|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.231.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 231/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6972 – BC Partners/Springer Science + Business Media) ( 1 ) |
|
|
2013/C 231/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6961 – Goldman Sachs/Gávea Investimentos/JV) ( 1 ) |
|
|
2013/C 231/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6697 – OW Bunker/Bergen Bunkers) ( 1 ) |
|
|
2013/C 231/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6891 – Agrofert/Lieken) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 231/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 231/06 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 231/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6863 – Avnet EMG/MSC Investoren) ( 1 ) |
|
|
2013/C 231/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6978 – Banco Popular SA/Group Crédit Mutuel/ATM Business) ( 1 ) |
|
|
2013/C 231/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7002 – M&G/Alliance Medical) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 231/10 |
||
|
2013/C 231/11 |
||
|
2013/C 231/12 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6972 – BC Partners/Springer Science + Business Media)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/01
Fil-31 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6972. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6961 – Goldman Sachs/Gávea Investimentos/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/02
Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6961. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6697 – OW Bunker/Bergen Bunkers)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/03
Fil-11 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6697. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6891 – Agrofert/Lieken)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/04
Fil-15 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6891. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Awwissu 2013
2013/C 231/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3360 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,68 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4574 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86200 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,6828 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2307 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8840 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,816 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
298,91 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7028 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2066 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4540 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,5708 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4726 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3909 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3626 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6747 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6848 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 486,97 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,1930 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1771 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5038 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 743,95 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3373 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,193 |
|
RUB |
Rouble Russu |
44,0086 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,750 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,0760 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,9438 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,3110 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/4 |
AVVIŻ TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' TIFTIX TA' IDROKARBONJI LIKWIDI U GASSUŻI BL-ISEM“COSTA LA ROCCA”
IR-REĠJUN TA' SQALLIJA
IL-MINISTERU REĠJONALI GĦALL-ENERĠIJA U S-SERVIZZI PUBBLIĊI – ID-DIPARTIMENT REĠJONALI TAL-ENERĠIJA
L-UFFIĊĊJU REĠJONALI GĦALL-IDROKARBURI U L-ENERĠIJA ĠEOTERMALI (U.R.I.G.)
2013/C 231/06
Il-kumpanija Irminio S.r.l. li għandha l-uffiċċju legali tagħha rreġistrat f’Via Principe di Villafranca, 50 – 90139, Palermo Italia u li għandha l-kodiċi tat-taxxa u n-numru tal-VAT li ġej: 03922140821, REA n. 160160, b'talba tat-3 ta' Jannar 2013, indirizzata lill-awtorità kompetenti għat-titoli tal-minjieri fir-Reġjun ta' Sqallija, il-Kunsillier għall-Enerġija u s-Servizzi tal-P.U., ibbażata fi viale Campania 36 – 90144 Palermo, Italia, talbet li skont L.R.S. 3 Lulju 2000 nru. 14, tingħata l-permess għar-riċerka tal-idrokarburi likwidi u gassużi, konvenzjonalment imsejjaħ “Case la Rocca”, f'żona ta' estensjoni ta' ha 8 000 (Km2 80), li tinsab fit-territorju tal-Pronvinċja ta' Ragusa, fil-Muniċipalità ta' Ragusa. Iż-żona hija delimitata fil-karta I.G.M.I. nru. 276 “Ragusa” fl-iskala 1 100,000 u fit-tabelli I.G.M.I. nru. 276 IV SO “Donnafugata”, 276 III NE “Donnalucata”, 276 IV SE “Monte Renna” u 276 IV NE “Comiso”.
Il-perimetru taż-żona li għaliha ntalab il-permess jifforma poligonu mhux regolari magħmul minn linja kontinwa li tgħaqqad flimkien il-punti “A”, “B”, “C”, “D”, “E”, “F”, “G”, “H”.
Dawn il-punti huma ddefiniti kif ġej:
|
A. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt „O” tat-talba għall-permess “Contrada Giardinello”. Punt li jinsab fuq ix-xifer tat-tramuntana ta' Casa Veninata fil-“C. da Stanislao”. Li jaqa' taħt it-Tabella 276 IV SO “Donnafugata”; |
|
B. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “N” tat-talba għall-permess “Contrada Giardinello”. Punt li jinsab fuq ix-xifer tat-tramuntana tad-dar li tinsab fi kwota ta' 580 metri f' “C. da Castiglione”, bejn wieħed u ieħor 350 metru fid-direzzjoni bejn it-tramuntana u l-majjistral ta' “Villa Arezzo”. Li jaqa' taħt it-Tabella 276 IV NE “Comiso”; |
|
C. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “B” tal-konċessjoni “S. Anna”. Punt li jinsab fuq ix-xifer tal-grigal ta' “Case Cosentino” fil-“C. da Cento pozzi”. Li taqa' taħt it-Tabella 276 IV NE “Comiso”; |
|
D. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “A” tal-konċessjoni “S. Anna”. Punt li jikkorrispondi max-xifer tan-nofsinhar tal-bini ta' “Villa Monelli” u “C. da Badia”. Li taqa' taħt it-Tabella 276 IV SE “Monte Renna”; |
|
E. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “E” tal-konċessjoni “S. Anna”. Punt li jinsab fuq ix-xifer tat-tramuntana ta' “Casa Nifosi”, li tinsab fi kwota ta' 446 metri f'“C. da Giubiliana”. Li taqa' taħt it-Tabella 276 IV SE “Monte Renna”; |
|
F. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “D” tal-konċessjoni “S. Anna”. Punt li jinsab fuq ix-xifer tat-punent tal-intersezzjoni li tinsab fi kwota ta' 577 lejn “C. da Castiglione”, bejn il-Km 5 u 6 tat-triq li torbot Ragusa ma' Marina di Ragusa. Li taqa' taħt it-Tabella 276 IV SE “Monte Renna”; |
|
G. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “G” tal-konċessjoni “Ragusa” u “B” tal-konċessjoni “Irminio”. Magħmul minn pilastru tal-ġebla franka mpoġġija fil-korrispondenza tax-xifer “O” ta' “Case Arezzo” u “C. da Pozzillo”. Li taqa' taħt it-Tabella 276 IV SE “Monte Renna”; |
|
H. |
Punt li jikkoinċidi mal-punt “P” tat-talba għall-permess tar-riċerka “Contrada Giardinello”. Punt li jikkorrispondi għax-xifer tax-xlokk tad-dar li tinsab “C. da Perrone”, fi kwota ta' bejn wieħed u ieħor 75 metru, 325 metru fuq in-naħa tax-xlokk ta' “C. da Perronello”. Li taqa' taħt it-Tabella 276 III NE “Donnalucata”; |
Koordinati ġeografiċi
|
Punti |
Lonġitudni fil-Lvant (M. Mario) Latitudni |
Punti |
|
A |
2° 06′ 02,85″ |
36° 52′ 29,92″ |
|
B |
2° 10′ 41,42″ |
36° 55′ 59,93″ |
|
C |
2° 14′ 07,72″ |
36° 55′ 08,73″ |
|
D |
2° 09′ 26,66″ |
36° 53′ 12,66″ |
|
E |
2° 10′ 50,50″ |
36° 51′ 35,87″ |
|
F |
2° 13′ 35,88″ |
36° 52′ 51,54″ |
|
G |
2° 13′ 01,00″ |
36° 50′ 51,09″ |
|
H |
2° 09′ 16,10″ |
36° 47′ 59,10″ |
Il-partijiet interessati jistgħu jressqu applikazzjoni għal permess f’din iż-żona fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-applikazzjonijiet li jaslu wara dak iż-żmien ma jintlaqgħux. Id-Digriet li jagħti l-permess għat-tiftix se jinħareġ fi żmien sitt xhur mid-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet ta' entitajiet li qed jikkompetu. B'referenza għall-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE, qed jiġi mgħarraf ukoll li l-kriterji li fuqhom jingħataw il-permessi ta' tiftix, il-permessi ta' riċerka u l-konċessjonijiet ta' sfruttament diġà ġew ippubblikati fil-ħarġa tal- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 396 tad-19 ta' Diċembru 1998, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv tal-President tar-Repubblika Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996 (ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, Nru 293, tal-14 ta' Diċembru 1996), li jittrasponi u jimplimenta fl-ordinament ġuridiku Taljan id-Direttiva msemmija hawn fuq, u kienu speċifikati mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 Lulju 2000, li diġà ssemmiet (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 32, tas-7 Lulju 2000).
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-eżerċizzju jew il-waqfien tal-attività huma stabbiliti mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 Lulju 2000, li ssemmiet hawn fuq, kif ukoll mill-ispeċifikazzjonijiet standard (id-Disciplinare Tipo) bl-Atti Nru 91 u Nru 88 maħruġa fit-30 Ottubru 2003 u fl-20 Ottubru 2004 rispettivament, mid-Direttur Reġjonali għall-Industrija, u ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija rispettivament fl-14 Novembru 2003 l-Parti I Nru 49 u fil-5 Novembru 2004 l-Parti I Nru 46.
Id-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni hija disponibbli mingħand l-Uffiċċju Reġjonali għall-Idrokarburi u l-Enerġija Ġeotermika tad-Dipartiment Reġjonali għall-Industrija u għall-Minjieri, Via Ugo La Malfa 101, 90146, Palermo, fejn tista' tkun ikkonsultata minn kwalunkwe parti interessata.
L-inġinier prinċipali
Dr. Ing. Salvatore GIORLANDO
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6863 – Avnet EMG/MSC Investoren)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/07
|
1. |
Fis-1 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Avnet EMG GmbH (“Avnet”, il-Ġermanja) sussidjarja li hija proprjetà ta' Avnet Inc. (“Avnet Inc.”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża MSC Investoren GmbH (“MSC”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6863 – Avnet EMG/MSC Investoren, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6978 – Banco Popular SA/Group Crédit Mutuel/ATM Business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/08
|
1. |
Fit-2 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Banco Popular Español SA (“Banco Popular”, Spanja) u Group Crédit Mutuel (“Crédit Mutuel”, Franza) jakkwistaw il-kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida (“ATM Business”, Spanja) li jinkorpora fih il-funzjoni kollha ta' impriża konġunta skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviz tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6978 – Banco Popular SA/Group Crédit Mutuel/ATM Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7002 – M&G/Alliance Medical)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 231/09
|
1. |
Fit-2 ta' Awissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha M&G Investment Management Limited (“M&G”, ir-Renju Unit) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-Alliance Medical group of companies (“Alliance Medical”, ir-Renju Unit) permezz ta' skambju dejn ma' ekwità. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7002 – M&G/Alliance Medical, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/9 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 231/10
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“WEST COUNTRY LAMB”
Nru tal-KE: UK-PGI-0005-0667-21.12.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“West Country Lamb”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.1. |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
“West Country Lamb” huwa l-isem applikat għal karkassi, nofs karkassi jew l-qatgħat tal-ħaruf li ġejjin min-nagħaġ imwielda u mrobbija fir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra u maqtula skont l-istandards tal-organizzazzoni Meat South West (MSW) jew standards ekwivalenti.
In-nagħaġ ma għandhomx ikollhom aktar minn 12-il xahar meta jaslu għall-qatla. Il-laħam minn annimali li huma (i) mwielda qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena u (ii) maqtula bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, għandu jkun soġġett għall-maturazzjoni. Dan jista’ jinkludi minimu ta’ ħamest ijiem fil-kesħa kondizzjonata bejn il-qatla u l-bejgħ lill-konsumatur finali, jew wieħed mill-proċessi ta' maturazzjoni speċifikati fil-Meat & Livestock Commission (MLC) Lamb Blueprint tal-1994 (dawn jinkludu l-istimulazzjoni elettrika u d-dendil mill-għadma tal-ġenb). Il-piż tal-laħam lest għandu jkun bejn 9 kg u 26 kg ta’ piż mejjet.
Id-dieta speċifika, msejsa fuq il-ħaxix, ittejjeb il-kompożizzjoni kimika tal-muskolu tal-ħaruf (ara t-Tabella 1 hawn taħt) u ttejjeb ukoll il-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam meta mqabbla ma’ nagħaġ li jitrabba fuq il-ġwież.
Tabella 1
Kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi (mg/100 g) u kontenut ta’ vitamina E (mg/kg) tal-muskolu tal-urak tal-ħaruf
|
|
Ħaxix |
Ġwież |
|
18:2 (3) |
98 |
143 |
|
18:3 (4) |
52 |
29 |
|
EPA (5) |
23 |
15 |
|
DHA (6) |
6,5 |
4,9 |
|
Vitamina E |
4,6 |
1,9 |
|
18:2/18:3 |
1,9 |
5,0 |
Dan jirriżulta f’laħam b’togħma iprem, li jwassal għal esperjenza ta’ ikel eċċellenti. Il-kulur tax-xaħam jista’ jkun minn abjad għal lewn il-krema, iżda d-dieta speċifika tinkoraġġixxi lewn il-krema. Il-kulur tal-laħam ivarja minn roża sa aħmar skur, bil-maturazzjoni tirriżulta f’laħam ta’ lewn aħmar iktar skur. L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassa (ibbażata fuq is-sistema EUROP), biex tiżgura kwalità tal-ikel mill-aqwa, hija:
|
— |
Karkassi kklassifikati bħala konformazzjoni R jew aħjar, b'simna ta’ 2 sa 3H; |
|
— |
Karkassi li jiżnu anqas minn 15-il kg jista’ jkollhom konformazzjoni O. |
|
|
Żieda fis-simna = > |
|||||||
|
Titjib fil-konformazzjoni = > |
|
1 |
2 |
3L |
3H |
4L |
4HL |
5 |
|
E |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
U |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
R |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
O |
|
9-15 kg |
9-15 kg |
9-15 kg |
|
|
|
|
|
P |
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-daqs tal-karkassi jista’ jvarja, dan jirrifletti l-preferenzi tas-suq u t-tip ta’ nagħġa.
Wara l-qatla l-“West Country Lamb” jiġi kkummerċjalizzat f’għadd ta’ forom, kif ġej:
|
— |
Karkassi sħaħ għajr għall-ġewwieni li ma jittikilx, il-ġilda, ir-ras u s-saqajn. Il-kliewi u xaħam assoċjat jistgħu jitħallew fil-post. |
|
— |
Nofs karkassa sħiħa: nofs il-karkassa maqsuma għat-tul. |
|
— |
Qatgħat ewlenin: prodotti billi jinqasmu karkassi/nofs karkassi f’partijiet iżgħar li huma magħrufin (biex jissodisfaw il-preferenzi tal-konsumaturi). Dawn il-qatgħat jistgħu jiġu ppreżentati bl-għadam jew mingħajr għadam u f’ippakkjar protettiv. |
Il-“West Country Lamb” jista’ jinbiegħ frisk (imkessaħ) jew iffriżat.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Il-ħrief jistgħu jintgħalfu s-suppliment waqt il-fatma u fl-aħħar fażi tas-simna, f’liema każ, id-dettalji tal-ingredjenti u x-xiri huma rreġistrati mill-bidwi fir-reġistru tal-għalf u vverifikati mill-ispetturi tal-aċċertament biex jiġi żgurat minimu ta’ 70 % ta' konsum ta' għelejjel għall-magħlef tal-ħaxix. L-iskema teħtieġ sistema estensiva b’perjodu xieraq ta' ragħa, tipikament xahrejn, qabel il-qatla.
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-ħrief għandhom ikunu mwielda, mrobbija u msemmna sal-qatla fir-reġjun tal-West Country.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tikkonsisti fis-sitt kontej ta’ Cornwall, Devon, Dorset, Gloucestershire, Somerset u Wiltshire, li flimkien jiffurmaw ir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-West Country tal-Ingilterra huwa deskritt bħala peniżola tal-mergħat. Id-distinzjoni bejn mergħa u art li tinħadem żviluppat parzjalment bħala riżultat tat-tipi differenti ta’ ħamrija. Il-West Country għandu proporzjon għoli ta’ ħamriji taflin u kannella li fihom jikber il-ħaxix iżda li mhumiex ideali għar-raba’ maħduma. Żoni ta’ raba’ maħduma għandhom proporzjon ikbar ta’ tafal u ħamrija ramlija, li minnhom jiskula iktar faċilment l-ilma. Barra minn hekk, il-West Country tal-Ingilterra għandu l-ogħla temperatura medja u l-ogħla temperaturi minimi u massimi fir-Renju Unit.
Il-West Country huwa l-akbar u l-aktar reġjun agrikolu fl-Ingilterra. L-ambjent tiegħu huwa wieħed mill-ogħna fir-Renju Unit. L-irziezet f'dan ir-reġjun jipproduċu ammont stmat ta' 21 % tan-nagħaġ fl-Ingilterra u huwa dan, flimkien mas-sehem tiegħu ta' 24 % tal-produzzjoni taċ-ċanga, li għen biex jifforma u jmantni l-pajsaġġ u l-patrimonju tar-reġjun. Id-densità għolja ta’ bhejjem ħeġġet l-iżvilupp ta’ settur kbir tal-ipproċessar tal-laħam li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi tant meħtieġa fir-reġjun.
It-taħlita fil-West Country ta’ temperaturi sħan u temperaturi moderati, xita mqassma sew matul is-sena, u ħamrija fonda li żżomm it-tira tfisser li l-ħaxix u l-għelejjel għall-magħlef jistgħu jitkabbru u jsir ir-ragħa għalihom kważi tul is-sena kollha. Il-ħaxix jikber f’parti kbira tar-reġjun għal aktar minn 300 jum tas-sena. Dan it-tkabbir tul is-sena kollha huwa n-norma fil-West Country u jindika għaliex it-trobbija tal-bhejjem tippredomina. Barra minn hekk, aktar minn 25 % tal-mergħa fil-West Country tinsab jew f'Parks Nazzjonali jew f'Żoni ta’ Ġmiel Naturali Eċċezzjonali (AONBs – Areas of Outstanding Natural Beauty) u r-reġjun għandu aktar minn 57 % ta’ mergħat li fihom ħafna fjuri fir-Renju Unit. Riċerka mwettqa minn Bristol University turi li t-togħma tal-ħaruf hija iktar qawwija u tintogħġob iktar meta dan ikun ġie magħluf il-ħaxix milli l-ġwież.
Barra minn dan, minħabba l-klima moderata unika u t-tkabbir tal-ħaxix tul is-sena kollha, il-ħrief huma mrobbija tul is-sena kollha fir-reġjun.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Hemm dipendenza kbira fuq il-ħaxix frisk u l-ħaxix ikkonservat fil-West Country. Dan jipproduċi effett karatteristiku fuq il-kwalità tal-laħam u l-valur nutrittiv tal-ħaruf f’termini ta’ kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi, kontenut ta' vitamina E u kwalità sensorjali. Esperimenti xjentifiċi wrew biċ-ċar dawn l-effetti. Dawn urew differenza fil-kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi bejn ħrief imrobbija fuq dieta msejsa fuq il-qmuħ (ġwież) u fuq dieta msejsa fuq il-ħaxix (Tabella 1). Dawk mitmugħa l-ħaxix kellhom profil ta’ aċidu xaħmi li kien pjuttost differenti minn dawk magħlufa l-ġwież. L-aċidu linolejku u l-prodott tiegħu (aċidu arakidoniku), it-tnejn xaħmijiet aċidużi n-6 (omega-6), kienu ogħla fil-muskoli tal-ħrief magħlufa l-ġwież; u l-aċidu linoleniku u l-prodotti tiegħu l-aċidu ejkosapentenojku u l-aċidu dokosaessenojku, kollha aċidi xaħmin n-3 (omega-3), kienu ogћla fil-muskoli ta’ ħrief magħlufa l-ħaxix. Il-proporzjon ta’ aċidi xaħmin n-6 ma' aċidi xaħmin n-3 kien sinifikament ogħla fl-annimali magħlufa l-ġwież. Il-proporzjon rakkomandat għad-dieta tal-bniedem huwa 4 jew inqas, li kien milħuq faċilment fil-ħrief magħlufa l-ħaxix iżda mhux fil-ħrief magħlufa l-ġwież. Proporzjon sempliċi li jiddistingwi l-ħrief magħlufa l-ħaxix minn dawk magħlufa l-ġwież huwa 18:2/18:3, billi dan huwa 1,9 u 5,0 fit-Tabella 1 għall-ħrief magħlufa l-ħaxix u dawk magħlufa l-ġwież rispettivament.
Il-ħaxix, kemm jekk frisk jew inkella kkonservat, huwa sors ta' aċidu α-linoleniku, li jista’ jkun ikkonvertit fl-annimal f’aċidi xaħmin poliinsaturati (PUFA – polyunsaturated fatty acids) n-3 (omega-3) ta' katina twila, li huma nutrijenti ta’ valur fid-dieta tal-bniedem. Il-ħaxix fih ukoll il-vitamina E u kemm l-aċidi xaħmin n-3 kif ukoll il-vitamina E huma f’konċentrazzjonijiet ogħla f’nagħaġ magħlufa l-ħaxix. Dawn in-nutrijenti jaffettwaw ukoll it-togħma tal-laħam.
Għaldaqstant, id-dieti tal-ħaxix u tal-magħlef jipproduċu profil distintiv ta' aċidu xaħmi fil-muskoli li jiddistingwihom minn dieti fuq il-ġwież. Valuri ta’ madwar 1,5 % aċidu linoleniku, 0,7 % aċidu ejkosapentenojku u > 0,2 % aċidu dokosaessenojku huma deskrittivi tal-ħaruf imrobbi fuq il-ħaxix. Dawn huma perċentwali tal-aċidi xaħmin preżenti, li huwa l-mod kif il-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi jiġi deskritt ta' spiss. Dan l-effett huwa ta' benefiċċju għall-“West Countrt Lamb”. Il-vitamina E misjuba b’mod naturali fil-ħaxix hija inkorporata fit-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam fin-nagħaġ. Dawk mitmugħa silaġġ tal-ħaxix kellhom mill-inqas id-doppju tal-konċentrazzjoni ta’ vitamina E fil-muskoli, minn dawk mitmugħa l-ġwież. Dan iwassal biex il-laħam iżomm il-lewn aħmar jgħajjat tiegħu għal żmien itwal waqt il-wiri fil-ħwienet.
Studji Brittaniċi jikkonkludu li t-togħma tal-ħaruf hija aħjar f'nagħaġ li jintagħlfu l-ħaxix lejn tmien is-simna minn f'dawk li jintagħlfu l-ġwież lejn l-aħħar tas-simna. Il-punteġġ għat-togħma tal-ħaruf huwa ferm ogħla bil-ħaxix meta mqabbel mal-ġwież. Il-punteġġ għat-togħma mhux normali hija ferm iktar baxxa bl-għalf tal-ħaxix.
Rapport indipendenti juri li l-karatteristiċi speċjali huma li jkun hemm proporzjon baxx ta’ aċidi xaħmin n-6 għal n-3 u koċentrazzjoni għolja ta’ vitamina E.
|
— |
18:2/18:3 proporzjon inqas minn 4 |
|
— |
Vitamina E > 3,0 mg/kg muskolu tal-urak |
Ir-razez tan-nagħaġ Polled Dorset and Dorset Horn huma biss żewġ eżempji ta’ razez reġjonali li żviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-fatt li l-ħaxix jikber kważi s-sena kollha fir-reġjun. Dawn ir-razez jintużaw minn ħafna bdiewa minħabba l-karatteristiċi naturali ta' tgħammir ta' spiss tagħhom, li jfisser li kapaċi jwelldu fil-ħarifa. Dan jippermetti biex il-produtturi jkollhom ħrief lesti għas-suq mill-aħħar ta' Jannar ’il quddiem. Merħliet oħra li jikbru fil-pjanura jwelldu f’Jannar u Frar, filwaqt li t-twelid fl-irziezet li jinsabu fiż-żoni b'iktar għoljiet – Bodomin Moor, Dartmoor u Exmoor – ġeneralment isir f’April u f’Mejju, u b’hekk ikun hemm produzzjoni u provvista naturali ta’ ħrief tul is-sena kollha.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)
Il-West Country tal-Ingilterra, bħala riżultat tal-klima, it-topografija, il-ġeoloġija u l-ħdura konsegwenti tiegħu, jagħti kwalitajiet partikolari lin-nagħaġ imrobbija fir-reġjun, u b’hekk lil-laħam minn dawk il-bhejjem. Proporzjon għoli taż-żona ta’ raba’ maħduma ta’ dan ir-reġjun tagħha huwa ħaxix, li huwa ideali għall-produzzjoni tan-nagħaġ u li jista’ jintuża wkoll fl-għalf supplimentari.
Jeżisti każ xjentifiku qawwi u oġġettiv li l-ħaruf imrobbi u pproċessat fil-West Country tal-Ingilterra għandu kwalitajiet li huma intrinsikament marbuta ma’ dik iż-żona ġeografika, minħabba d-disponibbiltà akbar ta’ u d-dipendenza fuq il-ħaxix fid-dieta, li jwassal għal konċentrazzjonijiet ogħla ta’ n-3 PUFA u vitamina E fil-laħam.
It-tkabbir tal-ħaxix huwa affettwat mit-tip ta’ ħamrija, it-temperatura, ix-xita u x-xemx. Fattur ieħor importanti huwa t-topografija, jiġifieri l-altitudni, bit-tkabbir tal-ħaxix jonqos hekk kif tiżdied l-altitudni. Il-klima aktar favorevoli fil-West Country iżid l-għadd ta’ jiem li fihom jikber il-ħaxix fil-West Country meta mqabbel ma’ reġjuni oħra. Il-ħaxix jikber għal aktar minn 220 jum tas-sena fil-partijiet kollha tal-West Country li mhuwiex il-każ fl-ebda parti oħra tal-Brittanja, b'biċċiet li jaqbżu t-300 jum ta’ tkabbir tal-ħaxix.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (7))
http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/wc-lamb-pgi-final-20121127.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Mibdul permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) linolejku
(4) linoleniku
(5) ejkosapentanojku
(6) dokosaessenojku
(7) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/14 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50, il-paragrafu 2, il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 231/11
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“WEST COUNTRY BEEF”
Nru tal-KE: UK-PGI-0005-0668-21.12.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“West Country Beef”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.1. |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem tal-punt 1
Il-West Country Beef huwa l-isem li japplika għal karkassi, ġnub jew qatgħat tal-laħam taċ-ċanga li jkunu ġejjin minn bovini imwielda u mrobbija fir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra u maqtula skont l-istandards tal-Meat South West (MSW) jew standards ekwivalenti, f’biċċeriji approvati fi ħdan il-West Country, jew barra din iż-żona. Dawn l-impjanti approvati se jkunu ġew spezzjonati minn spettur indipendenti biex ikun żgurat li jkun hemm traċċabbiltà sħiħa u awtentiċità tal-prodott. L-impjanti se jiġu lliċenzjati mill-Meat South West bħala approvati biex jipproċessaw il-West Country Beef.
Il-bhejjem kollha jitrabbew f’konformità ma’ standards għoljin, li hemm qbil dwarhom, dwar it-trobbija u l-benesseri, li jagħtu garanzija tas-sikurezza.
Il-produzzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
— |
tkun imwielda, mrobbija u msemmna fir-reġjun tal-West Country |
|
— |
tkun mitmugħa dieta bbażata fuq l-għalf |
|
— |
tkun konformi ma’ kull leġiżlazzjoni attwali |
|
— |
jkollha u tkun konxja tal-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti kollha |
|
— |
tiżgura s-saħħa u l-benesseri tal-bhejjem abbażi tal-Ħames Libertajiet |
|
— |
tiżgura li jkun hemm sistemi ta’ traċċabbiltà sħiħa fis-seħħ |
|
— |
tiżgura li l-bhejjem ikunu mmaniġġjati minn bdiewa kompetenti u persunal imħarreġ |
|
— |
tiżgura s-sikurezza u l-benessri tal-annimali matul it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u qabel il-qatla |
|
— |
il-qatla sseħħ f’faċilità lliċenzjata u approvata bi traċċabbiltà sħiħa sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-prodott |
L-irziezet u l-impjanti tal-ipproċessar huma spezzjonati minn spetturi indipendenti bi protokoll ta' spezzjoni definit.
Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema tal-West Country Beef, matul l-ispezzjonijiet il-produtturi huma meħtieġa juru li l-bovini huma mwielda, mrobbija u msemmna fir-reġjun tal-West Country. Huwa meħtieġ ġurnal tal-għalf u għandhom jingħataw provi li l-bovini ġew mitmugħa dieta li tinkludi tal-anqas 70 % għalf. L-iskema teħtieġ sistema estensiva b’minimu ta’ sitt xhur fil-mergħat.
Id-dieta speċifika, msejsa fuq il-ħaxix, ittejjeb il-kompożizzjoni kimika tal-muskolu taċ-ċanga (ara t-Tabella 1 hawn taħt) u ttejjeb ukoll il-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam, meta mqabbla ma’ bovini li jiġu mitmugħa l-ġwież
Tabella 1
Il-kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi (mg/100g ta’ muskolu) u kontenut ta’ vitamina E (mg/kg) fil-muskolu tal-ġenbejn taċ-ċanga
|
|
Konċentrati |
Silaġġ |
Ħaxix |
|
18:2 (3) |
210 |
87 |
76 |
|
18:3 (4) |
8,1 |
48,7 |
35,6 |
|
EPA (5) |
2,6 |
19,7 |
19,2 |
|
DHA (6) |
0,5 |
5,1 |
2,8 |
|
18:2/18:3 |
27,2 |
1,8 |
2,1 |
|
Vitamina E |
1,4 |
3,3 |
4,2 |
Dan jirriżulta f’laħam b’togħma tajba konsistentament, li jwassal għal esperjenza ta' dieta eċċellenti. Il-kontenut naturali ta' tessut intramuskulari xaħmi fil-laħam iżid it-togħma u s-sukkulenza. Il-lewn tax-xaħam jista' jkun bejn abjad u isfar, iżda d-dieta speċifika tinkoraġġixxi kulur lewn il-krema. Il-kulur tal-laħam ivarja bejn roża u aħmar skur, bil-maturazzjoni tal-laħam tidher fil-lewn aħmar aktar skur.
L-annimali bovini jiġu msemmna għal minimu ta’ 60 jum. Il-maġġoranza tal-annimali jissemmnu b'mod naturali waħedhom – l-età u l-piż ivarjaw peress li hemm differenzi bejn ir-razez (huwa ideali piż bejn 200 kg u 500 kg ta’ piż mejjet meta jkunu lesti għall-qatla).
Il-laħam jiġi kkundizzjonat għal mill-anqas għaxart ijiem f'temperaturi ta' refriġerazzjoni, proċess li jibda dakinhar tal-qatla u magħruf bħala maturazzjoni. Matul il-maturazzjoni l-enżimi naturali fil-laħam ikissru t-tessuti konnettivi u b’hekk iżidu t-tenerezza u l-kwalità tal-laħam tal-ikel. Għal qatgħat li tradizzjonalment jissajru bil-mod bħal-laħam tas-sidra u tal-ġarretta ma hemmx żmien minimu ta' maturità. Dawn il-perjodi jistgħu jitnaqqsu bl-applikazzjoni ta’ stimulazzjoni elettrika b'vultaġġ għoli peress li din tnaqqas ir-riskju li l-karkassa tibbies, jew inkella d-dendil mill-għadma tal-ġenb li jżid it-tenerezza tal-laħam. Jinżammu reġistri li juru t-temperaturi, il-proċessi u l-ħinijiet biex jiżguraw li l-karkassi jiġu mkessħa u mmaturati b’mod korrett.
L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassi (abbażi tas-sistema EUROP), li tiżgura l-aħjar kwalità għall-ikel, hija:
|
— |
Karkassi kklassifikati b'konformazzjoni O+ jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 4H. |
|
|
Żieda fix-xaħam => |
|||||||
|
Titjib fil-konformazzjoni => |
|
1 |
2 |
3 |
4L |
4H |
5L |
5H |
|
E |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
U+ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
–U |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
R |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
O+ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
–O |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
P+ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
–P |
|
|
|
|
|
|
|
|
Wara l-qatla, l-'West Country Beef' jiġi kkummerċjalizzat f’għadd ta’ forom kif ġej:
|
|
Karkassa sħiħa, minbarra biċċiet mhux tajbin għall-ikel, bħall-ġewwieni, ġlud, irjus u saqajn; |
|
|
Naħa sħiħa: nofs karkassa, maqsuma għat-tul; |
|
|
Il-kwart ta’ wara/il-kwart ta' quddiem: in-naħa kollha maqsuma bejn l-għaxar u l-ħdax-il kustilja mill-parti ta' quddiem (jew inkella b’mod simili skont arranġamenti); |
|
|
Qatgħat ewlenin: li jsiru billi l-karkassi/in-naħat jinqasmu f'partijiet iżgħar, rikonoxxuti (biex jissodisfaw il-preferenzi tal-klijent). Dawn il-qatgħat jistgħu jiġu ppreżentati bl-għadam jew mingħajr għadam u f’imballaġġ protettiv. |
Il-'West Country Beef' jista' jinbiegħ frisk (imkessaħ) jew iffriżat.
3.3. Materja prima (għal prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Il-bhejjem jistgħu jingħataw supplimenti fil-fażi tal-ftim u f'dik finali. F’dak il-każ, id-dettalji tal-ingredjenti u x-xiri jiġu rreġistrati mill-bidwi u kkontrollati minn spetturi tal-assigurazzjoni. Iż-żmien meta l-annimal jingħata s-supplimenti ikun determinat billi jitqiesu fatturi bħall-benesseri tal-annimali u l-kummerċjalizzazzjoni.
L-ammont massimu ta’ għalf supplimentari huwa ta' 30 %, b'70 % għalf. L-għalf supplimentari jingħata meta jkun meħtieġ, bħal pereżempju matul ix-xhur tax-xitwa jew waqt il-perjodi tal-ftim u tat-tlestija.
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-bhejjem kollha jitrabbew f’konformità ma’ standards għoljin, li hemm qbil dwarhom, dwar it-trobbija u l-benesseri, li jagħtu garanzija tas-sikurezza.
Il-produzzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
— |
tkun imwielda, mrobbija u msemmna fir-reġjun tal-West Country |
|
— |
tkun mitmugħa dieta bbażata fuq l-għalf |
|
— |
tkun konformi ma’ kull leġiżlazzjoni attwali |
|
— |
jkollha u tkun konxja tal-Kodiċi ta’ Prattika rilevanti kollha |
|
— |
tiżgura s-saħħa u l-benesseri tal-bhejjem abbażi tal-Ħames Libertajiet |
|
— |
tiżgura li jkun hemm sistemi ta’ traċċabbiltà sħiħa fis-seħħ |
|
— |
tiżgura li l-bhejjem ikunu mmaniġġjati minn bdiewa kompetenti u persunal imħarreġ |
|
— |
tiżgura s-sikurezza u l-benesseri tal-annimali matul it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u qabel il-qatla |
|
— |
il-qatla sseħħ f’faċilità lliċenzjata u approvata, bi traċċabbiltà sħiħa sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-prodott. |
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tikkonsisti mis-sitt kontej ta’ Cornwall, Devon, Dorset, Gloucestershire, Somerset u Wiltshire, li flimkien jiffurmaw ir-reġjun tal-West Country fl-Ingilterra.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-West Country tal-Ingilterra jista' jiġi deskritt sewwa sew bħala peniżola tal-mergħat. Id-distinzjoni bejn il-mergħat u r-raba' li tinħadem żviluppat parzjalment bħala riżultat tad-diversi tipi ta’ ħamrija. Il-West Country għandu proporzjon għoli ta’ ħamrija gley u kannella li tgħin il-ħaxix jikber iżda mhijiex adattata għar-raba' li tinħadem. Iż-żoni ta’ raba' li tinħadem għandhom proporzjon akbar ta’ ħamrija taflija u ramlija, fejn l-ilma jiskula faċilment. Barra minn hekk, il-West Country għandu l-ogħla temperatura medja u l-ogħla temperaturi minimi u massimi fir-Renju Unit.
Il-West Country huwa l-akbar u l-aktar reġjun agrikolu fl-Ingilterra. L-ambjent tiegħu huwa wieħed mill-ogħna fir-Renju Unit. L-irziezet f'dan ir-reġjun jipproduċu ammont stmat ta' 24 % taċ-ċanga fl-Ingilterra u huwa dan, flimkien mas-sehem tiegħu ta' 21 % tal-produzzjoni tan-ngħaġ, li għen fil-formazzjoni u l-manteniment tal-pajsaġġ u tal-patrimonju tar-reġjun. Id-densità għolja ta’ bhejjem ħeġġet l-iżvilupp ta’ settur kbir tal-ipproċessar tal-laħam li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi tant meħtieġa fir-reġjun.
It-taħlita ta’ temperaturi sħan u temperaturi moderati tal-West Country, ix-xita mqassma sew matul is-sena, u l-ħamrija fonda li żżomm t-tira tfisser li l-ħaxix u l-għelejjel għall-magħlef jistgħu jitkabbru u jsiru ir-ragħa għalihom kważi tul is-sena kollha. Il-ħaxix jikber f’parti kbira tar-reġjun għal aktar minn 300 jum tas-sena. Dan it-tkabbir tul is-sena kollha huwa n-norma fil-West Country u jindika għaliex it-trobbija tal-bhejjem tippredomina. Barra minn hekk, aktar minn 25 % tal-mergħat fil-West Country jinsabu jew f'Parks Nazzjonali jew f'Żoni ta’ Ġmiel Naturali Eċċezzjonali (AONBs – Areas of Outstanding Natural Beauty) u r-reġjun għandu aktar minn 57 % ta’ mergħat li fihom ħafna fjuri fir-Renju Unit. Riċerka mwettqa minn Bristol University turi li t-togħma taċ-ċanga hija aktar qawwija u tintogħġob aktar meta l-bovini jkunu ġew magħlufa l-ħaxix milli l-ġwież.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Hemm dipendenza kbira fuq il-ħaxix frisk u l-ħaxix ikkonservat fil-West Country. Dan jipproduċi effett karatteristiku fuq il-kwalità tal-laħam u l-valur nutrittiv taċ-ċanga f’termini ta’ kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi, kontenut ta' vitamina E u kwalità sensorjali. Esperimenti xjentifiċi wrew biċ-ċar dawn l-effetti. Dawn urew differenza fil-kompożizzjoni ta’ aċidu xaħmi bejn għoġġiela mrobbija fuq dieta msejsa fuq il-qmuħ (ġwież) u dawk fuq dieta msejsa fuq il-ħaxix (Tabella 1). Dawk mitmugħa l-ħaxix kellhom profil ta’ aċidu xaħmi li kien pjuttost differenti minn dawk magħlufa l-ġwież. L-aċidu linolejku u l-prodott tiegħu (aċidu arakidoniku), it-tnejn xaħmijiet aċidużi n-6 (omega-6), kienu ogħla fil-muskoli tal-għoġġiela magħlufa l-ġwież; u l-aċidu linoleniku u l-prodotti tiegħu l-aċidu ejkosapentenojku u l-aċidu dokosaessenojku, kollha aċidi xaħmin n-3 (omega-3), kienu ogћla fil-muskoli ta’ għoġġiela magħlufa silaġġ tal-ħaxix jew ħaxix frisk. Il-proporzjon ta’ aċidi xaħmin n-6 ma' aċidi xaħmin n-3 kien sinifikament ogħla fl-annimali magħlufa l-ġwież. Il-proporzjon rakkomandat għad-dieta tal-bniedem huwa 4 jew inqas, li kien milħuq faċilment fiċ-ċanga ta' għoġġiela magħlufa l-ħaxix iżda mhux f'dawk magħlufa l-ġwież. Proporzjon sempliċi li jiddistingwi l-għoġġiela magħlufa l-ħaxix minn dawk magħlufa l-ġwież huwa 18:2/18:3, billi dan huwa madwar 2 u 27 fit-Tabella 1 għaċċanga minn għoġġiela magħlufa l-ħaxix u dawk magħlufa l-ġwież rispettivament.
Il-ħaxix, kemm jekk frisk jew inkella kkonservat, huwa sors ta' aċidu α-linoleniku, li jista’ jkun ikkonvertit fl-annimal f’aċidi xaħmin poliinsaturati (PUFA – polyunsaturated fatty acids) n-3 (omega-3) ta' katina twila, li huma nutrijenti ta’ valur fid-dieta tal-bniedem. Il-ħaxix fih ukoll il-vitamina E u kemm l-aċidi xaħmin n-3 u l-vitamina E huma f’konċentrazzjonijiet ogħla f’ċanga ta' għoġġiela magħlufa l-ħaxix. Dawn in-nutrijenti jaffettwaw ukoll it-togħma tal-laħam.
Għaldaqstant, id-dieti tal-ħaxix u tal-magħlef jipproduċu profil distintiv ta' aċidu xaħmi fil-muskoli li jiddistingwihom minn dieti fuq il-ġwież. Valuri ta’ madwar 1,0 % aċidu linoleniku, 0,5 % EPA u huma ta’ 0,1 % DHA huma deskrittivi taċ-ċanga imrobbija fuq il-ħaxix. Dawn huma perċentwali tal-aċidi xaħmin preżenti, li huwa l-mod kif il-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi ta' spiss jiġi deskritt. Dan l-effett huwa ta' benefiċċju għall-'West Countrt Beef'. Il-vitamina E misjuba b’mod naturali fil-ħaxix hija inkorporata fit-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam tal-bovini. Għoġġiela mitmugħa silaġġ tal-ħaxix kellhom mill-inqas id-doppju tal-konċentrazzjoni ta’ vitamina E fil-muskoli minn dawk mitmugħa l-ġwież.(Tabella 1). Dan iwassal biex il-laħam iżomm il-lewn aħmar jgħajjat tiegħu għal jumejn aktar waqt il-wiri fil-ħwienet.
Studji Brittaniċi kkonkludew li t-togħma tal-laħam taċ-ċanga hija aħjar f’bovini msemmna bil-ħaxix milli dawk mitmugħa ż-żrieragħ. Il-punteġġi għat-togħma taċ-ċanga kienu aħjar għall-għoġġiela li jintagħlfu l-ħaxix milli l-ġwież. Il-punteġġi għat-togħma mhux normali kienu l-aktar għal dawk magħlufa l-ġwież.
Rapport indipendenti kkommissjonat mill-Meat South West li minnu ħarġu l-konklużjonijiet ta' hawn fuq juri li l-karatteristiċi speċjali huma li jkun hemm proporzjon baxx ta’ aċidi xaħmin n-6 għal n-3 u koċentrazzjoni għolja ta’ vitamina E.
|
— |
18:2/18:3 proporzjon inqas minn 4 |
|
— |
Vitamina E > 3.0 mg/kg muskolu tal-ġenbejn |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)
Il-West Country tal-Ingilterra, bħala riżultat tal-klima, it-topografija, il-ġeoloġija u l-ħdura konsegwenti tiegħu, jagħti kwalitajiet partikolari lill-bovini mrobbija fir-reġjun, u b'hekk lil-laħam minn dawk l-annimali. Proporzjon għoli taż-żona ta' raba' maħdum f'dan ir-reġjun huwa ħaxix, li huwa ideali għall-produzzjoni tal-bovini filwaqt li jista' jintuża wkoll fl-għalf supplimentari.
Jeżisti każ xjentifiku qawwi u oġġettiv li ċ-ċanga ta' bovini mrobbija u pproċessata fil-West Country tal-Ingilterra għandha kwalitajiet li huma intrinsikament marbuta ma’ dik iż-żona ġeografika, minħabba d-disponibbiltà akbar tal-ħaxix fid-dieta u d-dipendenza fuqu, li jwassal għal konċentrazzjonijiet ogħla ta’ n-3 PUFA u vitamina E fil-laħam.
It-tkabbir tal-ħaxix huwa affettwat mit-tip ta’ ħamrija, it-temperatura, ix-xita u x-xemx. Fattur ieħor importanti huwa t-topografija, jiġifieri l-altitudni, fejn aktar ma tiżdied l-altitudni aktar jonqos il-ħaxix. Il-klima aktar favorevoli fil-West Country iżżid l-għadd ta’ jiem li fihom jikber il-ħaxix fil-West Country meta mqabbel ma’ reġjuni oħra. Il-ħaxix jikber għal aktar minn 220 jum tas-sena fil-partijiet kollha tal-West Country li mhuwiex il-każ fl-ebda parti oħra tal-Brittanja, b'biċċiet li jaqbżu t-300 jum ta’ tkabbir tal-ħaxix. Bħala riżultat, il-bovini tal-West Country għandhom aktar aċċess għall-ħaxix u l-prodotti tal-ħaxix minn dawk f’ħafna mill-parijiet l-oħra tal-Brittanja jew x’imkien ieħor fl-UE.
Dawn il-valuri jinkisbu miċ-ċanga li ġejja minn bovini mwielda, imrobbija u msemmna fil-West Country tal-Ingilterra fejn l-annimali għandhom aċċess għal ħaxix frisk għal aktar żmien milli dawk f’reġjuni oħra minħabba l-klima umda u sħuna u fejn is-sistemi ta’ produzzjoni huma bbażati fuq produzzjoni estensiva mill-ħaxix. It-tibdil fil-klima fil-futur x’aktarx li se jiffavorixxi t-tkabbir tal-ħaxix fil-West Country aktar milli fil-preżent.
Il-Meat South West tikkalkula l-kontribuzzjoni totali tas-settur tal-laħam aħmar lejn l-ekonomija tal-West Country hija ta' GBP 3 biljun fis-sena u 28 000 impjieg. Il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tal-bhejjem hija essenzjali biex l-ambjent u l-partimonju tar-reġjun jiġu protetti. Tabilħaqq huwa dak l-ambjent speċjali li huwa l-bażi tal-karatteristiċi li huma minnhom infushom żviluppati fil-'West Country Beef' bħala konsegwenza tal-annimali sors li jitrabbew fir-reġjun.
Storikament ir-razez tal-bovini l-aktar komuni fir-reġjun ġew min-Nofsinhar ta' Devon u Ruby Red. Madankollu bosta razez nattivi u kontinentali huma wkoll adattati għall-pajsaġġ tar-reġjun u għandhom prestazzjoni tajba fuq il-ħaxix tar-reġjun. Il-'West Country Beef' jista’ għalhekk jiġi prodott minn kwalunkwe razza ta’ bovini. Id-diversità tal-pajsaġġi tippermetti industrija tal-bhejjem stratifikata li teżisti ġewwa l-konfini tar-reġjun. Iż-żoni muntanjużi ta’ Exmoor, Dartmoor u Bodmin Moor jipprovdu postijiet tat-tnissil u mergħat tas-sajf għal merħliet tradizzjonali tal-laħam taċ-ċanga, filwaqt li l-pjanura ta' mergħat tal-ħaxix u r-reġjuni kostali, fejn il-ħaxix ikompli jikber għal biċċa l-kbira tas-sena, jipprovdu ambjent għal tismin ideali.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (7))
http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/wc-beef-pgi-final-20121127.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Mibdul permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) linolejku.
(4) linoleniku.
(5) ejkosapentanojku.
(6) dokosaeżaenojku.
(7) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.
|
9.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/20 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 231/12
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li ssir oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“YORKSHIRE WENSLEYDALE”
Nru tal-KE: UK-PGI-0005-0652-08.10.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“Yorkshire Wensleydale”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.3. |
Ġobnijiet |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-ġobon “Yorkshire Wensleydale” huwa ġobon ippressat magħmul mill-ħalib tal-baqar. Jista’ jiġi prodott minn ħalib frisk mhux maħdum, jew mill-ħalib ippasturizzat.
Il-“Yorkshire Wensleydale” jingħata l-forma ta’ truckles/ċilindri tradizzjonali li jkollhom piż li jvarja bejn il-500 g u l-21 kg, u anki l-forma ta’ blokok li jiżnu 20 kg. Il-ġobon jista’ jinbiegħ bħala ġobon mhux matur wara ġimagħtejn iżda jista’ wkoll jitħalla jimmatura għal tnax-il xahar, skont il-livell ta’ maturità mixtieq.
Il-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-ġobon huma:
|
— |
pH: 4.4 sa 5.4, |
|
— |
materja niexfa: minimu ta’ 54 %, |
|
— |
kontenut ta’ xaħam: minimu ta’ 48 % tal-materja niexfa, |
|
— |
klorur tas-sodju: massimu ta’ 2,2 %. |
Karatteristiċi tal-ġobon:
|
— |
konsistenza: soda, kemxejn kumpatta u msaffa, |
|
— |
kulur: ivarja minn abjad sa isfar lewn l-avorju, |
|
— |
aroma: lattika, kemxejn aċiduża, li ssir qawwija u b’mod ġenerali tippersisti fit-tul fil-ġobnijiet li jkunu tħallew jimmaturaw sew, |
|
— |
togħma: kemxejn aċiduża, it-togħma li tibqa’ wara hija waħda ħelwa u ta’ għasel li ssir qawwija, f’ġobnijiet li jkunu tħallew jimmaturaw sew. It-togħma li tibqa’ wara hija pjaċevoli u distinta, |
|
— |
apparenza: bajda kulur il-ħalib u kemxejn miftuħa, |
|
— |
kif jinħass: sod iżda jitfarrak kemxejn malajr u msaffaf. |
Il-limiti mikrobijoloġiċi huma dawn:
|
— |
Escherichia coli: < 100 kolonja/gramma, |
|
— |
Staphylococcus aureus: < 100 kolonja/gramma, |
|
— |
Speċijiet ta’ salmonella: mhux preżenti f’25 gramma. |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-kulturi li jibdew il-fermentazzjoni jiġu żviluppati minn kultura primarja li tkun disponibbli kummerċjalment. Il-kulturi prinċipali “jitqajmu” mill-istat lijofilizzat tagħhom u jitkabbru b’mod individwali, sakemm jiġu introdotti fil-ħalib biex jibdew iqarrsuh. Tipikament, tmintax-il kultura prinċipali jitkabbru fuq ċiklu ta’ tlett ijiem, fi tliet gruppi ta’ sitta. L-aqwa tlieta mill-grupp rispettiv tagħhom jiġu identifikati kuljum abbażi tal-età u l-vitalità tagħhom. Dawn imbagħad jitkabbru f’tankijiet kbar, li mbagħad jitħalltu flimkien immedjatament qabel ma jibda jiġi prodott il-ġobon u jintużaw bħala l-kultura li tibda l-fermentazzjoni f’dik il-ġurnata partikolari.
3.4. Għalf (għall-prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss)
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata
L-istadji fil-produzzjoni li ġejjin għandhom isiru fiż-żona ġeografika ta’ Wensleydale kif inhu deskritt fit-taqsima 4 hawn taħt.
|
— |
Jekk ikun xieraq, il-pasturizzazzjoni tal-ħalib |
|
— |
Il-ħalib jiġi ttrasferit f’kaldaruni tal-ġobon, u miegħu tiżdied il-kultura voluminuża li tibda l-fermentazzjoni u titħawwad waqt il-perjodu ta’ maturazzjoni |
|
— |
It-tames jiżdied u l-ħalib jitħalla jikkoagula. |
|
— |
Il-massa magħquda (coagulum) tinqata’ biex il-baqta tiġi sseparata mix-xorrox. Il-baqta u x-xorrox “jinstamtu” (bi sħana mill-ġnub tal-kaldarun biex il-partikoli tal-baqta jagħqdu u tkompli titnaqqas l-indewwa) u jitħawdu sakemm il-baqta toqgħod u tissaffa mix-xorrox. |
|
— |
Il-baqta tinqata’, tiddawwar u titħawwad biex tintlaħaq il-kwalità mixtieqa ta’ kif tinħass u l-kontenut tal-indewwa tal-baqta |
|
— |
Il-baqta titmellaħ bl-idejn |
|
— |
Timtela l-forma |
|
— |
Pressar |
|
— |
Infaxxar (fejn ikun applikabbli) u ppakkjar primarju |
|
— |
Stadju inizjali ta’ maturazzjoni għal minimu ta’ ġimgħa. |
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Fiċ-ċentru ta’ Wensleydale, fit-Tramuntana ta’ Yorkshire, wieħed isib il-belt ta’ Hawes fejn jarma s-suq. Din iż-żona hija ddefinita minn (u tinkludi lil) Sedbergh fil-Punent u Bedale fil-Lvant. Lejn in-Nofsinhar il-wied imiss ma’ Wharfedale, Nidderdale, Ribblesdale u Ripon, u ma’ Swaledale lejn it-Tramuntana.
Iż-żona ddefinita hawn fuq hija sinonima mal-manifattura tal-ġobon Yorkshire Wensleydale, u hija bbażata fuq iż-żona tradizzjonali u storika għall-produzzjoni tal-ġobon Wensleydale tul is-sekli. Illum baqa’ biss żewġ siti fejn għadu jiġi prodott il-“Yorkshire Wensleydale” – il-kremeriji f’Hawes u Kirkby Malzeard.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
L-applikazzjoni hija bbażata fuq kwalità speċifika u reputazzjoni li jistgħu jiġu attribwiti lill-oriġini ġeografika.
It-tradizzjoni storika tal-produzzjoni tal-ġobon fiż-żona tmur lura sekli sħaħ. Inizjalment il-ġobon kien manifatturat mill-Patrijiet Ċisterċensi Franċiżi li bdew jabitaw l-inħawi fis-sekli ħdax u tnax. L-evidenza tissuġġerixxi li l-patrijiet ta’ Wensleydale saru bdiewa kapaċi u kienu jifhmu wkoll fit-trobbija tal-annimali, u l-produzzjoni tal-ġobon mill-ħalib saret sors imprezzabbli ta’ ikel. Hu magħruf li fil-bidu l-ġobon monastiku kien magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ, iżda l-ħalib tal-baqar sar is-sors dominanti tal-ħalib wara l-għeluq tal-monasteri fis-seklu sittax.
Wara l-għeluq tal-monasteri minn Henry VIII f’nofs is-seklu sittax, il-ħiliet fil-produzzjoni tal-ġobon ingħaddew lill-bdiewa lokali, li kienu jagħmlu l-ġobon biex jippreżervaw il-ħalib iż-żejjed. Din it-tradizzjoni baqgħet ħajja anki fis-seklu għoxrin u nsibu li Kit Calvert (“The Complete Dalesman” u missier il-Yorkshire Wensleydale bejn l-1933 u l-1966) fil-ktieb tiegħu “Kit Calvert of Wensleydale” (Kit Calvert ta’ Wensleydale), kiteb li “… meta ġiet iddikjarata t-Tieni Gwerra Dinjija (1939), 173 mara ta’ bidwi kienu qed jipproduċu l-ġobon Wensleydale f’Wensleydale u fiż-żona tal-madwar”.
Fl-1897, il-merkant lokali tal-qamħ u l-provvisti, Edward Chapman, sar l-ewwel produttur kummerċjali tal-ġobon fl-inħawi meta fetaħ l-ewwel kremerija f’Hawes. Huwa kien jixtri l-ħalib mill-irziezet lokali u kien jipproduċi l-ġobon Wensleydale. Il-maħleb ta’ Edward Chapman kien f’riskju li jingħalaq waqt id-dipressjoni tas-snin tletin, iżda b’xorti tajba Kit Calvert laqqa’ l-kredituri u kkonvinċihom jappoġġjawh biex jopera l-Kremerija f’Hawes. Fit-tletin sena ta’ wara Kit Calvert stabbilixxa negozju tal-ġobon bi qligħ tajjeb li kien jopera f’Hawes, Kirkby Malzeard, Masham u Coverham. Kit biegħ in-negozju tiegħu lill-Milk Marketing Board fl-1966.
Il-ġobon Yorkshire Wensleydale għadu jiġi prodott skont riċetta li nbidlet ftit li xejn fl-aħħar mitt sena u ħmistax, minn meta l-ġobon beda jiġi prodott b’mod kummerċjali fl-1897 f’Hawes. Ir-riċetta użata llum il-ġurnata tixbah ħafna wkoll lil dawk użati fl-irziezet għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Ħafna mill-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon isir bl-idejn kif ilu jsir għal ħafna ġenerazzjonijiet u l-ġobon jiġi prodott bl-użu ta’ kulturi voluminużi kbar li jibdew il-fermentazzjoni, li jkunu sottokulturati u propagati speċifikament għall-ġobon Yorkshire Wensleydale. Għaldaqstant, illum il-ġurnata l-ħiliet meħtieġa biex isir prodott li jaqbel mad-deskrizzjoni meħtieġa u li jissodisfa l-istandards tal-kwalità għal dan il-ġobon, għadhom rilevanti daqs kemm kienu rilevanti qabel. L-evidenza fotografika miż-żminijiet meta l-ġobon kien beda jiġi prodott b’mod kummerċjali għall-ewwel darba turi li l-metodi nbidlu ftit li xejn tul is-snin.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-ġobon “Yorkshire Wensleydale” għandu kulur abjad kremuż b’dehra soda iżda li ċċedi, hija msaffa u miftuħa. Il-parti ta’ barra tal-ġobon hija iktar safranija fil-lewn. Din hija l-karatteristika ta’ eċċellenza tal-ġobon magħmul bl-idejn “Yorkshire Wensleydale” (partikolarment fost il-ġobnijiet li jinżammu fid-drapp). Il-“Yorkshire Wensleydale” huwa differenti mill-“Wensleydale Cheese” li jsir barra miż-żona speċifikata, peress li għandu konsistenza iktar ratba u kremuża u togħma iktar ħelwa u inqas aċiduża mill-Wensleydale standard. It-togħma tal-Yorkshire Wensleydale hija iktar kumplessa minħabba l-kulturi tal-fermenti tal-ħalib uniċi li jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon. Dawn il-kulturi tal-fermenti tal-ħalib uniċi u voluminużi jintgħażlu għall-kapaċità tagħhom biex jipproduċu togħmiet tal-ħalib eċċellenti u kumplessi kif ukoll rata ta’ żvilupp tal-aċidità konsistenti u prevedibbli. Bis-saħħa ta’ din ir-riċetta unika, il-“Yorkshire Wensleydale” jista’ jittiekel bħala ġobon żagħżugħ u frisk jew jista’ jiġi mmaturat b’attenzjoni għal diversi xhur biex jiżviluppa togħma rikka u sħiħa.
Il-kulturi tal-fermenti fil-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon Wensleydale huma fattur importanti għall-kwalità tal-prodott finali. Il-kulturi tal-fermenti użati jitkabbru mill-kulturi aromatiċi meżofiliċi, li jistgħu jew jiġu sottokulturati kuljum mill-kulturi tradizzjonali oriġinali u jitkabbru matul il-lejl f’mezz tal-kultura tal-fermenti voluminuża jew jitkabbru minn kulturi ffriżati jew lijofilizzati – għal darb’oħra matul il-lejl fl-istess mezz tal-kultura tal-fermenti voluminuża – ħalib xkumat rikostitwit tipiku.
Il-kulturi primarji huma disponibbli kummerċjalment iżda jiġu sottokulturati għal xhur. Il-kulturi originali “jitqajmu” mill-istat lijofilizzat tagħhom u jitkabbru u jintużaw bħala kulturi individwali għaċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Gruppi ta’ 18-il kultura jaħdmu fuq ċiklu ta’ tliet ijiem u jiffurmaw tliet gruppi ta’ sitta. Fuq bażi ta’ kuljum, jiġu identifikati l-aħjar tliet kulturi mill-grupp rispettiv tagħhom u jitkabbru f’tankijiet kbar li mbagħad jitħalltu flimkien immedjatament qabel isir il-ġobon u jintużaw bħala kulturi tal-fermenti għall-produzzjoni ta’ dakinhar.
Il-kulturi individwali jitkabbru bħala individwi sal-punt li jiżdiedu mal-ħalib sabiex jagħmlu xogħolhom li l-ħalib iġibuh qares. It-tliet kulturi jintgħażlu abbażi tal-età u l-vitalità tagħhom u ġeneralment jikkonsistu f’kultura żagħżugħa, oħra ta’ età medja u t-tielet kultura iktar matura. Peress li l-kulturi iktar maturi jitilfu l-vitalità u l-prestazzjoni tagħhom, dawn jintremew u “titqajjem” kultura ġdida u tiġi introdotta fit-tim. Madankollu, wara li titqajjem, jistgħu jgħaddu ġimgħat u xhur qabel attwalment tintuża għall-produzzjoni tal-ġobon. Billi dawn il-kulturi jintużaw bħala kulturi oriġinali, huma jiksbu karatteristiċi u saħħiet individwali u jibnu immunità għall-fago. Din hija sistema unika u kumplessa li ilha tintuża għal żmien twil fil-produzzjoni tal-ġobon “Yorkshire Wensleydale”.
Il-kwalità u l-konsistenza ta’ dawn il-kulturi fermenti jikkontribwixxu għall-ħafna aspetti tal-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon u għaldaqstant għall-kwalità finali tal-ġobon. Iż-żieda tal-kultura fermenti mal-ħalib ippasturizzat tikkontribwixxi għall-aċidità inizjali tal-ħalib u tgħin il-koagulazzjoni tal-ħalib wara li jiżdied it-tames.
Dawn il-kulturi ta’ fermenti speċifiċi huma fundamentalment responsabbli għall-iżvilupp konsistenti tal-aċidu matul il-proċess kollu tal-produzzjoni tal-ġobon minn meta jiżdied it-tames sa meta jiżdied il-melħ. Dawn il-kulturi huma taħlita ta’ aċidu li jipproduċi l-batterja u jagħti t-togħma u huwa wieħed miż-żewġ kontributuri ewlenin li jagħtu t-togħma u l-konsistenza lill-ġobon finali. Il-kwalità tal-ħalib hija l-kontributur l-ieħor li jagħti t-togħma finali lill-ġobon. Barra minn hekk, l-azzjoni tal-kulturi tal-fermenti ddum ħafna wara li l-ġobon isir fil-kamra tal-ġobon. Il-kulturi jkomplu jaħdmu matul il-proċess kollu tal-maturazzjoni tal-ġobon u jagħtu lill-ġobon it-togħma, il-konsistenza u d-dehra tiegħu.
Il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon jeħtieġ li kull tank tal-ġobon jiġi mmonitorjat mill-qrib u l-ħinijiet, it-temperaturi u l-livelli ta’ aċidità rreġistrati jiġu kollha ddokumentati. Il-ħila, l-esperjenza u l-intuizzjoni tal-produtturi tal-ġobon u l-persunal tekniku huma essenzjali biex jiżguraw ġobon Yorkshire Wensleydale ta’ kwalità konsistenti kif inhu meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati d-diversi fatturi li jaffettwaw il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon abbażi ta’ ġurnata b’ġurnata u tank b’tank. Dawn jinkludu varjazzjoni staġjonali fil-kwalità tal-ħalib – il-ħalib tar-rebbiegħa, tas-sajf u tax-xitwa; prestazzjoni tal-kulturi tal-fermenti – kif u meta teskludi jew tintroduċi kulturi ġodda; l-effetti tat-temp. Meta jintużaw kulturi ħajjin u kwalità tal-ħalib li tvarja naturalment, ebda ġurnata mhi l-istess bħall-oħra, il-proċess jista’ jkun mgħaġġel jew bil-mod u għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat ġobon konsistenti, il-proċess jiddependi fuq il-ħila, l-esperjenza u l-għarfien tal-produtturi tal-ġobon, li jkunu ġew imħarrġa b’mod speċifiku.
Għall-produzzjoni konsistenti ta’ ġobon “Yorkshire Wensleydale” tajjeb, il-produttur tal-ġobon jista’ jagħmel aġġustamenti f’kull stadju tal-proċess – pereżempju ż-żmien ta’ “maturazzjoni” jista’ jinbidel skont jekk il-kulturi tal-fermenti humiex mgħaġġlin jew bil-mod, it-temperaturi tas-samta jistgħu jinbidlu anke biex tiġi kkontrollata r-rata tal-iżvilupp tal-aċidu; il-veloċità/ir-rata li biha jiġi rrilaxxat ix-xorrox u d-daqs tal-biċċiet maqtugħin tal-baqta, u l-ħin li fih jiżdied il-melħ u l-ammont ta’ melħ miżjud kollu jiddependi fuq ir-rata tal-iżvilupp tal-aċidu matul il-produzzjoni, għal darb’oħra skont kemm il-kulturi fermenti huma mgħaġġla jew bil-mod.
Il-parametri kollha ewlenin tal-produtturi tal-ġobon segwiti fil-proċess tal-produzzjoni tal-“Yorkshire Wensleydale”, inkluża l-kwantità u t-tip ta’ kultura tal-fermenti, il-perjodi ta’ maturazzjoni, iż-żmien meta jiżdied it-tames, it-temperaturi u ż-żmien tas-samta u ż-żmien tat-tħawwid, flimkien mar-rata tal-iżvilupp tal-aċidità u l-aċidità finali tat-tmelliħ, huma uniċi għall-Yorkshire Wensleydale u dan l-istil ta’ ġobon huwa differenti minn dawk li huma iktar disponibbli kummerċjalment u mill-Wensleydale prodott bil-massa barra miż-żona speċifikata.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Meta l-patrijiet Ċisterċens issetiljaw fil-wied ta’ Wensleydale fis-sekli 11 u 12, ġabu magħhom il-ħiliet tagħhom għall-produzzjoni tal-ġobon, li iktar tard għaddewhom lill-bdiewa lokali. Il-“Yorkshire Wensleydale Cheese” għadu jsir b’riċetta li kważi ma sarilha ebda tibdil minn meta beda jsir il-ġobon kummerċjali fiż-żona fl-1897. Ir-riċetta użata llum tirreplika kważi għal kollox il-proċessi tal-produzzjoni tal-ġobon magħmul bl-idejn użata għal diversi ġenerazzjonijiet. Il-kulturi tal-fermenti speċifiċi li huma sottokulturati u propagati speċifikament għall-Yorkshire Wensleydale, flimkien mal-ħiliet meħtieġa biex isir prodott li jissodisfa d-deskrizzjoni meħtieġa u l-istandards ta’ kwalità għal dan il-ġobon, ikomplu jkunu rilevanti llum daqs kemm kienu fil-passat.
Il-karatteristiċi uniċi tat-togħma, il-konsistenza u d-dehra tal-Yorkshire Wensleydale, bit-togħma ħelwa, ta’ ħalib u lattika tiegħu, b’konsistenza mfarrka u msaffa huma kollha r-riżultat tal-kulturi fermenti uniċi u l-atmosfera tal-kremerija u l-għarfien u l-ħila tal-produtturi tal-ġobon u l-ħila tagħhom li jipproduċu ġobon b’dik il-kwalità konsistenti.
Minbarra l-ħila u x-xogħol involut fil-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon, hija r-reputazzjoni tal-ġobon li għandha l-ikbar influwenza fuq l-ispeċifiċità tal-prodott. Ir-reputazzjoni tal-ġobon “Wensleydale” hija bbażata fuq il-kwalità, il-konsistenza, il-provenjenza u l-awtentiċità.
Ir-reputazzjoni tal-“Yorkshire Wensleydale” hija sinifikanti. Il-ġobon “Wensleydale” oriġina fiż-żona ddefinita matul is-sekli 11 u 12 u minn dak iż-żmien kompla jevolvi. Il-ġobon “Wensleydale” baqa’ jsir esklussivament fiż-żona ddefinita għal parti sew mis-seklu għoxrin, meta l-istil u l-isem tiegħu ġew ikkuppjati mill-produtturi tal-ġobon fil-pajjiż kollu u sar stil ta’ ġobon iktar ġeneriku msejjaħ “Wensleydale”. Madankollu, it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon skont riċetta antika kompliet fiż-żoni speċifikati. Il-produtturi tal-ġobon fiż-żoni speċifikati kellhom xorti kemm tajba u kemm ħażina. Tabilħaqq il-produzzjoni ta’ ġobon kważi kienet spiċċat f’Wensleydale matul id-dipressjoni tal-1930, iżda ġiet salvata minn Kit Calvert. Id-diżastru ġie evitat fl-1992, meta Dairy Crest fl-aħħar qablet li tbigħ The Hawes Creamery lil tim ta’ mmaniġġjar wara li l-kremerija għalqet. L-irziezet immaniġġjati mill-familji f’Wensleydale fornew il-ħalib għall-produzzjoni tal-ġobon għal ġenerazzjonijiet, u ġenerazzjonijiet suċċessivi ta’ produtturi tal-ġobon ikkonvertew dan il-ħalib f’ġobon imfittex ħafna u li rebaħ diversi unuri.
Illum, il-“Yorkshire Wensleydale” jista’ jinxtara mill-ħwienet ewlenin kollha tar-Renju Unit, minn delicatessens indipendenti, u mis-settur tas-servizz tal-ikel kollu. Il-“Yorkshire Wensleydale” għandu wkoll appoġġ li qed jiżdied f’ħafna swieq tal-esportazzjoni bħall-Istati Uniti u l-Kanada, fejn huwa rikonoxxut bħala ġobon ta’ kwalità għolja b’valur miżjud, b’oriġini ġenwina ta’ provenjenza u awtentiċità.
Matul is-snin, il-“Yorkshire Wensleydale” rebaħ diversi unuri u premijiet. Eżempji ta’ dawn il-premijiet jinkludu Best Territorial Cheese u Reserve Supreme Champion fin-Nantwich International Cheese Show fl-2000, u Best British Cheese u Premju tad-Deheb fil-World Cheese Awards tal-2004.
Ir-rabta bejn il-ġobon “Yorkshire Wensleydale” u ż-żona ġeografika ddefinita hija assoċjata sew fl-imħuħ tal-konsumaturi. Il-prodott jidher f’diversi gwidi tat-turisti bil-għan li jkun hemm viżitaturi li jżuru ż-żona, u dan għen ir-reputazzjoni tiegħu kemm fiż-żona ġeografika immedjata u kemm ’il barra minnha, bil-prodott jiġi mfittex ħafna bħala ġobon tal-ogħla kwalità f’kull tip ta’ ħanut u anke fir-ristoranti. Hemm ħafna referenzi għall-ġobon fil-kotba tat-tisjir, fil-kotba tal-istorja u fil-letteratura.
Il-“Yorkshire Wensleydale” jinbiegħ fl-iktar ħwienet prestiġjużi tal-ġobon u tad-delicatessen fil-bliet ewlenin fir-Renju Unit u lil hinn minnu. Harrods, Fortnum & Mason u John Lewis f’Londra jistokkjaw dan il-ġobon bħala “Wensleydale Cheese” ġenwin bi provenjenza u awtentiċità ġenwina u kwalità tal-ikel kumplessiva. Il-“Yorkshire Wensleydale” jista’ jinxtara mill-aħjar ħwienet f’Manhattan u Hong Kong. Neals Yard Dairy f’Londra, wieħed mill-aħjar ħwienet tal-ġobon fir-Renju Unit, u awtoritajiet rikonoxxuti fir-Renju Unit tal-ġobon artiġjanali u magħmul bl-idejn, ibigħu il-“Yorkshire Wensleydale” minn Hawes bħala l-uniku “Wensleydale” minħabba l-kwalitajiet distintivi u l-awtentiċità tiegħu.
Kokijiet magħrufa sew, inklużi Jamie Oliver u Rosemary Shrager, jużaw il-“Yorkshire Wensleydale” fir-riċetti u l-platti tal-ġobon tagħhom.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
https://whitehall-admin.production.alphagov.co.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/193717/yorks-wensleydale-cheese-pgi.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Mibdul permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.