ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.245.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
24 ta' Awwissu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 245/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 233, 10.8.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 245/02

Kawża C-287/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG (Appell — Akkordji — Suq Ewropew — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Multi — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Waqfien tal-ksur — Tkomplija tal-ksur minn uħud mill-parteċipanti — Reċidiva)

2

2013/C 245/03

Kawża C-312/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Il Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 5 — Ħolqien ta’ kuntest ġenerali favur l-ugwaljanza fit-trattament fil-qasam ta’ impjieg u ta’ xogħol — Persuni b’diżabbiltà — Miżuri ta’ traspożizzjoni insuffiċjenti)

2

2013/C 245/04

Kawża C-350/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat (Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis għal kapital b’riskju — Interessi kunċettwali — Tnaqqis tal-ammont deduċibbli għal kumpanniji li għandhom stabbilimenti f’pajjiż barrani li jiġġenera dħul eżenti bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja)

3

2013/C 245/05

Kawża C-100/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 89/665/KEE — Reviżjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx — Rikors ibbażat fuq il-motiv li l-offerta magħżula ma hijiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt — Azzjoni inċidentali tal-offerenti il-magħżul ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt f’dak li jirrigwarda l-offerta ppreżentata mill-offerent li ressaq dan ir-rikors — Offerti li l-waħda u l-oħra ma humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt — Ġurisprudenza nazzjonali li timponi eżami minn qabel tal-azzjoni inċidentali u, jekk din tkun fondata, li l-azzjoni prinċipali tiġi iddikjarata inammissibbli, mingħajr l-eżami tal-mertu — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)

3

2013/C 245/06

Kawża C-233/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di La Spezia — l-Italja) — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi Stat Membru — Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix id-dritt għat-trasferiment, lil organizzazzjoni internazzjonali li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, tal-kapital li jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet għall-irtirar imħallsa lil entità tas-sigurtà soċjali nazzjonali — Regola ta’ Aggregazzjoni)

4

2013/C 245/07

Kawża C-325/13 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 minn Peek & Cloppenburg KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ April 2013 fil-Kawża T-506/11 — Peek & Cloppenburg KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

4

2013/C 245/08

Kawża C-326/13 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 minn Peek & Cloppenburg KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ April 2013 fil-Kawża T-507/11 — Peek & Cloppenburg KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

5

2013/C 245/09

Kawża C-330/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Burgas (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Ġunju 2013 — Lukoil Neftohim Burgas AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas tsentar pri Mitnitsa Burgas

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 245/10

Kawża T-234/11 P-RENV-RX P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 — Arango Jaramillo et vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala inammissibbli — Pensjonijiet — Żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Terminu raġonevoli)

8

2013/C 245/11

Kawża T-552/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika — Nota ta’ debitu — Natura kuntrattwali tal-kawża — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Kontrotalba għal ħlas)

8

2013/C 245/12

Kawża T-3/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2013 — Kreyenberg vs UASI — Il-Kummissjoni (MEMBER OF €e euro experts) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva MEMBER OF €e euro experts — Raġuni assoluta għal rifjut — Emblemi tal-Unjoni u tal-oqsma ta’ azzjoni tagħha — Simbolu tal-euro — Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

9

2013/C 245/13

Kawża T-304/13 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2013 minn van der Aat et mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Marzu 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-111/11, van der Aat et vs Il-Kummissjoni

9

2013/C 245/14

Kawża T-319/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Elmaghraby u El Gazaerly vs Il-Kunsill

12

2013/C 245/15

Kawża T-335/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2013 — BT Limited Belgian Branch vs Il-Kummissjoni

12

2013/C 245/16

Kawża T-340/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA

13

2013/C 245/17

Kawża T-343/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 — CN vs Il-Parlament

14

2013/C 245/18

Kawża T-345/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Construcción, Promociones e Instalaciones vs UASI — Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales (CPI COPISA INDUSTRIAL)

15

2013/C 245/19

Kawża T-346/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

15

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/1


2013/C 245/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 233, 10.8.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 226, 3.8.2013

ĠU C 215, 27.7.2013

ĠU C 207, 20.7.2013

ĠU C 189, 29.6.2013

ĠU C 178, 22.6.2013

ĠU C 171, 15.6.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG

(Kawża C-287/11 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Ewropew - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Multi - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Waqfien tal-ksur - Tkomplija tal-ksur minn uħud mill-parteċipanti - Reċidiva)

2013/C 245/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG (rappreżentant: R. Wesseling, advocaat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni (T-385/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP7F 1/38.121 — Attrezzaturi), dwar akkordju li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet u tal-ammonti ta’ skonti u ta’ roħs, fuq l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet, fuq it-tqassim tal-klijenti u fuq l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali, fis-suq Ewropew tal-attrezzaturi tar-ram, b’mod partikolari tal-liga tar-ram, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

(1)

L-appell prinċipali huwa miċħud.

(2)

Ma hemmx lok li jiġi eżaminat l-appell inċidentali.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Il Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-312/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 5 - Ħolqien ta’ kuntest ġenerali favur l-ugwaljanza fit-trattament fil-qasam ta’ impjieg u ta’ xogħol - Persuni b’diżabbiltà - Miżuri ta’ traspożizzjoni insuffiċjenti)

2013/C 245/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Gerardis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi miżuri ta’ applikazzjoni tal-imsemmi artikolu li l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għall-adozzjoni purament eventwali ta’ miżuri ulterjuri - Garanziji u vantaġġi insuffiċjenti

Dispożittiv

1)

Billi ma stabbilixxietx għall-persuni kollha li jimpjegaw l-obbligu li jimplementaw, skont il-bżonn f’sitwazzjonijiet konkreti, soluzzjonijiet raġonevoli għall-persuni kollha b’diżabbiltà, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tittrasponi korrettament u kompletament l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat

(Kawża C-350/11) (1)

(Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tnaqqis għal kapital b’riskju - Interessi kunċettwali - Tnaqqis tal-ammont deduċibbli għal kumpanniji li għandhom stabbilimenti f’pajjiż barrani li jiġġenera dħul eżenti bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja)

2013/C 245/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenuta: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis għal kapital b’riskju (“interessi kunċettwali”) — Tnaqqis tal-ammont deduċibbli għal kumpanniji li għandhom stabbilimenti f’pajjiż barrani li jiġġenera dħul eżenti bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu ta’ tnaqqis mogħti lil kumpannija suġġetta kompletament għat-taxxa fi Stat Membru, il-valur nett tal-assi ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, meta l-profitti ta’ dan l-istabbiliment permanenti ma humiex taxxabbli fl-ewwel Stat Membru bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja, filwaqt li l-assi attribwiti għal stabbiliment li jinsab fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan il-għan.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

(Kawża C-100/12) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 89/665/KEE - Reviżjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi - Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx - Rikors ibbażat fuq il-motiv li l-offerta magħżula ma hijiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt - Azzjoni inċidentali tal-offerenti il-magħżul ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt f’dak li jirrigwarda l-offerta ppreżentata mill-offerent li ressaq dan ir-rikors - Offerti li l-waħda u l-oħra ma humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt - Ġurisprudenza nazzjonali li timponi eżami minn qabel tal-azzjoni inċidentali u, jekk din tkun fondata, li l-azzjoni prinċipali tiġi iddikjarata inammissibbli, mingħajr l-eżami tal-mertu - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni)

2013/C 245/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fastweb SpA

Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

fil-preżenza ta’: Telecom Italia SpA, Path-Net SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE (ĠU L 335, p. 31) — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni — Regola ġurisprudenzjali nazzjonali li tipprovdi li l-qorti nazzjonali, li tkun adita b’rikors għall-annullament tal-att tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku u b’rikors inċidentali maħsub sabiex tiġi kkontestata l-parteċipazzjoni fil-kuntratt pubbliku tal-offerent mhux magħżul li jkun ukoll rikorrent prinċipali, tista’ tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors prinċipali f’każ biss li r-rikors inċidentali jkun infondat — Sejħa għal offerti limitata li fiha pparteċipaw żewġ offerenti biss li ma ppreżentawx offerti validi

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata permezz tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni, il-offerenti l-magħżul li jkun intgħażel u li jkun ippreżenta ir-rikors inċidentali, jinvoka eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-nuqqas ta’ locus standi tar-rikorrenti minħabba li l-offerta li dan tal-aħħar ikun ippreżenta kellha tiġi miċħuda mill-awtorità kontraenti minħabba n-nuqqas tagħha ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, din id-dispożizzjoni, tipprekludi li dan ir-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli b’konsegwenza tal-eżami minn qabel ta’ din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr ma tingħata deċiżjoni dwar il-konformità mal-imsemmijin speċifikazzjonijiet tekniċi kemm tal-offerta tal-offerenti il-magħżul, li jkun intgħażel għall-kuntratt, kif ukoll dwar dik tal-offerent li jkun ippreżenta r-rikors prinċipali.


(1)  ĠU C 151, 26.05.2012.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di La Spezia — l-Italja) — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-233/12) (1)

(Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi Stat Membru - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix id-dritt għat-trasferiment, lil organizzazzjoni internazzjonali li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, tal-kapital li jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet għall-irtirar imħallsa lil entità tas-sigurtà soċjali nazzjonali - Regola ta’ Aggregazzjoni)

2013/C 245/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di La Spezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Simone Gardella

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Civile della Spezia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 45, 48 u 145 sa 147 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba f’diversi Stati Membri — Impjegat ta’ organizzazzjoni internazzjonali li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix id-dritt għat-trasferiment lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata tal-kontribuzzjonijiet tal-irtirar imħallsa lil entità tas-sigurtà soċjali nazzjonali — Rifjut tal-entità tas-sigurtà soċjali kkonċernata li tikkonkludi ftehim li jippermetti tali trasferiment

Dispożittiv

L-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma jippermettix liċ-ċittadini tiegħu, impjegati f’organizzazzjoni internazzjonali, bħalma huwa l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jittrasferixxu fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ din l-organizzazzjoni l-kapital, li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni li huma jkunu kisbu qabel fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, fl-assenza ta’ ftehim internazzjonali bejn dan l-Istat Membru u l-imsemmija organizzazzjoni internazzjonali li jipprevedi l-possibbiltà ta’ tali trasferiment.

Fil-każ fejn il-mekkaniżmu ta’ trasferiment tal-kapital, li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel fi Stat Membru, lejn l-iskema tal-pensjonijiet ta’ persuna li timpjega ġdida fi Stat Membru ieħor ma jkunx jista japplika, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix li jittieħed kont tal-perijodi ta’ impjieg li ċittadin tal-Unjoni Ewropea jkun wettaq ma’ organizzazzjoni internazzjonali, bħall-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex ikun intitolat għad-dritt tal-pensjoni tax-xjuħija.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/4


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 minn Peek & Cloppenburg KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ April 2013 fil-Kawża T-506/11 — Peek & Cloppenburg KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-325/13 P)

2013/C 245/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Peek & Cloppenburg KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ April 2013 fil-Kawża T-506/11;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 53/2005-1;

tikkundanna lill-UASI u lil Peek & Cloppenburg KG (Hamburg) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tallega ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) minħabba interpretazzjoni żbaljata tal-espressjoni li “[t]agħti […] d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta’ trade mark suċċessiv”.

Kuntrarjament għall-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali, ma jistax jiġi preżunt li r-rekwiżit tad-dispożizzjoni jikkonsisti esklużivament fil-fatt li d-dritt mitlub għandu portata li ma hijiex biss waħda lokali. Il-kriterju inkwistjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata tas-sinjali opposti hija iktar wiesgħa minn dik tal-porata lokali biss. Din l-interpretazzjoni tassumi li d-dritt nazzjonali inkwistjoni għandu jagħti lid-detentur tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark sussegwenti fit-territorju kollu tal-Istat Membru li fih kien oriġina dan id-dritt.

Din il-fehma hija kkorroborata mill-proċedimenti ta’ oppożizzjoni fir-rigward ta’ applikazzjoni għal trade mark, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 110 u tal-Artikolu 111 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u mill-fehim tal-kriterju fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja li huwa identiku għal dak tal-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE (2).

Il-leġiżlatur Ġermaniż ittraspona l-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE fis-sens li l-liġi inkwistjoni għandha tagħti lid-detentur id-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark sussegwenti fit-territorju kollu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. L-interpretazzjoni tal-kriterju “d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta’ trade mark suċċessiv” hija rilevanti għall-kawża.

Sussidjarjament, l-appellanti tallega ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja minħabba l-interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-espressjoni “ta’ aktar minn sempliċement ta’ sinifikanza lokali”. Għalhekk hija tinvoka wkoll is-sinjifikat tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u l-għan li jiġi llimitat id-dritt ta’ rikors fil-konfront tas-sinjali nazzjonali ċċitati fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, il-kuntest regolatorju tal-Artikolu 110 u tal-Artikolu 111 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u r-regola tal-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 minn Peek & Cloppenburg KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ April 2013 fil-Kawża T-507/11 — Peek & Cloppenburg KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-326/13 P)

2013/C 245/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Peek & Cloppenburg KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ April 2013 fil-Kawża T-507/11;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Frar 2011 fil-Każ R 262/2005-1;

tikkundanna lill-UASI u lil Peek & Cloppenburg KG (Hamburg) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tallega ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) minħabba interpretazzjoni żbaljata tal-espressjoni li “[t]agħti […] d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta’ trade mark suċċessiv”.

Kuntrarjament għall-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali, ma jistax jiġi preżunt li r-rekwiżit tad-dispożizzjoni jikkonsisti esklużivament fil-fatt li d-dritt mitlub għandu portata li ma hijiex biss waħda lokali. Il-kriterju inkwistjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata tas-sinjali opposti hija iktar wiesgħa minn dik tal-porata lokali biss. Din l-interpretazzjoni tassumi li d-dritt nazzjonali inkwistjoni għandu jagħti lid-detentur tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark sussegwenti fit-territorju kollu tal-Istat Membru li fih kien oriġina dan id-dritt.

Din il-fehma hija kkorroborata mill-proċedimenti ta’ oppożizzjoni fir-rigward ta’ applikazzjoni għal trade mark, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 110 u tal-Artikolu 111 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u mill-fehim tal-kriterju fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja li huwa identiku għal dak tal-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE (2).

Il-leġiżlatur Ġermaniż ittraspona l-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE fis-sens li l-liġi inkwistjoni għandha tagħti lid-detentur id-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark sussegwenti fit-territorju kollu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. L-interpretazzjoni tal-kriterju “d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta’ trade mark suċċessiv” hija rilevanti għall-kawża.

Sussidjarjament, l-appellanti tallega ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja minħabba l-interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-espressjoni “ta’ aktar minn sempliċement ta’ sinifikanza lokali”. Għalhekk hija tinvoka wkoll is-sinjifikat tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u l-għan li jiġi llimitat id-dritt ta’ rikors fil-konfront tas-sinjali nazzjonali ċċitati fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, il-kuntest regolatorju tal-Artikolu 110 u tal-Artikolu 111 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u r-regola tal-Artikolu 4(4)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Burgas (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Ġunju 2013 — Lukoil Neftohim Burgas AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt “Pristanishte Burgas tsentar” pri Mitnitsa Burgas

(Kawża C-330/13)

2013/C 245/09

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Burgas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lukoil Neftohim Burgas AD

Konvenut: Nachalnik na Mitnicheski punkt “Pristanishte Burgas tsentar” pri Mitnitsa Burgas

Domandi preliminari

(1)

Il-metodu ta’ determinazzjoni [tal-kontenut] tal-komponenti aromatiċi fis-sustanzi msemmija fil-Kapitolu 27 tan-NM, indikat fl-Anness А tan-noti ta’ spjega relatati mal-Kapitolu 27 tan-NM, imur kontra d-definizzjoni tal-komponenti aromatiċi mogħtija fil-kunsiderazzjonijiet ġenerali tal-Kapitolu 27 tas-SA? Jekk ikun hemm tali kontradizzjoni, kif għandhom jiġu ddefiniti dawn il-komponenti u l-Metodu A8TM B 2007 [li probabbilment ifisser “АSТМ D 2007”] huwa xieraq u ammissibbli?

(2)

Liema tifsira għandha tingħata lill-kliem “komponenti mhux aromatiċi”, użati fin-noti ta’ spjega relatati mal-Kapitolu 27 tas-SA, kif ukoll fin-nota Nru 2 relatata mal-Kapitolu 27 tas-SA? Din it-tifsira tikkoinċidi ma’ dik tal-kliem “idrokarburi mhux aromatiċi” jew hija usa? Jekk it-tifsira hija usa minn din tal-aħħar, din għalhekk tinkludi f’termini ta’ piż il-komponenti kollha mhux inklużi fil-kunċett ta’ “komponenti aromatiċi”, jew jeżistu elementi ta’ sustanza bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li f’termini ta’ piż la jaqgħu fil-kategorija ta’ “komponenti aromatiċi” u lanqas f’dik ta’ “komponenti mhux aromatiċi”?

(3)

Huwa ammissibbli li jiġi applikat l-istess metodu sabiex jiġu ddeterminati kemm il-komponenti aromatiċi kif ukoll il-komponenti mhux aromatiċi, fis-sens tal-Kapitolu 27 tan-NM u tas-SA, u jekk iva, liema huwa dan il-metodu? Jekk dan ma jkunx permess, liema huwa l-metodu applikabbli għad-determinazzjoni tal-komponenti aromatiċi u mhux aromatiċi?

(4)

Liema miż-żewġ intestaturi, 2707 jew 2710, tal-Kapitolu 27 tan-NM tiddeskrivi bl-iktar mod speċifiku prodott b’karatteristiċi tali bħal dawk tas-sustanza inkwistjoni fil-kawża prinċipali?

(5)

Fil-każ li ż-żewġ intestaturi ċċitati iktar ’il fuq jiddeskrivi t-tnejn li huma prodott b’karatteristiċi bħal dawk tas-sustanza inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prevalenza f’termini ta’ piż tal-komponenti aromatiċi tikkostitwixxu l-komponent li jagħtihom il-karattru prinċipali tagħhom?

(6)

Liema miż-żewġ intestaturi, 2707 jew 2710, tirrigwarda l-prodotti l-iktar simili għal dak li jippreżenta karatteristiċi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali?

(7)

Hemm kontradizzjoni bejn parti min-noti ta’ spjega tan-NM relatati mal-intestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 u n-nota 2 tal-Kapitolu 27 tas-SA, jew din ma hijiex eżawrjenti, iżda biss ta’ natura indikattiva?

Skont in-noti ta’ spjega tan-NM relatati mal-intestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99, “meta żjut tqal (ħlief dawk mhux raffinati) miksuba mid-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam f’temperatura għolja jew prodotti simili għal dawk iż-żjut” ma jissodisfawx l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi indikati fin-noti ta’ spjega tan-NM relatati mal-intestaturi ċċitati iktar ’il fuq, iż-żjut huma kklassifikati skont il-karatteristiċi tagħhom taħt l-intestaturi “2710 19 31 sa 2710 19 99”.

Skont in-nota 2 tal-Kapitolu 27 tas-SA, il-kliem “żjut minerali (petroleum) u żjut miksuba minn minerali bituminużi” użati fl-ifformular tal-intestatura 2710, japplikaw mhux biss għaż-żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, iżda wkoll żjut simili, kif ukoll dawk li prinċipalment jikkonsistu f’idrokarboni mħalltin mhux saturati li fihom il-komponenti mhux aromatiċi predominanti f’termini ta’ piż meta mqabbla mal-komponenti aromatiċi, irrispettivament mill-proċess ta’ produzzjoni.

(8)

Hemm kontradizzjoni bejn in-noti ta’ spjega tan-NM relatati mal-intestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 (li jirreferu s-sustanzi li ma jissodisfawx il-kriterji kumulattivi tal-punt (а) sal-punt (d) u li prinċipalment għandhom komponenti aromatiċi, għall-intestaturi 2710 19 31 sa 2710 19 99) u n-noti ta’ spjega tal-intestatura 2710 tas-SA, Titolu I(B), li jirreferu għalihom in-noti ta’ spjega tal-Kapitolu 27 tan-NM (li skont dan ma humiex inklużi f’din l-intestatura ż-żjut li fihom il-komponenti aromatiċi predominanti f’termini ta’ piż meta mqabbla mal-komponenti mhux aromatiċi, irrispettivament minn jekk tali żjut humiex miksuba mill-ipproċessar taż-żejt jew b’mezz ieħor)?

(9)

Liema huwa t-test awtentiku u liema hija t-tifsira awtentika tat-tieni sentenza tan-noti ta’ spjega tan-NM relatata mal-intestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99, li bil-Bulgaru huwa fformulat “Между тези продукти могат да се упоменат” [dawn il-prodotti jistgħu jinkludu], u bl-Ingliż “these products [include]”?

(10)

X’inhi l-klassifikazzjoni xierqa ta’ prodott b’karatteristiċi bħal dawk tas-sustanza inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fiha l-komponenti aromatiċi predominanti f’termini ta’ piż meta mqabbla mal-komponenti mhux aromatiċi, li iżda ma tissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-punt 1 tan-noti ta’ spjega relatati mas-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tan-NM?


Il-Qorti Ġenerali

24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 — Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża T-234/11 P-RENV-RX P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala inammissibbli - Pensjonijiet - Żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Terminu raġonevoli)

2013/C 245/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-34 appellant ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Appellata: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI (F-34/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

Id-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI huwa annullat.

(2)

Il-kawża hija rrinvjata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-552/11) (1)

(Rikors għal annullament - Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika - Nota ta’ debitu - Natura kuntrattwali tal-kawża - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Kontrotalba għal ħlas)

2013/C 245/11

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Settembru 2011 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 83 001,09 imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja insostenn ta’ proġett u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża għall-kundanna tar-rikorrenti għall-ħlas tal-imsemmija somma, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors għal annullament huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea ammont ta’ EUR 83 001,09 bħala kapital u EUR 11.37 kull jum bħala interessi moratorji skaduti mill-25 ta’ Ottubru 2011 sal-ħlas tad-dejn prinċipali.

(3)

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 6, 07.01.2012.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2013 — Kreyenberg vs UASI — Il-Kummissjoni (MEMBER OF €e euro experts)

(Kawża T-3/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MEMBER OF €e euro experts - Raġuni assoluta għal rifjut - Emblemi tal-Unjoni u tal-oqsma ta’ azzjoni tagħha - Simbolu tal-euro - Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 245/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Heinrich Kreyenberg (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2011, (Każ R 1804/2010-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Kreyenberg.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Heinrich Kreyenberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/9


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2013 minn van der Aat et mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Marzu 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-111/11, van der Aat et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-304/13 P)

2013/C 245/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Chris van der Aat (Besozzo, l-Italja), Kamel Abbas (Besozzo), Roberto Accorsi (Ispra, l-Italja), Fredric Achard (Masciago Primo, l-Italja), Tuomas Aitasalo (Travedona Monate, l-Italja), Robert Alabrese (Cuvio, l-Italja), Daniel Albrecht (Comabbio, l-Italja), Stefano Alessandrini (Cittiglio, l-Italja), Marlene Alvarez Alvarez (Besozzo), Salvatore Amato (Lavagna, l-Italja), Angiola Amore (Angera, l-Italja), Giuseppe Amoruso (Besozzo), Michel Amsellem (Sangiano, l-Italja), Fivos Andritsos (Gavirate, l-Italja), Alessandro Annoni (Laveno, l-Italja), Massimo Anselmi (Sesto Calende, l-Italja), Carlo Antoniotti (Orino, l-Italja), Aldo Ardia (Besozzo), Fernando Arroja (Varese, l-Italja), Karin Aschberger (Ranco, l-Italja), Andreas Aschberger (Ranco), Heikki Aulamo (Besozzo), Davide Auteri (Varese), Roberto Babich (Gavirate), Valentino Bada (Ispra), Vagn Bak-Mikkelsen (Angera), Simone Bano (Mornago, l-Italja), Joaquin Baraibar (Ispra), Vittorio Barale (Vercelli, l-Italja), Stefano Baranzini (Angera), Thomas Barbas (Varese), Caterina Barbera (Laveno), Marco Barbero (Verbania, l-Italja), Paulo Barbosa (Ispra), Elena Bardelli (Monvalle, l-Italja), Renzo Bardelli (Besozzo), Jose Ignacio Barredo Cano (Ispra), Marco Basso (Varano Borghi, l-Italja), Maurizio Bavetta (Cadrezzate, l-Italja), Claudio Belis (Ispra), Carlo Bellora (Milano, l-Italja), Alan Belward (Cittiglio), Zita Bemova (Taino, l-Italja), Enrico Ben (Varese), Jose Bento Valente (Varese), Claudio Bergonzi (Angera), Walter Bertato (Taino), Paolo Bertoldi (Varese), Luciana Bervoets Rossini (Angera), Emanuela Besozzi Pedroncin (Taino), Rene Beuchle (Ispra), Massimo Bianchi (Marnate, l-Italja), Pierangelo Biavaschi (Brebbia, l-Italja), Giovanni Bidoglio (Somma Lombardo, l-Italja), James William Bishop (Taino), Herve Blanchard (Ispra), Ornella Blo (Casciago, l-Italja), Fabio Bocci (San Giuliano Terme, l-Italja), Giuseppe Bof (Ispra), Ottavio Bolchini (Varese), Silvia Bombardone (Verbania), Renato Bonaldo (Ispra), Fabrizio Bonato (Ispra), Laura Bonfini (Sesto Calende), Chiara Boni (Porto Valtravaglia, l-Italja), Isabelle Borgotti (Ispra), Gilles Bories (Masciago Primo), Ann-Charlotte Boström (Cadrezzate), Pernille Brandt (Besozzo), Olivier Breas (Ranco), Norbert Brinkhof (Besozzo), Norbert Brinkhoff-Button (Ranco), Marco Broglia (Cernusco sul Naviglio, l-Italja), Davide Brunella (Varese), Bruno Brunori (Besozzo), Roberto Brunotti (Ispra), Philippe Buchet (Biandronno, l-Italja), Barbara Bulgarelli (Taino), Armin Burger (Brebbia), Janice Cake (Malgesso, l-Italja), Philip Cake (Malgesso), Francesco Calcerano (Brebbia), Erika Caldarozzi (Laveno Mombello, l-Italja), Maria Paula Caldeira Guimaraes (Luvinate, l-Italja), Luisa Calì (Ispra), Luigi Calzolai (Gavirate), Cecilia Campo (Brebbia), Jose Cancelinha (Varese), Daniela Cancellieri (Besozzo), Pierluigi Canevari (Brebbia), Elisabetta Canuti (Caravate, l-Italja), Natale Cao (Ispra), Valerio Capelli (Angera), Philippe Caperan (Ranco), Guiseppina Carabellò (Varese), Manuela Carcano (Besozzo), Giancarlo Carnielli (Gavirate), Massimo Carriero (Ranco), Eda Carriero (Cadrezzate), Folco Casadei (Barasso, l-Italja), Juan Casado Poblador (Varano Borghi), Silvia Casati (Angera), Anna Casè (Angera), Roberto Cattalini (Cadrezzate), Fabrizia Cavalli (Angera), Mauro Caviglia (Sesto Calende), Mario Centurelli (Travedona Monate), Alessandra Cerutti (Laveno Mombello), Jean-Marc Chareau (Monvalle), Diana Charels (Cocquio Trevisago, l-Italja), Fiorella Chennaux (Ranco), Michael Cherlet (Leggiuno, l-Italja), Frans M. Christensen (Taino), Laura Ciafre’ (Monvalle), Ewa Ciesielska (Ispra), Francis Clement (Leggiuno), Sandra Coecke (Varese), Giacomo Cojazzi (Ispra), Angelo Collotta (Ispra), Ambrogio Colombo (Lonate Pozzolo, l-Italja), Rinaldo Colombo (Angera, l-Italja), Michele Conti (Angera), Valeria Contini (Cadrezzate), Maida Contini (Leggiuno), Stephane Cordeil (Besozzo), Johannes Bonefatius Comelissen (Cerro di Laveno, l-Italja), Raffaella Corvi (Varese), Loredana Costantini-Barresi (Besozzo), Philip Costeloe (Varese), Giulio Cotogno (Rovellasca, l-Italja), Constantin Coutsomitros (Ranco), Raymond Crandon (Monvalle), Marino Crivelli (Gavirate), Yves Robert Crutzen, (Ranco), Una Cullinan (Malgesso), Leopoldo Da Silva Pestana (Ispra), Felice DaI Bosco (Leggiuno), Carla DaI Molin D’Alessio (Orino), Francesco D’Alberti (Brebbia), Gianfranco De Grandi (Ispra), Johannes De Lange (Bardello, l-Italja), Arie De Roo (Besozzo), Gaetano De Vita (Ispra), Gerhard De Vries (Ispra), Luc Dechamp (Monvalle), Massimo Della Rossa (Besozzo), Alessandro Dell’Acqua (Carnago, l-Italja), Franciscus Dentener (Caravate), Marc Detry (Brebbia), Claudio Devisoni (Ispra), Wim Devos (Castelveccana, l-Italja), Lorenzo Di Cesare (Monvalle), Fabiana Di Fabio (Cocquio Trevisago), Michele Di Franco (Palermo, l-Italja), Pietro Di Maggio (Ispra), Luisa Diez (Ispra), Hendrik Doerner (Varese), Soledad Dominguez (Travedona Monate), Tijmen Doppenberg (Besozzo), Fernando Manuel Dos Santos Marques (Ispra), Kevin Douglas (Brebbia), Pascal Dransart (Ispra), Ioannis Drossinos (Azzio, l-Italja), Jean-Noël Druon (Cadrezzate), Matthew Duane (Angera), Gregoire Dubois (Angera), Janja Dugar (Leggiuno), Thierry Dujardin (Osmate, l-Italja), Ewan Duncan Dunlop (Vergiate, l-Italja), Torbjon Dyngeland (Malgesso), Zdzislav Dzbikowicz (Taino), Alexander Nicolaas Ebbeling (Monvalle), Patrizia Ebbeling Cerreoni (Monvalle), Andrée Ebser (Porto Valtravaglia), Robert Edwards (Ispra), Adriaan Eeckels (Bardello), Daniele Ehrlich (Malborghetto, l-Italja), Filippo Elio (Gavirate), Federico Ereno (Osmate), Josè Esteves (Varese), Luciano Fabbri (Pioltello, l-Italja), Natale Faedda (Ispra), Henrique Fattori (Gavirate), Carlo Ferigato (Baveno, l-Italja), Fernando Fernandez Espinosa (Ispra), Manuel Ferreira (Laveno Mombello), Michael Field (Besozzo), Jorge Manuel Figueiredo Morgado (Varese), Roberto Fioravazzi (Ispra), Luca Fiore (Varese), Gianluca Fiore (Varese), Christian Folco (Ranco), Claudio Fontanella (Besozzo), Vittorio Forcina (Ranco), Marie-Christine Forment (Bregano, l-Italja), Fausto Forni (Brebbia), Marina Forte, (Varese), Patrizia Forti (Malgesso), Susanne Fortunato (Besozzo), Romuald Franielczyk (Ispra), Alberto Franzetti (Taino), Fabio Fratino (Besozzo), Marco Luca Frattini (Varese), Santino Frison (Taino), Claudia Fuccillova (Bregano), Karen Fullerton (Sangiano), Salvatore Furfaro (Taino), Alberto Fusari (Malgesso), Nathalie Galfre’ Dumont (Varese), Roberto Galleano (Besozzo), Francisco Javier Gallego Pinilla (Laveno-Mombello, l-Italja), Ana Gallego Romero (Barasso), Paola Galmarini (Tradate, l-Italja), Stefano Galmarini (Porto Valtravaglia), Marco Galparoli (Tradate), Anabela Galvao Saraiva (Ranco), Gino Gangale (Caravate), Maurizio Garbin (Comignago, l-Italja), Garcia Luis Garcia Centeno (Ispra), Teofilo Garcia Domingo (Varese), Maurizio Gastaldello (Casciago), Simone Gatti (Milano), Bernd Manfred Gawlik (Saarbrücken, il-Ġermanja), Marco Gemelli (Massino Visconti, l-Italja), Cristina Gemo (Varese), Tommaso Genovese (Cocquio Trevisago), Michel Gerboles (Gavirate), Stefania Gerli (Comerio, l-Italja), Eugenio Gervasini (Varese), Alessia Ghezzi (Varese), Michela Ghiani (Laveno M., l-Italja), Georgios Giannopoulos (Taino), Peter Neil Gibson (Ispra), Sabrina Gioria (Veruno, l-Italja), Raimondo Giuliani (Bologna, l-Italja), Davide Giussani (Leggiuno), Marusca Gnecchi (Gavirate), Joao Gonçalves (Orino), Eddy Gorts (Varese), Caterina Gozzi (Ranco), Jean-Marie Gregoire (Besozzo), Claudius Griesinger (Orino), Carsten Gruenig (Leggiuno), Claude Guillou (Ispra), Jean-Philippe Guisset (Comerio), Laurence Guy-Mikkelsen (Angera), Maria Elizabeth Halder (Besozzo), Stamatia Halkia (Varese), George Ranke (Ranco), Philippe Hannaert (Cittiglio), Isabelle Hariga (Brebbia), Carina Henriksson (Vernazza, l-Italja), Pierette Henuset Chambefort (Besozzo), Francisco Javier Hervas de Diego (Ispra), Michel Hick (Besozzo), Jens Liengaard Hjorth (Laveno Mombello), Eddo J. Hoekstra (Leggiuno), Johann Hofberr (Laveno Mombello), Marc Charles Hohenadel (Azzate, l-Italja), Uwe Holzwarth (Taino), Wijbe Horstmann (Ispra), Tania Huber (Cadrezzate), Philippe Hubert (Besozzo), Bogdan Ionescu (Reno di Leggiuno), Henrique Jaecques (Ranco), Kathleen James (Angera), Annett Janunsch Roi (Laveno Mombello), Dominique Jassogne (Angera), Niels Roland Jensen (Ispra), Francesco Joudioux (Varese), Ilmo Kalkas (Cadrezzate), Kristina Kalkas (Cadrezzate), Ioannis Kannellopoulos (Besozzo), Simon Kay (Besozzo), Robert Kenny (Cittiglio), Hervè Kerdiles (Monvalle), Raoul Kiefer (Varese), Françoise Kievits (Luvinate), Agnieszka Kinsner Ovaskainen (Travedona Monate), Manfred Kohl (Cadrezzate), Jan Kozempel (Uhersky Brod, ir-Repubblika Ċeka), Elisabeth Krausmann (Angera), Pascal Kupper (Brebbia), Jurgita Kurganiene (Ispra), Donato Lacerenza (Ternate, l-Italja), Salvatore Laganga (Ispra), Friedrich Lagler (Besozzo), Izabella Lahodynsky (Leggiuno), Gaston Francisco Lanappe (Varese), Ingrid Langezaal (Orino), Eric Yann Lazarus (Ispra), Peter Lazzari (Laveno Mombello), Philippe Le Lijour (Leggiuno), Bernadette Legros (Taino), Massimo L’Episcopo (Ispra), Dominique Leriche (Laveno Mombello), Dominique Lesueur (Varese), An Lievens (Brebbia), Amin Lievens (Angera), Jacobus Ligthart (Luino, l-Italja), Jens Patrick Linge (Gavirate), Giovanni Locoro (Lonate Ceppino, l-Italja), Per Andreas Loekkemyhr (Brebbia), Giovanna Lombardo (Besozzo), Robert Loos (Laveno Mombello), Maciej Lopatka (Angera), Francisco Lopes (Brebbia), Manuel Lozano (Sesto Calende), Luigi Lunardi Bizzarri (Bregano), Shirley Lutz (Ispra), Egidio Macavero (Ispra), Giovanni Macchi (Gavirate), Girolamo Maddi (Laveno Mombello), Carmela Maddi Brunoni (Malgesso), Georges Magonette (Besozzo), Vincent Mahieu (Brussell, il-Belġju), Giuseppe Angelo Mainardi (Brovello Carpugnino, l-Italja), Sergio Mainetti (Ispra), Francesca Malgaroli (Paruzzaro, l-Italja), Rosemarie Marabelli (Gavirate), Barbara Marchetti (Brenta, l-Italja), Giulio Mariani (Ispra), Alessandro Marotta (Varese), Sebastiao Martins Dos Santos (Cittiglio), Osvaldo Mattana (Lavena Ponte Tresa, l-Italja), Philippe Mayaux (Laveno, l-Italja), Matteo Mazzuccato (Legnano, l-Italja), Wolfgang Mehl (Angera), Frederic Melin (Taino), Katia Menegon (Montebelluna, l-Italja), Giovanni Mercurio (Varese), Eva Merglova (Laveno Mombello), Giuseppe Merlo (Cerretto Langhe, l-Italja), Fabio Micale (Ispra), Roberto Miglini (Monvalle), Anne Milcamps (Gavirate), Pascal Millan (Varese), Michel Millot (Orino), G. Franco Minchillo (Varese), Apollonia Miola (Varese), Silvana Mistri (Brebbia), Javier Molina Ruiz (Osmate), Umberto Montaretto Marullo (Castel Rozzone, l-Italja), François Montigny (Barasso), Giuseppe Morelli (Besozzo), Sergio Mota (Ispra), Paolo Mozzaglia (Ranco), Friedrich Muehlbauer (Varese), Harald Muellejans (Induno Olona, l-Italja), Sharon Munn (Besozzo), Rino Tiziano Nangeroni (Malgesso), Luciano Nannucci (Ranco), Vito Nardo (Angera), Fabrizio Natale (Gavirate), Paul Nauwelaers (Casciago), Remedios Navas Castro (Cocquio Trevisago), Paolo Negro (Sesto Calende), Francesca Neviani (Varese), Nicholas Charles Nicholson (Laveno Mombello), Birgit Nickel (Monvalle), George Nicol (Cuvio), Tonny Nielsson (Taino), Hans Nieman (Brebbia), Ole Norager (Laveno Mombello), Jean-Pierre Nordvik (Cocquio Trevisago), Francesco Noseda (Leggiuno), Gianni Novello (Cominago, l-Italja), Leo Nykjaer (Laveno Mombello), Franco Oliveri (Genova, l-Italja), Marco Ooms (Sesto Calende), Marie Oskarsson (Leggiuno), Juha Ovaskainen (Travedona Monate), Ramona Pagnottaro (Parma, l-Italja), Rita Paiola (Ranco), Sazan Pakalin (Varese), Panagiotis Panagos (Monvalle), Arrigo Panizza (Brebbia), Antonio Pannunzio (Besozzo), Rana Pant (Leggiuno), Bruno Paracchini (Ispra), Sergio Paris (Azzio), Alberto Paris (Taino), Rosanna Passarella (Laveno Mombello), Marco Pastori (Brugherio, l-Italja), Alexandre Patak Dennstedt (Sangiano), Valerio Pedroni (Besozzo), Paolo Peerani (Caravate), Pierre Pegon (Varese), Paolo Pellegrini (Ghiffa, l-Italja), Grazia Pellegrini (Brebbia), Rogerio Peralta (Gavirate), Domenico Perrotta (Malnate, l-Italja), Ugo Pesee (Cadrezzate), Georg Peter (Castelletto Ticino, l-Italja), Paola Piccinini (Torino), Fabio Pieri (Vasanello, l-Italja), Ronald Piers de Raveshoot (Leggiuno), Tiziano Pinato (Besozzo), Gregor Pinski (Castelletto Ticino), Giuliano Pirelli (Lecce, l-Italja), Antonio Piscia (Cadrezzate), Paolo Pizziol (Varese), Maria Carmen Pombo Lopez (Casciago), Wietse Post (Taino), Jesus Felix Pozuelo Moreno (Varese), Marsia Pozzato (Sesto Calende), Steven Price (Taino), Pilar Prieto Peraita (Angera), Gioacchino Puccia (Besozzo) Michel Quicheron (Angera), Maria-Antonella Rafaele (Bregano), Alessandra Ravagli (Varese), Diana Rembges (Travedona Monate), Graziano Renaldi (Porto Ceresio, l-Italja), Fabiano Reniero (Taino), Patrice Richir (Leggiuno), Alessandra Rigamonti (Arcisate, l-Italja), Maurizio Ristori (Comerio), Luca Riva (Besozzo), Paolo Roggeri (Travedona Monate), Francesco Rossi (Veruno), François Rossi (Cittiglio), Carlo Rovei (Leggiuno), Mauro Roveri (Taino), Espedito Ruotolo (Ispra), Pasquale Salvatore (Angera), Francesco Salvi (Angera), Ilario Santangelo (Osmate), Juan Jose Sanz Ortega (Besozzo), Juan Ignacio Saracho (Ranco), Gianpio Sartorio (Cadrezzate), Antonio Scanga (Dumenza, l-Italja), Rita Scardigli (Ispra), Stefan Scheer (Caravate), Hans Guenther Schneider (Laveno Mombello), Christiane Schwartz (Varese), Dario Scotto (Varese), Mirco Sculati (Angera), Arcadio Segura Arnau (Ispra), Gianfranco Selvagio (Gallarate, l-Italja), Fabrizio Sena (Ispra), Chiara Senaldi (Somma Lombardo), Natalia Serra Francisco (Brebbia), René Seynaeve (Besozzo), David Shaw (Cittiglio), Christos Siaterlis (Taino), Gilles Siccardi (Ispra), Anna Maria Silvano (Casciago), Federica Simonelli (Besozzo), Maria Carmen Simonetta (Sesto Calende), Susanna Simonetta (Sesto Calende), Philippe Simons (Sesto Calende), Helle Skejo (Orino), Birgit Sokull-Kluettgen (Ranco), Piero Soldo (Cadrezzate), Pere Soler Legresa (Besozzo), George Solomos (Barasso), Michel Sondag (Ispra), Sandra Sottocorno (Ispra), Peter Spruyt (Castelveccana), Valeria Staltari (Laveno Mombello), Hermann Stamm (Castelveccana), Hans Jürgen Stibig (Freiburg, il-Ġermanja), Nikolaos Stilianakis (Varese), Adolf Stips (Besozzo), Elena Stringa (Besozzo), Peter Strobl (Besozzo), Marinus Stroosnijder (Cittiglio), Marco Stuani (Cadrezzate), Luc Suetens (Leggiuno), Ewelina Sujka (Varese), Carmen Helena Suleau (Monvalle), Fabio Tamborini (Sesto Calende), Cristina Tarabugi (Cadrezzate), Pietro Tarateo (Comabbio), Vittorio Tarditi (Galliate Lombardo, l-Italja), G. Piero Tartaglia (Varese), Adrien Taruffi (Leggiuno), Fabio Taucer (Milano), Simona Tavazzi (Ispra), Nigel Georg Taylor (Varese), Roberto Tedeschi (Gavirate), Pierluigi Tenuta (Cadrezzate), An Thijs (Bardello), Mary Claude Thiriat (Ispra), Lionel Thoquer (Leggiuno), Philippe Thunis (Besozzo), Friedemann Timm (Castelveccana), Paolo Timossi (Arquata Scrivia, l-Italja), Daniel Tirelli (Taino), Salvatore Tirendi (Travedona Monate), Charles Edouard Tixier (Ranco), Daniela Toccafondi (Ispra), Andrea Tognoli (Varese), Pilade Tonini (Ispra), Katalin Toth (Cittiglio), Jutta Triebe (Varano Borghi), Georgios Tzamalis (Ateni, il-Greċja), Enrico Vaccarezza (Mercallo, l-Italja), Ioannis Vakalis (Luvinate), Nadia Valentini (Varese), Angelo Valli (Biandronno), Massimo Valsesia (Paruzzaro), Geertruida Van Os (Varese), Diederik Van Regenmortel (Leggiuno), Serge Vanacker (Besozzo), Sabrina Vanelli (Vergiate), Ludo Vanvolsem (Halle, il-Belġju), Antonio Vargiu (Cagliari, l-Italja), Roberto Vasselli (Varese), Patricia Vedovatto (Besozzo), Stefano Venanzi (Bologna), Stefano Venturini (Brenta), Jean Verdebout (Ixelles, il-Belġju), Cristina Versino (Varese), Ana Lisa Vetere Arellano (Taino), Christina Vlassis (Taino), Vincenzo Vocino (Varese), Jürgen Vogt (Brebbia), Massimiliano Voinich (Besozzo), David Walker (Ranco), Uwe Weng (Besozzo), Helmuth Willers (Besozzo), Ulrike Winter (Ispra), Clemens Wittwehr (Laveno Mombello), Jan Wollgast (Travedona Monate), Maureen Wood (Cuveglio, l-Italja), Nikolaos Zampoukas (Sesto Calende), Marco Zanni, (Sovere, l-Italja), Giuseppe Zibordi (Gavirate), Carlo Zonca (Arona, l-Italja), Salvatore Zoppeddu (Sangiano), Antonio Zorzan (Leggiuno) et Valerie Zuang (Casciago) (rappreżentanti: S. Orlandi, D. Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

taqta’ u tiddeċiedi,

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013, Chris Van der Aat et vs Il-Kummissjoni (Kawża F-111/11), hija annullata;

tiddeċiedi l-kawża mill-ġdid,

taqta’ u tiddeċiedi,

l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Manwal tal-Metodoloġija msemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007, tal-11 ta’ Diċembru 2007, huma illegali;

l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal f’Varese għal 92.3, huwa illegali;

id-deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment tar-rendikont tar-remunerazzjoni tal-appellanti fuq il-bażi tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-belt ta’ Varese msemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010, huma annullati;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, tagħhom l-appellanti jinvokaw l-aggravji sussegwenti.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, matul l-eżami tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, wettaq żball ta’ liġi meta ddeċieda li l-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha għal riferiment għar-Regolament Nru 1239/2010 (1) sabiex timmotiva d-deċiżjoni li jiġi applikat koeffiċjent ta’ korrezzjoni mnaqqas b’4.8 punti perċentwali għal 92.3 % għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-appellanti assenjati f’Varese, filwaqt li l-Kummissjoni kellha rwol determinanti fl-iffissar tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni meta evalwat l-istatistika u l-metodu użat sabiex jiġu ffissati dawn il-koeffiċjenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma applikatx biss att ta’ portata ġenerali mingħajr ma eżerċitat setgħa diskrezzjonali (fir-rigward tal-punti 27 u 28 tas-sentenza appellata).

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, matul l-eżami tal-motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti, wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-Kummissjoni ma kellha ebda obbligu li tikkomunika l-informazzjoni mitluba mir-rappreżentanti tal-persunal, membri tal-“grupp tekniku ta’ remunerazzjoni” (GTR), sussegwentement mill-appellanti, bi tweġiba għall-ilment tagħhom. L-appellanti sostnew fost affarijiet oħra li:

b’dan il-mod, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b’mod partikolari injora n-natura tal-miżuri kkontestati, il-proċedura kumplessa tal-iffissar tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni li tiġġustifika t-twaqqif ta’ GTR, l-eżistenza stess ta’ dan il-GTR u s-suġġett tal-proċedura prekontenzjuża;

il-proċedura rakkomandata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li għandha bħala riżultat li l-partijiet ikkonċernati għandhom jippreżentaw talba għall-aċċess għad-dokumenti barra mill-GTR u li għandhom japplikaw rimedji ġudizzjarji li japplikaw għalihom, tikser id-dritt għal rimedju effettiv minħabba t-terminu li fih l-aċċess għad-dokumenti jista’ jinkiseb u minħabba li l-analiżi ta’ data teknika tkun diffiċli li tiġi effettwata mill-mijiet ta’ membri tal-persunal li huma individwalment ikkonċernati;

din il-pożizzjoni tinjora wkoll l-“effett utli” tat-twaqqif ta’ GTR u n-natura lex specialis tar-rimedji ġudizzjarji li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex koeffiċċjent ta’ korrezzjoni li jaffettwa r-remunerazzjoni jiġi kkontestat.

(3)

It-tielet aggravju bbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, matul l-eżami tal-motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, wettaq żball ta’ liġi:

meta ddeċieda li d-differenza bejn l-għoli tal-ħajja f’Brussell u f’Varese, minn naħa, u t-tnaqqas tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ta’ Varese stabbilit mir-Regolament Nru 1239/2010, min-naħa l-oħra, ma kinitx biżżejjed biex tiġi konkluża l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u

meta talbet li l-appellanti jipprovdu data oħra li tkun rilevanti u preċiża bħal dik li tiddisponi minnha biss il-Kummissjoni waqt li l-ġurisprudenza kienet biss teħtieġ il-produzzjoni ta’ sensiela ta’ “indizji” li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala provi sabiex taqleb l-oneru tal-prova u l-preżunzjoni tal-legalità tal-koeffiċjent ikkontestat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (ĠU L 338, p. 1).


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/12


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Elmaghraby u El Gazaerly vs Il-Kunsill

(Kawża T-319/13)

2013/C 245/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby (il-Kajr, l-Eġittu) u Naglaa Abdallah El Gazaerly (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, M. Lester, Barrister, u M. O’Kane, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 82, p. 54);

tħassar l-allegazzjonijiet li jgħidu li kull rikorrent huwa responsabbli għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u huwa suġġett ta’ investigazzjoni ġudizzjarja fl-Eġittu; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jagħti motivazzjoni xierqa jew suffiċjenti għad-deċiżjoni tiegħu li jinkludi wieħed mir-rikorrenti fil-miżuri tal-2013.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest meta kkunsidra li l-kriterju sabiex jinkludi wieħed mir-rikorrenti fil-miżuri kien issodisfatt, sa fejn l-lista tal-ismijiet tar-rikorrenti ma għandha l-ebda bażi legali jew fattwali.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni tad-data bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (1) u tad-Direttiva 95/46/KE (2).

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma pproteġiex d-drittijiet għad-difiża tar-rikorrenti u lanqas d-dritt tagħhom għal rimedju ġudizzjarju effettiv.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħhom għal protezzjoni tal-proprjetà tagħhom, tan-negozju tagħhom u tar-reputazzjoni tagħhom.


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data.

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/12


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2013 — BT Limited Belgian Branch vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/13)

2013/C 245/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BT Limited Belgian Branch (Diegem, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Leeson, Solicitor, u C. Stockford, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni nnotifikata lir-rikorrenti fid-19 ta’ April 2013, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ristrettiva DIGIT/R2/PR/2011/039 u li tagħti l-kuntratt lill-offerent ieħor;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;

sussidjarjament, taħtar espert indipendenti responsabbli li jevalwa l-osservanza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt mill-offerta tal-offerent l-ieħor u li tissospendi d-deċiżjoni tagħha sakemm l-espert maħtur jagħti lura r-rapport tiegħu; sussegwentement, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (“DIGIT”) u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

fil-każ fejn id-DIGIT tiffirma l-kuntratt Servizzi Trans Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet tal-ġenerazzjoni l-ġdida (TESTA-ng), tordna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu li hija ġarrbet minħabba d-deċiżjoni illegali tad-DIGIT.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-DIGIT kisret il-prinċipju ta’ trasparenza kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni previsti fl-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju (1) u fl-Artikolu 296 TFUE. Dan minħabba l-fatt li — peress li l-awtorità kontraenti kienet ħbiet b’mod eċċessiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerent l-ieħor — BT ma kellhiex il-possibbiltà li tivverifika jekk l-awtorità kontraenti kinitx għamlet evalwazzjoni ġusta tal-offerta magħżulha.

Iktar minn hekk, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li d-DIGIT naqas milli jagħti motivazzjoni suffiċjenti għall-ħabi ta’ partijiet importanti tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerta tal-offerent l-ieħor, u, it-tieni nett, li meta d-DIGIT pprovda motivi, dawn il-motivi ma kinux ammissibbli.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-metodu ta’ evalwazzjoni tad-DIGIT għall-evalwazzjoni tal-offerti jikser l-prinċipji ġenerali — inkluż il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ġust u indaqs — applikabbli għall-proċedura tas-sejħa għal-offerti pubbliċi. B’mod partikolari, il-fatt li i) it-tabella tal-marki tad-DIGIT ma kinitx ġiet ippubblikata minn qabel u li ii) l-istruttura insolita tiegħu pprovdiet lill-offerent l-ieħor vantaġġ illegali.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-kummenti tad-DIGIT li jidhru fir-rapport ta’ evalwazzjoni kif ukoll fin-noti korrispondenti mogħtija lill-offerta tal-offerent l-ieħor huma inkonsistenti. Dawn il-kontradizzjonijiet jivvizzjaw id-deċiżjoni, peress li huma jrendu l-motivazzjoni tad-deċiżjoni nulla.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-DIGIT aċċetta l-offerta ta’ offerent ieħor minkejja l-fatt li l-prezz li kien straordinarjament baxx kellu jinkoraġġixxih jelimina din l-offerta mill-proċedura. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tafferma li dan il-motiv xorta jibqa’ b’saħħtu minkejja d-dikjarazzjoni tad-DIGIT li tgħid li huwa kien eżamina din l-offerta fid-dawl tar-regoli dwar l-offerti li huma straordinarjament baxxi. Riferiment ġenerali għal-leġiżlazzjoni applikabbli ma tistax tissostitwixxi motivazzjoni adegwata tar-raġunijiet li għalihom, fid-dawl tal-analiżi tiegħu, id-DIGIT madankollu xorta ddeċieda li ma jeliminax din l-offerta mill-proċedura.

Sussidjarjament għal dawn il-motiv, ir-rikorrenti tafferma li l-prezz propost mill-offerent l-ieħor fl-offerta tiegħu ma huwiex reali u ma jikkorrispondix għal offerta li tosserva l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. F’dan ir-rigward, BT titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex taħtar espert indipendenti biex jiddetermina jekk l-offerta inkwistjoni tosservawx effettivament ċerti elementi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija vvizzjata minħabba l-fatt li l-valur tal-kuntratt ikkalkolat f’dan id-dokument ma huwiex akkumpanjat minn motivazzjoni suffiċjenti.

(6)

Is-sitt motiv, bbażat fuq il-fatt li d-DIGIT ma għandux il-kompetenza sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-fatt li huwa ma għandux is-setgħat ta’ delega rikjesti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/13


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA

(Kawża T-340/13)

2013/C 245/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Federación Española de Hostelería (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. del Nogal Méndez u R. Fernández Flores, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, awdjoviżwal u kultura” (EACEA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-att 2007-19641 134736-LLP-I-2007-1-ES -leonardo-LMP;

sussidjarjament, tordna r-restituzzjoni lir-rikorrenti tad-dokumenti mid-data li fiha l-awdituri bagħtuhom f’indirizz żbaljat, sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ tifformula l-allegazzjonijiet rilevanti;

sussidjarjament, tordna t-tnaqqis tal-ħlas lura mitlub, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-onorarji professjonali u spejjeż oħra li rriżultaw minħabba din il-proċedura;

tordna li l-Kummissjoni tħallas lura s-somom irċevuti kif ukoll l-interessi moratorji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-proċedura stabbilita.

huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li l-komunikazzjonijiet imwettqa fuq il-bażi tar-rapport ta’ awdituri kienu ġew trażmessi lil terz barrani li ma kellu ebda relazzjoni stabbilita bejn ir-rikorrenti u l–Aġenzija Eżekuttiva, konvenuta.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.

Huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni ta’ rkupru ma ġietx immotivata suffiċjentement fid-dritt, peress li l-Aġenzija Eżekuttiva sempliċement ittrażmettiet lir-rikorrenti n-nota ta’ debitu, flimkien mar-rapport tal-awdituri.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li r-rikorrenti qatt ma setgħet, matul il-proċedura amministrattiva, turi l-fehma tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti allegati u fuq id-dokumenti kollha li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni sabiex tibbaża l-allegazzjoni tagħha dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

huwa sostnut, f’dan ir-rigward, li minn Diċembru 2009, data ta’ konklużjoni tal-kuntratt, sa April 2013, l-Aġenzija Eżekuttiva qatt ma kienet uriet in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-modalitajiet ta’ żvilupp u ta’ eżekuzzjoni tal-proġett.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter.

huwa affermat, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni ma informatx lir-rikorrenti bil-fatti li jistgħu jiġu akkużati lilha, u li hija ma tathiex l-opportunità li tinstema’ qabel ma adottat is-sanzjoni.

(6)

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/14


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 — CN vs Il-Parlament

(Kawża T-343/13)

2013/C 245/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew iħallsu lir-rikorrent is-sommaa’ EUR 1 000 għad-danni materjali mġarrba, flimkien mal-interessi kkalkolati bir-rata ta’ 6,75 %;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew iħallsu lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 40 000 għad-danni morali mġarrba, flimkien mal-interessi kkalkolati bir-rata ta’ 6,75 %;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors CN, ex uffiċjal tal-Kunsill bil-pensjoni, ifittex li jikseb kumpens għad-danni materjali u morali mġarrba wara l-pubblikazzjoni fis-sit internet istituzzjonali tal-Parlament Ewropew, aċċessibbli anki minn barra, ta’ silta minn petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fejn kienet tidher serje ta’ data personali fosthom anki informazzjoni dwar l-istat ta’ saħħa tiegħu u l-preżenza fil-familja tiegħu ta’ persuna b’diżabbiltà.

It-tixrid tad-data allegatament sar b’mod wiesa’, jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li jekk issir riċerka fuq l-isem tar-rikorrent fil-mutur ta’ riċerka Google kien possibbli li tinstab is-silta mill-petizzjoni ppubblikata mill-Parlament.

Minkejja t-talba tar-rikorrent, il-Parlament ma rtirax il-pubblikazzjoni tad-data personali u għamel dan biss iktar tard wara l-intervent ta’ avukat.

Insostenn tal-illegittimità tal-aġir tal-Parlament Ewropew ir-rikorrent jinvoka:

(1)

il-ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

(2)

il-ksur tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

(3)

il-ksur tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, adottata fit-13 ta’ Diċembru 2006 u rratifikata mill-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Diċembru 2010;

(4)

il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/15


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Construcción, Promociones e Instalaciones vs UASI — Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales (CPI COPISA INDUSTRIAL)

(Kawża T-345/13)

2013/C 245/18

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Construcción, Promociones e Instalaciones, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales, SL (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 1935/2012-2, li tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 600 313“CPI COPISA INDUSTRIAL” (MIXTA), b’impożizzjoni tal-ispejjeż fuq il-konvenut kif ukoll, jekk ikun il-każ, fuq l-intervenjenti, jekk hija tintervjeni fil-kawża u topponi r-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “CPI COPISA INDUSTRIAL” għal servizzi fil-klassi 37 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 600 313

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali figurattiva bl-elementi verbali “Cpi construcción promociones e instalaciones, s.a.” u r-reġistrazzjoni nazzjonali tan-numru kummerċjali Nru 85 647“Construcción, Promociones e Instalaciones, S.A. — C.P.I.” għal servizzi fil-klassi 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/15


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/13)

2013/C 245/19

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Khalkias, X. Basakou u A. Vasilopoulou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), innotifikata taħt id-dokument Numru C(2013) 2436 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, ĠU L 123, p. 11, sa fejn din tirrigwarda r-Repubblika Ellenika; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rigward tal-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), innotifikata taħt id-dokument Numru C (2013) 2436 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali (ĠU L 123, p. 11), sa fejn din id-deċiżjoni timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja fl-ammont totali ta’ EUR 6 175 094,49 għal nefqa sostnuta minnha fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, fl-Assi 2, 2007-13, miżuri marbuta maż-żona fis-snin finanzjarji 2009 u 2010 (snin tat-talba 2008 u 2009), ir-Repubblika Ellenika tissottometti dawn il-motivi għall-annullament:

Permezz tal-ewwel motiv għall-annullament, ir-Repubblika Ellenika tissottometti li d-deċiżjoni hija nieqsa minn bażi legali u minn motivazzjoni fir-rigward tar-rata fissa ta’ korrezzjoni proposta ta’ 5 % peress li l-kontrolli fuq il-post li saru fir-rigward tal-impenji kollha meħuda ma sarux fuq il-pakketti agrikoli kollha msemmija fl-applikazzjonijiet għal għajnuna għas-snin rilevanti għall-investigazzjoni.

Permezz tat-tieni motiv għall-annullament, ir-Repubblika Ellenika ssostni li d-deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ rata fissa ta’ korrezzjoni ta’ 2 % minħabba l-konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fit-traċċabbiltà tar-rapporti ta’ kontroll tal-AEM b’mod ġenerali, bi ksur tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004 (1), ġiet adottata b’mod żbaljat fir-rigward tal-fatti u, fi kwalunkwe każ, ma ngħatawx raġunijiet għad-deċiżjoni.

Permezz tat-tielet motiv għall-annullament, ir-Repubblika Ellenika tasserixxi li d-deċiżjoni hija nieqsa minn bażi legali u minn motivazzjoni fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ rata fissa ta’ korezzjoni ta’ 2 % fl-oqsma separati tal-“Biedja Organika” u tal-“Produzzjoni Organika tal-Bhejjem”, peress li, minbarra li wettqet, kif ġie pprovat fil-proċedura, kontrolli speċifiċi marbuta mal-miżuri inkwistjoni minn korpi speċjalizzati u akkreditati ta’ kontroll tal-uċuħ tar-raba’ organiċi, l-Aġenzija għall-Ħlas kienet marbuta twettaq il-kontrolli tagħha.

Permezz tar-raba’ motiv għall-annullament, ir-Repubblika Ellenika tissottometti li r-rata fissa ta’ korrezzjoni ta’ 5 % tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ċerti impenji u, speċifikament, dawk marbuta mal-użu ta’ fertilizzant, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, pestiċidji jew sustanzi relatati oħra huma kkontrollati biss viżwalment. Ir-raġunijiet mogħtija għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni huma insuffiċjenti jew altrimenti kontradittorji.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).