ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.219.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 219

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
31 ta' Lulju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 219/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6963 – Archer Daniels Midland Company/GrainCorp) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 219/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 219/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2013/C 219/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013 li tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar Mard Rari u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/872/KE

4

2013/C 219/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

8

2013/C 219/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

9

2013/C 219/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 219/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6997 – TowerBrook Capital/Metallum) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 219/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6963 – Archer Daniels Midland Company/GrainCorp)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 219/01

Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6963. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

2013/C 219/02

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fil-listi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru f'dawk l-Annessi għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti f'dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill u f'dak ir-Regolament tal-Kunsill. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tiegħek għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li tiġi ppreżentata talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Kwalunkwe talba ta' dan it-tip għandha tintbagħat lill-indirizz li ġej:

Council of the European Union

DG C — Unit 1C (Horizontal Issues)

General Secretariat

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 204, 31.7.2013, p. 52.

(2)  ĠU L 204, 31.7.2013, p. 23.


Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Lulju 2013

2013/C 219/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3284

JPY

Yen Ġappuniż

129,99

DKK

Krona Daniża

7,4549

GBP

Lira Sterlina

0,86735

SEK

Krona Żvediża

8,6818

CHF

Frank Żvizzeru

1,2335

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8720

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,856

HUF

Forint Ungeriż

299,10

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7027

PLN

Zloty Pollakk

4,2252

RON

Leu Rumen

4,3888

TRY

Lira Turka

2,5570

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4618

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3629

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3023

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6606

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6872

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 481,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,1126

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1451

HRK

Kuna Kroata

7,5045

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 647,83

MYR

Ringgit Malażjan

4,2848

PHP

Peso Filippin

57,586

RUB

Rouble Russu

43,7430

THB

Baht Tajlandiż

41,539

BRL

Real Brażiljan

3,0219

MXN

Peso Messikan

16,9524

INR

Rupi Indjan

80,3480


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Lulju 2013

li tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar Mard Rari u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/872/KE

2013/C 219/04

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 168(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma meħtieġa, b’kuntatt mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-politiki u l-programmi tagħhom fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista', b'kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja sabiex tinkoraġġixxi dan il-koordinament, b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju tal-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perjodiċi.

(2)

Il-White Paper tal-Kummissjoni “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (1) adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Ottubru 2007, li tiżviluppa l-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa, identifikat il-mard rari bħala prijorità għall-azzjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (2) filwaqt li ttenni li s-servizzi tas-saħħa huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, tenfasizza li l-kooperazzjoni fil-livell Komunitarju tista' tkun ta' benefiċċju kemm għall-pazjenti u kemm għas-sistemi tas-saħħa. Skont l-Artikolu 7(2) kif ukoll l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni, l-azzjonijiet fil-qasam tal-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa għandhom jiġu implimentati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u proċessi ta’ parteċipazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea adottat fil-11 ta' Novembru 2008, il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Mard Rari: L-isfidi Ewropej” (3) u fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar Azzjoni fil-qasam tal-Mard Rari (4). Il-Punt 7 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv tal-Unjoni Ewropea dwar Mard Rari.

(5)

Għalhekk, fit-30 ta' Novembru 2009, permezz tad-Deċiżjoni 2009/872/KE, il-Kummissjoni waqqfet il-Kumitat tal-Unjoni Ewropea ta' Esperti dwar il-Mard Rari (5). Il-mandat tal-membri tal-Kumitat jiskadi fis-26 ta' Lulju 2013.

(6)

Il-Komunikazzjoni tal-10 ta' Novembru 2010, mill-President lill-Kummissjoni, bl-isem “Qafas għall-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni: Regoli orizzontali u Reġistru Pubbliku” (6) (Framework for Commission Expert Groups: Horizontal rules and Public Register – minn hawn ’il quddiem, il-“qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni”) tistabbilixxi sett rivedut ta’ regoli għal kull grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni. Il-qafas il-ġdid għandu l-għan li jissimplifika u jiċċara d-dispożizzjonijiet introdotti mill-qafas preċedenti dwar il-gruppi ta’ esperti fl-2005, iżid it-trasparenza u jtejjeb il-koordinazzjoni, filwaqt li jnaqqas il-piż amministrattiv għas-servizzi.

(7)

Fid-dawl tax-xogħol siewi li sar mill-Kumitat ta’ Esperti dwar Mard Rari mill-2009 ’l hawn, u meta jitqies il-qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni, jidher li hemm bżonn kontinwu ta’ grupp ta’ esperti f’dan il-qasam. Il-kompiti u l-istruttura ta’ grupp ta’ esperti dwar mard rari għandhom ikunu ddefiniti b’konformità mar-regoli orizzontali stipulati fil-qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.

(8)

Il-grupp ta’ esperti dwar mard rari għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdi pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-mard rari u jrawwem skambji tal-esperjenzi, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti.

(9)

Dan il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-mard rari, rappreżentanti ta’ produtturi ta’ prodotti jew servizzi rilevanti għal pazjenti milquta minn mard rari u rappreżentanti minn assoċjazzjonijiet ta’ professjonisti tas-saħħa Ewropej u soċjetajiet mediċi u esperti individwali sabiex jippermettu rappreżentanza wiesgħa ta’ partijiet interessati u esperti fil-qasam tal-mard rari.

(10)

Il-grupp ta’ esperti dwar mard rari m'għandux jaġixxi bħala kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7).

(11)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (8).

(12)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/872/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Kumitat tal-Unjoni Ewropea ta' Esperti dwar Mard Rari għandha titħassar.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-istabbiliment tal-grupp ta’ esperti

Il-grupp ta’ esperti dwar Mard Rari, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-grupp ta' esperti”, huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Il-kompiti tal-grupp ta’ esperti

1.   Fuq talba tal-Kummissjoni jew tas-Servizzi tal-Kummissjoni, il-grupp ta’ esperti għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tal-mard rari:

(a)

jgħin lill-Kummissjoni fit-tfassil ta’ strumenti legali u dokumenti ta’ politika, inklużi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet;

(b)

jagħti pariri lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-Unjoni u jissuġġerixxi titjib għall-miżuri meħuda;

(c)

jagħti pariri lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali;

(d)

jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali;

(e)

jipprovdi ħarsa ġenerali dwar il-politiki tal-Unjoni u nazzjonali;

(f)

irawwem l-iskambji tal-esperjenzi, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti.

2.   Sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, il-grupp ta’ esperti jista’, b’mod partikolari fuq talba tal-Kummissjoni jew tas-servizzi tal-Kummissjoni, iressaq opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti.

3.   Il-kompiti tal-grupp ta' esperti ma għandhomx jinkludu kwistjonijiet koperti bir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru, 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (9) u kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompiti tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni (Committee of Orphan Medicinal Products - COMP), stabbilit bl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament, u lanqas kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompiti tal-Kumitat Farmaċewtiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 75/320/KEE (10).

Artikolu 3

Il-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp ta' esperti dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma' mard rari.

Artikolu 4

Il-ħatra tal-Membri

1.   Il-grupp ta' esperti għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:

(a)

Awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b)

Organizzazzjonijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-mard rari;

(c)

Assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ produtturi ta’ prodotti jew fornituri ta’ servizzi rilevanti għal pazjenti milquta minn mard rari;

(d)

Assoċjazzjonijiet professjonali Ewropej jew soċjetajiet xjentifiċi li jaġixxu fil-qasam tal-mard rari;

(e)

Individwi maħtura f’kapaċità personali bħala esperti li jkollhom għarfien espert fis-saħħa pubblika jew xjentifiku fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-mard rari;

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu wkoll ikunu membri tal-grupp, fuq talba tal-Istati tal-EFTA kkonċernati.

3.   Il-membri għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.

4.   Il-membri msemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu aktar minn erbgħa għal kull punt u jinħatru minn lista ta’ kandidati eliġibbli stabbiliti wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Is-sejħa għal espressjonijiet ta' interess għandha tispeċifika l-kwalifiki u l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed isir membru tal-grupp ta' esperti.

5.   Il-membri msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom. Il-membri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

6.   Il-membri msemmija fil-paragrafu 1 (a) sa (d) u l-paragrafu 2 għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti u s-sostituti li jibdluhom meta jkunu assenti jew indisposti. Il-membri sostituti għandhom jinħatru b’konformità mal-istess kundizzjonijiet bħar-rappreżentanti. Il-membri sostituti għandhom jibdlu b'mod awtomatiku kwalunkwe membru li jkun assenti jew li jkun indispost.

7.   Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi jista’ jirrifjuta rappreżentant jew membru sostitut propost minn organizzazzjoni jekk ma jkunx jissodisfa l-profil mitlub fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess imsemmi fil-paragrafu 4. F’dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni kkonċernata tintalab taħtar rappreżentant jew membru sostitut ieħor.

8.   Il-mandat tal-membri tal-grupp ta’ esperti għandu jkun ta’ tliet snin u jista’ jiġġedded wara li jkunu wieġbu għal sejħa oħra għal espressjonijiet ta’ interess.

9.   Il-mandat ta’ membru għandu jintemm qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ tliet snin f'każ ta' riżenja.

10.   Il-membri msemmija fil-paragrafu 1 (b) sa (e), jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jiġu esklużi jew sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

nuqqas ta' kapaċità permanenti li jattendu laqgħat,

(b)

nuqqas ta' kapaċità li jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp,

(c)

nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

(d)

nuqqas sussegwenti ta' konformità mal-kwalifiki u l-kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa għall-espressjoni ta’ interess kif imsemmija fil-paragrafu 4.

11.   Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi jista’ jitlob li Membru msemmi fil-paragrafu 1(b) sa (d) jaħtar rappreżentant jew sostitut ieħor fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 10.

12.   Il-membri li l-mandat tagħhom jintemm qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet snin skont il-paragrafi 8 u 9, jistgħu jkunu sostitwiti għall-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.

13.   L-ismijiet tal-membri u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”) (11). L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu ppubblikati fir-Reġistru.

14.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

L-operat

1.   Il-grupp ta’ esperti għandu jitmexxa mid-Direttur responsabbli mill-politika dwar mard rari tal-Kummissjoni. Id-Direttur jista’ jiddelega Presidenza lil uffiċjal ieħor tal-Kummissjoni.

2.   Bi qbil mal-Kummissjoni, il-grupp ta' esperti jista' jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-grupp. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti minn barra l-grupp ta' esperti li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jagħti status ta' osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet, kif inhu ddefinit fir-Regola 8(3) tal-Qafas għall-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni, u pajjiżi kandidati.

4.   Il-membri tal-gruppi ta' esperti u r-rappreżentanti u s-sostituti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, kif stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (12). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

5.   Il-laqgħat tal-grupp ta' esperti u s-sottogruppi għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. L-aġenda u l-minuti tal-laqgħat tal-grupp ta’ esperti għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp ta’ esperti u tas-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp ta' esperti għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fuq il-bażi tar-regoli standard tal-proċedura tal-Kummissjoni għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli d-dokumenti rilevanti kollha (bħall-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti), dwar l-attivitajiet imwettqa mill-grupp ta' esperti billi tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta' ħolqa mir-Reġistru għal sit elettroniku ddedikat, fejn jista' jinsab it-tagħrif. Dokument m'għandux jiġi ppubblikat jekk l-iżvelar tiegħu jkun jostakola l-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (13).

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti ma jitħallsux għas-servizzi li jagħtu.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jġarrbu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ta' esperti għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

It-tħassir

Id-Deċiżjoni 2009/872/KE titħassar.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-27 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007) 630 finali, 23.10.2007.

(2)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(3)  COM(2008) 679 finali, 11.11.2008.

(4)  ĠU C 151, 3.7.2009, p. 7

(5)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 18.

(6)  C(2010) 7649 finali.

(7)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1.

(9)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(10)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 23.

(11)  Membri li ma jixtiqux ikollhom isimhom żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. It-talba li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tippreġudika b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).

(13)  Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsubin sabiex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċeduri fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/8


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 219/05

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinni l-ġodda kollha ta' fuq il-muniti tal-euro bil-għan li tinforma lill-partijiet kollha li jkollhom jaħdmu bil-muniti waqt xogħolhom kif ukoll lill-pubbliku ġenerali (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill li ġew adottati fl-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jistipula li l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv tassew simboliku fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 anniversarju mill-ħolqien tal-Institut Royal Météorologique

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita turi fin-nofs tagħha n-numru 100 fejn l-ewwel żero jħaddan ġo fih l-abbrevjazzjonijiet “KMI” u “IRM” u, it-tieni żero jirrappreżenta xemx.

Fuq in-naħa tax-xellug tax-xemx hemm isobari, qtar tax-xita u frak tal-borra. Ġor-raġġi tal-parti ta' fuq tax-xemx hemm indikata s-sena 2013 u fir-raġġi tal-parti t'isfel insibu l-indikazzjoni tan-nazzjonalità “BE”. Taħt il-1 tan-numru 100 nsibu l-marka tas-suprintendent taz-zekka u l-marka taz-zekka ta' Brussell u ras l-arkanġlu Mikiel imlibbsa elmu.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 2 miljun munita

Id-data tal-ħruġ: Settembru 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/9


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 219/06

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: l-Innu Nazzjonali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq in-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa tagħha, il-munita turi xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug, u fuq in-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa n-notazzjoni mużikali kif ukoll it-test tal-innu nazzjonali. It-test “Ons Heemecht” jidher fil-parti ta' fuq tan-naħa ta’ ġewwa u isem il-pajjiż tal-ħruġ “LËTZEBUERG” kif ukoll is-sena “2013”, bil-marka taz-zekka fil-ġenb u l-inizjali tas-suprintendent taz-zekka fil-parti t’isfel tan-naħa ta’ ġewwa tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 1,4 miljun

Id-data tal-ħruġ: Settembru 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/10


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2013/C 219/07

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: il-250 sena anniversarju minn mindu nbena it-“Torre dos Clérigos”

Deskrizzjoni tad-disinn: It-torri huwa muri kif jistgħu jarawh in-nies fit-triq meta jkunu viċin tiegħu, maġenb il-veduta tipika ta' Oporto kif tidher min-naħa tan-Nofsinhar tax-xmara Douro. Fuq nett, f’nofs ċirku, l-iskrizzjoni “250 ANOS TORRE DOS CLÉRIGOS — 2013”. Fuq in-naħa t’isfel fuq il-lemin, l-arma Portugiża u taħtha l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “PORTUGAL”. Fuq ix-xellug, il-marka taz-zekka u isem l-artist “INCM — HUGO MACIEL”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu:

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6997 – TowerBrook Capital/Metallum)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 219/08

1.

Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċevieet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 39/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TowerBrook Investors III LP (il-Gżejjer Kajman), ikkontrollata minn TowerBrook Capital Partners LP (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ser takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża ta’ Metallum Holding SA (“Metallum”, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TowerBrook hija ditta privata tal-investimenti tal-ekwità li ssegwi investimenti f’kumpaniji kbar u medji tas-suq fl-Ewropa u l-Amerika ta’ fuq,

Metallum primarjament tirriċikla, tipproċessa u u tbiegħ metalli mhux tal-ħadid u tirfina l-fdalijiet tar-ram biex tipproduċi ramm raffinat u prodotti sekondarji tal-proċess tar-raffinar tar-ram.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6997 – TowerBrook Capital/Metallum, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 219/09

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“LIQUIRIZIA DI CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0105-01090-07.02.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika:

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (li għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

Żona ġeografika:

L-emenda se ddaħħal fl-ispeċifikazzjoni l-muniċipalità ta' Castrovillari li tinsab fil-provinċja ta' Cosenza, li qabel kienet tħalliet barra minħabba żball li seħħ meta tfasslet l-ispeċifikazzjoni. Fil-muniċipalità ta' Castrovillari bħall-muniċipalitajiet l-oħra indikati mill-ispeċifikazzjoni, jeżistu l-kondizzjonijiet ambjentali u storiċi neċessarji għall-produzzjoni tad-DPO “Liquirizia di Calabria”. Il-muniċipalità ta' Castrovillari tinsab parzjalment fil-pjanura ta' Sibari u tmiss mal-muniċipalitajiet ta' Altomonte, San Lorenzo del Vallo, Spezzano Albanese, Cassano Ionio u Civita li diġà qegħdin inklużi fl-ispeċifikazzjoni. Barra minn hekk, fid-distrett ta' Castrovillari l-preżenza tal-istabbilimenti li jipproduċu l-“Liquirizia di Calabria” ilha ddokumentata mill-1842.

Ġew kkoreġuti xi żbalji dwar l-ismijiet ta' ċerti muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona ta' produzzjoni “Liquirizia di Calabria”.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel  (3)

“LIQUIRIZIA DI CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0105-01090-07.02.2013

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Liquirizia di Calabria”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.8.

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

Klassi 2.4.

Ħobż, prodotti tal-għaġina, ħelu, gallettini u xogħol ieħor tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Id-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Liquirizia di Calabria” hi rriżervata biss għal-likorizja friska jew mnixxfa u għall-estratt tagħha. Tali likorizja trid tiġi mill-pjanti Glycyrrhiza glabra (Fam. Leguminose) kultivati jew slavaġ, speċjalment mill-varjetà tipika magħrufa fil-Calabria bħala “Cordara”.

Meta tinħareġ għall-konsum, il-“Liquirizia di Calabria” DPO tippreżenta l-karatteristiċi li ġejjin:

 

Għerq frisk

Kulur isfar lewn it-tiben

Togħma ħelwa, aromatika, qawwija u persistenti

Indewwa bejn 48 u 52 %.

Aċidu gliċirriziku bejn 0.60 u 1,40 %;

 

Għerq imnixxef

Kulur minn isfar lewn it-tiben għall-isfar ċar fil-kannella

Togħma ħelwa, ta' frott u kemxejn qawwija

Indewwa bejn 6 u 12 %.

Aċidu gliċirriziku bejn 1,2 u 2,4 %

 

Estratt tal-għerq:

Kulur minn kannella skur għall-iswed

Togħma ħelwa-qarsa, aromatika, qawwija u persistenti

Indewwa bejn 9 u 15%.

Aċidu gliċirriziku bejn 3 u 6 %.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

Il-fażijiet kollha ta' produzzjoni, mill-kultivazzjoni sal-ħsad, u l-attivitajiet ta' tnixxif u ta' pproċessar iridu jsiru fiż-żona identifikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Liquirizia di Calabria” DPO tinbiegħ f'pakketti tal-kartun, tal-ħġieġ, tal-metall, taċ-ċeramika, tal-polipropilene u tal-polietilene u fil-materjali kollha aċċettati mil-liġijiet fis-seħħ dwar l-ippakkjar ta' prodotti tal-ikel. Il-pakketti jista' jkollhom piż li jvarja bejn 5g u 25 kg. Madankollu kull pakkett irid ikun issiġillat b'mod li meta jinfetaħ jinkiser is-siġill.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq it-tikketta, għandu jiġi indikat, il-logo tad-denominazzjoni, in-numru tas-serje maħruġ mill-entità ta' kontroll, u d-data tal-ippakkjar tal-prodott f'kull wieħed mill-kontenituri. Il-logo tad-denominazzjoni “Liquirizia di Calabria” DPO jirrappreżenta b'mod stilizzat, kaxxa b'forma ta' djamant bi ġnub indaqs u b'angoli ta' 90 grad. Id-daqs minimu għall-istampar ta' ġewwa l-logo hu ta' 0,5 ċm kemm fit-tul u kemm fil-wisgħa'. Il-logo tad-denominazzjoni jista' jiġi stampat f'kull kulur.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta' produzzjoni tal-“Liquirizia di Calabria” tiġbor fiha t-territorji muniċipali mniżżla b'mod iddettaljat fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fejn tiġi rreġistrata l-preżenza salvaġġa jew ikkultivata tal-pjanta Glycyrrhiza Glabra“varjetà typika” tal-Calabria msejħa “Cordara” sa altitudni ta' 650 m mil-livell tal-baħar. Din iż-żona tmiss fit-Tramuntana mal-grupp ta' qċaċet tal-muntanji ta' Pollino, li tinżel bil-mod il-mod lejn il-Grigal ta' Rocca Imperiale, u b'hekk issib ruħha mifruda mir-reġjun tal-Basilicata. Iż-żona tinkludi t-territorji tal-wied ta' Crati fuq iż-żewġ naħat tax-xmara li tgħaddi min-Nofsinhar għat-Tramuntana u tiżbokka fil-Grigal fil-Baħar Jonju, u li taqsam ukoll il-pjanura ta' Sibari. Fuq in-naħa tal-Baħar Tirren, iż-żoni kkonċernati, huma dawk inklużi mit-Tramuntana għan-Nofsinhar bejn it-territorju ta' Falconara Albanese u dak ta' Nicotera. Fuq in-naħa tal-Baħar Jonju, huma inklużi ż-żoni li mit-Tramuntana jiltaqgħu mal-Pjanura ta' Sibari, il-pjanura vasta ta' Crotone, fit-tarf nett tal-Calabria.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona storika ta' produzzjoni tal-likorizja kienet iż-żona kostali tal-Calabria u b'mod partikolari, iż-żona prinċipali li qiegħda bejn il-muniċipalitajiet ta' Villapiana, Cerchiara di Calabria, Cassano Ionio-Sibari, Corigliano Calabro u Rossano li qegħdin fil-pjanura ta' Sibari, minħabba l-predispożizzjoni naturali tal-ħamrija tal-pjanura, magħmula minn elementi silikużi, mimlija żrar u b' ph newtrali. Anke mil-lat klimatiku, il-pjanura ta' Sibari, fejn sal-lum għad hemm l-akbar produzzjoni ta' likorizja, għandha kundizzjonijiet favorevoli għad-diffużjoni ta' din il-pjanta, minħabba l-viċinanza tal-muntanji u n-nuqqas ta' rjieħ, peress li l-Pollino u s-Sila tal-madwar iservu ta' barriera naturali. Il-pjanti tal-likorizja jikbru kemm b'mod salvaġġ kif ukoll jiġu kkultivati mal-kosta u huma mifruxa fuq il-pjanuri tal-kosta tal-Baħar Tirren (Lamezia Terme, Falerna, Nocera Tirenese ...) u tal-Baħar Jonju (Crotone, Isola Capo Rizzuto, Chiaravalle, Badolato, Roccella Ionica ...) saż-żoni interni tal-għoljiet, jibqgħu sejrin matul il-widien tax-xmajjar prinċipali tal-Calabria sal-muntanji ta' ġewwa li minħabba l-konformazzjoni partikolari tagħhom igawdu benefiċċji mill-influwenza tal-baħar. Għalhekk, anke bosta kilometri 'l bogħod mill-kosta, il-likorizja għandha l-istess karatteristiċi. Il-klima, bla ebda dubju mediterranja, bi sjuf twal, sħan u xotti u xtiewi mhux ħorox, tiddetermina d-diffużjoni uniformi tal-Glychyrrhiza glabra“varjetà typika” (imsejħa Cordara) fiż-żona kollha kkunsidrata.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Liquirizia di Calabria” DPO, bla dubju tiddistingwi ruħha minn varjetajiet simili mil-lat kimiku-fiżiku, minħabba l-preżenza ta' metaboliti sekondarji fosthom is-sustanza attiva li tiddefinixxi l-karatteristiċi kummerċjali u farmaċewtiċi. Aċidu gliċirriziku. Dan hu saponin preżenti fil-likorizja ta' Calabria li għandha perċentwali medja inqas fir-rigward tal-prestazzjoni tal-istess speċi u varjetà u li proprju minħabba din ir-raġuni hija mfittxa ħafna fis-suq. Kif intqal, ir-riżultati ta' studji riċenti enfasizzaw aħjar id-differenza bejn il-“liquirizia di Calabria” u dawk li ġejjin minn reġjuni oħra li huma viċin fil-kontenut ta' aċidu gliċirriziku, li huma nettament inferjuri bħala kontenut fl-għeruq għal dawk li ġejjin minn reġjuni oħra, iżda anke minħabba l-kontenut baxx ta' zokkrijiet.

Studju ieħor li sar fuq il-frazzjoni volatili enfasizza d-differenza kbira bejn l-għamla tal-“liquirizia di Calabria” meta mqabbla ma' oħrajn ta' oriġini kemm Taljana kif ukoll ta' oriġini barranija. Fl-aħħar, it-tqabbil bejn l-estratti tal-likorizja li ġejjin minn pajjiżi oħra, wera li l-“liquirizia di Calabria” għandha kompożizzjoni kwalitattiva u kwantittativa differenti f'dawk li huma komposti fenoliċi.

B'mod partikolari tidher biċ-ċar il-preżenza ta' frazzjoni żgħira ta' liquiritigenina, isoliquiritigenina filwaqt li proporzjonijiet sinifikanti huma rappreżentati mil-Licochalcone A li jidher nieqes f'kampjuni oħra u preżenti flimkien mal-Licochalcone B f'oħrajn.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-Calabria hi reġjun li, minħabba l-konformazzjoni u t-terren tagħha, tippreżenta karatteristiċi totalment uniċi fir-rigward tar-reġjuni l-oħra Taljani.

Bħala t-tarf estrem tal-peniżola Taljana, il-Calabria hi minnha stess ikkunsidrata peniżola twila u dejqa mdawra bil-baħar għal madwar 800 km li, għalkemm minn ċertu aspetti tista' tiġi mqabbla mal-Puglia, f'oħrajn turi li hi totalment differenti minnha. Fil-fatt, il-Calabria hi maqsuma b'mod lonġitudinali f'żewġ partijiet mill-katina ta' muntanji Apenninni, element li hu assolutament uniku fil-panorama tar-reġjuni Taljani.

Il-konformazzjoni u t-terren jiddeterminaw fil-Calabria kundizzjonijiet bijoloġiċi, pedoloġiċi u klimatiċi li huma assolutament uniċi u speċifiċi fir-rigward tal-bqija tal-peniżola f'termini ta' temperaturi medji, varjazzjoni ta' temperaturi, umdità, ammont ta' xita, preċipitazzjoni, riħ, eljofanija u radjazzjoni tax-xemx u għaldaqstant anki t-temperatura tal-ħamrija. Dawn l-elementi jidhru sew minn għadd kbir ta' studji xjentifiċi. L-ambjent naturali partikolari, matul is-sekli, għamel pressjoni qawwija fuq l-ispeċi biex tadatta ruħha filwaqt li affettwa l-iżvilupp tagħha f'termini ta' karatteristiċi li jiffurmawha, u anki dawk nutrizzjonali u aromatiċi. Dan wassal għal kemo-tip speċifiku: il-“liquirizia di Calabria”.

Din it-tipoloġija partikolari ta' likorizja hi distintiva tar-reġjun tal-Calabria. Fil-fatt, din kienet diġà magħrufa sew fis-seklu Sbatax, kif jidher f'għadd kbir ta' dokumenti fosthom il-famuż “Trattato di terapeutica e farmacologia” Volum I (1903) fejn jiġi ddikjarat li “... L-ispeċi li minnħa toriġina hi l-Glycyrrhiza Glabra (Legumi Papillonacee), li ġejja mil-Lbiċ tal-Ewropa. Xi drabi, l-għerq mediċinali hu magħruf bl-isem ta' “Liquirizia di Calabria”, biex tintgħaraf mil-likorizja tar-Russja, aktar ċara, li ssir mill-Glycyrrhiza Glandulifera jew mill-Echinata li tinsab fil-Lbiċ tal-Ewropa.”.

Barra min hekk, il-famuża Enċiklopedija Brittanika, fl-“erbatax-il edizzjoni” tagħha (1928) tistqarr: “... Il-preparazzjoni tal-meraq hi industrija estiża ħafna matul il-kosta Mediterranja: iżda l-kwalità l-aktar apprezzata fir-Renju Unit hi Magħmula fil-Calabria ...”.

L-opinjoni espressa mill-Enċiklopedija Brittanika hi kkonfermata f'rapport tad-Dipartiment Statali tal-Istati Uniti “The licorice plant” (1985).

Il-“Liquirizia di Calabria” hija “prodott” kumpless riżultat tal-interazzjoni tan-natura u l-ħidma tal-bniedem, li tnisslet tul is-sekli u saret parti dinjituża mit-tradizzjoni tar-reġjun tal-Calabria hekk kif jidher fil-Pittura ta' Saint-Non li tmur lura għall-1700, fi “Stato delle persone in Calabria. I concari.” ta' Vincenzo Padula li tmur lura għall-1864, fid-dokument SVIMEZ “Piante officinali in Calabria: presupposti e prospettive”(1951), f' “Pece e liquirizia nei casali cosentini del Settecento: forma d'industrie e forze di lavoro” ta' Augusto Placanica tal-1980, f' “I ‘Conci’ e la produzione del succo di liquerizia in Calabria” ta' Gennaro Matacena miktub fl-1986, f' “La dolce industria. Conci e liquirizia in provincia di Cosenza dal XVIII al XX secolo” ta' Vittorio Marzi u oħrajn tal-1991, u f'ħafna aktar testi ppubblikati bejn l-1700 u l-2000.

Fil-Calabria tat-tieni parti tas-seklu tmintax, il-kultivazzjoni tal-likorizja kienet estiża tul il-kosta Ionika kollha, l-aktar fil-fruntiera tat-Tramuntana mal-Lucania u l-pjanura vasta ta' Sibari, fejn kienet tikber bil-bosta sa Crotone u Reggio Calabria. Iżda kienet abbundanti wkoll fil-wied ta' Crati li minn Cosenza jasal fil-pjanura ta' Sibari, kif ukoll f'medda wiesgħa taż-żona kostali Tirrenika.

Referenza għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal emenda tad-DPO “Liquirizia di Calabria” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 294 tat-18 ta’ Diċembru 2012.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa tal-lemin tal-iskrin), u fl-aħħar jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.