ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.242.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 242

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
23 ta' Awwissu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 242/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 242/02

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9)

2

2013/C 242/03

Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2)

13

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 242/04

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

17

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Awwissu 2013

2013/C 242/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3323

JPY

Yen Ġappuniż

131,45

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,85505

SEK

Krona Żvediża

8,6890

CHF

Frank Żvizzeru

1,2349

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1225

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,738

HUF

Forint Ungeriż

299,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7023

PLN

Zloty Pollakk

4,2416

RON

Leu Rumen

4,4440

TRY

Lira Turka

2,6463

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4813

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3984

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3328

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7049

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7091

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 494,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7713

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1550

HRK

Kuna Kroata

7,5520

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 838,60

MYR

Ringgit Malażjan

4,4172

PHP

Peso Filippin

58,852

RUB

Rouble Russu

44,1750

THB

Baht Tajlandiż

42,687

BRL

Real Brażiljan

3,2513

MXN

Peso Messikan

17,6210

INR

Rupi Indjan

86,4400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/2


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9)

2013/C 242/02

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-KROAZJA

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA–IL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b'servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tat-toroq (BIP)  (1):

(1)

Stara Gradiška,

(2)

Nova Sela.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Županja,

(2)

Gunja,

(3)

Slavonski Šamac,

(4)

Slavonski Brod,

(5)

Jasenovac,

(6)

Maljevac,

(7)

Ličko Petrovo Selo,

(8)

Strmica,

(9)

Kamensko,

(10)

Vinjani Gornji,

(11)

Vinjani Donji,

(12)

Gornji Brgat,

(13)

Klek,

(14)

Zaton Doli.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ferroviji:

(1)

Drenovci,

(2)

Volinja,

(3)

Ličko Dugo Polje,

(4)

Slavonski Šamac,

(5)

Metković.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Hrvatska Kostajnica,

(2)

Užljebić,

(3)

Aržano,

(4)

Orah,

(5)

Čepikuće,

(6)

Prud,

(7)

Metković,

(8)

Mali Prolog,

(9)

Dvor.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-traffiku lokali tal-fruntiera  (2):

(1)

Pašin Potok,

(2)

Bogovolja,

(3)

Lička Kaldrma,

(4)

Bili Brig,

(5)

Aržano Pazar,

(6)

Dvorine,

(7)

Jovića Most,

(8)

Sebišina,

(9)

Slivno,

(10)

Podprolog,

(11)

Unka,

(12)

Vukov Klanac,

(13)

Imotica,

(14)

Slano,

(15)

Hrvatska Dubica,

(16)

Gabela Polje.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA–IL-MONTENEGRO

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b' servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tat-toroq (BIP)  (3):

(1)

Karasovići.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Vitaljina.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA–L-UNGERIJA

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Duboševica,

(2)

Goričan,

(3)

Terezino Polje,

(4)

Donji Miholjac,

(5)

Gola.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ferroviji:

(1)

Koprivnica,

(2)

Kotoriba,

(3)

Beli Manastir.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Goričan II,

(2)

Baranjsko Petrovo Selo.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA–IR-REPUBBLIKATAS-SLOVENZJA

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Macelj,

(2)

Bregana,

(3)

Rupa,

(4)

Plovanija,

(5)

Kaštel,

(6)

Požane,

(7)

Pasjak,

(8)

Jurovski Brod,

(9)

Dubrava Križovljanska,

(10)

Trnovec,

(11)

Mursko Središće,

(12)

Prezid,

(13)

Brod na Kupi,

(14)

Pribanjci,

(15)

Razvor,

(16)

Lupinjak.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ferroviji:

(1)

Savski Marof,

(2)

Šapjane,

(3)

Čakovec,

(4)

Buzet

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Jelovice,

(2)

Bregana Naselje,

(3)

Harmica,

(4)

Mihanović Dol,

(5)

Miljana,

(6)

Hum na Sutli,

(7)

Otok Virje,

(8)

Bukovje.

Punti ta’ qsim tal-fruntiera permanenti għat-traffiku lokali tal-fruntiera  (4):

(1)

Lucija,

(2)

Slum,

(3)

Lipa,

(4)

Prezid II,

(5)

Zamost,

(6)

Blaževci,

(7)

Prilišće,

(8)

Pravutina,

(9)

Obrež,

(10)

Vivodina,

(11)

Kašt,

(12)

Novo Selo Žumberačko,

(13)

Kraj Donji,

(14)

Gornji Čemehovec,

(15)

Draše,

(16)

Plavić,

(17)

Luke Poljanske,

(18)

Mali Tabor,

(19)

Gornja Voća,

(20)

Preseka,

(21)

Sveti Martin na Muri,

(22)

Čabar,

(23)

Cvetlin,

(24)

Banfi.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA–IR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA

Punti ta' qsim ta' fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b'servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tat-toroq (BIP)  (5):

(1)

Bajakovo.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

(1)

Batina.

(2)

Erdut,

(3)

Ilok,

(4)

Principovac,

(5)

Tovarnik,

(6)

Principanovac II

(7)

Ilok II

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ferroviji:

(1)

Tovarnik,

(2)

Erdut.

PUNTI TA' QSIM TAL-FRUNTIERA MAX-XMARA

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku ta' xmara:

(1)

Osijek,

(2)

Slavonski Brod,

(3)

Sisak,

(4)

Vukovar.

PUNTI TA' QSIM TAL-FRUNTIERAMARITTIMA

Punti permanenti ta' qsim tal-fruntiera għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b'servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku marittimu (BIP)  (6):

(1)

Rijeka,

(2)

Ploče.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku marittimu:

(1)

Zadar,

(2)

Šibenik,

(3)

Split,

(4)

Dubrovnik,

(5)

Raša-Bršica.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasportt internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku marittimu:

(1)

Umag,

(2)

Poreč,

(3)

Rovinj,

(4)

Pula,

(5)

Mali Lošinj,

(6)

Korčula,

(7)

Ubli.

Punti ta' qsim tal-fruntiera staġjonali għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku marittimu:

(1)

Umag-ACI Marina,

(2)

Novigrad,

(3)

Sali,

(4)

Božava,

(5)

Primošten,

(6)

Komiža,

(7)

Hvar,

(8)

Vis,

(9)

Stari Grad na otoku Hvaru,

(10)

Vela Luka,

(11)

Cavtat.

PUNTI TA' QSIM TAL-FRUNTIERA TAL-AJRUPORTI

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b'servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tal-ajru (BIP)  (7):

(1)

Zagreb.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ajru:

(1)

Pula,

(2)

Rijeka,

(3)

Zadar,

(4)

Split,

(5)

Dubrovnik,

(6)

Osijek.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku tal-ajru:

(1)

Mali Lošinj,

(2)

Brač.

Kummenti:

Punt ta’ qsim tal-fruntiera permanenti: punt ta’ qsim tal-fruntiera li jinfetaħ 24 siegħa kull ġurnata

Punt ta’ qsim tal-fruntiera staġjonali: punt ta' qsim tal-fruntiera li jinfetaħ mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru (Fil-każ li l-btajjel tal-Għid jibdew qabel l-1 ta' April, il-punt ta' qsim tal-fruntiera msemmi għandu jinfetaħ sebat ijiem qabel il-btajjel tal-Għid).

L-UNGERIJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 229, 23.9.2009

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

L-UNGERIJA–IL-KROAZJA

Fruntieri tal-art

(1)

Barcs–Terezino Polje

(2)

Beremend–Baranjsko Petrovo Selo

(3)

Berzence–Gola

(4)

Drávaszabolcs–Donji Miholjac

(5)

Drávaszabolcs (xmara, fuq rikjesta) (8)

(6)

Gyékényes–Koprivnica (linja ferrovjarja)

(7)

Letenye–Goričan I

(8)

Letenye–Goričan II (triq prinċipali għat-traffiku)

(9)

Magyarboly–Beli Manastir (linja ferrovjarja)

(10)

Mohács (xmara)

(11)

Murakeresztúr–Kotoriba (linja ferrovjarja)

(12)

Udvar–Dubosevica

L-UNGERIJA–IS-SERBJA

Fruntieri tal-art

(1)

Ásotthalom–Backi Vinograd (9)

(2)

Bácsalmás–Bajmok (9)

(3)

Hercegszántó–Bački Breg

(4)

Kelebia–Subotica (linja ferrovjarja)

(5)

Mohács (xmara)

(6)

Röszke–Horgoš (linja ferrovjarja)

(7)

Röszke–Horgoš (linja ferrovjarja)

(8)

Szeged (xmara) (9)

(9)

Tiszasziget–Đjala (Gyála) (9)

(10)

Tompa–Kelebija

L-UNGERIJA–IR-RUMANIJA

Fruntieri tal-art

(1)

Ágerdőmajor (Tiborszállás)–Carei (linja ferrovjarja)

(2)

Ártánd–Borș

(3)

Battonya–Turnu

(4)

Biharkeresztes–Episcopia Bihorului (linja ferrovjarja)

(5)

Csengersima–Petea

(6)

Gyula–Vărșand

(7)

Kiszombor–Cenad

(8)

Kötegyán–Salonta (linja ferrovjarja)

(9)

Létavértes–Scuieni (10)

(10)

Lőkösháza–Curtici (linja ferrovjarja)

(11)

Méhkerék–Salonta

(12)

Nagylak–Nădlac

(13)

Nyírábrány–Valea Lui Mihai (linja ferrovjarja)

(14)

Nyírábrány–Valea Lui Mihai

(15)

Vállaj–Urziceni

L-UNGERIJA–L-UKRAINA

Fruntieri tal-art

(1)

Barabás–Kosino (11)

(2)

Beregsurány–Luzhanka

(3)

Eperjeske–Salovka (linja ferrovjarja)

(4)

Lónya–Dzvinkove (12)

(5)

Tiszabecs–Vylok

(6)

Záhony–Čop (linja ferrovjarja)

(7)

Záhony–Čop

Fruntieri tal-ajru

Ajruporti internazzjonali:

(1)

Budapest Nemzetközi Repülőtér

(2)

Debrecen Repülőtér

(3)

Sármellék

Ajrudromi (joperaw biss fuq rikjest):

(1)

Békéscsaba

(2)

Budaörs

(3)

Fertőszentmiklós

(4)

Győr-Pér

(5)

Kecskemét

(6)

Nyíregyháza

(7)

Pápa

(8)

Pécs-Pogány

(9)

Siófok-Balatonkiliti

(10)

Szeged

(11)

Szolnok

IR-RUMANIJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 77, 5.4.2007

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Fruntieri tal-Ajru

(1)

Henri Coandă Bucharest (13)

(2)

Cluj-Napoca (13)

(3)

Sibiu (13)

(4)

Traian Vuia Timișoara (13)

(5)

Transilvania Târgu Mureș (13)

(6)

George Enescu Bacău (13)

(7)

Mihail Kogălniceanu Constanța (13)

(8)

Satu Mare (14)

(9)

Suceava (14)

(10)

Iași (14)

(11)

Arad (14)

(12)

Baia Mare (14)

(13)

Craiova (14)

(14)

Tulcea (14)

(15)

Aurel Vlaicu Bucharest Băneasa (15)

(16)

Oradea (15)

Fruntieri marittimi

(1)

Constanța

(2)

Constanța Sud-Agigea

(3)

Mangalia

(4)

Midia

Portijiet fuq id-Danubju

(1)

Sulina (17)

(2)

Tulcea (17)

(3)

Galați (17)

(4)

Brăila (18)

(5)

Cernavodă (18)

(6)

Călărași

(7)

Oltenița

(8)

Giurgiu

(9)

Zimnicea

(10)

Turnu Magurele

(11)

Corabia

(12)

Bechet

(13)

Calafat

(14)

Orșova

(15)

Drobeta Turnu Severin

(16)

Moldova Veche

Fruntieri tal-art

L-Ungerija:

(1)

Petea, triq

(2)

Urziceni triq

(3)

Carei, triq

(4)

Valea lui Mihai, ferrovija u triq

(5)

Săcuieni, triq

(6)

Borș, triq

(7)

Episcopia Bihor, triq

(8)

Salonta, ferrovija u triq

(9)

Vărșand, triq

(10)

Curtici, triq

(11)

Turnu, triq

(12)

Nădlac, triq

(13)

Cenad, triq

(14)

Tudor Vladimirescu, triq (RO-LA)

Il-Bulgarija:

(1)

Giurgiu, ferrovija u triq

(2)

Ostrov, triq

(3)

Negru Vodă, ferrovija u triq

(4)

Vama Veche, triq

(5)

Calafat, ferrovija u triq

Is-Serbja:

(1)

Jimbolia, ferrovija u triq

(2)

Stamora Moravița, ferrovija u triq

(3)

Naidaș, triq;

(4)

Porțile de Fier I, triq

(5)

Porțile de Fier II, triq

Il-Moldova:

(1)

Galați, ferrovija u triq

(2)

Oancea, triq

(3)

Fălciu, triq

(4)

Albița, triq

(5)

Iași (Ungheni), triq

(6)

Sculeni, triq

(7)

Stânca, triq

(8)

Rădăuți Prut, triq

L-Ukraina:

(1)

Siret, triq

(2)

Vicșani, triq

(3)

Valea Vișeului, triq

(4)

Câmpulung la Tisa, triq

(5)

Halmeu, ferrovija u triq

(6)

Sighetul Marmației, triq


(1)  Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera.

(2)  Miftuħa kuljum mis-06:00 sal-22:00.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.

(5)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(6)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(7)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(8)  07:00-19:00

(9)  07:00-19:00

(10)  06:00-22:00

(11)  07:00-19:00

(12)  08:00-16:00

(13)  Ċertifikat bħala Ajruport Internazzjonali

(14)  Ċertifikat bħala Ajruport Miftuħ għat-Traffiku Internazzjonali

(15)  Għadu mhux ċertifikat ()

(16)  Il-kwadru legali nazzjonali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili jipprevedi li, b'seħħ mid-data tat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tal-ajru, titjiriet internazzjonali se jitħallew biss lejn/minn ajruporti internazzjonali u okkażjonalment biss lejn/minn ajruporti miftuħa għat-traffiku internazzjonali. L-ajruporti mhux ċertifikati mhux ser jingħataw permess biex joperaw titjiriet lejn/minn pajjiżi terzi.

(17)  Id-Danubju Marittimu

(18)  Id-Danubju 'l ġewwa


23.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/13


Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2)

2013/C 242/03

Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

Il-KROAZJA

Karti tal-identità speċjali

Tip A –   Persunal Diplomatiku u l-membri tal-familja tal-Persunal Diplomatiku

Lewn – aħmar

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip B –   Il-Kapijiet u l-Viċi Kapijiet ta’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom

Lewn – aħdar

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip C –   Uffiċjali Konsulari u l-membri tal-familja tagħhom

Lewn – ikħal

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip D –   Persunal amministrattiv u tekniku, u l-membri tal-familja tagħhom

Lewn – blu jagħti fl-aħdar

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip E –   Membri tal-persunal ta' servizz u l-membri tal-familja tagħhom

Lewn – maġenta

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip F –   Konsli Onorarji

Lewn – isfar

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip G –   Esperti speċjali u l-membri tal-familja tagħhom

Lewn – oranġjo

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip H –   Membri tal-familja barranin, membri tal-familja u persunal tas-servizz privat tal-membru jew tal-Kap tal-Missjoni jew tal-Uffiċċju Konsulari

Lewn – vjola

Quddiem

Wara

Image

Image


Tip I –   Ċittadini Kroati – Kapijiet u Viċi Kapijiet ta’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali

Lewn – kannella

Quddiem

Wara

Image

Image


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/17


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 242/04

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li ssir oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“JAMÓN DE TERUEL”/“PALETA DE TERUEL”

Nru tal-KE: ES-PDO-0217-0987-10.04.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn

2.   Tip ta’ emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi.

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati.

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

3.   Emendi

3.1.   Isem il-prodott

“Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel”

L-isem tal-prodott inbidel biex jinkludi r-referenza “Paleta” (spalla), bħala prodott kopert mill-protezzjoni, sabiex tingħata informazzjoni ċara dwar in-natura tal-prodotti speċifiċi koperti.

L-isem “Paleta de Teruel” huwa isem użat tradizzjonalment mill-konsumaturi fid-domanda tagħhom għall-prodott, b’tali mod li l-inklużjoni tiegħu fil-protezzjoni sempliċement tiggarantixxi dan ir-rikonoxximent. Il-fatt li l-użu tiegħu huwa mifrux jobbliga lill-produtturi jikkummerċjalizzaw dan il-prodott taħt ismijiet li juru l-oriġini tiegħu, u għalhekk l-inklużjoni tiegħu tiżgura l-awtentiċità tal-prodotti koperti li jistgħu jingħataw dan l-isem.

Hemm diversi dokumenti li jiggarantixxu l-użu komuni tal-kelma “Paleta de Teruel”, bħala prodott differenzjat, u jistgħu jinstabu ħafna referenzi, li huma mehmuża b’mod supplimentari ma’ dan id-dokument, f’diversi oqsma:

Storiċi

Kummerċjali

Informattivi

Proġetti ta’ riċerkaturi

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

L-ispalla ppreservata (li ġejja mis-saqajn ta’ quddiem) tiġi inkluża flimkien mal-perżut ippreservat (li ġej mis-saqajn ta’ wara tal-majjal). Kif diġà ġie msemmi, mill-parti ta’ quddiem tal-majjal tiġi prodotta tradizzjonalment l-ispalla ppreservata. Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-ispalla huma totalment simili għal dawk tal-perżut, bl-unika differenza fil-piż u d-daqs tal-biċċa, li huma konsiderevolment iżgħar. F’konformità ma’ dan, fl-ispeċifikazzjoni għandhom jiġu stabbiliti differenzi bejn iż-żewġ prodotti fil-ħin totali tal-ipproċessar u f’dak ta’ kwalunkwe stadju obbligatorju, li jkun inqas fil-każ tal-ispalla. Dan għandu jkun hekk għas-sempliċi raġuni li, peress li hija ta’ daqs iżgħar, il-proċessi tat-tmelliħ, ta’ wara t-tmelliħ, tal-preservazzjoni (tnixxif u maturazzjoni) u tat-tqaddid isiru f’ħin iqsar ukoll. L-inklużjoni tal-ispalla ppreservata fl-ispeċifikazzjonijiet sempliċement issegwi l-linji gwida stabbiliti diġà fid-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini l-oħrajn tal-perżut ippreservat fi Spanja (Guijuelo, Dehesa de Extremadura, Huelva/Jabugo u Los Pedroches), li ġew approvati wara dik ta’ “Jamón de Teruel”.

F’dan il-paragrafu titneħħa r-referenza għall-annimal użat għall-produzzjoni tal-prodott, peress li huwa diġà deskritt fit-taqsima rilevanti dwar il-produzzjoni.

Bil-għan li ssir kjarifika u simplifikazzjoni, jitħassar il-paragrafu li jirreferi għat-trattament jew l-alimentazzjoni mediċinali li ma jipprovdi ebda element ta’ ġustifikazzjoni għad-deskrizzjoni tal-prodott.

Il-prieżet u l-ispalel ippreservati koperti mid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Jamón de Teruel”/“Paleta de Teruel” huma prodotti tal-laħam miksuba wara li s-saqajn ta’ wara u ta’ quddiem tal-majjal isirilhom proċess ta’ tmelliħ, ħasil, stadju ta’ wara t-tmelliħ, preservazzjoni (tnixxif u maturazzjoni) u tqaddid. Dan jinvolvi titjib meta mqabbel mal-ispeċifikazzjoni li se tiġi emendata hawnhekk, peress li jiġu delimitati b’mod ċar il-fażijiet li jwasslu għall-kisba ta’ prodotti tal-kwalità meħtieġa.

Dawk it-termini li huma pjuttost vagi bħal “piż bejn 8 u 9 kg, u qatt inqas minn 7 kg”, inbidlu b’termini definiti aħjar bħal “Piż: ikbar jew daqs 7 kg fil-prieżet u 4.5 kg fl-ispalel ippreservati, fi tmiem il-ħin minimu stabbilit għall-produzzjoni.”

Ir-referenza għal “mirqum permezz ta’ qatgħa f’għamla ta’ ‘V’ li l-punt t’isfel tiegħu jkun allinjat mal-assi ta’ sieq il-majjal jew tal-ispalla ppreservata”, ġiet emendata biex tistabbilixxi b’mod aktar strett it-twettiq tal-qatgħa f’għamla ta’ “V”, li ssir dejjem permezz tal-allinjament tal-punt t’isfel mal-assi tal-biċċa iżda li, skont l-għamla tiegħu, mhux dejjem jikkoinċidi ma’ nofs l-eħxen parti.

3.3.   Żona ġeografika

L-ispeċifikazzjoni li se tiġi emendata hawnhekk kienet tirreferi għaż-żona ġeografika ta’ produzzjoni, direttament jew indirettament, fi tlieta mit-taqsimiet tagħha:

 

Taqsima C: “Iż-żona tal-produzzjoni għandha tikkonsisti f’dawk iż-żoni muniċipali tal-provinċja ta’ Teruel li l-altitudni tagħhom ma taqbiżx it-800 metru”.

 

Taqsima E: “… fejn jiġu maħżuna mdendlin f’kundizzjonijiet ta’ umdità u temperatura … f'altitudni akbar minn 800 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar”.

 

Taqsima F.3.b): “Il-perżut jimmatura f’kundizzjonijiet klimatiċi eċċellenti, f'altitudni 'l fuq minn 800 metru”.

Issa, permezz ta’ din l-emenda, il-kriterji għaż-żona muniċipali u għall-kamra tat-tnixxif jinġabru f’taqsima waħda, u r-referenzi jiġu unifikati fiż-żona ta’ produzzjoni.

Barra minn hekk, peress li l-ispeċifikazzjoni li se tiġi emendata hawnhekk ma stabbilietx il-metodu biex jiġu stabbiliti kemm l-altitudni taż-żona muniċipali u kemm l-altitudni tal-kamra tat-tnixxif, l-abbozzar attwali jistabbilixxi metodu preċiż biżżejjed biex jikkalkula kemm l-altitudni medja u kemm l-altitudni assoluta, metodu li għandu jiġi applikat fil-faċilitajiet li huma rreġistrati fir-reġistri tad-DPO. Madankollu, peress li diġà jeżistu faċilitajiet irreġistrati skont il-metodi mhux preċiżi wisq għall-kalkolu ta’ altitudni li ġew applikati s’issa, għandha titħalla marġni ta’ tolleranza f’dan ir-rekwiżit, bl-ebda mod akbar minn 6 %, ekwivalenti għal 48 metru ta’ tolleranza. Għandu jiġi nnutat li fit-troposfera, jiġifieri s-saff l-aktar baxx tal-atmosfera, it-temperatura tonqos b’medja ta’ 0,65 °C kull 100 m ta’ żieda fl-altitudni, li, bl-applikazzjoni tat-tolleranza, huwa ekwivalenti għal ammissjoni ta’ faċilitajiet b’temperatura medja ogħla minn 0,31 °C għal dik li tikkorrispondi għal-limitu ta’ 800 metru. L-ammissjoni ta’ din il-varjazzjoni, negliġibbli fil-proċess ta’ produzzjoni, tevita li jiġu esklużi mid-DPO dawk il-faċilitajiet diġà rreġistrati, li jipproduċu prodotti protetti li l-karatteristiċi tagħhom jikkonformaw b'mod wiesa' mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalità stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni.

Bl-istess mod, jiġi speċifikat ukoll li kemm il-produzzjoni tal-annimali kif ukoll il-qtil u t-tqattigħ tagħhom isir fil-provinċja ta’ Teruel, biex b’hekk tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti għall-benessri tal-annimali fis-seħħ.

3.4.   Prova tal-oriġini

B'konformità mar-regolamentazzjoni l-ġdida tal-istruttura ta’ kontroll u l-mod li bih din taffettwa ċ-ċertifikazzjoni tal-prodott, tneħħew mit-Taqsima D tal-ispeċifikazzjoni dawk il-paragrafi li, minħabba l-abbozzar tagħhom, jistgħu joħolqu konfużjoni jew ikunu ambigwi għall-verifika xierqa. Bl-istess mod, ġew eliminati r-referenzi għall-“Kunsill Regolatorju” fil-paragrafi kollha li jistgħu jwasslu għal interpretazzjoni ħażina, u ġew mibdula b’ “Organu ta' Kontroll”.

B’mod konkret, rigward l-aspetti li ġejjin:

 

Tneħħa t-tieni paragrafu tal-ittra a) karatteristiċi tal-prodott (Il-konsumaturi taż-żona u dawk l-aktar imdorrija jikkonsmawh biss jistgħu jidentifikawh bħala tali, u għalhekk huwa meħtieġ li l-oriġini tiġi ggarantita), peress li l-karatteristiċi tal-prodott iggarantiti mid-DPO, jagħmluh prodott tipiku li ma jingħarafx sempliċement minn tikketta.

 

Tneħħa l-punt 8 tal-ittra c) dwar il-kontrolli u ċ-ċertifikazzjoni relatati ma’ analiżi tal-prodott finali, peress li l-karatteristiċi tal-prodott huma kkontrollati matul il-proċess ta’ produzzjoni tagħhom.

 

Ġie emendat il-kontenut tal-marka li tidentifika l-annimali. Għandu jkun hemm il-kodiċi tal-azjenda minn fejn ikun ġej l-annimal (identifikazzjoni uffiċjali obbligatorja). Din l-emenda hija maħsuba biex ittejjeb il-benessri tal-annimali filwaqt li jiġi evitat l-immarkar doppju għall-identifikazzjoni uffiċjali u tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini (DPO).

3.5.   Metodu ta’ produzzjoni

(a)

Sabiex tkun iċċarata u ssimplifikata aħjar l-ispeċifikazzjoni, tħassru l-paragrafi li ma jipprovdu l-ebda element ta’ ġustifikazzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni jew li huma diġà inklużi b’mod adegwat fit-taqsimiet korrispondenti tagħhom.

(b)

L-ispeċifikazzjoni tistabbilixxi li biex jinkiseb il-prodott, it-tip ta’ bhejjem tajjeb għall-produzzjoni tal-laħam tal-perżut, se jkun dak li ġej minn taħlita bejn:

 

Il-linja tal-omm: Razas Landrace, Large White jew taħlita bejn it-tnejn.

 

Il-linja tal-missier: Duroc.

Il-linja tal-missier hija limitata biss għar-razza Duroc għal raġunijiet ta’ omoġenizzazzjoni tal-prodott, billi jitnaqqsu l-varjazzjonijiet tat-taħlit u titjieb b’mod sinifikanti l-kwalità tal-prodott.

It-titjib magħmul mill-Ktieb Ġeneoloġiku ta’ Spanja għal dawn ir-razez gradwalment wassal biex evolvew il-bhejjem tagħna f’effiċjenza produttiva u fit-tkabbir, billi tnaqqset l-età tal-qtil għall-istess piż.

(c)

Bl-istess mod, l-alimentazzjoni pprovduta fl-azjendi hija approvata bħala valur miżjud għall-kwalità tal-prodott, filwaqt li ġie stabbilit li l-alimentazzjoni tal-bhejjem tkun ibbażata prinċipalment fuq iċ-ċereali, permezz tad-definizzjoni tal-perċentwali ta’ materja prima li tagħmel parti mill-kompożizzjoni tal-għalf, li għandha tkun mill-inqas magħmula minn 50 % ċereali.

Barra minn hekk, f’Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea talbet “informazzjoni supplimentari” (dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf) b'riżultat ta’ talba għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-DPO mibgħuta fl-2005.

Fit-12 ta’ Settembru 2008, ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea s-Sommarju tad-DPO, li fit-taqsima 4.6 – Rabta, kien jinkludi l-kliem li ġej: “Il-produzzjoni tal-għalf għandha tkun 95 % f’fabbriki li jinsabu fiż-żona ġeografika, u għalhekk tiġi ggarantita prinċipalment l-oriġini tal-materja prima użata”. Dan it- test intbagħat lill-Kummissjoni bi tweġiba għall-informazzjoni supplimentari; fl-20 ta’ April 2009 dan it-test ġie approvat bil-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 324/09 tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2009, li japprova emenda importanti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Jamón de Teruel (DPO)).

Rigward din id-dikjarazzjoni li l-produzzjoni tal-għalf issir 95 % fil-fabbriki tal-provinċja ta’ Teruel, għandhom isiru l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

is-sistema tradizzjonali ta’ produzzjoni tal-għalf maħsub għad-DPO mhix limitata b’mod strett għall-provinċja ta’ Teruel, iżda testendi għal żoni oħra mal-konfini tagħha;

ma għandha tiġi kkawżata l-ebda ħsara lill-produtturi tal-għalf li, peress li jinsabu f’żoni li jmissu mal-provinċja ta’ Teruel, jakkwistaw il-parti l-kbira taċ-ċereali tagħhom f’Teruel u ilhom żmien twil jipprovdu għalf lil numru kbir ta’ bdiewa maħsub għall-ħnieżer tad-DPO;

il-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-għalf fl-intier tagħha għall-provinċja ta’ Teruel tista’ tikkawża problemi loġistiċi;

il-provvista ta’ għalf minn fabbriki li jinsabu f’żoni qrib il-provinċja ta’ Teruel, għalkemm mhumiex parti minn dik il-provinċja, bħalma huma l-provinċji li jmissu mal-konfini tagħha, tista’ tinvolvi ffrankar ta’ spejjeż ta’ produzzjoni għal ċerti produtturi tad-DPO, filwaqt li tiżgura li kemm jista’ jkun, il-produtturi tal-għalf jiġu fornuti b’ċereali miż-żona ta’ produzzjoni, ibbażati fuq raġunijiet loġiċi ta’ ottimizzazzjoni tal-provvista u l-loġistika;

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha meħuda flimkien, huwa mitlub li ż-żona ta’ produzzjoni tal-għalf tiġi estiża għall-provinċji li jmissu mal-konfini ta’ Teruel, speċifikament Zaragoza, Guadalajara, Cuenca, Valencia, Castellón u Tarragona.

Madankollu, tinżamm il-kunsiderazzjoni li sa fejn ikun possibbli, dan il-komponent ta’ ċereali jkun ġej miż-żona ta’ produzzjoni. Ma jidhirx li huwa xieraq li jiġi stabbilit valur speċifiku, peress li l-varjabbiltà tal-produzzjoni minħabba kundizzjonijiet tat-temp jew l-istaġjonalità fil-produzzjoni, tista’ tikkundizzjona d-disponibbiltà tiegħu. Il-Bord ta’ Kontroll se jkun dak li, peress li jkun jaf id-data tal-produzzjoni, jevalwa l-formulazzjonijiet u l-oriġini tal-materja prima biex jivverifika din id-disponibbiltà.

(d)

Jiġu inkorporati rekwiżiti ġodda li jiddefinixxu aħjar il-proċess skont l-evoluzzjoni teknoloġika li seħħet, b’tali mod li:

Jistgħu jiġu pprovduti biss partijiet maħsuba għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel ippreservati protetti mid-DPO, il-karkassi tal-majjali li l-piż tagħhom meta sħan ikun iktar minn jew daqs 86 kg, u l-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, imkejla fiż-żona tal-ġenbejn għall-għoli tal-ponta ta’ fuq ta’ sieq il-majjal, tkun aktar minn 16 mm u inqas minn 45 mm.

B’dan il-mod, jiġi speċifikat b’aktar preċiżjoni t-tip ta’ majjal maħsub għall-produzzjoni tal-prodott, u anki jekk dan jikkorrispondi għal majjal b’piż meta jkun ħaj ta’ madwar 115-130 kg, jitneħħa r-rekwiżit bħala tali, kif ukoll l-età, referenza li ma tiggarantixxix bi preċiżjoni l-omoġeneità tal-majjal għall-qatla. L-età tinbidel bir-rekwiżit tal-piż minimu tal-karkassa u l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar għall-għoli taż-żona tal-ġenbejn u mhux dik tar-raba’ kustilja, peress li din mhix karatteristika speċifika wisq.

(e)

Il-qatla tal-annimal għandha ssir wara li jiġi stordut permezz ta’ dawk il-metodi kollha li huma uffiċjalment rikonoxxuti, kif ukoll ix-xokk elettriku.

(f)

Emendi oħrajn fil-kliem tal-paragrafi dwar il-metodu tal-kisba jiġu introdotti biss bil-għan li jtejbu l-abbozzar u l-fehim tagħhom, li fi kwalunkwe każ, jekk jaffettwaw il-kwalità tal-prodott, huwa biex itejbu jew jiżguraw aħjar l-omoġeneità tiegħu. Dawn l-emendi jaffettwaw biss l-ispeċifikazzjoni u mhux is-sommarju, li ma ssirlu l-ebda bidla f'dan ir-rigward.

(g)

Il-proċess ta’ produzzjoni jiġi deskritt b’mod aktar ċar u preċiż billi jiġu ddifferenzjati l-fażijiet u l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar tal-prieżet u tal-ispalel.

L-ewwel, huwa stabbilit li l-proċess għandu jikkonsisti neċessarjament f’ħames operazzjonijiet: tmelliħ, ħasil, stadju wara t-tmelliħ, preservazzjoni (tnixxif u maturazzjoni) u tqaddid. Dan huwa titjib peress li l-fażijiet huma ddelinjati b’mod separat, li se jwassal għall-kisba ta’ prodotti tal-kwalità meħtieġa.

Tmelliħ: id-differenza bejn il-prieżet u l-ispalel hija stabbilita skont il-piż ta’ dawk il-biċċiet. Peress li l-penetrazzjoni tal-melħ fit-tessuti hija proċess li jiddependi mill-massa tal-muskoli ta’ kull biċċa, il-kontroll tal-ipproċessar mill-operaturi huwa bbażat fuq il-parametru tal-piż, b’tali mod li, biex jiġi evalwat il-proċess u tiġi żgurata l-kwalità finali tal-biċċiet, huwa aktar xieraq li jiġi espress il-ħin ta’ residenza relatat mal-piż tal-biċċiet u mhux li jiġi stabbilit perjodu massimu fi ġranet, bħala valur assolut.

L-ewwel fażi tal-maturazzjoni jew l-istadju wara t-tmelliħ: id-differenza bejn il-prieżet u l-ispalel ma tiġix stabbilita biss skont il-piż tal-biċċiet, iżda sempliċement jiġi stabbilit il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-istabbilità tal-prodott matul il-proċess, filwaqt li l-ħinijiet massimi jitħallew fid-diskrezzjoni tal-manifattur, bil-għan li jiġu aġġustati fil-fażi wara t-tnixxif u maturazzjoni.

Preservazzjoni (tnixxif u maturazzjoni): fl-emenda mitluba tista' tiġi kkoreġuta, jekk ikun meħtieġ, il-bidla fil-kundizzjonijiet ambjentali naturali meħtieġa għal preservazzjoni xierqa, permezz tal-użu possibbli ta’ apparati adattati biex jinżamm il-livell xieraq tat-temperatura igrometrika. Dan it-tagħmir m’għandux jibdel il-kundizzjonijiet ambjentali, iżda jippermetti li dawn ikunu l-istess fil-faċilità kollha, biex jiġi omoġenizzat u żgurat li l-prodott kollu jkun f’kundizzjonijiet simili.

It-tagħmir mekkaniku, imsemmi mill-inklużjoni tad-denominazzjoni fil-lista ta’ denominazzjonijiet irreġistrati tad-DPO/l-IĠP 1996, huwa maħsub biex jomoġenizza l-kundizzjonijiet tat-temperatura igrometrika, fl-oqsma kollha ta’ produzzjoni fejn jinstab il-prodott. Id-dimensjonijiet tal-kmamar għat-tnixxif jeħtieġu riċirkolazzjoni interna tal-arja, li ssir permezz tal-użu ta’ dan it-tagħmir bil-għan li tiġi stimulata, estratta u riċirkolata jew ikkontrollata l-arja, użat fi kwalunkwe stadju tal-proċess ta’ preservazzjoni u tqaddid, dejjem sakemm din l-omoġenizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali tkun meħtieġa, filwaqt li jinżammu l-ħin kollu l-karatteristiċi tal-prodott.

Dan jinvolvi biss l-irkupru ta’ dak li hu permess skont il-leġiżlazzjoni ta’ regolamentazzjoni tad-DO qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel. Għalhekk, l-Ordni tad-29 ta’ Lulju 1993, tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Biedja u l-Foresterija, li approvat ir-Regolament tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Jamón de Teruel” u l-Organu ta’ Spezzjoni tiegħu, fl-Artikolu 17 tagħha ddikjarat li l-postijiet tat-tnixxif “jistgħu jiġu pprovduti b’tagħmir addattat biex jinżamm livell tajjeb ta’ temperatura igrometrika”.

Id-dħul fis-seħħ, fl-24 ta’ Lulju 1993, tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 wassal għall-obbligu li tiġi mħejjija speċifikazzjoni u sommarju għal kull DPO/IĠP reġistrat u protett minn kull Stat Membru. F’Jannar 1994, l-Istitut Nazzjonali ta’ Denominazzjonijiet tal-Oriġini (korp awtonomu taħt il-Gvern Ċentrali tal-Istat) bagħat lill-Kummissjoni Ewropea speċifikazzjoni u sommarju tad-Denominazzjoni tal-Oriġini “Jamón de Teruel”. F’dawn id-dokumenti ma kienx hemm fi kliem dak stabbilit fl-Artikolu 17 tar-regolament approvat mill-Ordni tad-29 ta’ Lulju 1993, iżda kien hemm miktub hekk: “Tnixxif: din l-operazzjoni titwettaq fi kmamar għat-tnixxif naturali, fejn tiġi kkontrollata l-ventilazzjoni, li jippermettu l-aħjar kundizzjonijiet ta’ umdità u temperatura relattiva.”

L-ispeċifikazzjoni u s-sommarju mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea kienu jikkoeżistu legalment mar-regolamenti approvati bl-Ordni tad-29 ta’ Lulju 1993, sakemm dan ir-regolament ġie mħassar permezz tal-Ordni tas-6 ta’ Frar 2009, tal-Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel, li tadotta l-leġiżlazzjoni speċifika tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Jamón de Teruel”. Il-kundizzjonijiet tal-kisba tal-perżut minn Teruel inklużi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata bħala l-Anness I ta’ din l-Ordni msemmija ġew mogħtija l-istess kliem bħal fl-ispeċifikazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea fl-1994, sabiex jiġu eliminati d-diskrepanzi fir-regolamenti, anke meta dan kien ifisser li titħalla barra r-referenza għal “apparat xieraq biex jinżamm il-livell xieraq tat-temperatura igrometrika”.

Fl-isfond ta’ dak li ntqal hawn fuq, għandha terġa’ tiddaħħal ir-referenza għall-użu possibbli ta’ mezzi mekkaniċi ta’ ventilazzjoni meta jkun meħtieġ, sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet ambjentali naturali meħtieġa għal preservazzjoni b’mod adegwat, omoġenja għall-prodott kollu li jinsab fil-kamra tat-tnixxif.

Tqaddid: hija stabbilita din il-fażi differenti, sabiex tiġi żgurata l-formazzjoni ta’ riħa u togħma, minbarra l-bidla fl-istruttura, bħala riżultat tal-proċess ta’ maturazzjoni bijokimika. Għandu jiġi nnutat li din il-fażi hija meħtieġa sabiex jinkiseb prodott ta’ kwalità, peress li t-tqaddid huwa proċess li jdum aktar milli l-preservazzjoni.

Huwa stabbilit il-ħin minimu għall-fażijiet kollha tal-proċess ta’ produzzjoni, kemm għall-prieżet kif ukoll għall-ispalel. Il-ħinijiet minimi (60 ġimgħa għall-perżut u 36 għall-ispalel) jiggarantixxu li jinkisbu dejjem prodotti ta’ kwalità. Fil-każ tal-perżut, il-bidla proposta żżid ir-rekwiżit tal-ħin totali tat-12-il xahar attwali għas-60 ġimgħa proposti. Din hija żieda sostanzjali li, mingħajr dubju, se tibbenefika l-kwalità tal-prodott tad-DPO “Jamón de Teruel”.

Skont dawn ir-rekwiżiti tal-ħin, id-distribuzzjoni tagħhom bejn il-fażijiet tal-preservazzjoni u t-tqaddid titħalla fid-diskrezzjoni tal-produtturi, sabiex tiġi adattata skont il-kundizzjonijiet klimatiċi differenti tal-kmamar differenti tat-tnixxif.

Għar-rekwiżiti speċifikati kollha fil-proċess ta’ produzzjoni, huma stabbiliti l-kriterji ta’ konformità rigward il-valuri minimi tagħhom, peress li dawn huma dawk li jikkundizzjonaw il-kwalità tal-prodott.

(h)

Hija inkluża l-possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-perżut u l-ispalel ppreservati, mingħajr għadam, imqattgħin f’porzjonijiet jew strixxi, kollha ppakkjati, għal dawk il-kmamar għat-tnixxif jew ippakkjar li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjjoni u li jgħaddu mill-proċessi ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. Dan mhu xejn aktar milli adattament għall-ħtiġijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, li qabel ma kinux irregolati, u li d-diversifikazzjoni tas-soċjetà tal-konsum tagħna wasslet għall-evoluzzjoni tagħhom.

3.6.   Tikkettar

Bl-istess mod bħal fil-każ tal-perżut, l-ispalla ppreservata għandha tiġi identifikata, ladarba jgħaddi l-proċess ta’ produzzjoni u wara li jiġi vverifikat li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti, permezz tal-kelma “TERUEL” u l-istilla bi 8 ponot issiġillata bis-sħana, minbarra t-tikketta (“vitola”) bin-numru flimkien mal-logo tad-Denominazzjoni.

Jingħata aktar dettall mal-informazzjoni tas-“siġill bis-sħana” li tidentifika l-biċċiet tal-prieżet u l-ispalel, filwaqt li jiġi speċifikat li dan is-siġill fih il-kelma TERUEL u l-istilla bi 8 ponot.

Bl-istess mod hija kkwalifikata l-identifikazzjoni tal-prodotti, permezz tat-terminu Tikketta (“vitola”) bin-numru għall-preżentazzjoni tiegħu fuq il-perżut jew l-ispalla ppreservata kollha (mingħajr għadam jew bih) u tikketta sekondarja bin-numru għall-preżentazzjoni tagħha fuq il-perżut jew l-ispalla ppreservati f’porzjonijiet minnhom.

Il-kelma “brazzuletti” tiġi eliminata peress li hija biss il-mod ta’ sostenn tat-tikketta (“vitola”). Dan il-metodu ta’ appoġġ issa huwa “flanġ” u fil-futur jista’ jkun magħmul minn sistema oħra ta’ rbit teknoloġikament iktar avvanzata jew iktar effiċjenti fit-tqegħid tagħha.

L-introduzzjoni ta’ preżentazzjoni ġdida ta’ tikketta sekondarja bin-numru fuq il-pakketti tal-biċċiet mingħajr għadam, maqtugħ f’porzjonijiet jew strixxi li tindika “l-integrazzjoni tal-kontenut ta’ din it-tieni tikketta bin-numru fit-tikkettar kummerċjali”, issegwi kriterji teknoloġiċi tas-swali għall-imballaġġ, fejn l-ipproċessar veloċi tagħhom ma jistax jonqos drastikament fil-proċess ta’ adeżjoni tat-tikketti sekondarji.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“JAMÓN DE TERUEL”/“PALETA DE TERUEL”

Nru KE: ES-PDO-0217-0987-10.04.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Jamón de Teruel”/“Paleta de Teruel”

2.   Stat Membru jew Pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Il-prieżet u l-ispalel ippreservati huma prodotti tal-laħam miksuba wara li s-saqajn ta’ wara u ta’ quddiem tal-majjal jiġu soġġetti għal proċess ta’ tmelliħ, ħasil, stadju wara t-tmelliħ, preservazzjoni (tnixxif u maturazzjoni) u tqaddid.

Karatteristiċi morfoloġiċi

Il-prieżet u l-ispalel ippreservati għandhom:

(a)

Forma: tawwalija, definita u ttondjata fit-truf tagħha sakemm jidher il-muskolu, li jżomm is-sieq. Jistgħu jkunu wkoll bil-qoxra kollha jew maqtugħa f’forma ta’ “V” fejn il-punt ta’ isfel ikun allinjat mal-assi tas-sieq tal-majjal jew tal-ispalla ppreservati.

(b)

Piż: Akbar minn jew ugwali għal 7 kg, fil-prieżet, u akbar minn jew ugwali għal 4.5 kg fl-ispalel ippreservati, filwaqt li jilħqu l-ħin minimu ta’ produzzjoni stabbilit.

Karatteristiċi organolettiċi

Il-wiċċ ta’ barra tal-biċċiet jista’ jkun kopert b’moffa tipika jew ikun imnaddaf sew, u midluk biż-żejt jew bil-butir. Il-wiċċ tal-qtugħ ikollu:

(a)

Lewn: Aħmar u tleqq meta jinqata’, bix-xaħam parzjalment infiltrat fil-massa tal-muskoli.

(b)

Laħam: togħma delikata, kemxejn mielħa.

(c)

Xaħam: konsistenza żejtnija, ileqq, kulur abjad jagħti fl-isfar, riħa u togħma pjaċevoli.

3.3.   Materja prima (fil-każ tal-prodotti pproċessati biss)

Il-bhejjem adattati għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati, koperti minn din id-denominazzjoni, għandhom ikunu ġejjin minn taħlita bejn:

 

Il-linja tal-omm: Landrace, Large White jew taħlita bejn dawn it-tnejn.

 

Il-linja tal-missier: Duroc.

Il-ħnieżer li jistgħu jipprovdu prieżet u spalel, adattati biex jintużaw għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati koperti, ikunu dawk li twieldu u ssemmnu fl-irziezet allokati fil-provinċja ta’ Teruel u maqtula/imqatta’ f’faċilitajiet li jinsabu wkoll fil-provinċja ta’ Teruel.

L-annimali użati għar-riproduzzjoni ma għandhomx jintużaw għall-kisba ta’ prieżet u spalel, maħsuba għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel ippreservati koperti mid-Denominazzjoni tal-Oriġini.

L-irġiel għandhom jiġu kkastrati qabel ma jidħlu fil-post tal-għalf, u n-nisa ma għandhomx ikunu sħan meta jinqatlu.

Jistgħu jiġu pprovduti biċċiet għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel ippreservati koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini biss, minn karkassi ta’ majjali li l-piż tagħhom meta sħan ikun ikbar jew ugwali għal 86 kg, u li l-ħxuna tax-xaħam tad-dahar taghom, imkejla fiż-żona tal-ġenbejn għall-għoli tal-ponta ta’ fuq ta’ sieq il-majjal, tkun ikbar minn 16-il millimetru u inqas minn 45 millimetru.

3.4.   Għalf (fil-każ tal-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Il-produtturi tal-għalf kompost għall-alimentazzjoni tal-ħnieżer koperti mid-DPO, għandhom ikunu allokati fiż-żona ġeografika tal-provinċja ta’ Teruel jew tal-provinċji li jmissu mal-konfini tagħha, b’mod partikolari Zaragoza, Guadalajara, Cuenca, Valencia, Castellón u Tarragona.

L-għalf tal-bhejjem, huwa bbażat prinċipalment fuq iċ-ċereali, permezz ta’ definizzjoni tal-perċentwali tal-materja prima li ssir parti mill-kompożizzjoni tal-għalf, li tkun ifformulata b’mill-inqas 50 % ċereali, sa fejn ikun possibbli, li ġejjin miż-żona ta’ produzzjoni.

Il-Korp ta’ Kontroll, peress li jkun jaf id-data kollha tal-produzzjoni, għandu jevalwa l-oriġini tal-materja prima, fil-proċessi ta’ formulazzjoni fil-fabbriki tal-għalf, biex jivverifika din id-disponibbiltà.

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-fażijiet fiż-żona tal-produzzjoni:

Produzzjoni tal-annimali

Qtil u tqattigħ tal-annimali

Fażijiet fiż-żona tal-produzzjoni:

Tmelliħ

Ħasil

Stadju wara t-tmelliħ

Preservazzjoni

Tqaddid

3.6.   Regoli speċjali għatt-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-imballaġġ, eċċ.

L-Organu ta' Spezzjoni, b'mod nondiskriminatorju, għandu jawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni tal-perżut u tal-ispalla ppreservati, mingħajr għadam, f’porzjonijiet jew fi strixxi, kollha ppakkjati, lil dawk il-kmamar kollha għat-tnixxif jew l-ippakkjar irreġistrati, allokati fiż-żona ta’ produzzjoni, dejjem sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni u jgħaddu mill-proċessi kollha ta’ kontroll u ċertifikazzjoni stabbiliti.

Il-limitazzjoni għaż-żona tal-produzzjoni, biex isiru dawn it-trasformazzjonijiet fil-prodott u l-ippakkjar sussegwenti tiegħu, hija konformi ma’ kriterji strettament tekniċi, biex tiġi żgurata ż-żamma tal-kwalità tal-prodott, li tista’ tiġi affettwata jekk il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-immaniġġjar jiġu mibdula.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq it-tikketti kummerċjali ta’ kull ditta kummerċjali, għandu jkun hemm il-kliem: Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Jamón de Teruel”/“Paleta de Teruel”, skont kif japplika għal kull prodott.

Il-prieżet u l-ispalel f’biċċiet sħaħ maħsuba għall-konsum, għandhom jiġu identifikati bil-kelma “TERUEL” u l-istilla bi 8 ponot immarkata bis-sħana, minbarra t-tikketta (vitola) bin-numru bil-logo tad-Denominazzjoni. Dawn il-marki għandhom jitqiegħdu fl-industrija, b’tali mod li ma jitħalliex li jerġgħu jintużaw.

Fil-pakketti tal-biċċiet mingħajr għadam, f’porzjonijiet jew fi strixxi, ta’ prieżet u spalel ippreservati, għandha tintuża tikketta sekondarja bin-numru bil-kelma “Jamón” jew “Paleta” skont liema jkun applikabbli u l-logo tad-Denominazzjoni.

Tista’ tiġi awtorizzata l-integrazzjoni tal-kontenut ta’ din it-tikketta sekondarja bin-numru, fuq it-tikketta kummerċjali ta’ dawk il-kumpaniji li jitolbu dan.

Dawn l-attivitajiet, relatati mal-użu xieraq tal-isem tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini u l-kelma “TERUEL”, m’għandhomx jiġu applikati b’mod diskriminatorju. Il-ħruġ tat-tikketti (“vitolas”) u t-tikketti sekondarji għandu jsir awtomatikament, għal kull prodott u juri konformità mal-Ispeċifikazzjoni, skont ir-rapporti pprovduti mill-korp ta’ kontroll li jwettaq l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, u b’hekk b’dan il-mod tiġi żgurata n-nondiskriminazzjoni tal-operaturi f’dawn l-azzjonijiet.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni hija magħmula mill-provinċja ta’ Teruel.

Il-żona ta’ produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati hija magħmula minn dawk iż-żoni muniċipali fil-provinċja ta’ Teruel li l-għoli medju tagħhom mhuwiex inqas minn 800 metru, sakemm il-kamra tat-tnixxif tinsab f’altitudni ugwali jew ikbar minn 800 metru ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-kejl medju tal-altitudni għandu jsir permezz tat-teknika “Mudell Diġitali tal-Art” (DTM) jew simili, u l-kejl tal-altitudni assoluta tal-kamra tat-tnixxif, isir permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Territorjali ta’ Aragona (SITAR) jew sistema ta’ natura simili li tista’ tissostitwixxiha, filwaqt li titħalla tolleranza sa 6 % fiż-żewġ kejlijiet.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-kwalità eċċellenti tal-prodott “Jamón de Teruel”/“Paleta de Teruel” hija dovuta prinċipalment għall-kundizzjonijiet li jiġi suġġett għalihom l-annimal qabel, matul u wara li jinqatel, iżda għandna nagħmlu differenza bejn iż-żona ġeografika tat-trobbija u dik tal-qatla/tat-tqattigħ tal-majjali, minn hawn ’il quddiem iż-żona ta’ produzzjoni, u ż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati, minn hawn ’il quddiem iż-żona ta’ produzzjoni.

Fatturi naturali

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-prieżet u tal-ispalel ippreservati hija kkaratterizzata mill-klima kontinentali tagħha b’influwenza Mediterranja ta’ xtiewi kesħin u twal, bi ġlati ibsin fil-“parameras”. Klima niexfa bi ġranet xemxija ħafna. Il-preċipitazzjoni annwali hija ta’ madwar 400 mm b’xi 70 jum tax-xita.

It-temperatura medja annwali hija ta’ 12 °C, it-temperatura medja massima assoluta hija ta’ 37 °C u dik minima hija ta’ –10 °C. L-oxxillazzjoni bejn it-temperaturi medji tas-sajf u x-xitwa hija ta’ 19 °C. Il-perjodu mingħajr silġ huwa bejn Mejju u Ottubru; kundizzjonijiet li ffavorixxew l-introduzzjoni tal-industriji tal-laħam.

Il-prieżet u l-ispalel jimmaturaw f’kundizzjonijiet klimatiċi eċċellenti, tipiċi taż-żona ġeografika tal-produzzjoni, bi klima niexfa u kiesħa, parametri xierqa għall-kisba ta’ prieżet u spalel li huma ta’ prestiġju kbir.

Fatturi umani

Hemm referenzi speċifiċi indikati minn Jordan de Asso fil-ħidma ta’ dan in-naturalista, ġurista u storiku Spanjol: “Historia de la Economía Política de Aragón (1798)”, fejn diġà kien ġie msemmi li “il-majjali li jiġu mrobbija fil-Parti ta’ Albarracín, huma apprezzati ħafna għad-delikatezza tagħhom. Dawn l-annimali jħobbu ħafna l-weraq tal-Asfodel, jew Asphodelus ramosus, u għalhekk dawn jinżammu nixfin sabiex jintużaw bħala għalf fix-xitwa”. Minkejja ċ-ċensiment baxx tagħhom, u skont il-piż għoli fil-ħin tal-qtil li jintlaħaq wara t-tismin, il-ħanżir “familjari” kien verament karus għall-familji rurali, billi juża l-bażi alimentari matul is-sena kollha tal-familja tal-bdiewa turolensi. Dawn il-majjali kienu materja prima tal-annimal li, flimkien ma’ alimentazzjoni speċjali u tismin każwali fuq il-ġandar, flimkien ma’ temp kiesaħ u niexef tal-artijiet għoljin ta’ Jiloca, Albarracín, Gúdar u Maestrazgo, kienu jippermettu li tinħoloq tradizzjoni qawwija ta’ laħam, spalel u prieżet ta’ kwalità għolja. Huwa ċar li dawk il-majjali sparixxew, iżda baqa’ l-għarfien u l-fatt li hemm ħafna bdiewa artiġjani, li kienu jafu jkomplu l-esperjenza tagħhom, filwaqt li dejjem iżommu ħnieżer imrobbijin, il-karatteristiċi ta’ dawk ir-razez (molinesa ta’ oriġini Ċeltika, Morellana tar-razza Iberjana b’aktar tendenza li jisimnu) li ppermettew li tinżamm din il-kwalità għolja tal-laħam li ntirtet mill-passat.

Bħala karatteristika essenzjali ta’ din id-denominazzjoni jinstabu mingħajr dubji l-għarfien dwar l-użu tat-tagħlim mill-passat biex jintlaħaq dan it-tip ta’ bhejjem xierqa, magħmul mir-razez Landrace, Large White u Duroc. Dan il-majjal adattat, ir-riżultat ta’ taħlit bejn ir-razez imsemmija hawn fuq, jieħu vantaġġ mill-vitalità ibrida u l-karatteristiċi morfoloġiċi tiegħu jiddependu, fil-parti kbira, fuq il-kriterju tal-għażla applikat għall-antenati tiegħu.

Ovvjament, dan l-għarfien kollu maqsum jikkumplementa l-għarfien espert ta’ dawk l-operaturi li joqtlu l-ħnieżer, li jafu li mhux biss għandu jkollhom piż ta’ karkassa li jaqbeż jew ikun ugwali għal 86 kg iżda li l-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, imkejla mill-ponta tal-perżut sa nofs il-karkassa, tikkundizzjona l-aċċettazzjoni tiegħu biex isir Prodott protett. Matul il-qtugħ, jerġa’ jiġi stabbilit mill-għarfien il-kontroll tas-separazzjoni jew il-qtugħ mingħajr ksur fil-perżut jew fl-ispalla, l-iżvinar, it-tneħħija tal-qatgħat fil-ġilda, it-trasport lejn il-kamra għat-tnixxif u l-klassifikazzjoni tal-biċċiet, filwaqt li jiġu mmonitorjati t-temperatura interna u l-piż tiegħu, sabiex jinkisbu prodotti omoġenji, li jistgħu jaċċettaw il-produtturi stess, filwaqt li jirrikonoxxu li dawk il-biċċiet imsemmna u mingħajr ħsarat, ikunu dawk maħsuba għall-produzzjoni tal-prodott.

L-għarfien fil-prattika tat-tmelliħ, fejn il-melħ jitħalla jibqa’ f’kuntatt mal-biċċiet bejn 0,65 u ġurnata, għal kull kilogramma ta’ piż frisk ta’ perżut jew spalla, baqa’ sal-lum, u jippermetti li jiżviluppa perżut b’togħma pjaċevoli, delikata u kemxejn mielħa. Bl-istess mod, il-fatt li kienu jafu jużaw il-klima taż-żona tal-produzzjoni utilizzata ppermetta din il-prattika ta’ tmelliħ.

Hemm bosta riċetti antiki u tradizzjonali eżistenti fil-varjetà ġeografika ta’ Turolense. Żewġ etnologi u gastronomi, il-Professur Antonio Beltrán u José Manuel Porquet fit-trattati gastronomiċi tagħhom, isemmu riċetti li jirrappreżentaw il-provinċja ta’ Teruel fejn huwa preżenti l-perżut ta’ Teruel bħala ingredjent: bħal pereżempju s-“soppa tat-tewm ta’ Teruel”, bil-perżut tiegħu mqatta’ biċċiet jew il-“perżut bit-tadam ta’ Teruel”. Fl-aħħar nett ma nistgħux ninsew ir-“Regañaos” frekwenti fil-festi tal-“Vaquilla del Ángel de Teruel”, magħmulin minn għaġina sfiljurata u biż-żejt, miksija bi strixxi tal-perżut u bżar aħmar, iggriljati fil-forn jew fit-taġen.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Ir-razza Duroc hija kkaratterizzata mir-rata għolja ta’ tkabbir, rustiċità għolja, prolifiċità tajba u rendimenti notevoli fl-għalf. Il-laħam ta’ din ir-razza għandu infiltrazzjoni kbira tax-xaħam, li jippermetti li jinkiseb laħam ta’ kwalità għolja.

Il-Landrace huwa annimal ipermetriku, li skont it-tul u d-daqs tiegħu jkollu rwol importanti fil-kisba tal-ħnieżer għad-Denominazzjoni tal-Oriġini. F’din ir-razza tispikka l-konformazzjoni eċċellenti, iż-żieda għolja ta’ kuljum fil-piż tiegħu, l-indiċi għoli ta’ trasformazzjoni u l-ħxuna tax-xaħam tad-dahar.

Ir-razza Large-White hija razza faċli biex tadatta u rustika, b’fekondità u fertilità għolja, b’indiċi tekniku ta’ trasformazzjoni u tkabbir korrett, u l-laħam tagħha hu ta’ kwalità eċċellenti, definit primarjament mill-meraq, is-sawra, l-għamla u l-kulur.

L-influwenza pożittiva tar-razza Duroc, kif ukoll it-tip ta’ alimentazzjoni speċjali bbażata fuq iċ-ċereali, supplimentata minn piż ta’ karkassa għolja, iddefinixxu u speċifikaw il-kompetenzi ta’ diversi bdiewa artiġjani tal-passat, li kienu kapaċi jwasslu permezz tal-esperjenza tagħhom, flimkien mat-tekniki moderni, kif tinkiseb il-kwalità ta’ prodott bħalma hu l-“Jamón de Teruel”/“Paleta de Teruel”.

Il-karatteristiċi kwalitattivi fundamentali li jiddistingwuh minn prodotti oħrajn ekwivalenti, jirriżultaw diġà fil-biċċiet friski li se jiġu ppreservati, minħabba li jkollhom:

pH ftit ogħla u bi tnaqqis aktar bil-mod.

Kulur aktar skur.

Kapaċità li jżomm l-ilma akbar.

Aktar immerraq.

Livell ta’ infiltrazzjoni tax-xaħam ogħla (aktar % ta’ xaħam intramuskolari).

Grad iktar baxx ta’ saturazzjoni tax-xaħam.

Sawra aktar ratba u għalhekk laħam aktar tari (aktar infiltrazzjoni u aktar immerraq).

Kundizzjonijiet aħjar għall-konservazzjoni u l-maturazzjoni.

Fir-rigward tal-prodott meta jkun għadda mill-proċess, huwa kkaratterizzat billi jkun inqas mielaħ u jkollu togħma akbar ta’ preservazzjoni, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (fil-każ tad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (fil-każ tal-IĠP)

Għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam huwa meħtieġ li l-materja prima tiġi suġġetta għal serje ta’ tekniki tal-konservazzjoni bħalma huma prinċipalment it-tmelliħ u d-deidratazzjoni, sabiex il-prodott finali jiġi stabbilizzat mikrobijoloġikament. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi ta’ altitudni ’l fuq mil-livell tal-baħar, l-ammont ta’ xita, it-temperaturi, li għandha ż-żona ta’ produzzjoni flimkien mal-prattiki użati min-nies lokali, trażmessi minn ġenerazzjoni għall-oħra, jagħtu lok biex il-proprjetajiet sensorji ta’ dawn il-prodotti jkunu speċifiċi, inklużi:

It-togħma delikata tiegħu, b’kontenut minimu ta’ melħ, bħala riżultat tas-sistema ta’ tmelliħ użata, permezz tal-istivar tal-biċċiet mal-melħ xott, b’temperaturi baxxi ħafna u għall-ħin minimu meħtieġ għall-penetrazzjoni tal-ammont korrett tal-melħ.

Stadju ta’ mistrieħ wara t-tmelliħ li jsir ukoll f’temperaturi baxxi ħafna.

Il-kulur aħmar u d-dehra tleqq meta jinqata’, minħabba t-temperaturi ambjentali ħfief tal-proċess tat-tnixxif. It-tnixxif li jsir skont il-klima tipika tal-provinċja ta’ Teruel, ġeneralment kiesħa u b’umdità relattiva ġenerali minn medja għal baxxa, li tippermetti tnixxif bil-mod u bbilanċjat. Dan, imbagħad, iwassal biex il-maturazzjoni tkun intensa, u b'hekk il-laħam jiżviluppa riħa u togħma tajbin, kif ukoll sawra ratba u li tista’ tintmagħad faċilment. Il-preżenza ta’ xaħam infiltrat jiffavorixxi l-proċess ta’ tnixxif bil-mod u maturazzjoni intensa.

It-trattament waqt l-aħħar fażijiet ta’ maturazzjoni u tqaddid li jkabbar l-attività tal-enżima proteolitika u lipolitika, fejn jiġu rraffinati u kkompletati l-irwejjaħ, it-togħmiet u s-sawra, kemm tal-laħam kif ukoll tax-xaħam.

Xaħam idellek meta tmissu, ileqq b’kulur abjad fl-isfar, aromatiku u b’togħma pjaċevoli, bis-saħħa ta': l-adegwatezza tal-ġenotip tal-majjali li jinkludi bħala linji tal-missier, linji speċifiċi tar-razza Duroc, l-alimentazzjoni, b’livell għoli ta’ ċereali, li jieħdu l-annimali, u l-piżijiet kbar tal-karkassi waqt il-qtil, li jippermettu li l-laħam ikun fil-punt fejn “la jkun żgħir wisq u lanqas xiħ wisq,” u b’livell adegwat ta’ infiltrazzjoni tax-xaħam.

Dawn il-karatteristiċi kollha huma speċifiċi u jiddifferenzjaw lil dan il-prodott minn prodotti ekwivalenti oħrajn, b'riżultat tal-fatturi naturali u l-attivitajiet kollha tal-operaturi deskritti fil-punt 5.1.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

http://www.aragon.es/estaticos/GobiernoAragon/Departamentos/AgriculturaGanaderiaMedioAmbiente/AgriculturaGanaderia/Areas/08_Calidad_Agroalimentaria/jamon_de_teruel_11_2012.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.