ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.220.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 220

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
1 ta' Awwissu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 220/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 220/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

4

2013/C 220/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6975 – Dubal Holding/MDCI/EGA JV) ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 220/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

2013/C 220/05

Avviż lill-importaturi – Importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tonn mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewropea

7

2013/C 220/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6458 – Universal/EMI – Relatur: Ir-Renju Unit

8

2013/C 220/07

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Universal Music Group/EMI Music (COMP/M.6458)

10

2013/C 220/08

Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2012 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Il-Każ COMP/M.6458 – Universal Music Group/EMI Music) (notifikata bid-dokument C(2012) 6459)  ( 1 )

15

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 220/09

Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, fl-ajru uniku Ewropew (Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru)

23

2013/C 220/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

23

2013/C 220/11

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

24

2013/C 220/12

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

24

2013/C 220/13

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

25

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2013/C 220/14

Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tikkonċerna d-derogi min-Norveġja minn ċerti karatteristiċi stabbiliti fl-Att imsemmi fil-punt 18wb tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ

26

2013/C 220/15

Komunikazzjoni mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar derogi min-Norveġja għal ċertu karatteristiċi stabbiliti fl-Att imsemmija f'punt 18z2 ta' Anness XXI tal-Ftehim taż-ŻEE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol

28

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 220/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6903 – RWA/GENOL) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

29

2013/C 220/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6999 – SPIE/HSS) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

31

2013/C 220/18

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6971 – Warburg Pincus/General Atlantic/Santander/Santander Asset Management) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34160 (11/N)

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Madeira

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Amendment of Zona Franca da Madeira scheme N 421/06

Il-bażi legali

Decreto-Lei n.o 500/80, de 20 de outubro de 1980 (Anexo I), Estatuto dos Benefícios Fiscais aprovado pelo Decreto-Lei n.o 215/89, de 1 de julho de 1989, consoante republicado em anexo I ao Decreto-lei n.o 108/2008, de 26 de junho de 2008 (art 33.o a 36.o), Lei n.o 64-B/2011, de 30 de dezembro (art 144.o e 146.o), que alteram o regime de auxílios fiscais da Zona Franca da Madeira (ZFM).

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 328,33 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 23,45 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministério das Finanças

Av. Infante D. Henrique 1.o

1149-009 Lisboa

PORTUGAL

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36020 (13/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of the Spanish guarantee scheme — first semester 2013

Il-bażi legali

Ley 2/2012, de 29 de junio, de Presupuestos Generales del Estado para el año 2012.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 100 000 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 100 000 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

30.1.2013-30.6.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerio de Economía y Competitividad

Paseo de la Castellana, 162

28071 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.6.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36180 (13/N)

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Portuguese guarantee scheme on EIB lending

Il-bażi legali

The scheme is based on the following provisions: Portuguese Law 112/97 of 16 September and Article 103-A of Law No 64-B/2011 of 30 December as amended by Law No 20/2012 of 14 May 2012

It-tip tal-miżura

Skema

Portuguese banks either borrowing or issuing bank guarantees on EIB loans

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 2 800 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 2 800 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

27.6.2013-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministério das Finanças

Av. Infante D. Henrique 1.o

1149-009 Lisboa

PORTUGAL

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 220/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.6.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35984 (13/NN)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Hungary

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

a részarány földkiadás során keletkezett osztatlan közös termőföldtulajdon megszüntetéséhez nyújtandó támogatás

Il-bażi legali

a földrendező és a földkiadó bizottságokról szóló 1993. évi II. törvény 15. §-a;

405/2012 (XII.28) Korm. rendelet a részarány földkiadás során keletkezett osztatlan közös tulajdon megszüntetésének részletes szabályairól

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Tqassim tal-art

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn

L-estimi

Baġit globali: HUF 25 000 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vidékfejlesztési Minisztérium

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6975 – Dubal Holding/MDCI/EGA JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/03

Fit-23 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6975. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Lulju 2013

2013/C 220/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3275

JPY

Yen Ġappuniż

130,00

DKK

Krona Daniża

7,4545

GBP

Lira Sterlina

0,87350

SEK

Krona Żvediża

8,7128

CHF

Frank Żvizzeru

1,2317

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8655

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,857

HUF

Forint Ungeriż

299,67

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7028

PLN

Zloty Pollakk

4,2370

RON

Leu Rumen

4,4065

TRY

Lira Turka

2,5623

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4725

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3669

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2946

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6648

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6899

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 489,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0740

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1361

HRK

Kuna Kroata

7,5065

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 621,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,3153

PHP

Peso Filippin

57,697

RUB

Rouble Russu

43,7591

THB

Baht Tajlandiż

41,537

BRL

Real Brażiljan

3,0330

MXN

Peso Messikan

17,0086

INR

Rupi Indjan

80,1880


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/7


Avviż lill-importaturi

Importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tonn mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewropea

2013/C 220/05

Il-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-operaturi tal-Unjoni Ewropea li hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni xierqa tat-trattament tariffarju preferenzjali u l-applikabbiltà tal-provi tal-oriġini ppreżentati lill-Unjoni Ewropea għat-tonn fil-landa u flettijiet friżati tat-tonn tas-subintestatura 160414 tas-SA importati mit-Tajlandja.

Jidher – wara numru ta’ investigazzjonijiet – li kwantitajiet sinifikanti ta’ tonn fil-landa u flettijiet friżati tat-tonn tas-subintestatura 160414 tas-SA huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea bħala li huma ta’ oriġini Tajlandiża, minkejja li ma kinux eliġibbli għal tali trattament preferenzjali.

Operaturi tal-Unjoni Ewropea li jiddikjaraw jew jippreżentaw il-provi tal-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq għalhekk huma avżati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. Dan huwa minħabba l-fatt li r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għall-moviment liberu jista’ jagħti lok għal dejn doganali, iwassal għal frodi u, konsegwentement, jaffettwa b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-annotazzjoni sussegwenti possibbli fil-kontijiet ta' dejn doganali li jirriżulta miċ-ċirkustanzi msemmijin hawn fuq se jiġi rkuprat mid-dispożizzjonijiet tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 220 (2) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/8


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/M.6458 – Universal/EMI

Relatur: Ir-Renju Unit

2013/C 220/06

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

B'mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq tal-prodott, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni nnotifikata trid tkun ivvalutata fis-swieq li ġejjin:

(a)

is-suq għall-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika fiżika;

(b)

is-suq għall-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika diġitali; u

(c)

swieq oħra relatati vertikalment u/jew fil-qrib (inklużi l-A&R (artisti u repertorju), il-pubblikazzjoni tal-mużika, attivitajiet anċillari u l-bejgħ bl-imnut ta' mużika rrekordjata).

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

B'mod partikolari, rigward id-definizzjoni tas-suq ġeografiku, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impatt tat-tranżazzjoni nnotifikata trid tkun ivvalutata fis-swieq li ġejjin:

(a)

is-suq għall-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika fiżika fil-livell nazzjonali; u

(b)

is-suq għall-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika diġitali fil-livell taż-ŻEE u dak nazzjonali.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata x'aktarx ma twassalx għal effetti kkoordinati li jistgħu jimpedixxu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effetiva fis-suq għall-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika fiżika fil-livell nazzjonali u fis-suq għall-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika diġitali fil-livell taż-ŻEE, kif ukoll fil-livell nazzjonali.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni x'aktarx ma timpedix b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba effetti anti-kompetittivi vertikali u/jew konglomeranti, li jistgħu jirriżultaw fl-esklużjoni tal-klijenti tal-entità amalgamata u/jew il-kompetituri fis-swieq rilevanti identifikati fl-abbozz tad-deċiżjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata x'aktarx timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin:

Is-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika diġitali rrekordjata

(i)

Fiż-ŻEE; u

(ii)

Fl-24 Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit) u fl-Islanda u n-Norveġja.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar (i) il-piraterija (ii) is-saħħa tax-xerrej u (iii) id-dħul u l-konklużjoni li ma għandhom natura li jegħlbu l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li x'aktarx tirriżulta mit-tranżazzjoni nnotifikata.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fil-25 ta' Awwissu 2012 (“l-impenji finali”) jindirizzaw bis-sħiħ it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika diġitali rrekordjata kemm fil-livell taż-ŻEE kif ukoll fil-livell nazzjonali.

Minoranza tastjeni.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta' konformità sħiħa mal-impenji finali, it-tranżazzjoni nnotifikata mhix probabbli li timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu.

Minoranza tastjeni.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

Minoranza tastjeni.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/10


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Universal Music Group/EMI Music

(COMP/M.6458)

2013/C 220/07

(1)

Fis-17 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li biha Universal Music Holdings Limited (“Universal”) tikseb kontroll, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tal-assi ta' mużika rrekordjata tal-EMI Group Global Limited (“EMI”), permezz ta' xiri ta' ishma (Universal u l-EMI huma msejħa “l-partijiet”).

1.   Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) imbagħad intbagħtet lil Universal fid-19 ta' Ġunju 2012, u ngħatat skadenza ta' ġimagħtejn għat-tweġiba li ġiet estiża mid-DĠ Kompetizzjoni b'jumejn fuq talba mingħand Universal.

(3)

Fid-DO, is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni indikaw li l-konċentrazzjoni nnotifikata tista' timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika diġitali fil-livell taż-ŻEE kif ukoll f'25 Stat Membru (3) u s-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta' mużika fiżika rrekordjata fi 22 Stat Membru. (4)

(4)

Universal ressqet it-tweġiba tagħha għad-DO qabel l-iskadenza mingħajr ma talbet għal seduta verbali.

(5)

Il-karatteristika proċedurali ewlenija ta' dan il-każ hija li tqajmu bosta kwistjonijiet dwar l-aċċess għall-fajl fir-rigward tal-użu ta' kamra tad-dejta.

1.1.    Aċċess għall-fajl

1.1.1.   Aċċess “bikri” għall-fajl

(6)

Diġà qabel il-ħruġ tad-DO, Universal talbet għall-aċċess għad-dejta ta' partijiet terzi miġbura mid-DĠ Kompetizzjoni u li ntużaw fl-analiżi tat-Tim tal-Ekonomist Prinċipali (CET – Chief Economist Team). Universal argumentat li t-tali aċċess kien meħtieġ sabiex ma ssirx ħsara lid-drittijiet tagħha għad-difiża u sabiex jiġu identifikati possibbiltajiet għal impenji.

(7)

Id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta din it-talba minħabba li l-informazzjoni mitluba kienet parti mill-fajl li jingħata aċċess għalih biss wara n-notifika tad-DO skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (5). Fir-rigward tal-argument ta' Universal dwar l-impenji, id-DĠ Kompetizzjoni wieġeb li kwalunkwe xogħol fuq dejta li jitwettaq mill-Kummissjoni ma jaffettwax il-ħila ta' Universal biex tressaq rimedji xierqa qabel ma toħroġ kwalunkwe DO.

Analiżi tar-regoli dwar il-kamra tad-dejta qabel in-notifika tad-DO

(8)

Universal imbagħad staqsietni, qabel ma ntbagħtet id-DO, biex issir analiżi tar-regoli dwar il-kamra tad-dejta li kien fassal id-DĠ Kompetizzjoni għal dan il-proċediment (ir-“Regoli”). Universal wieġbet li d-drittijiet tagħha għad-difiża jkun qed jinkisru l-aktar minħabba t-tliet argumenti li ġejjin: L-ewwel nett, l-ambitu tad-divulgazzjoni maħsub kien strett wisq, minħabba li ma jippermettix lil Universal taċċedi għad-dejta mhux ipproċessata u l-kodiċijiet rilevanti li ntużaw biex jinbnew is-settijiet tad-dejta finali li fuqhom saret l-analiżi tas-CET. Madankollu t-tali informazzjoni tqieset bħala meħtieġa sabiex tippermetti lill-konsulenti ekonomiċi esterni tagħha jivverifikaw is-solidità tal-analiżi tas-CET u l-kredibbiltà tad-dejta. It-tieni nett, ġie allegat li dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regoli li jillimitaw l-użu tad-dejta jistgħu jipprojbixxu lill-konsultenti ekonomiċi esterni ta' Universal milli jivverifikaw u jittestjaw tajjeb l-analiżi tas-CET. Fl-aħħar nett, Universal stqarret li ma kienx meħtieġ, u li kien disproporzjonat u mhux raġonevoli li d-dejta tas-CET tiġi anonimizzata. Kien argumentat li l-anonimizzazzjoni tista' tipprojbixxi lill-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal milli jifhmu l-kuntest fattwali speċifiku li fih kienet iġġenerata d-dejta.

(9)

Id-DĠ Kompetizzjoni ġġustifika dawn il-limitazzjonijiet fuq il-bażi tan-natura partikolarment sensittiva tad-dejta mill-klijenti u l-kompetituri fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Tetra/Laval (6).

(10)

Wara li kkunsidrajt l-ħtieġa għall-veloċità fil-każijiet ta’ fużjoni, irrivedejt r-Regoli billi applikajt il-prinċipji li ġejjin. Id-destinatarji tad-DO għandhom jingħataw aċċess sħiħ għal kull evidenza kuntrarja. Jekk l-evidenza tkun kunfidenzjali, l-aċċess għandu jingħata sa fejn huwa indispensabbli għad-drittijiet ta’ difiża tad-destinatarju. F’termini ta’ evidenza kwantitattiva, li kienet is-suġġett tat-talbiet ta' Universal, dan ifisser li destinatarju għandu normalment ikun kapaċi jwettaq tliet proċessi. L-ewwel, id-destinatarju għandu jkun f’pożizzjoni li jirreplika l-analiżi tas-CET (jiġifieri għandu jingħata aċċess għad-dejta u l-metodoloġija użati). It-tieni, id-destinatarju għandu jkun jista' jittestja l-analiżi tal-Kummissjoni (jiġifieri l-aċċess għandu jingħata aċċess għad-dejta skartati, il-varjabbli alternattivi u l-informazzjoni li tispjega l-valuri iżolati eċċ.). Fl-aħħar nett, id-destinatarju għandu jitħalla jivverifika l-kredibbiltà tad-dejta, mill-inqas, fuq il-bażi ta’ kontrolli każwali. Dwar dan l-aħħar punt, jekk il-konsulenti esterni tad-destinatarju jistgħu jindikaw żbalji konkreti u speċifiċi li jirriżultaw mill-kontrolli każwali, jista' jingħata aċċess addizzjonali skont l-ambitu tal-iżbalji u l-ambitu tad-dejta li fil-fatt tinsab fil-fajl. F’dan il-kuntest, u fid-dawl tan-natura ta’ spiss waħda kunfidenzjali tad-dejta, jidher ġustifikabbli li jiġu imposti restrizzjonijiet, partikolarment li jeħtieġu li (a) id-destinatarju jispjega lill-Kummissjoni x'biħsiebhom jagħmlu il-konsulenti esterni tiegħu u (b) jitwettqu dawn il-komputazzjonijiet taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali tal-Kummissjoni.

(11)

Weġibt lil Universal permezz tal-ittra tat-18 ta' Ġunju 2012 li, wara d-diskussjonijiet tiegħi mad-DĠ Kompetizzjoni, ir-Regoli kienu ġew emendati biex jindirizzaw il-prinċipji msemmijin hawn fuq. Fir-rigward tal-ambitu tad-divulgazzjoni, ir-Regoli ġew iċċarati biex jikkonfermaw li d-dejta mhux ipproċessata u l-kodiċijiet kollha se jiġu inklużi fil-kamra tad-dejta. Fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-użu tad-dejta, dawn saru inqas stretti fir-Regoli sabiex jippermettu lill-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal iwettqu t-testijiet u l-verifiki tal-analiżi tas-CET indikati fl-ittra. Dwar l-anonimizzazzjoni tad-dejta, enfasizzajt li l-Kummissjoni qieset li d-dejta tikkostitwixxi sigrieti kummerċjali partikolarment sensittivi, u d-divulgazzjoni tagħha jista’ jkollha effett negattiv fuq il-pożizzjoni kompetittiva ta’ ċerti fornituri tad-dejta. Fid-dawl tal-aċċess addizzjonali li r-Regoli emendati issa kienu jipprevedu, u l-ispjegazzjonijiet tekniċi mogħtija lili mid-DĠ Kompetizzjoni, deherli li l-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal kienu f’pożizzjoni li jwettqu l-komputazzjonijiet li kienu speċifikaw biżżejjed fit-talba tagħhom u għalhekk ma kienx indispensabbli li titneħħa l-anonimizzazzjoni. Fl-aħħar nett, għarraft lil Universal dwar il-possibbiltà li jressquli aktar sottomissjonijiet motivati fil-każ li l-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal jiltaqgħu ma’ eżempji konkreti speċifiċi ta’ xejriet ta' dejta mhux spjegabbli u jkollhom raġuni biex jemmnu li l-aċċess addizzjonali kien għadu meħtieġ biex teżerċita kif xieraq id-dritt tagħha li tinstema’.

(12)

Permezz tal-ittra ddatata d-19 ta' Ġunju 2012 Universal staqsietni biex jiġu emendati aktar ir-Regoli, peress li kien għad fihom limitazzjonijiet fuq l-użu tad-dejta tas-CET li jaffettwaw id-drittijiet ta’ difiża ta' Universal. B’mod partikolari, Universal sostniet, b’referenza għal komputazzjonijiet speċifiċi, li l-konsulenti ekonomiċi esterni tagħha jkunu ostakolati milli jivverifikaw l-affidabbiltà u l-preċiżjoni ta’ ċerti dejta u kalkoli. Bi tweġiba għat-talbiet addizzjonali ta' Universal li ġew speċifikati biżżejjed, ir-Regoli ġew emendati aktar biex jipprovdu lill-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal aktar possibbilitajiet biex iwettqu kontrolli tar-robustezza u jagħmlu aktar komputazzjonijiet.

1.1.2.   Aċċess għall-fajl wara n-notifika tad-DO

(13)

Universal ingħatat aċċess għall-fajl fl-20 ta' Ġunju 2012.

Aċċess għad-dejta allegata li tappoġġa t-talbiet fid-DO

(14)

Permezz ta’ talba motivata bid-data tat-22 ta' Ġunju 2012, Universal formalment tenniet, l-ewwel nett, it-talba preċedenti tagħha biex tingħata aċċess sħiħ għall-analiżi kwantitattiva mhux favorevoli u ġeddedt it-tliet ilmenti tagħha fir-rigward tal-limitazzjoni tal-ambitu tal-aċċess, ir-restrizzjoni tal-użu ta’ dejta tas-CET u l-anonimizzazzjoni. It-tieni, Universal talbet li l-konsulenti legali esterni tagħha jingħataw aċċess għall-kamra tad-dejta. Universal sostniet li tali aċċess kien meħtieġ biex jiġi żgurat l-eżerċizzju xieraq tad-drittijiet ta’ difiża tagħha peress li l-konsulenti legali esterni kienu jeħtieġu (i) li jkunu jistgħu janalizzaw l-informazzjoni fil-kamra tad-dejta u kwalunkwe analiżi kunfidenzjali mwettqa mill-konsulenti ekonomiċi esterni, (ii) li jaraw il-kontenut kunfidenzjali tar-rapport tal-kamra tad-dejta li verżjoni tiegħu mhux kunfidenzjali biss se tiġi kkomunikata lil Universal u (iii) li jipprovdu pariri dwar il-konformità tal-proċess tal-kamra tad-dejta mar-Regoli.

(15)

Jien irrifjutajt iż-żewġ partijiet tat-talba ta' Universal permezz ta’ deċiżjoni adottata fid-29 ta' Ġunju 2012 skont l-Artikolu 7 tat-Termini ta’ Referenza. Fuq il-bażi tal-informazzjoni teknika li rċevejt mingħand id-DĠ Kompetizzjoni, ir-Regoli ppermettew lill-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal, fir-rigward ta’ dawk il-komputazzjonijiet li ġew speċifikati biżżejjed, iwettqu, f’ċerti każijiet, kwalunkwe komputazzjoni li riedu. F’każijiet oħra, il-konsulenti ekonomiċi esterni jistgħu jipproponu li jitwettqu komputazzjonijiet u jiddiskutu dawn il-proposti mal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, ċerti komputazzjonijiet ma setgħux jitwettqu minħabba li l-fajl tal-każ ma kienx fih d-dejta meħtieġa. Fir-rigward tad-divulgazzjoni mitluba tad-dejta anonimizzata, Universal ma kinitx ipprovdiet evidenza konkreta u speċifika li din kienet indispensabbli biex teżerċita d-drittijiet ta’ difiża tagħha.

(16)

Jien irrifjutajt ukoll it-tieni parti tat-talba ta' Universal, jiġifieri li l-konsulenti legali estern tagħha jitħallew jidħlu fil-kamra tad-dejta. Tali aċċess imur lil hinn mill-iskop proprju tal-kamra tad-dejta li kien li tippermetti lill-konsulenti ekonomiċi esterni tal-partijiet jaċċessaw id-dejta kwantitattiva miġbura mill-Kummissjoni. Sal-punt li l-kamra tad-dejta fiha sigrieti kummerċjali ta’ partijiet terzi l-proċedura hija eċċezzjoni għall-obbligu ġenerali tal-Kummissjoni li ma tiġi divulgata l-informazzjoni kunfidenzjali. Billi din il-proċedura hija eċċezzjoni, huma meħtieġa salvagwardji stretti biex tiġi evitata d-divulgazzjoni, anki mhux intenzjonata, tad-dejta. Jien sibt li d-drittijiet ta’ difiża ta' Universal ma kinux jeħtieġu aċċess dirett għall-konsulenti legali estern tagħha għall-kamra tad-dejta, minħabba li huwa biżżejjed li l-avukati esterni fit-tliet sitwazzjonijiet indikati minn Universal ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-konsulenti ekonomiċi esterni barra mill-kamra tad-dejta.

Talba biex tiġi riveduta d-Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 7

(17)

Fil-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut, wara li rċeviet kopja minn qabel, Universal talbitni nirrevedi d-deċiżjoni tiegħi li ttenni b’mod ġenerali l-argumenti preċedenti tagħha rigward ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-konsulenti ekonomiċi esterni u l-inabbiltà tagħhom li jwettqu ċerti analiżijiet. Hija reġgħet qalet ukoll li l-konsulenti legali esterni tagħha għandhom jingħataw aċċess dirett lis-sett ta’ dejta tas-CET f’forma mhux editjata peress li dan kien meħtieġ biex jiġi żgurat li d-dritt ta' Universal għal rappreżentanza u pariri legali ma tkunx ristretta ħafna.

(18)

Wara li erġajt ikkunsidrajt bir-reqqa l-argumenti ta' Universal, iddeċidejt fit-12 ta' Lulju 2012 li nżomm id-deċiżjoni inizjali tiegħi. L-ewwel nett, kuntrarju għall-argument ta' Universal, ir-Regoli ppermettew lill-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal iwettqu l-analiżi mitluba fil-kamra tad-dejta. Il-fatt li l-konsulenti ekonomiċi esterni ma għamlux użu minnha ma kienx raġuni għalija biex nirrevedi d-deċiżjoni preċedenti tiegħi jew ir-Regoli dwar dan il-punt. It-tieni, filwaqt li kien korrett li parti fil-proċedimenti għandu jkollha rappreżentanza u pariri legali effettivi bħala parti mid-drittijiet ta’ difiża tagħha, dan ma jbiddilx il-ħtieġa li jiġi muri li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali kien indispensabbli għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet.

(19)

Madankollu, fid-dawl ta’ nuqqas ta' fehim jew interpretazzjoni ħażina potenzjali tar-Regoli mill-partijiet, stedint lil Universal biex tikkuntattja lid-DĠ Kompetizzjoni biex tiddiskuti kwalunkwe proposti għal aktar analiżijiet ta’ rigressjoni li l-konsulenti ekonomiċi esterni ta' Universal jixtiequ jwettqu. Għal dan l-iskop, il-kamra tad-dejta kellha ssir disponibbli għal dan l-għan speċifiku. Barra minn hekk, id-DĠ Kompetizzjoni avviċina lill-fornituri tad-dejta, f’ismi, bil-ħsieb li jikseb il-kunsens biex wieħed mill-konsultenti legali esterni ta' Universal jitħalla jidħol fil-kamra tad-dejta, b’mod li l-konsulenti ekonomiċi esterni jkunu jistgħu jkunu assistiti fuq il-post bl-interpretazzjoni tar-Regoli. Madankollu, Universal ddeċidiet li ma tużax din l-offerta eċċezzjonali ta' aċċess.

Talba għad-divulgazzjoni tad-dejta kunfidenzjali

(20)

Fis-26 u s-27 ta' Ġunju 2012, Universal qalet li d-DĠ Kompetizzjoni kien ċaħad b'mod żbaljat it-talba tagħha biex il-konsulenti ekonomiċi esterni tagħha jikkondividu l-verżjoni kunfidenzjali ta' wieħed mir-rapporti tagħhom tal-kamra tad-dejta mal-konsulenti legali esterni ta' Universal u (f’forma editjata) ma' Universal. L-informazzjoni mitluba tikkonċerna l-ishma tar-royalties tal-partijiet għal kull pjattaforma li toffri mużika diġitali rrekordjata lill-konsumaturi finali, li kienu ġew ikkalkulati mill-konsulenti ekonomiċi esterni fuq il-bażi tad-dejta fil-kamra tad-dejta. Universal qalet li jekk jiċħad id-divulgazzjoni tal-informazzjoni kkonċernata, id-DĠ Kompetizzjoni jkun qed jiċħad l-aċċess għall-evidenza mhux favorevoli kif ukoll ta' appoġġ, minħabba li, fl-opinjoni ta' Universal, l-informazzjoni tista’ tintuża biex tiġi kkontestata l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-ishma tas-suq tal-IFPI (7) kienu aktar kredibbli mill-ishma tas-suq ikkalkulati mill-partijiet. Wara diskussjonijiet u laqgħat bejn il-konsulenti legali u ekonomiċi esterni ta' Universal, id-DĠ Kompetizzjoni u l-membri tal-Uffiċċju tas-Seduti, kien miftiehem li dawn li ġejjin jistgħu jiġu divulgati lil Universal: (i) għadd ta’ ishma eżatti ta' royalties li ġew ikkunsidrati li ma jiddivulgawx informazzjoni kunfidenzjali; (ii) firxiet għal informazzjoni oħra aktar kunfidenzjali oħra u l-konferma jekk l-ishma tar-royalties kienux taħt l-40 %; u (iii) deskrizzjonijiet testwali kollha tal-ishma kollha tar-royalties.

(21)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2012, meħuda skont l-Artikolu 7 tat-Termini ta’ Referenza, jien irrifjutajt it-talba ta' Universal biex taċċedi għall-informazzjoni kunfidenzjali li tinsab fir-rapport tal-kamra tad-dejta tal-konsulenti ekonomiċi esterni. Billi kien hemm possibilità reali li Universal, u sa ċertu punt anki l-konsulenti legali esterni tagħha, ikunu f’pożizzjoni li jikkuppjaw ċerta informazzjoni sensittiva jekk jingħataw aċċess għall-ishma ta' royalties kunfidenzjali li jkun fadal (jiġifieri dawk li ma jaqgħux taħt il-kategorija (i) hawn fuq), u minħabba l-aċċess addizzjonali mogħti permezz ta' (ii) u (iii) hawn fuq, jiena kkonkludejt li aktar aċċess ma kienx indispensabbli għas-salvagwardja tad-drittijiet tad-difiża ta' Universal. Barra minn hekk, il-konsulenti ta' Universal għażlu li ma jagħmlux użu tal-aċċess addizzjonali mogħti taħt (iii) hawn fuq. Id-drittijiet ta' Universal ma kinux miksura għax il-konsulenti legali esterni tagħha setgħu jużaw l-informazzjoni provduta bħala evidenza ta' appoġġ jew biex jikkontestaw l-evidenza mhux favorevoli.

1.2.    Persuni terzi interessati

(22)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, aċċettajt it-talbiet minn Impala, Merlin BV, Warner Music Group, Sony Music, Beggars Group Ltd, is-soċjetajiet kollettriċi tar-Renju Unit MCPS u PRS kif ukoll il-kumpaniji tad-diski Naïve u Because Music li jinstemgħu bħala persuni terzi interessati.

2.   Ittra tal-fatti

(23)

Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni bagħtet ittra tal-fatti lill-partijiet li tistabbilixxi elementi addizzjonali, jiġifieri aktar dejta dwar il-pożizzjoni relattiva fis-suq tal-majors, b’appoġġ tal-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni finali. Il-partijiet ingħataw sal-1 ta' Awwissu 2012 biex jipprovdu l-kummenti tagħhom bil-miktub. Fit-tweġiba tagħhom tal-1 ta' Awwissu 2012 il-partijiet qalu li l-ittra tal-fatti biddlet it-teorija tal-ħsara stabbiliti fid-DO u b’hekk “tifformula mill-ġdid in-natura essenzjali tal-oġġezzjonijiet preliminari” imressqa kontrihom.

(24)

Id-DĠ Kompetizzjoni wieġeb għal din l-ittra fit-3 ta' Awwissu 2012 billi nnota li din id-dejta fattwali ġdida appoġġat is-sejba preliminari tal-Kummissjoni fid-DO li Universal kienet akbar minn kwalunkwe major ieħor f’għadd ta’ pajjiżi. Id-DĠ Kompetizzjoni indika wkoll li l-ittra tal-fatti pprovdiet biss informazzjoni purament fattwali bħala appoġġ għat-teoriji eżistenti tal-ħsara deskritti fid-DO u ma stabbilietx teorija ġdida ħsara bbażata biss fuq id-daqs relattiv tal-majors. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jipprovdu aktar kummenti, iżda ddeċidew li ma jipprovdux. Għalhekk, inqis li din il-kwistjoni hija magħluqa.

3.   Impenji

(25)

Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fid-DO, il-partijiet issottomettew impenji fis-27 ta' Lulju 2012 skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. It-test tas-suq ta’ dan is-sett ta’ impenji tnieda fl-istess jum sabiex jinġabru l-opinjonijiet tal-parteċipanti rilevanti fis-suq dwar l-effettività tal-impenji u l-kapaċità tagħhom li jerġgħu jistabbilixxu kompetizzjoni effettiva fis-swieq fejn ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni.

(26)

Fid-dawl tar-riżultati tat-test tas-suq, il-partijiet issottomettew sett rivedut ta’ impenji fit-13 ta' Awwissu 2012, li ġie sussegwentement emendat fis-17 ta' Awwissu 2012. L-impenji finali ġew sottomessi fil-25 ta' Awwissu 2012. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji proposti mill-partijiet fil-25 ta' Awwissu 2012 indirizzaw biżżejjed it-tħassib kollu li fadal fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni proposta mas-suq intern.

4.   L-Abbozz tad-Deċiżjoni

(27)

Skont l-Artikolu 16 tat-Termini ta’ Referenza, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien ilħaqt konklużjoni pożittiva.

5.   Rimarki ta’ konklużjoni

(28)

B'mod ġenerali, jien nikkonkludi li l-parteċipanti kollha fil-proċedimenti setgħu jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali tagħhom effettivament f'dan il-każ.

Brussell, il-11 ta’ Settembru 2012.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29), (it-“Termini ta’ Referenza”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(3)  L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja.

(4)  L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Il-Kawża T-5/02 Tetra Laval v il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-4381.

(7)  Federazzjoni Internazzjonali tal-Industrija Fonografika.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/15


Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta' Settembru 2012

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Il-Każ COMP/M.6458 – Universal Music Group/EMI Music)

(notifikata bid-dokument C(2012) 6459)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/08

Fil-21 ta' Settembru 2012 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni f’każ ta’ amalgamazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET

(1)

Universal Music Holdings Limited (“UMHL”) hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Universal International Music BV, li hija l-kumpanija prinċipali tal-Universal Music Group (“Universal” jew “Il-Parti Notifikanti”, ir-Renju Unit). Universal hija l-kumpanija ewlenija fid-dinja tal-mużika rrekordjata. Hija attiva fl-iskoperta, l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ artisti li jirreġistraw diski (l-hekk imsejħa “Artists & Repertoire” jew “A&R” – Artisti u Repertorju) u fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata. Hija għandha wkoll attivitajiet f’oqsma oħra, bħal mużika onlajn bl-imnut, il-pubblikazzjoni tal-mużika, il-ġestjoni ta' artisti, il-merchandising, il-ġestjoni ta' avvenimenti, u servizzi f'lokalitajiet fejn isiru avvenimenti. Is-sid aħħari ta' Universal hija Vivendi SA.

(2)

Vivendi SA (“Vivendi”, Franza) hija l-kumpanija azzjonarja aħħarija ta' Universal. Vivendi hija kumpanija internazzjonali fil-qasam tal-midja li l-attivitajiet tagħha jinkludu t-telekomunikazzjonijiet, il-ħolqien u d-distribuzzjoni tal-kontenut u stazzjonijiet tat-TV, mużika diġitali bl-imnut u l-logħob tal-vidjo.

(3)

EMI Global Group Limited (“EMI Group”, ir-Renju Unit) hija attiva fl-iskoperta, l-iżvilupp, u l-promozzjoni ta' artisti li jirrieġistraw id-diski u l-bejgħ fl-ingrossa tal-mużika rrekordjata. Il-Grupp EMI għandu wkoll attivitajiet f’oqsma oħra, bħal mużika bl-imnut, pubblikazzjoni ta’ mużika, il-ġestjoni tal-artisti u l-merchandising.

II.   L-OPERAZZJONI

(4)

Fis-17 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li, permezz tagħha l-impriża UMHL takkwista, permezz tax-xiri ta’ ishma, il-kontroll skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ta’ assi ta' mużika rrekordjata tal-Grupp EMI.

(5)

Fil-11 ta’ Novembru 2011, Vivendi u Universali, min-naħa l-waħda, u l-Grupp EMI, min-naħa l-oħra, daħlu fi ftehim għax-xiri ta’ ishma skont liema Universal takkwista l-attivitajiet tal-Grupp EMI fl-A&R u fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata, kif ukoll l-attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut ta ' miżika rrekordjata tal-Grupp EMI, ċerti drittijiet limitati ta’ produzzjoni (l-aktar dawk li għandu l-Grupp EMI Christian Music) u l-ġestjoni ta' artisti u attivitajiet ta’ merchandising. Għall-fini tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni l-assi soġġetti għat-tranżazzjoni proposta huma msejħa flimkien bħala “EMI”.

(6)

Bħala riżultat tat-tranżazzjoni proposta, EMI tkun unikament ikkontrollata minn Universal. Għaldaqstant l-operazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. It-tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

III.   SOMMARJU

(7)

Wara li eżaminat in-notifika, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fit-23 ta' Marzu 2012 fejn ikkonkludiet li l-operazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(8)

Fid-19 ta' Ġunju 2012, intbagħtet dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-Parti Notifikanti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Universal wieġbet għal dik id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fis-6 ta’ Lulju 2012.

(9)

Sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fis-27 ta’ Lulju 2012 il-Parti Notifikanti ssottomettiet impenji. Il-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għalhekk kien estiż bi 15-il jum ta’ xogħol skont l-Artikolu 10(3) ta’ dak ir-Regolament. Il-Parti Notifikanti offriet sett ġdid ta’ impenji fit-13 ta’ Awwissu 2012, li kienu sussegwentement emendati fil-25 ta’ Awwissu 2012.

IV.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.   Introduzzjoni

(10)

Iċ-ċentru tal-gravità tal-proposta huwa s-settur tal-mużika rrekordjata, minħabba li dan jinkludi l-qofol tal-attivitajiet ta’ Universal kif ukoll ta' EMI. Is-settur tal-mużika rrekordjata fiż-ŻEE llum huwa karatterizzat mill-preżenza ta' erba' kumpaniji diskografiċi madwar id-dinja (Universal, Sony, EMI u Warner; li flimkien jiffurmaw l-hekk imsejħa “majors” – il-kbar nett) u għadd kbir ta' kumpaniji diskografiċi iżgħar ħafna (l-hekk imsejħa “independents” jew “indies” – l-indipendenti).

(11)

L-industrija tal-mużika rrekordjata in ġenerali esperjenzat tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ ta’ mużika f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm globalment kif ukoll fiż-ŻEE bħala riżultat tad-disponibilità tal-mużika permezz ta’ servizzi diġitali legali kif ukoll tal-piraterija diġitali. Minkejja li dan it-tnaqqis kellu impatt qawwi fuq bejgħ fiżiku, il-bejgħ tal-mużika fiżika għadu jirrappreżenta madwar 80 % mill-bejgħ totali tal-mużika fiż-ŻEE. Il-bejgħ ta’ mużika diġitali huwa mistenni jiżdied b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin u li jilħaq il-punt tal-kalatura fejn dan jaqbeż il-bejgħ tal-mużika fiżika.

(12)

Il-katina tal-valur fis-settur tal-mużika rrekordjata tibda bl-iskoperta u l-iżvilupp ta' artisti u sussegwentement ir-reġistrazzjoni tal-mużika tagħhom, bil-għan li fir-reġistrazzjonijiet li jirriżultaw jiġi sfruttat id-dritt tal-awtur, attività magħrufa bħala A&R. Is-suċċess jew il-falliment fl-A&R huwa l-qofol għas-suċċess fis-swieq tal-mużika rrekordjata.

(13)

Il-livell li jmiss fil-katina tal-valur ta’ mużika rrekordjata jikkonsisti fil-bejgħ jew il-liċenzjar mill-kumpaniji diskografiċi tar-repertorju tagħhom lil bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut, kif ukoll lil ċerti kategoriji ta’ utenti finali (jiġifieri lix-xandara tat-TV u r-radju).

(14)

Il-mużika rrekordjata tinkludi varjetà wiesgħa ta’ prodotti fiżiċi (bħal CDs – singles, albums/kompilazzjonijiet – u DVDs – awdjo u vidjo) u prodotti diġitali, mibjugħa mill-kumpaniji diskografiċi lil bejjiegħa bl-imnut li, min-naħa tagħhom, ibiegħu mill-ġdid lill-konsumaturi aħħarin. Barra minn hekk, il-kumpaniji diskografiċi jistgħu wkoll jilliċenzjaw ir-repertorju tagħhom lil fornituri tas-servizzi ta' streaming tal-awdjo jew vidjo diġitali.

(15)

Hemm diversi kategoriji ta’ bejjiegħa bl-imnut fiżiku (minbarra bejjiegħa bl-ingrossa, li jaġixxu bħala intermedjarji bejn il-kumpaniji diskografiċi u bejjiegħa bl-imnut), li minnhom it-tipi prinċipali huma l-hypermarkets/supermarkets (l-hekk imsejħa “kummerċjanti tal-massa”), e-tailers u l-bejjiegħa bl-imnut speċjalizzati.

(16)

Rigward il-mezzi ta’ distribuzzjoni diġitali, il-modi ewlenin tal-mużika onlajn u d-disseminazzjoni huma permezz ta’ skarikar u streaming. L-iskarikar bħalissa jammonta għall-maġġoranza l-kbira tad-dħul online. Is-servizzi ta’ streaming, madankollu, qed jiżdiedu u ħafna parteċipanti tas-suq jistennew li d-dħul mill-istreaming jikber b’mod sinifikanti fil-futur.

(17)

It-teknoloġija tal-istreaming ippermettiet ukoll li jiżviluppaw pjattaformi u mudelli ta’ negozju ġodda matul l-aħħar ftit snin. Il-fornituri tas-servizzi tal-internet u l-operaturi tan-netwerks mobbli dejjem aktar joffru servizzi ta’ streaming ta' mużika, jew billi jiżviluppaw servizzi bil-marka kummerċjali tagħhom stess (ħafna drabi aggruppata mal-abbonamenti tat-telekomunikazzjoni) jew permezz ta’ sħubijiet ma’ pjattaformi ta’ streaming eżistenti. Xi servizzi ta’ streaming għandhom ukoll sħubijiet ma’ siti ta’ netwerking soċjali. Fl-aħħar nett, issa ħarġu servizzi cloud tal-mużika li joffru lill-utenti l-kapaċità li jaħżnu l-mużika li jakkwistaw fuq servers remoti.

2.   Is-swieq rilevanti

A.   A&R

(18)

Fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha rigward is-settur tal-mużika rrekordjata (2), il-Kummissjoni qatt ma ddefinixxiet suq iktar 'il fuq fil-katina ta' attivitajiet għall-A&R. Madankollu huwa l-każ li servizzi tal-A&R jiġu pprovduti lil atturi tas-suq differenti (l-artisti) u jeħtieġu organizzazzjoni differenti fil-kumpaniji diskografiċi meta mqabbla mal-attivitajiet iktar 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet Hemm ukoll ċerti dinamiki kompetittivi, li huma speċifiċi għall-A&R.

(19)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex meħtieġ li tittieħed pożizzjoni dwar jekk l-attivitajiet A&R għandhomx jitqiesu u jiġu analizzati bħala suq separat tal-prodotti jew anki jekk is-suq tal-mużika rrekordjata għandux jitqies bħala suq b'żewġ faċċati, fejn is-saħħa ta' kumpanija diskografika fuq naħa waħda tas-suq (A&R) għandha influwenza pożittiva fuq il-pożizzjoni tagħha tas-suq fuq in-naħa l-oħra tas-suq (il-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata) u bil-maqlub. Fil-valutazzjoni tal-kompetittività li għamlet il-Kummissjoni rigward it-tranżazzjoni proposta hija kkunsidrat is-saħħa tal-kumpaniji diskografiċi fl-A&R bħala wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-pożizzjoni tal-kumpaniji diskografiċi fis-suq bl-ingrossa tal-mużika rrekordjata u viċi versa.

B.   Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata

(20)

Il-Kummissjoni fil-passat identifikat swieq tal-prodotti separati għall-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika fiżika u ta’ mużika diġitali (3). Fis-suq tal-mużika diġitali, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-kwistjoni jekk hemmx swieq separati tal-prodotti għall-mużika diġitali mwassla għall-applikazzjonijiet online u l-applikazzjonijiet mobbli, jew għall-iskarikar u l-istreaming. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma identifikatx swieq separati tal-prodotti bbażati fuq il-ġeneru (eż., pop klassika, jazz, eċċ.) jew għal albums u kompilazzjonijiet ta' artist singolu. L-investigazzjoni tas-suq f’dan il-każ ma rrevelat ebda element materjali ġdid li jiġġustifika devjazzjoni minn dawn il-preċedenti.

(21)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-mużika bl-awdjo u l-mużika bil-vidjo jappartjenu għall-istess prodott tas-suq f'dak li jirrigwarda l-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata (kemm jekk fiżika jew diġitali).

(22)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li suq tal-prodott separat għandu jiġi identifikat għall-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata lill-utenti finali li jilliċenzjaw mużika rrekordjata mill-kumpaniji tal-illiċenzjar tal-mużika tal-produtturi. F’dak li jirrigwarda l-bejgħ bl-imnut ta’ mużika rrekordjata, il-Kummissjoni ma qisitx li hu meħtieġ li tittieħed pożizzjoni dwar id-definizzjoni ta’ suq rilevanti tal-prodott rilevanti.

C.   Attivitajiet relatati mal-mużika barra fis-settur tal-mużika rrekordjata

(23)

B’konformità mal-preċedenti tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-attivitajiet ta' manifattura u loġistika jaqgħu barra mill-ambitu tal-valutazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ħaditx pożizzjoni fuq id-definizzjoni ta' suq rilevanti tal-prodott għal servizzi “anċillari” oħra (bħal servizzi tal-ġestjoni tal-artisti, merchandising u servizzi ta' ġestjoni ta' spettakli u avvenimenti live). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-drittijiet tal-ippubblikar onlajn għandhom jiġu kkunsidrati bħala suq separat tal-prodotti.

D.   L-ambitu ġeografiku tas-suq

(24)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq bl-ingrossa ta’ mużika fiżika rrekordjata huwa nazzjonali fl-ambitu tiegħu.

(25)

Fir-rigward ta' bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata diġitali, il-Kummissjoni ma qisitx li hu meħtieġ li tittieħed pożizzjoni dwar id-definizzjoni eżatta tas-suq ġeografiku minħabba li t-tranżazzjoni qajmet tħassib fil-livelli kemm madwar iż-ŻEE kif ukoll fuq dawk nazzjonali.

(26)

Il-Kummissjoni ma qisitx li hu meħtieġ li tittieħed pożizzjoni dwar id-definizzjoni ta’ suq ġeografiku rilevanti fir-rigward ta’ A&R, il-bejgħ bl-imnut ta’ mużika rrekordjata, servizzi anċillari u l-pubblikazzjoni tal-mużika.

E.   Il-piraterija

(27)

Il-Parti Notifikanti lmentat li għandu jkun hemm suq uniku li jiġbor fih il-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata kemm f’formati fiżiċi kif ukoll diġitali, li jinkludi kemm provvisti leġittimi kif ukoll u mhux awtorizzat ta’ mużika (jiġifieri, l-piraterija). Biex issostni din it-talba, il-Parti Notifikanti argumentat li hemm evidenza qawwija ta’ sostituzzjoni mill-konsumaturi bejn dawn il-formati u sorsi ta' mużika, inkluż bejn il-mużika piratata u dik awtorizzata.

(28)

Fid-deċiżjonijiet passati tagħha l-Kummissjoni qatt ma kkunsidrat li l-mużika legali u illegali tappartjeni lill-istess suq tal-prodott. Madankollu, l-investigazzjoni tas-suq fil-Każ Sony/BMG  (4) żvelat li l-piraterija teżerċita restrizzjoni kompetittiva fuq il-kumpaniji diskografiċi f’ċerti territorji.

(29)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-valutazzjoni tal-livell ta’ sostituzzjoni bejn mużika legali u illegali u sa liema punt il-konsumaturi jħalltu u jqabblu bejn mużika legali u illegali mhuwiex rilevanti biex jiġi determinat jekk mużika illegali għandhiex tiġi kkunsidrata bħala parti mis-suq ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-mużika rrekordjata. Dan jirrifletti l-fatt li, irrispettivament minn jekk il-mużika legali u illegali għandhomx jiġu kkunsidrati bħala sostitut mil-lat tal-utenti finali, ma jidhrux li huma sostituti mill-aspett tal-klijenti diretti tal-kumpaniji diskografiċi – bejjiegħa bl-imnut tal-mużika fiżika u diġitali. Bl-istess mod, is-servizzi pirati ma jikkompetux mal-kumpaniji diskografiċi. Huma mhumiex attivi fl-A&R u huma mhumiex attivi fil-fornitura bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata lil klijenti fiżiċi u diġitali.

(30)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista, li tikkunsidra mużika legali u illegali bħala parti mill-istess suq tal-prodott rilevanti għal bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata. Madankollu, din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-analiżi ta’ piraterija li saret mill-Kummissjoni bħala limitazzjoni possibbli barra mis-suq fuq l-ipprezzar u d-deċiżjonijiet dwar output tal-kumpaniji diskografiċi fil-kuntest tal-evalwazzjoni kompetittiva tat-tranżazzjoni proposta.

3.   Evalwazzjoni kompetittiva

A.   Effetti orizzontali mhux koordinati

Ishma tas-suq

(31)

It-teorija tal-Kummissjoni ta’ ħsara f’dan il-każ mhijiex ibbażata fuq li jinqabeż limitu tas-sehem ta' suq partikolari. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tagħmilha ċara li l-ishma tas-suq huma biss l-ewwel indikazzjoni ta’ saħħa fis-suq u għandhom jitpoġġew fil-kuntest globali tas-swieq relevanti. F'konformità mal-Linji Gwida fuq il-valutazzjoni tal-amalgamazzjonijiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (5) (“Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali”), xi impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva huwa possibbli fejn wara l-amalgamazzjoni l-entità amalgamata jkollha sehem tas-suq li huwa ikbar minn dak tal-kompetitur sussegwenti. Għalhekk dak li f'dan il-każ huwa l-mutur tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija l-indikazzjoni mogħtija mill-ishma tas-suq dwar is-saħħa globali ta’ wara l-amalgamazzjoni tal-entità amalgamata u l-pożizzjoni relattiva tagħha rigward il-kompetituri tagħha wara l-amalgamazzjoni.

(32)

Il-qafas analitiku huwa aktar u aktar rilevanti f’dan il-każ minħabba li l-ebda sors tal-industrija ma jagħti ħarsa kompletament affidabbli tal-pożizzjoni tal-entità amalgamata wara li tkun saret l-amalgamazzjoni. Filwaqt li f’deċiżjonijiet preċedenti dwar l-industrija tal-mużika rrekordjata, il-Kummissjoni użat dejta tal-IFPI, f’dan il-każ il-Parti Notifikanti kkontestat bil-qawwa l-użu tad-dejta tal-IFPI u argumentat li din mhix affidabbli, billi tipprovdi dejta alternattiva ta’ “sehem tas-suq” ibbażata fuq bejgħ tal-iTunes u Spotify kif ukoll dejta dwar il-bejgħ bl-imnut miġbura minn GfK u l-OCC.

(33)

Il-Kummissjoni finalment qieset is-sorsi tad-dejta kollha, inkluża dejta fuq bejgħ bl-ingrossa miġbura minn diversi fornituri tas-servizz diġitali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet eżerċizzju tar-relattività bejn l-erba’ l-kbar fuq suq ipotetiku magħmul biss mill-erba’ l-kbar sabiex tivvaluta l-pożizzjoni fis-suq ta' Universal u EMI fir-rigward tal-kbar l-oħrajn (l-indipendenti, għalkemm flimkien għandhom pożizzjoni tas-suq mhux negliġibbli, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala entità waħda). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset ukoll x'jindikaw id-dejta tal-klassifiċi u d-dejta dwar dak li jindaqq fuq ir-radju, għalkemm din id-dejta ma tistax titqabbel mal-ishma tas-suq.

(34)

Wara l-analiżijiet tas-sorsi kollha tal-informazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta tista’ tirriżulta fil-ħolqien ta’ dominanza “super-major” darbtejn (jew anke tlieta jew aktar, f’ċerti Stati Membri) id-daqs tal-akbar kompetitur sussegwenti fil-livell taż-ŻEE u f’diversi l-Istati Membri, kif ukoll fl-Islanda u fin-Norveġja. F’aktar dettall, fir-rigward ta’ mużika fiżika rrekordjata, l-entità amalgamata tkun aktar mid-doppju tad-daqs tal-akbar kompetitur sussegwenti f’mill-inqas tmien Stati Membri – Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, ir-Rumanija, l-Isvezja u r-Renju Unit, kif ukoll l-Islanda, tliet darbiet akbar mit-tieni l-akbar kompetitur f’mill-inqas ħames Stati Membri – il-Belġju, Franza, il-Greċja, il-Polonja u s-Slovakkja kif ukoll in-Norveġja, u aktar minn erba’ darbiet akbar mill-akbar kompetitur sussegwenti fil-Bulgarija, l-Estonja u l-Litwanja. Fis-Slovenja, l-entità amalgamata ssir b'mod ċar l-ewwel fost il-kbar nett. Fir-rigward ta’ mużika diġitali rrekordjata, l-entità amalgamata tkun id-doppju jew aktar tad-daqs tal-akbar kompetitur sussegwenti fil-livell taż-ŻEE u f’mill-inqas sittax-il Stat Membru – l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Isvezja u r-Renju Unit kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja.

(35)

Bħala konklużjoni, l-entità amalgamata tkun bla dubju fuq quddiem nett fis-suq b’distanza wara l-amalgamazzjoni. Mil-lat strutturali u tal-ishma tas-suq u d-dejta tax-xandir tal-klassifiċi u tar-radju, id-dinamiki kompetittivi eżistenti, li huma bbażati fuq ċertu bilanċ tal-poter bejn, mill-inqas, il-kbar nett (minkejja li Universal diġà tinsab fuq quddiem nett fis-suq), se jinbidlu kompletament permezz tat-tranżazzjoni proposta favur l-entità amalgamata.

EMI bħala kompetitur

(36)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li EMI hija waħda mill-erba’ kbar nett li bħalissa huma attivi fis-settur dinji tal-mużika rrekordjata, b’repertorju sinifikanti ta’ roster ta' artisti u mużika li jinkludi katalogu arkivjali formidabbli u rilaxxi ġodda b'saħħithom. EMI x’aktarx ukoll li jkun l-aktar kompetitur qrib Universal rigward mill-inqas il-mużika klassika. It-tranżazzjoni proposta għalhekk twassal għall-eliminazzjoni ta’ forza kompetittiva importanti mis-swieq rilevanti.

Il-possibilitajiet limitati tal-klijenti li jbiddlu l-fornitur

(37)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li wara t-tranżazzjoni, ir-repertorju tal-entità amalgamata se (jkompli) jkun “essenzjali” u l-klijenti għalhekk se jkollhom kapaċità limitata (jekk ikun hemm) li jibdlu l-fornitur u l-kapaċità tal-entità amalgamata milli tesplojta klijenti x’aktarx li tiżdied b’mod sinifikanti.

Effetti antikompetittivi fuq id-distribuzzjoni diġitali tal-mużika

(38)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li Universal diġà minn qabel it-tranżazzjoni proposta għandha l-kapaċità u l-inċentiv li tikseb termini u kundizzjonijiet ta' liċenzjar minn klijenti diġitali li huma aktar favorevoli għal Universal meta mqabbla ma’ dawk miksuba mill-kompetituri tagħha. Dawn il-konklużjonijiet huma bbażati fuq evidenza ta' tliet sorsi: (i) it-tqabbil tal-ftehimiet rispettivi ta' Universal u EMI ma' pjattaformi onlajn; (ii) evidenza mill-investigazzjoni tas-suq li għamlet il-Kummissjoni; u (iii) evidenza mill-partijiet li qed jamalgamaw. L-evidenza minn kull wieħed minn dawn is-sorsi hija korroborata wkoll mill-analiżi kwantitattiva li għamlet il-Kummissjoni.

(39)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-ftehimiet kummerċjali kemm ta’ Universal kif ukoll ta' EMI ma’ għażla ta’ klijenti diġitali ewlenin, billi ffokat fuq termini kummerċjali ewlenin (inklużi r-remunerazzjoni, il-livell ta’ ħlasijiet bil-quddiem li l-klijenti diġitali jeħtiġilhom jagħmlu, impenji fir-rigward tal-promozzjoni u tal-pubbliċità u tal-klawżoli rigward in-nazzjon l-aktar iffavorit (“MFN”)). Din l-analiżi wriet li Universal kollox ma' kollox tikseb termini aħjar fuq diversi parametri ewlenin ta’ negozjati ma’ pjattaformi diġitali meta mqabbel ma’ EMI u li din id-differenza hija partikolarment aċċentwata għall-pjattaformi iżgħar (skarikar u streaming).

(40)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-differenzi fit-termini kuntrattwali li jiksbu Universal, li diġà hija l-ikbar kumpanija ta' mużika rrekordjata fiż-ŻEE, u EMI fil-preżent jikkostitwixxu indikazzjoni tal-effetti negattivi possibbli tat-tranżazzjoni proposta fuq il-kompetizzjoni. Tabilħaqq, iż-żieda sostanzjali fid-daqs ta' Universal wara l-amalgamazzjoni, x’aktarx tkompli tkabbar il-pożizzjoni ta' negozjar ta' Universal, u b’hekk tirriżulta mhux biss fl-estensjoni ta’ termini kurrenti ta' Universal għar-repertorju ta' EMI, iżda għal żieda ġenerali fit-termini għar-repertorju kombinat.

(41)

Il-Kummissjoni wettqet ukoll analiżi kwantitattiva bil-għan li tevalwa jekk, minħabba ż-żieda fid-daqs tal-entità amalgamata, it-tranżazzjoni proposta probabbilment iżżidx il-poter ta’ negozjar tal-entità amalgamata fir-rigward ta' klijenti diġitali u, bħala riżultat, twassal għal prezzijiet ogħla għal dawn il-klijenti.

(42)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ġabret dejta dwar il-bejgħ ta’ mużika diġitali minn sitt klijenti diġitali kbar, kif ukoll minn sitt kumpaniji ta' mużika rrekordjata, f’diversi Stati Membri. Il-Kummissjoni mbagħad wettqet analiżi kwantitattiva ta’ din id-dejta, li essenzjalment tikkonsisti fl-ittestjar permezz ta’ għodod tal-istatistika u ekonometriċi, jekk hemmx korrelazzjoni pożittiva bejn id-daqs ta’ kumpanija tal-mużika rrekordjata u l-abbiltà tagħha li takkwista termini aħjar minn klijenti diġitali.

(43)

Din l-analiżi wriet li: (i) il-kera li l-kumpaniji tal-mużika rrekordjata jistgħu jakkwistaw tiżdied skont id-daqs tagħhom (imkejla f’termini tas-sehem tad-dħul li r-repertorju ta’ kumpanija tal-mużika rrekordjata tikkontribwixxi għal pjattaforma onlajn); (ii) dan l-effett huwa partikolarment evidenti fil-każ ta' pjattaformi onlajn relattivament żgħar, iżda huwa preżenti wkoll fi pjattaformi b’setgħa sinifikanti ta’ negozjar; u (iii) hemm relazzjoni pożittiva bejn id-daqs tar-repertorju ta' kumpanija ta' mużika rrekordjata u l-prezz bl-ingrossa li tinnegozja ma’ pjattaformi onlajn.

(44)

Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni abbażi tal-analiżi tat-termini u l-kondizzjonijiet kummerċjali li l-partijiet tal-amalgamazzjoni jkollhom ma’ diversi klijenti diġitali u abbażi tal-analiżi kwantitattiva kienu kkorroborati minn preżentazzjonijiet li għamlu klijenti diġitali u partijiet terzi oħrajn matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll minn ċerti dokumenti interni ta' Universal.

(45)

B’hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li, minħabba ż-żieda fid-daqs tagħha fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata għal klijenti diġitali, l-entità amalgamata x'aktarx li tapplika kundizzjonijiet kummerċjali agħar, inklużi prezzijiet ogħla, għal klijenti diġitali kieku t-tranżazzjoni proposta kellha tibqa' għaddejja fil-forma li kienet oriġinalment notifikata.

L-analiżi tal-ishma ta’ kontroll

(46)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li, sabiex tevalwa l-livell ta’ saħħa fis-suq li jkollha l-entità amalgamata vis-à-vis l-bejjiegħa bl-imnut tal-mużika diġitali wara t-tranżazzjoni proposta, teħtieġ ukoll li tqis il-pożizzjoni tal-entità amalgamata fis-suq kombinat tas-setturi ta' mużika rrekordjata u l-pubblikazzjoni tal-mużika. Il-Kummissjoni qieset il-kontroll tal-ishma bħala “fattur aggravanti”, li jaggrava l-effetti antikompetittivi tat-tranżazzjoni proposta li jirriżultaw mill-attivitajiet kombinati tal-partijiet amalgamati fis-settur tal-mużika rrekordjata (li, fi u minnhom infushom, huma biżżejjed biex iwasslu għal tħassib dwar il-kompetizzjoni). L-analiżi tal-ishma ta’ kontroll imwettqa mill-Kummissjoni kompliet issaħħaħ il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx twassal għall-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva.

Effett fuq l-għażla tal-konsumatur u l-innovazzjoni

(47)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta x'aktarx tnaqqas l-innovazzjoni u l-għażla tal-konsumaturi b’żewġ modi: (i) it-tranżazzjoni proposta probabbilment tkabbar is-saħħa ta' Universal li tinnegozja u l-ħila tagħha li timponi termini tal-liċenzjar onerużi fuq pjattaformi diġitali, b’mod partikolari pjattaformi tal-mużika emerġenti żgħar u innovattivi. Tali termini ta' liċenzjar onerużi x’aktarx ikollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp ta’ dawn il-klijenti u l-kapaċità tagħhom li ġeografikament jespandu lejn swieq diġitali varji; u (ii) l-entità amalgamata x'aktarx iżżid il-kapaċità u l-inċentiv li tinfluwenza l-mudell tan-negozju u l-karatteristiċi tas-servizzi ġodda ta’ mużika diġitali u timponi żidiet fil-prezzijiet fis-suq/swieq bl-imnut. Bħala riżultat, it-tranżazzjoni proposta se jkollha wkoll impatt negattiv fuq id-diversità kulturali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta x’aktarx tnaqqas l-innovazzjoni u l-għażla tal-konsumatur.

(48)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn ir-riżultati japplikaw b’mod ugwali għas-suq bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata fil-livell taż-ŻEE, kif ukoll fl-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit, kif ukoll fl-Islanda u n-Norveġja.

L-esklużjoni tal-kompetituri mis-swieq bl-ingrossa ta’ mużika fiżika u diġitali

(49)

Il-Kummissjoni investigat ukoll jekk it-tranżazzjoni proponuta tistax tagħti lill-entità amalgamata l-kapaċità u l-inċentiv li teskludi parzjalment lill-kompetituri tal-entitajiet amalgamati mis-swieq bl-ingrossa ta’ mużika fiżika u diġitali, kif ukoll mill-A&R, għad-detriment tal-kompetizzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-konsumaturi u tad-diversità kulturali.

(50)

Tali esklużjoni tista’ potenzjalment isseħħ permezz tal-kapaċità u l-inċentiv ta’ Universal, minħabba ż-żieda fid-daqs tagħha wara l-amalgamazzjoni, biex tiggarantixxi lill-artisti tagħha aċċess aħjar b’mod sinifikanti għal opportunitajiet promozzjonali (eż., espożizzjoni għal kummerċjanti tal-massa, u klijenti diġitali, aċċess għal kumpilazzjonijiet u għal airtime fuq ir-radju) mill-kompetituri tagħha, inkluż sa ċertu punt akbar mis-sehem tas-suq attwali tagħha.

(51)

Aċċess akbar għal dawn l-opportunitajiet promozzjonali kollha jista’ jirriżulta f'li l-entità amalgamata tkun tista’ tikkuntratta l-aħjar artisti, inkluż b'kundizzjonijiet aħjar minn kumpaniji diskografiċi oħrajn, billi toffrilhom aċċess akbar għall-promozzjoni. Il-kompetituri jistgħu jsibuha dejjem aktar diffiċli biex jikkompetu mal-entità amalgamata biex jikkuntrattaw artisti ġodda li mbagħad jista’ jdgħajjef il-pożizzjoni ta' dawn il-kompetituri vis-à-vis il-klijenti minħabba li r-repertorju tagħhom isir inqas attraenti u, bil-maqlub, isaħħaħ il-pożizzjoni tal-entità amalgamata u b'hekk tiġġenera ċ-ċirku vizzjuż awtoperpetwu.

(52)

Fl-aħħar mill-aħħar, madanakollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li m’hemmx biżżejjed elementi biex jiġi pprovat lill-istandard legali meħtieġ li t-tranżazzjoni x’aktarx li tirriżulta fl-esklużjoni ta’ kompetituri. Fi kwalunkwe każ, l-impenji proposti mill-Parti Notifikanti, filwaqt li jsolvu l-effetti antikompetittivi deskritti hawn fuq fir-rigward tat-termini kummerċjali ma’ klijenti diġitali, se jsolvu wkoll kwalunkwe tħassib dwar esklużjoni.

Piraterija

(53)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżistenza ta’ piraterija mhux se ċċaħħad lill-entità amalgamata mill-kapaċità u l-inċentiv tagħha li teżerċita s-saħħa tagħha ta’ negozjar vis-à-vis bejjiegħa bl-imnut wara t-tranżizzjoni proposta. Filwaqt li l-piraterija tista’ tnaqqas id-daqs globali tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li din tillimita lill-kumpaniji ta' mużika rrekordjata fl-imġiba kummerċjali tagħhom illum jew wara l-amalgamazzjoni.

Is-saħħa tax-xerrej

(54)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klijenti ma jkunux f’pożizzjoni li jeżerċitaw is-saħħa tax-xerrej bħala fattur kompensatorju għaż-żieda li jkollha l-entità amalgamata ta' saħħa fis-suq.

Dħul

(55)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa improbabbli li dħul fil-ħin u suffiċjenti mill-kompetituri fi swieq rilevanti ta' mużika rrekordjata jwaqqaf l-effetti kontra l-kompetizzjoni li jirriżultaw mit-tranżazzjoni proposta.

B.   Effetti kkoordinati

(56)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-swieq bl-ingrossa ta’ mużika rrekordjata minħabba l-kumplessitajiet tagħhom m'għandhomx tendenza li faċilment jilħqu fehim komuni dwar it-termini ta’ koordinazzjoni. Din l-evalwazzjoni ma tinbidilx meta wieħed jikkunsidra l-bidla li ġġib it-tranżazzjoni proposta.

C.   Kwistjonijiet vertikali u konglomerattivi

(57)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni ma tqajjem l-ebda tħasssib ta’ natura mhux orizzontali relatata mal-attivitajiet ta' Universal u EMI fid-distribuzzjoni diġitali bl-imnut, fid-distribuzzjoni fiżika bl-imnut, fis-servizzi ta' mużika bil-vidjo, fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni televiżiva u tal-films, fil-logħob u d-divertiment interattiv u fis-servizzi ta’ biljetti tal-avvenimenti.

D.   Konklużjoni

(58)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżazzjoni proposta, kif innotifikata, se twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, fis-swieq bl-ingrossa tal-mużika diġitali fil-livell taż-ŻEE, kif ukoll f’24 Stat Membru, jiġifieri l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit, kif ukoll fl-Islanda u n-Norveġja.

4.   Impenji

(59)

Il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji formali fis-27 ta’ Lulju 2012 li tqiegħdu għat-test tas-suq fl-istess jum. Kollox ma' kollox, it-test tas-suq wera li l-impenji tas-27 ta’ Lulju 2012 ippreżentaw għadd ta’ nuqqasijiet sinifikanti li jkunu jridu jiġu indirizzati.

(60)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Parti Notifikanti bir-riżultati tat-test tas-suq fid-9 ta’ Awwissu 2012 f’laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali. Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tat-test fis-suq kif ukoll informazzjoni oħra pprovduta mill-Parti Notifikanti dwar l-impenji proposti, il-Parti Notifikanti offriet sett ġdid ta’ impenji fit-13 ta’ Awwissu 2012 li kienu sussegwentement emendati fil-25 ta’ Awwissu 2012.

(61)

It-titjib ewlieni għall-pakkett tas-27 ta’ Lulju 2012 kien jikkonsisti f’ (i) proprjetà ta’ kontenut addizzjonali (Repertorju Anglo kif ukoll repertorju Daniż u Spanjol); (ii) iż-żieda tas-sehem ta' EMI f'entità Franċiża konċessa minn qabel ta' Play On; (iii) iċ-ċessjoni ta’ drittijiet dinjin (għall-kuntrarju ta' drittijiet madwar iż-ŻEE fl-impenji tas-27 ta’ Lulju 2012); (iv) impenn li tbiegħ tal-inqas żewġ terzi tal-pakkett (EMIRL, Pink Floyd u entitajiet lokali) lil xerrej wieħed; (v) il-ħtieġa li x-xerrej għandu jkun kumpanija fi grupp li jew bħalissa jew qabel kienet attiva fil-mużika rrekordjata jew fil-pubblikazzjoni tal-mużika; (vi) impenn biex ma jsirux kuntratti mill-ġdid ma' artisti li r-repertorju tagħhom ikun inkluż fil-pakkett għal perjodu ta’ 10 snin; u (vii) l-impenji ta' komportament li kienu inklużi fl-impenji tas-27 ta’ Lulju 2012 u li kienu kkunsidrati kumplessi u vagi wisq ġew sostitwiti minn sempliċi impenn biex ma jiġux inklużi l-klawżoli ta' nazzjon l-aktar iffavorit (“MFN”) għall-vantaġġ ta' Universal fi kwalunkwe ftehim ma’ kwalunkwe fornitur ta' servizz diġitali legali safejn tali ftehim japplika għaż-ŻEE. Dan l-impenn ingħata għall-perjodu ta’ 10 snin. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Parti Notifikanti neħħiet ukoll l-impenn li ttemm żewġ ftehimiet ta' liċenzjar/distribuzzjoni ma’ partijiet terzi.

(62)

L-impenji tal-25 ta’ Awwissu 2012 għalhekk jikkonsistu minn (i) iċ-ċessjoni tad-drittijiet dinjin għal ċerti assi ta' EMI u ta' Universal li jikkonsisti f'repertorju kemm Anglo kif ukoll lokali; (ii) it-terminazzjoni ta' ftehim wieħed li jinkorpora liċenzjar/distribuzzjoni; u (iii) l-impenn ta' komportament ma jinkludix klawżoli MFN fil-kuntratti futuri tal-entità amalgamata ma' servizzi diġitali.

(63)

Il-pakkett propost ta' impenji jinkludi t-tneħħija tal-assi/entitajiet ġuridiċi li ġejjin:

(a)

EMI Records Limited (“EMIRL”): din tinkludi (i) l-artisti kollha kkuntrattati ma’ EMIRL (inkluż b’mod partikolari t-tikketta Parlophone), bl-eċċezzjoni ta’ artisti taħt it-tikktetta ta' Virgin u l-Beatles li huma s-suġġett ta’ “reverse carve-out”; (ii) artisti taħt it-tikketti EMI Classics u Virgin Classics iffirmaw għal din l-entità ġuridika; u (iii) il-katalogu ta' Pink Floyd;

(b)

it-tikketti EMI: Chrysalis Records Limited (għajr il-katalogu ta' Robbie Williams), Ensign Records Limited u Mute Records Limited;

(c)

L-entitajiet lokali EMI u Universal li ġejjin: EMI l-Belġju, EMI r-Repubblika Ċeka, EMI d-Danimarka, EMI Franza, EMI n-Norveġja, EMI l-Polonja, EMI l-Portugall, EMI Spanja u EMI l-Isvezja u Universal il-Greċja;

(d)

Is-sehem ta' 50 % li għandha EMI fin-negozju tal-kompilazzjonijiet; kif ukoll

(e)

In-negozji taħt it-tikketta Universal: Sanctuary Records Group Limited, Co-op Music Limited, King Island Roxystar Recordings AB u MPS Records, kif ukoll is-sehem ta' 40 % ta' Universal f'Jazzland Recordings (impriża konġunta).

(64)

Id-daqs totali tal-impenji finali (li jinkludu l-aktar l-assi ta' EMI u xi assi ta' Universal) jirrappreżenta madwar żewġ terzi tan-negozju tal-EMI fiż-ŻEE.

(65)

F’dak li hu l-impatt li għandhom l-impenji finali fuq is-sehem tas-suq, il-Kummissjoni tenniet li l-ishma tas-suq huma biss indikazzjoni preliminari ta’ saħħa fis-suq u mhumiex fihom infushom determinanti dwar jekk tranżazzjoni tirriżultax f’impediment sinjifikanti għall-kompetizzjoni effettiva jew le. Għal dan il-għan, mhuwiex meħtieġ li jiġi identifikat xi livell tas-sehem tas-suq speċifiku li l-entità amalgamata jeħtieġ tibqa’ taħtu sabiex jitneħħa l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva.

(66)

Wara li ntqal dan kollu, il-Kummissjoni tinnota li wara ċ-ċessjoni, iż-żieda li jkollha l-entità amalgamata fis-sehem totali mis-suq (inkluż kemm fiżiku kif ukoll diġitali) fil-livell taż-ŻEE tonqos b’mod konsiderevoli: il-pakkett taċ-ċessjoni jirrapreżenta sehem mis-suq ta’ madwar (5-10) % fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta’ mużika diġitali, li jfisser li Universal se takkwista sehem addizzjonali mis-suq ta’ madwar (0-5) % u għalhekk iżżid is-sehem mis-suq madwar iż-ŻEE minn (30-40) % għal (30-40) %.

(67)

F’termini ta' sehem tas-suq fuq livell nazzjonali, iċ-ċessjoni effettivament tnaqqas iż-żieda li tirriżulta meta EMI tiġi amalgamata ma' Universal f’kull Stat Membru kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja. Il-pakkett fih repertorju Anglo sinifikanti li jaqsam minn kull Stat Membru, kif ukoll l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, ir-repertorju lokali ċedut fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, Spanja u l-Isvezja jkompli jnaqqas l-ishma tas-suq tal-entità amalgamata wara li ssir it-tranżazzjoni għal livelli li ma jibqgħux jindikaw b’mod ċar żieda sinifikanti fis-saħħa tas-suq li Universal diġà għandha llum.

(68)

Minbarra ċ-ċessjoni ta' assi ta' mużika rrekordjata, il-Parti Notifikanti impenjat ruħha li ttemm il-ftehim tagħha dwar id-distribuzzjoni mal-kumpanija diskografika li hi parti terza Ministry of Sound u li ma tidħol f'ebda ftehim dwar liċenzja/distribuzzjoni mal-Ministry of Sound fiż-ŻEE għal perjodu ta’ għaxar snin mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(69)

Fl-aħħar nett, il-Parti Notifikanti ħadet impenn li għal għaxar snin ma tinkludix klawżoli f’kuntratti ma’ klijenti diġitali ta' Universal safejn dawn japplikaw għaż-ŻEE li jkunu jeħtieġu li dawk il-klijenti jiggarantixxu lil Universal termini kummerċjali li huma aħjar, ekwivalenti għal jew għall-inqas tajbin daqs dawk miftiehma ma’ kumpanija diskografika oħra (l-impenn MFN).

Valutazzjoni tal-impenji li tal-25 ta’ Awwissu 2012

(70)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-impenji hija bbażata fuq l-evidenza kollha disponibbli, inklużi r-riżultati tal-eżami tas-suq u informazzjoni dettaljata pprovduta mill-Parti Notifikanti rigward il-kontenut tal-pakkett tar-rimedji, b’mod partikolari dettalji rigward il-kuntratti tal-artisti (obbligi futuri ta' twettiq, it-tul tal-kuntratti, il-perjodu taż-żamma li jifdal fuq katalogi u bidla fil-kontroll/l-assenjazzjoni l-klawżoli). Il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tagħha skont il-kriterji għal rimedji aċċettabbli f’każijiet ta’ amalgamazzjoni inklużi fl-Avviż dwar ir-rimedji aċċettabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (6).

(71)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji finali ppreżentati mill-Parti Notifikanti huma ta’ skala u natura universali b'mod li jnaqqsu s-saħħa fis-suq ta' Universal fuq bażi sostenibbli sabiex l-ebda impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva ma jirriżulta mit-tranżazzjoni proposta. Dan huwa għaliex l-assi inklużi fil-pakkett jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tas-sovrappożizzjoni, huma magħmula minn bilanċ adegwat bejn is-sjieda tal-assi, l-arranġamenti l-kumpilazzjonijiet għad-distribuzzjoni/liċenzjar u huma ta’ kwalità tajba (jiġifieri aktarx ikomplu jiġġeneraw dħul futur). Barra minn hekk, il-fatt li żewġ terzi tal-pakkett se jinbiegħu lil xerrej wieħed li diġà għandu l-esperjenza fl-industrija se jissaħħu l-effetti ta' kontro-bilanċ li jkollha ċ-ċessjoni. L-artisti se jkollhom kompetitur imsaħħaħ fejn imorru u l-kapaċità ta' Universal li takkwista aktar kundizzjonijiet kummerċjali onerużi mill-fornituri tas-servizz diġitali mhux se tiżdied.

(72)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impenji finali tal-25 ta’ Awwissu 2012 jneħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva.

(73)

Kwalunkwe tħassib li jqum mill-marġinalizzazzjoni potenzjali ta’ kompetituri (kemm fl-ispazju fiżiku kif ukoll diġitali) bħala riżultat ta’ tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità tagħhom li “jimmonetizzaw” ir-repertorju tagħhom u jikkuntrattaw u jżommu artisti, li fl-aħħar mill-aħħar jagħmel ħsara lill-konsumaturi f’termini ta’ prezzijiet u għażla, se jiġi indirizzat ukoll bl-impenji.

V.   KONKLUŻJONI

(74)

Għar-raġunijiet imsemmijin hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se xxekkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'xi parti sostanzjali minnu.

(75)

B'konsegwenza ta' dan, il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE, b'konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007 fil- Każ COMP/M.3333 – Sony/BMG; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2008 fil- Każ COMP/M.5272 – Sony/SonyBMG.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2007 fi-Każ COMP/M.3333 – Sony/BMG, Premessa 27.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007 fil-Każ COMP/M.3333 – Sony/BMG.

(5)  ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5.

(6)  ĠU C 267, 22.10.2008, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, fl-ajru uniku Ewropew

(Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru)

2013/C 220/09

Stat Membru/Stati Membri

Referenza

Isem il-blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru

Id-dħul fis-seħħ

Ir-Renju tal-Belġju,

Ir-Repubblika Franċiża,

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi,

Il-Konfederazzjoni Svizzera

Il-Ftehim tal-Istat iffirmat fit-2 ta' Diċembru 2010

FABEC

l-1 ta’ Ġunju 2013


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/10

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Ir-rotta bejn Brive u Pariġi (Orly)

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Mill-5 ta’ Jannar 2014 sal-4 ta’ Jannar 2018

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

L-10 ta’ Ottubru 2013, qabel il-ħamsa ta’ wara nofsinhar, ħin ta’ Pariġi (Franza)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Syndicat mixte pour la création, l’aménagement et la gestion de l’aérodrome Brive-Souillac

À l’attention de M. Joël POUYADE

Mairie de Brive

B.P. 80433

19312 Brive Cedex

FRANCE

Tel. +33 555181644

Faks +33 555181699

Posta elettronika: joel.pouyade@brive.fr


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/24


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/11

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Ir-rotta bejn Annecy u Pariġi (Orly)

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

L-10 ta’ Ottubru 2013, qabel il-ħamsa ta’ wara nofsinhar, ħin ta’ Pariġi (Franza)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Conseil général de la Haute-Savoie

Direction de la commande publique

23 rue de la Paix

74041 Annecy Cedex

FRANCE

Tel. +33 450332134

Faks +33 450332145

Posta elettronika: dcpfour-serv@cg74.fr


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/24


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/12

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Ir-rotta bejn Lorient u Lyon

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

L-10 ta’ Ottubru 2013, qabel nofsinhar, ħin ta’ Pariġi (Franza)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Chambre de commerce et d’industrie du Morbihan

21 quai des Indes

CS30362

56323 Lorient

FRANCE

Tel. +33 297024000

Faks +33 297024093

Posta elettronika: dir.juridique@morbihan.cci.fr


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/25


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/13

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Ir-rotta bejn Lorient u Lyon

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

It-28 ta’ Ġunju 1996

Data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi

L-1 ta’ Jannar 2014

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Digriet tat-12 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Lorient u Lyon

NOR: DEVA1317980A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil:

Direction Générale de l’Aviation Civile (Id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili)

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris Cedex 15

FRANCE

Tel. +33 0158094321

Posta elettronika: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/26


Komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tikkonċerna d-derogi min-Norveġja minn ċerti karatteristiċi stabbiliti fl-Att imsemmi fil-punt 18wb tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ

2013/C 220/14

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u kif imsemmi fil-punt 18w tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE (“Regolament (KE) Nru 452/2008”) (1), japplika għall-produzzjoni tal-istatistika fi tliet setturi speċifiċi. L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 jippermetti, jekk ikun hemm bżonn, derogi limitati u perjodi ta’ tranżizzjoni.

Ir-Regolament (UE) Nru 88/2011 tat-2 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ, kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u kif imsemmi fil-punt 18wb tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE (“Regolament (KE) Nru 88/2011”) (2), jistipula regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 għar-rigward tal-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta' dejta statistika fid-Dominju 1 dwar l-edukazzjoni u s-sistemi ta' taħriġ.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha l-kompetenza li tagħti derogi skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 dwar l-applikazzjonijiet mill-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 452/2008, in-Norveġja applikat għal derogi minn ċerti karatteristiċi mniżżla fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 88/2011.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA approvat id-derogi li ġejjin mill-karatteristiċi stipulati fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 88/2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-EFTA dwar l-istatistika:

 

Tabelli u analiżi

IN-NORVEĠJA

In-numru ta’ gradwazzjonijiet fil-livell ISCED 6 fil-qasam ristrett edukattiv (livell ta’ żewġ ċifri) fix-Xjenza (ISC4) (ringlieli A14-A17, A47-A50 u A80-A83 fil-kolonna 12-13) fit-tabella GRAD5

Numru ta’ studenti fil-livell ISCED 0 bil-kopertura aġġustata għall-istatistika dwar il-persunal tal-edukazzjoni (kolonna 2 u r-ringieli C1-C3) fit-tabella PERS_ENRL2

Numru ta’ studenti fil-livelli kollha ISCED bil-kopertura aġġustata għall-istatistika dwar il-persunal tal-edukazzjoni skont it-tip ta' istituzzjoni (ringieli C1-C3) fit-tabella PERS_ENRL2

Numru ta’ għalliema tal-klassi fil-livell ISCED 0 (il-kolonna 2) fit-Tabella PERS1

Numru ta’ għalliema tal-klassi fil-livell ISCED 0 fuq bażi ta’ full-time, part-time u ekwivalenti full-time f’istituzzjonijiet privati (il-kolonna 2) fit-tabella PERS1

Numru ta’ għalliema tal-klassijiet fil-livell ISCED 3 u skont l-orjentazzjoni tal-programm (kolonna 7-8) fuq bażi ta' full-time, part-time u ekwivalenti full-time fit-tabella PERS1

Numru ta’ għalliema tal-klassijiet fil-livell ISCED 4 (kolonna 11) u bl-orjentazzjoni tal-programm (kolonna 12-13) fuq bażi ta' full-time, part-time u ekwivalenti full-time fit-tabella PERS1

Numru tal-istaff akkademiku fil-livell ISCED 5B (il-kolonna 17) fuq bażi full-time, part-time u l-ekwivalenti tal-full-time fit-tabella PERS1

Numru ta’ għalliema tal-klassi fil-livelli kollha ISCED f'istituzzjonijiet privati (ir-ringieli A50-A53) fit-tabella PERS1

Nefqa ta' unitajiet domestiċi għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 (ir-ringieli H1, H4, H5, H18 u H20)

Nefqa ta' entitajiet privati oħra għal istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 (ir-ringlieli E1, E4, E5, E10, E11, E12 u E20)

Nefqa għal servizzi anċillari fl-istituzzjonijiet pubbliċi fit-tabella FINANCE2 (ringiela X30)


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2008 (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 118 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 79, 18.12.2008, p. 27), e.i.f. 8 ta’ Novembru 2008.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2011 (ĠU L 76, 15.3.2012, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 15.3.2012, p. 52), e.i.f. 3 ta’ Diċembru 2011.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/28


Komunikazzjoni mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar derogi min-Norveġja għal ċertu karatteristiċi stabbiliti fl-Att imsemmija f'punt 18z2 ta' Anness XXI tal-Ftehim taż-ŻEE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol

2013/C 220/15

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-Istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, kif adattat għall-ftehim taż-ŻEE minn Protokoll 1 tiegħu u kif imsemmi f'punt 18z ta' Anness XX1 tal-Ftehim taż-ŻEE (“Regolament (KE) Nru 1338/2008”) (1), japplika għall-produzzjoni ta' statistika f'ħames oqsma partikolari. L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jirreferi għall-miżuri implimentattivi meħtieġa biex tiġi ddeterminata d-dejta u l-metadejta li għandha tingħata dwar inċidenti fuq ix-xogħol koperti b'Anness IV ta' dak ir-Regolament kif ukoll biex jiġu stabbiliti l-perjodi ta' referenza, intervalli u limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni tad-dejta. L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jippermetti, jekk meħtieġ, derogi u perjodi ta' tranżizzjoni.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar dwar l-Istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, kif adattat għall-ftehim taż-ŻEE minn Protokoll 1 tiegħu u kif imsemmi f'punt 18z ta' Anness XX1 tal-Ftehim taż-ŻEE (“Regolament (UE) Nru 349/2011”) (2), jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 rigward statistiċi dwar inċidenti fuq ix-xogħol.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha l-kompetenza li tagħti derogi skont l-Artiklu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 rigward applikazzjonijiet mill-Islanda, l-Liechtenstein u n-Norveġja.

Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, in-Norveġja applikat għal derogi minn ċertu karatteristiċi stabbiliti f'Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 349/2011.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tat id-derogi li jmiss mill-karatteristiċi stabbiliti f'Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 349/2011 sat-30 ta' Ġunju 2016, skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-EFTA dwar l-istatistika:

 

“Jiem mitlufa”,

 

“Status tal-Impjieg tal-Vittma” u

 

“Varjabbli tal-fażi III dwar il-kawżi u ċ-ċirkostanzi”

L-ewwel twassil tat-trasmissjoni tad-dejta tal-varjanti msemmija hawn fuq: 2016 (dejta dwar l-2014).


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 89/2009 (ĠU L 277, 22.10.2009, p. 41 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 56, 22.10.2009, p. 19), e.i.f. 4 ta’ Lulju 2009.

(2)  Id-Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 189/2012 (ĠU L 341, 13.12.2012, p. 43 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 70, 13.12.2012, p. 51), e.i.f. 29 ta’ Settembru 2012.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6903 – RWA/GENOL)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/16

1.

Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RWA Raiffeisen Ware Austria AG (“RWA”, l-Awstrija), ikkontrollata b’mod konġunt minn BayWa Aktiengesellschaft (“BayWa”, il-Ġermanja) u RWA Raiffeisen Ware Austria Handel und Vermögensverwaltung eGen, Vjenna (“RWA Genossenschaft”, l-Awstrija), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ GENOL, Gesellschaft m.b.H & Co KG (“GENOL”, l-Awstrija), permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

RWA: Id-distribuzzjoni tal-prodotti agrikoli (eż. uċuħ tar-raba', żrieragħ taż-żejt, injam), produzzjoni għall-irziezet (żerriegħa, prodotti għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’, fertilizzanti, għalf) u prodotti tal-konsumatur (speċjalment materjali tal-bini u tagħmir għad-dar u l-ġardinaġġ),

BayWa: Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ prodotti agrikoli kif ukoll prodotti għall-konsumatur u l-enerġija (bħal karburanti solidi jew likwidi, żejt għat-tisħin u enerġiji rinnovabbli),

RWA Genossenschaft: Kooperattiva agrikola li mhijiex ikkontrollata minn partijiet terzi u li taġixxi sempliċiment bħala impriża mingħajr attivitajiet operattivi fis-suq,

GENOL: Tqassim ta’ żejt għat-tisħin, karburanti tal-magni u prodotti relatati (bħal lubrikanti) u karburanti oħra (b’mod partikolari, faħam, bil-gerbub tal-injam u l-ħatab).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6903 – RWA/GENOL, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6999 – SPIE/HSS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/17

1.

Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża SPIE SA (“SPIE”, Franza) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Hochtief Service Solutions (“HSS”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal SPIE: il-provvista ta' inġinerija u tisħin elettriku u mekkaniku, servizzi ta' ventilazzjoni u ta' arja kkundizzjonata, sistemi ta' enerġija u komunikazzjoni,

Għal HSS: il-provvista ta' servizzi ta' ġestjoni ta' faċilitajiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6999 – SPIE/HSS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6971 – Warburg Pincus/General Atlantic/Santander/Santander Asset Management)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 220/18

1.

Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Warburg Pincus & Co (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti), General Atlantic Company LLC (“General Atlantic”, l-Istati Uniti) u Banco Santander (“Santander”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Santander Asset Management (“SAM”, Jersey) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Warburg Pincus: ekwità privata,

General Atlantic: ekwità privata,

Santander: il-provvista ta’ servizzi bankarji għall-pubbliku, ġestjoni tal-assi, servizzi bankarji korporattivi u għall-investiment, it-teżorerija u l-assigurazzjoni,

SAM: ġestjoni tal-assi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6971 – Warburg Pincus/General Atlantic/Santander/Santander Asset Management, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).