ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.233.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 233

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
10 ta' Awwissu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 233/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 226, 3.8.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 233/02

Kawża C-277/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Porugiża

2

2013/C 233/03

Kawża C-308/13 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-336/11 — Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

2

2013/C 233/04

Kawża C-309/13 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-337/11, Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

3

2013/C 233/05

Kawża C-314/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Užsienio reikalų ministerija vs Vladimir Peftiev, BelTechExport ZAO, Sport-pari ZAO, BT Telecommunications PUE

3

2013/C 233/06

Kawża C-318/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-11 ta’ Ġunju 2013 — X

4

2013/C 233/07

Kawża C-338/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ġunju 2013 — Marjan Noorzia

4

2013/C 233/08

Kawża C-340/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2013 — bpost SA vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

5

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 233/09

Kawża T-209/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — MB System vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria taħt il-forma ta’parteċipazzjoni siekta minn impriża pubblika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti dwar l-istess proċedura — Vantaġġ — Kriterju tal-investitur privat — Kunċett ta’ intrapriżi f’diffikultà — Kalkolu tal-komponent tal-għajnuna — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

6

2013/C 233/10

Kawża T-78/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE brunes) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE brunes — Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti La LIBERTAD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

6

2013/C 233/11

Kawża T-106/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Cytochroma Development vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 — Raġuni relattiva għal rifjut — Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell — Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)

7

2013/C 233/12

Kawża T-205/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend fuq sfond blu) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE american blend — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti La LIBERTAD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

7

2013/C 233/13

Kawża T-206/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend fuq sfond aħmar) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE american blend — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti La LIBERTAD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2013/C 233/14

Kawża T-236/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Airbus vs UASI (NEO) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEO — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Eżami tal-mertu suġġett għall-ammissibbiltà tar-rikors — Artikoli 59 u 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2013/C 233/15

Kawża T-243/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Warsteiner Brauerei Haus Cramer vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALOHA 100 % NATURAL — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALOA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

9

2013/C 233/16

Kawża T-301/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol — Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni — Regolament (KE) Nru 726/2004 — Direttiva 2001/83/KE — Użu mediku stabbilit sew — Ċirkustanzi eċċezzjonali)

9

2013/C 233/17

Kawża T-258/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2013 — Mederer vs UASI Katjes Fassin (SOCCER GUMS) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

10

2013/C 233/18

Kawża T-88/13 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 minn Z mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Diċembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-88/09 u F-48/10, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

10

2013/C 233/19

Kawża T-288/13 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 minn AK mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Marzu 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-91/10, AK vs Il-Kummissjoni

11

2013/C 233/20

Kawża T-315/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — Kompas MTS vs Il-Parlament et

12

2013/C 233/21

Kawża T-321/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Adorisio et vs Il-Kummissjoni

12

2013/C 233/22

Kawża T-337/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2013 — CSF vs Il-Kummissjoni

13

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 233/23

Kawża F-59/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs SEAE

14

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/1


2013/C 233/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 226, 3.8.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 215, 27.7.2013

ĠU C 207, 20.7.2013

ĠU C 189, 29.6.2013

ĠU C 178, 22.6.2013

ĠU C 171, 15.6.2013

ĠU C 164, 8.6.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/2


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Porugiża

(Kawża C-277/13)

2013/C 233/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F.W. Bulst, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

(1)

tiddikjara li, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex torganizza proċedura ta’ għażla ta’ fornituri awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-immaniġġar ta’ bagalji, maniġġar tar-rampa u maniġġar ta’ merkanzija u posta, fl-ajruporti ta’ Lisbona, Porto u Faro, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/67/KE (1), l-Istat Portugiż ma implementax l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1996, dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità.

(2)

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi ma pproċedietx għall-ftuħ tas-suq ta’ groundhandling fir-rigward tal-għażla tal-fornituri, l-Istat Portugiż jinsab fis-sitwazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni.

Billi limitat in-numru ta’ fornituri ta’ servizz ta’ groundhandling, awtorizzati jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-immaniġġar ta’ bagalji, maniġġar tar-rampa u maniġġar ta’ merkanzija u posta, l-Istat Portugiż kellu jorganizza proċedura ta’ għażla skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/67/KE. Barra minn hekk il-proċedura rispettiva kellha tiġi organizzata b’tali mod li qabel jiġi kkonsultat il-kumitat tal-utenti. Minbarra dan, il-fornituri għandhom jintgħażlu għal perijodu massimu ta’ 7 snin, skont l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 96/67/KE.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 496.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/2


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-336/11 — Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-308/13 P)

2013/C 233/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società Italiana Calzature SpA (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), VICINI SpA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza Nru 564397 deċiża mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-336/11 fid-9 ta’ April 2013, innotifikata fl-istess data, tilqa’ t-talbiet ifformulati minn Società Italiana Calzature SpA (iktar ’il quddiem “SIC”) fir-rikors tal-ewwel istanza, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-8 ta’ April 2011 dwar il- Każ R 634/2010-2 u, skont id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-5 ta’ Marzu 2010, dwar l-oppożizzjoni B 1 350 711, tikkonstata u tiddikjara li r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ta’ VICINI Nru 6513386 għandha tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ element ġdid, sa fejn hija simili, sal-punt li jiġu konfużi,mas-sinjal verbali preċedenti “ZANOTTI” li kien is-suġġett ta’ trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 244 277 u trade mark Taljana rreġistrata taħt in-Nru 452 869, li tagħha SIC hija l-proprjetarja.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha u għat-taxxi taż-żewġ gradi ta’ istanza;

tikkundanna lil VICINI S.p.A biex tħallas lil SIC l-ispejjeż kollha tal-fażi preċedenti quddiem il-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja. L-aspett fundamentali viżiv tal-element grafiku meta mqabbel mal-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u ż-żieda mal-kelma “ZANOTTI” tal-kliem “Giuseppe” u “Design” ma humiex biżżejjed biex jeskludu l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, fid-dawl tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-elementi inkwistjoni u, b’mod partikolari, għall-fatt li dawn ma jippreżentawx karattru distintiv.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-kelma “ZANOTTI”, li tikkostitwixxi l-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, ma għandhiex pożizzjoni distintiva awtonoma, u teskludi għalhekk, minn din il-perspettiva wkoll, l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 minn Società Italiana Calzature SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ April 2013 fil-Kawża T-337/11, Società Italiana Calzature SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-309/13 P)

2013/C 233/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società Italiana Calzature SpA (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), VICINI SpA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza Nru 564400 mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-337/11 fid-9 ta’ April 2013, innotifikata fl-istess data, tilqa’ t-talbiet magħmula minn Società Italiana Calzature SpA (iktar ’il quddiem “SIC”) permezz tar-rikors fl-ewwel istanza, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-8 ta’ April 2011 dwar il-Każ R 918/2010-2 u tikkonstata u tiddikjara li t-trade mark Komunitarja de VICINI Nru 4 337 754 ma għandhiex tiġi rreġistrata minħabba nuqqas ta’ novità, inkwantu tixxiebah, sal-punt ta’ konfużjoni, mas-sinjal verbali preċedenti “ZANOTTI” li kien is-suġġett ta’ trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 244 277 li SIC hija l-proprjetarja tagħha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi;

tikkundanna lil VICINI S.p.A. tħallas lil SIC l-ispejjeż kollha tal-istadji preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja. Il-fatt li l-element grafiku huwa viżwalment dominanti meta mqabbel mal-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u li l-kelmiet “By” and “Giuseppe” ġew miżjuda ma “ZANOTTI” ma huwiex suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, fid-dawl tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-elementi inkwistjoni u, b’mod partikolari, tal-fatt li dawn ma għandhomx karattru distintiv.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li l-kelma “ZANOTTI”, li tikkostitwixxi l-element verbali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, ma għandhiex pożizzjoni distintiva awtonoma, u eskludiet b’hekk, minn din il-perspettiva wkoll, l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużkoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Užsienio reikalų ministerija vs Vladimir Peftiev, BelTechExport ZAO, Sport-pari ZAO, BT Telecommunications PUE

(Kawża C-314/13)

2013/C 233/05

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Užsienio reikalų ministerija (Ministru għall-Affarjiet Barranin)

Konvenuti: Vladimir Peftiev, BelTechExport ZAO, Sport-pari ZAO, BT Telecommunications PUE

Parti oħra fil-proċeduri: Finansinių nusikaltimų tyrimų tarnyba prie Vidaus reikalų ministerijos (Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Reati Finanzjarji fi ħdan il-Ministeru tal-Intern)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (1), tat-18 ta’ Mejju 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità responsabbli mill-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament tgawdi minn setgħa diskrezzjonali assoluta sabiex tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, liema huma l-kriterji li din l-awtorità għandha ssegwi u liema huma l-kriterji li bihom hija hi marbuta meta tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, tat-18 ta’ Mejju 2006?

(3)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, tat-18 ta’ Mejju 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità responsabbli mill-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni, meta tipproċedi għall-eżami tat-talba għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għandha, b’mod partikolari, id-dritt jew l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li bit-tressiq tat-talba tagħhom ir-rikorrenti jixtiequ jimplementaw id-drittijiet fundamentali tagħhom (f’din il-kawża, id-dritt għal azzjoni ġudizzjarja), minkejja li hija għandha wkoll tiżgura li, jekk l-eċċezzjoni tingħata fil-każ speċifiku, l-għan tas-sanzjoni prevista ma jiġix injorata u li l-eċċezzjoni ma tiġix żnaturata (pereżempju, jekk is-somma intiża għad-difiża legali hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mal-importanza tas-servizzi legali pprovduti)?

(4)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, tat-18 ta’ Mejju 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li wieħed mill-motivi li jista’ jiġġustifika li ma tiġix applikata l-eċċezzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni jista’ jkun l-illegalità tal-akkwist ta’ fondi li l-użu tagħhom huwa invokat bi ħsieb li tiġi implementata din l-eċċezzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, tat-18 ta’ Mejju 2006, dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus (ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 432)


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-11 ta’ Ġunju 2013 — X

(Kawża C-318/13)

2013/C 233/06

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE (1) (id-Direttiva tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-kalkolu ta’ benefiċċju soċjali statutorju dovut minħabba f’inċident fuq il-post tax-xogħol, l-użu, bħala fattur attwarjali, tad-differenza fl-aspettattivi tal-għomor bejn l-irġiel u n-nisa, fejn l-użu ta’ dan il-fattur iwassal għall-ħlas ta’ kumpens f’daqqa taħt din id-dispożizzjoni li meta jingħata lil raġel, huwa inqas minn dak li tirċievi mara tal-istess età u f’sitwazzjoni simili fir-rigward tal-kumplament?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, hemm f’dan il-każ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni għall-implementazzjoni tar-responsabbiltà tal-Istat Membru, b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni għall-fatt li

il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx espressament, fil-ġurisprudenza tagħha, dwar il-legalità ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi attwarjali bbażati fuq is-sess fid-determinazzjoni tal-benefiċċji mħallsa taħt sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali u li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7;

il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2011, Association belge des Consommateurs Test-Achats et (C-236/09, Ġabra p. I-773), li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 (2) (Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi), li jippermetti t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali fatturi, kien invalidu, iżda dan kien ser ikun hekk biss wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tranżizzjoni, u li

il-leġiżlatur tal-Unjoni, fid-Direttivi 2004/113/KE u 2006/54/KE (3) (Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol), approva taħt ċerti kundizzjonijiet, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi attwarjali bbażati fuq is-sess fil-kalkolu tal-benefiċċji msemmija taħt dawn id-direttivi, li għalhekk iħalli lil-leġiżlatur nazzjonali jassumi li dawn il-fatturi setgħu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tas-sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali inkwistjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.

(2)  ĠU 2006, L 153M, p. 294.

(3)  ĠU L 204, p. 23.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ġunju 2013 — Marjan Noorzia

(Kawża C-338/13)

2013/C 233/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marjan Noorzia

Konvenut: Bundesministerin für Inneres

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li l-konjugi u l-imsieħba għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni sabiex jitqiesu bħala membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2013 — bpost SA vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

(Kawża C-340/13)

2013/C 233/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: bpost SA

Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

Domandi preliminari

(1)

Il-ħames inċiż tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 1997/67/KE (1), kif emendat bid-Direttivi 2002/39/KE (2) u 2008/06/KE (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi obbligu ta’ nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet bejn il-fornitur tas-servizz universali u l-intermedjarji, fejn f’dak li jikkonċerna t-tnaqqis operattiv mogħti minn dan il-fornitur, it-tnaqqis esklużivament kwantitattiv jibqa’ suġġett għall-applikazzjoni tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 12?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, it-tnaqqis esklużivament kwantitattiv jissodisfa l-obbligu ta’ nondiskriminazzjoni previst fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 12 meta d-differenza fil-prezz li huwa jistabbilixxi hija bbażata fuq fattur oġġettiv fir-rigward tas-suq ġeografiku u ta’ servizzi rilevanti u li hija ma għandhiex effett ta’ esklużjoni jew li tinkoraġġixxi l-fedeltà?

(3)

Jekk ir-riposta għall-ewwel domanda hija negattiva, it-tnaqqis kwantitattiv mogħti lill-intermedjarju jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst mill-ħames inċiż tal-Artikolu 12, meta d-daqs tiegħu ma jkunx ugwali mat-tnaqqis li jingħata lil kunsinnatur li jiddepożita numru ta’ oġġetti postali ekwivalenti, iżda mat-tnaqqis kollu li jingħata lill-kunsinnaturi kollha abbażi tan-numru ta’ oġġetti postali ta’ kull wieħed minn dawn il-kunsinnaturi li l-intermedjarju jkun ġabar l-oġġetti postali tiegħu?


(1)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).

(2)  Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 316).

(3)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).


Il-Qorti Ġenerali

10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — MB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/11) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria taħt il-forma ta’parteċipazzjoni siekta minn impriża pubblika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti dwar l-istess proċedura - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat - Kunċett ta’ intrapriżi f’diffikultà - Kalkolu tal-komponent tal-għajnuna - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 233/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Brüggen u C. Geiert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/471/UE tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (C-38/05 (ex NN 52/04) (ĠU 2011, L 195, p. 55).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

MB System GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE brunes)

(Kawża T-78/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE brunes - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti La LIBERTAD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 233/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. McKenzie u B. Pikolin, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2109/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Cytochroma Development vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-106/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell - Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)

2013/C 233/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cytochroma Development, Inc. (St. Michael, Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2011, (Każ R 1235/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Cytochroma Development, Inc.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1235/2011-1) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend fuq sfond blu)

(Kawża T-205/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE american blend - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti La LIBERTAD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 233/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Pikolin u H. McKenzie, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 387/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend fuq sfond aħmar)

(Kawża T-206/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE american blend - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti La LIBERTAD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 233/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Pikolin u H. McKenzie, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 411/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Airbus vs UASI (NEO)

(Kawża T-236/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEO - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Eżami tal-mertu suġġett għall-ammissibbiltà tar-rikors - Artikoli 59 u 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 233/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Airbus SAS (Franza) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1387/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEO bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1387/2011-1) hija annullata sa fejn tirrigwarda s-servizzi fil-klassi 39 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Warsteiner Brauerei Haus Cramer vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)

(Kawża T-243/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALOHA 100 % NATURAL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALOA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 233/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG (li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG) (Warstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, sussegwentement A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1058/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stuffer SpA u Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG, li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/12) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol - Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Direttiva 2001/83/KE - Użu mediku stabbilit sew - Ċirkustanzi eċċezzjonali)

2013/C 233/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Barnden, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, M. Šimerdová u L. Banciella, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti); Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, F. Gloaguen u S. Menez, aġenti); Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u A. Posch, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, aġent, sussegwentement C. Murrel u finalment L. Christie, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment B. Majczyna u M. Szpunar, sussegwentement B. Majczyna, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012/3306) finali, tal-25 ta’ Mejju 2012, li tiċħad awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Orphacol — Aċidu koliku”.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3306 finali, tal-25 ta’ Mejju 2012, li tiċħad awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Orphacol — Aċidu koliku”, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Laboratoires CTRS.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 250, 18.08.2012.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2013 — Mederer vs UASI Katjes Fassin (SOCCER GUMS)

(Kawża T-258/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 233/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u R. Pethke, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich s. Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u C. Osterrieth, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ April 2012 (Każ R 225/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mederer GmbH u Katjes Fassin GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż proprji tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.


(1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/10


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 minn Z mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Diċembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-88/09 u F-48/10, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-88/13 P)

2013/C 233/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibbli,

tiddikjarah fondat,

għaldaqstant jannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 mogħtija fil-Kawżi magħquda F-88/09 u F-48/10, [Z] vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

tiddeċiedi l-kawża skont ir-rikorsi promoturi tal-Kawżi F-88/09 u F-48/10,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi,

tirriżerva lill-appellant id-drittijiet, dak dovut, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħdax-il aggravju.

(1)

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità tat-Tielet Awla tat-TSP.

(2)

It-tieni aggravju, ibbażat fuq assenza ta’ rimedju effettiv, peress li t-TSP llimita l-intervent tiegħu kontra l-istituzzjonijiet.

(3)

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-inkompetenza tal-Imħallef Rofes i Pujol li tiddeċiedi dwar it-talba għal rikuża tal-Imħallef Van Raepenbusch.

(4)

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq minħabba n-nuqqas ta’ possibbilità li jiġi ppreżentat appell kontra d-deċiżjoni tat-TSP li tiċħad it-talba għal rikuża ta’ Imħallef.

(5)

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-prova u tal-obbligu li tistabbilixxi l-verità materjali tal-motivazzjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u tad-deċiżjoni ta’ sanzjoni dixxiplinarja.

(6)

Is-sitt aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi peress li t-TSP kien ikkunsidra li d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid kienet ittieħdet fl-interess uniku tas-servizz fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Is-seba’ aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi peress li t-TSP kien ikkunsidra li hemm ekwivalenza ta’ impjiegi fis-sens tal-Artikolu 7 tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal.

(8)

It-tmien aggravju, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ.

(9)

Id-disa’ aggravju, ibbażat fuq żball ta’ dritt peress li t-TSP kien iddikjara inammissibbli t-talba għal kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-pubblikazzjoni ġo l-istituzzjoni tad-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid, anki jekk l-appellant ma kienx obbligat li jibda proċedura amministrattiva prekontenzjuża sabiex jinforza t-talba tiegħu għal kumpens.

(10)

L-għaxar aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi peress li t-TSP kien ikkunsidra li l-kumitat responsabbli mill-ilmenti kien kompetenti sabiex jagħti deċiżjoni dwar it-talba tal-appellant.

(11)

Il-ħdax-il aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi peress li t-TSP ma ddeċidiex li l-appellata kisret l-Artikoli 1 sa 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll li d-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ kontradittorju fil-proċedura dixxiplinarja.


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/11


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 minn AK mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Marzu 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-91/10, AK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/13 P)

2013/C 233/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: AK (Esbo, il-Finlandja) (rappreżentant: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi,

s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża F-91/10, AK vs Il-Kummissjoni Ewropea, hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lill-appellant:

kumpens għat-telf ta’ opportunità ta’ 95 % li jiġi promoss fil-grad A4 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni tal-2003, tal-2005 jew iktar tard tal-2007, ta’ EUR 375 295, EUR 204 996 u EUR 90 130 rispettivament, inkluż is-somma f’daqqa ta’ EUR 4 000 diġà mħallsa, minbarra r-regolarizzazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tiegħu permezz ta’ kontribuzzjonijiet korrispondenti;

EUR 55 000, minbarra l-EUR 15 000 diġà mħallsa, għad-dannu morali subit minħabba fil-kontinwità tas-sitwazzjoni amministrattiva irregolari tiegħu, minkejja, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-20 ta’ April 2005 u tas-6 ta’ Ottubru 2009 tal-Qorti Ġenerali u tat-13 ta’ Diċembru 2007 tat-Tribunal Ewropew għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll id-deċiżjoni tat-23 ta’ April 2007 tal-Awtorità tal-Ħatra li tilqa’ l-ilment imressaq mill-appellanti fl-4 ta’ Settembru 2006;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn it-TSP ibbaża ruħu fuq rapporti ta’ evalwazzjoni tal-karriera (REK) li huwa stess eskluda mid-diskussjonijiet (dwar il-punti 55, 56, 73 u 87 tad-deċiżjoni kkontestata).

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi waqt l-evalwazzjoni tad-dannu morali u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li t-TSP naqqas l-evalwazzjoni tad-dannu morali għall-EUR 15 000 billi kkunsidra biss id-dewmien partikolarment importanti fl-istabbiliment tad-diversi REK u billi limita l-firxa tad-dannu morali għall-perijodu li fih l-appellant kien għadu qiegħed jaħdem, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni parametri oħra bħall-istat ta’ inċertezza u ta’ inkwiet tal-appellanti fir-rigward tal-futur professjonali tiegħu wara l-perijodu fejn kien għadu qiegħed jaħdem (dwar il-punti 63 u 83 u segwenti tas-sentenza kkontestata).

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi waqt l-evalwazzjoni tad-dannu minħabba t-telf tal-opportunità li jiġi promoss u fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn it-TSP ma jistax jasal għall-konklużjoni unikament abbażi tal-punti ta’ mertu u tal-limiti ta’ promozzjoni li l-probabbiltà ta’ promozzjoni tal-appellanti kienet dgħajfa, minn naħa, u t-TSP evalwa d-dannu tat-telf tal-opportunità li jiġi promoss għal EUR 4 000 ta’ malajr mingħajr ma ta l-iċken spjegazzjoni dwar ir-raġunament li wasslu għal dan ir-riżultat, min-naħa l-oħra (dwar il-punti 71 sa 73 u 89 u segwenti tas-sentenza kkontestata).


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/12


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — Kompas MTS vs Il-Parlament et

(Kawża T-315/13)

2013/C 233/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kompas mejni turistični servis d.d. (Kompas MTS d.d.) (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: J. Tischler, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas somma ta’ EUR 846 000 kif ukoll interessi li jammontaw għal 8 % jew tikkonstata l-eżistenza ta’ dritt għal danni fir-rigward tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob danni b’mod partikolari minħabba l-adozzjoni tal-Artikolu 5(6)(e) tad-Direttiva 2001/37/KE (1). Hija tqis li s-sempliċi adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni setgħet tippermetti li l-leġiżlatur Awstrijak jillimita l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk li ma humiex bil-lingwa Ġermaniża. Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li din ir-restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni kienet dovuta għall-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37, li permezz tagħha l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u d-dritt fundamentali għal proprjetà kif ukoll għal-libertà tal-intrapriża.


(1)  Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/12


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Adorisio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/13)

2013/C 233/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stefania Adorisio (Ruma, l-Italja) u 367 oħra (rappreżentanti: F. Sciaudone, L. Dezzani, D. Contini, R. Sciaudone u S. Frazzani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Frar 2013 (C(2013) 1053 finali), dwar għajnuna mill-Istat SA.35382 (2013/N) — Il-Pajjiżi l-Baxxi (Għajnuna SNS REAAL 2013), (ĠU 2013 C 104, p. 3);

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li:

il-miżuri ta’ għajnuna kkontestati ma jirrigwardawx ċirkustanzi eċċezzjonali, iżda pjuttost mal-falliment fil-ġestjoni tal-SNS REAAL u mal-kapaċitajiet limitati ta’ negozju tiegħu;

it-tfixkil allegat fl-ekonomija tal-Pajjiżi l-Baxxi ma hijiex serja. L-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ma pproduċewx prova dwar l-eżistenza ta’ diffikultajiet soċjali u ekonomiċi serji;

L-allegat tfixkil ma jikkonċernax lanqas settur wieħed sħiħ mill-ekonomija kollha, aħseb u ara kemm jikkonċerna l-ekonomija kollha tal-Pajjiżi l-Baxxi. Fil-fatt, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi ma pproduċix prova li l-falliment tal-SNS Bank kien ser ikollu implikazzjonijiet sistematiċi fuq l-iskema finanzjarja tal-Pajjiżi l-Baxxi u, iktar globalment, fuq l-ekonomija tal-Pajjiżi l-Baxxi kollha u, f’dan ir-rigward, ma pproduċix stima kwantitattiva tal-konsegwenzi potenzjali ta’ insolvenza tal-bank fuq l-ekonomija kollha.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (1), peress li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni u intiżi li jemendaw il-miżuri nnotifikati ta’ għajnuna, fatt li jmur kontra l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99. Fil-fatt, skont dispożizzjoni bħal din, il-Kummissjoni ma tingħatax, waqt il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari, is-setgħa sabiex tintervjeni fuq il-miżura nnotifikata ta’ għajnuna mill-Istat u sabiex tbiddilha permezz ta’ kundizzjonijiet jew talbiet oħra imposti fuq l-Istati Membru.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99, peress li kien hemm elementi u ċirkustanzi li jipproduċu l-prova li kien hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern, bħal pereżempju l-inkonsistenza bejn id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni “li l-banek tal-Pajjiiżi l-Baxxi marru tajjeb fl-aħħar rawnd tat-testijiet tal-istress tal-ABE (NB: Awtorità Bankarja Ewropea) grazzi għal piż favorevoli tal-assi mwieżna skont ir-riskju (inkluż self ipotekarju) u għandhom ikunu jifilħu livell għoli ta’ nuqqasijiet” u l-aċċettazzjoni passiva tal-argument tal-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi li s-settur Bankarju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa minflok dgħajjef u li l-użu tal-SGD tal-Pajjiżi l-Baxxi (Skema tal-Garanziji tad-Depożiti) kien ser idgħajjef is-settur, jew il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata fiha kundizzjonijiet li jirrappreżentaw indikazzjoni oħra ċara li l-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni kien neċessarju.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegat ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti, peress li:

ma hemm l-ebda evidenza li l-ilment tar-rikorrenti kontra l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat kien jagħmel parti minn xi investigazzjoni u analiżi. Fil-fatt, ma sar l-ebda riferiment għalih fid-deċiżjoni kkontestata;

ir-rikorrenti ma kinux informati bi kwalunkwe mod dwar id-deċiżjoni kkontestata.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li:

l-implementazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiksru d-drittijiet l-oħra tal-UE, bħad-dritt għall-proprjetà. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni ma setatx tistrieħ fuq l-esproprjazzjoni tal-investiment mingħajr ma tanalizza għal tal-inqas jekk dik l-azzjoni kinitx qiegħdha ssir skont il-liġi. L-esproprjazzjoni hija minnha nnifisha ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-Kummissjoni ma setatx tinjora din iċ-ċirkustanza fl-evalwazzjoni tagħha;

il-Kummissjoni missha vverifikat il-kundizzjonijiet u t-termini ta’ din it-tip ta’ esproprjazzjoni, sabiex tiddeċiedi jekk hija kinitx element li setgħat tistrieħ fuqha fl-evalwazzjoni tal-miżuri għall-għajnuna.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 8, Vol. 1, p. 339).


10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/13


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2013 — CSF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/13)

2013/C 233/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSF Srl (Grumolo delle Abbadesse, l-Italja) (rappreżentanti: R. Santoro, S. Armellini u R. Bugaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/173/UE ppubblikata fl-10 ta’ April 2013 u kkomunikata lir-rikorrenti fis-16 ta’ April 2013;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/173/UE, tat-8 ta’ April 2013, dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal. Din id-deċiżjoni tqis iġġustifikat il-projbizzjoni tal-awtorità Daniża (ĠU L 101, p. 29).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 5, 6(1), 7 u 11 tad-Direttiva 2006/42/KE, iċċitata iktar ’il fuq, u l-punti 1.1.2 u 3.4.4 tal-Anness I tad-Direttiva.

F’dan ir-rigward hija ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-verità, l-istrutturi protettivi FOPS għall-makkinajri Multione S630 tar-rikorrenti huma obligatorji fil-każijiet kollha li fihom l-użu tal-makkinarju jesponi lill-operatur għar-riskju ta’ oġġetti jew materjal li jistgħu jaqgħu.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

F’dan ir-rigward hija ssostni li l-miżura Daniża, li d-deċiżjoni kkontestata tqis bħala ġġustifikata, timponi miżuri restrittivi fuq it-tqegħid fis-suq tal-makkinarji multifunzjonali Multione S630 biss, anki jekk bosta makkinarji multifunzjonali oħra simili u li jintużaw bħal Multione S630 huma fis-suq Daniż mingħajr ma huma obbligati li jkollhom FOPS.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/14


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs SEAE

(Kawża F-59/13)

2013/C 233/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent;

jikklassifika mill-ġdid il-kuntratt ta’ membru tal persunal awżiljarju bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal għal żmien indeterminat, skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg;

jikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.