|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.226.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2013/C 226/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/1 |
(2013/C 226/01)
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/2 |
Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE
(Opinjoni C-1/13)
(2013/C 226/02)
Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti)
Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja
L-aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ pajjiż terz mal-Konvenzjoni ta’ Den Haag, tal-25 ta’ Ottubru 1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Unjoni?
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Marzu 2013 — A vs B et
(Kawża C-112/13)
(2013/C 226/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: B et
Domandi preliminari
|
(1) |
Fil-każ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għal sistema proċedurali fejn, minkejja li l-qrati ordinarji li jiddeċiedu dwar il-mertu għandhom ukoll jivverifikaw l-inkostituzzjonalità tal-liġijiet, huma ma għandhomx id-dritt li jannullaw liġijiet b’mod ġenerali, li huwa rriżervat għal qorti Kostituzzjonali organizzata b’mod speċifiku, għandu jiġi dedott mill-“prinċipju ta’ ekwivalenza” tad-dritt tal-Unjoni li, meta liġi tikser l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropa, il-qrati ordinarji għandhom ukoll, matul il-proċeduri, iressqu talba għall-annullament ġenerali tal-liġi quddiem il-qorti Kostituzzjonali u ma għandhomx sempliċement jonqsu milli japplikawha f’dan il-każ? |
|
(2) |
L-Artikolu 47 tal-Karta għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni proċedurali li tipprevedi li qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni internazzjonali taħtar kuratur għal konvenut assenti għal parti fil-kawża li r-residenza tagħha ma tistax tiġi stabbilita u li dan il-kuratur jista’ sussegwentement “jidher” u, b’hekk, jagħti ġurisdizzjoni internazzjonali valida lil din il-qorti? |
|
(3) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li “konvenut ikun deher” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni unikament meta dan l-att proċedurali jitwettaq mill-konvenut stess jew minn rappreżentant legali li jkun tah mandat jew minkejja li ma teżistix limitazzjoni f’dan ir-rigward u li dan japplika wkoll meta dan l-att proċedurali jiġi eżegwit minn kuratur għal konvenut assenti maħtur skont id-dritt tal-Istat Membru? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Mejju 2013 — Elcogás, S.A. vs Administración del Estado u Iberdrola, S.A
(Kawża C-275/13)
(2013/C 226/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elcogás, S.A.
Konvenuti: Administración del Estado u Iberdrola, S.A.
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-ġurisprduenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar din id-dispożizzjoni (b’mod partikolari s-sentenzi mogħtija fil-Kawżi C-379/98 (1) u C-206/06 (2)), jippermettu li l-ammonti annwali allokati lill-kumpannija Elcogás, bħala proprjetarja ta’ impjant speċifiku ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, bis-saħħa tal-pjanijiet ta’ vijabbiltà straordinarji adottati fir-rigward ta’ din il-kumpannija mill-Kabinett tal-Ministri, jiġu kkunsidrati bħala “għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat”, f’ċirkustanzi fejn il-ġbir ta’ dawn l-ammonti jaqa’ taħt il-kategorija ġenerali ta’ “spejjeż permanenti tas-sistema tal-elettriku” li huma mħallsa mill-utenti kollha u ttrasferiti lill-impriżi tas-settur tal-elettriku permezz ta’ ħlasijiet suċċessivi magħmula mill-Comisión Nacional de Energía skont il-kriterji legali stabbiliti minn qabel u mingħajr ebda setgħa diskrezzjonali?
(1) Ġabra 2001, p. I-2099.
(2) Ġabra 2008, p. I-5497.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de primera instancia de Palma de Mallorca (Spanja) fit-22 ta’ Mejju 2013 — Barclays Bank S.A. vs Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera
(Kawża C-280/13)
(2013/C 226/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Barclays Bank S.A.
Konvenuti: Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni Spanjola fil-qasam ipotekarju li, minkejja li tipprevedi li l-persuna li tislef flus fuq garanzija ipotekarja tista’ titlob żieda tal-garanziji meta l-valur ta’ stima ta’ proprjetà immobbli ipotekata jonqos bi 20 %, ma tipprevedix, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, li l-komsumatur/id-debitur/il-parti li hija suġġetta għall-eżekuzzjoni jista’ jitlob, wara stima li tinvolvi l-persuni kkonċernati, ir-reviżjoni ta’ dan il-valur ta’ stima, tal-inqas għall-finijiet previsti fl-Artikolu 671 tal-LEC (2), meta dan il-valur ikun żdied b’perċentwali ugwali jew ogħla bejn id-data ta’ kostituzzjoni tal-ipoteka u l-eżekuzzjoni ta’ din l-ipoteka? |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu s-sistema proċedurali Spanjola fil-qasam ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, li tipprevedi li l-kreditur li jitlob l-eżeukzzjoni jista’ jingħata l-proprjetà immobbli ipotekata għal 50 % tal-valur ta’ stima tagħha (attwalment 60 %), li jfisser penalizzazzjoni inġustifikata tal-komsumatur/debitur/parti li hija suġġetta għall-eżekuzzjoni ekwivalenti għal 50 % (attalwment 40 %) ta’ dan il-valur ta’ stima? |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li hemm abbuż ta’ dritt u arrikkiment indebitu meta, wara li ngħata l-proprjetà immobbli ipotekata għal 50 % (attwalment 60 %) tal-valur ta’ stima tagħha, il-kreditur jitlob l-eżekuzzjoni għall-ammont li jkun għadu dovut sabiex jikseb ir-rimbors sħiħ tad-dejn, minkejja li l-valur ta’ stima u/jew il-valur reali tal-proprjetà mogħtija huwa ogħla mis-somma totali dovuta, anki jekk tali azzjoni hija konformi mad-dritt proċedurali nazzjonali? |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għoti tal-proprjetà immobbli ipotekata li l-valur stmat u/jew reali tagħha huwa ogħla mill-ammont kollu tas-self ipotekarju jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 570 tal-LEC, li minħabba dan il-fatt iwarrab l-applikazzjoni tal-Artikoli 579 u 671 tal-LEC, u li għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat li l-kreditur li jitlob l-eżekuzzjoni kien tħallas l-ammont kollu? |
(1) Direttivatal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(2) Ley de Enjuiciamiento Civil (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol).
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/3 |
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 minn Lord Inglewood et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Marzu 2013 fil-Kawżi maqgħuda T-229/11 u T-276/11, Inglewood et vs Il-Parlament
(Kawża C-281/13 P)
(2013/C 226/06)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Lord Inglewood et (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tiddikjara u tiddeċiedi
|
|
— |
tiddeċiedi mill-ġdid, tiddikjara u tiddeċiedi:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jippreżentaw appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li permezz tagħha l-imsemmija Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħhom li kellu bħala għan l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jirrifjutaw li jagħtuhom il-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali volontarja, kemm b’mod antiċipat, kemm fl-età ta’ 60 sena, kif ukoll parzjalment fil-forma ta’ kapital.
Fl-ewwel lok, l-appellanti jinvokaw żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, fis-sens li d-deċiżjonijiet appellati jiksru d-drittijiet tagħhom kweżiti jew li għad iridu jiġu likwidati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti u aċċettati fil-mument tad-dħul tagħhom fis-servizz.
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi injorat il-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27(2) tal-Istatut tad-Deputati, minkejja li din id-dispożizzjoni kienet tispeċifika li d-drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jiġu kweżiti għandhom jinżammu. Id-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2009 toħloq fil-fatt dannu għad-drittijiet kweżiti tal-appellanti, jiġifieri għad-drittijiet li jitolbu pensjoni antiċipata jew li jippreferu li jibbenefikaw minnha meta jagħlqu 60 sena jew li jibbenefikaw minnha, jekk ikun il-każ, parzjalment fil-forma ta’ kapital.
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Istatut tad-Deputati ma kienx applikabbli għaliex daħal fis-seħħ wara d-deċiżjoni ta’ portata ġenerali tal-1 ta’ April 2009, filwaqt li d-deċiżjonijiet individwali suġġett għar-rikorsi kienu ttieħdu wara din id-data.
Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minkejja li l-appellanti setgħu leġittimament jistennew li ser jibbenefikaw mill-pensjoni tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti u applikati matul parti sostanzjali tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom jew sal-jum tal-waqfa ta’ ħidmithom, speċjalment dawk li bbenefikaw mir-regoli ta’ deroga, jiġifieri dawk li għandhom s’issa jaħdmu jew li kienu għalqu 60 sena qabel id-dħul fis-seħħ, fl-14 ta’ Lulju 2009, tad-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2009.
Fl-aħħar lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità wara li kkonstatat li biss 10 % tal-imsieħba qed ibatu l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u l-effetti previżibbli ta’ fond ikkostitwit b’mod temporanju, mistenni li jisparixxi.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Mejju 2013 — Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH) vs H. K.
(Kawża C-295/13)
(2013/C 226/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Darmstadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment dwar l-assi ta’ G.T. GmbH)
Konvenuta: H. K.
Domandi preliminari
dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(b) u 5(1)(a) u (b) kif ukoll 5(3) tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (il-“Konvenzjoni ta’ Lugano II”) u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (2) (ir-“Regolament Nru 1346/2000”):
|
(1) |
Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija? |
|
(2) |
Il-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija, fil-każ li d-direttur ma huwiex iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, iżda fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II? |
|
(3) |
L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000? |
|
(4) |
Jekk l-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 jew jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti ma testendix f’dan ir-rigward għal direttur iddomiċiljat fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II: hemm għalhekk inkwistjoni kawża ta’ falliment fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II? |
|
(5) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda:
|
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2013 — Isabelle Gielen vs Conseil des ministres
(Kawża C-299/13)
(2013/C 226/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabelle Gielen
Konvenut: Conseil des ministres
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE (1), tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa fuq konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominativi jew f’titoli żmaterjalizzati (mhux f’forma kartaċea) imposta bil-liġi u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali taxxa tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 6 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?
(1) ĠU L 46, p. 11.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-30 ta’ Mejju 2013 — Ayuntamiento de Benferri vs Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU
(Kawża C-300/13)
(2013/C 226/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana, Sala de lo Contencioso-Administrativo, Sección 1
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ayuntamiento de Benferri
Konvenuti: Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-kunċett ta’ “[i]l-bini ta’ kejblijiet ta’ l-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km” li jinsab fil-punt 20 tal-Anness I tad-Direttiva 85/337 (1), kif emendata bid-Direttiva 97/11, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniċi installazzjonijiet elettriċi li dan ikopri huma l-kejblijiet tal-elettriku fil-għoli li jilħqu dawn iż-żewġ limiti? |
|
(2) |
Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniċi installazzjonijiet ta’ trażmissjoni ta’ enerġija elettrika li dan ikopri huma l-kejblijiet fil-għoli? Fil-każ ta’ risposta negattiva: |
|
(3) |
Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri s-substazzjonijiet ta’ trasformazzjoni? |
|
(4) |
Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri s-substazzjonijiet ta’ trasformazzjoni, minkejja li l-bini jew l-estensjoni tagħhom iseħħ permezz ta’ proġett li ma jinkludix il-bini ta’ kejbil fil-għoli? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).
(2) Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fit-3 ta’ Ġunju 2013 — AS “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ vs VAS “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’ ” u AS “Air Baltic Corporation”
(Kawża C-302/13)
(2013/C 226/10)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS “flyLAL-Lithuanian Airlines”, fi stralċ
Konvenuti: VAS “Starptautiskā lidosta ‘Rīga’” u AS “Air Baltic Corporation”
Domandi preliminari
|
(1) |
Kawża li fiha rikorrent jitlob il-kumpens għad-danni u r-rikonoxximent tan-natura illegali tal-aġir tal-konvenuti, f’konnessjoni ma’ ftehim ipprojbit u ma’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u bbażat fuq l-applikazzjoni ta’ atti regolatorji ta’ portata ġenerali ta’ Stat Membru ieħor, għandha titqies bħala kawża ċivili jew kummerċjali fis-sens tar-Regolament [(KE) Nru°44/2001 (1), iktar ’il quddiem ir-“Regolament”], fid-dawl tal-fatt li l-ftehim ipprojbit kien null u ineżistenti fil-mument li ġie konkluż, iżda wkoll tal-fatt li l-adozzjoni ta’ atti regolatorji hija attività eżerċitata mill-Istat fil-qasam tad-dritt pubbliku (acta iure imperii), li għaliha tapplika l-immunità ġudizzjarja tal-Istat fir-rigward tal-qrati ta’ Stat ieħor? |
|
(2) |
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1 (il-kawża hija ċivili jew kummerċjali fis-sens tar-Regolament), l-azzjoni “għad-danni” għandha titqies bħala proċedura li għandha bħala għan il-validità tad-deċiżjonijet ta’ organi ta’ kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 22(2) tal-imsemmi regolament, fatt li jippermetti li deċiżjoni ma tiġix rikonoxxuta skont l-Artikolu 35(1) tiegħu? |
|
(3) |
Jekk l-għan tar-rikors għad-danni jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) (ġurisdizzjoni esklużiva) tar-Regolament, il-qorti tal-Istat li fih qed jintalab ir-rikonoxximent hija obbligata tivverifika l-eżistenza taċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament, fil-każ tar-rikonoxximent ta’ sentenza li tadotta miżuri kawtelatorji? |
|
(4) |
Il-klawżola ta’ ordni pubbliku li tinsab fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament tista’ tinftiehem fis-sens li r-rikonoxximent ta’ sentenza li tadotta miżuri kawtelatorji tmur kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jekk, l-ewwel nett, l-argument prinċipali insostenn tal-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji huwa l-ammont kunsiderevoli tas-somma indikata fir-rikors, li ma kinitx suġġetta għal kalkolu motivat u sostnut minn argumenti u, it-tieni nett, jekk ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ din id-deċiżjoni jista’ jfisser, għall-konvenuti, telf li dawn ma jkollhomx il-possibbiltà, fil-każ ta’ ċaħda tal-azzjoni“għad-danni”, li jirkupraw mingħand ir-rikorrenti, kumpannija kummerċjali fi stralċ, fatt li finalment iwassal għal preġudizzju fir-rigward tal-interessi ekonomiċi u għaldaqstant jhedded is-sigurtà tal-Istat li fih qed jintalab ir-rikonoxximent, fid-dawl tal-fatt li r-Repubblika tal-Latvja għandha 100 % tal-azzjonijiet ta’ Lidosta “Rīga” u 52.6 % ta’ dawk ta’ AS“Air Baltic Corporation”? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Claudiu Roșu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală
(Kawża C-312/13)
(2013/C 226/11)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Claudiu Roșu
Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală
Domanda preliminari
Fil-każ li l-bejjiegħ ikun ġie kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT u l-korrispettiv (il-prezz) għat-trasferiment tal-proprjetà immobbli jkun ġie stabbilit mill-partijiet, mingħajr ebda riferiment għall-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kkostitwit:
|
(a) |
mill-korrispettiv (il-prezz) tat-trasferiment tal-proprjetà immobbli stabbilit mill-partijiet bi tnaqqis tar-rata tal-VAT, jew |
|
(b) |
mill-korrispettiv (il-prezz) tat-trasferiment tal-proprjetà immobbli miftiehem mill-partijiet. |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală vs Cătălin Ienciu
(Kawża C-313/13)
(2013/C 226/12)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Direcția Generală a Finanțelor Publice a Județului Sibiu — Activitatea de Inspecție Fiscală
Konvenuta: Cătălin Ienciu
Domanda preliminari
Meta l-bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli li għandha tħallas il-VAT u meta l-partijiet stabbilew il-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna ta’ din il-proprjetà mingħajr ma semmew il-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kompost:
|
(a) |
mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie stabbilit mill-partijiet wara t-tnaqqis tar-rata tal-VAT jew |
|
(b) |
mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie miftiehem mill-partijiet? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/7 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-317/13)
(2013/C 226/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, u M. Pencheva, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/129/UE, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll (1); |
|
— |
iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/129/UE, sal-mument fejn din tiġi ssostitwita permezz ta’ att ġdid debitament adottat; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Preliminarjament, il-Parlament ifakkar li l-preambolu tad-deċiżjoni kkontestata jagħmel riferiment għall-bażijiet legali li ġejjin: l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI, tal-10 ta’ Mejju 2005, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (2) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Minn dan, il-Parlament jiddeduċi li, b’mod impliċitu, il-Kunsill qiegħed jirreferi għall-Artikolu 34(2)(ċ) tal-ex Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament jinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament.
Fl-ewwel lok, il-Parlament isostni li l-Kunsill ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq bażi legali — l-Artikolu 34(2)(ċ) UE — li ilha li tħassret sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata saret ibbażata biss fuq id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Din tal-aħħar tikkostitwixxi bażi legali dderivata u għaldaqstant hija illegali.
Fit-tieni lok, u fid-dawl ta’ dak li nqal iktar ’il fuq, il-Parlament iqis li l-proċedura deċiżjonali tbati minn ksur tal-forom proċedurali sostanzjali. Minn naħa, jekk l-Artikolu 34(2)(ċ) UE kien applikabbli, il-Parlament kellu jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, u dan skont l-Artikolu 39(1)(UE). Issa, il-Parlament isostni li dan ma kienx il-każ. Min-naħa l-oħra, li kieku wieħed kellu jqis li d-dispożizzjonijiet applikabbli huma dawk li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament kellu jkun assoċjat mal-proċedura leġiżlattiva abbażi tal-Artikolu 83(1) TFUE. Sew fl-ewwel każ kif ukoll fit-tieni, billi l-Parlament ma ġiex involut fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, din id-deċiżjoni tbati minn ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali.
Fl-aħħar nett, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament iqis li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, hemm lok li l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata jinżammu sal-mument fejn din tiġi ssostitwita permezz ta’ att ġdid debitament adottat.
(1) ĠU L 72, p. 11.
(2) ĠU L 164M, p. 30.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/8 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-320/13)
(2013/C 226/14)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
|
— |
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), jew fi kwalunkwe każ billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27(1) tal-imsemmija direttiva; |
|
— |
timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 133 222,80 li jibdew jiddekorru mill-jum tad-data li tinqata’ din is-sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE skada fil-5 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU L 140, p. 16.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/8 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-321/13)
(2013/C 226/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u N. Yerrell, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/61/UE, tat-2 ta’ Settembru 2010, li tadatta għall-ewwel darba l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress tekniku u xjentifiku (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/61/UE, tat-2 ta’ Settembru 2010, skada fit-30 ta’ Ġunju 2011.
(1) ĠU L 233, p. 27.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (l-Italja) fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Ulrike Elfriede Grauel Rüffer vs Katerina Pokorná
(Kawża C-322/13)
(2013/C 226/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bolzano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ulrike Elfriede Grauel Rüffer
Konvenuta: Katerina Pokorná
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali nazzjonali bħal dawk li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali, li jikkonferixxu d-dritt li tintuża l-lingwa Ġermaniża fil-kawżi ċivili li jitressqu quddiem il-qrati tal-provinċja ta’ Bolzano biss lil ċittadini Taljani ddomiċiljati fl-imsemmija muniċipalità, bl-esklużjoni ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni, irrispettivament minn jekk jirrisjedux jew le f’din il-muniċipalità?
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Burgo Group SpA vs Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA
(Kawża C-327/13)
(2013/C 226/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Burgo Group SpA
Konvenuta: Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA
Domandi preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 [tad-29 ta’ Mejju 2000] dwar proċedimenti ta’ falliment (1), b’mod partikolari fl-Artikoli 3, 16, 27, 28 u 29 tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
(a) |
“stabbiliment” imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jinftiehem bħala fergħa tad-debitur li nfetħu kontrih il-proċedimenti prinċipali u jipprekludi li, fil-kuntest tal-istralċ fl-istess waqt ta’ diversi kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess grupp, dawn jistgħu jkunu s-suġġett ta’ proċedimenti sekondarji fl-Istat Membru li fih huma għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom, għaliex għandhom personalità ġuridika? |
|
(b) |
il-persuna jew awtorità li tista’ titlob il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji għandu jkollha d-domiċilju jew l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tal-qorti tal-Istat Membru li quddiemha jintalbu dawn il-proċedimenti jew dan id-dritt għandu jiġi rriżervat għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, sakemm juru l-eżistenza ta’ rabta legali mal-istabbiliment ikkonċernat? |
|
(c) |
ladarba l-proċedimenti prinċipali ta’ falliment huma proċedimenti ta’ stralċ, il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment ta’ stabbiliment jista’ jiġi ordnat biss jekk jissodisfa kriterji ta’ espedjenza li jitħallew għall-evalwazzjoni tal-qorti tal-Istat Membru li quddiemha jitressqu l-proċedimenti sekondarji? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Leipzig (il-Ġermanja) fid-19 ta Ġunju 2013 — Elisabeta Dano, Florin Dano vs Jobcenter Leipzig
(Kawża C-333/13)
(2013/C 226/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Leipzig
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elisabeta Dano, Florin Dano
Konvenut: Jobcenter Leipzig
Domandi preliminari
|
(1) |
Persuni li ma jitolbux benefiċċji tal-liġi ta’ sigurtà soċjali jew benefiċċji tal-familja skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) iżda pjuttost benefiċċji mhux kontributorji skont l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 70 tar-Regolament, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004? |
|
(2) |
Jekk ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprekludi Stati Membri, bil-għan li jevitaw li jkun hemm rikors irraġonevoli għal benefiċċji ta’ sigurtà soċjali mhux kontributorji skont l-Artikolu 70 tar-Regolament, li jiggarantixxu livell ta’għajxien, milli jeskludu kompletament jew parzjalment ċittadini tal-Unjoni fil-bżonn milli jirrikorru għal dawn il-benefiċċji li huma pprovduti liċ-ċittadini tagħhom stess li jkunu fl-istess sitwazzjoni? |
|
(3) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun fin-negattiv: L-Artikolu 18 TFUE u/jew il-punt a tat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) TFUE flimkien mat-tielet sentenza tal-Artikolu 20(2) TFUE u l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/KE (2), jipprekludi Stati Membri, bil-għan li jevitaw li jkun hemm rikors irraġonevoli għal benefiċċji ta’ sigurtà soċjali mhux kontributorji skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jiggarantixxu livell ta’ għajxien, milli jeskludu kompletament jew parzjalment ċittadini tal-Unjoni Ewropea fil-bżonn milli jirrikorru għal dawn il-benefiċċji li huma pprovduti liċ-ċittadini tagħhom stess li huma fl-istess sitwazzjoni? |
|
(4) |
Jekk, skont ir-risposti għad-domandi iktar ’il fuq, l-esklużjoni parzjali tal-benefiċċji li jiggarantixxu livell ta’ għajxien tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni: l-għoti ta’ benefiċċji mhux kontributorji li jiggarantixxu livell ta’ għajxien liċ-ċittadini tal-Unjoni, għajr f’każijiet ta’ emerġenza akuta, jista’ jiġi limitat għall-fondi neċessarji għar-ritorn tal-Istat tal-oriġini tagħhom jew l-Artikoli 1, 20 u 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jeżiġu iktar benefiċċji li jagħtu l-possibbiltà ta’ residenza permanenti? |
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
(2) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
Il-Qorti Ġenerali
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/11 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2013 — Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill
(Kawża T-276/13)
(2013/C 226/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Growth Energy (Washington, l-Istati Uniti), Renewable Fuels Association (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Vander Schueren, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 49, p. 10), sa fejn dan jaffettwa lir-rikorrenti u lill-membri tagħhom; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod kuntrarju għar-Regolament bażiku, peress li hija għażlet dazju aplikabbli għal pajjiż sħiħ u rrifjutat li tikkalkola dazju tad-dumping individwali, u dan minkejja l-fatt li hija kellha l-informazzjoni kollha li kellha bżonn sabiex tagħmel dan. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti josservaw li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti rilevanti, żball ta’ liġi, naqset milli tagħti r-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha, kisret id-dmir tagħha ta’ kura u kisret id-drittijiet tad-difiża kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li n-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni, milli taġġusta l-prezz tal-esportazzjoni meta kkalkolat il-marġni tad-dumping, u dan billi ma għamlitx aġġustament ’il fuq fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni għal taħlitiet tal-blender ikkonċernat, jikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti rilevanti u żball ta’ liġi. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest, min-naħa tal-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tal-fatti rilevanti u fuq ksur, min-naħa tagħha, tar-Regolament bażiku u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi stmat il-volum tal-importazzjonijiet tal-bijoetanol mill-Istati Uniti iktar milli suppost u billi ma ttrattatx lil dawn l-imprtazzjonijiet b’mod simili għal importazzjonijiet tal-istess prodott minn pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tar-Regolament bażiku, min-naħa tal-Kummissjoni, meta wettqet kalkoli tal-marġni tal-ħsara. |
|
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ksur tar-Regolament bażiku, min-naħa tal-Kummissjoni, meta bbażat id-determinazzjoni tal-marġni tal-ħsara fuq industrija tal-Unjoni li ma timmanifatturax prodott simili u billi ddefinixxiet l-industrija tal-Unjoni qabel ma ddefinixxiet il-prodott simili. |
|
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq vizzju tar-Regolament ikkontestat u dan bħala riżultat ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u żbalji ta’ liġi peress li l-ħsara materjali li huwa jipprovdi għaliha hija ddeterminata fuq data li tappartjeni għal kampjun mhux rappreżentattiv ta’ produtturi tal-Unjoni. |
|
(7) |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, billi kkonkludiet li kawżi oħra ta’ ħsara materjali ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonjiet immirati u l-ħsara allegata lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(8) |
It-tmien motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, min-naħa tal-Kunsill, billi adotta miżura ta’ dumping li ma kinitx neċessarja. |
|
(9) |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ nondiskriminazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, billi qieset li l-investigazzjoni dwar il-bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti kienet ibbażata fuq ilment adegwat, meta dan tal-aħħar ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament bażiku. |
|
(10) |
L-għaxar motiv ibbażat fuq ksur multipli, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u fuq nuqqas, ukoll min-naħa tal-Kummissjoni, li tagħti raġunijiet fl-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, peress li l-iżvelar definittiv li fuqu dan huwa bbażat ma kienx jinkudi fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali għall-adozzjoni tal-miżuri definittivi. Il-Kummissjoni bidlet ukoll il-perijodu ta’ validità tal-miżuri mingħajr ma tat raġunjijiet filwaqt li ma ppermettietx lir-rikorrenti jaċċedu l-fajl mhux kunfidenzjali fi żmien utli u lanqas ma tat biżżejjed ħin sabiex ir-rikorrenti jissottomettu kummenti dwar l-iżvelar definittiv. |
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/12 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2013 — Marquis Energy vs Il-Kunsill
(Kawża T-277/13)
(2013/C 226/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marquis Energy LLC (Hennepin, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Vander Schueren, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 49, p. 10), as fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; u |
|
— |
tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tar-Regolament Bażiku, għaliex għażlet dazju fuq il-livell nazzjonali u rrifjutat li tikkalkula dazju dumping individwali, minkejja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel dan. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti rilevanti, żball ta’ liġi, naqset milli tipprovdi raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha, kisret id-dmir ta’ premura u kisret id-drittijiet tad-difiża kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. |
|
(2) |
It-tieni motiv jallega lin-nuqqas tal-Kummissjoni milli taġġusta l-prezz ta’ esportazzjoni meta kkalkolat il-marġni tad-dumping, billi ma għamlitx aġġustament għaż-żieda tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni għall-blend tal-blender ikkonċernat, u dan jikkostitwixxi żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti rilevanti u żball ta’ liġi. |
|
(3) |
It-tielet motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest tal-fatti rilevanti u kisret ir-Regolament Bażiku u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi sopraevalwat il-volum ta’ bijoetanol importat mill-Istati Uniti u billi ma kkunsidratx dawn l-importazzjonijiet bl-istess mod bħal importazzjonijiet tal-istess prodott minn pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret ir-Regolament Bażiku meta wettqet il-kalkoli tal-marġni ta’ dannu. |
|
(5) |
Il-ħames motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u kisret ir-Regolament Bażiku billi bbażat id-determinazzjoni tad-danni materjali tagħha fuq industrija tal-Unjoni li ma tipproduċiex prodott simili u billi ddefinit l-industrija tal-Unjoni qabel ma ddefinit il-prodott simili. |
|
(6) |
Is-sitt motiv jallega li r-regolament ikkontestat huwa vvizzjat minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u żbalji ta’ liġi peress li d-dannu materjali li hija tipprovdi għalih huwa ddeterminat fuq data ta’ kampjun mhux rappreżentattiv ta’ produtturi tal-Unjoni. |
|
(7) |
Is-seba’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludiet li kawżi oħra ta’ dannu materjali ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet immirati u l-allegat dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(8) |
It-tmien motiv jallega li l-Kunsill wettaq żball ta’ liġi u kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi adotta miżura antidumping li ma hijiex meħtieġa. |
|
(9) |
Id-disa’ motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u kisret il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u nondiskriminazzjoni billi qieset li l-investigazzjoni dwar il-bijoetanol ta’ oriġini mill-Istati Uniti kienet ibbażata fuq ilment xieraq, meta dan tal-aħħar ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament Bażiku. |
|
(10) |
L-għaxar motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet varji ksur ta’ drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u naqset milli tipprovdi raġunijiet meta adottat ir-regolament ikkontestat, peress li l-iżvelar definittiv li fuqu huwa bbażat ma kienx jinkludi fatti essenzjali u kunsiderazzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri definittivi. Il-Kummissjoni bidlet ukoll il-perijodu ta’ validità tal-miżuri mingħajr ma pprovdiet raġunijiet u la awtorizzat lir-rikorrenti l-aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali fi żmien xieraq u lanqas ma ħalliet żmien biżżejjed biex ir-rikorrenti jissottometti l-kummenti fuq l-iżvelar definittiv. |
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/13 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 — Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u l-BĊE
(Kawża T-289/13)
(2013/C 226/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ledra Advertising Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 958 920,00 peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-paragrafi 1.23 sa 1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet relevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-qorti bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
|
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li “jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu” (1) peress li:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tad-depożiti tar-rikorrenti ma kenitx neċessarja jew proporzjonata. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegwentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jkunu protetti mid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill, C-5/71, Ġabra p. 975
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/14 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 — CMBG vs Il-Kummissjoni u l- BĊE
(Kawża T-290/13)
(2013/C 226/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CMBG Ltd (Totola, il-Gżejjer Virġni Brittaniċi) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 19 999 121,60 peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-paragrafi 1.23 sa 1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet relevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-qorti bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
|
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru “jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu” (1) peress li:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tad-depożiti tar-rikorrenti ma kenitx neċessarja jew proporzjonata. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegwentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jkunu protetti mid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill, C-5/71, Ġabra p. 975
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/15 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 — Eleftheriou u Papachristofi vs Il-Kummissjoni u l-BĊE
(Kawża T-291/13)
(2013/C 226/23)
Lingwa tal-kawża:l- Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Andreas Eleftheriou (Dherynia, Ċipru); Eleni Eleftheriou (Dherynia); u Lilia Papachristofi (Dherynia) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ £ 347 520,68 peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-paragrafi 1.23 sa 1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet relevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-qorti bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
|
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li “jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu” (1) peress li:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tad-depożiti tar-rikorrenti ma kenitx neċessarja jew proporzjonata. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegwentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jkunu protetti mid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill, C-5/71, Ġabra p. 975
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/17 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 — Evangelou vs Il-Kummisjoni u BĊE
(Kawża T-292/13)
(2013/C 226/24)
Lingwa tal-kawża: Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Christos Evangelou (Derynia, Ċipru) u Yvonne Evangelou (Derynia) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummisjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 1 552 110,64 peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-paragrafi 1.23 sa 1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet relevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-qorti bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
|
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li “jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu” (1) peress li:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tad-depożiti tar-rikorrenti ma kenitx neċessarja jew proporzjonata. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegwentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jkunu protetti mid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill, C-5/71, Ġabra p. 975
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/18 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 — Theophilou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE
(Kawża T-293/13)
(2013/C 226/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Christos Theophilou (Nikosija, Ċipru) u Eleni Theophilou (Nikosija) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 1 583 479,00 peress li l-kundizzjonijiet rikjesti taħt il-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-punti 1.23-1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet rilevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja taħt l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
|
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li kienu “jiksru b’mod manifest liġi superjuri ta’ liġi għall-protezzjoni tal-individwu” (1) għaliex:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda ta’ depożiti tar-rikorrenti ma kinitx neċessarja jew proporzjonata. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jiġu protetti bid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971, Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill (5/71, Ġabra p. 975)
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/19 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 — Fialtor vs Il-Kummissjoni u l-BĊE
(Kawża T-294/13)
(2013/C 226/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fialtor Ltd (Belmopan, il-Beliże) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna li jitħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 278 925,79 peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 bejn Ċipru u l-konvenuti fil-paragrafi 1.23 sa 1.27 kienu jinkludu rekwiżiti li jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu, jiġifieri: l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
— |
tiddikjara nulli l-kundizzjonijiet relevanti u tordna reviżjoni urġenti tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 14 sa 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (“Trattat MES”) skont l-Artikolu 19 fid-dawl tas-sentenza tal-qorti bil-għan li jsiru emendi sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u |
|
— |
sa fejn dak il-kumpens taħt l-ewwel kap tat-talba ma jipprovdix għall-fatt li l-kundizzjonijiet relevanti jiġu annullati, ordni għal ksur tal-Artikolu 263 TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet rilevanti fil-Memorandum ta’ Ftehim kienu jinkludu rekwiżiti li “jiksru b’mod manifest liġi superjuri għall-protezzjoni tal-individwu” (1) peress li:
|
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-istanzi ta’ ksur imsemmija iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, kienu tant mifruxa li jammontaw għal ksur manifest ta’ liġi superjuri, kif ġej:
|
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tad-depożiti tar-rikorrenti ma kenitx neċessarja jew proporzjonata. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li konsegwentement il-konvenuti kkawżaw iċ-ċaħda tad-depożiti bankarji lir-rikorrenti peress li, kieku mhux għall-ksur manifest, id-depożiti bankarji tar-rikorrenti kienu jkunu protetti mid-drittijiet tagħhom taħt il-Karta u l-Protokoll bir-riżultat li t-telf tar-rikorrenti kien suffiċjentement dirett u prevedibbli. |
|
(5) |
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li jekk is-sottomissjonijiet ta’ hawn fuq huma fondati l-kundizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu ddikjarati nulli minkejja li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew indirizzati lil Ċipru, peress li huma kienu ta’ interess dirett u individwali għal kull rikorrent fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mod tal-implementazzjoni tagħhom jiksru t-Trattat u/jew regola ta’ dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu u/jew, sal-punt li huwa stabbilit li meta d-depożitu bankarju tar-rikorrent jkun mċaħħad, dan jimmina l-istat tad-dritt kontra l-Artikolu 6(1) TUE, kienu abbuż ta’ poter. |
(1) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schoeppenstedt vs Il-Kunsill, C-5/71, Ġabra p. 975
(2) Artikolu 52(1) tal-Karta
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/21 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2013 — Adler Modemärkte vs UASI — Blufin (MARINE BLEU)
(Kawża T-296/13)
(2013/C 226/27)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blufin SpA (Carpi, l-Italja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ April 2013 (Każ R 386/2012-2), għaliex ma hijiex konformi mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 40/94; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MARINE BLEU”, għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 637 193
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Blufin SpA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BLUMARINE” għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/21 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2013 — Nordex Holding vs UASI — Fontana Food (Taverna)
(Kawża T-302/13)
(2013/C 226/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nordex Holding A/S (Dronninglund, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Kleis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-21 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 2608/2011-1; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2011, Nru 4891 C, li ngħatat qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tordna lill-Uffiċċju jbati l-ispejjeż, inklużi dsawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Taverna” — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 466 909
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata parzjalment invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/22 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 — Silicium España Laboratorios vs UASI — LLR-G5 (LLRG5)
(Kawża T-306/13)
(2013/C 226/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Silicium España Laboratorios, SL (Vila-Seca, Spanja) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 383/2012-1), sa fejn tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 3384625, “LLRG5”, bħala invalida peress li ġiet applikata in mala fide; |
|
— |
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ 4174 C; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għall-ispejjeż ta’ Silicium sostnuti b’konnessjoni ma’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LLRG5” — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 384 625
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u t-trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/22 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Repsol vs UASI — Argiles (ELECTROLINERA)
(Kawża T-308/13)
(2013/C 226/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josep María Adell Argiles (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla u tiddikjara bħala mhux applikabbli d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1565/2012-1 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komuntarja Nru 9 548 884“ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 4, 27 u 39 li ġew miċħuda fid-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELECTROLINERA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35, 37 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 548 884
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Josep María Adell Argiles
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 6, 9 u 12
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment, deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u, għaldaqstant, ċaħda iktar wiesgħa tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/23 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Enosi Mastichoparagogon vs UASI — Gaba International (ELMA)
(Kawża T-309/13)
(2013/C 226/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enosi Mastichoparagogon Chiou (Chios, il-Greċja) (rappreżentant: A. Malamis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gaba International Holding AG (Hamburg, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tas-26 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 1539/2012-4; |
|
— |
tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra (opponenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u appellanti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI) ibatu l-ispejjeż tagħhom u jħallsu dawk tal-applikant tat-trade mark Komunitarja (rikorrenti li titlob l-annullament). |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELMA” għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali 900 845 li tirreferi għall-Komunità Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għat-trade mark verbali “ELMEX” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 21
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/23 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2013 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/13)
(2013/C 226/32)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, M. Gorjão-Henriques u J. da Silva Sampaio, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 1870 finali; |
|
— |
tiddikjara n-nuqqas ta’ applikabbiltà għall-każ inkwistjoni tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 (1), essenzjalment, tal-Artikolu 7 tiegħu, minħabba ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali, ksur tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 (2) jew, fi kwalunkwe każ, tal-prinċipji ġenerali ta’ dritt fis-seħħ fl-ordinament ġuridiku tal-UE. |
|
— |
tiddikjara l-obbligu tal-Kummissjoni Ewropea li tipproċedi għall-ħlas tal-bilanċ dovut; |
|
— |
sussidjarjament:
|
|
— |
Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi:
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura illegali tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 minħabba ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali u ksur ta’ regola ġerarkikament ogħla. Ir-Regolament (KE) Nru 16/2003 huwa illegali billi ma ġiex adottat mill-Kulleġġ tal-Kummissarji la taħt il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, la taħt il-proċedura bil-miktub jew lanqas taħt kull proċedura oħra ssemplifikata skont ir-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni Ewropea (3), fil-verżjoni fis-seħħ meta ġie adottat l-imsemmi regolament, u billi ma ġiex osservat il-provvediment fl-Artikolu 18 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tiegħu u inkwantu l-Kummissjoni twettaq interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 16/2003 li tmur kontra r-Regolament (KE) Nru 1164/94. |
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli Ewropej dwar l-eliġibbiltà ta’ spejjeż. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ir-regoli ġudizzjarji ta’ applikazzjoni tat-Trattat, b’mod speċifiku fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ispejjeż imħallsa wara u matul il-bidu tal-perijodu ta’ eliġibbiltà, minkejja li kellhom jiġu ffatturati qabel, jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli għall-finanzjament Ewropew. |
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ obbligu tal-amministrazzjoni li tirregola l-aġir tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea għandha prassi amministrattiva kostanti ta’ interpretazzjoni tar-regola inkwistjoni fis-sens sostnut mir-Repubblika Portugiża. L-interpretazzjoni inkwistjoni kienet dovuta għal sorsi awtorizzati tal-Kummissjoni Ewropea, kienet ġiet ikkomunikata lir-Repubblika Portugiża, bħal ma ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri l-oħra, u l-kontenut tagħha kien, b’mod ċar, tali li kien jagħti lok lir-Repubblika Portugiża tistenna leġittimament li l-fatturi rċevuti qabel u mħallsa wara li t-talba kompleta ma tkun waslet il-Kummissjoni Ewropea jkunu eliġibbli. L-impożizzjoni tal-interpretazzjoni issa sostnuta mill-Kummissjoni tikser manifestament il-prinċipju ta’ ċertezza legali, minħabba li timponi oneri finanzjarji sostanzjali fuq ir-Repubblika Portugiża, mingħajr ma din l-interpretazzjoni kienet ċerta jew prevedibbli. |
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għalkemm huwa minnu li, skont l-Artikolu H tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji li tqis li huma xierqa, liema fatt ikun jista’ jinvolvi t-tneħħija totali jew parzjali tal-għajnuna mogħtija għall-proġett, l-istess entità għandha l-obbligu li tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ speċifiku, bħat-tip ta’ irregolarità u l-portata tal-effett finanzjarju possibbli tad-difetti eventwali tas-sistemi ta’ ġestjoni jew ta’ kontroll. F’dan is-sens, wieħed ma jistax jifhem kif tista’ tiġi kkunsidrata tneħħija totali tal-għajnuna mogħtija, ġaladarba l-korrezzjonijiet ta’ 100 % japplikaw biss meta d-difetti fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ikunu tant importanti, jew l-irregolarità kkonstatata tkun tant serja, li jikkostitwixxu nuqqas ta’ osservanza totali tar-regoli Komunitarji, li jinvolvu l-pagamenti irregolari kollha. Id-diffikultajiet ta’ interpretazzjoni huma fattur deċiżiv ta’ attenwazzjoni li għandhom dejjem jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Skont iċ-ċirkustanzi deskritti, jeżistu miżuri inqas restrittivi — l-applikazzjoni ta’ rata ridotta jew anki n-nuqqas ta’ korrezzjoni — li jiksbu l-għan imfittex. |
|
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-preskrizzjoni. Fi kwalunke każ, l-ispejjeż li jippreċedu t-3 ta’ Ġunju 2003 diġà huma preskritti, fejn l-aħħar fattura hija tat-28 ta’ Frar 2003, tliet xhur u jumejn qabel id-data inkwistjoni. Skont ir-Regolament (KE) Nru 2988/95 (4), tat-18 ta’ Diċembru, it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċedimenti huwa ta’ erba’ snin mid-data li fiha seħħet l-irregolarità. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2003, tas-6 ta’ Jannar 2003, li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-implimentazzjoi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 fir-rigward tal-eliġibilità tal-ispiża fil-kuntest tal-miżuri parzjalment iffinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 189).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9).
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 213.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/25 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Pappalardo et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-316/13)
(2013/C 226/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Salvatore Aniello Pappalardo (Cetara, l-Italja), Pescatori La Tonnara Soc. coop. (Cetara); Fedemar Srl (Cetara); Testa Giuseppe E C. Snc (Catania, l-Italja); Pescatori San Pietro Apostolo Srl (Cetara); Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo EC (Pescara, l-Italja); u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. (Pescara) (rappreżentanti: V. Cannizzaro u L. Caroli, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħsara kkawżata mill-adozzjoni tar-Regolament Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran, iddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-17 ta’ Marzu 2011 mogħtija fil-Kawża C-221/09; |
|
— |
u, konsegwentement, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni kkawżati; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti f’din il-kawża jippreċiżaw li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali inkwistjoni hija riżultat ta’ dak ordnat illegalment mill-Kummissjoni, bir-Regolament 530/2008, jiġifieri, il-waqfien obbligatorju tas-sajd għat-tonn mis-16 ta’ Ġunju 2008 għall-bastimenti li huma rreġistrati fil-Greċja, fi Franza, fl-Italja, f’Ċipru u f’Malta, filwaqt li waqfien simili ġie ordnat kontra bastimenti rreġistrati fi Spanja biss mit-23 ta’ Ġunju 2008.
Skont ir-rikorrenti, f’din il-kawża hemm il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għal attività leġiżlattiva, jiġifieri: il-ksur serju ta’ regola li tipproteġi l-individwu, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn tali aġir u d-dannu invokat.
Huwa enfasizzat f’dan ir-rigward li r-Regolament 530/2008 ġie ddikjarat kollu invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, u li skont ġurisprudenza stabbilita, il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jaqa’ taħt l-ipoteżi ta’ ksur serju ta’ regola superjuri intiża li tipproteġi l-individwi.
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/25 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Vita Phone vs UASI (LIFEDATA)
(Kawża T-318/13)
(2013/C 226/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vita Phone GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1072/2012-1); |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LIFEDATA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 525 053
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 |
|
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/26 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2013 — ZZ et vs FEI
(Kawża F-51/13)
(2013/C 226/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Fond Ewropew tal-Investiment
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li jidhru fir-rendikonti tas-salarju tax-xahar ta’ Frar 2013, li jistabbilixxu l-aġġustament annwali tas-salarji limitat għal 1.8 % għas-sena 2013 u l-annullament tar-rendikonti sussegwenti. Min-naħa l-oħra, it-talba sussegwenti għall-kundanna tal-istituzzjoni għall-ħlas tad-danni materjali u morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kontenuta fir-rendikonti tas-salarju tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Frar 2013, deċiżjoni li tistabbilixxi l-aġġustament annwali tas-salarji limitat għal 1.8 % għas-sena 2013 u, b’hekk, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili kontenuti fir-rendikonti sussegwenti; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni materjali (i) tal-ammont tas-salarju korrispondenti mal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2013, jiġifieri żieda ta’ 1.8 %, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013; (ii) tal-ammont tas-salarju korrispondenti mal-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 1.8 % għall-2013 fuq l-ammont tas-salarji li jkunu mħallsa minn Jannar 2014; (iii) ta’ interessi moratorji fuq l-ammonti ta’ salarji dovuti sal-ħlas komplet tas-somom dovuti, ir-rata ta’ interessi moratorji li għandha tiġi applikata għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli fil-perijodu kkonċernat, biż-żieda ta’ tliet punti u (iv) tad-danni minħabba t-telf tal-poter ta’ akkwist; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas lil kull rikorrenti ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/26 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs BEI
(Kawża F-55/13)
(2013/C 226/36)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2011, sa fejn dan ma jikklassifikax ir-rendiment tiegħu bħala “exceptional” jew bħala “very good” u ma jipproponiehx għall-promozzjoni għall-Funzjoni D, u sa fejn dan jiffissa l-objettivi tiegħu għas-sena 2012, annullament tal-Linji gwida għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2011 u, fl-aħħar nett, kundanna tal-BEI għall-kumpens għad-danni morali u materjali li r-rikorrent jallega li sostna.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla: a) id-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2012, sa fejn il-Kumitat tal-Appell, taħt l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI u n-Nota lill-Persunal HR/P&O.2012-0103, tad-29 ta’ Marzu 2012, ċaħad l-appell kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent tal-2011; b) il-parti tar-rapport ta’ evalwazzjoni 2011 li tevalwa r-rendiment tar-rikorrent, sa fejn din ma tiġborx fil-qosor tali rendiment bħala “Exceptional” jew bħala “Very good” u, fl-aħħar nett, sa fejn din ma tipproponiehx għall-promozzjoni għall-Funzjoni D, kif ukoll il-parti li tiffissa l-objettivi tiegħu għas-sena 2012; c) l-atti kollha relatati, konsekuttivi u preċedenti, fosthom il-promozzjonijiet li jirriżultaw min-nota tad-Direttur tar-Riżorsi Umani ta’ Mejju 2012 intitolata “2011 staff appraisal exercise, award of promotions and titles”, peress li, fid-dawl tal-evalwazzjoni espressa mis-superjuri tiegħu li llum qiegħda tiġi kkontestata, il-BEI naqas milli jikkunsidrah fil-punt “Promotions from function E to D”. |
|
— |
jannulla jew ma japplikax il-Linji gwida stabbiliti mid-Direttorat “Riżorsi Umani” permezz tan-Nota RH/P&O/2011-0242 Nr. 709, tat-13 ta’ Diċembru 2011, u l-“Guidelines to the 2011 annual staff appraisal exercise” korrispondenti, tal-14 ta’ Diċembru 2011, anki fil-parti fejn dawn jipprovdu li l-evalwazzjoni finali għandha tkun espressa permezz ta’ deskrizzjoni fil-qosor iżda ma jistabbilixxux il-kriterji li magħhom għandu jimxi l-evalwatur sabiex rendiment jitqies bħala “exceptionnelle dépassant les attentes [eċċezzjonali — li jmur lil hinn mill-aspettattivi]”, “très bonne [tajjeb ħafna]”, jew “répondant à toutes les attentes [jissodisfa l-aspettattivi kollha]”; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenut għall-kumpens tad-danni morali u materjali li jirriżultaw u għall-ispejjeż. |
|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/27 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/13)
(2013/C 226/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni akkweżiti qabel id-dħul fid-Dipartiment tal-Kummissjoni skont id-DĠI ġodda u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Jannar 2013 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu akkweżiti qabel id-dħul tiegħu fid-Dipartiment tal-Kummissjoni; |
|
— |
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2013 intiża għall-applikazzjoni tad-DĠI u tar-rati ta’ ħlas fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu ta’ pensjoni; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |