ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.224.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 224

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
3 ta' Awwissu 2013

Avviż Nru

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 224/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6934 – Norges Bank/Generali/Group of buildings in Paris) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

2013/C 224/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-politika taż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020

2

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 224/03

Rata tal-kambju tal-euro

7

2013/C 224/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2012 li tirrigwarda abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6497 – Hutchison 3G Austria/Orange Austria – Relatur: Il-Portugall

8

2013/C 224/05

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Hutchinson 3G Austria/Orange Austria (COMP/M.6497)

10

2013/C 224/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2012 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6497 – Hutchison 3G Awstrija/Orange Awstrija) (notifikata bid-dokument C(2012) 9198 final)  ( 1 )

12

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 224/07

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

18

2013/C 224/08

22

2013/C 224/09

26

2013/C 224/10

30

2013/C 224/11

34

2013/C 224/12

38

2013/C 224/13

42

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6934 – Norges Bank/Generali/Group of buildings in Paris)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 224/01

Fid-29 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6934. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/2

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-politika taż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020

2013/C 224/02

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:

FILWAQT LI JFAKKRU L-ISFOND POLITIKU GĦAL DIN IL-KWISTJONI KIF IMNIŻŻEL FL-ANNESS, U B'MOD PARTIKOLARI

1.   JIKKUNSIDRAW LI

1.

L-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha jenfasizzaw l-importanza tat-tfassil u t-twettiq tal-politiki li jgħammru liż-żgħażagħ kollha bil-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu biex ikollhom parti fl-ekonomija u s-soċjetà bbażati fuq l-għarfien u tirrikonoxxi r-rwol tal-politika taż-żgħażagħ f'dan ir-rigward. L-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-miri rispettivi tal-Istati Membri biex jiżdiedu l-impjiegi taż-żgħażagħ, jitnaqqas it-tluq kmieni mill-iskola u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja għandhom rilevanza partikolari għaż-żgħażagħ u għal dawk iż-żgħażagħ li jinsabu fl-akbar riskju ta' marġinalizzazzjoni. Il-politika taż-żagħżagħ tinvolvi miżuri li jgħinu l-inklużjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet edukattivi, ta' żvilupp, kulturali u assoċċjazzjonali, il-possibilitajiet li jiksbu esperjenza u opportunitajiet ta' tagħlim prattiku li jtejbu l-ħajja, it-tagħlim u l-ħiliet ta' impjieg taż-żgħażagħ.

2.

Il-Qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018) (1) jenfasizza l-importanza ta' approċċ doppju li jinvolvi kemm (a) inizjattivi speċifiċi għall-politika taż-żgħażagħ kif ukoll (b) l-integrazzjoni ta' inizjattivi biex tiġi integrata perspettiva taż-żgħażagħ f'oqsma ta' politika rilevanti. Huwa joffri sett ta' strumenti biex isegwu l-attivitajiet fi tmien oqsma ta' azzjoni u jenfasizza approċċ ta' politika transettorjali b'reazzjoni għall-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ.

3.

Ir-Rapport Konġunt tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (2) tal-2012 jappella għal rabtiet aktar b'saħħithom u iżjed koeżjoni bejn il-qafas imġedded u l-Istrateġija Ewropa 2020.

4.

L-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq iż-żgħażagħ jippreżenta sfidi għall-politika taż-żgħażagħ, għal firxa ta' oqsma relatati ta' politika li huma mfassla biex jilħqu l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ kollha u b'mod partikolari, għal objettivi usa' ta' politika pubblika - b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-isfidi (3) jinkludu l-qgħad, riskju dejjem jiżdied ta' esklużjoni u l-potenzjal għall-benesseri taż-żgħażagħ li jiġi effettwat b'mod negattiv.

5.

Ħafna żgħażagħ qegħdin b'mod attiv jipparteċipaw, jiżviluppaw u jipproggressaw fi gruppi, komunitajiet u soċjetà usa'; u qegħdin kemm joffru kif ukoll jirċievu benefiċċju kbir f'termini tal-iżvilupp personali u soċjali, ħiliet, esperjenzi u għarfien espert tagħhom. Madankollu, iż-żagħżagħ qed iġarrbu 'transizzjonijiet' imtawla bejn id-dipendenza u l-indipendenza, u trajettorji anqas ċerti f'termini tal-impenn u l-progressjoni professjonali tagħhom.

6.

Il-kapaċità u l-abbiltà taż-żgħażagħ għall-kreattività, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-adattabbiltà - li ġew rikonoxxuti bħala ta' siwi kbir għall-istumulazzjoni ta' ritorn imġedded u sostenibbli għall-benesseri ekonomiku u soċjali fl-Istati Membri u biex iwasslu għal soċjetà aktar inklużiva – jeħtieġ ikunu rikonoxxuti u attrezzati.

7.

L-għarfien taż-żgħażagħ u kif jolqot il-politika taż-żgħażagħ u politiki relatati maż-żgħażagħ huwa importanti u għandu jkun ibbażat fuq riċerka suffiċjenti.

8.

Hi meħtieġa enfasi rfinuta fuq il-kontribut pożittiv u distint u l-valur miżjud li l-politika taż-żgħażagħ tista' tagħmel għall-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali.

2.   JIEĦDU NOTA LI

9.

Diversi inizjattivi ta' politika (kif deskritti fl-Anness għal dan id-dokument) ġew introdotti biex jiġu avvanzati l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-impatt tal-kriżi għall-persuni fl-Ewropa kollha. Ħafna minn dawn għandhom rilevanza partikolari għaż-żgħażagħ. Inizjattivi politiċi fl-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ immirati għaż-żgħażagħ jippromwovu l-adozzjoni ta' approċċ 'magħqud flimkien' fejn il-politika taż-żgħażagħ għandha jkollha parti importanti. Ir-rwol tal-Ministri responsabbli għaż-żgħażagħ u l-integrazzjoni tal-perspettiva taż-żgħażagħ f'firxa wiesgħa ta' oqsma politiċi għandu jkun appoġġat, b'mod speċifiku fi ħdan is-Semestru Ewropew.

3.   HUMA TAL-FEHMA LI

10.

Il-koordinazzjoni transettorjali u interistituzzjonali fil-livell nazzjonali u dak tal-UE hi ċentrali għall-implimentazzjoni ta' politika taż-żgħażagħ effettiva u fl-indirizzar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għaż-żgħażagħ.

11.

Il-Politika taż-Żgħażagħ tipprovdi rispons ta' politika olistika u ċċentrata fuq iż-żgħażagħ li joffru firxa kemm vertikali u kif ukoll orizzontali. Il-politika taż-żgħażagħ għandha rwol kemm distintiv kif ukoll komplementarju, f'koordinazzjoni ma' oqsma ta' poltika oħra, għall-istimulazzjoni ta' firxa ta' reazzjonijiet pożittivi għaż-żgħażagħ. Ir-rwol u l-mandat tal-politika taż-żgħażagħ, madankollu, tibbenifika minn definizzjoni akbar f'kif hija tinforma u tinteraġixxi ma' oqsma relatati ta' politika. Dan isaħħaħ l-impatt tal-politika taż-żgħażagħ, kemm fiha nnfisha u wkoll bħala kontributur għall-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjieg u l-inklużjoni soċjali, u għalhekk issaħħaħ il-viżibbiltà tal-politika taż-żgħażagħ f'dan il-kuntest.

12.

B'mod partikolari, il-miżuri tal-politika taż-żgħażagħ, kif espressi, pereżempju permezz tal-ħidma taż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali u informali, għandhom rilevanza distinta f'termini tal-preparazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-progressjoni taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, u t-taħriġ, u l-impjieg kif ukoll fl-oqsma tas-saħħa u l-inklużjoni soċjali. Tali miżuri jistgħu jassistu attivament il-Pakkett tal-UE għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ, b'mod partikolari l-implimentazzjoni effettiva tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jkunu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Inizjattiva favur l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ u fondi rilevanti Ewropej oħrajn.

13.

Is-settur taż-żgħażagħ għandu għarfien espert partikolari fil-parteċipazzjoni u l-awtonomija taż-żgħażagħ, u b'mod partikolari dawk iż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet li ma jistgħux jintlaħqu permezz tal-politika ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u tal-impjieg.

4.   JISSOTTOLINJAW IL-PRIJORITAJIET LI ĠEJJIN BIEX JIĠI MASSIMIZZAT IL-POTENZJAL TAL-POLITIKA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIL-KISBA TAL-GĦANIJIET TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020

14.

Il-miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transettorjali u interistituzzjonali biex titjieb il-koordinazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ u l-oqsma relatati magħha, b'mod partikolari fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-impjiegi, huma prijorità biex jiġi pprovdut rispons ta' politika komprensiva u integrata għall-isfidi soċjali u ekonomiċi li ż-żgħażagħ qed jaffaċċaw attwalment, u biex jintlaħqu ż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet, speċjalment żgħażagħ li huma marġinalizzati u barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEET), sabiex tiġi promossa soċjetà aktar inklużiva u jsir kontribut għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

15.

Ir-rwol taż-żgħażagħ infushom fil-formazzjoni tat-tfassil tal-linji ta' poltika li jaffettwawhom għandu jissaħħaħ, speċjalment fir-rigward tal-alternattivi, l-aċċess u l-progressjoni tagħhom fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-impjiegi, sabiex tinkiseb inklużjoni soċjali akbar. Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-formulazzjoni tal-politika hi ċentrali għall-modi li bihom il-poltika taż-żgħażagħ tiġi implimentata f'konformità mal-Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018). Il-partijiet interessati fil-politika taż-żgħażagħ għandhom għarfien espert speċifiku fl-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fl-iżvilupp tal-politika.

16.

Ir-rwol tal-programm tal-UE l-ġdid propost dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u b'mod partikolari l-kapitolu tiegħu dwar iż-żgħażagħ, kif ukoll Programmi u Fondi oħra tal-UE, ser ikunu importanti biex iż-żgħażagħ tal-Ewropa jingħataw l-opportunitajiet għat-tagħlim u l-mobbiltà, jakkwistaw ħiliet u esperjenzi ġodda, u biex jipparteċipaw fil-volontarjat u l-iskambji kulturali. Il-valur indipendenti u intrinsiku tal-politika taż-żgħażagħ kif ukoll il-valur miżjud tal-politika taż-żgħażagħ għandu jkun rikonoxxut għall-mod kif jappoġġa l-eżiti għaż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Il-ġenerazzjoni li ġejja ta' Fondi Strutturali u ta' investiment Ewropej ser tkun strumentali fl-investiment fiż-żgħażagħ u l-ħiliet tagħhom, u fit-titjib tal-impjegabbiltà u l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol.

5.   JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, B'KONSIDERAZZJONI DEBITA GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX JIKKUNSIDRAW L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN

17.

Jiżguraw, fejn adatt, li l-kompiti prijoritarji meħuda skont il-Qafas Imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018) jappoġġaw u jikkomplementaw l-Għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

18.

Jippromwovu l-involviment attiv tal-ministeri taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika nazzjonali relatata mal-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari fil-formulazzjoni u, fejn xieraq, fil-koordinazzjoni tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali annwali (PNRs).

19.

Jippromwovu, f'dan il-kuntest u abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għad-djalogu maż-żgħażagħ, l-użu aħjar ta' mekkaniżmi eżistenti jew l-iżvilupp ta' oħrajn ġodda biex jaqbdu l-fehmiet taż-żgħażagħ biex jinfurmaw u jfasslu l-politika taż-żgħażagħ u politiki relatati maż-żgħażagħ.

20.

Jikkunsidraw kif il-politika taż-żgħażagħ tista' tikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' miżuri taħt il-Pakkett għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ inkluż, kif xieraq, l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Validazzjoni ta' Tagħlim Mhux Formali u Informali u dwar l-Istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ.

6.   JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, U LILL-KUMMISSJONI FL-ISFERI TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U B'KONSIDERAZZJONI DEBITA GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETA U FILWAQT LI JIRRISPETTAW IR-RESPONSABBILTÀ TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-POLITIKA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, BIEX

21.

Jippromwovu l-kontribut tal-miżuri tal-politika taż-żgħażagħ, bħala parti minn strateġiji usa' ta' politika ta' edukazzjoni u taħriġ, impjiegi u inklużjoni soċjali, għall-kisba tal-Għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

22.

Jiżguraw koordinazzjoni u sinerġija akbar bejn il-ħidma mwettqa skont il-Qafas Imġedded u l-ħidma li qed issir fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-impjiegi, biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u t-taħriġ, il-progressjoni tagħhom fl-impjiegi u l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà. B'mod partikolari, jenfasizzaw l-inklużjoni taż-żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEET).

23.

Jiżviluppaw, fil-qafas tal-Qafas Imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ 2010-2018, pjan ta' ħidma għal terminu medju biex tiġi ggwidata l-ħidma ta' politika taż-żgħażagħ u politiki relatati maż-żgħażagħ b'rispons għat-temi u t-tendenzi attwali dwar iż-żgħażagħ u dawk relatati magħhom u li ser jissottolinjaw oqsma rilevanti għall-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni mal-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tal-impjiegi bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontibut tal-politika taż-żgħażagħ fis-Semestru Ewropew.

24.

Jistabbilixxu l-prattika li biha r-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-politika taż-żgħażagħ imlaqqgħin fil-Kunsill u/jew il-korpi preparatorji tiegħu jistgħu jiddiskutu u jiskambjaw fehmiet dwar il-passi importanti ffukati fuq il-politika fis-Semestru Ewropew, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi dwar il-linji ta' politika tal-Istati Membri, bil-għan li jiġi pprovdut kontribut rilevanti u fil-ħin lill-Kumitat tal-Impjiegi fil-ħidma tiegħu ta' sorveljanza multilaterali dwar ir-Rakkomandazzonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi.

25.

Jiżguraw li l-istrumenti deskritti fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u r-Rapport Konġunt tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (2012), bħall-proċess ta' Djalogu Strutturat, il-linji ta' politika bbażati fuq l-evidenza u l-kooperazzjoni transettorjali jkunu żviluppati għal effett massimu bil-għan li l-evidenza kollha disponibbli rigward kif il-kriżi qed ikollha impatt fuq iż-żgħażagħ jiġu diretti fid-dibattitu politika tal-Istrateġija Ewropa 2020; u jiġi żgurat li leħen iż-żgħażagħ ikun jista' jinstema' f'dan id-dibattitu.

26.

Jissottolinjaw kif il-miżuri tal-politika taż-żgħażagħ, kif espressi, pereżempju permezz tal-ħidma taż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali u informali, huma mezzi biex iż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'inqas opportunitajiet, jemanċipaw ruħhom sabiex isiru ċittadini attivi u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà ċivili u jiżviluppaw il-ħiliet ta' tagħlim u ta' impjieg tagħhom.

27.

Speċifikatament jenfasizzaw kif tali miżuri jassistu ż-żgħażagħ biex jiżviluppaw il-kompetenzi u l-ħiliet trasversali tagħhom li jassistuhom għall-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-opportunitajiet professjonali li jistgħu jsaħħu l-awtonomija u l-progressjoni tagħhom, kif ukoll jassistuhom fl-iżvilupp tal-ħiliet personali u soċjali u jakkwistaw ħiliet ta' impjieg u intraprenditorjali.

28.

Jippromwovu l-aċċessibbiltà fost il-partijiet interessati rilevanti kollha u jinkoraġġixxu l-użu ta' programmi Ewropej bħal:

il-programm Ewropew għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li jappoġġa l-mobbiltà, l-iskambju u t-tisħiħ tal-ħiliet u opportunitajiet għal parteċipazzjoni fil-volontarjat u skambji kulturali; u

programmi u fondi Ewropej oħrajn li fost oħrajn għandhom l-għan li jilħqu ż-żgħażagħ kollha, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet u, speċjalment, dawk li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ;

u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ.

29.

Jippromwovu użu sħiħ u ottimali, fejn applikabbli, tal-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ biex tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija għaż-Żgħażagħ.

7.   JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI TIKKUNSIDRA L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN

30.

Tikkunsidra l-azzjonijiet li jiżguraw li perspettiva ta' politika taż-żgħażagħ hija ċentrali għall-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tal-impjieg u tal-inklużjoni soċjali, biex tiġi inkorporata dimensjoni distinta ta' 'politika taż-żgħażagħ' għal-linji ta' politika biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari rigward il-ħidma taż-żgħażagħ u r-rikonoxximent u l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali.

31.

Tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar il-programmi ta' finanzjament kollha tal-UE u eżempji tal-aħjar prattiki assoċjati li jiżviluppaw l-ħiliet taż-żgħażagħ għas-Seklu 21 billi titqiegħed enfasi aktar ċara fuq kif tali programmi jistimulaw tagħlim bbażat fuq il-ħiliet, ta' esperjenza u intraprenditorjali li jsaħħu u jagħmlu awtonoma l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fl-impjiegi, u b'mod partikolari, għaż-żgħażagħ b'anqas opportunitajiet.

32.

Fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (2012-2018), tkompli bl-intenzjonijiet tagħha li tevalwa l-proċess tad-Djalogu Strutturat biex jiġi żgurat li l-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala u l-kontenut tal-proċess jirriflettu u jirrispondu għall-ħtiġijiet attwali taż-żgħażagħ u li min-naħa tiegħu, jinforma b'mod utli l-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ.

33.

Tikkunsidra l-abbozzar ta' dokument ta' kunċett ibbażat fuq sejbiet mir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u l-ħidma kurrenti fl-oqsma tat-tagħlim bejn il-pari u abbażi ta' dan, isir seminar dwar it-tagħlim bejn il-pari li jinvolvi l-oqsma ewlenin ta' politika taż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u Taħriġ u l-Impjiegi, u l-partijiet interessati rilevanti, biex jiġi eżaminat l-aħjar mod li bih jista' jipprogressa rispons kollaborattiv ta' politika għall-isfidi attwali li qed jiffaċċaw iż-żgħażagħ. Tali inizjattiva tkun tista' tiddeskrivi r-rakkomandazzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati mill-oqsma rispettivi ta' politika u l-kunsilli rilevanti għal azzjoni ulterjuri.

(1)  ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 394, 20.12.2012, p. 5.

(3)  Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tal-età bejn 15 u 24 sena żdiedet f'daqqa minn 15 % fi Frar 2008 għal 23,6 % f'Jannar 2013. Il-ko-ort NEET (żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ) kien fih 7,5m żagħżugħ li għandhom l-età bejn 15 u 25 sena f'Jannar 2012.

ANNESS

Sfond politiku

1.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2012 (1) u tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 (2), li enfasizzaw li għandha tingħata l-ogħla prijorità għall-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ u nedew Inizjattiva favur l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ ġdida.

2.

Id-Dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012“Lejn konsolidazzjoni favorevoli għat-tkabbir u tkabbir favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi”, li stiednet lill-Istati Membri biex jistimulaw l-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ, bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' inizjattivi komprensivi dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-ħiliet.

3.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, taħt il-“Pakkett għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ” (3), li hi parti minn approċċ koordinat ta' politika għall-indirizzar tal-qgħad, it-tluq bikri mill-iskola u l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ.

4.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali (4), tenfasizza opportunitajiet u mekkaniżmi li jippermettu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz ta' tagħlim mhux formali u informali biex ikollhom rwol importanti fit-tisħiħ tal-impjegabbiltà u l-mobbiltà, kif ukoll fiż-żieda tal-motivazzjoni għal tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolar fil-każ ta' dawk żvantaġġati soċjoekonomikament jew dawk bi kwalifiki baxxi.

5.

Ir-Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku “Edukazzjoni u Taħriġ 2020” (5), li jistabbilixxi passi għall-mobilizzazzjoni tal-proċess “ET2020” b'appoġġ għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar it-tkabbir u l-impjiegi, u jidentifika għadd ta' oqsma prijoritarji għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-perijodu 2012-2014.

6.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-“Investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ – reazzjoni għar-Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar u l-Istħarriġ Annwali tal-2013 dwar ir-Reviżjoni tal-Edukazzjoni” (6).

7.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Politiki biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola (7) li tenfasizza l-ħtieġa għal politiki transettorjali komprensivi biex jissaħħu r-rabtiet bejn l-edukazzjoni u s-sistemi ta' taħriġ u l-impjieg.

8.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Inizjattiva għall-Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ” tal-20 Diċembru 2011 (8), tappella lill-Istati Membri biex jieħdu aktar azzjoni biex jindirizzaw ir-rati għolja ta' qgħad fost iż-żgħazagħ, inkluż l-użu aħjar tal-Fondi Soċjali Ewropej u aktar possibilitajiet għall-mobbiltà.

(1)  EUCO 205/12.

(2)  EUCO 3/13.

(3)  17944/12.

(4)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU C 70, 8.3.2012, p. 9.

(6)  ĠU C 64, 5.3.2013, p. 5.

(7)  ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1.

(8)  5166/12.

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/7

Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Awwissu 2013

2013/C 224/03

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3203

JPY

Yen Ġappuniż

131,78

DKK

Krona Daniża

7,4547

GBP

Lira Sterlina

0,87135

SEK

Krona Żvediża

8,7714

CHF

Frank Żvizzeru

1,2383

ISK

Krona Iżlandiża

NOK

Krona Norveġiża

7,8655

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,959

HUF

Forint Ungeriż

300,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7028

PLN

Zloty Pollakk

4,2550

RON

Leu Rumen

4,4385

TRY

Lira Turka

2,5711

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4837

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3734

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2412

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6765

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6848

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 484,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,2330

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0926

HRK

Kuna Kroata

7,5210

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 581,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,3075

PHP

Peso Filippin

57,603

RUB

Rouble Russu

43,7059

THB

Baht Tajlandiż

41,444

BRL

Real Brażiljan

3,0512

MXN

Peso Messikan

16,9560

INR

Rupi Indjan

80,6770

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/8

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2012 li tirrigwarda abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6497 – Hutchison 3G Austria/Orange Austria

Relatur: Il-Portugall

2013/C 224/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti u ġeografiċi rilevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni. Minoranza ma taqbilx u minoranza tastjeni.

4.

B’mod partikolari, il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel li s-swieq li ġejjin għandhom jiġu distinti:

is-suq Awstrijak tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali (is-suq tas-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut tat-telekomunikazzjoni mobbli);

is-suq Awstrijak tal-aċċess bl-ingrossa u l-oriġini tas-sejħiet f’netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli;

is-suq Awstrijak bl-ingrossa tar-roaming internazzjonali;

is-suq Awstrijak bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl.

Minoranza ma taqbilx u minoranza tastjeni.

Effetti Orizzontali

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x'aktarx twassal għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati, li jimpedixxu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq Awstrijak tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali (is-suq tas-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut tat-telekomunikazzjoni mobbli).

Effetti vertikali

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x'aktarx ma twassalx għal effetti vertikali li jimpedixxu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fi:

is-suq Awstrijak bl-ingrossa tar-roaming internazzjonali;

is-suq Awstrijak bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl.

Rimedju

7.

Il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fit-12 ta’ Novembru 2012 jindirizzaw it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-suq Awstrijak kollu għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali. Minoranza ma taqbilx u minoranza tastjeni.

8.

Il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta' konformità sħiħa mal-impenji finali, it-tranżazzjoni nnotifikata x’aktarx ma timpedixxix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu. Minoranza ma taqbilx u minoranza tastjeni.

9.

Il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE. Minoranza ma taqbilx u minoranza tastjeni.

10.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jitolbu lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/10

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Hutchinson 3G Austria/Orange Austria

(COMP/M.6497)

2013/C 224/05

(1)

Fis-7 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha l-impriża Hutchison 3G Austria Holdings (“il-Parti li Tinnotifika”) kieku takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Orange Austria Telecommunication GmbH (“Orange”), permezz ta' xiri ta' ishma.

(2)

Fit-28 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. L-impenji biex jindirizzaw il-problemi relatati mal-kompetizzjoni identifikati fl-Artikolu 6(1)(c)-deċiżjoni sottomessa mill-Parti li Tinnotifika f'Awwissu ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni għax mhux adatti wara li għamlet test tas-suq. Sussegwentement il-Parti li Tinnotifika ssottomettiet il-kummenti tagħha bil-miktub dwar id-deċiżjoni f'Settembru 2012.

I.   Dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u seduta orali

(3)

Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) kienet mibgħuta lill-Parti li Tinnotifika fl-20 ta' Settembru 2012. Fid-DO, il-Kummissjoni indikat li l-konċentrazzjoni notifikata xxekkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għal servizzi ta' telekomunikazzjoni mobbli għal klijenti finali fl-Awstrija. Ingħata aċċess għall-fajl fil-jum tan-notifika tad-DO u addizzjonalment fl-14 u t-23 ta’ Novembru 2012.

(4)

Il-Parti li Tinnotifika u Orange ssottomettew it-tweġiba tagħhom għad-DO fl-4 ta' Ottubru 2012 u talbu seduta orali. Jum qabel is-seduta orali fl-10 ta’ Ottubru 2012 il-Parti li Tinnotifika offriet sett rivedut ta’ rimedji.

II.   Terzi persuni

(5)

Tliet kumpaniji applikaw u ngħatalhom l-istatus ta’ terzi persuni wara li wrew biżżejjed interess fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, jiġifieri Liberty Global BV, T-Mobile Austria GmbH u Tele2 Telecommunication GmbH. Fuq talba tagħhom, it-tliet terzi persuni ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom f’seduta orali.

III.   Rimedji

(6)

Wara s-seduta, il-Parti li Tinnotifika kompliet tiddiskuti rimedji mal-Kummissjoni bil-għan li ttejjibhom. Il-pakkett ta’ rimedju finali jinkludi impenji mill-Parti li Tinnotifika: biex tidħol fi ftehim bil-quddiem ma’ operatur ta' netwerk ċellulari virtwali (“MVNO”) li jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni; li tagħti lill-MVNO aċċess għan-netwerk tagħha; u, biex tagħmel disponibbli spettru lil parteċipant ġdid. Tali proposta ta’ rimedju hija wkoll marbuta mal-akkwist mill-parteċipant il-ġdid ta’ spettru addizzjonali li se jkun irkantat fl-Awstrija. Wara t-test tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pakkett ta’ rimedju finali indirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fid-DO.

IV.   Abbozz ta' deċiżjoni

(7)

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrelata biss mal-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

V.   Kumment tal-għeluq

(8)

Kollox ma’ kollox, jien nikkonkludi li l-parteċipanti kollha fil-proċedimenti kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali tagħhom f'dan il-każ.

Brussell, id-29 ta’ Novembru 2012.

Michael ALBERS

(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/12

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Diċembru 2012

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/M.6497 – Hutchison 3G Awstrija/Orange Awstrija)

(notifikata bid-dokument C(2012) 9198 final)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 224/06

Fit-12 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   L-OPERAT U L-PROĊEDURA

(1)

Fis-7 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tiegħu l-kumpanija Hutchison 3G Austria Holdings GmbH (“H3G Austria Holdings”, l-Awstrija) (il-“Parti Notifikanti”), il-kumpanija azzjonarja ta’ Hutchison 3G Austria GmbH (“H3G”, l-Awstrija) u sussidjarju bi sjieda totali indiretta ta' Hutchison Whampoa Limited (“HWL”, Hong Kong) tikseb, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll ta’ Styrol Holding 1 GmbH (“Styrol”, l-Awstrija) u s-sussidjarja tagħha bi sjieda totali indiretta Orange Austria Telecommunications GmbH (“Orange”, l-Awstrija), minbarra Yesss! Telekommunikation GmbH (“Yesss!”), permezz tax-xiri ta’ ishma (flimkien il-“Partijiet”).

(2)

Din it-tranżazzjoni kienet dipendenti fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-marka kummerċjali tal-mobile “mingħajr xinxilli” ta’ Orange Yesss! lil Telekom Austria (“TA”). It-tranżazzjoni tal-aħħar kellha tkun f’idejn l-Awtorità Nazzjonali Awstrijaka tal-Kompetizzjoni (“Bundeswettbewerbsbehörde” jew “BWB”). Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni suġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-Unjoni kienet l-akkwiżizzjoni ta’ Orange Austria (bl-esklużjoni ta’ “Yesss!”) minn H3G.

(3)

Barra minn hekk, TA kienet se takkwista mingħand H3G ċerti siti, frekwenzi tal-ispettru u drittijiet tal-proprejtà intellettwali, li attwalment huma ta’ Orange. Dan it-trasferiment tal-frekwenzi jirrikjedi l-approvazzjoni mir-Regolatur Awstrijak tat-Telekomunikazzjonijiet, ir-Rundfunk & Telekom Regulierungs-GmbH, (“RTR”) u t-Telekom-Control Kommission (“TKK”).

(4)

Fid-29 ta’ Mejju 2012 il-BWB talbet, abbażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, riferiment tat-Tranżazzjoni Proposta mill-Kummissjoni lill-Awstrija (it-“Talba għal Riferiment”). Abbażi ta’ investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni proposta mas-suq intern. Sussegwentement, il-BWB ma bagħtetx tfakkira skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet wara li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fit-28 ta’ Lulju 2012. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tindirizza l-aspetti mqajmin mill-BWB innifisha skont l-Artikolu 9(3)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(5)

Fil-21 ta’ Awwissu 2012, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikoli 8(2) u 10(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, sabiex tneħħi t-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-konċentrazzjoni proposta mas-suq intern.

(6)

Fl-20 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) lill-Parti Notifikanti, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(7)

Fl-10 ta’ Ottubru 2012, l-Uffiċjal tas-Smigħ tal-Kummissjoni ta lill-Parti Notifikanti l-opportunità li tippreżenta l-opinjonijiet tagħha f’seduta verbali. Wara t-talbiet tagħhom, T-Mobile Austria (“T-Mobile”), Tele2 u UPC (Liberty Global) ġew ammessi għas-Seduta Verbali bħala partijiet terzi interessati.

II.   IL-PARTIJIET

(8)

HWL hija konglomerat multinazzjonali, bil-kwartieri tagħha f’Hong Kong. L-operat ta’ HWL u tal-kumpaniji assoċjati tagħha jikkonsisti minn sitt negozji prinċipali: portijiet u servizzi relatati, proprjetà u lukandi, bejgħ fil-livell tal-konsumatur, enerġija, infrastruttura u telekomunikazzjonijiet. Fl-Unjoni Ewropea, is-sussidjarji ta’ HWL jinkludu operaturi tan-netwerk mobbli fl-Awstrija, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Italja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

(9)

H3G hija operatur tan-netwerk mobbli (“ONM”) attiva fl-Awstrija bil-marka kummerċjali “3” u b'sjieda totali minn HWL.

(10)

Orange hija ONM Awstrijak. Meta saret in-notifika, Orange u l-kumpanija azzjonarja tagħha Styrol kienu ta’ Stubai S.C.A., sussidjarju bi sjieda totali mill-fond ta’ investiment ta’ ekwità privata Mid Europa Partners (“MEP”), u minn Orange Belgium SA, sussidjarja b'sjieda totali minn France Télécom SA Yesss! kienet sussidjarju bi sjieda totali ta’ Orange.

III.   SOMMARJU

(11)

Abbażi tad-dejta dwar il-fatturat tal-partijiet, it-tranżazzjoni proposta kellha dimensjoni tal-Unjoni. Din twassal għal tnaqqis fl-operaturi tan-netwerks minn erbgħa għal tlieta (bl-ONM li jifdal, Telekom Austria u T-Mobile b’ishma ta’ suq rispettivi ta’ [40-50 %] u [30-40 %] mill-ammont totali ta’ abbonati) u toħloq it-tielet l-akbar ONM Awstrijak b’sehem tas-suq totali ta’ [20-30 %].

(12)

L-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni minħabba t-tneħħija ta’ Orange minn suq li diġà kien ikkonċentrat ħafna u fejn ma kienx hemm prospett ta’ dħul. Għaldaqstant, it-tħassib kien li t-tranżazzjoni kif ġiet innotifikata twassal għal tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-suq ta’ bejgħ fil-livell tal-konsumatur għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali fl-Awstrija, b’riżultat ta' effetti unilaterali.

(13)

Biex tneħħi t-tħassib tal-Kummissjoni, H3G ippreżentat pakkett ta’ impenji li, fil-verżjoni finali tiegħu, jikkonsisti minn tliet elementi.

(a)

L-ewwel nett, H3G impenjat ruħha li tbigħ l-ispettru tar-radju u drittijiet addizzjonali lil parteċipant interessat ġdid fis-suq Awstrijak tat-telefonija mobbli. L-ONM potenzjali l-ġdid ikollu d-dritt li jikseb l-ispettru mhux biss minn H3G, iżda anki spettru addizjonali fi rkant ippjanat għall-2013 mir-regolatur Awstrijak tat-telekomunikazzjoni. Dan tal-aħħar jirriżerva spettru għal parteċipant ġdid, biex operatur bħal dan ikun jista’ jistabbilixxi netwerk fiżiku għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Awstrija. Il-parteċipant il-ġdid jibbenefika wkoll mill-kundizzjonijiet privileġġjati għax-xiri u l-kiri tas-siti biex jibni n-netwerk tiegħu stess fl-Awstrija.

(b)

It-tieni nett, H3G impenjat ruħha li tipprovdi, skont kundizzjonijiet maqbulin, aċċess bl-ingrossa għan-netwerk tagħha għal sa 30 % tal-kapaċità tiegħu għal sa 16-il operatur tan-netwerks mobbli virtwali (mobile virtual network operators – (“MVNOs”)) fl-10 snin li ġejjin. Dan jippermetti lill-MVNOs interessati li joffru servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali fl-Awstrija, b’termini u kundizzjonijiet kompetittivi.

(c)

It-tielet nett, impenn minn qabel żgura li H3G ma tiffinalizzax l-akkwiżizzjoni ta’ Orange qabel ma tkun daħlet fi ftehim ta’ aċċess bl-ingrossa ma’ tal-anqas MVNO wieħed.

(14)

Fid-dawl ta’ dawn l-impenji, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni ma tibqax tqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni, billi d-deċiżjoni tiddependi fuq konformità sħiħa mal-impenji.

IV.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

A.   Is-Swieq tal-Prodotti rilevanti

(15)

Fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, is-swieq tal-prodotti tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli ġew definiti kif jidher hawn taħt:

(a)

servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali (is-suq tal-bejgħ fil-livell tal-konsumaturi tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli);

(b)

aċċess bl-ingrossa u l-oriġini tas-sejħiet fuq in-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli;

(c)

suq bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali; kif ukoll

(d)

suq bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli.

(16)

L-attivitajiet ta’ H3G u Orange, abbażi ta’ dan, jikkoinċidu fis-suq għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali. Il-Partijiet kienu wkoll kompetituri potenzjali fis-suq għall-aċċess bl-ingrossa u l-oriġini tas-sejħiet fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli. Kien hemm ukoll rabta bejn l-attivitajiet ta’ H3G u Orange fis-suq bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali u s-suq bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli.

Servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali

(17)

Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk, għall-finijiet ta’ dan il-każ, kienx neċessarju li terġa’ tqassam is-suq għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali skont it-tip ta’ konsumatur (kummerċjali jew privat, abbonati li jħallsu wara jew konsumaturi li jħallsu qabel) jew skont it-tip ta’ teknoloġija tan-netwerk (2G/GSM jew 3G/UMTS).

(18)

Abbażi tat-test tas-suq u l-kunsiderazzjoni tan-naħa tal-provvista, il-Kummissjoni kkunsidrat suq tal-prodotti ġenerali għall-konsumaturi privati u kummerċjali fir-rigward tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali.

(19)

Fir-rigward ta’ distinzjoni possibbli bejn is-servizzi mħallsin qabel u dawk imħallsin wara, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm xi argumenti li jappoġġjaw din il-pożizzjoni f’dan il-każ. Minkejja li l-konklużjoni tal-Kummissjoni kienet li s-servizzi mħallsin qabel u dawk imħallsin wara huma parti mill-istess suq, tal-anqas fir-rigward tas-sostituzzjoni tan-naħa tal-provvista, l-ispeċifiċitajiet u l-interazzjoni bejn dawn is-segmenti ġiet ikkunsidrata wkoll fil-valutazzjoni tal-kompetizzjoni.

(20)

Minkejja d-differenzi ċari fil-prestazzjoni għat-traffiku tad-dejta fuq in-netwerks 2G, 3G u LTE, fid-dawl tar-riżultati tat-test tas-suq, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-subdiviżjoni tas-suq mobbli tal-konsumaturi finali skont it-tip tat-teknoloġija tan-netwerks (2G, 3G u t-Teknoloġiji Futuri 4G) ma kinitx xierqa.

(21)

Minn perspettiva tad-domanda, is-servizzi maħsubin biex jintużaw fuq apparat li jaħdem bil-vuċi jiġu distinti mis-servizzi użati fuq apparat li jirċievi u jittrażmetti dejta biss. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma jkunx xieraq li titbiegħed mill-prattika tagħha preċedenti li tiddefinixxi suq uniku inklużi s-servizzi mogħtija kollha, sew jekk għall-apparat li jirċievi u jittrasmetti dejta biss jew għall-apparat li jaħdem bil-vuċi.

(22)

Fl-Ordinanza dwar is-Swieq tat-Telekomunikazzjonijiet, l-RTR/TKK Awstrijak/a sab/et li l-aċċess għall-broadband mobbli mill-konsumaturi residenzjali huwa sostituzzjoni għas-servizzi tal-internet b’linja fissa. Il-Kummissjoni ma argumentatx dwar is-sejba tagħha b’rabta mal-Awstrija. Madankollu, għall-valutazzjoni f’dan il-każ, il-kwistjoni kienet bil-maqlub, jiġifieri jekk is-servizzi tal-broadband humiex sostituzzjoni għas-servizzi mobbli tad-dejta b'mod ġenerali jew għall-broadband mobbli b'mod speċifiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-servizzi fissi tal-broadband ma humiex sostituzzjoni għas-servizzi mobbli tad-dejta u għaldaqstant ma jiffurmawx parti mill-istess suq tal-prodotti.

(23)

Għall-finijiet tad-deċiżjoni, is-suq tal-prodotti rilevanti ġie ddefinit bħala suq uniku fl-Awstrija għall-forniment tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali.

Suq bl-ingrossa għall-aċċess u l-oriġini tas-sejħiet fuq in-netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli

(24)

L-aċċess għan-netwerk bl-ingrossa jingħata mill-MNOs lill-MNVOs. F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni kkunsidrat l-aċċess għan-netwerk bl-ingrossa u l-oriġini tas-sejħiet, bħala parti mill-istess suq tal-prodotti. Fl-investigazzjoni tas-suq, il-parteċipanti tas-suq ikkonfermaw b’mod unanimu li dan l-approċċ huwa xieraq ukoll f’dan il-każ.

Suq bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali

(25)

Id-domanda għas-servizzi bl-ingrossa tar-roaming internazzjonali tiġi minn operaturi mobbli barranin li jkunu jixtiequ jipprovdu lill-konsumaturi tagħhom stess b’servizzi mobbli barra min-netwerk tagħhom u, b’mod downstream, mill-abbonati li jkunu jixtiequ jużaw il-mobiles tagħhom barra minn pajjiżhom. Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm suq bl-ingrossa separat għar-roaming internazzjonali.

Suq bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli

(26)

Kif ġie stabbilit fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, ma teżistix sostituzzjoni għat-terminazzjoni tas-sejħiet f'kull netwerk individwali billi l-operatur li jittrażmetti s-sejħa li tkun qed issir jista' jilħaq lir-reċipjent maħsub biss permezz tal-operatur tan-netwerk li miegħu r-riċevitur ikun konness. Għaladaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm suq bl-ingrossa separat għat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli.

B.   Is-Swieq ġeografiċi rilevanti

(27)

Fl-investigazzjoni tas-suq, il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti kkunsidraw is-swieq ġeografiċi rilevanti bħala swieq nazzjonali, jiġifieri, limitati għat-territorju tal-Awstrija iżda mhux iżgħar minn hekk. Jidher li ma kienx hemm prattika kummerċjali rilevanti jew abbiltà li ssir diskriminazzjoni bejn l-utenti abbażi ta' fejn ikunu jinsabu fit-territorju tal-Awstrija, fir-rigward tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali.

(28)

F’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u abbażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, anki s-swieq għall-aċċess bl-ingrossa u l-oriġini tas-sejħiet fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli, is-suq bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali u s-suq bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli kienu ddefiniti bħala nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom (jiġifieri fl-Awstrija).

C.   Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni

(29)

Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni ffokat fuq is-suq għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali.

1.    L-effetti unilaterali

L-ishma tas-suq u l-istruttura tas-suq wara l-fużjoni

(30)

Is-Suq Awstrijak għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali kien diġà kkonċentrat ħafna anki qabel it-tranżazzjoni, li b’riżultat tagħha kompetitur żviluppat b’mod sħiħ jiġi eliminat mis-suq u l-għadd ta’ atturi tas-suq jonqos minn erbgħa għal tlieta. It-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni f'dan il-każ kien konsegwenza ta' għadd ta' fatturi: l-istruttura tas-suq, il-proporzjonijiet tad-diverżjoni għolja bejn il-Partijiet, il-marġini sinifikanti li huma rrealizzaw u l-importanza ta’ qabel il-fużjoni tal-Partijiet, fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ negozju ġdid.

(31)

It-tħassib dwar il-kompetizzjoni kien jitqajjem bħala riżultat tat-tranżazzjoni proposta, partikolarment minħabba xkiel kbir għad-dħul, in-nuqqas ta' saħħa tax-xerrej sinifikanti u tal-eżistenza, min-naħa tal-kompetituri, ta' inċentiv biex isir segwitu taż-żidiet fil-prezzijiet mill-entità li tkun għaddiet minn fużjoni. Barra minn hekk, l-argument tal-Parti Notifikanti li skontha r-restrizzjoni kompetittiva imposta minn Orange fis-suq kienet x’aktarx li tiddeterjora fiż-żmien qarib sa medju, ma setax jiġi aċċettat abbażi tal-evidenza.

(32)

It-Tranżazzjoni Proposta tgħaqqad flimkien lil żewġ ONM mill-erbgħa li jeżistu fl-Awstrija. H3G u Orange, rispettivament, kienu ir-raba' u t-tielet ONM kklassifikati skont is-sehem mis-suq fis-suq Awstrijak għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali. Minkejja li għandhom ishma aktar baxxi mis-suq meta mqabblin maż-żewġ ONM l-oħra, jiġifieri TA u T-Mobile, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva.

(33)

Barra mill-ONM, kien hemm biss żewġ MVNOs indipendenti attivi fis-suq Awstrijak li ma kellhomx in-netwerk tagħhom u li kienu ospitati minn wieħed mill-erba’ ONM. Minkejja li kien hemm għadd sinifikanti ta’ bejjiegħa mill-ġdid indipendenti attivi fl-Awstrija, fil-prattika dawk kienu jammontaw għal porzjon negliġibbli tal-abbonati totali.

(34)

Il-Kummissjoni analizzat l-ishma tas-suq tal-Partijiet b'għadd ta’ modi differenti biex tiżgura li l-valutazzjoni tagħha tkun kompleta u tirrifletti l-karatteristiċi partikolari tas-suq inkwistjoni. Il-Kummissjoni eżaminat il-valuri u d-deltas HHI, li r-rilevanza tagħha hija msemmija fil-Linji gwida Orizzontali. Imbagħad il-Kummissjoni eżaminat mill-qrib il-pożizzjoni tal-Partijiet f’ċerti segmenti li kienu partikolarment rilevanti għat-tkabbir u l-innovazzjoni (bħall-vuċi u d-dejta mħallsa wara u d-dejta biss) u li x'aktarx kienu jinfluwenzaw il-progress tas-suq ġenerali għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkunsidrat is-saħħa dinamika tal-Partijiet fis-suq li tirriżulta mill-abbiltà kurrenti tagħhom li jattiraw konsumaturi ġodda.

(35)

Għalkemm, l-ishma tas-suq ikkumbinati tal-Partijiet ikunu taħt [20-30%], il-valuri HHI u delta kienu ogħla minn dawk iddefiniti bħala indikaturi inizjali tan-nuqqas ta’ tħassib dwar il-kompetizzjoni fil-Linji gwida Orizzontali.

(36)

Il-vuċi u d-dejta privati mħallsin wara (jiġifieri, offerti ta’ bundles biex jintużaw fuq apparat li jaħdem bil-vuċi) u s-segment tad-dejta biss ġew eżaminati mill-qrib, minħabba li dawn is-segmenti kienu partikolarment importanti għas-suq inġenerali u l-iżvilupp tiegħu fil-futur qarib.

(37)

L-użu tad-dejta diġà kien l-akbar mutur tat-tkabbir fis-suq, u din it-tendenza kienet mistennija li tkompli u li tintensifika fis-snin li ġejjin. Tabilħaqq, LTE huwa protokoll tan-netwerk imfassal għal dejta, li fih il-vuċi hija mistennija tokkupa biss sehem tassew żgħir mit-traffiku totali. Il-Kummissjoni sabet li l-vuċi u d-dejta mħallsin wara u s-segmenti tad-dejta biss kienu jammontaw għall-akbar ishma tas-suq tad-dħul totali kemm ta’ Orange u kemm ta’ H3G.

Bdil u prossimità tal-kompetizzjoni

(38)

Barra minn hekk, wara analiżi tal-bdil u l-prossimità tal-kompetizzjoni biex issir valutazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi imposti mill-Partijiet fuq xulxin, il-Kummissjoni żvelat restrizzjoni kompetittiva sinifikanti imposta minn H3G fuq Orange, u b’mod simili minn Orange fuq H3G.

(39)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-evidenza kwalitattiva disponibbli kienet konsistenti mal-evidenza diretta li tirriżulta mill-proporzjon ta' diverżjoni osservat u appoġġjat il-konklużjoni li l-livell ta' tali prossimità, flimkien ma' evidenza oħra ppreżentata fid-Deċiżjoni, kien tali li ppreveda xkiel sinifikanti li jaffettwa l-kompetizzjoni b'riżultat tal-fużjoni.

(40)

Wara valutazzjoni tal-forza kompetittiva ta’ H3G kemm qabel u kemm wara l-fużjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li H3G kienet forza kompetittiva importanti, jekk mhux l-aktar forza importanti, fis-suq u l-inċentiv tagħha li tibqa’ forza motriċi, fin-nuqqas ta’ effiċjenzi sostnuti, jitnaqqas wara t-tranżazzjoni.

(41)

Barra minn hekk, kien hemm aspettattivi kbar li H3G ikollha anqas inċentiv biex tikkompeti b’mod aggressiv milli kieku kien ikollhom il-Partijiet fin-nuqqas ta’ fużjoni.

Nuqqas ta’ fatturi kumpensatorji

(42)

Il-Kummissjoni analizzat fatturi kumpensatorji potenzjali bħas-saħħa tax-xerrej, ostakli għad-dħul u l-probabbiltà li jkun hemm parteċipanti ġodda u kkonkludiet li ma kienx probabbli li dħul fis-suq ta' ONM jew MVNO jseħħ fl-Awstrija wara t-tranżazzjoni kif ġie innotifikat. Anki li kieku kellu jidħol ONM, kien ikollu jistenna allokazzjoni ta’ spettru xieraq, jibni netwerk bir-radju u fl-aħħar iniedi s-servizzi tiegħu għall-konsumaturi, attivitajiet li kollha jieħdu l-ħin. Għaldaqstant, jista’ jiġi eskluż li fin-nuqqas ta’ rimedji xierqa, kwalunkwe dħul fis-suq ikun fil-ħin biżżejjed biex jeżerċita effett ta’ dixxiplina fuq il-livelli tal-prezzijiet li jirriżultaw mill-fużjoni.

(43)

Fis-suq għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali, ma kienx hemm saħħa tax-xerrej kumpensatorja apprezzabbli biex teżerċita pressjoni kompetittiva fuq l-ONM, biex tpatti għall-effetti negattivi mistennija tal-fużjoni.

Effett antiċipat tat-tranżazzjoni proposta fuq il-prezzijiet fis-segment tat-telefown imħallas wara (vuċi u dejta) u r-reazzjonijiet ta’ kompetituri oħra wara l-fużjoni

(44)

Il-Kummissjoni analizzat il-pressjoni tal-ipprezzar ’il fuq (UPP) fis-segment ta’ ħlas wara. Il-UPP tagħmilha possibbli li jiġi stmat sa liema punt id-ditta li għaddiet minn fużjoni jkollha inċentiv li tgħolli l-prezzijiet wara l-fużjoni, partikolarment fir-rigward ta’ prezzijiet, marġini u proporzjonijiet ta’ diverżjoni osservati fis-suq u jekk isiru ċerti preżunzjonijiet fuq id-domanda. It-tranżazzjoni proposta tirriżulta f’UPP sinifikanti għad-detriment tal-konsumaturi.

(45)

L-indiċi stmat tal-ipprezzar 'il fuq gross (“GUPPI”) kien ikkalkolat fuq bażi ta’ kull utent, bl-użu taċ-ċifri tal-Partijiet għad-dħul medju għal kull utent u l-proporzjonijiet ta’ diverżjoni implikati mill-MNP (Mobile Number Portability – Portabbiltà tan-Numru tal-Mobile) għall-perjodu ta’ 12-il xahar l-aktar reċenti.

(46)

L-analiżi tal-Kummissjoni bl-użu tal-approċċ GUPPI pprevediet żidiet sostanzjali fil-prezzijiet aġġustati għall-kwalità b’riżultat tat-Tranżazzjoni Proposta fis-segment privat ta’ ħlas wara.

(47)

L-approċċ GUPPI jeżamina biss l-inċentivi li jaffaċċjaw il-Partijiet. Il-kompetituri kienu jkunu mistennija jirreġixxu għaż-żidiet fil-prezzijiet mill-entità li għaddiet minn fużjoni, b'żidiet fil-prezzijiet min-naħa tagħhom stess. Dan kien ikompli jnaqqas il-limitazzjonijiet tal-ipprezzar fuq l-entità li għaddiet minn fużjoni u jirriżulta f'effetti ta' rispons, li kienu jkunu mistennija li jkomplu jonfħu ż-żidiet fil-prezzijiet.

(48)

Minkejja li H3G kienet kompetitur partikolarment importanti fis-suq Awstrijak qabel il-fużjoni, li b’riżultat tagħha l-prezzijiet fis-suq kienu baxxi meta mqabblin ma’ dawk tal-Istati Membri l-oħra, b’riżultat tat-tranżazzjoni proposta l-inċentivi ta’ H3G kienu jinbidlu. Din il-bidla fl-inċentivi kienet riflessa biss parzjalment fil-kalkoli tal-UPP u kienet tikkostitwixxi raġuni oħra biex wieħed jistenna li l-prezzijiet aġġustati għall-kwalità jogħlew meta mqabblin ma' dak li kieku kien iseħħ fin-nuqqas ta’ fużjoni.

(49)

Għaldaqstant, id-dejta kienet tappoġġja tbassir sod ta' żidiet fil-prezzijiet sinifikanti aġġustati għall-kwalità mill-entità li għaddiet minn fużjoni fis-segment ta' ħlas wara.

(50)

Il-Kummissjoni kompliet tanalizza kif il-kompetituri fis-suq ta’ bejgħ fil-livell tal-konsumaturi tat-telekomunikazzjonijiet jistgħu jkunu mistennija li jirreaġixxu. Il-Kummissjoni sabet li x'aktarx il-kompetituri ma kinux se jżidu l-provvista jew inaqqsu l-prezzijiet b'rispons għal żieda fil-prezz mill-entità li għaddiet minn fużjoni. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-kompetizzjoni ma setax ipatti għalih kompletament u effettivament MVNO jew fornituri oħra tas-servizzi attivi fis-suq Awtrijak.

Qafas tal-analiżi fir-rigward tar-restrizzjoni kompetittiva minħabba Orange fin-nuqqas ta’ fużjoni

(51)

Il-Kummissjoni analizzat il-pożizzjoni kompetittiva ta’ Orange, l-ishma tas-suq tagħha u l-pjanijiet fin-nuqqas ta’ fużjoni. Il-Kummissjoni sabet li, fin-nuqqas ta’ fużjoni, Orange kienet tibqa’ kompetitur rilevanti fis-suq Awstrijak għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali.

Konklużjonijiet dwar l-effetti mhux koordinati

(52)

Ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tas-suq u l-analiżi tagħha stess, għaldaqstant wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-eliminazzjoni ta’ Orange bħala operatur tan-netwerks indipendenti u fornitur tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali, u t-tnaqqis tal-operaturi minn erbgħa għal tlieta kienu jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern permezz ta’ effetti mhux koordinati fis-suq Awstrijak għall-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-konsumaturi finali.

Swieq oħrajn

(53)

It-Tranżazzjoni Proposta ma kkawżatx tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti l-oħra, jiġifieri l-aċċess bl-ingrossa u l-oriġini tas-sejħiet fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli, is-suq bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali u s-suq bl-ingrossa għat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli.

(54)

Minkejja li l-Kummissjoni sabet ċerti indikazzjonijiet li l-fużjoni possibbilmet setgħet affettwat l-opportunitajiet ta’ aċċess għall-MVNOs, ma kienx hemm bżonn li tintlaħaq deċiżjoni finali f’dak ir-rigward, billi l-impenji proposti mill-Parti Notifikanti kienu mmirati lejn l-iffaċilitar tad-dħul fis-suq u għaldaqstant indirizzaw u, daqstant ieħor, eliminaw il-possibbiltà li t-tranżazzjoni twassal għal effetti negattivi fuq is-suq bl-ingrossa Awstrijak għall-aċċess għan-netwerk u l-oriġini tas-sejħiet.

Effiċjenzi

(55)

Fit-tweġiba tagħha għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, il-Parti Notifikanti ddikjarat difiża ta' effiċjenza.

(56)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkunsidra l-effetti li jiffavorixxu l-kompetizzjoni skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet, l-effiċjenzi jridu jkunu verifikabbli, li x'aktarx jingħaddew lill-konsumaturi u speċifiċi għall-fużjoni sal-punt li ma tkun teżisti l-ebda alternattiva inqas antikompetittiva prattikabbli biex jintlaħqu l-istess benefiċċji.

(57)

L-analiżi tal-Kummissjoni żvelat li ma ntweriex li l-effiċjenzi ddikjarati kienu verifikabbli, speċifiċi għall-fużjoni u ta' benefiċċju għal konsumaturi oħra. Għaldaqstant, ma setgħux jiġu kkunsidrati sabiex ipattu għad-dannu kompetittiv li jirriżulta mit-Tranżazzjoni Proposta.

2.    Effetti kkoordinati

(58)

Il-Kummissjoni sabet li ċerti karatteristiċi tas-suq Awstrijak tat-telekomunikazzjonijiet mobbli jistgħu jwasslu għall-koordinazzjoni u xi mġiba parallela fil-passat tal-ONM Awstrijaċi tista’ tindika l-koordinazzjoni. Madankollu, l-indikazzjonijiet ma ssodisfawx l-istandard meħtieġ ta’ prova, li l-Kummissjoni jkollha tissodisfa skont il-każistika, jiġifieri xkiel sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li jwassal għal effetti kkoordinati.

(59)

F’kull każ, anki jekk ġew preżunti effetti kkoordinati fis-suq għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli għall-konsumaturi finali, jibqa' l-fatt li l-impenji proposti mill-Parti Notifikanti kienu mmirati lejn l-iffaċilitar tad-dħul fis-suq u għaldaqstant indirizzaw ukoll l-effetti kkoordinati possibbli. Għalhekk, jista’ tiġi eliminata l-possibbiltà li t-tranżazzjoni kif ġiet modifikata mill-impenji tista' twassal għal xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva f’forma ta’ effetti kkoordinati fis-suq Awstrijak għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli lill-klijenti finali.

D.   Kummenti mressqin mill-Parti Notifikanti

(60)

Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni, fl-20 ta’ Awwissu 2012 il-Parti Notifikanti ressqet l-ewwel pakkett ta’ impenji, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, dawk l-impenji ġew ittestjati fis-suq. Fid-9, id-19, l-24 u d-29 ta’ Ottubru 2012, u anki fil-11 u t-12 ta' Novembru 2012, fid-dawl tar-riżultati tat-testijiet tas-suq u t-tħassib dwar il-kompetizzjoni ppreżentati mill-Kummissjoni, ġie prreżentat pakkett ta' impenji riveduti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Id-dokument ikkonsolidat finali huwa mehmuż fl-Anness III mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(61)

H3G impenjat ruħha li tagħmel disponibbli aċċess bl-ingrossa għan-Netwerk tal-H3G għal sa 30 % tan-netwerk ta' H3G għal sa 16-il MVNO fl-10 snin li ġejjin, li jippermettilhom li joffru servizzi ta' komunikazzjoni mobbli lill-konsumaturi finali fl-Awstrija u dan kollu bil-għan li tindirizza t-tħassib imqajjem u tinkiseb approvazzjoni kundizzjonali tat-tranżazzjoni proposta. Barra minn hekk, H3G ħadet impenn minn qabel biex tidħol fi ftehim MVNO, ma’ MVNO li għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni.

(62)

Id-dettalji tal-kundizzjonijiet, li skonthom l-aċċess isir disponibbli jiġu ppubblikati fis-sit ta’ H3G f’forma ta’ offerta ta’ Referenza.

(63)

L-Offerta ta’ Referenza ssir disponibbli lill-MVNOs li jkunu xtaqu jipprovdu servizzi mobbli lill-konsumaturi finali bil-marka kummerċjali tagħhom stess, sakemm ma kinux kontrollati minn ONM attiv fl-Awstrija.

(64)

Skont l-impenji, H3G mhix obbligata li twettaq l-implimentazzjoni teknika ma’ aktar minn żewġ MVNOs fi żmien partikolari. Madankollu, l-implimentazzjonijiet tekniċi li jtulu aktar minn 12-il xahar konsekuttiv ma jingħaddux f'dan il-limitu.

(65)

Il-prezzijiet bl-ingrossa huma stipulati fl-Appendiċi A mal-Offerta ta’ Referenza. Il-prezzijiet mhumiex suġġetti għal ċertu volum minimu jew impenji ta’ dħul minimu.

(66)

Għat-tranżazzjonijiet bil-vuċi u bl-SMS, japplikaw il-prezzijiet għal kull unità (kemm għall-parti tal-oriġini u għal dik ta’ terminazzjoni). Għat-tranżazzjonijiet tad-dejta, l-MVNO għandu l-għażla tal-ipprezzar tal-unità – prezz għal unità waħda jew prezz għal unità bil-livelli.

(67)

Barra minn hekk, l-MVNO jista’ jagħżel tariffa tal-bejgħ fil-livell tal-konsumatur offruta minn H3G, li għaliha l-bejgħ fil-livell tal-konsumaturi bl-ipprezzar imneħħi jiġi applikat. Il-bejgħ fil-livell tal-konsumaturi bl-ipprezzar imneħħi għandu jkun disponibbli biss għal servizzi ta’ aċċess għad-dejta bis-SIM biss (u ma għandux ikun disponibbli għal prodotti oħra jew żviluppi tas-suq bħal offerti tal-NFC (Near Field Communication), sussidji fuq il-handsets jew offerti ta’ kontenut).

(68)

L-Offerta ta’ Referenza tipprevedi Rata Bażika għal kull unità (vuċi, SMS, dejta) u Rata ta’ Skont għal kull unità. Ir-Rati ta’ Skont huma applikabbli għall-unitajiet kollha mixtrija wara li jkun intlaħaq Livell Limitu annwali speċifiku.

(69)

L-Offerta ta’ Referenza tinkludi offerta minn H3G biex tagħmel disponibbli l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerk tiegħu u dan jinkludi l-aċċess għat-teknoloġija LTE.

(70)

H3G se tikkunsidra talbiet raġonevoli għal servizzi addizzjonali (lil hinn mill-aċċess bl-ingrossa) jekk jintalbu minn MVNO, suġġett għal ftehim separat dwar it-termini.

(71)

Proċedura ta’ riżoluzzjoni mħaffa tat-tilwim ġiet implimentata għat-tilwim li jirriżulta min-negozjati bejn MVNO u H3G.

(72)

H3G impenjat ruħha li ma tiffinalizzax l-akkwiżizzjoni ta’ Orange fl-Awstrija qabel ma tkun daħlet fi ftehim ma’ MVNO bbażat fuq l-Offerta ta’ Referenza ma' MVNO wieħed, li jkun irid jiġi approvat mill-Kummissjoni.

(73)

Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ indipendenti jinħatar biex jimmonitorja l-konformità ta’ H3G mal-impenji. Il-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ jirrapporta għand il-Kummissjoni perjodikament matul it-terminu kollu tal-impenji b’rabta man-negozjati ta’ Ftehimiet tal-MVNO, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk H3G kinitx qed tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Impenji. Il-Fiduċjarju ta' Monitoraġġ jimmonitorja wkoll il-proċedura ta’ riżoluzzjoni mħaffa tat-tilwim.

(74)

Il-Kummissjoni ttestjat dawn l-impenji fis-suq u, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ikkonkludiet li suġġetta għal konformità sħiħa mal-impenji mogħtija minn H3G, it-Tranżazzjoni Proposta ma tfixkilx sinifikattivament il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f’xi parti sostanzjali minnu.

V.   KONKLUŻJONI

(75)

Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta ma xxekkilx il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f'xi parti sostanzjali minnu b'mod sinifikanti.

(76)

Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni kienet iddikjarata kompatibbli mas-Suq Intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/18

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/07

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TAN-NOFSINHAR TA' BATTONYA-PUSZTAFÖLDVÁR

F'isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi proprji tal-istat hawnhekk qed joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi skont kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew il-qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq tal-kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juza r-riżorsi proprji tiegħu, għandu, fi żmien ta' 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistart tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerti għall-massimu tan-nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni. Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontej ta' Csongrád u Békés.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Ambrózfalva

Csongrád

Magyardombegyház

Békés

Battonya

Békés

Makó

Csongrád

Békéssámson

Békés

Mezőhegyes

Békés

Csanádalberti

Csongrád

Mezőkovácsháza

Békés

Dombegyház

Békés

Nagybánhegyes

Békés

Dombiratos

Békés

Nagyér

Csongrád

Kaszaper

Békés

Nagykamarás

Békés

Kevermes

Békés

Pitvaros

Csongrád

Kisdombegyház

Békés

Tótkomlós

Békés

Kunágota

Békés

Végegyháza

Békés

Magyarbánhegyes

Békés

Id-daqs taż-żona: 471,1 km2.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni: il-wiċċ u l-blat tal-qiegħ: 5 000 metri taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 293 000 000 (mitejn u tlieta u disgħin miljun forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 8 790 000 nett (tmien miljun, seba' mija u disgħin elf forint), flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata minima ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 20 510 000 (għoxrin miljun, ħames mija u għaxart elef forint gross), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, 6,80 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar mill-Uffiċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; Hungary; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jitħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni x-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu l-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin elf forint) flimkien il-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-trasferiment għandu jgħid “Szénhidrogén kutatása, feltárása, kitermelése Battonya-Pusztaföldvár dél elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára” (Proċedura tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona tan-nofsinhar ta' Battonya-Pusztaföldvár, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni) u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u n-nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjieri tkun finali u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tas-sit tal-minjieri.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li ntlaħaq il-prospettar u l-produzzjoni massimi tal-idrokarburi u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesa' possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità proġettata tal-idrokarburi li tista' tiġi estratta;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar l-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi propji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b'konnessjoni mal-minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin qabel l-istedina għas-sejħa għall-offerti.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterja dettaljata tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jissottomettu l-offerta, l-offerenti għandhom jikkunsidraw it-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li jiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri, jew il-permess tal-prospettar, jista' jkopri total ta' mhux aktar minn 12 000 km2 tat-territorju għall-prospettar għall-estrazzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi, u total ta' 12 000 km2 tal-prospettar għall-estrazzjoni mhux konvenzjonali u speċjali tal-idrokarburi. Meta jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, wieħed għandu jikkunsidra t-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla – fit-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt tal-prospettar jew il-permess tal-prospettar.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, April 2013

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li fiha din is-sejħa għall-offerti qed tkun ippubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/22

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/08

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TAT-TRAMUNTANA TA' BATTONYA-PUSZTAFÖLDVÁR

F'isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi proprji tal-istat hawnhekk qed joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi skont kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew il-qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq tal-kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juza r-riżorsi proprji tiegħu, għandu, fi żmien ta' 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerti għall-massimu tan-nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni. Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontea ta' Békés.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Almáskamarás

Békés

Medgyesbodzás

Békés

Békéssámson

Békés

Medgyesegyháza

Békés

Csabaszabadi

Békés

Mezőkovácsháza

Békés

Csanádapáca

Békés

Nagybánhegyes

Békés

Dombiratos

Békés

Nagykamarás

Békés

Gerendás

Békés

Orosháza

Békés

Kardoskút

Békés

Pusztaföldvár

Békés

Kaszaper

Békés

Pusztaottlaka

Békés

Kevermes

Békés

Tótkomlós

Békés

Kunágota

Békés

Újkígyós

Békés

Magyarbánhegyes

Békés

Id-daqs taż-żona: 390,9 km2.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni il-wiċċ u l-blat tal-qiegħ: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 297 000 000 (mitejn u seba' u disgħin miljun forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 8 910 000 nett (tmien miljun, disa' mija u għaxart elef forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 20 790 000 (għoxrin miljun, seba' mija u disgħin elf forint gross), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, 6,90 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar mill-Uffiċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jitħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntatjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni ix-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu l-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin telef forint) flimkien il-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-transferiment għandu jgħid “Szénhidrogén kutatása, feltárása, kitermelése Battonya-Pusztaföldvár észak elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára” (Proċedura tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona tat-tramuntana ta' Battonya-Pusztaföldvár, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni) u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u n-nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa issir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjieri tkun finali u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tas-sit tal-minjieri.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li jintlaħaq il-prospettar u l-produzzjoni massimi tal-idrokarburi u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesgħa possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità proġettata tal-idrokarburi li tista' tiġi estratta;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b'konnessjoni mal-minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin qabel l-istedina għas-sejħa għall-offerti.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterja dettaljata tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jissottomettu l-offerta, l-offerenti għandhom jikkunsidraw it-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li jiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri, jew il-permess tal-prospettar, jista' jkopri total ta' mhux aktar minn 12 000 km2 tat-territorju għall-prospettar għall-estrazzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi, u total ta' 12 000 km2 tal-prospettar għall-estrazzjoni mhux konvenzjonali u speċjali tal-idrokarburi. Meta jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, wieħed għandu jikkunsidra t-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla – fit-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt tal-prospettar jew il-permess tal-prospettar.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, April 2013

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li fiha din is-sejħa għall-offerti qed tkun ippubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/26

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/09

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TAX-XLOKK TAL-BAĊIR TA' SZEGED

F'isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi proprji tal-istat hawnhekk joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi taħt kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew l-qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq ta' kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juża r-riżorsi proprji tiegħu, għandu, fi żmien 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistart tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerta għall-massimu ta' nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontea ta' Csongrád.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Algyő

Csongrád

Kübekháza

Csongrád

Deszk

Csongrád

Makó

Csongrád

Domaszék

Csongrád

Maroslele

Csongrád

Ferencszállás

Csongrád

Röszke

Csongrád

Hódmezővásárhely

Csongrád

Szeged

Csongrád

Kiszombor

Csongrád

Tiszasziget

Csongrád

Klárafalva

Csongrád

Újszentiván

Csongrád

Id-daqs taż-żona: 278,1 km2.

Il-koordinati tal-punti tal-fruntieri tas-żona magħżula għall-konċessjoni kif irreġistrati fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali jinsabu fl-Anness 1.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni il-wiċċ u l-blat tal-qiegħ: 6 500 metri taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima nett tal-konċessjoni: HUF 413 000 000 (erba' mija u tlettax-il miljun forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 12 390 000 nett (tnax-il miljun, tlett mija u disgħin elf forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 28 910 000 (tmienja u għoxrin miljun, disa' mija u għaxart elef forint), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, 10,00 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar mill-Uffiċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jitħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni x-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu il-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-transferiment għandu jgħid “Szénhidrogén kutatása, feltárása, kitermelése Szegedi-medence délkelet elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára” (Proċedura tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona tax-xlokk tal-Baċir ta' Szeged, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni) u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u n-nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa issir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjieri tkun finali u u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tas-sit tal-minjieri.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li intlaħaq il-prospettar u l-produzzjoni massimi tal-idrokarburi u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesa' possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità proġettata tal-idrokarburi li tista' tiġi estratta;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għal konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar l-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b'konnessjoni mal-minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin qabel l-istedina għas-sejħa għall-offerti.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji dettaljati tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li jirregolaw il-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva statali (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jissottomettu l-offerta, l-offerenti għandhom jikkunsidraw it-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li jiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri, jew il-permess tal-prospettar, jista' jkopri total ta' mhux aktar minn 12 000 km2 tat-territorju għall-prospettar għall-estrazzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi, u total ta' 12 000 km2 tal-prospettar għall-estrazzjoni mhux konvenzjonali u speċjali tal-idrokarburi. Meta jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, wieħed għandu jikkunsidra t-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla – fit-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt tal-prospettar jew il-permess tal-prospettar.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, April 2013.

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li fiha din is-sejħa għall-offerti qed tkun ippubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/30

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/10

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TAL-PUNENT TAL-BAĊIR TA' SZEGED

F'isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi proprji tal-istat hawnhekk joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi taħt kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew il-qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq ta' kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juża r-riżorsi proprji tiegħu, għandu, fi żmien ta' 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistart tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerta għall-massimu tan-nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni. Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontea ta' Csongrád u Bács-Kiskun:

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Ásotthalom

Csongrád

Mórahalom

Csongrád

Balástya

Csongrád

Röszke

Csongrád

Bordány

Csongrád

Szatymaz

Csongrád

Csólyospálos

Bács-Kiskun

Szeged

Csongrád

Domaszék

Csongrád

Üllés

Csongrád

Forráskút

Csongrád

Zákányszék

Csongrád

Kömpöc

Bács-Kiskun

Zsombó

Csongrád

Id-daqs taż-żona: 348,8 km2.

Il-koordinati tal-punti tal-fruntieri tas-żona magħżula għall-konċessjoni kif irreġistrati fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali jinsabu fl-Anness 1.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni: il-wiċċ u l-blat tal-qiegħ: 6 500 metri taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima nett tal-konċessjoni: HUF 300 000 000 (tlett mitt miljun forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 9 000 000 nett (disa' miljun forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata minima ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 21 000 000 (wieħed u għoxrin miljun forint), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, 7,00 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar fl-Uffiċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; telefown +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jitħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntatjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni ix-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu il-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-trasferiment għandu jgħid “Szénhidrogén kutatása, feltárása, kitermelése Szegedi-medence nyugat elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára” (Proċedura tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona tal-punent tal-Baċir ta' Szeged, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni) u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u n-nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungar) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjieri tkun finali u u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tas-sit tal-minjieri.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li ntlaħaq il-prospettar u l-produzzjoni massimi tal-idrokarburi u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesa' possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità proġettata tal-idrokarburi li tista' tiġi estratta;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għal konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar l-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq b'konnessjoni mal-minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin qabel l-istedina għas-sejħa għall-offerti.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterja dettaljata tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva statali (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

Meta jissottomettu l-offerta, l-offerenti għandhom jikkunsidraw it-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li jiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri, jew il-permess tal-prospettar, jista' jkopri total ta' mhux aktar minn 12 000 km2 tat-territorju għall-prospettar għall-estrazzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi, u total ta' 12 000 km2 tal-prospettar għall-estrazzjoni mhux konvenzjonali u speċjali tal-idrokarburi. Meta jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, wieħed għandu jikkunsidra t-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla – fit-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt tal-prospettar jew il-permess tal-prospettar.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomess meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, April 2013.

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li fiha din is-sejħa għall-offerti tiġi ppubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/34

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/11

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAR TAL-ENERĠIJA ĠEOTERMALI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA' JÁSZBERÉNY

F'isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi statali hawnhekk joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali taħt kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq ta' kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juża r-riżorsi proprji tiegħu u għandu, fi żmien 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 35 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerta għall-massimu ta' nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontej ta' Pest, Jász-Nagykun-Szolnok u Heves.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Bénye

Pest

Péteri

Pest

Csévharaszt

Pest

Sülysáp

Pest

Gomba

Pest

Szentmártonkáta

Pest

Jászberény

Jász-Nagykun-Szolnok

Tápióbicske

Pest

Jászdózsa

Jász-Nagykun-Szolnok

Tápióság

Pest

Jászfelsőszentgyörgy

Jász-Nagykun-Szolnok

Tápiószecső

Pest

Jászjákóhalma

Jász-Nagykun-Szolnok

Tarnaörs

Heves

Mende

Pest

Tóalmás

Pest

Monor

Pest

Úri

Pest

Nagykáta

Pest

Üllő

Pest

Pánd (2)

Pest

Vasad

Pest

Id-daqs taż-żona: 395,6 km2.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni – 2 500 m mkejla mill-wiċċ u għall-blat tal-qiegħ – 6 000 m mkejla mill-wiċċ.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 38 500 000 (tmienja u tletin miljun u ħames mitt elf forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 1 155 000 nett (miljun, mija u ħamsa u ħamsin elf forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata minima ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 2 695 000 (żewġ miljun, sitt mija u disa' u ħamsin elef forint), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, 3 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest; Hungary telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jitħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni ix-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu il-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-trasferiment għandu jgħid “Geotermikus energia kutatása, kinyerése, hasznosítása Jászberény elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára (Proċedura tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali fiż-żona ta' Jászberény, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni)” u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u n-nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-fruntrieri tal-protezzjoni ġeotermali tkun finali u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tal-fruntrieri tal-protezzjoni ġeotermali.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li intlaħaq il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar massimi tal-enerġija ġeotermali u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesgħa possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità mistennija ta' enerġija ġeotermali sfruttabbli (f'PJ);

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għal konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar l-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi propji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f'konnessjoni mal-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterja dettaljata tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kontrollata mill-istat (il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, Mejju 2013

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li din is-sejħa għall-offerti qed tkun ippubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

(2)  F'Pand, iż-żona magħżula għall-konċessjoni tkopri biss ftit m2.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/38

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/12

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAR TAL-ENERĠIJA ĠEOTERMALI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA FERENCSZÁLLÁS

F'isem l-istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi statali hawnhekk joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali taħt kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew il-qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq ta' kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juza' r-riżorsi proprji tiegħu, għandu, fi żmien ta' 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistart tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 35 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerta għall-massimu ta' nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontea ta' Csongrád.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Deszk

Csongrád

Klárafalva

Csongrád

Makó

Csongrád

Ferencszállás

Csongrád

Kübekháza

Csongrád

Szeged

Csongrád

Kiszombor

Csongrád

Id-daqs taż-żona: 100,09 km2.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni – 2 500 m mkejla mill-wiċċ u għall-blat tal-qiegħ – 6 000 m mkejla mill-wiċċ.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 49 000 000 (disa' u erbgħin miljun forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 1 470 000 nett (miljun, mija u erba' mija u sebgħin elf forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata minima ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 3 430 000 (tliet miljuni, erba' mija u tletin elef forint), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, 5,30 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta'provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta jitħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntatjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni ix-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu il-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-trasferiment għandu jgħid Geotermikus energia kutatása, kinyerése, hasznosítása Ferencszállás elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára (Proċedura tal-offerti għal konċessjoni għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali fiż-żona ta' Ferencszállás, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni) u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u n-nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-fruntrieri tal-protezzjoni ġeotermali tkun finali u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tal-fruntrieri tal-protezzjoni ġeotermali.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li jintlaħaq il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar massimi tal-enerġija ġeotermali u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesa' a possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità mistennija ta' enerġija ġeotermali sfruttabbli (f'PJ);

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għal konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f'konnessjoni mal-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji dettaljati tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, Mejju 2013

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li fiha din is-sejħa għall-offerti qed tkun ippubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/42

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 224/13

SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-OFFERTA GĦAL KONĊESSJONI

GĦALL-PROSPETTAR, L-ESTRAZZJONI U L-ISFRUTTAR TAL-ENERĠIJA TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA KECSKEMÉT

F'isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-ministru responsabbli għall-minjieri u l-assi proprji tal-Istat hawnhekk joħroġ sejħa pubblika għall-offerti għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali taħt kuntratt ta' konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), li huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin.

1.   Il-Ministru se jippublika s-sejħa għall-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) skont l-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat għall-Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, il-Ministru joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista' mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta' konċessjoni mal-offerent rebbieħ skont it-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija l-Ungeriż.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; jistgħu jsiru offerti konġunti. Fil-każ ta' offerti konġunti għal din l-attività jew qasam ta' konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minnhom stess bħala rappreżentat, iżda dawn jassumu responsabbiltà konġunta u diversa għat-twettiq ta' kuntratt ta' konċessjoni. L-offerenti domestiċi jew barranin se jiġu trattati fuq bażi ugwali skont il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent, li jiffirma l-kuntratt tal-konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”), filwaqt li juza' r-riżorsi proprji tiegħu għandu, fi żmien ta' 90 jum mill-firma, joħloq kumpanija b'personalità legali u bl-uffiċċju reġistart tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”); id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija fiż-żmien li din titwaqqaf u sakemm tkompli teżisti, u bħala sid, għandu jwettaq l-infurzar tar-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt tal-konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi minn dawn id-drittijiet, u bħala l-operatur tal-minjieri, tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta' konċessjoni.

3.   It-tul taż-żmien tal-konċessjoni: 35 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta' konċessjoni; it-tul taż-żmien oriġinali jista' jiġi estiż darba mingħajr ebda sejħa għall-offerta għall-massimu ta' nofs tat-tul taż-żmien oriġinali tiegħu, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-kuntratt u fil-ħin.

4.   Dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni

Żona magħżula għall-konċessjoni: Iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet li qed jidhru fit-tabella t'hawn taħt fil-kontea ta' Bács-Kiskun.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Ágasegyháza

Bács-Kiskun

Kecskemét

Bács-Kiskun

Nyárlőrinc

Bács-Kiskun

Ballószög

Bács-Kiskun

Kerekegyháza

Bács-Kiskun

Orgovány

Bács-Kiskun

Fülöpháza

Bács-Kiskun

Lajosmizse

Bács-Kiskun

Szentkirály

Bács-Kiskun

Helvécia

Bács-Kiskun

Nagykőrös:

Bács-Kiskun

Városföld

Bács-Kiskun

Id-daqs taż-żona: 525,3 km2.

Materjal żejjed fuq iż-żona magħżula għall-konċessjoni – 2 500 m mkejla mill-wiċċ u għall-blat tal-qiegħ – 6 000 m mkejla mill-wiċċ.

Wieħed jista' jara l-koordinati tal-punti tal-fruntieri li jiffissaw il-limiti taż-żona magħżula għall-konċessjoni fuq is-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali billi jikklikkja fuq it-tab “Koncesszió” tal-websajt tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (http://www.mbfh.hu) jew fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (http://www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

5.   Il-miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint), imma offerta għal ammont iffissat akbar jista' jiddaħħal fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Hekk kif ir-riżultat ikun ippubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għal dak l-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta' konċessjoni.

6.   Il-parteċipazzjoni fil-proċedura għas-sejħa għall-offerti tal-konċessjoni hija soġġetta għall-miżata tal-parteċipazzjoni ta' 3 % tal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 1 500 000 nett (miljun u ħames mitt elf forint) flimkien mal-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument għas-Sejħa għall-Offerti.

7.   Sabiex l-offerta tal-offerenti tkun valida, flimkien mal-ħlas tal-miżata ta' parteċipazzjoni, dawn għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta' 7 % tal-miżata minima ta' konċessjoni, stabbilita fl-Avviż tas-Sejħa għall-Offerti, jiġifieri, HUF 3 500 000 (tliet miljun u ħames mitt forint), sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta qed torbot. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirbaħ l-offerta imma mbagħad ifalli milli jikkonkludi l-kuntratt, jew ifalli biex iħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.   Ir-royalty tal-minjieri li trid titħallas abbażi tal-kuntratt ta' konċessjoni se tkun persentaġġ tar-royalty tal-minjieri attwalment stabbilit fl-Att dwar il-Minjieri f'konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru, b'5,50 % addizzjonali.

9.   Il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn, u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerta.

10.   Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista' jinġabar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; telefown: +36 13012900) fil-jiem tax-xogħol bejn it-8 a.m. u s-2 p.m. sal-jum qabel id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni, fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' provi adegwati li juru li l-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta tħallas (preferibbilment dikjarazzjoni bankarja li turi li l-kont bankarju ġie debitat għal dak l-ammont). L-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija se jagħti lix-xerrej ċertifikat f'ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, ix-xerrej għandu wkoll jissottometti Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni bl-iskop li jista' jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjonijiet. Fuq il-Karta ta' Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni x-xerrej għandu jniżżel ismu u l-indirizz, indirizz tal-email (fejn jistgħu jintbagħtu il-komunikazzjonijiet mill-Awtorità Kontraenti dwar id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti) u l-identifikatur tat-taxxa u jiddikjara li hu debitament awtorizzat li jixtri d-Dokument tal-Offerta.

11.   Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa HUF 25 000 (ħamsa u għoxrin elf forint) flimkien mal-VAT, li għandu jitħallas bi trasferiment lejn il-kont Nru 100032000-01417179-00000000 tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija. Il-messaġġ li għandu jakkumpanja t-transferiment għandu jgħid “Geotermikus energia kutatása, kinyerése, hasznosítása Kecskemét elnevezésű területen tárgyú Koncessziós pályázati eljárás, Koncessziós pályázati kiírás vételára (Sejħa għall-offerta għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali fiż-żona ta' Kecskemét, prezz tax-Xiri għal dokument tal-offerti għall-konċessjoni)” u l-isem u l-indirizz tal-offerent. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus u mhuwiex rimborsabbli, la parzjalment u lanqas b'mod sħiħ.

12.   L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss mill-persuni ċċertifikati li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li kienu ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kif ukoll il-garanzija tal-offerta.

13.   L-offerti għandhom jiġu sottomessi personalment fil-15 ta' Novembru 2013 bejn l-10 u nofsinhar fl-Uffiċċju tas-Servizz mal-Klijenti tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary) bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

14.   Hekk kif l-offerta tiġi sottomessa ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa' vinkolanti sakemm il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għall-falliment ta' konformità mal-offerta tagħhom.

15.   Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni bħala waħda mingħajr suċċess. Ma tista' titnieda l-ebda talba kontra proċedura tas-sejħa għall-offerti dikjarata falluta, kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.   L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, mwaqqfa b'mod obbligatorju għal dak l-iskop. Hekk kif id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-fruntrieri tal-protezzjoni ġeotermali tkun finali u tista' tiddaħħal fis-seħħ, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona għall-prospettar se tkun limitata għaż-żona tal-fruntrieri tal-protezzjoni ġeotermali.

17.   Kull offerent jista' jissottometti biss offerta valida waħda.

18.   Il-limitu ta' żmien skedat għall-aġġudikazzjoni tal-offerta għall-konċessjoni: fi żmien disgħin jum wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

19.   L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kondizzjonijiet ugwali u mhux se tapplika ebda kriterji preferenzjali.

20.   Kriterji ta' aġġudikazzjoni tal-offerta:

I.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar il-kontenut tal-Programm ta' Ħidma soġġett għall-konċessjoni:

Tfassil ta' programm bil-għan li jintlaħaq il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar massimi tal-enerġija ġeotermali u li jfittex li jwettaq il-prospettar bl-aktar mod komprensiv u f'żona bl-aktar mod wiesa' possibbli fis-sit tal-konċessjoni; il-kwantità mistennija ta' enerġija ġeotermali sfruttabbli (f'PJ);

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

id-data tal-iskadenza tal-attività ta' riċerka soġġetta għall-konċessjoni.

II.

Kriterji tal-valutazzjoni dwar l-kapaċità tal-offerent biex iwettaq il-kuntratt tal-konċessjoni:

il-pożizzjoni finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi li hemm bżonn biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta' dan il-kont li ġej mir-riżorsi propji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f'konnessjoni mal-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali.

III.

Id-daqs tal-miżata tal-konċessjoni offruta fuq il-ħlas minimu tal-konċessjoni stabbilit mill-Ministru.

Il-kriterji dettaljati tal-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta' konċessjoni u kif għandha ssir u tikkonkludi huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.   Il-kuntratt tal-konċessjoni

Il-kuntratt tal-konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 60 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b'massimu ta' 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-Istat (il-prospettar, l-estrazzjoni u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali f'żona delimitata) skont il-konċessjoni għat-tul ta' żmien tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt tal-konċessjoni.

L-abbozz tal-kuntratt tal-konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.   Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa l-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tista' tintalab esklussivament bl-Ungeriż bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; tweġibiet se jingħataw lill-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija bl-użu tal-indirizz tal-email indikat fuq il-Karta tal-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, Mejju 2013.

Lászlóné NÉMETH

Ministru

(1)  Fid-data li fiha din is-sejħa għall-offerti qed tkun ippubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi proprji tal-Istat u għall-minjieri huwa l-ministru għall-iżvilupp nazzjonali skont it-Taqsima 84(d) u (g) tad-Digriet tal-Gvern 212/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta' ċerti ministri u tas-segretarju tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.