawża T-359/13)
(2013/C 252/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Spain Doce 13 (Crevillente, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Becerra Guibert (Alicante, Spanja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 1046/2012-5, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 522 384 relatata mal-prodotti u mas-servizzi li ġejjin:
|
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VICTORIA DELEF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 522 384
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Becerra Guibert
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “VICTORIA”, “Victoria” u “victoria”, għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/42 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2013 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/13)
(2013/C 252/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. De Bergues, D. Colas u N. Rouam, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.22843 2012 implementata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat, qabelxejn, bħala għajnuna mill-Istat il-kumpensi finanzjarji mħallsa lis-Société Nationale Corse Méditerranée (SNCM) u lill-Compagnie Méridionale de Navigation (CNM) għal servizzi tat-trasport marittimi pprovduti bejn Marseille u Korsika għas-snin 2007-2013 fl-ambitu ta’ ftehim ta’ servizz pubbliku. Sussegwentement, il-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mas-suq intern il-kumpensi mħallsa lis-SNCM u lis-CNM għal servizzi ta’ trasport ipprovduti matul is-sena (iktar ’il quddiem is-“servizz imsejjaħ ‘bażiku’ ”), iżda ddikjarat inkompatibbli mas-suq intern il-kumpensi mħallsa għal servizzi pprovduti matul il-perijodi l-iktar impenjattivi li huma l-perijodi tal-Milied, ta’ Frar, tar-rebbiegħa-ħarifa u/jew tas-sajf (iktar ’il quddiem is-“servizz imsejjaħ ‘kumplimentari’ ”). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern [każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.22843 2012/C (ex 2012/NN)].
Insostennn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv, maqsum f’żewġ partijiet, ibbażat fuq ksur tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-Kummissjoni kklassifikat il-ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija lis-SNCM u lis-CNM bħala għajnuna mill-Istat peress li l-ewwel u r-raba’ kriterji stabbiliti mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, Ġabra p. I-7747) ma humiex kompletament sodisfatti.
|
|
(2) |
It-2tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpensi mħallsa lis-SNCM għas-servizz imsejjaħ “kumplimentari” kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, sa fejn dan is-servizz ma jikkostitwixxix servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/43 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE
(Kawża F-78/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova - Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova - Proċedura dixxiplinari)
(2013/C 252/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BM (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, sussegwentement minn M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent matul il-perijodu ta’ prova minħabba nuqqas dixxiplinari ssanzjonat bi twissija.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jiġi tterminat l-kuntratt ta’ BM fil-31 ta’ Ottubru 2011, hija annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BM. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/43 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — BY vs EASA
(Kawża F-81/11) (1)
(Persunal tal-EASA - Membru tal-persunal temporanju - Ammissibbiltà - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli - Assenjazzjoni mill-ġdid - Fastidju psikoloġiku - Użu ħażin ta’ poter)
(2013/C 252/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B. -H. Vincent, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid, fl-interess tas-servizz, f’pożizzjoni mhux maniġerjali, wara rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma għad-dannu allegatament sostnut.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
BY għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/43 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — Goetz vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-89/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inkjesta tal-OLAF - Inkjesta amministrattiva - Proċeduri dixxiplinarji quddiem il-Bord tad-Dixxiplina - Obbligu fuq l-amministrazzjoni li taġixxi b’diliġenza - Tul tal-proċedura dixxiplinarja - Responsabbiltà għall-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinarji li ntemmu mingħajr ma ġiet imposta sanzjoni)
(2013/C 252/73)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Charles Dieter Goetz (Linkebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst u A.-A. Minet, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles, bħala aġent, assistit minn B. Cambier, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, intiża li jinkiseb kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u dixxiplinarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
C.D. Goetz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/44 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE
(Kawża F-106/11) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Twissija bil-miktub)
(2013/C 252/74)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BM (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, aġenti, sussegwentement M. López Torres u E. Carlini, aġenti u assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni tal-BĊE li tingħata twissija lir-rikorrenti.
Dispożittiv tas-sentenza
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
BM għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/44 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BU vs AEM
(Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12, F-110/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Att li jikkawża preġudizzju - Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Terminu raġonevoli - Ilment kontra ċħid ta’ lment - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura)
(2013/C 252/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BU (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (AEM) (rappreżentanti: fil-kawża F-135/11, inizjalment minn S. Vincenzo, sussegwentement minn T. Jablonski u G. Gavrilidou, aġenti u assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, fil-kawża F-51/12, minn T. Jablonski u G. Gavrilidou, aġenti u assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, u fil-kawża F-110/12, minn T. Jablonski u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju.
Dispożittiv tal-kawża
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ BU, innotifikata bl-ittra tat-30 ta’ Mejju 2011, hija annullata. |
|
(2) |
Ir-rikors F-135/11 huwa miċħud għall-kumplament. |
|
(3) |
Ir-rikorsi F-51/12 u F-110/12 huma miċħuda. |
|
(4) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn BU fil-kawżi F-135/11 u F-51/12. |
|
(5) |
BU għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-kawża F-110/12. |
(1) ĠU C 65, 03.03.2012, p. 24; ĠU C 209, 14.07.2012, p. 14; ĠU C 379, 08.12.2012, p. 34.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/45 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2013 — Bogusz vs Frontex
(Kawża F-5/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Persunal tal-Frontex - Tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-perijodu ta’ prova previsti fl-Artikolu 14 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Iffissar tal-għanijiet - Motiv imqajjem għall-ewwel darba fis-seduta)
(2013/C 252/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Slawomir Bogusz (Dobroszyce, il-Polonja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, bħala aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex li timponi sanzjoni fuq ir-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn S. Bogusz. |
|
(3) |
S. Bogusz għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/45 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — BY vs AESA
(Kawża F-8/12) (1)
(Persunal tal-AESA - Membru tal-persunal temporanju - Tkeċċija minħabba inkompetenza professjonali - Dmir ta’ premura - Raġuni esterna għad-diffikultajiet professjonali - Fastidju psikoloġiku - Mard - Danni)
(2013/C 252/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent u t-talba ta’ ħlas għad-dannu allegatament imġarrab minħabba din it-tkeċċija u l-fastidju allegat.
Dispożittiv tas-sentenza
|
(1) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni hija kkundannata tħallas lil BY is-somma li tikkorrispondi għal disa’ xhur tar-remunerazzjoni netta li kien jirċievi sa lejliet it-tkeċċija tiegħu. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BY. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/45 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Di Prospero vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Ħatra - Riżultat pożittiv f’kompetizzjoni wara s-sejħa magħmula lir-rikorrent sabiex jipparteċipa f’kompetizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza - Ħatra fil-grad b’effett retroattiv)
(2013/C 252/78)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Rita Di Prospero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tagħha fil-grad AD 11 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2010 u talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 2011, li tirrifjuta lil R. Di Prospero l-klassifikazzjoni fil-grad AD 11 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, hija annullata. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn R. Di Prospero. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/46 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Achab vs KESE
(Kawża F-21/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament)
(2013/C 252/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohammed Achab (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène u G. Boudot, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent u li tordna l-ikrupru retroattiv ta’ din l-allowance.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2011 hija annullata sa fejn tordna l-ikrupru tal-allowances tal-espatrijazzjoni mħallsa lil M. Achab b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn M. Achab. |
|
(4) |
M. Achab għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/46 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — CF vs EASA
(Kawża F-40/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Tkeċċija matul leave tal-mard - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju psikoloġiku)
(2013/C 252/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CF (Bierges, il-Belġju) (rappreżentant: A. Schwend, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subiti minħabba din it-tkeċċija u minħabba l-fastidju allegat.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li biha l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni temmet il-kuntratt ta’ membru tal-persunal ta’ CF hija annullata. |
|
(2) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni kkundannata tħallas lil CF is-somma ta’ EUR 88 189,76 bħala kumpens għad-danni materjali. |
|
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(4) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u kkundannata tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti minn CF. |
|
(5) |
CF għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/47 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Buschak vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Allowance tal-qgħad - Kontribuzzjonijiet lill-iskema tal-pensjoni - Ilment tardiv)
(2013/C 252/81)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Willy Buschak (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Menssen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitħallsux kontribuzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrent lil skema tal-pensjoni nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea wara tmiem il-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu li fih huwa kien qiegħed u talba għall-inklużjoni tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea jew għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali
Dispożittiv tas-sentenza
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
W. Buschak għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/47 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Biwer et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-115/10) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura irċevuta minn xi mkien ieħor - Rikors manifestament infondat)
(2013/C 252/82)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jacques Biwer et (Bascharage, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba intiza għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti tat-tagħlim superjuri tiġi kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħal allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors ta’ J. Biwer u tal-ħames rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huwa miċħud bħala manifestamentet infondat fid-dritt. |
|
(2) |
J. Biwer u l-ħames rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/47 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-3 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-40/11) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Ex uffiċjal irtirat minħabba invalidità - Inċident - Nuqqas ta’ kopertura - Rikors li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2013/C 252/83)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-benefiċċji li għandu dritt għalihom ir-rikorrent minħabba d-diżabbiltà parzjali permanenti tiegħu.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-40/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/48 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-71/11) (1)
(Servizz pubbliku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2013/C 252/84)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-71/11, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(2) |
Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/48 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Jargeac et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-98/11) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
(2013/C 252/85)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bernard Jargeac et (Hostert, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Moyse u A. Salerno, avukati, sussegwentement minn A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li xi għajnuna finanzjarja ta’ Stat Membru lill-istudenti ta’ livell ta’ edukazzjoni superjuri titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mħallsa lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni ta’ rimbors tal-ammonti mħallsa li ma kinux dovuti.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ir-rikors, sa fejn ġie ppreżentat minn Finch huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
Ir-rikors, sa fejn ġie ppreżentat minn Jargeac, Aliaga Artero, Charrière, Clarke, Domingues, Hughes, Lanneluc u Zein, huwa miċħud bħala manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt. |
|
(3) |
Jargeac u t-tmien uffiċjali jew ex uffiċjali l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/48 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-100/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta’ kuljum - Kundizzjonijiet għall-għoti - Stabbiliment effettiv tal-post tax-xogħol - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Spejjeż legali - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
(2013/C 252/86)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-għoti lir-rikorrent tal-allowances ta’ kuljum fir-rigward tad-deċiżjoni tat-trasferiment tiegħu mid-delegazzjoni fl-Angola għas-sede fi Brussell.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 000. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/49 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-102/11) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma bl-idejn fuq il-faks differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinali tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
(2013/C 252/87)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti u assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad li tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-vjaġġi annwali mill-post tal-assenjazzjoni għall-pajjiż ta’ oriġini għas-snin 2005 sa 2010.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/49 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Rodrigues Regalo Corrêa vs Il-Parlament
(Kawża F-114/11) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra - Rikors manifestament infondat)
(2013/C 252/88)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: João Manuel Rodrigues Regalo Corrêa (Kehlen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament sabiex ċerta għajnuna finanzjarja minn Stat Membru lill-istudenti tal-edukazzjoni ogħla titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u sabiex din l għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni sabiex jiġi rkuprat il-ħlas mhux dovut.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors ta’ J. M. Rodrigues Regalo Corrêa huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
|
(2) |
J. M. Rodrigues Regalo Corrêa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/49 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-4 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-119/11) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru jew metodu ieħor ta’ riproduzzjoni tal-firma tal-avukat - Tardività tar-rikors)
(2013/C 252/89)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa, il-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-fatt li membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda fl-14, fis-16 u fid-19 ta’ Marzu 2002, u, min-naħa l-oħra, it-trażmissjoni tal-kopji tar-ritratti meħuda f’dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ dan l-avveniment.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/50 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/11) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat b’faks fit-terminu għal preżentata ta’ rikors - Firma bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tinsab fl-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
(2013/C 252/90)
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti u assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati ta’ remunerazzjoni dovuta lilu għax-xhur ta’ Settembru sa Diċembru 2010 u ta’ Jannar 2011.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/50 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-143/11) (1)
(Servizz pubbliku - Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra ta’ talba għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura - Rikors għal annullament li għandu l-istess suġġett bħal talba għall-intaxxar tal-ispejjeż - Inammissibbiltà manifesta)
(2013/C 252/91)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba biex tiġi annullata d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li fiha l-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tal-15 ta’ Frar 2011.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/50 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2013 — Mateo Pérez vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-144/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Talba għall-annullament ta’ rettifika ta’ avviż ta’ kompetizzjoni - Rettifika li ma tistabbilixxix kundizzjonijiet li jeskludu lir-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżaminajiet ta’ evalwazzjoni - Ammissibbiltà - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
(2013/C 252/92)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Mateo Pérez (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: I. Ruiz García, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, bħala aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet tal-għażla wara l-pubblikazzjoni ta’ rettifika tal-avviż ta’ kompetizzjoni li tannulla n-nota eliminatorja għall-eżami (d) ta’ kompetenzi professjonali.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Mateo Pérez mill-14 ta’ Marzu 2012, jiġifieri d-data tal-preżentata tar-risposta. |
|
(3) |
Mateo Pérez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu ta’ qabel l-14 ta’ Marzu 2012. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/51 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-28/12) (1)
(Servizz pubbliku - Talba għat-tħassir ta’ sentenza mir-rapport mediku - Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol - Ċaħda impliċita tat-talba)
(2013/C 252/93)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex titħassar sentenza mir-rapport mediku tat-28 ta’ Frar 2008, sabiex jintbagħat rapport ġdid ikkoreġut f’dan is-sens lit-tabib magħżul mir-rikorrent, u sabiex titħassar ukoll, b’mod ġenerali, mill-fajl tal-inċident fuq ix-xogħol tar-rikorrent, kull informazzjoni li tikkonċerna l-fatt, liema fatt ir-rikorrent jallega li ma huwiex minnu, li t-trab abjad li r-rikorrent kellu kuntatt miegħu finalment irriżulta li kienu trabijiet bojod ta’ kopja ta’ ġurnal li r-rikorrent kien abbonat għalih.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 000. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/51 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 FK (*1)vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid ta’ kuntratt - Annullament parzjali - Bidla)
(2013/C 252/94)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FK (*1) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, É. Marchal, A. Coolen u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġi limitat il-perijodu ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
FK (*1)għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(*1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/51 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2013 Marrone vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-89/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-karrieri - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid - Tardività - Fatti ġodda - Assenza - Inammissibbiltà manifesta)
(2013/C 252/95)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stefania Marrone (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, bħala aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
S. Marrone għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/52 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-25 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-115/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Inammissibbiltà manifesta)
(2013/C 252/96)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, bħala aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens għad-danni li r-rikorrent allega li sofra b’konsegwenza tal-ittra tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-irtirar tas-somma ta’ EUR 4 875 korrispondenti għall-ispejjeż li r-rikorrent kien ikkundannat għalihom mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-241/03.
Dispożittiv tad-digriet
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/52 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Ġunju 2013 — Weissenfels vs Il-Parlament
(Kawża F-150/12) (1)
(2013/C 252/97)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.