ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.218.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 218

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
30 ta' Lulju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

Il-101 sessjoni plenarja tat-30 ta’ Mejju 2013

2013/C 218/01

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ

1

2013/C 218/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Setturi Kulturali u Kreattivi għal Tkabbir u Impjiegi

7

2013/C 218/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Eliminazzjoni tad-Distakk fl-Innovazzjoni

12

2013/C 218/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Idoneità Regolatorja tal-UE (REFIT)

22

2013/C 218/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib — it-tieni rapport ta’ impatt tajjeb soft landing 

27

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-101 sessjoni plenarja tat-30 ta’ Mejju 2013

2013/C 218/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati

33

2013/C 218/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istima tal-impatt fuq l-ambjent (EIA)

42

2013/C 218/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Is-seba’ Programm ta' Azzjoni Ambjentali

53

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-101 sessjoni plenarja tat-30 ta’ Mejju 2013

30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-“Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ”

2013/C 218/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ b’sodisfazzjon il-“Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ” bħala tentattiv biex jiġu proposti sensiela ta’ miżuri konkreti sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiffaċċjaw il-livelli mhux aċċettabbli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ u l-esklużjoni soċjali li dan joħloq;

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-qgħad kif ukoll sabiex jagħtu opportunitajiet liż-żgħażagħ u appoġġ fl-iskambju tal-aħjar prattiki;

jenfasizza wkoll l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażgħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-istrateġiji;

minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, il-Kumitat jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jaqbel li jantiċipa l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ sa mill-2013;

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffinalizza l-Qafas Ewropew ta’ Kwalità dwar l-Iskemi ta’ Taħriġ, l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati u l-proposta tar-Regolament EURES il-ġdid;

jappella lill-Kummissjoni biex issaħħaħ u tintegra l-azzjonijiet tal-Istati Membri fis-settur tal-politika tat-taħriġ vokazzjonali, billi tipproponi, f’forma ta’ rakkomandazzjoni, standards minimi ta’ kwalità fir-rigward tal-apprendistati fil-livell Ewropew sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent tal-ħiliet akkwistati fl-Ewropa kollha.

Relatur

Is-Sur ROSSI (IT/PSE), President tar-Reġjun ta’ Toscana

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Inressqu ż-Żgħażagħ lejn l-Impjiegi”

COM(2012) 727 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Għall-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Kwalità dwar l-Iskemi ta’ Taħriġ: Konsultazzjoni tat-tieni stadju tal-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew skont l-Artikolu 154 TFUE”

COM(2012) 728 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kuntest ġenerali

1.

japprezza l-isforzi li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea biex tħeġġeġ il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, peress li din hija mingħajr dubju waħda mill-aktar problemi serji li qed tiffaċċja l-UE u li teħtieġ b’mod urġenti impenn politiku koordinat u sistematiku (1) kif ukoll fondi adegwati;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-“Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ” (2) bħala tentattiv biex jiġu proposti sensiela ta’ miżuri konkreti sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiffaċċjaw il-livelli mhux aċċettabbli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ u l-esklużjoni soċjali li dan joħloq;

3.

iqis bħala pożittiv l-approċċ doppju (rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri u koordinazzjoni, inizjattivi u miżuri fil-livell Ewropew), kif ġie propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni “Inressqu ż-Żgħażagħ lejn l-Impjiegi”. Fl-istess waqt jenfasizza l-bżonn ta’ azzjonijiet adatti u proporzjonati u miżuri fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, fir-rispett sħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

4.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-qgħad kif ukoll sabiex jagħtu opportunitajiet liż-żgħażagħ u appoġġ fl-iskambju tal-aħjar prattiki, u jenfasizza wkoll l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażgħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-kollaborazzjoni fi strateġiji li jridu jitwettqu;

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 li jalloka EUR 6 biljun għall-Inizjattva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, miftuħa għar-reġjuni kollha (NUTS 2) fejn il-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jisboq il-25 %. Iżda jaħseb li minkejja li dan huwa sinjal inkoraġġanti, ir-riżorsi previsti għadhom mhux biżżejjed biex tiġi indirizzata sew il-problema;

6.

minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, il-Kumitat jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jaqbel li jantiċipa l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ sa mill-2013;

7.

jaħseb li parti sostanzjali mir-riżorsi ddedikati għall-inizjattiva tal-Impjieg taż-Żgħażagħ trid tingħata lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex ikollhom possibbiltà akbar li jwettqu inizjattivi favur l-impjieg taż-żgħażagħ b’mod li jkun l-iżjed adatt għall-kundizzjonijiet lokali;

8.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffinalizza l-Qafas Ewropew ta’ Kwalità dwar l-Iskemi ta’ Taħriġ, l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati u l-proposta tar-Regolament EURES il-ġdid;

9.

jenfasizza l-importanza ta’ approċċ orizzontali, konċertat u sostenibbli fil-proċess ta’ implimentazzjoni sabiex tiġi żgurata sinerġija bejn l-inizjattivi strateġiċi kollha – Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi (3), Żgħażagħ Attivi (4), Unjoni tal-Innovazzjoni, Aġenda Diġitali għall-Ewropa – u bejn dawn u l-politika ta’ koeżjoni 2014-2020;

10.

jappoġġja bil-qawwa l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-istrumenti tagħha, u jappoġġja l-impenn li jintlaħqu l-objettivi fil-qasam tal-impjieg, inkluż it-tnaqqis tar-rata ta’ abbandun bikri mill-iskola, u jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-proċess ta’ tkabbir u innovazzjoni definit minnha stess, filwaqt li tiġi promossa kollaborazzjoni ikbar bejn id-diversi livelli ta’ gvern. F’dan il-kuntest, jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-ħtieġa li l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma jiġu implimentati permezz tal-kollaborazzjoni bejn id-diversi livelli ta’ gvern;

11.

jenfasizza l-importanza li tiġi ffaċċjata b’impenn sod il-problema dejjem tikber fl-Ewropa taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ u li jiġu valutati l-ispejjeż tagħhom fuq medda qasira u anke twila ta’ żmien fid-dawl tal-impatt soċjali u ekonomiku tagħhom, kif ukoll il-konsegwenzi u r-riskji (soċjali u demokratiċi) marbuta man-nuqqas ta’ emanċipazzjoni tagħhom. Jaħseb ukoll li l-fenomenu tan-nuqqas ta’ integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol jiddependi fuq fatturi bħall-livell ta’ effikaċja tas-servizzi ta’ impjieg, ir-relazzjoni bejn id-dinja tat-tagħlim u dik tax-xogħol, u l-preżenza qawwija jew dgħajfa tal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u tat-tielet settur f’dan il-kuntest. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-aħjar riżultati jinkisbu meta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-servizzi tal-impjieg, il-korpi li jagħtu l-pariri u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jikkooperaw bejniethom;

12.

jinnota li l-aqwa riżultati f’termini ta’ impjieg fost iż-żgħażagħ huma reġistrati fil-pajjiżi fejn iż-żgħażagħ għandhom il-possibbilità li jibdew skemi ta’ taħriġ ta’ kwalità u għandhom aċċess għal sistemi ta’ apprendistat sodi (5) li jkunu parti integrali minn sistema ta’ taħriġ u ta’ kollokament f’impjieg. Jinnota wkoll li dan kollu jseħħ jekk ikun hemm servizzi ta’ impjieg effiċjenti. Fid-dawl ta’ dan jenfasizza l-importanza li jiġu individwati prattiki tajbin tas-sistemi u s-servizzi pubbliċi li jeżistu fil-livell Ewropew biex joffru gwida u appoġġ għal dawk li jkunu qed ifittxu impjieg. Barra minn hekk, jaħseb li jkun tajjeb li jiġu assoċjati l-ikbar numbru possibbli ta’ organizzazzjonijiet lokali taż-żgħażagħ fl-attivitajiet tas-servizzi tal-impjieg u ta’ gwida professjonali;

13.

jilqa’ l-hekk imsejħa “garanzija għaż-żgħażagħ” li fi żmien erba’ xhur wara tmiem l-edukazzjoni formali jew wara li jintemm impjieg, iż-żgħażagħ jirċievu offerta ta’ kwalità tajba biex jaħdmu, ikomplu jistudjaw, jibdew apprendistat jew jidħlu fi skema ta’ taħriġ; it-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa sfida ewlenija għall-futur tal-Ewropa;

14.

ser ikun ferm attent għall-implimentazzjoni prattika ta’ din il-garanzija għaż-żgħażagħ u jfakkar li dan huwa strument li jqum ħafna flus, u għalhekk l-Istati Membri, speċjalment dawk f’diffikultajiet finanzjarji serji, ser ikollhom bżonn appoġġ deċiżiv mill-UE sabiex jimplimentawha;

15.

itenni l-importanza li jiġu estiżi l-benefiċċji ta’ din il-miżura biex jinkludu ż-żgħażagħ, anke dawk gradwati, sa 30 sena u mhux sa 25;

16.

għandu jassigura li fin-negozjati interistituzzjonali dwar id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Fond Soċjali Ewropew relatati mal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ adottati mill-Kunsill Ewropew nhar is-7 u t-8 ta’ Frar 2013, l-allokazzjoni baġitarja ta’ dan l-istrument toffri kundizzjonijiet aktar flessibbli f’aspetti bħar-rati ta’ kofinanzjament jew il-pagamenti minn qabel, b’tali mod li s-sitwazzjoni diffiċli tat-territorji f’dan il-qasam tkun tista’ tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv u persistenti. Il-Kumitat jitlob ukoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu informati fil-ħin dwar il-funzjonament ta’ din l-inizjattiva u l-ammonti li jistgħu jiġu miż-żewġ mezzi ta’ finanzjament tagħha, sabiex ikunu jistgħu jqisuhom fit-tħejjija tal-istrateġiji tagħhom fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u fl-iskemi ta’ garanzija tagħhom;

Il-kontribut tal-apprendistat għall-awtonomija taż-żgħażagħ

17.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kompetenti biex iwettqu programmi ta’ taħriġ li jappoġġjaw u jantiċipaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol b’mod li jiġi evitat li ż-żgħażagħ jibqgħu għal wisq żmien fis-sistema edukattiva u ta’ taħriġ mingħajr ma jkollhom prospetti għal impjieg. Madankollu, l-antiċipazzjoni tad-dħul fis-suq tax-xogħol trid tkun imsejsa fuq il-possibbiltà li wieħed jerġa’ lura għat-taħriġ biex itejjeb jew jaġġorna l-ħiliet tiegħu, f’perspettiva ta’ taħriġ kontinwu; fl-istess waqt, jirrakkomanda li jitfasslu u jitwettqu strateġiji reġjonali mmirati lejn l-impjiegi u t-taħriġ vokazzjonali, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, korpi involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ u aġenziji governattivi tal-impjieg u s-settur tan-negozju bil-għan li tiġi ffaċilitata l-inklużjoni tax-xogħol f’qafas ta’ sistemi ekonomiċi integrati;

18.

jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata wkoll b’urġenza d-dimensjoni tal-ġeneru tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, peress li n-nisa żgħażagħ għandhom tendenza ikbar li jsibu impjieg prekarju u li jbatu mill-konsegwenzi tad-distakk fis-salarji bejn l-irġiel u n-nisa, anke fl-iskemi ta’ taħriġ, u tan-nuqqas ta’ miżuri biex jinsab bilanċ adatt bejn il-ħajja u x-xogħol; jappella għalhekk biex l-iskemi kollha mmirati lejn it-tisħiħ tal-impjieg taż-żgħażagħ iqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll id-dimensjoni tal-ġeneru tal-problema;

19.

ifakkar li programmi ta’ apprendistat jiffaċilitaw b’mod konsiderevoli t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, u jippermettu liż-żgħażagħ jakkwistaw kemm esperjenzi ta’ xogħol fil-prattika, kif ukoll għarfien teoretiku barra mill-kuntest ta’ impjieg, bis-saħħa tal-kooperazzjoni ta’ kumpaniji u istituzzjonijiet tat-taħriġ tul il-proċess edukattiv; għaldaqstant, jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jippromovu programmi ta’ apprendistat “doppji” jew “fuq żewġ binarji”, anke matul l-edukazzjoni għolja;

20.

jittama li jkun hemm il-possibbiltà li jiġi adottat qafas komuni, b’rispett tad-diviżjoni tal-kompetenzi, li jwassal biex ikunu kompatibbli l-inizjattivi ta’ taħriġ doppju li jeżistu f’diversi Stati Membri, li jiġbor fih l-aħjar benefiċċji tal-apprendistat u li jindika l-aqwa strumenti sabiex jitwettaq;

21.

jappella lill-Kummissjoni biex issaħħaħ u tintegra l-azzjonijiet tal-Istati Membri fis-settur tal-politika tat-taħriġ vokazzjonali, billi tipproponi, f’forma ta’ rakkomandazzjoni, standards minimi ta’ kwalità fir-rigward tal-apprendistati fil-livell Ewropew sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent tal-ħiliet akkwistati fl-Ewropa kollha;

22.

japprezza l-passi ’l quddiem li saru lejn it-twettiq ta’ Alleanza Ewropea għall-Apprendistati, bħala strument Ewropew utli li jwieġeb għad-domanda għal ħiliet u li jikkontribwixxi għall-forniment ta’ qafas ta’ referenza tajjeb għall-kwalifiki li jinksibu;

23.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tippromovi tipi ta’ kooperazzjoni li jinkoraġġixxu l-iżvilupp u t-tixrid tat-taħriġ doppju. Iżda dawn iridu jgħaqqdu flimkien lill-awtoritajiet responsabbli għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-politiki tax-xogħol fil-livell nazzjonali, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-FSE, ir-rappreżentanti tal-kumpaniji u tal-imsieħba soċjali. L-għan huwa li jiġu identifikati, fis-suq tax-xogħol u fis-sistema skolastika tal-Istat Membru, strateġiji utli għat-tisħiħ tal-apprendistat u modalitajiet ta’ użu effikaċi tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-FSE fit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ doppju;

24.

jaħseb li l-aqwa riżultati f’termini ta’ impjieg u ta’ tagħlim jintlaħqu meta jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn il-partijiet interessati kollha (6). Għaldaqstant jipproponi lill-Istati Membri biex jiffavorixxu l-kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskejjel, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali, id-dinja tal-intrapriżi u s-servizzi tal-impjieg. Dan jista’ jsir permezz ta’ interventi kulturali u strutturali u ta’ inċentivi finanzjarji u fiskali promossi, meta jkun adatt, mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jaħseb li huwa neċessarju li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, li jistgħu jikkontribwixxu biex iż-żgħażagħ jingħataw dawk il-ħiliet li s-suq tax-xogħol jesiġi, iżda li għandhom riżorsi limitati u li ta’ sikwit isibu lilhom infushom jiffaċċjaw ostakli organizzattivi, burokratiċi u kulturali dejjem ikbar;

26.

jaħseb li huwa neċessarju li l-korpi u l-aġenziji tal-impjieg amministrati mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jippromovu l-organizzazzjoni ta’ skemi ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ, u li jkollhom il-kompetenza ta’ kontroll u jsegwu l-allokazzjoni ta’ persuni li qed jitħarrġu, u jadattaw il-qafas istituzzjonali għall-bżonnijiet tagħhom;

Ir-rwol tal-iskemi ta’ taħriġ għad-dħul fid-dinja tax-xogħol

27.

ifakkar li sistemi bħall-iskemi ta’ taħriġ, anke jekk huma fuq medda qasira ta’ żmien, iridu jirrappreżentaw mumenti ta’ taħriġ utli li jippermettu liż-żgħażagħ li jidħlu kemm jista’ jkun malajr, u b’mod stabbli, fis-suq tax-xogħol. Għal dan il-għan, l-iskemi ta’ taħriġ iridu jkunu ta’ kwalità tajba mil-lat tal-kontenut tat-tagħlim kif ukoll mil-lat tal-ħarsien soċjali. Għaldaqstant il-Kumitat tar-Reġjuni jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex joffru massimu ta’ skemi ta’ taħriġ liż-żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu jsiru familjari ma’ firxa wiesgħa ta’ professjonijiet u snajja’. Jaħseb li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu ta’ eżempju fit-twettiq ta’ programmi ta’ skemi ta’ taħriġ ta’ kwalità, u għaldaqstant jissuġġerixxi li huma jikkollaboraw mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni biex jaqdu rwol ta’ xprun fid-dħul u l-impjieg ta’ persuni li qed jiġu mħarrġa kif ukoll joħolqu forums ta’ kooperazzjoni mas-settur intraprenditorjali bil-għan li ż-żgħażagħ jidħlu malajr fis-suq tax-xogħol;

28.

jinnota li f’ħafna Stati Membri hemm użu mhux proporzjonali tal-istrument tal-iskemi ta’ taħriġ, li jsir sors ta’ abbużi sabiex jiġu akkwistati ħaddiema bl-irħis, jew saħansitra b’xejn, u li ta’ sikwit jiġu użati minflok il-kuntratti tax-xogħol normali, f’ħafna każi fi żmien meta jkun hemm l-aktar xogħol;

29.

jirrimarka li d-definizzjoni ta’ skema ta’ taħriġ trid tagħti valur lill-istrument bħala proċess ta’ taħriġ li jqarreb lill-istudent lejn ix-xogħol; barra minn hekk josserva li definizzjoni korretta trid tinkludi kunċett wiesa’ ta’ “katina” magħmula mill-gwida, it-taħriġ u x-xogħol;

30.

jappoġġja bis-sħiħ ir-rwol tal-UE fid-definizzjoni tal-kriterji ta’ kwalità rikonoxxuti fil-livell Ewropew. Barra minn hekk, soluzzjoni fil-livell tal-UE għandha ġġib magħha vantaġġi ċara f’termini ta’ mobilità tal-parteċipanti fl-iskemi ta’ taħriġ kemm ġewwa l-UE kif ukoll barra minnha, u tikkontribwixxi għal aktar intergrazzjoni tas-suq tax-xogħol;

31.

jilqa’ b’mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Qafas Ewropew ta’ Kwalità dwar l-Iskemi ta’ Taħriġ bħala grupp ta’ miżuri li jiffaċilitaw id-dħul taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol;

32.

jitlob bil-qawwa li tiġi adottata b’urġenza r-Rakkomandazzjoni Ewropea dwar l-iskemi ta’ taħriġ u li din tiddefinixxi standards minimi fil-livell Ewropew li jkunu komuni għall-Istati Membri kollha. Din ir-Rakkomandazzjoni trid tqis b’mod adatt it-tipi kollha ta’ skemi ta’ taħriġ mingħajr ma tkun limitata biss għal dawk l-iskemi tas-suq ħieles (ekstrakurrikulari);

33.

jittama li jiġu adottati (fil-livell tal-Istati Membri individwali) rekwiżiti minimi bħall-istipular ta’ kuntratt bil-miktub bejn il-parteċipant fl-iskema ta’ taħriġ u l-organizzazzjoni ospitanti, u possibbilment mal-organizzazzjoni ta’ taħriġ jew mal-entità li tippromovi l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ taħriġ, biex jiġu speċifikati aspetti bħall-objettivi professjonali u ta’ tagħlim, it-tul, il-ħin meta ssir l-iskema u, jekk ikun il-każ, l-assigurazzjoni soċjali u r-rimborż tal-ispejjeż jew l-indennizzi. Il-kontenut tat-tagħlim formalizzat fil-kuntratt irid jiġi assigurat, u fl-organizzazzjoni ospitanti għandhom jinħatru superviżuri jew tuturi bil-ħiliet professjonali adegwati u koerenti mal-attività tal-iskema ta’ taħriġ;

34.

jirrakkomanda li jiġi rispettat proċess ta’ tagħlim trasparenti għall-parteċipant fl-iskema ta’ taħriġ u jenfasizza l-importanza li jiġi previst rimborż tal-ispejjeż (jew indennizzi) ekwu li jista’ jiġi finanzjat bis-saħħa tal-kontribut tal-FSE u li jista’ jirrappreżenta element validu ta’ kwalità sabiex jiġi żviluppat “vantaġġ reċiproku” għaż-żagħżugħ u għall-impriża, fil-kuntest ta’ dinjità għall-parteċipant fl-iskema;

35.

itenni l-bżonn li l-organizzazzjoni ospitanti li tilqa’ lill-parteċipant fl-iskema jkollha r-rekwiżiti obbligatorji kollha, bħal pereżempju tirrispetta r-regoli dwar is-sigurtà soċjali, dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, ir-regoli relatati mad-diżabbilità, eċċ.;

36.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ ċertifikazzjoni formali tal-għarfien u l-ħiliet akkwistati mill-parteċipanti matul l-iskema;

37.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-modernizzar tad-direttiva dwar il-kwalifiki professjonali (7), fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġi estiż biex jinkludi skemi ta’ taħriġ li jsiru fi Stati Membri oħra; barra minn hekk jittama li jiġi analizzat jekk id-direttiva tapplikax biss għal skemi ta’ taħriġ neċessarji għall-aċċess għal professjoni regolata jew anke għal dawk l-iskemi fis-suq ħieles u l-iskemi ta’ taħriġ kurrikulari;

Il-mobilità bħala fattur ta’ żvilupp tal-potenzjal taż-żgħażagħ

38.

iqis li l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema żgħażagħ hi strument importanti li jikkontribwixxi biex jiġu solvuti l-iżbilanċi lokali bejn id-domanda u l-offerta ta’ xogħol. Għal dan il-għan, l-iskemi ta’ taħriġ żviluppati bi kriterji speċifiċi fi ħdan settur partikolari (pereżempju skemi ta’ taħriġ tal-artiġjanat jew tat-turiżmu) jistgħu jkunu strumenti effikaċi sabiex tiġi promossa l-mobilità bil-għan li ż-żgħażagħ jerġgħu lura fit-territorji tagħhom, b’aktar possibbiltajiet sabiex isibu xogħol hemmhekk permezz tal-kwalifiki ogħla miksuba. Dan huwa partikolarment importanti sabiex tiġi ssalvagwardjata l-koeżjoni territorjali u jiġu megħjuna r-reġjuni li jbatu minn problemi demografiċi bħat-tixjiħ u t-tnaqqis fil-popolazzjoni;

39.

jittama li l-programmi Ewropej li ser jitfasslu biex jappoġġjaw il-mobilità, bħal dawk fi ħdan il-qafas tal-proposta “Erasmus għal Kulħadd”, jirċievu finanzjament adegwat u sostenibbli sabiex iktar żgħażagħ ikunu jistgħu jqattgħu perjodu barra minn pajjiżhom matul l-istudji jew it-taħriġ tagħhom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari taż-żgħażagħ fir-reġjuni ultraperiferiċi;

40.

jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li n-netwerk Ewropew tat-tiftix tal-impjiegi jiġi trasformat fi strument li jqabbel id-domanda u l-offerta ta’ impjiegi ffokat fuq ir-riżultati, bl-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattiva “L-ewwel impjieg EURES tiegħek” sabiex iċ-ċittadini tal-UE bejn it-18 u t-30 sena jiġu megħjuna jsibu xogħol fi Stat Membru ieħor;

41.

jaħseb li huwa neċessarju li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu allokati riżorsi, kemm permezz tal-FSE kif ukoll permezz tal-fondi nazzjonali u/jew reġjonali, li jikkompletaw il-programmi ta’ taħriġ tal-UE. Dawn ir-riżorsi jridu jiġu mmirati lejn il-promozzjoni ta’ skemi speċifiċi ta’ mobilità, li jippermettu liż-żgħażagħ kollha tal-UE biex igawdu minn din il-mobilità b’kundizzjonijiet ugwali independentement mill-post ta’ residenza tagħhom, filwaqt li s-servizzi pubbliċi tal-impjieg tal-Istati Membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw programmi li jirreklamaw l-opportunitajiet li jinħolqu mis-sistema EURES u jintegrawhom fl-attivitajiet regolari tagħhom;

Xi prijoritajiet trażversali

42.

jilqa’ b’mod favorevoli t-tnedija tal-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE u tal-Passaport Ewropew tal-Ħiliet għad-definizzjoni tal-ħiliet. Fil-fatt, dawn l-istrumenti jistgħu jirreaġixxu aħjar għad-domanda għal ħiliet adegwati u jikkontribwixxu biex joffru qafas ta’ referenza adatt għall-kwalifiki, li jinkludi mhux biss il-ħiliet li jinkisbu fi ħdan skemi formali, iżda anke dawk marbuta ma’ metodi ta’ taħriġ informali u mhux formali;

43.

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw politiki u strumenti li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ biex jiftħu negozju, anke permezz ta’ għoti ta’ garanzija fuq il-finanzjament u operazzjonijiet ta’ self u kontributi biex jitnaqqsu r-rati ta’ interess fuq is-self, bħalma jiġri fil-każ tal-istrument ta’ mikrokreditu;

44.

jaħseb li huwa fundamentali li jinħoloq pont bejn id-dinja akkademika u dik tax-xogħol, u jiġu valorizzati strumenti bħall-programm Erasmus għaż-żgħażagħ intraprendituri; b’mod partikolari dan tal-aħħar qed juri li huwa strument effettiv għall-istimolu tal-intraprenditorija, kif kien diġà ġie enfasizzat f’Opinjoni preċedenti tal-KtR (8);

45.

jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza li tingħata spinta qawwija lis-setturi strateġiċi li għandhom potenzjal ta’ impjieg għoli (is-settur tas-saħħa, is-settur soċjali, l-ekonomija ekoloġika u l-ICT), kemm fil-kuntest ta’ negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu kif ukoll fil-promozzjoni tal-impjieg inġenerali. Il-livell reġjonali jista’ jaqdi rwol partikolari fl-appoġġ għall-iżvilupp tal-kompetenzi billi jiffoka fuq dawk is-setturi li fihom ir-reġjun inkwistjoni hu b’saħħtu u l-opportunitajiet ta’ xogħol huma tajbin;

46.

iqis ta’ importanza kbira li jiġu integrati l-kunċetti tas-sikurezza u l-flessibilità tas-suq tax-xogħol (flessigurtà) billi jinstab bilanċ bejn il-ħtiġijiet ta’ min joffri x-xogħol biex ikollhom ħaddiema flessibbli, u l-bżonn tal-ħaddiema stess li jgawdu mis-sikurezza u l-protezzjoni f’kuntest ta’ xogħol dejjem iktar prekarju;

47.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet fil-livell lokali u reġjonali għad-definizzjoni ta’ strateġija speċifika għall-ippjanar u l-ġestjoni globali tal-politiki tal-impjieg taż-żgħażagħ fit-territorju. F’dan il-kuntest is-sistemi integrati ta’ politiki tal-impjieg taż-żgħażagħ jistgħu jiġu ġestiti b’mod innovattiv, sabiex jippromovu l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa u n-negozji;

48.

jenfasizza l-bżonn li jiġu involuti bis-sħiħ l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ġodda, billi dawn jirrappreżentaw il-livell l-iżjed adegwat għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tat-territorji u tal-kuntest lokali, u għaldaqstant anke f’dak li jikkonċerna l-impjieg u l-programmi speċifiċi għaż-żgħażagħ;

49.

ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fil-biċċa l-kbira tagħhom diġà kompetenti responsabbli għall-politiki tal-impjieg, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Fl-istess waqt, jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ma tinkludix referenza speċifika għall-kompetenzi tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali (9) la rigward it-tfassil u lanqas it-twettiq tal-politiki fl-oqsma msemmija hawn fuq;

50.

jirrakkomanda li l-istrument tal-iskemi ta’ taħriġ, fi ħdan il-Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, u fl-ambitu usa’ tal-promozzjoni ta’ skemi ta’ garanzija għaż-żgħażagħ, jingħata pożizzjoni tajba u l-appoġġ meħtieġ min-naħa tal-UE sabiex jindirizza, fil-qafas tal-politiki tagħha dwar l-impjieg taż-żgħażagħ, l-akbar sfida tas-soċjetà Ewropea: li jingħalaq id-distakk ġenerazzjonali u li ż-żgħażagħ jkollhom aċċess għall-opportunitajiet sabiex isiru awtonomi;

51.

iqis li huwa essenzjali li ammont sinifikanti ta’ riżorsi jiġi allokat għat-taħriġ sabiex titħeġġeġ l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ. Din l-attivazzjoni għandha tkun orjentata lejn dawk is-setturi emerġenti li ġew identifikati mid-diversi strateġiji reġjonali fi ħdan il-kuntest ekonomiku globali. L-għarfien akkumulat u r-rieda taż-żgħażagħ sabiex jitgħallmu huma sors ta’ tkabbir għas-soċjetà Ewropea. L-esperjenza tgħallimna li m’għandniex niggwidaw lill-intraprendituri żgħażagħ tagħna lejn setturi bi prospetti ekonomiċi foqra. F’dan ir-rigward u fil-kuntest ta’ soċjetà ekonomikament kumplessa, huwa importanti li “ngħallmu kif nitgħallmu”, b’attivitajiet ta’ taħriġ li jippermettu liż-żgħażagħ jgħaddu minn idea intraprenditorjali astratta għal proġett intraprenditorjali konkret. Il-finanzjament huwa essenzjali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jallokaw perċentwali mill-istrumenti finanzjarji tagħhom, bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti direttament relatati mar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, sabiex jiġu ffinanzjati b’kundizzjonijiet vantaġġużi proġetti ppreżentati minn intraprendituri żgħażagħ.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 2562/2012 fin.

(2)  COM(2012) 727 final, COM(2012) 728 final, COM(2012) 729.

(3)  CdR 401/2010 fin.

(4)  CdR 292/2010 fin.

(5)  SWD(2012) 406 final.

(6)  COM(2012) 669.

(7)  COM(2011) 883.

(8)  CdR 1186/2012 fin.

(9)  CdR 1186/2012 fin.


30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/7


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-“Setturi Kulturali u Kreattivi għal Tkabbir u Impjiegi”

2013/C 218/02

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-kultura hija rikonoxxuta bħala għodda għall-iżvilupp lokali u reġjonali u tiġi enfasizzata l-importanza tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u tal-approċċi olistiċi għall-iżvilupp kreattiv;

jissuġġerixxi li jiġu żviluppati kunċetti kreattivi fil-livell lokali u reġjonali, li jiddaħħlu f’“Forum għall-Kreattività Ewropea”, li jlaqqa’ flimkien gruppi pubbliċi, privati u volontarji biex janalizzaw kif l-Ewropa tista’ tapplika soluzzjonijiet kreattivi għal problemi lokali u Ewropej urġenti;

jenfasizza l-importanza li nitgħallmu l-ħiliet kreattivi minn età żgħira, biex b’hekk iż-żgħażagħ ikollhom l-awtonomija meħtieġa biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-forom ġodda ta’ aċċess għall-kultura u jħejju lilhom innifishom aħjar għall-impjiegi futuri; b’mod partikolari, dawn jgħinu kemm liż-żgħażagħ kif ukoll lis-soċjetà inġenerali jindirizzaw il-konsegwenzi tal-bidla diġitali;

jappoġġja l-enfasi li l-Komunikazzjoni tagħmel fuq il-ħtieġa li jiġu semplifikati r-regoli eżistenti u jiżdied l-aċċess għall-finanzjament estern għas-setturi kulturali u kreattivi;

jitlob bis-sħiħ li l-kultura u l-kreattività jiġu integrati aħjar fl-Istrateġija Ewropa 2020, u li jiġu rikonoxxuti r-rabtiet ma’ oqsma oħra ta’ politika, bħall-industrija, it-turiżmu, l-edukazzjoni u l-finanzjament.

Relatur

Is-Sur ROMBOUTS (NL/PPE), Sindku tal-Belt ta’ ’s Hertogenbosch

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għal tkabbir u l-impjiegi fl-UE

COM(2012) 537 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kuntest ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni dwar “Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għal tkabbir u l-impjiegi fl-UE”, li hija strateġija f’waqtha li għandha l-għan li tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta’ dawn is-setturi għall-iżvilupp soċjoekonomiku. Jilqa’ b’mod partikolari l-enfasi fuq il-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi (SKK) li jiġġeneraw it-tkabbir u l-impjieg, il-kontribut tagħhom għat-trawwim tal-innovazzjoni u l-effetti sekondarji potenzjali f’setturi u politiki oħra. Il-Komunikazzjoni turi l-livell għoli ta’ sinerġija bejn il-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u tal-KtR fl-approċċ tagħhom għall-potenzjal tal-kultura u l-kreattività għat-tkabbir. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-livell lokali u reġjonali għall-iżvilupp tas-SKK fl-Ewropa, kif rifless fl-Opinjoni tal-KtR dwar “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi” (1), liema argument huwa rifless ukoll fil-Komunikazzjoni;

2.

ifakkar li f’perjodu ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, is-setturi kulturali u kreattivi jistgħu jaqdu rwol ukoll fil-ksib tal-objettivi tal-politika soċjali u tas-saħħa b’mod kreattiv, billi jħeġġu l-innovazzjoni filwaqt li jikkontribwixxu għat-tkabbir (2);

3.

itenni li l-kultura għandha valur intrinsiku li huwa indipendenti mill-aspetti ekonomiċi tal-beni u s-servizzi kulturali u jisħaq li din in-natura doppja ma tkunx orjentata biss lejn l-utilità ekonomika tal-kultura (3);

4.

jilqa’ b’sodisfazzjon kemm il-fatt li l-Komunikazzjoni tirrikonoxxi l-benefiċċji potenzjali importanti tal-investiment strateġiku fis-SKK fil-livell lokali u reġjonali, kif ukoll it-talba għal tweġiba strateġika komprensiva li tinvolvi l-atturi kollha mil-livell lokali sal-livell tal-UE;

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fil-Komunikazzjoni, il-kultura hija rikonoxxuta bħala għodda għall-iżvilupp lokali u reġjonali u tiġi enfasizzata l-importanza tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;

6.

jirrikonoxxi l-bżonn ta’ integrazzjoni iżjed b’saħħitha bejn l-istrateġiji fil-livell lokali u reġjonali u dawk fil-livell nazzjonali u l-enfasi proposta fuq il-valutazzjoni tal-potenzjal tas-setturi fl-istrateġiji għall-iżvilupp reġjonali fil-programmi futuri dwar il-Politika ta’ Koeżjoni;

7.

ifakkar fil-pożizzjonijiet preċedenti tal-KtR dwar il-Kapitali Ewropej tal-Kultura (EcoC) bħala avveniment importanti li jenfasizza r-rikkezza, id-diversità u l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej (4). Flimkien mal-inizjattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, jistgħu jintużaw ukoll bħala laboratorji għall-iżvilupp tal-udjenzi u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

8.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti mill-Kummissjoni għall-ħolqien ta’ programmi fil-qasam tal-kooperazzjoni sabiex jiġi żgurat tagħlim reċiproku, bil-għan li jiġi żviluppat netwerk ta’ kuntatti li jiffaċilita l-iskambju u jiżgura d-diversità. L-azzjoni tal-UE, flimkien mal-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, ser ikunu meħtieġa għall-promozzjoni tas-settur kulturali sabiex dan ikun jista’ jagħmel il-qabża mil-livell lokali għal dak dinji;

9.

jidher li l-proposti tal-Kummissjoni, kif inhuma deskritti attwalment fil-Komunikazzjoni inkwistjoni, ma jqajmu l-ebda argument dwar ir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà. Madankollu, jeħtieġ li fil-ġejjieni jiġu ssorveljati miżuri/azzjonijiet konkreti peress li dawn jiġu proposti/adottati fil-livell tal-UE;

Rakkomandazzjonijiet

IL-BŻONN TA’ VIŻJONI FIT-TUL

10.

fid-dawl tal-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-Ewropa, il-KtR jenfasizza l-bżonn ta’ viżjoni fit-tul li tista’ twitti t-triq lejn il-prosperità u kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd. Jeħtieġ li din ix-xorta ta’ viżjoni jkollha rabta mill-qrib mal-kultura u l-kreattività. Il-KtR jaqbel li l-influwenza internazzjonali tal-UE hija bbażata fuq l-immaġinazzjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni billi jiġu segwiti ideat ġodda, kunċetti ġodda u proġetti ġodda u jinsab konvint li s-SKK jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali f’dan ir-rigward;

11.

dan jifhmuh tajjeb il-bliet u r-reġjuni li qed iħabirku biex iċ-ċittadini tagħhom ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Hemm bżonn ta’ viżjoni li torbot il-kwalitajiet rotob tal-bliet u r-reġjuni Ewropej mal-ġlieda kontra l-qgħad u l-esklużjoni tal-gruppi vulnerabbli. Din il-viżjoni tista’ ssir iżjed konkreta għaċ-ċittadini billi jiġu żviluppati kunċetti kreattivi fil-livell lokali u reġjonali, li jiddaħħlu f’“Forum għall-Kreattività Ewropea”, li jlaqqa’ flimkien gruppi pubbliċi, privati u volontarji biex janalizzaw kif l-Ewropa tista’ tapplika soluzzjonijiet kreattivi għal problemi lokali u Ewropej urġenti. F’dan il-kuntest, il-KtR jixtieq jenfasizza b’mod partikolari l-importanza li l-kreattività, is-soluzzjoni tal-problemi u l-għarfien u l-ħiliet artistiċi u kulturali jkunu fil-qalba tas-sistema edukattiva kollha;

12.

għalhekk huwa importanti, kif tgħid il-Komunikazzjoni, li l-qawwa tal-kultura u l-kreattività tintuża b’mod multifunzjonali. Dan jitlob mhux biss il-mudell vertikali u orizzontali progressiv propost fil-Komunikazzjoni, iżda approċċ li jittratta l-ekosistema kulturali kollha kemm hi. Dan jinkludi, l-ewwel u fuq kollox, is-saħħa parteċipattiva taċ-ċittadini fil-proċess tal-kokreazzjoni u rikonoxximent tal-valur li l-kultura u l-kreattività jrabbu l-għeruq f’postijiet partikolari;

13.

jinnota li f’dinja globalizzata, il-kultura ssir kwalità essenzjali tal-lokalità, li tiddetermina n-natura attraenti tal-post u, b’hekk, il-kompetittività għall-intrapriżi, l-investituri u l-individwi kreattivi u intraprenditorjali. Għaldaqstant, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja sar għan importanti fil-programmi lokali u reġjonali għall-iżvilupp. Il-bilanċ bejn id-diversità, ir-riżorsi kreattivi u kulturali kif ukoll is-servizzi u l-infrastrutturi adegwati huma importanti. Dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell lokali u reġjonali, peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-aħjar entitajiet biex jorbtu d-diversità u l-identità mal-programmi għall-iżvilupp. Għalhekk, jappella għall-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn iċ-ċentri tar-riċerka u l-laboratorji tal-innovazzjoni biex jiġu studjati l-effetti tal-kwalità tal-lokalità fuq deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-lok u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

14.

l-Ewropa mhijiex biss żona ekonomika importanti, iżda kultura kondiviża li hija bbażata fuq valuri importanti ta’ fiduċja u inklużjoni li jsawru l-kapital soċjali, u b’hekk tipprovdi bażi għall-innovazzjoni u l-kreattività. Fl-istess ħin, din l-atmosfera ta’ unità fid-diversità tappoġġja sens ta’ sikurezza personali li jżid il-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini u jżid l-attrazzjoni tal-bliet u r-reġjuni Ewropej bħala postijiet tajbin fejn wieħed jgħix, u b’hekk fl-aħħar mill-aħħar iżid il-kompetittività;

KULTURA U LOKALITAJIET INNOVATTIVI

15.

jinnota li filwaqt li l-Komunikazzjoni tenfasizza l-bżonn li s-setturi jiġu konnessi, hija tenfasizza inqas il-bżonn li l-flussi tal-għarfien u l-kapital kreattiv jiġu ankrati fil-lokalità. B’rabta mal-“clusters kulturali” jew id-“distretti kreattivi”, il-KtR jisħaq li jeħtieġ li l-bliet u r-reġjuni jitpoġġew fil-qalba tan-netwerks tal-għarfien sabiex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-moviment ħieles tal-ideat, il-kapital u l-persuni fl-ekonomija diġitali globali. L-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa kruċjali għall-iżvilupp ta’ dawn il-clusters, iżda jeħtieġ li anke dawn jiġu konnessi man-netwerks tal-għarfien fil-livell Ewropew u dinji sabiex tissaħħaħ l-effettività tagħhom;

16.

l-ankrar tal-kreattività fil-lokalità jitlob inizjattivi lokali u reġjonali speċifiċi li jkunu intelliġenti, sostenibbli u strateġiċi. Dan jipprovdi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bi rwol partikolarment importanti f’dan ir-rigward. L-iżvilupp tal-kultura fil-livell lokali jsaħħaħ l-identità u l-karattru distintiv lokali, u b’hekk jinħolqu prodotti kulturali li mhux faċli jiġu trasferiti u għalhekk joħolqu valur uniku bbażat fil-lokalità. Dawn il-fatturi lokali huma importanti wkoll fil-livell Ewropew;

17.

iqis li l-komunità li tinvesti fil-kultura, l-edukazzjoni u l-isport toħloq aktar ġid, benesseri u sikurezza. Dan il-fatt sempliċi jgħodd ukoll għal belt jew raħal, ir-reġjun tiegħu, pajjiż, kif ukoll kontinent sħiħ. Il-KtR jappella għal aġenda ambizzjuża fil-livell tal-UE biex l-Ewropa ssir kontinent attraenti u li jispira lill-individwi – “il-post ideali fejn wieħed jgħix” għaż-żgħażagħ tal-lum u ta’ għada, kontinent li joħloq impjiegi ġodda, fejn il-ġenerazzjonijiet futuri jistgħu jgħixu fi klima sigura u f’ambjent nadif u bi kwalità għolja tal-ħajja;

18.

huwa tal-fehma li l-fiduċja hija kruċjali għall-kwalità tal-lokalità, għax tipprovdi l-bażi għas-sikurezza personali, li tagħmilha possibbli li l-persuni jitlaqqgħu flimkien u jaqsmu l-ideat tagħhom, u b’hekk jinħolqu ħsibijiet kreattivi u innovazzjoni. Dawn iż-żoni jgħinu wkoll biex il-prodotti kreattivi, il-wirt intanġibbli u l-persuni kreattivi jiġu ankrati fil-lokalitajiet. Dan għandu dimensjoni ekonomika, pereżempju mil-lat tar-rwol tal-kultura biex trendi l-lokalitajiet distintivi għat-turiżmu. Iżda għandu wkoll dimensjoni soċjali importanti, peress li kultura ta’ fiduċja tipprovdi wkoll il-bażi għall-koeżjoni soċjali;

19.

dawn il-kwistjonijiet kumplessi jagħmluha ċara li hemm bżonn ta’ approċċ olistiku. Il-kreattività u l-innovazzjoni huma bbażati fuq l-għarfien u l-ħiliet u fuq netwerks soċjali u ekonomiċi. Għalhekk, għandna nfittxu li naslu għal żvilupp kreattiv b’mod strateġiku bħala tentattiv kollettiv u kooperattiv ta’ fertilizzazzjoni reċiproka. Mhumiex biss is-SKK jew l-aġenti ekonomiċi li huma involuti f’dawn il-proċessi, iżda l-popolazzjoni usa’ inġenerali;

20.

għalhekk, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni beħsiebha tappoġġja t-tagħlim bejn il-pari fost l-amministrazzjonijiet tal-bliet, biex tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali biex jaqsmu u jqabblu l-esperjenza dwar l-impatt tal-kultura fir-riġenerazzjoni soċjali u ekonomika tal-bliet. Iżda l-KtR iħeġġeġ viżjoni iżjed wiesa’ tal-kultura u l-kreattività, li tinvolvi fi proċessi bħal dawn lill-kuntest reġjonali, iċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Wieħed mill-mekkaniżmi għal dan il-għan jista’ jkun il-mudell ipprovdut mis-Sħubijiet Comenius Regio, azzjoni ffukata fuq l-iżvilupp lokali fl-edukazzjoni, iżda li tista’ tiġi trasferita għas-SKK ukoll;

21.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kultura fl-oqsma rispettivi tagħhom, b’mod speċjali fil-qafas tal-ħarsien tal-wirt kulturali, billi jippromovu l-innovazzjoni artistika, jappoġġjaw u jippromovu l-istituti u l-inizjattivi kulturali kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ u billi jorganizzaw festivals u avvenimenti kulturali (5). L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-korpi ideali biex jibbilanċjaw l-elementi differenti tal-ekosistema kulturali u kreattiva u jipprovdu r-riżorsi assoċjati mitluba minn dawk li jaħdmu fis-SKK;

IŻ-ŻIEDA FL-IMPATT EKONOMIKU

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tenfasizza l-valur tas-SKK mil-lat tat-tkabbir u l-impjieg (li jgħoddu għat-3,3 % tal-PDG u jimpjegaw 6,7 miljun persuna – 3 % tal-impjieg totali) (6). Huwa evidenti li l-benefiċċji ekonomiċi jistgħu jissaħħu permezz tal-istrateġija l-ġdida proposta biex jiżdiedu l-kompetittività u l-potenzjal għall-esportazzjoni ta’ dawn is-setturi, kif ukoll biex tinkiseb l-ogħla rata ta’ benefiċċji sekondarji possibbli f’oqsma oħra bħall-innovazzjoni, l-ICT u r-riġenerazzjoni urbana. F’dan il-kuntest, il-KtR jenfasizza kemm huwa importanti li tintuża l-esperjenza lokali u reġjonali u li jiġi eżaminat kif is-settur kreattiv jista’ jintuża bħala mutur tat-tkabbir fis-setturi l-oħra;

23.

sabiex ikun hemm l-ogħla għadd possibbli ta’ dawn l-effetti, hemm bżonn li jiġu ffaċilitati l-produzzjoni u l-konsum tal-kultura u l-iżvilupp tal-kreattività. Il-KtR jenfasizza l-importanza li nitgħallmu l-ħiliet kreattivi minn età żgħira kemm fi ħdan is-sistema edukattiva kif ukoll waqt il-ħin liberu, biex b’hekk iż-żgħażagħ ikollhom l-awtonomija meħtieġa biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-forom ġodda ta’ aċċess għall-kultura u jħejju lilhom innifishom aħjar għall-impjiegi futuri; b’mod partikolari, dawn jgħinu kemm liż-żgħażagħ kif ukoll lis-soċjetà inġenerali jindirizzaw il-konsegwenzi tal-bidla diġitali;

24.

il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi l-potenzjal li s-SKK jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji, fosthom Ewropa Kreattiva, Erasmus għal Kulħadd, il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, l-Orizzont 2020, COSME u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għandu jiġi rikonoxxut ukoll li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jintervjenu b’mod iżjed dirett fil-qasam tal-kultura. Il-bliet u r-reġjuni mhux biss jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-fondi għall-kultura fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni Ewropej, iżda jaġixxu wkoll bħala laboratorji għall-isperimentazzjoni u l-innovazzjoni kulturali u kreattivi, u jaqdu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-clusters kulturali u kreattivi;

25.

jenfasizza l-importanza li tibqa’ tingħata għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-promozzjoni tal-kultura. Għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex meta toħroġ ir-regoli l-ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat, tikkunsidra mill-ġdid il-kriterju ta’ nfiq territorjali għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra sabiex ma jiġix mhedded l-impatt territorjali ta’ tali xogħlijiet;

26.

jeħtieġ li tiġi promossa governanza kulturali tajba, b’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-3201 laqgħa tal-Kunsill għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport (Brussell, 27 ta’ Novembru 2012);

IT-TITJIB TAL-KLIMA GĦAS-SKK FL-EWROPA

27.

il-Kummissjoni titlob għal firxa ta’ azzjonijiet biex jippromovu l-kundizzjonijiet adatti biex jiffjorixxu s-setturi kulturali u kreattivi. Dawn għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-ħiliet, l-aċċess għall-finanzjament, il-promozzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ negozju, l-iżvilupp tal-udjenzi, l-aċċess għas-swieq internazzjonali u t-titjib tar-rabtiet ma’ setturi oħra. Iżda s-SKK jiffaċċjaw ukoll sfidi partikolari, peress li huma ddominati mill-mikrointrapriżi, l-SMEs u intrapriżi ta’ ħaddiema impjegati għal rashom li jitolbu sens ta’ inizjattiva u organizzazzjoni fil-livell lokali. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu juru li huma iktar effikaċi f’li jinfurmaw l-intrapriżi lokali dwar il-mod ta’ kif jistgħu jippromovu l-attivitajiet lokali u reġjonali kulturali (7);

28.

huwa tal-fehma li s-sħubija hija kruċjali għas-SKK u jilqa’ b’sodisfazzjon miżuri li jiżguraw sħubijiet/alleanzi u l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-trasmissjoni tal-prattiki tajba, għat-tisħiħ tal-għarfien u għall-implimentazzjoni ta’ netwerks għat-tixrid tal-esperjenzi li jikkonċernaw il-possibbiltà li jintuża bis-sħiħ il-potenzjal tas-SKK (8). Għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ Netwerks Tematiċi għas-SKK sabiex it-trasmissjoni tal-għarfien taħdem b’mod iżjed effettiv fil-livell Ewropew;

29.

jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb il-qafas regolatorju tal-UE għas-SKK u jappoġġja l-enfasi li tagħmel fuq il-ħtieġa li jiġu semplifikati r-regoli eżistenti u jiżdied l-aċċess għall-finanzjament estern għas-setturi kulturali u kreattivi;

30.

iqis, iżda, li l-Kummissjoni għandha b’mod urġenti tistabbilixxi qafas regolatorju ċar dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-dritt tal-awtur fl-ambitu tal-iżvilupp tal-cloud computing;

MIŻURI TA’ POLITIKA

31.

jappoġġja l-enfasi li ssir fil-Komunikazzjoni fuq il-ħames motivaturi ewlenin ta’ politika: l-iżvilupp tal-ħiliet; it-titjib fl-aċċess għall-finanzi; il-promozzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u t-tkabbir tal-udjenzi; l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni ma’ setturi u politiki oħrajn; u l-espansjoni fil-firxa internazzjonali;

32.

id-dokument tal-Kummissjoni jirrikonoxxi biċ-ċar ir-rabtiet li s-SKK għandhom ma’ oqsma ta’ politika oħra, fosthom l-ICT, it-turiżmu, eċċ. Madankollu, ir-rabta tagħhom mal-oqsma tal-politika tal-edukazzjoni għandhom jiġu enfasizzati b’mod aktar ċar. Il-KtR iħeġġeġ ukoll approċċ iżjed proattiv li jappoġġja l-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn is-SKK innifishom kif ukoll mal-atturi ekonomiċi u soċjali f’ambiti oħra biex jiġu appoġġjati oqsma ġodda u innovattivi ta’ attività, bħall-crossmedia, il-midja soċjali, l-ippubblikar diġitali, it-turiżmu kreattiv (9), eċċ.;

33.

jappoġġja l-proposta għal strateġija f’diversi livelli abbażi ta’ approċċ doppju li jħaddan kemm id-dimensjoni orizzontali tal-politika kif ukoll dik vertikali. Il-linja vertikali tal-azzjoni – approċċ olistiku għal strateġiji integrati – hija partikolarment importanti, peress li tirrikonoxxi b’mod espliċitu r-rabtiet ma’ oqsma oħra ta’ politika, bħall-industrija, it-turiżmu, l-edukazzjoni, il-finanzjament, eċċ.;

34.

jappoġġja l-idea li l-inizjattivi taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura ser ikomplu jiġu użati bħala laboratorji għall-iżvilupp tal-udjenzi u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Għandu jiġi rikonoxxut li inizjattivi bħal dawn ibbażati fil-livell lokali jiffurmaw żoni u clusters kreattivi importanti fi ħdan in-netwerks nazzjonali u globali tas-SKK, u jgħinu biex jikkollegaw iċ-ċirkwiti globali tal-kultura mal-komunitajiet lokali;

35.

jenfasizza l-bżonn għal iżjed informazzjoni u evidenza dwar it-tħaddim u l-effetti tas-SKK, liema ħaġa tgħin il-kawża tal-finanzjament kummerċjali tal-intrapriżi kreattivi. L-EUROSTAT għandu jitħeġġeġ jiżviluppa statistika kulturali Ewropea iżjed effettiva u f’waqtha. Barra minn hekk, jistgħu jsiru studji dwar is-SKK f’kuntesti lokali u reġjonali speċifiċi biex jiġi analizzat it-tħaddim tal-ekosistema kulturali ta’ tipi differenti ta’ lokalitajiet fl-UE, bil-għan li tiġi aġġornata l-prattika tajba u jiġu identifikati t-tendenzi ewlenin fis-SKK;

36.

jitlob bis-sħiħ li l-kultura u l-kreattività jiġu integrati aħjar fl-Istrateġija Ewropa 2020, b’mod partikolari permezz tal-inizjattivi ewlenin Aġenda Diġitali, Aġenda għall-Ħiliet ġodda u l-Impjiegi u Unjoni tal-Innovazzjoni, fid-dawl tal-fatt li, biex nappoġġjaw tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, hemm bżonn mhux biss tal-“intrapriżi”, iżda ta’ sistema kompleta ta’ għarfien u ekosistema kulturali soda;

37.

fl-aħħar nett, jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li l-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija jiġi mmonitorjat bl-użu tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fil-qasam kulturali. Il-KtR jixtieq jenfasizza b’mod partikolari li r-rappreżentanti nazzjonali għandhom jikkonsultaw b’mod sistematiku lill-atturi lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw il-kwistjonijiet bl-aktar mod affidabbli possibbli.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 181/2010 fin.

(2)  CdR 181/2010 fin.

(3)  CdR 401/2011 fin.

(4)  CdR 191/2011 fin.

(5)  CdR 172/2007 fin.

(6)  Rapport tal-2010 dwar il-Kompetittività Ewropea. Sorsi oħra taw stima ogħla, b’perċentwal ta’ 4,5 % tal-PDG u 8,5 miljun persuna impjegata (TERA Consultants, 2010).

(7)  CdR 401/2011 fin.

(8)  CdR 181/2010 fin.

(9)  OECD (2009) The Impact of Culture on Tourism. OECD: Pariġi.


30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/12


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-“Eliminazzjoni tad-Distakk fl-Innovazzjoni”

2013/C 218/03

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI jirrimarka li:

Bħalma diġà wrew ħafna mill-fenomeni tas-soċjetà diġitali, it-trasformazzjoni sinifikanti titwettaq minn isfel għal fuq, u mentalità pervażiva ta’ “skoperta intraprenditorjali” hija kritika.

Il-komunitajiet tal-innovazzjoni joperaw bħala ekosistemi permezz ta’ netwerks ta’ valur sistemiku f’dinja mingħajr fruntieri.

Ir-reġjuni għandhom bżonn ambiti ġodda li jkunu “hot spots” għall-ħolqien konġunt ta’ innovazzjoni. Dawn jistgħu jiġu deskritti bħala “ġonna ta’ innovazzjoni” u “pjattaformi ta’ sfida” li flimkien jiffurmaw spazji tax-xogħol prototipiċi għall-invenzjoni tal-futur.

Il-KtR jaqbel ma’ investimenti ġodda fl-innovazzjoni miftuħa u l-crowdsourcing. Dawn huma l-ideat ewlenin assoċjati mal-Bliet Intelliġenti u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadin.

Il-kunċett ta’ Bliet Intelliġenti konnessi għandu jiġi żviluppat aktar u estiż madwar l-Ewropa kollha.

Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi programmi ta’ “skoperti intraprenditorjali” biex jaħdmu f’diversi livelli u jiskopru x’inhu l-aktar effettiv għall-ħtiġijiet lokali u l-iskalar Ewropew.

Ekonomija ċirkolari tal-għarfien: ir-riżultati tal-programmi u l-proġetti tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ dawk li jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni nazzjonali għandhom ikunu riutilizzati.

L-aqwa xpruni għall-iżvilupp u t-tmexxija ta’ proġetti madwar l-Ewropa kollha għandhom jiġu finanzjati mill-Orizzont 2020 u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-għan ta’ dan huwa wkoll li jiġu ttestjati metodoloġiji u għodda effettivi ta’ kollaborazzjoni reali u tagħlim transkonfinali.

Relatur

Markku MARKKULA (FI/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Espoo

I.   IL-ĦOLQIEN TA’ KONDIZZJONIJIET FAVOREVOLI GĦALL-INNOVAZZJONI

1.

Fuq talba tal-Presidenza Irlandiża, il-Kumitat tar-Reġjuni qed ifassal proposti infurmati u b’argumenti sodi dwar kif tista’ tiżdied l-innovazzjoni u jiġu eliminati d-distakki fl-innovazzjoni. L-għan ta’ dan il-mandat huwa li jitressqu proposti dwar (1) il-miżuri rekwiżiti mir-reġjuni u l-atturi diversi kollha tagħhom, u (2) il-miżuri rekwiżiti skont il-programmi tal-Kummissjoni tal-UE, il-finanzjament u attivitajiet oħra.

2.

L-isfida stabbilita mill-Presidenza Irlandiża tista’ tiġi milqugħa biss billi jiġu nnumerati u deskritti medda ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati b’mod parallel, u li huma konnessi minħabba l-bżonn ta’ bidla fil-kultura tax-xogħol, f’sens wiesgħa. L-azzjoni fl-UE u fil-parti l-kbira tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll tar-reġjuni, ġiet karatterizzata fis-snin reċenti mill-produzzjoni ta’ numru enormi ta’ rapporti u pjani ta’ kwalità għolja. Il-programmi u l-pjani ewlenin tal-UE minn Direttorati Ġenerali diversi huma bla dubju tajbin fihom infushom, iżda m’humiex ħlief pjani, u ma jirnexxilhomx jiggarantixxu l-bidla fl-approċċ intellettwali meħtieġa fil-livell prattiku fir-reġjuni madwar l-Ewropa. Bħalma diġà wrew ħafna mill-fenomeni tas-soċjetà diġitali, it-trasformazzjoni sinifikanti titwettaq minn isfel għal fuq, u mentalità pervażiva ta’ “skoperta intraprenditorjali” hija kritika. F’dan il-kuntest il-kelma “imprenditur” mhix adegwata, għax hija spiss interpretata b’mod pjuttost ristrett. L-iskoperta tfisser ukoll aktar minn innovazzjoni biss. Hija pjuttost attività ġdida li tesplora, tesperimenta u titgħallem dwar x’għandu jsir fl-industrija jew sottosistema rilevanti fir-rigward ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha. L-iskoperta intraprenditorjali tfisser l-esperimentazzjoni, it-teħid tar-riskji, kif ukoll il-falliment. Tfisser li l-individwu sikwit jaħdem mal-oħrajn permezz ta’ netwerking, l-evalwazzjoni tal-alternattivi, l-istabbiliment ta’ miri, u l-ħolqien ta’ innovazzjonijiet b’approċċ ta’ moħħ miftuħ. Dan l-iżvilupp jitlob ukoll li ċ-ċittadini, il-komunitajiet u n-negozji jingħataw l-opportunità jsemmgħu leħinhom għax tradizzjonalment iħossu li ma jistgħux jagħmlu dan.

3.

Minħabba li din l-Opinjoni tittratta t-tkabbir fl-innovazzjoni u t-tnaqqis tad-distakki fl-innovazzjoni, bl-għajnuna ta’ programmi tal-UE b’mod partikolari, il-linji gwida u l-proposti ta’ politika li ġejjin juru li l-bidliet meħtieġa huma fattibbli. Fl-Ewropa neħtieġu li:

i.

nappoġġaw il-miri dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni li għandhom jintlaħqu sal-2020, b’mod partikolari permezz ta’ investiment kontinwu fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

ii.

nagħmlu enfasi fuq l-importanza li jkun hemm bilanċ bejn l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, fid-disinn u fis-soċjetà kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat, li kollha huma influwenzati minn diġitalizzazzjoni estensiva;

iii.

inħabirku għall-innovazzjoni soċjetali, b’laboratorji ħajjin, kuntesti għat-testijiet u metodi ta’ innovazzjoni miftuħa fit-tfassil ta’ politiki dwar l-innovazzjoni reġjonali, filwaqt li jkun hemm il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

iv.

nagħmlu enfasi fuq ir-rwol ta’ ambjent lokali u reġjonali li jappoġġja l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozju;

v.

nimplimentaw it-trijangolu tal-għarfien bħala prinċipju ewlieni fir-riforma tal-universitajiet Ewropej (sinerġiji akbar bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni);

vi.

nagħmlu enfasi fuq ir-rwol ewlieni tal-infrastruttura tar-riċerka fis-sistemi ta’ innovazzjoni bbażati fuq l-għarfien;

vii.

niffokaw aktar fuq l-użu attiv ta’ akkwist pubbliku innovattiv, flimkien mas-semplifikazzjoni tal-proċeduri;

viii.

nagħmlu enfasi fuq l-importanza ta’ kollaborazzjoni pan-Ewropea u ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali bejn ir-reġjuni, li jibnu fuq strateġiji tal-appoġġ għall-innovazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti;

ix.

nagħmlu enfasi fuq il-potenzjal tal-kooperazzjoni transkonfinali, inkluż l-investiment esoġenu u l-investiment endoġenu tal-UE;

x.

intejbu l-kompetenzi tal-innovazzjoni u t-trawwim ta’ mentalità ġdida ta’ innovazzjoni mibnija fuq id-djalogu, il-kollaborazzjoni u l-kokreattività, sabiex isir it-tagħlim mill-aqwa prattiki;

xi.

ninkoraġġixxu attivitajiet minn isfel għal fuq: kokreazzjoni, kodisinn u koproduzzjoni permezz ta’ kollaborazzjonijiet ġenwini dwar l-għarfien, minflok inġiegħlu biss lill-gvernijiet jiżviluppaw “soluzzjonijiet” ġodda għaċ-ċittadini. Din il-kollaborazzjoni wiesgħa, li tinkludi persuni mill-komunitajiet lokali, hija meħtieġa wkoll biex nimplimentaw ideat innovattivi fil-ħajja ta’ kuljum f’kulturi differerenti madwar l-Ewropa;

xii.

ninvolvu l-interessi tan-negozju mhux biss fl-innovazzjoni, imma “fl-innovazzjoni għall-ħolqien tal-ġid”, bit-tifsira tal-ġid tmur lil hinn minn sempliċi profitt u tirrigwarda l-kwalità tal-ħajja u l-iżvilupp ta’ ambjent ferħan u b’saħħtu.

Minkejja dan, dawn l-approċċi mhumiex biżżejjed: l-essenza tal-innovazzjoni għandha tiġi eżaminata aktar fil-fond.

II.   OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

4.

Il-miżuri li ttieħdu biex tiġi implimentata l-istrateġija Ewropa 2020 ma pproduċewx biżżejjed riżultati fl-isfera tal-attività innovattiva. Fil-livell tal-UE kienu ġġenerati ħafna materjal u proposti utli. Huwa essenzjali li l-fondi u l-programmi Ewropej idawru l-enfasi fuq l-azzjoni prattika fil-livell lokali u reġjonali.

5.

Għandu jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp u l-programmi li jirrigwardaw il-ħolqien, il-prestazzjoni u l-effettività tal-ekosistemi lokali tal-innovazzjoni. Għal dan għandna bżonn tipi ġodda ta’ sħubiji Ewropej tar-riċerka. It-tiġdid u t-trasformazzjoni huma spiss ibbażati fuq kunċetti ta’ kollaborazzjoni koordinata u l-użu innovattiv u effettiv ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin. Jekk dawn isiru aktar aċċessibbli għall-proġetti Ewropej, il-kapaċità tagħhom biex iwettqu riżultati fattibbli u impatt reali ser tirfina u tiżviluppa aktar. Permezz ta’ finanzjament mill-UE għas-sħubiji reġjonali u kollaborazzjoni bbażata fuq speċjalizzazzjoni intelliġenti, dawn jistgħu jsiru elementi importanti għall-innovazzjoni transkonfinali Ewropea u mogħdijiet reġjonali għall-innovazzjoni soċjetali.

6.

Bidla fundamentali: id-diġitalizzazzjoni diġà ġabet bidla li daħlet u nfirxet ma’ kullimkien. Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom jaħtfu l-opportunitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom, bir-riforma tal-proċessi tas-servizzi bħala prijorità. Fl-istess waqt, għandhom jiġu promossi d-disseminazzjoni wiesgħa tas-servizzi diġitali fis-settur pubbliku, l-iżvilupp tal-ħiliet elettroniċi taċ-ċittadini, u l-intraprenditorija ta’ kumpaniji li għadhom kemm twaqqfu u l-intraprenditorija ta’ tkabbir qawwi li jiġġeneraw applikazzjonijiet mobbli.

7.

Id-diġitalizzazzjoni tixpruna l-bidla, u l-konverġenza lejn is-servizzi diġitali qiegħda tiġi aċċellerata. Ekosistemi ġodda ta’ negozju u kuntesti fejn jinħolqu l-valuri huma spiss xprunati mill-modi ġodda ta’mġiba tal-konsumatur – bħala riżultat ta’ disinji ffukati fuq l-utent u l-ftuħ. Dawn jisfidaw l-approċċi ta’ kostruzzjoni minn fuq għal isfel li ntirtu mid-dinja antika analoga. Filwaqt li d-diġitizzazzjoni qed trendi l-iżvilupp fis-servizzi aktar globali minn qatt qabel, il-pożizzjoni tal-Ewropa mhix waħda mill-aqwa: mhux aħna li qegħdin f’ta’ quddiem f’din it-tellieqa globali.

8.

It-teknoloġiji cloud jipprovdu aċċess għall-aħjar servizz disponibbli, indipendentement mill-ħin u l-post. Fil-ftit snin li ġejjin, dan il-mod ta’ żvilupp u produzzjoni tas-servizzi diġà ser ikun ħa post numru konsiderevoli ta’ servizzi tradizzjonali fejn li “tkun fuq il-post” huwa fattur determinanti għas-servizz. Mhux ser jibqa’ neċessarju li jkun hemm il-hardware kullimkien. Dan ser jinvolvi wkoll il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ servizzi tal-ICT u kooperazzjoni globali fuq nertwerks tan-negozji, l-amministrazzjoni pubblika u komunitajiet oħra. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi dan l-iżvilupp, magħruf bħala tmexxija elettronika, permezz ta’ programmi ta’ sħubija attiva.

9.

Ma nistgħux nindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà permezz ta’ aġġustamenti żgħar u metodi konvenzjonali ta’ ġestjoni. Huwa kruċjali għas-suċċess li tingħata spinta lill-kapital tat-tiġdid: il-kreattività, l-innovazzjoni u l-kunfidenza fl-innovazzjoni u r-riforma huma wkoll essenzjali għas-suċċess għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell lokali u reġjonali. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-funzjonament riġidu tal-amministrazzjonijiet pubbliċi jsir aktar flessibbli sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jkollhom skop akbar biex jippromovu l-kreattività.

10.

Il-persuni motivati huma fiċ-ċentru tal-politika ta’ innovazzjoni reġjonali. In-nies joħolqu l-innovazzjonijiet u għalhekk l-innovazzjoni hija fuq kollox proċess uman u soċjali. Il-fatturi li jaffettwaw l-innovazzjoni mhumiex limitati għall-organizzazzjonijiet: l-aktar xpruni sinifikanti tal-proċess tal-innovazzjoni fi stadji diversi spiss joħorġu permezz ta’ interazzjoni umana f’punti diversi ta’ kuntatt.

11.

Ir-riċerka għandha tilħaq il-bżonnijiet fuq perjodu qasir kif ukoll fuq perjodu twil ta’ żmien. Proporzjon żgħir biss ta’ bliet, negozji u komunitajiet oħra jagħmlu l-aħjar użu tar-riżultati tar-riċerka. Għandu jiġi nnotat ukoll li numru żgħir biss ta’ riċerkaturi jafu jrendu l-għarfien u r-riżultati tar-riċerka tagħhom interessanti u utli għall-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u oħrajn sabiex jindirizzaw l-isfidi tagħhom. Għalhekk, l-Ewropa trid tagħmel bidliet kulturali kbar u tiffoka l-finanzjament mill-ġdid biex tiżgura l-applikazzjoni attiva tal-għarfien mir-riċerka l-aktar reċenti fil-livell lokali u reġjonali. Il-KtR jemmen li l-SMEs huma katalist importanti biex il-kontribut mir-riċerka jkun jista’ jissarraf f’applikazzjonijiet konkreti meta jitqiegħed fis-suq. Il-KtR jemmen li hemm bżonn ikun aktar faċli biex l-SMEs ikollhom aċċess aħjar għall-fondi permezz ta’ investimenti fl-impriżi li għadhom jibdew, fil-kapital ta’ riskju u f’regolamenti anqas kumplessi.

12.

Biex ir-riċerka tissarraf fil-prattika hemm bżonn fehim tajjeb miż-żewġ naħat dwar x’riċerka hemm, x’inhuma l-kwistjonijiet li qed jiġu diskussi, u kif ir-riċerka rilevanti tista’ tħalli impatt fuq kwistjonijiet lokali u reġjonali. Għal dan jinħtieġ tip ġdid ta’ trijangolu tal-għarfien, li jgħaqqad id-dinja tar-riċerka u x-xjenza ma’ dik tan-negozju u l-governanza permezz ta’ tip ta’ servizz ta’ medjazzjoni reċiproka. Dan jitlob implimentazzjoni ħajja u aktar żvilupp tal-kunċett tat-Trijangolu tal-Għarfien tal-UE biex jissaħħaħ ir-rwol soċjetali tal-universitajiet.

13.

Ir-riċerka xjentifika u teknoloġika, u l-applikazzjoni attiva ta’ ideat ibbażati fuq riċerka bħal din, joħolqu l-possibbiltà ta’ xprunar ġdid. Fl-istess waqt, il-viżjoni tal-innovazzjoni għandha titwessa’ sabiex tinkludi mhux biss l-innovazzjoni teknoloġika, iżda wkoll l-innovazzjoni fil-proċess, in-negozju, is-servizz u d-disinn, kif ukoll l-innovazzjoni fis-settur pubbliku u fis-soċjetà biex jiġġeddu l-kulturi tal-komunità, u l-innovazzjoni soċjetali għall-immodernizzar ta’ aktar attivitajiet u strutturi. Huwa essenzjali li tiġi internalizzata viżjoni aktar wiesgħa tal-innovazzjoni, mhux biss fin-negozju iżda wkoll fis-settur pubbliku.

14.

Peress li f’ċerti reġjuni u b’mod partikolari fir-reġjuni rurali, is-settur pubbliku huwa l-mutur tal-bidla u attur ewlieni fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni tal-popolazzjoni lokali, għandha tingħata attenzjoni lill-innovazzjoni f’dan is-settur kif ukoll ir-riforma tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi. Dan ser jippermetti lil dawn ir-reġjuni biex jirkupraw id-distakk.

15.

Ekonomija ċirkolari tal-għarfien: ir-riżultati tal-programmi u l-proġetti tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ dawk li jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni nazzjonali għandhom ikunu riutilizzati.

16.

Ekonomija ċirkolari hija ekonomija li fiha l-affarijiet ma jintremewx jew jintilfu, iżda jitħallew jiċċirkolaw u jerġgħu jintużaw sabiex il-valur tagħhom ma jintilifx, imma pjuttost jiżdied. It-terminu huwa derivat minn ħsieb ġdid dwar kunċetti tal-ġenerazzjoni li jmiss għall-iżvilupp sostenibbli. F’ekonomija ċirkolari tal-għarfien, ir-riżultati ta’ programmi ta’ riċerka u proġetti li tlestew – ideat, intwizzjonijiet, rakkomandazzjonijiet, materjal, metodoloġiji, proposti prattiċi, prototipi u invenzjonijiet – jistgħu jiġu riskoperti, aċċessati u applikati fi programmi u proġetti attwali fl-oqsma relatati u rilevanti. Il-Kumitat jirrimarka għal darb’oħra dwar l-opportunitajiet ekonomiċi u ta’ innovazzjoni għar-reġjuni u l-bliet fil-bijoekonomija u l-ICT, li huma elementi ewlenin tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u ekoloġiku (1).

17.

Jekk nersqu lejn ekonomija ċirkolari tal-għarfien, korpi nazzjonali ta’ finanzjament jistgħu jerġgħu jeżaminaw u jesploraw ir-riżultati tal-proġetti li tlestew bejn l-aħħar 5 u 10 snin, u b’hekk it-teżori tagħhom jistgħu jerġgħu jintużaw f’kuntesti reġjonali u nazzjonali ġodda. Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu l-istess ħaġa, u b’hekk irendu r-riżultati aktar aċċessibbli madwar is-setturi diversi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà. Ir-riċerka universitarja tista’ ssir aktar rilevanti b’mod dirett għal dawk li jfasslu l-politiki u għat-timijiet ta’ proġetti. Ir-riżultati minn dawn is-setturi kollha jistgħu jiġu riveduti sabiex jirrispondu għall-bżonnijiet fil-livelli reġjonali u lokali, u jħejju ideat, materjal u metodi ġodda li jkunu lesti għall-applikazzjoni fl-iżvilupp ta’ ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali madwar l-Ewropa.

18.

Ambjent attiv u stimolanti huwa maħluq permezz tal-effett kombinat ta’ fatturi differenti. Inġenerali, persuni innovattivi huma ħerqana li jkunu involuti f’avvenimenti, proġetti u operazzjonijiet meta dawn ikunu appoġġjati minn kunċetti u metodi tajbin, u applikazzjonijiet effettivi u ġodda tar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI).

19.

Il-fatturi ta’ inċertezza, id-dubji u t-tensjonijiet huma preżenti fl-attivitajiet interpersonali kollha. Il-punt huwa li jiġu modifikati t-tensjonijiet b’mod partikolari, sabiex iservu bħala sors ta’ kreattività u innovazzjoni u sabiex jintlaħqu l-prinċipji tal-organizzazzjoni tat-tagħlim. B’hekk, il-proċess kreattiv isir tensjoni kreattiva ċara li tista’ tintuża biex tbiddel l-attività fis-sistemi u tbiddel is-sistemi inġenerali. Huwa importanti li jkun hemm metodi u kunċetti li jżidu l-ammont ta’ tagħlim, jgħollu l-kwalità tiegħu u jtejbu l-iżvilupp soċjali sostenibbli. L-isfruttar tal-għarfien u l-proċessi għall-bini ta’ kapaċità, u l-isfruttar tal-għarfien fit-tagħlim organizzattiv, huma kunċetti li qed isiru importanti, kif ukoll l-esplorazzjoni u l-ħolqien konġunt tal-għarfien.

20.

Ir-reġjuni għandhom bżonn ambiti ġodda li jkunu “hot spots” għall-ħolqien konġunt ta’ innovazzjoni. Dawn jistgħu jiġu deskritti bħala “ġonna ta’ innovazzjoni” u “pjattaformi ta’ sfida” li flimkien jiffurmaw spazji tax-xogħol prototipiċi għall-invenzjoni tal-futur. Dawn huma meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi – minn sfidi lokali żgħar sa sfidi kbar tas-soċjetà fil-livell globali. L-attività fir-RŻI għalhekk hija meħtieġa sabiex tixpruna u toħloq prototipi ta’ (1) konfigurazzjonijiet spazjali b’dimensjonijiet fiżiċi, intellettwali u virtwali, u (2) l-għodda għall-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-għarfien meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi.

21.

L-approċċ li tant kien imfaħħar tat-tliet spirali (Triple Helix) mhuwiex dinamiku biżżejjed sabiex ilaħħaq ma’ sfidi ġodda; talinqas huma meħtieġa erba’ spirali (Quadruple Helix) fejn il-komunità tkun ir-raba’ faxxa. L-approċċ irid jiġi modernizzat u huwa meħtieġ l-involviment intensiv mal-attivitajiet tal-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali sabiex jiġu aġġornati dan il-kunċett operattiv u din il-kultura.

22.

Huwa partikolarment importanti mill-perspettiva tal-Ewropa li jiġu esplorati l-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali, kif ukoll ir-rwol, l-importanza, l-attività, is-soluzzjonijiet spazjali u dak kollu li jippermetti s-suċċess tal-komunitajiet u istituzzjonijiet li jixprunaw attività ġdida u dinamika fl-innovazzjoni ta’ dawn l-ekosistemi. L-istituti l-ġodda tal-innovazzjoni jiffukaw fuq il-mentalità ġdida u l-ambjent ġdid li hemm bżonn għal disinn li jiffoka fuq l-utent, il-ħolqien konġunt u l-ixprunar rapidu.

23.

Dawn l-istituti ġodda, li ħafna minnhom ġew stabbiliti fis-snin reċenti biss, huma entitajiet flessibbli b’approċċ kollaborattiv. Xi eżempji jinkludu: Inkubaturi u Aċċeleraturi, Laboratorji Ħajjin, Punti Ċentrali tal-Intraprenditorija, Laboratorji tal-Iżvilupp, “Fab Labs”, Kampijiet ta’ Tagħlim dwar l-Innovazzjoni Soċjetali u Ċentri tal-Futur. Dawn normalment joperaw bħala entitajiet assoċjati ma’ universitajiet, muniċipalitajiet u negozji. Jikkombinaw prattiki operattivi ġodda u miftuħa, l-użu tal-midja soċjali, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u prattiki ta’ finanzjament ġodda, netwerk wiesgħa ta’ partijiet interessati u l-intraprenditorija.

24.

Huwa essenzjali li jiġu ssemplifikati l-proċeduri għal akkwist pubbliku innovattiv sabiex jittejjeb l-użu attiv tiegħu. Madwar l-Ewropa u f’partijiet oħra tad-dinja hemm eżempji rilevanti ta’ semplifikazzjoni b’suċċess. Dawn għandhom jiġu eżaminati, adattati, isiru prototipi tagħhom u jiġu applikati.

III.   NINDIRIZZAW L-ISFIDI L-KBAR TAS-SOĊJETÀ FIL-LIVELL REĠJONALI

25.

Diskussjonijiet dwar “l-isfidi l-kbar tas-soċjetà” spiss jidhru astratti u mbegħdin wisq mill-ħsibijiet prattiċi ta’ partijiet interessati ewlenin madwar l-Ewropa: l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-SMEs u ċittadini ordinarji. Iżda hawnhekk hija s-setgħa innovattiva tal-Ewropa. Sfidi kbar għandhom ikunu espliċitament marbutin ma’ kwistjonijiet li jippreżentaw sfida fil-livell lokali u reġjonali, u jiġu trattati hemm. B’hekk titjieb l-innovazzjoni lokali u jkunu involuti ammonti kbar ta’ potenzjal mhux użat u intelliġenza kollettiva. Iċ-ċittadini mhumiex sempliċiment il-benefiċjarji tal-innovazzjoni, iżda atturi fiċ-ċentru tal-proċess tal-innovazzjoni. Għandna bżonn niffokaw aktar fuq ir-raġuni għalfejn dan il-bżonn għal bidla huwa minnu u kif ser timmotiva u tinċentiva lil dawk li jaqbdu din il-mixja tal-innovazzjoni. Hemm bżonn li fir-reġjuni jinħolqu programm soċjali li jisfruttaw id-djalogu u l-kooperazzjoni li saru possibbli bid-diġitalizzazzjoni u li huma mmirati sabiex jiksbu l-bidliet soċjali meħtieġa. Kulħadd għandu jitħeġġeġ jindirizza n-nuqqasijiet soċjali importanti u jaħdem biex joħloq il-bidla.

26.

Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi programmi sabiex “l-isfidi l-kbar tas-soċjetà” jiġu implimentati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Kif tista’ Sfida Kbira tas-Soċjetà tiġi trasposta għall-bżonnijiet nazzjonali? Għall-prijoritajiet reġjonali? Għall-kwistjonijiet lokali? Dawn il-programmi, fil-qafas tal-Orizzont 2020 u programmi oħra tal-UE, għandhom jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji ż-żgħar jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isfidi li qed jiffaċċjaw, u jipprovdu l-faċilitajiet (metodoloġiji, ambjenti li jtejbu l-innovazzjoni, il-faċilitaturi) sabiex dawn l-isfidi lokali jsiru programmi innovattivi fil-livell adatt. Metodoloġija essenzjali għal dan hija l-ħolqien rapidu tal-prototipi.

27.

Il-KtR jirrakkomanda esperimenti u azzjonijiet speċjali dwar il-ħolqien rapidu tal-prototipi għal kull wieħed mill-Isfidi l-Kbar tas-Soċjetà, biex jitwettqu f’għadd ta’ reġjuni Ewropej fil-qafas ta’ programm interkonness ta’ tagħlim konġunt. In-netwerking tal-bliet intelliġenti konnessi għandu wkoll jiżdied sabiex jitħeġġu l-innovazzjoni sperimentali u t-tagħlim. L-Ewropa għandha bżonn bliet pijunieri kif ukoll programmi effettivi ta’ sħubija biex jippromovu l-innovazzjoni, li tiggarantixxi l-iżvilupp tar-reġjuni kollha irrispettivament mis-sitwazzjoni attwali tagħhom. Dan ifisser li l-kwistjonijiet iridu jsiru rilevanti fil-livell reġjonali u lokali, sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati bħala proċessi ta’ tibdil innovattiv fil-livell lokali. Għandhom isiru skambji ta’ tagħlim u esperjenza bejn ir-reġjuni diversi li qed jieħdu sehem, u dawn jiġu kodifikati permezz ta’ rappurtar rapidu b’elementi viżwali ċari u lingwaġġ li jinftiehem, li jkun ukoll għall-użu attiv ta’ oħrajn. Is-soluzzjonijiet li jasal għalihom reġjun wieħed jistgħu mbagħad jiġu ttestjati u verifikati fir-reġjuni l-oħra li qed jieħdu sehem u soluzzjonijiet effettivi jistgħu jiġu adatti għal reġjuni oħrajn fl-Ewropa. Dawn il-miżuri jkunu karatterizzati mill-flessibilità u jkunu applikati b’mod tajjeb fil-livell lokali f’tali mod li jnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv fuq in-negozji, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra.

28.

Il-KtR jiġbed l-attenzjoni ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell reġjonali li dan l-approċċ, flimkien mal-użu ta’ finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni u dak lokali b’sinerġija ma’ programmi tal-UE, jipproduċi innovazzjonijiet prattiċi li jintużaw madwar l-Ewropa kollha. Ser itejjeb ukoll l-innovazzjoni lokali u jgħin biex tinħoloq kultura ta’ innovazzjoni madwar l-Ewropa kollha.

29.

L-universitajiet għandhom rwol kruċjali f’dan l-iżvilupp. Sfortunatament, b’riżorsi li qed jonqsu, l-universitajiet qed “jissikkaw iċ-ċinturin” u jduru lura għall-metodi tradizzjonali ta’ tagħlim u riċerka. L-impenn estern jidher li qed jieħu t-tieni post. Il-Kumitat tar-Reġjuni jixtieq jara attivitajiet li jinkoraġġixxu lill-universitajiet biex jaqdu rwol ewlieni fis-soċjetà u biex iħejju metodi ta’ taħriġ u tagħlim għall-proċessi ta’ bidla soċjali u tas-soċjetà li huma meħtieġa.

IV.   SPEĊJALIZZAZZJONI INTELLIĠENTI

30.

Ir-rwol tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti inkorporat fil-qafas tal-politika tal-Ewropa 2020 ġie enfasizzat mill-Kunsill tal-UE b’mod partikolari fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni. Il-Gwida tal-UE dwar l-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) tiddefinixxi dawn l-istrateġiji bħala aġendi integrati u lokalizzati ta’ trasformazzjoni ekonomika.

31.

Il-KtR jenfasizza li l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti hija qafas ta’ politika reġjonali għat-tkabbir xprunat mill-innovazzjoni. Dak li jiddistingwi l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti minn politiki tradizzjonali industrijali u dawk dwar l-innovazzjoni huwa prinċipalment il-proċess definit bħala “proċess intraprenditorjali ta’ skoperta” – proċess interattiv fejn il-forzi tas-suq u s-settur privat qed jiskopru u jipproduċu informazzjoni dwar attivitajiet ġodda, u l-gvern jevalwa l-eżiti u jagħti s-setgħa lil dawk l-atturi li huma l-aktar kapaċi li jwettqu l-potenzjal. L-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti huma ħafna aktar minn isfel għal fuq mill-politiki industrijali tradizzjonali.

32.

Il-pjattaforma ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3 Platform) għandha bżonn tappoġġja aktar l-attivitajiet fil-livelli reġjonali u lokali b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni anqas żviluppati. Fuq kollox, dan ifisser li f’kull reġjun jiġu appoġġati l-proċessi li jgħinu biex jiġu identifikati l-attivitajiet b’valur miżjud għoli. Dan ifisser ukoll li jiġu pprovduti l-aħjar opportunitajiet biex jissaħħħu l-kompetittività tar-reġjun u l-portafoll ta’ politiki li għandu jiġi implimentat biex ifasslu l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom.

33.

Il-KtR jenfasizza li l-approċċ RIS3 huwa konsistenti mal-għanijiet u l-għodda tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, u li jippromovi t-tkabbir u l-impjiegi madwar il-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE. Jissuġġerixxi strateġija u rwol globali għal kull ekonomija nazzjonali u reġjonali, inklużi kemm it-territorji mexxejja kif ukoll dawk anqas avvanzati. Iħaddan kunċett aktar wiesa’ ta’ innovazzjoni, mhux biss l-investiment fir-riċerka jew fis-settur tal-manifattura, iżda wkoll jibni l-kompetittività permezz tad-disinn u l-industriji kreattivi, kapaċità akbar ta’ innovazzjoni fl-attivitajiet tas-settur pubbliku, l-innovazzjoni soċjali u fis-servizzi, mudelli ġodda ta’ negozju u innovazzjoni bbażata fuq il-prattika.

34.

Il-KtR jappoġġja bil-qawwa l-proposta li ġejja tal-Kumitat ITRE tal-Parlament Ewropew biex tiġi inkluża fir-regoli tal-Orizzont 2020: “L-istrumenti li jorbtu r-riċerka, l-innovazzjoni u l-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti ser jiġu implimentati kemm f’Orizzont 2020 kif ukoll fil-Fondi Strutturali sabiex jinħolqu indikaturi oġġettivi għall-iskala tal-eċċellenza u l-bini taż-ŻER (Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni).”

35.

Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti mill-aġenda ta’ politika ewlenija tagħhom. L-Orizzont 2020 u l-Fondi ta’ Koeżjoni għandhom jintużaw biex joħolqu l-kunċetti, l-għodod u l-prerekwiżiti oħra li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu b’mod attiv l-innovazzjoni, jieħdu r-riskji u jinvestu fl-applikazzjoni prattika tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, sabiex b’hekk ikun jista’ jsir adattament skont l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

36.

Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, huwa importanti li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bażi ta’ ħiliet lokali u l-kapaċità ta’ innovazzjoni fil-livell lokali, kif ukoll l-iżvilupp ta’ strumenti u kooperazzjoni li jippromovu l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ġewwa l-Ewropa. Dawn l-istrumenti u l-kooperazzjoni huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-Orizzont 2020 fil-livell lokali u reġjonali. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-KtR jirrakkomanda li l-potenzjal tal-Programm INTERREG tal-UE jiġi sfruttat bis-sħiħ u li jingħata biżżejjed riżorsi billi jitwaqqfu pjattaformi għat-tagħlim reċiproku u billi jitrawwem l-iskambju internazzjonali dwar strateġiji tal-innovazzjoni.

V.   IL-BLIET INTELLIĠENTI (SMART CITIES)

37.

Il-kunċett tal-Bliet Intelliġenti huwa wieħed mill-oqsma li l-UE iffokat fuqu sabiex jistimola t-tkabbir sostenibbli u li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja. L-elementi li jippermettu dan huma l-investimenti fl-infrastruttura moderna tal-ICT u s-servizzi elettroniċi, kif ukoll fil-kapital uman u soċjali. L-ixpruni tal-bidla huma prinċipalment il-kapital għat-tiġdid reġjonali u l-effettività tal-ekosistemi tal-innovazzjoni – immirati speċjalment lejn l-immodernizzar tal-kultura tal-kollaborazzjoni tat-tliet spirali (Triple Helix) u ż-żieda fir-rispons reġjonali permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Il-KtR jinnota l-importanza kruċjali li l-applikazzjonijiet intelliġenti joperaw permezz ta’ interfaċċi diġitali miftuħa u interoperabbli li jikkonnettjaw kemm in-nies fir-reġjun tagħhom u globalment, kif ukoll il-bliet għal sħubiji Ewropej. Il-kunċett ta’ Bliet Intelliġenti konnessi għandu jiġi żviluppat aktar u estiż madwar l-Ewropa kollha.

38.

L-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ servizzi intelliġenti li huma adattati għall-kulturi lokali kif ukoll għan-negozji u s-servizzi pubbliċi lokali għandhom jitniedu fir-reġjuni tal-UE bħala aspett tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti. Il-Kumitat tar-Reġjuni jipproponi li l-attivitajiet ta’ żvilupp fil-livell lokali u reġjonali għandhom ikunu appoġġjati sew minn proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE li huma ddisinjati sabiex jiksbu l-aħjar riżultati għall-użu reġjonali, jipproċessaw dawk ir-riżultati u jappoġġjaw l-applikazzjoni tagħhom f’reġjuni differenti.

39.

Għandhom jitniedu programmi fir-reġjuni sabiex jinħolqu punti ta’ innovazzjoni b’saħħa internazzjonali. Dawn il-programmi għandhom jintużaw biex iħeġġu ż-żoni urbani jagħmlu għażliet prijoritarji strateġiċi bbażati fuq l-identità, id-domanda u l-għarfien multidixxiplinarju tagħhom stess, u li jniedu attivitajiet ta’ negozju li jkunu bbażati fuq l-għarfien. Il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkommanda li l-programmi jkunu ffinanzjati kemm mir-riżorsi reġjonali kif ukoll mill-fondi strutturali tal-UE; l-attivitajiet tagħhom għandhom jiġu appoġġjati minn medda ta’ miżuri, programmi u strumenti finanzjarji tal-UE.

40.

Il-KtR jenfasizza li l-fattur ewlieni għas-suċċess fl-istrateġiji reġjonali tal-innovazzjoni huwa l-effettività biex jingħalaq id-distakk bejn l-għarfien ta’ riċerka globali u l-prattiki reġjonali attwali. L-istrutturi u l-proċessi fil-bliet u r-reġjuni jridu jiġu żviluppati, anke radikalment mibdula, skont ir-riżultati tar-riċerka l-aktar reċenti. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, il-KtR ifakkar illi:

Fl-Orizzont 2020 il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq il-katini ta’ valur u n-netwerks ta’ valur b’mod sħiħ. Dan ifisser li jrid ikun hemm aktar riċerka dwar kif toħloq u timplimenta l-innovazzjonijiet fuq livell prattiku, ibbażata fuq il-valuri kulturali u l-mentalità lokali, sabiex jinkisbu riżultati konkreti għall-benesseri taċ-ċittadini;

Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ta’ politika għandhom juru b’mod konsistenti l-kuraġġ meħtieġ sabiex jimmiraw għall-ambizzjonijiet l-aktar għoljin u jwettqu xi ħaġa radikalment ġdid;

Ir-reġjuni u l-bliet għandhom joħolqu inizjattivi ġodda li huma ġenwinament Ewropej min-natura: multikulturali, iċċentrati fuq l-innovazzjoni u l-kapaċitajiet tas-soċjetàgħall-ħolqien ta’ strutturi aħjar għall-benesseri tas-soċjetà u li jwettqu x-xogħol bażiku meħtieġ għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali.

Eżempji prattiċi ta’ inizjattivi li kellhom suċċess għandhom iservu ta’ vetrina u jkunu aċċessibbli b’mod mifrux, biex b’hekk reġjuni u bliet oħra jkunu jistgħu jitgħallmu mir-riżultati prattiċi u l-proċessi li kienu effikaċi fil-programmi tal-passat u dawk li għadhom għaddejjin.

Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom rwol ewlieni biex jiżguraw li l-pubbliku jkun kemm jista’ jkun konxju mill-ħtieġa għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ ideat abbażi tar-rispons mill-membri tal-pubbliku, u b’hekk jiżguraw bażi soda biex l-innovazzjoni issir b’suċċess. Dan jesiġi l-iżvilupp madwar l-Ewropa kollha ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u innovazzjonijiet muniċipali.

41.

Il-KtR huwa konxju li l-innovazzjoni fis-soċjetà tista’ tiżdied ħafna bit-tqanqil tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Dan ifisser b’mod partikolari l-użu tat-teknoloġija diġitali b’mod iċċentrat fuq il-bniedem: crowdsensing u crowdsourcing. Fil-Bliet Intelliġenti l-iżvilupp huwa bbażat b’mod qawwi fuq proċessi parteċipattivi minn isfel għal fuq, li huma sensittivi għad-dinamiċi tal-forom kollha ta’ attivitajiet soċjetali, kif ukoll għar-responsabbiltà individwali u kondiviża – ħafna aktar mis-servizzi tradizzjonali operati mill-bliet li jkunu minn fuq għal isfel. Il-bidla essenzjali hija li ċ-ċittadini huma involuti direttament fi proċessi soċjetali permezz tal-ġenerazzjoni tad-data u pjattaformi ta’ kondiviżjoni tal-kontenut. Ir-rwol taċ-ċittadini jista’ jiġi deskritt bħala aġenti tal-bidla billi jipperċepixxu, jirrappurtaw u wkoll jieħdu ħsieb attivitajiet diversi.

42.

Il-KtR jaqbel ma’ investimenti ġodda fl-innovazzjoni miftuħa u l-crowdsourcing. Dawn huma l-ideat ewlenin assoċjati mal-Bliet Intelliġenti u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadin. Il-crowdsourcing huwa l-metodu ta’ parteċipazzjoni fejn il-kumpaniji, il-bliet u organizzazzjonijiet oħra jfittxu l-kontribut ta’ komunitajiet ta’ nies, u hawnhekk dan huwa essenzjali. Fattur ieħor huwa n-nuqqas ta’ għarfien – u ta’ fehim – tal-prattiki tajbin ta’ xulxin, kif jaħdmu u għaliex.

43.

Il-KtR jagħraf il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mill-viċin bejn livelli differenti ta’ gvern u s-soċjetà ċivili, u jinnota li dan diġà qed joħroġ fi bliet u reġjuni diversi madwar l-Ewropa. Iżda l-bliet u r-reġjuni mhumiex qed jużaw il-prattiki tajbin b’mod tajjeb: il-proġetti pilota promettenti għandhom it-tendenza li jibqgħu lokali mingħajr ma jwasslu l-benefiċċji kollha lill-utenti, u mingħajr ma jipprovdu opportunitajiet ta’ negozju għall-kumpaniji fornituri. L-iskalar ’il fuq insuffiċjenti huwa minħabba n-natura kumplessa ta’ ħafna mill-innovazzjonijiet urbani u l-kuntest li fihom jiġu adottati.

44.

Il-KtR jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħmel sejħiet għall-offerti għall-innovazzjonijiet tal-bliet. L-enfasi għandha tkun fuq il-ħolqien ta’ mudelli ġodda ta’ kollaborazzjoni għal soluzzjonijiet ġodda li jindirizzaw l-iżvilupp urban u l-ħtiġiet tas-servizzi, u biex dawn is-soluzzjonijiet innovattivi jiġu skalati ’il fuq u kondiviżi fi bliet u reġjuni oħra. Dawn għandhom jinkludi tipi ġodda ta’ kollaborazzjoni bejn iċ-ċittadini, in-negozji, l-istituti edukattivi u tar-riċerka, u l-gvernijiet. Dan jinvolvi kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi. Iċ-ċittadini madwar l-Ewropa diġà qed jieħdu inizjattivi biex ibiddlu l-ambjent tagħhom stess u jesperimentaw b’modi ġodda ta’ kollaborazzjoni. L-opportunitajiet jinkludu l-appoġġ tal-ħajja rikka u l-attiva tal-komunità, il-mobilizzazzjoni ta’ għadd kbir ta’ voluntiera, u l-medda kbira ta’ inizjattivi li joħorġu b’riżultat ta’ dan. Dawn l-attivitajiet għandhom jimmiraw lejn l-iskoperta ta’ modi ġodda ta’ kollaborazzjoni u t-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-sħubiji eżistenti, b’tali mod li jsiru aktar miftuħin għal skoperti innovattivi u li jkunu bbażati b’mod aktar ċar fuq l-użu tar-riżorsi globali tal-għarfien u li jitgħallmu mingħand xulxin. Hemm bżonn li tinġibed l-attenzjoni tar-reġjuni simili madwar l-Ewropa għall-eżempji li kellhom suċċess.

VI.   L-EKOSISTEMI TA’ INNOVAZZJONI REĠJONALI BĦALA LABORATORJI GĦALL-ISKOPERTI INTRAPRENDITORJALI

45.

Sfida ewlenija għall-eliminazzjoni tad-distakk fl-innovazzjoni hija li jinkisru l-kumpartimenti strutturali li fil-qafas tagħhom jiġu indirizzati l-kwistjonijiet u l-isfidi. Il-problemi soċjetali mhumiex limitati għall-kumpartimenti amministrattivi, u lanqas ma jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ proġetti individwali jew ministeri nazzjonali u reġjonali. Il-proġetti tradizzjonali – anke dawk kbar – mhumiex soluzzjoni: l-Ewropa għandha bżonn tieqaf milli taħseb u topera b’mod kumpartimentalizzat. It-tkabbir ġdid u l-impjiegi ġodda jiġu mill-innovazzjoni miftuħa u n-netwerks ta’ valur. L-Ewropa għandha bżonn toħloq mentalità transdixxiplinarja mmirata lejn l-iskoperti intraprenditorjali, u l-indirizzar tal-isfidi b’mod sistemiku. Il-problemi interkonnessi għandhom bżonn soluzzjonijiet sistemiċi.

46.

Il-KtR jinnota li qed isiru żviluppi eċċitanti fil-laboratorji tal-universitajiet madwar l-Ewropa, u anke globalment, li jindirizzaw l-isfidi l-kbar soċjetali u industrijali. Iżda llum il-ġurnata l-aqwa laboratorji għall-innovazzjonijiet revoluzzjonarji m’għadhomx il-faċilitajiet tradizzjonali universitarji, imma saru l-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali li joperaw bħala bank tal-prova għall-ħolqien ta’ prototipi rapidi għal bosta tipi ta’ innovazzjonijiet xprunati mill-utenti, li huma bbażati fuq sistemi trasformattivi u skalabbli. Sabiex tkun tista’ tittrasforma r-riżultati tar-riċerka fix-xjenza u t-teknoloġija fi flussi b’saħħithom ta’ prodotti, servizzi u proċessi ġodda, l-Ewropa għandha bżonn tistimola l-innovazzjoni permezz ta’ sistemi ta’ produzzjoni differenti mill-istil antik ta’ manifattura. Dan jeħtieġ ukoll fehim reċiproku tar-rekwiżiti, il-mistoqsijiet, u l-opportunitajiet fl-oqsma differenti tan-negozju, ix-xjenza u l-gvern.

47.

Il-KtR jappella għal aktar attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp dwar il-modi kif jistgħu jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-iżvilupp tan-negozji, lil hinn mill-istrutturi skaduti ta’ setturi u raggruppamenti, u li jaħseb f’termini ta’ ekosistemi, li jistgħu jiġu koordinati sabiex ikabbru l-potenzjal innovattiv tar-reġjuni u jrawmu l-ispirtu intraprenditorjali tagħhom.

48.

Il-KtR jenfasizza l-importanza tal-finanzjament fil-livell tal-UE u reġjonali għall-innovazzjoni u għal ekosistemi ta’ produzzjoni b’karatteristiċi lokali, reġjonali jew transreġjonali qawwijin. Politika ta’ innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa toħloq il-prekondizzjonijiet għal mudelli b’operat sistemiku li fi djalogu ta’ ħolqien konġunt jikkombinaw il-bżonnijiet tal-utenti, tal-konsumaturi u taċ-ċittadini, flimkien mal-għarfien, il-kreattività u l-kompetenza.

49.

Hemm bosta oqsma ta’ riċerka u innovazzjoni li jiffukaw fuq l-appoġġ tal-ixpruni tal-bidla meħtieġa b’urġenza għall-perjodu l-ġdid ta’ programmar 2014-2020. Il-KtR jixtieq jenfasizza dawn li ġejjin bħala l-fatturi ta’ suċċess fl-invenzjoni tal-futur:

Il-komunitajiet tal-innovazzjoni joperaw bħala ekosistemi permezz ta’ netwerks ta’ valur sistemiku f’dinja mingħajr fruntieri.

Il-proċessi tal-innovazzjoni huma bbażati b’mod sod fuq id-domanda u l-orjentazzjoni tal-utenti u l-klijenti bħala atturi kruċjali fl-innovazzjoni.

L-istrateġiji tal-innovazzjoni jiffukaw fuq l-ikkatalizzar tal-innovazzjoni miftuħa, u l-inkoraġġiment tal-individwi u l-komunitajiet lejn mentalità intraprenditorjali u l-użu effettiv u l-ħolqien ta’ servizzi ġodda diġitalizzati.

50.

L-esperjenza tal-UE ta’ programmazzjoni konġunta u sħubijiet bejn in-nazzjonijiet għandha bżonn tkompli tiżviluppa biex jissaħħu l-proċessi reġjonali li jgħaqqdu l-approċċ minn isfel għal fuq rigward il-prijoritajiet strateġiċi tal-UE 2020 mal-għarfien Ewropew ta’ riċerka ta’ livell għoli. Il-Kumitat tar-Reġjuni jisħaq dwar l-importanza li jiżdiedu l-fondi biex ikun hemm aktar sħubijiet Ewropej u tagħlim komparattiv reġjonali permezz tal-Progamm INTERREG u programmi simili oħrajn.

51.

Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi programmi ta’ “skoperti intraprenditorjali” biex jaħdmu f’diversi livelli u jiskopru x’inhu l-aktar effettiv għall-ħtiġijiet lokali u l-iskalar Ewropew. Il-finanzjament għal dawn għandu jiġi minn sorsi diversi: l-Orizzont 2020, il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME), il-fondi ta’ koeżjoni u oħrajn. Proġetti pilota fejn numru ta’ reġjuni jieħdu sehem fihom jistgħu jkabbru l-potenzjal għat-tagħlim transreġjonali. Ir-reġjuni bi qrubija kulturali – pereżempju r-reġjun tal-Baħar Baltiku, ir-reġjun tad-Danubju, jew reġjuni ultraperifiċi – għandhom jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw l-isfidi soċjetali speċifici komuni għalihom. L-innovazzjonijiet li jkollhom suċċess f’reġjun wieħed jistgħu jiġu ttestjati u verifikati f’reġjuni oħra, l-innovazzjonijiet tal-bliet jistgħu jiġu skalati u applikati għar-reġjun, u mbagħad skalati għal reġjuni oħra madwar l-Ewropa. Dawn il-proġetti għandhom jinvolvu l-partijiet interessati fil-livelli kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-SMEs, l-NGOs u b’mod speċjali l-istituzzjonijiet kollha edukattivi.

52.

Id-disinn, fil-forom diversi tiegħu, ilu żmien twil assoċjat mal-intraprenditorija. Disinn strateġiku jfisser li jiġu applikati prinċipji familjari waqt l-iżvilupp ta’ reazzjonijiet għall-isfidi maġġuri soċjetali, bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tibdil fil-klima. Id-disinn ifisser aktar milli tingħata forma lil xi ħaġa. Id-disinn jista’ jintuża sabiex jinstabu perspettivi ġodda fis-soluzzjoni tal-problemi, jidentifika miżuri possibbli u joħloq reazzjonijiet effettivi u komprensivi mingħajr il-kumpartimentalizzazzjoni tipika tas-settur pubbliku.

53.

Id-disinn innovattiv joffri opportunitajiet importanti għall-produzzjoni ta’ benefiċċji ekonomiċi u kulturali fis-soċjetà. Fir-reġjuni għandhom jiġu promossi ekosistemi li huma ffokati fuq id-disinn. Ir-riċerkaturi bl-esperjenza, ir-rappreżentanti tan-negozju u l-professjonisti varji fil-qasam tad-disinn, kif ukoll il-kumpaniji tagħhom, l-universitajiet u komunitajiet oħra jaħdmu flimkien b’mod effettiv f’dawn l-ekosistemi, u jipproduċu inizjattivi ġodda. B’dan il-mod kollha kemm huma jipparteċipaw sabiex ikunu involuti b’mod proattiv fiż-żieda tal-livell tal-attività u t-tmexxija ’l quddiem tal-politika ta’ innovazzjoni inġenerali.

54.

Il-KtR jisfida lir-reġjuni u lill-bliet biex jużaw l-akkwist pubbliku innovattiv biex joħolqu l-innovazzjonijiet. Il-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat fl-esperimentazzjoni u l-prototipi għandha titħeġġeġ, u li tazzarda tieħu r-riskju u ma tirnexxix għandu jitqies bħala għażla intraprenditorjali u mhux bħala umiljazzjoni soċjali. Ir-rappreżentanti pubbliċi tal-bliet u r-reġjuni għandhom jiżviluppaw metodi għall-ġestjoni tar-riskji ta’ dan it-tip ta’ proġett u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Bit-trawwim ta’ spirtu intraprenditorjali ta’ esperimentazzjoni, proġetti piloti u prototipi, dawn il-proġetti jżidu s-setgħa taċ-ċittadini Ewropej li jorganizzaw lilhom infushom.

VII.   KOOPERAZZJONI SINERĠETIKA WAQT IL-PERJODU L-ĠDID TA’ PROGRAMMAR

55.

Ir-riformi ewlenin tal-perjodu ta’ programmar li jmiss jinkludu l-fokus tal-proġetti fuq il-prijoritajiet strateġiċi tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, is-semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-proġetti u l-bidla għal inizjattivi ferm akbar fl-iskala permezz tal-koordinament mill-qrib ta’ għadd ta’ proġetti. Prinċipju ieħor importanti huwa l-koordinazzjoni mill-qrib bejn il-programm Orizzont 2020 u l-politika ta’ koeżjoni, u l-konsolidazzjoni sinerġetika tal-finanzjament skont dawn il-politiki u l-finanzjament lokali u reġjonali.

56.

Il-KtR jinnota li l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawn il-prinċipji sabiex jiġu implimentati l-proposti li fiha din l-Opinjoni inevitabbilment ser tfisser li l-finanzjament tal-Orizzont 2020 ser jiġi mmirat lejn il-bżonnijiet ta’ riċerka kif stabbiliti fl-istrateġiji RIS3 tar-reġjuni tal-UE. B’hekk il-programm Orizzont 2020 jaħdem bħala katalizzatur, jipproduċi l-għarfien mir-riċerka u jiżviluppa kunċetti metodoloġiċi għar-RŻI reġjonali. L-oqsma ewlenin ta’ riċerka li ser jiġu finanzjati mill-Orizzont 2020 għalhekk għandhom jiġu identifikati mill-istrateġiji RIS3.

57.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza l-importanza li l-livell reġjonali jiġi mismugħ fl-ippjanar tal-koordinazzjoni tal-programmi diversi. Fattur kruċjali sabiex titwettaq azzjoni u titħeġġeġ l-attività innovattiva fil-livell reġjonali huwa li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għandhom jisimgħu lil dawk li jitkellmu f’isem ir-reġjuni, bħalma hu l-KtR, meta jiddeċiedu dwar l-oqsma ta’ riċerka. Barra minn hekk, l-appoġġ materjali u metodoloġiku tal-proġetti li jsiru fir-reġjuni permezz ta’ finanzjament mill-fondi ta’ koeżjoni, minbarra l-obbligazzjoni tas-soltu li jiġu kondiviżi r-riżultati, għandu jinfluwenza r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-proġett Orizzont 2020 u l-mod kif jintuża l-finanzjament. Din il-kooperazzjoni ssir kif ġej:

Il-proġetti tal-Orizzont 2020 jinkludu l-proġetti ta’ ġemellaġġ reġjonali li jitwettqu b’ fondi ta’ koeżjoni u li fihom ir-riżultati tar-riċerka huma trasferiti u applikati bħala attività ta’ innovazzjoni prattika. Din tiġġenera sistemi kbar ta’ proġetti ta’ sħubija madwar l-Ewropa kollha, ibbażati fuq kooperazzjoni u fiduċja li b’mod partikolari jimmiraw lejn “it-tmexxija industrijali” u “l-isfidi soċjetali” li huma pilastri tal-Orizzont 2020, u fejn, bl-użu ta’ fondi ta’ koeżjoni, ir-reġjuni jfittxu li japplikaw ir-riżultati tar-riċerka l-aktar reċenti f’oqsma ta’ żvilupp strateġiku.

Hemm ħtieġa partikolari għal sistemi ta’ proġetti bħal dawn meta qed jiġu żviluppati l-kompetenzi u l-metodi li d-dinamika tal-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali jirrikjedu, b’mod li jiżgura li jservu kemm bħala ċentri lokali ta’ attività għall-innovazzjoni Ewropea kif ukoll bħala faċilitaturi ta’ innovazzjoni għar-reġjun kollu. Ibbażati fuq deċiżjonijiet reġjonali, jappoġġjaw ukoll l-attivitajiet ta’ innovazzjoni ta’ gruppi fil-mira, bħalma huma t-tfal tal-iskola, l-istudenti tal-università u l-kulleġġi, kif ukoll il-pensjonanti.

Dawn l-ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali jiffukaw fuq temi magħżulin b’referenza għad-deċiżjonijiet strateġiċi reġjonali, u jistrutturaw l-attività innovattiva tal-aġenti tal-bidla fir-reġjuni. L-attivitajiet jinkludu wkoll varjetà ta’ skemi tal-Laboratorji Ħajjin u proġetti simili ta’ prova u pilota. Il-miżuri tal-Ġemellaġġ u l-katedri akkademiċi taż-ŻER skont il-programm Orizzont 2020 jistgħu wkoll jiżviluppaw b’mod sostanzjali l-attivitajiet ta’ ekosistemi bħal dawn.

58.

Il-KtR jinnota li l-komunitajiet xjentifiċi u tan-negozju globali daħlu fl-era ta’ innovazzjoni miftuħa u ħolqien konġunt li fiha l-kollaborazzjoni transkonfinali hija l-vantaġġ kompetittiva l-ġdida. Sabiex kwistjonijiet diffiċli u kumplessi jiġu indirizzati b’suċċess, il-KtR jipproponi lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjattaformi ta’ sfida għat-tfittxija ta’ soluzzjonijiet Ewropej permezz ta’ netwerks transdixxiplinarji. Dawn il-pjattaformi jindirizzaw sfidi speċifiċi rilevanti madwar ir-reġjuni parteċipanti, u permezz ta’ metodoloġiji strutturati jwasslu l-ideat tajbin sabiex isiru prototipi li mbagħad jiġu mwettqa f’proġetti pilota. B’hekk tiġi mmobilizzata s-setgħa trasformattiva tar-reġjuni.

59.

Il-KtR jenfasizza li dawn il-pjattaformi għandhom ikunu bbażati kemm fuq it-tagħlim komparattiv – il-verifikazzjoni ta’ ideat li jaħdmu f’reġjun wieħed billi jiġu ttestjati f’reġjuni oħra – u l-għemil komparattiv – l-għoti ta’ valur lil ideat ġodda billi twettaqhom f’innovazzjonijiet prattiċi f’numru ta’ reġjuni fl-istess waqt. Fil-fażi pilota, għadd ta’ reġjuni jieħdu sehem sabiex jindirizzaw sfidi reali li jiffaċċjaw, pereżempju l-kura tas-saħħa, l-opportunitajiet għal soċjetà li qed tixjieħ, l-enerġija, impronta mingħajr karbonju, l-agrikoltura u l-ikel, u oħrajn.

60.

Il-KtR jenfasizza l-importanza ta’ żvilupp metodoloġiku tal-ogħla livell u t-tixrid effettiv tar-riżultati. L-isfidi u l-eżiti għandhom ikunu ppubblikati fuq pjattaformi cloud u indirizzati kemm lokalment kif ukoll madwar ir-reġjuni. L-aqwa xpruni għall-iżvilupp u t-tmexxija ta’ proġetti madwar l-Ewropa kollha għandhom jiġu finanzjati mill-Orizzont 2020 u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-għan ta’ dan huwa wkoll li jiġu ttestjati metodoloġiji u għodda effettivi ta’ kollaborazzjoni reali u tagħlim transkonfinali.

61.

Il-KtR jagħraf il-bżonn ta’ taħriġ attiv biex jitrawwem spirtu ta’ impenn multiġenerazzjonali, li jista’ jkun fattur ewlieni sabiex jingħalaq id-distakk fl-innovazzjoni. Il-gruppi fil-mira tar-reġjuni u l-ambjenti kulturali diversi – xjentisti, impjegati taċ-ċivil, SMEs, u studenti – għandhom jiġu mħarrġa kemm biex jifhmu u jikkomplementaw b’mod attiv il-perspettivi ta’ xulxin, kif ukoll dwar kif japplikaw ideat rilevanti fil-prattika. B’mod speċjali r-rwol tal-iskejjel u tal-istituti edukattivi kollha huwa kruċjali għal dan.

62.

Il-kreattività u l-abbiltà li jkun assimilat kulma hu ġdid jiġu b’mod naturali ħafna fit-tfal iż-żgħar waqt is-snin bikrin tagħhom. Tkun mistoqsija valida tistaqsi għaliex l-ambjent soċjali u s-sistema tal-iskola huma spiss inkapaċi li jikkristallizzaw dawn il-kwalitajiet f’mod ta’ għajxien interessat, miftuħ u innovattiv. L-atturi kollha għandhom jingħaqdu sabiex jiżguraw li l-iskejjel madwar l-UE jpoġġu l-kreattività u l-abbiltà li titgħallem fiċ-ċentru ta’ medda ta’ għanijiet u rekwiżiti. Dan huwa perjodu li matulu qed tevolvi l-bażi tal-innovazzjoni Ewropea.

63.

Fl-aħħar nett, il-KtR jifhem l-importanza li jingħalaq id-distakk bejn ix-xjenza u s-soċjetà. Il-KtR iħeġġeġ lill partijiet kollha konċernati biex jipparteċipaw b’mod attiv fi djalogi bejn ix-xjenza u s-soċjetà li jesploraw u jenfasizzaw kif ir-riżultati tar-riċerka jistgħu jitwettqu fil-prattika fil-ħajja reali. L-isfidi kollha soċjetali għandhom dimensjoni lokali qawwija, li tista’ tibbenefika meta ix-xjentisti jsiru konxji tal-kwistjonijiet u l-partijiet interessati fis-soċjetà jifhmu x’tista’ toffri x-xjenza. Fid-djalogu l-enfasi għandha tkun fuq konnessjoni espliċita bejn il-bżonnijiet lokali u l-eżiti tar-riċerka tal-pilastri tal-Orizzont 2020: l-isfidi soċjetali, it-tmexxija industrijali u x-xjenza eċċellenti. Postijiet fejn jitrawmu l-ideat u inkubaturi soċjali jistgħu mbagħad jinħolqu biex l-għarfien miksub mid-diskussjoni jista’ jsir prototip li jista’ jiġi ttestjat fil-ħajja reali.

64.

Dawn il-proposti ser jaħdmu verament biex jiġi eliminat id-distakk fl-innovazzjoni meta jkunu applikati fir-reġjuni kollha tal-Ewropa. Il-KtR jagħraf il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-bżonnijiet tar-reġjuni li jixprunaw, ir-reġjuni li qed jaħdmu sew, u r-reġjuni aktar vulnerabbli li ma jipprestawx u li huma anqas vantaġġati. Naturalment, f’kull livell huma meħtieġa azzjonijiet u programmi speċifiċi mmirati. Aktar minn hekk, nenfasizzaw l-importanza li jiġu appoġġjati l-kooperazzjoni transreġjonali u l-kollaborazzjoni ta’ kull tip: is-sħubija attiva fl-iskambju tal-għarfien u l-ħolqien konġunt tal-proċessi u l-prattiki li ser jaħdmu f’kull sitwazzjoni partikolari, taħriġ u mentoring transreġjonali, inizjattivi ta’ valutazzjoni komparattiva u ta’ bench-doing li jippermettu r-reġjuni anqas vantaġġati jibbenefikaw minn esperjenzi f’postijiet oħra filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu għas-saħħiet u l-għarfien espert speċjalizzat speċifiku tagħhom stess biex imantnu u jappoġġjaw l-innovazzjoni f’reġjuni oħra. Din id-diversità qawwija reġjonali għandha tkun ċentrali għall-vantaġġ kollaborattiv il-ġdid tal-Ewropa.

VIII.   XI JMISS?

65.

Il-KtR jemmen bis-saħħa li l-proċess sabiex jiġi definit kif il-ħafna suġġerimenti u rakkomandazzjoniet f’din l-Opinjoni jistgħu jitwettqu fil-prattika, u l-esplorazzjoni kollaborattiva ta’ approċċi promettenti għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom fi ħdan u madwar il-konfini reġjonali, huwa l-mod l-aktar effettiv sabiex l-intenzjonijiet eċċellenti jsiru riżultati reali li għandhom impatt qawwi fit-toroq tal-Ewropa. Dan huwa essenzjali għall-eliminazzjoni tad-distakk fl-innovazzjoni.

66.

Ir-responsabbiltà għall-bidliet meħtiġin hija tal-livelli u l-atturi kollha. Ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-proposti mressqa f’din l-Opinjoni naturalment ser tkun tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u atturi oħra fil-livelli lokali u reġjonali. Il-Presidenza Irlandiża, u l-presidenzi ta’ wara, ukoll għandhom ir-responsabbiltà, għax dawn jistgħu jibdew jimlimplentaw uħud mill-proposti, jew il-proposti kollha, mill-aktar fis u kemm jista’ jkun b’mod sħiħ.

67.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-Kummissjoni u atturi oħra, għandhom jiżguraw is-segwitu billi jiġbru eżempji ta’ prattika tajba. L-objettiv huwa li titħaffef il-bidla mixtieqa kemm b’mod ġenerali kif ukoll permezz ta’ għadd ta’ miżuri allokati bħala proġetti prijoritarji. Uħud minn dawn għandhom jitpoġġew ukoll fuq l-aġenda tal-presidenzi futuri.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 1112/2012 fin.


30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/22


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-“Idoneità Regolatorja tal-UE (REFIT)”

2013/C 218/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jagħraf li l-kriżi ekonomika li għadha għaddejja ressqet saħansitra aktar fil-mira l-ispejjeż tal-leġislazzjoni u l-isfida ta’ implimentazzjoni u infurzar tal-liġijiet li jinsabu diġà fl-acquis;

jemmen li l-livelli kollha ta’ tmexxija għandhom jiżguraw li l-leġislazzjoni tkun effettiva u effiċjenti, u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom responsabbiltà partikolari biex juru li r-regolamentazzjoni tal-UE għandha valur miżjud ċar u li din għandha twassal il-benefiċċji kollha bl-anqas spejjeż, u tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

jilqa’ din il-proposta għal Programm ġdid dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), biex jiġu identifikati sistematikament u b’mod trasparenti jitwettqu inizjattivi maħsuba biex iwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż regolatorji u għal semplifikazzjoni;

jilqa’ l-proposta għal eżerċizzju ta’ mmappjar biex jiġu identifikati l-liġijiet u/jew l-oqsma regolatorji fejn hemm il-potenzjal għas-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż mingħajr ma jiġu preġudikati l-objettivi tal-politika, jinsisti li l-kontrolli tal-idoneità għandhom jinkludu l-kontribut mil-livelli kollha tal-gvern u jkompli jappoġġa l-evalwazzjonijiet sistematiċi ex post tal-leġislazzjoni tal-UE bħala għodda effiċjenti tar-regolamentazzjoni intelliġenti;

itenni s-sinifikat tas-semplifikazzjoni biex jiġi standardizzat l-ambjent regolatorju, speċjalment għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li r-riżorsi tagħhom għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni huma ta’ spiss limitati u dejjem jonqsu;

jilqa’ proposti għal titjib kontinwu tal-valutazzjonijiet tal-impatt u jtenni li l-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ proposti leġislattivi u ta’ politika għandhom jesploraw id-dimensjoni territorjal ta’ għażliet tal-politika prinċipali li jkunu qed jiġu studjati; jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi n-numru tal-membri fil-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt, biex ittejjeb l-indipendenza tiegħu, il-KtR iqis li l-interessi tal-awtorità lokali u reġjonali għandhom jiġu rappreżentati;

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ttejjeb l-isforzi tagħha biex tittraduċi dokumenti konsultattivi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;

itenni r-responsabbiltà kondiviża tal-istituzzjonijiet li jgħarrfu liċ-ċittadini, in-negozji u l-pubbliku inġenerali bil-benefiċċji li jinkisbu permezz tal-applikazzjoni tal-għodod inerenti fir-regolamentazzjoni intelliġenti;

Relatur

Lord Graham TOPE (UK/ALDE), Membru tal-Borough ta’ Sutton, Londra

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Idoneità Regolatorja tal-UE

COM(2012) 746 final

B’kunsiderazzjoni tad-:

 

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar “Reviżjoni tal-Politika ta’ Konsultazzjoni tal-Kummissjoni”

SWD(2012) 422 final

 

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tat-Tagħbija Amministrattiva tal-UE – Rapport Finali”

SWD(2012) 423 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni: strateġija ta’ regolamentazzjoni aħjar

1.

ifakkar li l-leġislazzjoni Ewropea fiha nnifisha tikkostitwixxi parti mill-isforzi biex jittejjeb u jiġi semplifikat l-ambjent regolatorju u għaldaqstant biex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv;

2.

jagħraf li l-kriżi ekonomika li għadha għaddejja ressqet saħansitra aktar fil-mira l-ispejjeż tal-leġislazzjoni u l-isfida ta’ implimentazzjoni u infurzar tal-liġijiet li jinsabu diġà fl-acquis;

3.

jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-amministrazzjonijiet nazzjonali qed ikollhom dejjem aktar restrizzjonijiet fir-riżorsi fil-kompitu tagħhom biex jittrasponu u japplikaw il-leġislazzjoni tal-UE; iqis li din hija sfida li għandha tiġi indirizzata f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u m'għandhiex issir skuża biex jiżdied il-piż potenzjali għal livelli oħra ta’ governanza;

4.

f’dan il-kuntest ġenerali, jemmen li l-livelli kollha ta’ tmexxija għandhom jiżguraw li l-leġislazzjoni tkun effettiva u effiċjenti, u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom responsabbiltà partikolari biex juru li r-regolamentazzjoni tal-UE għandha valur miżjud ċar u li din għandha twassal il-benefiċċji kollha bl-anqas spejjeż, u tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

5.

ifakkar li l-elementi prinċipali tal-istrateġija tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar kienu dawn:

il-ħolqien ta’ sistema biex jiġi evalwat l-impatt u jittejjeb it-tfassil tal-proposti prinċipali tal-Kummissjoni;

l-implimentazzjoni ta’ programm għas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti;

pjan ta’ azzjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi b’mira għat-tnaqqis;

l-irtirar ta’ leġislazzjoni jew proposti li m’għadhomx jintużaw;

l-użu mifrux tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u ċ-ċittadini fir-rigward tal-inizjattivi kollha tal-Kummissjoni;

kunsiderazzjoni ta’ soluzzjonijiet alternattivi għal-liġijiet u r-regolamenti (pereżempju l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni mil-leġislatur u l-partijiet interessati);

6.

jilqa’ din il-proposta għal Programm ġdid dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), biex jiġu identifikati sistematikament u b’mod trasparenti jitwettqu inizjattivi maħsuba biex iwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż regolatorji u għal semplifikazzjoni;

7.

jibqa’ jinsisti li r-regolamentazzjoni aħjar għandha titwettaq fl-ispirtu ta’ governanza f’diversi livelli, jiġifieri permezz ta’ azzjoni koordinata mill-UE, l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

8.

iqis li l-Kummissjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE għandhom jiġu inkoraġġuti jinvolvu b’mod iktar attiv lill-awtoritajiet lokali u r-reġjuni huma u jfasslu l-leġislazzjoni, meta jevalwaw l-impatt tagħha jew huma u jfasslu modi kif jimplimentaw il-politiki u l-objettivi Ewropej. Fil-fatt, il-maġġoranza tal-proposti l-ġodda jikkonċernaw bidliet jew żidiet fil-leġislazzjoni tal-UE eżistenti. Bħala parti minn ċiklu kontinwu meħtieġ għall-aġġornament tal-leġislazzjoni huwa importanti li, meta jkunu qed jitħejjew proposti ġodda, titqies l-esperjenza prezzjuża tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE;

9.

jitlob li jsiru aktar sforzi biex tittejjeb il-kwalità tar-regolamenti sabiex jiġi żgurat li jkunu ċari, aċċessibbli u faċli b'mod li kulħadd ikun jista' jikkonforma magħhom, b'rispett għal-lingwi reġjonali rikonoxxuti fl-Istati Membri, fejn ikun jeżisti tali ftehim;

10.

jemmen li l-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq approċċ ta’ sħubija u ta’ parteċipazzjoni matul it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politki tal-UE;

11.

filwaqt li jieħu l-kunsiderazzjoni dovuta tal-prinċipju ta' awtonomija istituzzjonali u kostituzzjonali tal-Istati Membri, kif stabbilit fit-Trattati, il-KtR jisħaq dwar l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-valutazzjoni tal-leġislazzjoni Ewropea peress li dawn l-awtoritajiet stess huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji;

Idoneità regolatorja

12.

jilqa’ l-proposta għal eżerċzzju ta’ mmappjar biex jiġu identifikati l-liġijiet u/jew l-oqsma regolatorji fejn hemm il-potenzjal għas-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż mingħajr ma jiġu preġudikati l-objettivi tal-politika (l-hekk imsejħa politika ta’ “l-ewwel evalwa”).

13.

jinsisti li l-kontrolli tal-idoneità għandhom jinkludu l-kontribut mil-livelli kollha tal-gvern fis-setturi prinċipali li huma ta’ rilevanza għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; jiġifieri l-politika ta’ koeżjoni, il-politika urbana u l-istrumenti finanzjarji, il-leġislazzjoni ambjentali, il-politika industrijali, il-leġislazzjoni soċjali u t-trasport;

Evalwazzjoni ex post

14.

ikompli jappoġġa l-evalwazzjonijiet sistematiċi ex post tal-leġislazzjoni tal-UE bħala għodda effiċjenti tar-regolamentazzjoni intelliġenti;

15.

jiddispjaċih li – minkejja t-talbiet fl-Opinjoni tiegħu tal-2011 dwar ir-regolamentazzjoni intelliġenti u l-inklużjoni tal-possibbiltà fil-Komunikazzjoni REFIT – il-KtR ma ġiex mistieden jikkopera f’eżerċizzju ta’ evalwazzjoni;

Tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi

16.

jinnota l-attivitajiet tal-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi; jinnota li l-aktar kisbiet sinifikanti sal-lum kienu prinċipalment f’oqsma – il-liġi tal-kumpaniji, tassazzjoni korporattiva, eċċ. – li ftit huma direttament rilevanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għalhekk ikun utli li jiddaħħlu oqsma li huma iktar rilevanti għall-awtoritajiet lokali, bħall-għoti tal-liċenzji u l-permessi. Jagħraf madankollu, li dan il-programm jikkostitwixxi bidla fil-kultura regolatorja li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jgawdu minnha l-amministrazzjonijiet pubbliċi;

17.

itenni s-sinifikat tas-semplifikazzjoni biex jiġi standardizzat l-ambjent regolatorju, speċjalment għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li r-riżorsi tagħhom għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni huma ta’ spiss limitati u dejjem jonqsu. Dan jgħodd pereżempju għall-obbligi estensivi tar-rappurtar li ħafna drabi jingħaddew liċ-ċittadini u l-kumpaniji;

18.

jinnota li s-semplifikazzjoni tista’ twassal għal effiċjenzi sinifikanti fl-ispejjeż, mhux biss għan-negozju imma wkoll għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, u b’hekk tillibera riżorsi skarsi – finanzjarji u umani – għal servizzi pubbliċi ewlenin oħrajn;

19.

itenni l-impenn tiegħu li jgħin lill-Grupp ta’ Livell Għoli fit-twettiq ta’ ħidmietu, speċjalment fi ħdan il-fluss tax-xogħol “il-ġdid” li jiffoka biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jsiru aktar effiċjenti u jirrispondu aħjar għall-bżonnijiet tal-partijiet interessati u l-SMEs;

20.

jenfasizza il-bżonn ta’ trasparenza u responsabbiltà fil-ħidma tal-Grupp;

21.

japprova l-proposta għal segwitu tal-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi (ABRplus) biex jiġi żgurat li l-isforzi biex titnaqqas il-burokrazija b’25 % jġibu magħhom benefiċċji għan-negozju u l-SMEs fl-Istati Membri;

22.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni REFIT ma tikkunsidrax mezzi alternattivi ta’ regolazzjoni jew modi alternattivi għar-regolamentazzjoni nnifisha;

Valutazzjoni tal-impatt u evalwazzjoni

23.

jilqa’ proposti għal titjib kontinwu tal-valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet aktar komprensivi u kritiċi u li jkunu marbuta mill-qrib mal-proċess tal-politika, konsultazzjoni mtejba mal-partijiet interessati, u aktar appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE;

24.

itenni li l-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ proposti leġislattivi u ta’ politika għandhom jittrattaw b'mod obbligatorju d-dimensjoni territorjali (aspetti lokali u reġjonali, implikazzjonijiet finanzjarji u amministrattivi għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali) ta’ għażliet tal-politika prinċipali li jkunu qed jiġu studjati. Ifakkar li din hija konsegwenza tal-għarfien tal-koeżjoni territorjali bħala wieħed mill-objettivi tal-Unjoni (Artikolu 3 TUE), u aktar minn hekk l-obbligu li “iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, li jaqa’ fuq … l-awtoritajiet reġjonali jew lokali … ikun minimizzat kemm jista’ jkun u jkun proporzjonat ma’ l-objettiv li jrid jintlaħaq” (Artikolu 5, Protokoll 2 TFUE);

25.

jiddispjaċih li r-reviżjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-KtR mal-Kummissjoni Ewropea ma introduċiex bażi għal kooperazzjoni strutturata dwar il-valutazzjoni tal-impatt u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni Ewropea u lil Direttorati Ġenerali individwali biex jikkunsidraw ’il-Kumitat tar-Reġjuni bħala msieħeb istituzzjonali fil-valutazzjoni tal-impatt. L-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali minn kmieni jsaħħaħ il-kapaċità tal-implimentazzjoni u l-appoġġ għal-leġislazzjoni tal-UE;

26.

jinnota li emendi sostanzjali li jsiru mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għal proposti leġislattivi jistgħu wkoll jirrapreżentaw impatti sinifikanti fuq l-awtoritajiet lokali u reġjuni. Għalhekk iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Kunsill biex ifittxu l-għajnuna tal-Kumitat tar-Reġjuni meta jiddeċiedu li jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ta’ tali emendi;

27.

għaldaqstant, jappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex itejbu jew jistabbilixxu d-dipartimenti proprji tagħhom għall-evalwazzjoni tal-impatti, sabiex jipprovdu valutazzjonijiet tal-impatt minn perspettivi differenti, inkluża dik territorjali, kif ukoll mezzi ta' komunikazzjoni msaħħa mal-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni;

28.

jitlob li jkun involut fl-aġġornament tal-linji gwida għall-valutazzjoni tal-impatt li għandu jsir fl-2014, u jfakkar li kien ikkontribwixxa b’konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-abbozz tal-linji gwida tal-2009 għall-valutazzjoni tal-impatt;

29.

itenni r-riservi tiegħu dwar l-esternalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt. Madankollu jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li testendi n-numru tal-membri fil-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt, biex ittejjeb l-indipendenza tiegħu, il-KtR iqis li l-interessi tal-awtorità lokali u reġjonali għandhom jiġu rappreżentati, bħala l-livell ta’ tmexxija li probabbilment l-aktar li jiġi involut fit-twettiq tal-proposta li qed tiġi diskussa;

Konsultazzjonijiet

30.

jilqa’ r-reviżjoni fil-politika ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u jinkoraġġixxi ’l-Kummisjoni biex taħdem fir-rigward ta’ dawn is-sejbiet, notevolment billi tagħti rispons aktar adatt lill-parteċipanti tal-konsultazzjoni;

31.

jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Kummitat u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi Ewropej tal-gvern lokali u reġjonali, fil-ħidma li twassal għar-reviżjoni tal-istandards minimi ta’ konsultazzjoni;

32.

f’dan ir-rigward, jenfasizza l-bżonn ta’ viżibbiltà għall-proċess ta’ konsultazzjoni u għandu jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha jikkunsidraw użu aħjar u kkombinat ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex iwettqu konsultazzjonijiet u jippubbliċizzawhom;

33.

jaqbel li hemm bżonn sforz ikbar għall-kwantifikazzjoni tar-riżultati, li l-konklużjonijiet prinċipali għandhom jiġu ppreżentati b'mod iktar ċar u li għandha ssir konsultazzjoni dwar l-abbozzi tal-valutazzjonijiet tal-impatt, sabiex il-partijiet interessati, b'mod partikolari l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali, ikunu jistgħu jinfluwenzaw il-fażijiet bikrin tal-proċess u jifhmu aħjar ir-riżultati;

34.

fl-interess ta’ trasparenza sħiħa u għoti ta’ rispons, jappoġġa l-pubblikazzjoni tal-kontributi għall-konsultazzjonijet. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tindika wkoll is-segwitu li tkun għamlet fir-rigward tar-rispons għall-konsultazzjonijiet;

35.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ttejjeb l-isforzi tagħha biex tittraduċi dokumenti konsultattivi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Jemmen li konsultazzjoni ma tistax titqies rappreżentattiva jekk ma tkunx tindirizza ċ-ċittadini fil-lingwa tagħhom stess;

36.

jirrakkomanda kooperazzjoni aktar b’saħħitha fiż-żewġ direzzjonijiet bejn il-Kummissjoni u huwa nnifsu: konsultazzjonjiet immirati lejn il-KtR jistgħu jiġu reklamati fuq is-sit elettroniku “your voice in Europe” (semma’ leħnek dwar l-Ewropa) għal trasparenza akbar. Iqis li l-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jiġu promossi b’mod regolari permezz tal-mezzi tal-KtR, sakemm dawn jikkomplementaw u jsaħħu l-konsultazzjonijiet diretti mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

37.

jagħraf li “konsultazzjoni” tal-korpi konsultattivi tal-UE mhijiex konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 11 tat-TUE, imma rekwiżit istituzzjonali speċifiku taħt it-trattati; madankollu jinkoraġġixxi Direttortati Ġenerali u servizzi tal-Kummissjoni Ewropea individwali biex jimxu ma’ dan b’mod konsistenti;

38.

jintrabat li jwettaq reviżjoni integrata tal-għodod u n-netwerks ta’ konsultazzjoni tiegħu stess fl-istess mod bħal dak tal-awditjar tal-Kummissjoni Ewropea;

Perspettiva nazzjonali: ir-regolamentazzjoni żejda

39.

jifhem li r-regolamentazzjoni żejda (“goldplating”) hija prattika fejn l-Istati Membri jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minima mitluba mid-Direttivi meta jwettqu t-traspożizzjoni tagħhom fil-liġijiet nazzjonali;

40.

jemmen li, għar-regolamentazzjoni żejda, għandu jkun hemm definizzjoni standard li tkun tapplika għall-UE kollha għall-fini ta’ ċertezza legali fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fl-analiżi komparattiva u sabiex jiġu ġġudikati t-talbiet ta’ Stati Membri li jsostnu li ma jużawx regolamentazzjoni żejda;

41.

jikkunsidra li dawn li ġejjin jistgħu jiddaħħlu f’tali definizzjoni:

żieda ta’ rekwiżiti regolatorji ma’ dawk diġà inklużi fid-Direttiva jew żieda fil-kumplessità tagħhom;

estensjoni tal-ambitu aktar minn kif previst mid-Direttiva;

nuqqas ta’ użu vantaġġjuż mid-derogi tad-Direttiva;

żamma tar-rekwiżiti nazzjonali li jmorru lil hinn minn dak li titlob id-Direttiva;

introduzzjoni ta’ rekwiżiti regolatorji nazzjonali, li jaqgħu barra mill-mira tad-Direttiva;

implimentazzjoni aktar bikrija minn kif titlob id-Direttiva;

sanzjonijiet aktar rigorużi minn kif stabbilit mill-UE.

42.

jagħraf li l-użu ta’ regolamentazzjoni żejda mhuwiex projbit mill-liġi tal-UE u f’xi każijiet jista’ jkun ġustifikat li l-leġislazzjoni nazzjonali jew sottonazzjonali tipprovdi għal livell ogħla ta’ protezzjoni minn dak tad-Direttiva tal-UE li tkun qed tiġi trasposta; dan jista’ jiġri fil-każ tal-ħarsien ambjentali (Artikolu 193 tat-TFUE), il-leġislazzjoni li għandha l-għan li tipproteġi l-ħaddiema (Artikolu 153(4) tat-TFUE), il-leġislazzjoni dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza tal-organi u s-sustanzi li joriġinaw mill-bniedem, id-demm u d-derivattivi tad-demm (Artikolu 168(4)(a)) u l-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 169(4) tat-TFUE);

43.

jirrakkomanda, madankollu, li tali miżuri addizzjonali għandhom jiġu speċifikament ġustifikati, sabiex ir-regolamenti nazzjonali u dawk tal-UE ma jitħalltux flimkien f’moħħ iċ-ċittadin, xi ħaġa li ssaħħaħ l-opinjoni li l-korpi Ewropew “jirregolaw iżżejjed”;

44.

jenfasizza wkoll kemm hu utli li dawn il-miżuri jiġu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fil-livell nazzjonali, li tqis id-diversi dimensjonijiet ta' impatt li jiġu ttrattati fil-livell Ewropew, inkluża d-dimensjoni territorjali jew ta' impatt reġjonali;

45.

itenni l-fehma tiegħu, u dik tal-Kummissjoni, li l-Istati Membri għandhom jieqfu milli jdaħħlu regolamentazzjoni addizzjonali mal-leġislazzjoni tal-UE b’mod li jżid il-kumplessità u l-ispejjeż ta’ liġijiet ġodda għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-kumpaniji u ċ-ċittadini;

Sussidjarjetà

46.

jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni Ewropea tagħraf ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali rigward ir-regolamentazzjoni intelliġenti u b’mod partikolari dwar l-applikazjoni korretta tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

47.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew biex jikkunsidraw il-pożizzjonijiet ta’ parlamenti reġjonali li għandhom setgħat leġislattivi u jista’ jidentifika l-pjattaforma REGPEX tiegħu fi ħdan in-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà bħala sors ta’ informazzjoni;

48.

iqis li l-għajnuna li toffri l-Kummissjoni Ewropea lill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni għandha tqis ukoll l-ispeċifitajiet lokali u reġjonali u, fejn l-awtoritajiet reġjonali jew lokali jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni, dawn għandhom jingħataw għajnuna diretta;

Ir-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni

49.

jipproponi rwol siewi għall-KtR, l-awtoritajiet lokali u r-reġjuni fi ħdan il-Programm ġdid dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT);

50.

jilqa’ l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li r-regolamentazzjoni intelliġenti hija missjoni kondiviża bejn l-istituzzjonijet kollha tal-UE, jiġifieri inkluż il-Kumitat tar-Reġjuni. Jinkoraġġixxi ’l-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jimxu mal-aġenda ta’ regolamentazzjoni intelliġenti u l-Programm REFIT f’mod ugwalment onest li timminimizza l-piżijiet addizzjonali li jistgħu jinħolqu mill-emendi leġislattivi tagħhom;

51.

jilqa’ l-fatt li l-ftehim imġedded ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea jieħu f’kunsiderazzjoni l-attivitajiet tal-Kumitat li jkopru l-firxa sħiħa ta’ regolamentazzjoni intelliġenti. Jipproponi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li magħhom ukoll jiġu negozjati ftehimiet simili ta’ kooperazzjoni;

52.

itenni r-responsabbiltà kondiviża tal-istituzzjonijiet li jgħarrfu liċ-ċittadini, in-negozji u l-pubbliku inġenerali bil-benefiċċji li jinkisbu permezz tal-applikazzjoni tal-għodod inerenti fir-regolamentazzjoni intelliġenti, u jintrabat li jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan ir-rigward.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/27


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-“Evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib — it-tieni rapport ta’ impatt tajjeb ‘soft landing’ ”

2013/C 218/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob li jsiru studji kumplementari urġenti biex jiġi vvalutat l-impatt territorjali tat-tneħħija tal-kwoti;

jitlob valutazzjoni realistika tal-prospetti tal-produzzjoni, tal-konsum intern u tal-esportazzjoni għal żmien medju u twil;

jitlob li ssir analiżi komparattiva tal-politiki tal-ħalib tal-pajjiżi li huma produtturi kbar tal-ħalib kif ukoll valutazzjoni preċiża tal-esperjenza tal-Isvizzera;

jitlob valutazzjoni tal-impatt tan-negozjati kummerċjali bilaterali li qed jiġu diskussi bħalissa;

jitlob li tiġi studjata l-possibbiltà li fl-Unjoni Ewropea jiġu adattati ċerti miżuri li jkunu ttieħdu minn Stati oħra biex jiġġestixxu kriżijiet potenzjali fis-suq tal-ħalib, b'mod partikolari il-miżuri tal-Farm Bill li jmiss 2013-2017;

jipproponi li tiġi estiża l-possibbiltà ta’ ġestjoni tal-volumi prevista fil-pakkett tal-ħalib għall-ħalib tal-muntanja;

jitlob li tingħata prijorità lis-sigurtà u lis-sostenibbiltà tas-swieq interni tal-Unjoni Ewropea;

jipproponi li fir-rigward tal-istrateġija ta' esportazzjoni, jingħata aktar appoġġ lill-innovazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-ħalib b’valur miżjud qawwi;

jipproponi li jinbnew sħubijiet b’saħħithom mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Medju Orjent li m’għandhomx artijiet u ilma biżżejjed biex jipproduċu l-ħalib bi prezzijiet raġonevoli, u li joffru suq għall-ħalib li huwa aktar faċilment aċċessibbli mill-Ażja;

jitlob lill-Kummissjoni li tiddefinixxi mill-ġdid proġett koerenti ta’ żvilupp rurali u tas-settur tal-ħalib għaż-żoni tal-muntanja, għar-reġjuni żvantaġġjati li jipproduċu l-ħalib, għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-Istati Membri li l-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-ħalib tagħhom issir minn strutturi agrikoli żgħar ħafna.

Relatur

Is-Sur René SOUCHON, President tal-Kunsill Reġjonali tal-Auvergne (FR/PSE)

Dokument ta’ referenza

Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib – it-tieni rapport ta’ impatt tajjeb (“soft landing”)

COM(2012) 741 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

B’kontinwità mal-Opinjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar “Il-pakkett tal-ħalib”  (1)

1.

ifakkar li f’ħafna Stati Membri u reġjuni, il-produzzjoni tal-ħalib hija pilastru essenzjali tal-ekonomija reġjonali u tal-valur miżjud agrikolu. F’dan il-kuntest, il-produzzjoni tal-ħalib għandha kompiti ekoloġiċi importanti, għandha effett sostenibbli fuq il-pajsaġġi kultivati u hija sors ta’ impjiegi importanti fir-reġjuni rurali;

2.

ifakkar li l-proċess ta’ riforma għandu jirrispetta d-differenzi reġjonali u strutturali tat-trobbija tal-bhejjem għall-ħalib u tas-settur tal-imħaleb. F’bosta reġjuni, il-ħalib jipproduċuh l-aktar intrapriżi tal-familja żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li f’żoni oħra l-produzzjoni tal-ħalib hija ddominata minn intrapriżi agrikoli kbar. Għalhekk, ir-riformi fis-settur tal-ħalib m’għandhomx jipperikolaw lill-istrutturi b’ġestjoni familjali li l-aktar li jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli;

3.

ifakkar fil-ħtieġa li d-dħul tal-produtturi tal-ħalib jiġi garantit aħjar biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod deċenti mill-attività tagħhom, biex jiġi preżervat il-ġejjieni tas-settur tal-ħalib u tiġi assigurata s-sigurtà tal-provvista tal-ikel bi prodotti tal-ħalib ta’ kwalità għall-konsumaturi Ewropej;

Sitwazzjoni favorevoli fl-2010-2012 għal “soft landing”

4.

jirrikonoxxi li fl-Unjoni Ewropea ma kienx hemm splużjoni fil-produzzjoni tal-ħalib u l-anqas tnaqqis brutali tal-valur tal-kwoti minħabba fiż-żieda “b’xejn” tal-volum tagħhom ta’ 8 % mill-2008 sal-2015, iżda jinnota li din iż-żieda fil-volum wasslet biex darbtejn ikun hemm żieda qawwija fil-produzzjoni li kważi wasslet biex il-mezzi tal-ipproċessar jilħqu l-punt ta’ saturazzjoni, b’mod partikolari t-torrijiet biex inixxfu t-trab tal-ħalib, u dan ġara f’diversi pajjiżi;

5.

jinnota li s-sitwazzjoni tas-swieq dinija ilha favorevoli mill-2010, billi ppermettiet il-bejgħ tal-prodotti tal-ħalib tal-Unjoni Ewropea fis-suq dinji mingħajr il-ħtieġa ta’ rifużjonijiet, b’mod partikolari il-butir u t-trab tal-ħalib, iżda din is-sitwazzjoni ma tiggarantix li l-livell tal-prezzijiet fis-suq dinji ser jibqa’ l-istess fuq perjodu ta’ żmien medju u twil;

Iżda għażliet li huma dejjem inqas rilevanti

6.

jinnota li l-argumenti li l-Kummissjoni Ewropea ilha tressaq mill-2003 biex tneħħi l-kwoti u tilliberalizza s-suq tal-ħalib qed ikunu dejjem aktar kontroversjali;

7.

ifakkar li ma sar l-ebda progress fin-negozjati mad-WTO għal 10 snin u jinnota li l-proposti tal-UE, li saru f’Hong Kong fl-2005, li jitneħħew ir-rifużjonijiet fuq il-prodotti tal-ħalib issa huma superati;

8.

jinnota li n-negozjati bilaterali bejn l-Istati Uniti, in-New Zealand u l-Awstralja ma jirrigwardawx is-settur tal-ħalib;

9.

jinnota li l-parti l-kbira tal-pajjiżi l-oħra li huma produtturi kbar tal-ħalib, bħall-Indja, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea ta’ Isfel, żammew, u fil-każ tal-Istati Uniti saħħew, il-garanziji tagħhom fis-settur tal-ħalib. Fl-Istati Uniti, it-tisħiħ tar-regolazzjoni pubblika tas-suq tal-ħalib li qed tiġi diskussa fil-Kungress, tipprevedi garanzija ta’ marġni minimu għall-produtturi meta mqabbla mal-ispiża tal-għalf tal-annimali, kif ukoll miżura għat-tnaqqis tal-produzzjoni obbligatorja għal kulħadd f’każ ta’ kriżi;

10.

jinnota li m’hemmx prova li interess il-konsumaturi jiġġustifika l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-ħalib, kif qed tgħid il-Kummissjoni. B’mod partikolari, it-tnaqqis qawwi fil-prezzijiet fl-2009, ma kellu l-ebda effett fuq il-prezz għall-konsumaturi, jew kellu effett żgħir ħafna;

11.

jinnota li t-tisħiħ tal-marġni fis-setturi agroalimentari u tad-distributuri l-kbar sar bi ħsara għall-produtturi, peress li hemm differenza kbira bejn il-prezz għall-produtturi meta mqabbel mal-prezz għall-konsumaturi;

12.

ifakkar li l-istudji li saru l-Kanada wrew li “l-qoffa tal-prodotti tal-ħalib” ma kinitx tiswa aktar f’dan il-pajjiż li juża l-kwoti, milli fl-Istati Uniti, minkejja li l-prezz tal-ħalib meta joħroġ mir-razzett huwa differenti ħafna – madwar 50 % ogħla fil-Kanada;

13.

jikkunsidra li l-instabbiltà tal-prezz tal-ħalib tiswa ħafna lis-settur kollu, iżda l-aktar lill-produtturi, li ma jkunux jistgħu jipprevedu d-dħul tagħhom. Dan jiskoraġġixxi li jinfetħu azjendi ġodda fis-settur tal-ħalib;

14.

ifakkar li kienet il-produzzjoni żejda tal-butir u l-ħalib tat-trab, li kienu jiswew ħafna biex jinħażnu u jiġu esportati li kienu r-raġuni għall-implimentazzjoni tal-kwoti tal-ħalib fl-1984 u li t-tnaqqis ta’ dawn l-eċċessi bis-saħħa tal-kwoti wasslet għal frankar finanzjarju qawwi sal-2003. Iqis li jekk is-sistema tal-kwoti m'għadhiex tindirizza kompletament il-problemi attwali, it-tneħħija tagħha għandha tiġi akkumpanjata b'għodod ta' regolazzjoni adatti;

Suq dinji marġinali li diġà qed jimponi l-instabbiltà tiegħu fuq is-suq Ewropew

15.

jinnota li l-iskambji fis-suq dinji tal-prodotti tal-ħalib jirrappreżenta biss 6 % tal-produzzjoni dinija, prinċipalment fil-forma ta’ trab u ta’ butir, iżda li huma l-prezzijiet ta’ dawn iż-żewġ prodotti li qed jiddeċiedu dejjem aktar il-prezz tal-ħalib tar-razzett fl-Unjoni Ewropea, meta l-parti sostanzjali tal-ħalib għandha prezz aħjar fis-suq intern;

16.

jinnota li l-esportazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-suq dinji tirrappreżenta madwar 10 % tal-produzzjoni tal-UE, kemm fil-forma ta’ ġobon kif ukoll ta’ trab tal-ħalib b’valur miżjud baxx u jiddispjaċih li l-investimenti mħabbra mill-imħaleb huma l-aktar għat-torrijiet ta’ tnixxif;

17.

jinnota li fis-swieq dinija, l-kompetitur ewlieni estern tal-Unjoni Ewropea huwa n-New Zealand, li għandha spejjeż ta’ produzzjoni iktar baxxi mir-raħħala Ewropej, u li permezz ta’ Fonterra, kooperattiva b’pożizzjoni ta’ kważi monopolju, tesporta aktar minn 90 % tal-produzzjoni tagħha prinċipalment fil-forma ta’ butir u trab, u waħidha hija tforni terz tas-suq dinji bi preżenza b’saħħitha fis-swieq tal-Ażja; Fonterra tikkontrolla wkoll is-swieq tal-futures;

18.

jinnota li anke jekk l-Ażja tirrappreżenta suq potenzjali għall-Unjoni Ewropea, pajjiżi bħaċ-Ċina jew l-Indja għandhom l-intenzjoni li jiżviluppaw kemm jistgħu l-produzzjoni tagħhom, biex ikunu dipendenti mill-inqas mill-kapriċċi tas-suq biex jitimgħu l-popolazzjoni tagħhom;

19.

jinnota wkoll li għall-ġobnijiet, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għamlet progress fis-swieq tar-Russja, il-Ġappun u l-Korea, iżda ftit li xejn fis-suq Ċiniż;

Analiżi parzjali wisq tal-Kummissjoni

20.

iqis li l-miżuri proposti mill-Kummissjoni għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni, l-aktar il-Pakkett tal-Ħalib u l-OKS unika (inklużi l-importazzjonijiet) ma fihomx mekkaniżmi suffiċjenti ta’ regolazzjoni pubblika tal-produzzjoni u tas-swieq tal-ħalib; barra minn hekk dawn għandhom jiġu akkumpanjati minn strumenti addizzjonali ta' politika reġjonali sabiex jiġi żgurat żvilupp bilanċjat tar-reġjuni;

21.

jiddispjaċih li t-tieni rapport intermedju tal-Kummissjoni huwa limitat għal analiżi makroekonomika tas-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib, b’mudell globali ħafna, u b’ħafna ipoteżijiet, li huma diġà parzjalment superati;

22.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tippreżenta l-ebda analiżi kwantitattiva u kwalitattiva ddettaljata dwar il-prospettivi fuq żmien medju tas-suq fl-Unjoni Ewropea, maqsum f’raggruppamenti kbar ta’ pajjiżi, filwaqt li tqis b’mod partikolari d-diversità tad-daqs u l-mezzi tal-irziezet, tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-metodi ta’ kummerċjalizzzazzjoni;

23.

jiddispjaċih li r-rapport ma fih l-ebda analiżi komparattiva tal-politiki tal-pajjiżi l-oħra li huma produtturi kbar tal-ħalib, kompetituri u/jew klijenti tal-Unjoni Ewropea;

24.

jinnota li l-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli dwar il-ħalib kien bi ħsiebu jsegwi s-sitwazzjoni tal-Isvizzera hi u tneħħi l-kwoti, li żiedet il-produzzjoni tal-ħalib b’7 % f’dan il-pajjiż, bil-konsegwenza li l-prezzijiet medji tbaxxew bejn 20 u 30 %. Id-differenzi bejn l-istrutturi u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni fl-Isvizzera u s-sitwazzjoni fl-UE huma ċari. Barra minn hekk it-tħejjija għat-tneħħija tal-kwoti u l-implimentazzjoni tagħha fl-Isvizzera jvarjaw sew mill-proċeduri fl-UE. Madankollu, il-Kummissjoni tidher li fir-rapport tagħha ma qisitx din l-esperjenza li għandha tiġi analizzata aktar fil-fond;

25.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tidher aktar preokkupata bil-limiti għal-liġi tal-kompetizzjoni, li tinteressa mijiet ta’ eluf ta’ produtturi minn dawk tal-kumpaniji multinazzjonali tal-ipproċessar tal-ħalib u tad-distribuzzjoni li jikkontrollaw aktar minn nofs il-ħalib Ewropew;

L-impass fuq l-impatt reġjonali

26.

jiddispjaċih b’mod partikolari li r-rapport tal-Kummissjoni ma jqisx l-impatt fuq it-territorji ta’ tmiem il-kwoti tal-ħalib għar-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea, fl-aspetti differenti tiegħu: ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

27.

ifakkar li aktar minn żewġ terzi tal-irziezet tal-ħalib jinsabu f’żoni żvantaġġjati minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, u li jinsabu ’l bogħod miċ-ċentri urbani l-kbar u jkollhom merħliet ta’ daqs żgħir ħafna;

28.

ifakkar li l-ħalib tal-muntanji jirrappreżenta madwar 10 % tal-ħalib tal-UE-27, iżda żewġ terzi tal-ħalib u tliet kwarti tar-raħħala fl-Awstrija, is-Slovenja u l-Finlandja, u li dan il-proporzjon ta’ ħalib u ta’ raħħala għadu għoli ħafna f’xi tużżana pajjiżi oħra. Fil-parti l-kbira ta’ dawn ir-reġjuni muntanjużi umdi, u anke fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-merħliet tal-ħalib huma l-utenti prinċipali tal-mergħat u b’hekk jippermettu ż-żamma tal-pajsaġġi miftuħa u abitati, favorevoli għat-turiżmu, għall-bijodiversità u għall-ambjent;

29.

ifakkar li l-ħalib tal-baqra prodott fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jirrappreżenta parti konsiderevoli tal-ħalib prodott fil-pajjiżi kkonċernati u li, bħaż-żoni muntanjużi, il-produzzjoni tal-ħalib hija prinċipalment responsabbli għaż-żamma tal-pajsaġġ agrikolu reġjonali, b'effett pożittiv għat-turiżmu u għall-ambjent;

30.

ifakkar li fil-parti l-kbira tal-Istati Membri l-ġodda tal-Ewropa tal-Lvant, il-provvista tal-ħalib għadu inċert ħafna. Hija naqsetmill-2005, peress li tiddependi prinċipalment mill-merħliet il-kbar (l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja). Il-provvista naqset ukoll fil-Bulgarija u fir-Rumanija minkejja ristrutturazzjoni qawwija ħafna li tippromovi l-bejgħ tal-ħalib f’ċirkwiti informali. Il-prospetti jidhru aħjar fil-Polonja u, xi ftit inqas fil-Pajjiżi l-Baltiċi, bl-iżvilupp ta’ merħliet familjali ta’ 10 sa 30 baqra meta r-raħħala jkunu jistgħu jiksbu taħriġ u kreditu;

31.

iqis li l-mudell tat-trobbija b’ġestjoni familjali, li jutilizza r-riżorsi erbaċji lokali, l-aktar il-mergħat, li jikkonċilja bl-aħjar mod l-ġejjieni tas-settur kollu tal-ħalib, l-aspettattivi tas-soċjetajiet u dawk tar-raħħala;

32.

jikkunsidra li l-għajnuna tat-tieni pilastru ma tistax tikkumpensa għall-effetti distruttivi tal-instabbiltà tal-prezzijiet tal-ħalib u tal-kontributi, li jiskoraġġixxu l-ħolqien ta’ produzzjoni li teħtieġ investiment qawwi fit-tul;

33.

jitlob li jiġu kkunsidrati kemm il-problema tal-bhejjem imrobbija għall-ħalib li jiddependu minn għalf f'żoni b'disponibbiltà fqira ta' ġwies, kif ukoll l-importanza li jiġu implimentati mekkaniżmi li jipproteġu dan is-settur mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet taċ-ċereali u li tiġi appoġġjata l-produzzjoni fit-territorji fejn hija ta' importanza soċjoekonomika kbira;

34.

jitlob li jingħataw attenzjoni u appoġġ speċifiku lit-territorji fejn ir-ristrutturar wassal għal tnaqqis qawwi fil-produzzjoni tal-ħalib tradizzjonali iżda fejn dan is-settur irnexxielu jżomm sod wara r-ristrutturazzjonijiet kontinwi li għadda minnhom f'dawn l-aħħar deċennji. Dan japplika aktar u aktar meta titqies l-enfasi li għandha tingħata fil-ġejjieni lill-produzzjonijiet lokali u liċ-ċirkwiti qosra ta' kummerċjalizzazzjoni;

Il-limiti tal-pakkett tal-ħalib

35.

jaħseb li l-erba’ għodod tal-pakkett tal-ħalib li huma r-relazzjonijiet kuntrattwali, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u t-trasparenza, huma għodod meħtieġa iżda mhux suffiċjenti, u m'għandhomx l-għan li jagħtu garanzija tal-ġestjoni tal-volumi, il-prezzijiet u d-dħul għar-raħħala;

36.

jikkunsidra li l-pakkett tal-ħalib ma fihx l-istrumenti li jistgħu jtaffu l-effetti negattivi tat-tneħħija tal-kwoti fuq it-territorji u fuq il-mudell tat-trobbija b’ġestjoni familjali, li jutilizza r-riżorsi erbaċji lokali, l-aktar il-mergħat, u li din it-tneħħija ser twassal għall-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fir-reġjuni agrikoli bl-ikbar vantaġġi, b’riskji akbar għall-ambjent;

37.

jinnota li fil-pajjiżi prinċipali li jipproduċu l-ħalib fit-Tramuntana tal-Unjoni Ewropea, il-kooperattivi huma f’maġġoranza kbira u f’xi każijiet għandhom sitwazzjoni ta’ monopolju, u qed iħabbru żjieda fil-provvista tagħhom, fuq talba tal-membri tagħhom;

38.

jinnota li r-relazzjonijiet kuntrattwali kif previsti mill-pakkett tal-ħalib, li l-kooperattivi mhumiex marbutin magħhom, ma jirrigwardawx aktar minn 40 % tal-volum tal-ħalib prodott fl-UE kollha, u li s-suq b’mod globali ser isir imprevedibbli;

39.

jikkunsidra li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma meħtieġa iżda mhux dejjem ikollhom saħħa reali fin-negozjati mal-imħaleb jekk huma jiġu limitati biss għal organizzazzjonijiet vertikali għal kull settur (li huma forma ta’ integrazzjoni) u fl-assenza ta’ kontraparti fil-forma ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għal kull żona ta’ produzzjoni, li tkun tista’ tinnegozja ma’ diversi mħaleb, ir-raħħala qatt mhu ser ikollhom saħħa fin-negozjati kummerċjali;

40.

jikkunsidra li l-għodod tal-pakkett tal-ħalib ma jippermettux li jintlaħqu l-għanijiet li jiġi garantit id-dħul tal-produtturi u jipproponi l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni fin-negozjati tal-prezz tal-ħalib mir-razzett fuq il-bażi tar-riżultati tal-FADN għal kull pajjiż, jew għal kull reġjun;

41.

jitlob li nduru lura għal politika pubblika ta’ ġestjoni tal-istokkijiet tas-sigurtà, żieda fil-prezz tal-intervent u ż-żamma tar-rifużjoni għall-esportazzjoni ta’ natura eċċezzjonali, bħala kontraparti għal politika tas-settur tal-ħalib li tkun aktar adatta għall-iżviluppi fid-domanda interna u tas-swieq esterni fir-rigward ta’ prodotti ta’ kwalità;

42.

jinnota li l-ġestjoni tal-offerta għad-DPO (denominazzjoni protetta ta’ oriġini) u għall-IĠP (indikazzjoni ġeografika protetta) hija punt pożittiv tal-pakkett tal-ħalib iżda tirrigwarda ftit pajjiżi u parti żgħira tal-produzzjoni Ewropea (anke fi Franza, dawn id-DPO u l-IĠP jirrigwardaw biss 10 % tal-produzzjoni totali tal-ħalib tal-pajjiż, iżda 30 % tal-ħalib tal-muntanja);

Proġett ta’ regolament tal-OKS unika insuffiċjenti

43.

jikkunsidra li l-proposti attwali tal-Parlament Ewropew, dwar il-limitazzjoni volontarja tal-produzzjoni f’każijiet ta’ kriżi, li tippermetti lill-Kummissjoni li tagħti għajnuna lill-produtturi tal-ħalib li jnaqqsu l-produzzjoni tagħhom b’tal-anqas 5 % b’mod volontarju għal perjodu tal-anqas ta’ 3 xhur rinnovabbli, b’penali għall-produtturi li jżidu l-produzzjoni tagħhom fl-istess perjodu, huma dispożizzjonijiet mhux suffiċjenti biżżejjed biex jiġi evitat tnaqqis qawwi fil-prezzijiet fil-każ ta’ produzzjoni żejda;

44.

iqis li sistema effikaċi ta’ ġestjoni ta’ kriżi trid turi li għandha kapaċità tajba li tirreaġixxi u għaldaqstant trid tiġi ċentralizzata l-informazzjoni nazzjonali u Ewropea tal-produzzjonijiet għal kull razzett fuq diversi snin, jiġi definit l-istat ta’ kriżi permezz tal-prezzijiet ta’ referenza u/jew il-marġni, li jippresupponi ġestjoni diretta, jew mill-Kummissjoni Ewropea jew minn aġenzija Ewropea regolatorja;

Rakkomandazzjonijiet

45.

jitlob li jsiru studji kumplimentari b’mod urġenti biex jiġi valutat l-impatt fuq it-territorji tat-tneħħija tal-kwoti għal kull grupp ta’ pajjiżi, reġjuni, b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar imbiegħda u żoni b’ċerti kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima: żoni muntanjużi, żoni żvantaġġjati, żoni intermedji b’polikulturi – trobbija tal-annimali, żoni ta’ pjanura, b’mod li jkunu jistgħu jiġu antiċipati, u jekk possibbli limitati, r-riskji ta’ delokalizzazzjoni u ta’ abbandun f’ħafna reġjuni;

46.

jitlob valutazzjoni realistika tal-prospetti tal-produzzjoni, tal-konsum intern u tal-esportazzjoni għal żmien medju u twil (2020-2030), għal kull tip ta’ prodott, filwaqt li titqies ukoll l-instabbiltà li qed tikber fil-prezzijiet tas-suq dinji. In-nuqqas ta’ ġestjoni tal-offerta u tal-politika tal-istokkijiet pubbliċi fl-Ewropa u fl-Istati Uniti jistgħu biss iżidu din l-instabbiltà li hija inkompatibbli mal-iżvilupp ta’ settur tal-ħalib Ewropew;

47.

jitlob li ssir analiżi komparattiva tal-politiki tal-ħalib tal-pajjiżi li huma produtturi kbar tal-ħalib kif ukoll valutazzjoni preċiża tal-esperjenza tal-Isvizzera, kemm minn perspettiva ekonomika kif ukoll minn dik soċjali u ambjentali;

48.

jitlob valutazzjoni tal-impatt tan-negozjati kummerċjali bilaterali li qed jiġu diskussi bħalissa, b'enfasi partikolari fuq ir-reġjuni li jipproduċu l-ħalib;

49.

b’segwitu għall-Opinjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2012 dwar “r-Riforma tal-Politika Agrikola Komuni u l-iżvilupp rurali wara l-2013”, jikkunsidra essenzjali l-ekwilibriju mill-ġdid tal-għajnuniet u jqis il-proposti tal-Kummissjoni insuffiċjenti biex jittrasferixxu l-kompetittività lejn l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li jużaw ir-riżorsi erbaċji lokali, iż-żoni b’ostakli naturali, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-gżejjer, kif ukoll lejn ċerti setturi fraġli;

50.

jitlob li jiġu eżaminati l-possibbiltajiet ta' adattament, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti miżuri li ttieħdu minn pajjiżi oħra biex jindirizzaw il-kriżijiet potenzjali tas-suq tal-ħalib, b'mod partikolari l-miżuri tal-Farm Bill li jmiss 2013-2017 li tipprevedi, b'mod partikolari għall-produtturi parteċipanti, garanzija ta' flessibbiltà fuq l-ispiża alimentari flimkien ma' tnaqqis tal-konsenji u jitlob li jiġu analizzati dawn il-miżuri ta' ġestjoni tal-kriżijet meħuda minn pajjiżi oħra biex jiġi valutat l-impatt tagħhom fuq is-suq globali tal-ħalib;

51.

jipproponi li tiġi estiża l-possibbiltà ta’ ġestjoni tal-volumi prevista fil-pakkett tal-ħalib u għal issa riżervata għall-ġobnijiet taħt id-DPO u l-IĠP, għall-ħalib tal-muntanja fil-qafas tar-referenza fakultattiva l-ġdida ta’ kwalità għall-prodotti tal-muntanja;

52.

fil-fatt jikkunsidra li r-referenza “prodott tal-muntanja”, tista’ tkun għodda ta’ territorjalizzazzjoni interessanti għas-settur tal-ħalib, sakemm jiġu adottati metodi ta’ implimentazzjoni adegwati li jkun hemm bżonn;

53.

jipproponi li qabel ma jidħlu fis-seħħ il-miżuri eventwali li jieħdu post il-mekkaniżmi tal-kwoti tal-ħalib tiġi analizzata l-adozzjoni ta' moratorju għat-tmiem tal-kwoti, sabiex dan il-mekkaniżmu eventwalment jiġi estiż sal-aħħar tal-kampanja 2019/2020, b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu studjati fid-dettall minn issa sa dak iż-żmien il-konsegwenzi ta’ din it-tneħħija; fl-istess ħin jitlob lill-Kummissjoni tadatta x-xibka ta’ sigurtà għas-suq tal-ħalib u twettaq analiżi regolari tas-suq dinji kif ukoll valutazzjoni tal-politiki pubbliċi fir-reġjuni prinċipali ta’ produzzjoni;

54.

jitlob lill-Kummissjoni li tiddefinixxi mill-ġdid proġett koerenti ta’ żvilupp rurali u tas-settur tal-ħalib għaż-żoni tal-muntanja, għar-reġjuni żvantaġġjati li jipproduċu l-ħalib, għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-Istati Membri li l-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-ħalib tagħhom issir minn strutturi agrikoli żgħar ħafna;

55.

jitlob li tingħata prijorità lis-sigurtà u lis-sostenibbiltà tas-swieq interni tal-Unjoni Ewropea, l-aktar permezz tad-distribuzzjoni tal-ħalib fl-iskejjel, fid-djar tal-anzjani u għall-għajnuna alimentari u b'riformulazzjoni u semplifikazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ u ta' promozzjoni tal-prodotti tal-ħalib;

56.

jipproponi li fir-rigward tal-istrateġija ta' esportazzjoni, jingħata aktar appoġġ lill-innovazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-ħalib b’valur miżjud qawwi sabiex jiġu żviluppati prodotti aktar adattati għall-konsumaturi l-ġodda ta' pajjiżi bħal dawk tal-Maghreb, il-Medju Orjent u l-Ażja u li din l-istrateġija tiġi appoġġjata permezz ta' miżuri adatti;

57.

jipproponi li jinbnew sħubijiet b’saħħithom mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Medju Orjent li m’għandhomx artijiet u ilma biżżejjed biex jipproduċu l-ħalib bi prezzijiet raġonevoli, u li joffru suq għall-ħalib li huwa aktar faċilment aċċessibbli mill-Ażja.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 13/2011 fin.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-101 sessjoni plenarja tat-30 ta’ Mejju 2013

30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/33


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-“Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati”

2013/C 218/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa konxju ta’ kemm huwa importanti r-rispett tal-libertà fundamentali tan-negozji biex joperaw mingħajr xkiel; iżda huwa importanti wkoll li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi rispettata bħala valur fundamentali tal-UE. Din id-Direttiva, li tipprovdi l-istandard minimu, tfittex li tiżgura kundizzjonijiet ugwali għaż-żewġ sessi fl-Istati Membri kollha u b’hekk ittejjeb il-kundizzjonijiet ekonomiċi tas-suq intern;

jissuġġerixxi li jkun jagħmel sens li jiġu adottati sanzjonijiet simili f’kull Stat Membru biex niksbu l-għan li niżguraw kundizzjonijiet ġusti u qafas regolatorju koerenti fl-UE kollha. Jekk dan ma jsirx f’ċertu pajjiżi d-diżinċentivi jistgħu jkunu iktar dgħajfa minn ta’ pajjiżi oħra u dan iwassal għal livell iktar baxx ta’ konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva;

jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikseb l-għan li ttejjeb il-bilanċ bejn is-sessi permezz ta’ proposta leġislattiva b’għanijiet vinkolanti iktar milli billi tappoġġja approċċ awtoregolatorju u/jew volontarju;

jenfasizza li l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għall-postijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandha tkun ibbażata fuq proċess ta' għażla u kriterji ta' kwalifika trasparenti, u li jħeġġu lil kull persuna ta' talent biex tippreżenta l-kandidatura

jisħaq li, f’ħafna impjiegi, id-diversità fost il-persunal f’termini ta’ għarfien, ħiliet, esperjenzi, sitwazzjoni tal-ħajja u ġeneru hija kruċjali biex jintlaħqu r-riżultati mixtieqa. Għaldaqstant il-Kumitat iħoss li huwa importanti li tingħata prijorità lill-persuna kandidata tas-sess l-anqas rappreżentat jekk il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall- persuna kandidata tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji personali kollha ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-persuna kandidata tas-sess l-ieħor.

Relatur

Is-Sinjura Andreja POTOČNIK (SI/ALDE), Viċi-Sindku ta' Tržič

Dokument ta' referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

COM(2012) 614 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

L-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-valuri u objettivi fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tinsab fil-qalba tat-Trattat tal-UE (Artikolu 3(3)) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 23). Skont it-termini tal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. L-Artikolu 157(3) tat-TFUE hu l-bażi legali speċifiku għall-adozzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni mmirati biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet tal-impjiegi u x-xogħol.

2.

Il-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Proposta għal Direttiva tagħha dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal amministrattiv mhux eżekuttiv ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati qed timmira li sal-2020 tiżgura rappreżentanza bilanċjata ta' rġiel u nisa fil-grupp imsemmi hawn fuq, b'mod li kull sess ma jirrappreżentax aktar minn 60 % u lanqas ma jibqa' b'inqas minn 40 % tat-total tad-diretturi.

3.

Il-Kummissjoni twissi li l-progress biex tiżdied il-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja fis-snin l-imgħoddija ta’ biss 0,6 % (1). Bil-pass preżenti jridu jgħaddu bosta għexieren ta' snin biex noqorbu lejn il-bilanċ bejn is-sessi madwar l-UE. L-aktar progress rapidu u sinifikanti ġie nnotat f’dawk l-Istati Membri u pajjiżi oħra fejn il-valuri soċjali u l-attitudnijiet attwali jiffavorixxu dan l-iżvilupp, u anke fejn ġew introdotti rakkomandazzjonijiet u rekwiżiti minimi vinkolanti għar-rappreżentazzjoni taż-żewġ sessi.

4.

Li ninjoraw l-għarfien/il-ħiliet ta' nisa kwalifikati ħafna jfisser telf ta’ firxa ta’ opportunitajiet, peress li l-irkupru ekonomiku jeħtieġ ukoll il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa. Għandhom jitfasslu metodi ġodda aktar effettivi sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-familja u l-ħajja tax-xogħol. Il-miżuri li huma mfassla biex jippromovu l-karrieri u l-istudji ulterjuri tal-iggradwati universitarji nisa huma kruċjali għall-iżvilupp tal-karriera tagħhom.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

5.

jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni favur it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’boroż u jaqbel li hemm bżonn urġenti li jittieħdu miżuri f’dan il-qasam.

6.

jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikseb l-għan li ttejjeb il-bilanċ bejn is-sessi permezz ta’ proposta leġislattiva b’għanijiet vinkolanti iktar milli billi tappoġġja approċċ awtoregolatorju u/jew volontarju.

7.

huwa konxju ta’ kemm tista’ tkun sitwazzjoni importanti u serja jekk in-nisa ma jinħatrux fi rwoli fejn jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ekonomija u jekk il-potenzjal tar-riżorsi umani tagħhom jibqa’ ma jiġix sfruttat. Għandu jkun hemm sforz determinat biex jitneħħa x-xkiel għall-iżvilupp tal-karrieri tan-nisa.

Spjegazzjoni dettaljata

8.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, in-nuqqas attwali ta’ trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f’ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostaklu sinifikanti għal bilanċ bejn is-sessi aħjar fil-kompożizzjoni tal-bordijiet u jaffettwa b’mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-persuni kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

9.

Il-Proposta għal Direttiva tfittex li tippromovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u li tuża b’mod sħiħ l-għadd eżistenti ta’ persuni kandidati għal rappreżentazzjoni aktar ugwali bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, u b’hekk tikkontribwixxi għall-miri tal-Ewropa 2020.

10.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għal kontra l-ksur ta’ din id-Direttiva, li jistgħu jinkludu, inter alia, korpi ġudizzjarji li jimponu multi amministrattivi u li jiddikjaraw bħala nulla jew annullata l-ħatra jew l-elezzjoni tad-diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali.

11.

L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Rapporti bħal dawn għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

12.

Din id-Direttiva ma tkoprix l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

13.

jenfasizza li l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għall-postijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandha tkun ibbażata fuq proċess ta' għażla u kriterji ta' kwalifika trasparenti, u li jħeġġu lil kull persuna ta' talent biex tippreżenta l-kandidatura tagħha.

14.

jisħaq li, f’ħafna impjiegi, id-diversità fost il-persunal f’termini ta’ għarfien, ħiliet, esperjenzi, sitwazzjoni tal-ħajja u ġeneru hija kruċjali biex jintlaħqu r-riżultati mixtieqa. Għaldaqstant il-Kumitat iħoss li huwa importanti li tingħata prijorità lill-persuna kandidata tas-sess l-anqas rappreżentat jekk il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall- persuna kandidata tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji personali kollha ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-persuna kandidata tas-sess l-ieħor;

15.

huwa konxju ta’ kemm huwa importanti r-rispett tal-libertà fundamentali tan-negozji biex joperaw mingħajr xkiel; iżda huwa importanti wkoll li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi rispettata bħala valur fundamentali tal-UE. Din id-Direttiva, li tipprovdi l-istandard minimu, tfittex li tiżgura kundizzjonijiet ugwali għaż-żewġ sessi fl-Istati Membri kollha u b’hekk ittejjeb il-kundizzjonijiet ekonomiċi tas-suq intern;

16.

huwa konvint li l-Proposta ma tindirizzax il-kwistjoni tal-ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li hija msejsa fuq bażijiet legali ċari fit-Trattati tal-UE u toħloq valur miżjud Ewropew reali billi tindirizza l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u tiżgura ċertezza legali għal kumpaniji li joperaw f’iktar minn Stat Membru wieħed u li l-operazzjonijiet transkonfinali tagħhom jistgħu jintlaqtu b’mod negattiv mid-differenzi attwali li jeżistu fir-regoli li japplikaw għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji;

17.

jenfasizza li huwa neċessarju li jiġu appoġġjati l-miżuri fil-livell tal-UE u li jiġi żgurat qafas pan-Ewropew uniku u regolatorju f’dan il-qasam. Is-sitwazzjoni attwali fejn kull Stat Membru għandu l-istandards u l-leġislazzjoni tiegħu twassal għall-inċertezza fit-tħaddim tas-suq intern billi ħafna mill-kumpaniji elenkati joperaw f’iktar minn Stat Membru wieħed;

18.

jissuġġerixxi li jkun jagħmel sens li jiġu adottati sanzjonijiet simili f’kull Stat Membru biex niksbu l-għan li niżguraw kundizzjonijiet ġusti u qafas regolatorju koerenti fl-UE kollha. Jekk dan ma jsirx f’ċertu pajjiżi d-diżinċentivi jistgħu jkunu iktar dgħajfa minn ta’ pajjiżi oħra u dan iwassal għal livell iktar baxx ta’ konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva;

19.

jinnota li jkun xieraq li titpoġġa iktar enfasi fuq iktar bilanċ bejn is-sessi bejn id-diretturi kollha u mhux dawk eżekuttivi biss;

20.

iwissi li n-nisa f’pożizzjonijiet ta’ ġestjoni għadhom jiltaqgħu ma’ ħafna ostakli; fosthom jeħtieġ li jiġi enfasizzat in-nuqqas ta’ miżuri li jiffaċilitaw bilanċ bejn il-familja u l-ħajja professjonali.

L-importanza tal-livelli reġjonali u lokali

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

21.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jappoġġjaw il-pjani ta’ iktar ugwaljanza. L-ugwaljanza bejn is-sessi minbarra li hija prekundizzjoni għad-demokrazija vera u għal soċjetà bbilanċjata, hija wkoll kundizzjoni essenzjali biex jinkisbu l-objettivi tal-UE għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

22.

iħoss li l-limitu li sal-2018 tkun inkisbet 40 % rappreżentanza tas-sess l-anqas rappreżentat huwa xieraq fil-każijiet fejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huma membri ta’ bordijiet tal-kumpaniji (pubbliċi);

23.

ifakkar li huwa importanti li l-kumpaniji pubbliċi jkunu ta’ eżempju tajjeb għall-kumpaniji privati fir-rigward tar-rappreżentazzjoni ta’ 40 % tas-sess l-anqas rappreżentat.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikli 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 157(3) u (4) tiegħu,

Raġuni

Consistent with paragraph 1 of the draft opinion. Article 8 of the Treaty on the Functioning of the European Union has to be mentioned among the legal bases of this directive as it defines gender equality as a horizontal objective of the European Union.

Emenda 2

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Raġuni

Consistent with paragraph 1 of the draft opinion.

Emenda 3

Preambolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Raġuni

Consistent with paragraph 1 of the draft opinion.

Emenda 4

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (2), fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi u l-prattiki tagħhom jista' jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta' kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku.

Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati li għandhom is-sede fi Stat Membru li l-ishma t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (3), fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi u l-prattiki tagħhom jista' jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta' kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku.

Raġuni

The location where a company has its headquarters (rather than the location where it is registered) and the element of shares rather than securities constitute safer criteria for identifying which company falls within the scope of this directive.

Emenda 5

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati, filwaqt li jitqiesu l-proċeduri speċifiċi applikati għall-elezzjoni/ħatra ta’ dawn ir-rappreżentanti.

Raġuni

Gender equality considerations must go hand-in-hand with democratic election/designation procedures applied by trade unions in Member States.

Emenda 6

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva.

Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva.

Raġuni

This amendment relates to the legislative amendment 11 of the CoR opinion, referring to Article 4(6), proposed by the rapporteur herself.

Emenda 7

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

Raġuni

This weakens unnecessarily the text.

Emenda 8

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv, billi tispeċifika d-data limitu għat-twettiq ta' dawn il-miżuri, li fl-ebda każ ma tista' tkun aktar mid-data li hemm fis-seħħ fid-Direttiva attwali .

Raġuni

Change of terminology: the aim of the directive is to achieve gender equality, regardless of whether the current situation of inequality between non-executive directors is based on gender issues. By gender we mean the social and cultural characteristics that distinguish men and women and which are learned, change with time and vary considerably within and between cultures. By sex we mean biological characteristics that distinguish men and women. The text is added because it is essential to specify the timeframes for implementing the measure in order to avoid leaving implementation of the objectives up to the company.

Emenda 9

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

F'konformità mal-proposta għal armonizzazzjoni minima tar-rekwiżiti ta’ governanza korporattiva relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ ħatra msejsa fuq kriterji objettivi ta’ kwalifiki sabiex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi, l-Istati Membri jistgħu jimxu lil hinn mill-istandard minimu, fuq bażi volontarja.

Raġuni

Member States which have already achieved, or strive to achieve, better results in terms of gender balance amongst non-executive directors are free to do so.

Emenda 10

Artikolu 2(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija inkorporata fi Stat Membru li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar;

“kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija li għandha s-sede tagħha inkorporata fi Stat Membru li l-ishma tiegħu t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar;

Raġuni

The location where a company has its headquarters (rather than the location where it is registered) and the element of shares rather than securities constitute safer criteria for identifying which company falls within the scope of this directive.

Emenda 11

Artikolu 2(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SME” tfisser kumpanija li timpjega inqas minn 250 persuna u li għandha fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun, jew, għal SME li hija inkorporata fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro, l-ammonti ekwivalenti fil-munita ta' dak l-Istat Membru;

“intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SME” tfisser kumpanija li timpjega inqas minn 250 persuna u li għandha fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun, jew, għal SME li għandha s-sede tagħha hija inkorporata fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro, l-ammonti ekwivalenti fil-munita ta' dak l-Istat Membru;

Raġuni

The location where a company has its headquarters (rather than the location where it is registered) constitutes a safer criterion for identifying which company falls within the scope of this directive.

Emenda 12

Artikolu 4 (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

Raġuni

As non-executive directors perform mainly supervisory tasks, it is also easier to recruit qualified candidates from outside the company or the specific sector – a consideration which is of importance for areas of the economy where members of a particular sex are especially under-represented in the workforce. For this reason, we see no need for the target set out in paragraph 1 not to be implemented where the under-represented sex represents less than 10 per cent of the workforce of listed companies.

Emenda 13

Artikolu 4(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta' direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta' direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

Raġuni

This weakens unnecessarily the text. It is consistent with the deletion of recital 32.

Emenda 14

Artikolu 5(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji, billi tispeċifika d-data limitu għat-twettiq ta' dawn il-miżuri, li fl-ebda każ ma tista' tkun aktar mid-data li fiha tiskadi d-Direttiva attwali .

Raġuni

The text is added because it is essential to specify the timeframes for implementing the measure in order to avoid leaving implementation of the objectives up to the company.

Emenda 15

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji li għandhom is-sede tagħhom kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Raġuni

The location where a company has its headquarters (rather than the location where it is registered) constitutes a safer criterion for identifying which company falls within the scope of this directive.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Ara r-Rapport ta’ Progress: In-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi fl-UE, Marzu 2012 (http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/women-on-boards_en.pdf).

(2)  ĠU J L 145, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU J L 145, 30.4.2004, p. 1.


30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/42


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-“Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istima tal-impatt fuq l-ambjent (EIA)”

2013/C 218/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob li l-proċedura koordinata u l-proċedura konġunta għandhom ikunu ta’ natura volontarja u mhux obbligatorja kif propost mill-Kummissjoni Ewropea; jappella biex ikun hemm iktar ċarezza legali, l-Artikolu 2(3) jindika b’mod ċar liema testi oħra tal-liġi tal-UE jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni;

l-introduzzjoni ta’ obbligu mingħajr eċċezzjoni li jiġi implimentat il-proċess ta' definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ġiet rifjutata. Ir-responsabbiltà li jiġu żgurati kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ dettall adatti fir-rapport ambjentali hija f’idejn l-iżviluppatur;

iqis li d-Direttiva dwar l-EIA għandha takkomoda diversi sistemi ta’ verifika tar-rapporti ambjentali stabbiliti fl-Istati Membri, inkluż dawk fejn il-verifika tar-rapporti ssir internament mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtoritajiet tal-ambjent;

jilqa' l-introduzzjoni ta' skadenza minima għall-konsultazzjoni ta' 30 jum skont l-Artikolu 6(7). Madankollu, l-introduzzjoni ta' skadenzi, li jmorru lil hinn minn dan il-perjodu minimu, għandha titħalla f'idejn l-Istati Membri;

jitlob li tiġi modifikata l-proposta taħt l-Artikolu 8(1) dwar id-deċiżjoni tal-għoti tal-permessi għall-iżvilupp biex takkomoda is-sistemi differenti li jeżistu fl-Istati Membri u jirrakkomanda li, bħala miżura li tikkontribwixxi għall-kwalità tal-EIA u b’hekk l-effikaċja tagħha, id-Direttiva tispeċifika l-perjodu li matulu tkun valida l-EIA;

jikkritika t-twaqqif ta’ perjodi ta’ żmien vinkolanti għad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali għall-proġetti (Artikolu 8(3)). It-tħaffif tal-proċess permezz tal-istabbiliment tal-qafas ta' żmien ippjanat jista' jinkiseb aħjar mis-sistemi nazzjonali divrenzjati tal-Istati Membri;

jitlob li r-regoli tranżizzjonali jiġu stabbiliti b'tali mod li, għal proġetti fi stadju avvanzat tal-proċeduri, l-EIA ssir skont ir-regoli tad-Direttiva attwali dwar l-EIA.

Relatur

Is-Sur SOWA (PL/PPE), Marixxall tar-reġjun amministrattiv ta’ Małopolska

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

COM(2012) 628 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

jenfasizza li f’ħafna aspetti, l-emendi proposti għall-qafas legali tal-istimi tal-impatt fuq l-ambjent huma neċessarji u mixtieqa. Madankollu, jenfasizza li kwalunkwe bidla għandha ssib bilanċ tajjeb bejn il-ħtiġijiet tal-protezzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp ekonomiku. Proċeduri eċċessivament twal għal deċiżjoni dwar il-kunsens għall-iżvilupp jistgħu jheddu l-interessi ekonomiċi u soċjali u jistgħu jfixklu l-kompetittività tal-UE kollha kemm hi; f’ħafna każijiet ma jkunux favorevoli għall-ħarsien ambjentali u għal saħħet in-nies u l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Il-bidliet biex jiżguraw il-kwalità u proċeduri u dokumenti konsistenti għandhom jiġu implimentati b’mod li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod effiċjenti u effettiv;

2.

madankollu, jinnota li hemm dubji serji dwar xi bidliet li jtawlu l-perjodu tal-istadji ewlenin tal-proċess;

3.

ifakkar li r-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar l-EIA ser ikollha impatt konsiderevoli fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li ser ikollhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti. Għall-kuntrarju tal-istennija tal-Kummissjoni Ewropea, il-KtR jemmen li ħafna mill-bidliet proposti fid-Direttiva dwar l-EIA jistgħu jżidu l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali mil-lat tal-organizzazzjoni, tal-ġestjoni u tal-infiq. F’dan il-kuntest, il-KtR iħeġġeġ li jiġi evitat kwalunkwe trasferiment ta’ responsabbiltà mill-iżviluppaturi għall-awtorità kompetenti;

4.

jisħaq li kwalunkwe żieda fl-ispejjeż jew fil-piż amministrattiv tal-awtoritajiet pubbliċi għandha titqabbel mal-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali tal-bidliet proposti, sabiex fil-perjodu t-twil il-benefiċċji jkunu ikbar mill-ispejjeż;

5.

jenfasizza li d-Direttiva tista’ tagħti l-frott biss jekk l-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali jistabbilixxu strutturi istituzzjonali li jiffunzjonaw tajjeb u li jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa b’tali mod li d-dipartimenti kollha responsabbli, b’mod partikolari dawk ambjentali, ikunu jistgħu jiġu involuti b’mod attiv. Huwa jenfasizza l-bżonn persistenti li jkomplu jiġu żviluppati l-kapaċitajiet fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn għandha tiġi inkluża kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn iċ-ċentri nazzjonali eżistenti tal-EIA;

6.

jappella għal iktar konsistenza fit-terminoloġija fit-test kollu tal-abbozz ta' Direttiva u fl-annessi tagħha, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali;

7.

jappoġġja l-intenzjoni li tiżdied il-kwalità tar-rapporti ambjentali; iżda d-Direttiva dwar l-EIA għandha takkomoda s-sistemi differenti ta’ verifika tar-rapporti ambjentali stabbiliti fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet;

8.

jemmen li d-dispożizzjonijiet il-ġodda ma jakkomodawx biżżejjed is-sistemi differenti tal-EIA li jeżistu fl-Istati Membri, pereżempju l-proċedura tal-EIA integrata jew separata mill-proċedura għall-kunsens tal-iżvilupp;

B.    Kamp ta’ applikazzjoni (Artikolu 1)

9.

jitlob kjarifika dwar it-twessigħ tad-definizzjoni ta’ proġett fl-Artikolu 1(2) biex din tkun tinkludi l-proġetti ta’ demolizzjoni. Il-KtR huwa tal-fehma li jekk l-intenzjoni tad-dispożizzjoni hi li tintroduċi EIA potenzjali għax-xogħlijiet ta’ demolizzjoni f’kull proġett elenkat fl-Anness I jew II, dan jista’ jwassal għal żieda sostanzjali fil-piż amministrattiv. Il-KtR jaħseb li l-obbligu tat-twettiq ta’ EIA għal proġett ta’ demolizzjoni għandu jkun limitat għall-każijiet definiti b’mod ċar fl-Annessi I u II, għad-demolizzjoni jew iż-żarmar tal-proġett fi tmiem il-ħajja tiegħu jew għal xogħlijiet ta’ demolizzjoni meħtieġa biex jitwettaq tali proġett;

10.

jitlob li d-definizzjoni ta' “awtorizzazzjoni” kif ukoll l-użu tagħha fit-test jerġgħu jiġu analizzati peress li t-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi (Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern) wasslu biex fl-Istati Membri jitneħħa l-bżonn li jinkisbu awtorizzazzjonijiet minn qabel għall-iżvilupp ta' ċerti servizzi, li nbidel b'kontrolli li jsiru wara;

11.

jilqa' l-fatt li l-“proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili” ser ikunu eżentati mill-obbligu tal-EIA; sabiex id-dispożizzjoni ma tintużax b'mod ħażin u ma jkunx hemm wisq proġetti li jiġu eżentati mill-EIA, id-Direttiva tista' tinkludi lista ta' eżempji ta’ proġetti bħal dawn għall-emerġenzi ċivili, fejn jiġu kkunsidrati wkoll il-proġetti fil-qafas tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

12.

jiddeplora li l-proposta ma tinkludix reviżjoni tal-Annessi I u II u b'hekk tonqos milli tieħu l-opportunità biex tirrevedihom u biex, fejn ikun hemm bżonn, tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom abbażi tal-esperjenzi li nsiltu s'issa; itenni l-appell tiegħu għat-twaqqif ta’ livelli limitu minimi tal-UE, sabiex ikun hemm iktar ċarezza legali. Dan għandu jnaqqas id-differenzi f’kif jiġu ttrattati l-kumpaniji fl-UE u l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-diversi Stati Membri. Jinnota li meta jiġu stabbiliti livelli limitu, xi Stati Membri ħafna drabi jaqbżu l-marġni tad-diskrezzjoni, jew billi jqisu biss xi wħud mill-kriterji tal-għażla fl-Anness III jew billi jeżentaw xi proġetti minn qabel. Armonizzazzjoni tal-livelli limitu għandha tikkunsidra wkoll il-livelli limitu u l-kriterji li jintużaw mid-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali;

C.    Punt uniku ta’ servizz (proċeduri koordinati jew konġunti) – Artikolu 2(3)

13.

iqis li l-proċedura koordinata u l-proċedura konġunta għandhom ikunu ta’ natura volontarja u mhux obbligatorja kif propost mill-Kummissjoni Ewropea;

14.

jappella li biex ikun hemm iktar ċarezza legali, l-Artikolu 2(3) jindika b’mod ċar liema testi oħra tal-liġi tal-UE jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni;

15.

jirrimarka li t-twaqqif ta’ punt uniku ta’ servizz għall-EIA m'għandux jinvolvi żieda fil-persunal u fl-ispejjeż li hija piż sproporzjonat meta mqabbel mal-vantaġġ li tista’ toffri l-implimentazzjoni tal-istimi tal-impatt fuq l-ambjent; jitlob kjarifika dwar jekk id-dispożizzjoni li “L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda, li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett” tapplika biss għall-proġetti koperti mill-proċedura koordinata jew konġunta, jew tapplikax ukoll għal kull proġett. F’ċerti Stati Membri ser ikun ferm diffiċli li jikkonformaw ma’ obbligu ta’ dan it-tip minħabba l-ġerarkija u l-kompetenzi speċifiċi ħafna tal-awtoritajiet differenti involuti f’dan il-proċess. Għall-Istati Membri fejn il-proċedura tal-EIA hija integrata fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp u li titwettaq mill-awtorità inkarigata mill-kunsens għall-iżvilupp, tkun ħaġa tajba li jiġi ċċarat li l-“awtorità waħda” msemmija tista’ tkun ukoll din l-awtorità;

D.    Elementi ġodda li għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (Artikolu 3), fil-proċedura ta’ skrinjar (Anness III) u fir-rapport ambjentali (Artikolu 5(1), Anness IV)

16.

jappella għal iktar konsistenza bejn it-terminoloġija u l-livell ta’ dettall fl-Artikolu 3 u fl-Annessi III u IV. Il-fatturi elenkati fl-Artikolu 3 għandhom jiġu deskritti f’iktar dettall, f’koordinazzjoni mal-Anness IV, pereżempju fir-rigward tal-użu u t-teħid tal-art, l-ekosistemi u l-funzjonijiet tagħhom kif ukoll “ir-riskji ta’ diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem”; jitlob li ċertu listi (pereżempju l-punt 5 “Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti”) ikunu iktar komprensivi sabiex ma jkomplix jinfirex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istimi;

17.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex, mill-iktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta, tippubblika dokumenti ta’ gwida li jinkludu l-metodoloġiji biex jiġi determinat l-impatt lokali tal-proġetti fuq it-tibdil fil-klima, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza ta’ ambjent partikolari għar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem;

18.

għalhekk jappella biex fl-aħħar paragrafu tal-punt 5 tal-Anness IV jiddaħħlu għanijiet ambjentali stabbiliti fil-livell lokali jew reġjonali;

19.

jappoġġja l-appell tal-Kunsill għal kjarifika dwar it-terminu “alternattivi raġonevoli” li jintuża fid-Direttiva, u dwar il-valutazzjoni tal-istat tal-ambjent f’każ li ma jiġix implimentat il-proġett (xenarju bażi). L-alternattivi raġonevoli għandhom ikunu biss dawk proporzjonati mal-għanijiet, li jikkonformaw ma’ leġislazzjoni oħra tal-UE, jew li jikkorrispondu mal-istadju ta’ ppjanar u t-tip ta’ proġett individwali;

E.    Proċedura ta’ skrinjar – Artikolu 4, Anness II.A, Anness III

20.

bi pjaċir jilqa’ l-intenzjoni ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea biex tissemplifika l-proċedura ta’ skrinjar u ttejjeb il-konsistenza tal-approċċi tal-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-EIA ikunu mitluba biss fejn huwa ċar li hemm impatti ambjentali sinifikanti;

21.

jikkritika ċerti dispożizzjonijiet ġodda li jagħtu l-impressjoni li l-proċedura ta’ skrinjar hija xi tip ta’ “EIA żgħira”. L-Annessi IIA u III jfissru li fil-prattika għandu jitressaq rapport li jivvaluta jekk il-proġett għandux effetti sinifikanti jew le. Id-differenza hi li ma ssir l-ebda valutazzjoni ta’ alternattivi hawnhekk. Minflok, l-iskrinjar għandu jinkludi lista ta’ kontroll li tagħti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali mekkaniżmi sempliċi biex jeskludu l-iżviluppi bl-ebda impatt sinifikanti. Barra minn hekk, skont l-emenda proposta għall-Artikolu 4(3), għal kull proġett elenkat fl-Anness II, l-applikant huwa mistenni jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti biex jiġu evitati u mnaqqsa l-effetti sinifikanti, b’konformità mal-informazzjoni fl-Anness II.A. Dan imur kontra s-soluzzjoni permessa mill-Artikolu 4(2) fejn l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-paragrafi (a) u (b). Barra minn hekk ta’ min wieħed jiċċara l-użu tal-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 4(2)(b) u li jiġi deċiż jekk l-Istati Membri jistgħux jiffissaw huma stess dawn il-livelli fuq il-bażi tal-kriterji li hemm fl-Anness III jew jekk humiex iffissati mid-Direttiva;

22.

jirrimarka wkoll li l-Anness III rigward il-kriterji tal-għażla msemmija fl-Artikolu 4(4) ikompli b’diversi modi jsaħħaħ il-liġi attwali. Apparti bosta eżempji dettaljati u konkreti, l-Anness III jinkludi wkoll diversi kriterji addizzjonali li għandhom jitqiesu (riskji ta’ diżastri naturali, impatti fuq it-tibdil fil-klima u żoni agrikoli ta’ valur naturali kbir, eċċ.) u wħud minnhom mhumiex relatati b’mod dirett mal-proġett u jmorru saħansitra lil hinn mill-programm ta’ stima stabbilit fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni. It-tibdil fil-klima pereżempju jinvolvi żviluppi mifruxa fuq skala kbira li diffiċli tiddeskrivihom f’termini ta’ post u żmien, u li għalissa jistgħu jiġu simulati biss b'mudelli tal-kompjuter li jqumu ħafna flus. Fil-livell tal-proġett, l-impatti lokali tal-klima s'issa kienu qed jiġu kkunsidrati f'każ ta' bżonn. Jekk il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali ser jibdew jiffukaw fuq it-tibdil fil-klima fuq skala ikbar, hemm ir-riskju li l-iżviluppaturi jkollhom jiffaċċjaw spejjeż għoljin u dan b’riżultati tekniċi dubjużi u li jidhru sproprozjonati minħabba l-importanza marġinali tal-proġetti puntwali u lineari għall-iżvilupp fil-qasam tal-klima. Għalhekk jitlob li fil-konklużjoni jiġu implimentati biss il-proġetti li jaqgħu taħt dawn ir-regoli; jirrimarka li t-tibdil pjanat imur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-introduzzjoni ta’ speċifikazzjonijiet u kriterji addizzjoni tmur kontra l-premessa 11 tad-Direttiva dwar l-EIA li tgħid li l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jieħdu deċiżjonijiet korretti anke fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. L-għadd tal-kriterji li jridu jiġu rispettati u l-livell tad-dettall imorru lil hinn minn dak li jista’ jiġi stabbilit b’mod vinkolanti fil-livell tal-UE;

F.    Id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 5(2)

23.

bi pjaċir jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-introduzzjoni ta' definizzjoni obbligatorja tal-kamp ta' applikazzjoni tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-KtR dwar it-titjib tal-kwalità tal-informazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċess tal-EIA; madankollu, l-introduzzjoni ta’ obbligu għall-każijiet kollha, mingħajr eċċezzjoni, li jiġi implimentat il-proċess ta' definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ġiet rifjutata. Ir-responsabbiltà li jiġu żgurati kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ dettall adatti fir-rapport ambjentali hija f’idejn l-iżviluppatur; għandhom jiġu evitati l-ispejjeż addizzjonali għall-iżviluppaturi u l-awtoritajiet involuti;

24.

jirrakkomanda li d-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiġi komplementata bl-introduzzjoni ta’ linji gwida mill-Kummissjoni Ewropea jew mil-livell nazzjonali għall-kontenut fis-setturi individwali, fejn dan jgħin biex jiżgura l-kwalità ta’ EIA u l-ġbir tal-aspetti rilevanti kollha għad-deċiżjonijiet;

25.

jikkritika l-proposta fl-Artikolu 5(2)(a) dwar id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li jridu jinkisbu u (c) dwar l-awtorità kompetenti li tiddefinixxi l-istadji individwali tal-proċedura u l-perjodu ta’ żmien tagħhom u (d) dwar alternattivi raġonevoli għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;

G.    It-tisħiħ tal-kwalità tar-rapport ambjentali – Artikolu 5(3)

26.

iqis li l-obbligu tal-garanzija tal-kwalità tar-rapport ambjentali għandu jibqa’ l-obbligu tal-iżviluppatur. Għandha tinżamm id-distinzjoni bejn il-garanzija tal-kwalità fit-tħejjija tar-rapporti mill-iżviluppaturi u dik tal-kontroll tar-rapporti mill-awtorità kompetenti; madankollu jirrikonoxxi li l-kontroll tal-kwalità tar-rapporti jrid jissaħħaħ biex jiġu żgurati analiżijiet indipendenti mill-iżviluppatur;

27.

iqis li d-Direttiva dwar l-EIA għandha takkomoda diversi sistemi ta’ verifika tar-rapporti ambjentali stabbiliti fl-Istati Membri, kif ukoll fl-awtoritajiet lokali u reġjonali. Is-sistemi li nħolqu ma jaħdmux biss f’kooperazzjoni ma’ esperti esterni u kumitati ta’ esperti, kif tirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni, imma anke ma’ sistemi oħra, kif isir ħafna drabi fl-Istati Membri antiki, fejn il-verifika tar-rapporti ssir internament mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtoritajiet tal-ambjent;

H.    Konsultazzjoni pubblika – Artikoli 6 u 7

28.

iqis li d-Direttiva dwar l-EIA hi strument ewlieni għall-parteċipazzjoni lokali u reġjonali pubblika biex jiġi żgurat li l-għarfien lokali jiġi inkluż, u fl-istess ħin jiġu nnotati l-implikazzjonijiet tal-ispejjeż u l-ħiliet; għaldaqstant jilqa' l-introduzzjoni ta' skadenza minima għall-konsultazzjoni ta' 30 jum skont l-Artikolu 6(7); madankollu, l-introduzzjoni ta' skadenzi, li jmorru lil hinn minn dan il-perjodu minimu, għandha titħalla f'idejn l-Istati Membri. Inkella, il-proċess jista' jkun imtawwal eċċessivament għal ħafna kumpaniji u żviluppaturi pubbliċi, għaliex hemm ir-riskju li l-pubbliku kkonċernat jinsisti li jiġi eżawrit il-perjodu mogħti ta' 60 jum sa massimu ta' 90 jum previst fl-Artikolu 6(7). Dawn l-iskadenzi massimi jagħmluha diffiċli biex il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali jiġu integrati fil-proċess ta' approvazzjoni u tmur kontra l-objettiv li jitħaffef l-ippjanar. L-istabbiliment tal-qafas ta' żmien li huma ntiżi biex iħaffu l-proċess jista' jinkiseb aħjar mis-sistemi nazzjonali divrenzjati tal-Istati Membri;

29.

fid-dawl tal-interessi tal-partijiet kollha kkonċernati, u b’konformità mal-prinċipju li kull deċiżjoni għandha tittieħed mingħajr dewmien mhux ġustifikat, il-Kumitat tar-Reġjuni jissuġġerixxi limiti ta’ żmien raġonevoli biex tingħadda l-informazzjoni u biex jitħejjew il-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet;

I.    Il-kunsens għall-iżviupp ta’ proġett – Artikolu 8

30.

jenfasizza li d-dispożizzjonijiet il-ġodda fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw is-sistemi differenti tal-EIA li jeżistu fl-Istati Membri. F’xi Stati Membri l-EIA hija proċedura separata tal-awtoritajiet tal-ambjent, fejn il-kunsens għall-iżvilupp li jinħareġ minn awtorità differenti jiġi wara l-permess tal-EIA u jrid ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-permess tal-EIA. Fi Stati Membri oħra l-EIA tagħmel parti mill-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp;

31.

jiġbed l-attenzjoni għal kritika oħra li d-dispożizzjonijiet il-ġodda fl-Artikolu 8 ma jqisux biżżejjed is-sistema integrata stabbilita f’xi Stati Membri, peress li dawn id-dispożizzjonijiet joħolqu prekundizzjonijiet materjali ġodda, ħaġa li twassal għal irduppjar jew kontradizzjonijiet bejn il-liġi tal-UE u dik nazzjonali tas-settur. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jagħmlu parti mid-Direttiva dwar l-EIA li hija meqjusa bħala waħda ta’ natura proċedurali biss;

32.

jiġbed l-attenzjoni li jista’ jkun hemm problemi proċedurali fir-rigward tad-dispożizzjoni l-ġdida tal-Artikolu 8(2) li, jekk jiġi deċiż li proġett ser ikollu impatti ambjentali negattivi konsiderevoli, l-awtorità kompetenti, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-ambjent u l-iżviluppatur għandhom iqisu jekk ir-rapport ambjentali għandux jiġi rivedut u l-proġett modifikat, u jekk hemmx bżonn miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni jew kumpens;

33.

jiġbed l-attenzjoni li l-perjodu twil meħtieġ biex jinkiseb il-kunsens għall-iżvilupp jagħti lok għal theddida reali li jiġi applikat b’mod frekwenti l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva emendata, li jistabbilixxi li qabel ma tittieħed deċiżjoni li jingħata jew jiġi rifjutat kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri previsti biex jipprevjenu, inaqqsu u, fejn possibbli, jikkumpensaw għal kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent;

34.

jirrakkomanda li, bħala miżura li tikkontribwixxi għall-kwalità tal-EIA u b’hekk l-effikaċja tagħha, id-Direttiva tispeċifika l-perjodu li matulu tkun valida l-EIA;

35.

jikkritika t-twaqqif ta’ perjodi ta’ żmien vinkolanti għad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali għall-proġetti (Artikolu 8(3)). Għal ħafna kumpaniji u żviluppaturi pubbliċi, il-proċess jista' jkun eċċessivament twil; barra minn hekk, l-Artikolu 8(3) ma jindirizzax il-fatt li fil-każ tal-proġetti l-kbar ta' infrastruttura għandha ssir valutazzjoni estensiva u li tieħu l-ħin u li ma tistax issir bil-livell ta' kwalità mitlub u fiż-żmien mitlub. Minkejja l-Premessa 22, dan jista' joħloq il-biża' li l-istabbiliment ta' qafas taż-żmien speċifiku jikkomprometti l-istandards għoljin f'termini tal-protezzjoni tal-ambjent, u dan jista' jolqot b'mod negattiv ukoll iċ-ċertezza legali. It-tħaffif tal-proċess permezz tal-istabbiliment tal-qafas ta' żmien ippjanat jista' jinkiseb aħjar mis-sistemi nazzjonali divrenzjati tal-Istati Membri;

J.    Il-monitoraġġ ta’ impatti ambjentali sinifikanti potenzjali u tal-miżuri ta’ mitigazzjoni jew kumpens – Artikolu 8(2) u Artikolu 9, Anness IV

36.

jappella għall-armonizzazzjoni tad-diversi terminoloġiji li jintużaw għall-miżuri ta’ kumpens (pereżempju, “miżuri ta’ kumpens” fl-Artikolu 8(2) u “miżuri sabiex jiġu […] kontrobilanċjati” fl-Artikolu 9 u l-Anness IV);

37.

iwissi li l-monitoraġġ m’għandux ifixkel il-ħtieġa ta’ analiżi dettaljata tal-impatti sinifikanti u l-mitigazzjoni tagħhom u l-kumpens għalihom mill-iżviluppatur, jew il-prinċipji ta’ prevenzjoni u prekawzjoni. Dan ifisser li n-nuqqas ta’ ċertezza fir-rigward tal-impatti sinifikanti ta’ proġett pjanat m’għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn minflok jinsabu miżuri ta’ mitigazzjoni jew kumpens, il-proġett jiġi awtorizzat filwaqt li jiġi obbligat iwettaq monitoraġġ biss, bid-diffikultajiet sussegwenti biex jiġi adattat mill-ġdid minħabba l-impatt li jkollu. L-Artikolu 8(2)(2) huwa problematiku. Huwa jipprevedi l-kontroll tal-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-miżuri tal-mitigazzjoni tal-ħsara u l-kumpens għaliha li effettivament ifisser monitoraġġ. Mhuwiex ċar hawnhekk għalfejn il-korp ta’ awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ effetti ambjentali negattivi sinifikanti jekk huwa konvint dwar l-effikaċja tal-miżuri ppjanati għall-mitigazzjoni u l-kumpens, peress li hemm diġà biżżejjed esperjenza fil-prattika. Din il-ħtieġa għal monitoraġġ ġenerali tidher sproporzjonata u tkun ta’ piż mhux raġonevoli għall-iżviluppatur. Id-deċiżjoni dwar jekk il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali negattivi huwiex neċessarju normalment tittieħed għal kull każ mill-korp ta’ awtorizzazzjoni biss;

K.    Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri – Artikolu 12(2)

38.

jinnota l-kritika tal-piż amministrattiv addizzjonali għall-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mil-lat tal-ġbir u l-provvista tal-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni Ewropea fl-Artikolu 12(2) propost sabiex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tad-Direttiva;

L.    L-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jikkonċernaw l-Annessi II.A, III u IV – Artikolu 12(a)

39.

joġġezzjona għall-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati bil-għan li tadatta b’mod aktar faċli l-Annessi II.A, III u IV għall-progress tekniku u xjentifiku. Iqis li l-annessi kollha għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura leġislattiva normali peress li dawn huma marbuta mill-qrib mar-rekwiżiti tal-EIA stabbiliti fid-Direttiva;

M.    Regoli tranżizzjonali

40.

jitlob li r-regoli tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jiġu stabbiliti b'tali mod li, għal proġetti fi stadju avvanzat, l-EIA ssir skont ir-regoli tad-Direttiva attwali dwar l-EIA. Dan jista' jkun il-każ pereżempju meta rapport ambjentali jkun tfassal diġà skont l-Artikolu 5 jew ikun diġà tħabbar pubblikament.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2(3) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti talleġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

3.   Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jkunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. li ġejja: id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, id-Direttiva dwar il-Ħabitats, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, id-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda, li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew aktar, li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali; din tista’ tkun l-awtorità responsabbli għall-kunsens, tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.

Raġuni

Il-proċedura koordinata jew l-proċedura konġunta għandhom ikunu ta’ natura volontarja u mhux obbligatorja. Biex ikun hemm iktar ċarezza legali, jappella għal indikazzjoni ċara ta’ liema leġislazzjoni oħra tal-Unjoni taqa’ taħt din id-dispożizzjoni. L-emenda proposta hi marbuta mal-fatt li f’xi Stati Membri ser ikun ferm diffiċli li jikkonformaw ma’ tali obbligu minħabba l-ġerarkija u l-kompetenzi speċifiċi ħafna tal-awtoritajiet differenti involuti f’dan il-proċess.

Emenda 2

Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**);

(a)

il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**);

(b)

l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima;

(b)

l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima;

(c)

l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

(c)

l-assi materjali, skont kemm jiġu esposti għal fatturi ambjentali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

(d)

l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

(d)

l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

(e)

l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fir-rigward ta' riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem.

(e)

l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fir-rigward ta’ riskji ta’ diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem.

Emenda 3

Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett, il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, alternattivi għall-proġett propost u sa fejn huma vvalutati b'mod aktar xieraq ċerti kwistjonijiet (inkluża l-evalwazzjoni ta' alternattivi) f’livelli differenti inkluż il-livell ta' ppjanar, jew abbażi ta' rekwiżiti oħra ta' stima. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.

1.   Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq il-lista inkluża fl-Anness IV, u jekk meħtieġ, fuq id-determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett, il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, alternattivi għall-proġett propost u sa fejn huma vvalutati b'mod aktar xieraq ċerti kwistjonijiet (inkluża l-evalwazzjoni ta' alternattivi) f’livelli differenti inkluż il-livell ta' ppjanar, jew abbażi ta' rekwiżiti oħra ta' stima. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.

2.   L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha tiddetermina l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari għandha tiddetermina:

2.   L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha tiddetermina Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, l-awtorità kompetenti tista' tiddetermina l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u, jekk meħtieġ, l-iżviluppatur. B’mod partikolari għandha tiddetermina:

(a)

id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;

(a)

id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;

(b)

l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

(a) (b)

l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

(c)

l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul taż-żmien tagħha;

(c)

l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul taż-żmien tagħha;

(d)

alternattivi raġonevoli għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;

(b)(d)

alternattivi raġonevoli għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;

(e)

il-karatteristiċi ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 li x’aktarx ikunu affettwati b’mod sinifkanti;

(c b)(e)

il-karatteristiċi ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 li x’aktarx ikunu affettwati b’mod sinifkanti;

(f)

l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ proġett partikolari jew tip ta’ proġett;

(c d) (f)

l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta’ proġett;

(g)

l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta’ stima li għandhom jintużaw.

(d e) (g)

l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta’ stima li għandhom jintużaw.

 

L-awtorità kompetenti tista' tiddetermina dawn l-elementi jew meta l-iżviluppatur jitlob dan jew meta dan ikun neċessarju, matul il-proċess ta' valutazzjoni, meta din l-awtorità tinduna b'nuqqas fl-informazzjoni mniżżla fil-punti (a), (b), (c) jew (d).

……

Raġuni

Il-kwistjonijiet relatati mad-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li jridu jinkisbu, kif ukoll l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom għandhom ikunu definiti mil-leġislazzjoni proċedurali nazzjonali. Barra minn hekk, mhuwiex kompitu tal-awtoritajiet li jiżviluppaw alternattivi għall-proġetti. Aħna nopponu tali trasferiment tar-responsabbiltajiet għall-ippjanar u l-iżvilupp ta' proġetti mill-iżviluppaturi għall-awtoritajiet.

Emenda 4

Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):

3.   Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):

(a)

l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti akkreditati jew teknikament kompetenti jew

(a)

l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti akkreditati jew teknikament kompetenti esterni jew interni jew l-awtoritajiet tal-ambjent; jew

(b)

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti u/jew kumitati ta’ esperti nazzjonali.

(b)

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti esterni jew interni jew l-awtoritajiet tal-ambjent u/jew kumitati ta’ esperti nazzjonali.

Raġuni

Id-Direttiva dwar l-EIA għandha takkomoda s-sistemi differenti ta’ verifika tar-rapporti ambjentali stabbiliti fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet. Is-sistemi li nħolqu ma jaħdmux biss f’kooperazzjoni ma’ esperti esterni u kumitati ta’ esperti, kif tirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni, imma anke ma’ sistemi oħra, kif isir ħafna drabi fl-Istati Membri antiki, fejn il-verifika tar-rapporti ssir internament mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtoritajiet tal-ambjent. Il-formulazzjoni proposta turi li kemm l-iżviluppatur kif ukoll l-awtorità kompetenti jridu jiżguraw li r-rapport ambjentali jkun verifikat minn korp kompetenti.

Emenda 5

Artikolu 8(1) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

1.   Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

d)

d)

Il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jitqiesu li jkunu ntlaħqu jekk b’konformità mal-Artikolu 2(2), l-Istati Membri, għall-finijiet tad-Direttiva, jistabbilixxxu proċedura separata biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħha, u d-deċiżjoni li tinħareġ wara l-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tkun tinkludi l-informazzjoni mitluba fis-sottoparagrafi (a) sa (d), u jiġu stabbiliti regoli adegwati b’konformità mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(4).

Raġuni

L-Artikolu 8(1) ma jakkomodax biżżejjed is-sistemi differenti tal-EIA li jeżistu fl-Istati Membri. F’xi Stati Membri l-EIA hija proċedura separata tal-awtoritajiet tal-ambjent, fejn il-kunsens għall-iżvilupp li jinħareġ minn awtorità differenti jiġi wara l-permess tal-EIA u jrid ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-permess tal-EIA. Fi Stati Membri oħra l-EIA tagħmel parti mill-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.

Emenda 6

Artikolu 8(4) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri previsti biex jipprevjenu, inaqqsu u, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti.

Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri previsti biex jipprevjenu, inaqqsu u, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti.

L-EIA għandhom ikunu validi għal erba’ snin. F’każ li jiġi stabbilit li l-informazzjoni fir-rapport ambjentali tkun għadha valida, l-awtorità kompetenti għandha testendi dan il-perjodu b’sentejn oħra. F’każ li jiġi stabbilit li l-informazzjoni fir-rapport ambjentali ma tkunx għadha valida, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-iżviluppatur jaġġorna r-rapport.

Raġuni

F'diversi stadji tal-proċeduri, l-awtoritajiet jistgħu jitolbu lill-iżviluppaturi jipprovdu informazzjoni rilevanti addizzjonali, b'mod partikolari jekk jinnotaw li l-informazzjoni fir-rapport ambjentali ma tkunx aġġornata. L-ispeċifikazzjoni tat-tul tal-validità ta' EIA hija mezz aħjar biex tittejjeb il-kwalità u b'hekk l-effikaċja tal-EIA.

Emenda 7

Artikolu 11(3) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ibdel Artikolu 11(3) kif ġej:   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u l-ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. Għal dak il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies suffiċjenti għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-għan tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Ibdel Artikolu 11.3 kif ġej:   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u l-ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. Għal dak il-fini, l-interess ta’ kull O organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(2) fil-prinċipju għandu jitqies għandha titqies li hija awtorizzata tressaq każ suffiċjenti għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-għan tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Sabiex l-NGOs kollha rikonoxxuti mill-Istat jkunu jistgħu jressqu każ.

Emenda 8

Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   B’mod partikolari, kull sitt snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva XXX [OPOCE jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Direttiva] l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar:

2.   B’mod partikolari, kull sitt snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva XXX [OPOCE jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Direttiva] l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar:

(f)

l-ispiża medja tal-istimi tal-impatt fuq l-ambjent

(f)

l-ispiża medja tal-istimi tal-impatt fuq l-ambjent, fejn dan ikun possibbli.

Raġuni

Peress li l-informazzjoni dwar l-ispiża tar-rapporti ambjentali hija informazzjoni protetta, mhux dejjem ser ikun possibbli li tingħata l-ispiża medja tal-valutazzjonijiet ta’ impatt ambjentali.

Emenda 9

Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-EIA

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluża qabel dik id-data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva.

Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluża qabel dik id-data u li għalihom la tfassal ir-rapport ambjentali skont Artikolu 5 u lanqas ma tħabbru pubblikament għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva.

Raġuni

Skont l-Artikolu 3, il-proġetti li għalihom ma tkunx ġiet konkluża l-EIA qabel l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva emendata, irrispettivament mill-istadju li jkun intlaħaq mill-proċeduri. F'ħafna każijiet, tali regoli ta' tranżizzjoni jfissru li jkollhom jiġu ripetuti passi proċedurali, u b'hekk jirriżultaw fi spejjeż sinifikanti għall-iżviluppaturi u l-awtoritajiet. Dan ikun eċċessiv peress li EIA hija diġà meħtieġa għall-proġetti inkwistjoni, u peress li l-ebda rekwiżit ġdid għal EIA mhu se jiddaħħal għalihom. Ir-regoli tranżizzjonali fl-Artikolu 3 għalhekk għandhom jitfasslu b'tali mod li EIA jkunu meħtieġa għall-proġetti fi stadju avvanzat ta' proċedura li għandhom jitwettqu b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva attwali dwar l-EIA.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/53


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Is-seba’ Programm ta' Azzjoni Ambjentali”

2013/C 218/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jenfasizza li dan il-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali ġdid irid jiżgura li l-għażliet ambjentali tal-UE jkunu ċari u prevedibbli b’mod suffiċjenti, b’mod partikolari għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali;

jenfasizza li huwa neċessarju li jingħelbu ċerti nuqqasijiet, jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri u tingħata spinta lejn konformità sħiħa mal-leġislazzjoni ambjentali, fil-livelli kollha ta’ gvern, bil-għan li jittejbu l-ambjent u s-saħħa pubblika, jiġu żgurati kondizzjonijiet indaqs u ċertezza legali u jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq; jirrakkomanda fl-Opinjoni bosta azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu inklużi fis-Seba’ Programm ta’ Azzjoni f’dan ir-rigward;

jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjonijiet tal-impatt tajbin meta tkunu qed tiġi riveduta jew żviluppata leġislazzjoni ambjentali ġdida tal-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis l-esperjenza prattika tal-Istati Membri b'mod dimostrabbli u verifikabbli;

jappella biex il-politiki leġislattivi ambjentali settorjali tal-UE (valuri ta’ limitu tal-UE) jiġu allinjati mal-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet (miżuri tal-UE fis-sors), billi jiġi adottat approċċ olistiku li jippermetti koordinazzjoni bejn dawn il-miżuri, il-livell tal-ambizzjonijiet u l-kalendarji tagħhom;

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni ta’ “objettiv prijoritarju” dwar is-sostenibbiltà tal-bliet fost l-objettivi tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, u jappella biex il-kriterji minimi ta’ sostenibbiltà jiġu rispettati minn maġġoranza ta’ bliet fl-UE; l-indikaturi għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u mal-awtoritajiet responsabbli għall-ambjent u l-istatistika;

jappella biex il-programm ikun iżjed ambizzjuż fil-livell lokali, u biex inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki jiġu estiżi għal oqsma oħra tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, u jappella wkoll biex jiġi żviluppat iżjed il-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa;

Relatur

Is-Sur Macário CORREIA (PT/PPE), Sindku ta’ Faro

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”

COM(2012) 710 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Sfond

1.

ifakkar li s-sitt programmi ta’ azzjoni ambjentali fis-seħħ sal-lum il-ġurnata kienu importanti biex jenfasizzaw l-importanza dejjem tikber tal-politika ambjentali Ewropea u biex jipprovaw jiżguraw il-koerenza tagħha bħala parti integrali tal-integrazzjoni Ewropea, iżda ma rnexxilhomx isolvu ħafna mill-problemi ambjentali tal-Ewropa minħabba nuqqas ta’ rieda politika biex jiġu implimentati l-miżuri;

2.

is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, sottotitolat “L-ambjent 2010: il-ġejjieni tagħna, l-għażla tagħna”, li skada fit-22 ta’ Lulju 2012, tfassal fl-2001 bħala d-dimensjoni ambjentali tal-politika tal-iżvilupp sostenibbli tal-UE, bl-Istrateġija ta’ Lisbona bħala l-pilastru ekonomiku tiegħu;

3.

iddefinixxa l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għall-2012, fejn enfasizza erba’ oqsma għal azzjoni: it-tibdil fil-klima, in-natura u l-bijodiversità, l-ambjent u s-saħħa, u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-iskart. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea ppermettiet li tintesa l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli;

4.

l-Istrateġija Ewropa 2020 issa qed titqies bħala l-għodda strateġika l-ġdida għall-politika u l-politika ambjentali għandha tkun ikkoordinata fil-qafas tal-inizjattiva ewlenija tal-istrateġija bl-isem ta’ “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi”, billi din ma titqisx bħala element li jagħmel parti mill-Istrateġija Ewropa 2020, iżda bħala mira strateġika ġenerali awtonoma madwar l-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni Ewropea sal-2050;

5.

jenfasizza li s-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jiġi adottat mill-iktar fis sabiex jiżgura l-koerenza tal-politika ambjentali tal-UE u jiggwida l-iżvilupp futur f’dan il-qasam ewlieni ta’ politika; jenfasizza li dan il-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali ġdid irid jiżgura li l-għażliet ambjentali tal-UE jkunu ċari u prevedibbli b’mod suffiċjenti, b’mod partikolari għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali (1);

6.

hija prijorità wkoll l-integrazzjoni tar-riżultat sostantiv tal-UNCSD 2012 f’azzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew, internazzjonali u globali;

B.    Approċċ sistematiku

Fid-dawl tal-fatt li:

7.

filwaqt li sar progress pożittiv sal-lum il-ġurnata, b’mod partikolari tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet dannużi fl-arja u fl-ilma, aktar ġestjoni u ġestjoni aħjar tal-iskart, u tnaqqis fil-prodotti kimiċi perikolużi, għad hemm objettivi fir-rigward tal-arja, l-ambjent urban, il-bijodiversità, it-tħaddim tal-ekosistema u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali li għadhom ma ntlaħqux;

8.

minkejja l-konsolidazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali tul l-aħħar għaxar snin, l-Istati Membri u l-Kummissjoni mhux dejjem aġixxew skont il-programm, u huwa neċessarju li jingħelbu ċerti nuqqasijiet, jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri u tingħata spinta lejn konformità sħiħa mal-leġislazzjoni ambjentali, fil-livelli kollha ta’ gvern, f’oqsma bħall-kontroll tat-tniġġis atmosferiku, it-trattament tal-ilma, l-ilma skartat, il-konservazzjoni tal-iskart u tan-natura, bil-għan li jittejbu l-ambjent u s-saħħa pubblika, jiġu żgurati kondizzjonijiet indaqs u ċertezza legali u jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq;

9.

fi tmiem is-6 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, diversi oqsma ta’ politika ambjentali għadhom ma ġewx indirizzati biżżejjed, b’mod partikolari:

il-protezzjoni tal-ħamrija, is-suġġett ta’ diversi programmi ambjentali, iżda li għaliha ma ttieħdet l-ebda inizjattiva reali fil-livell tal-UE;

dwar il-kwistjoni tal-bijodiversità, li tinkludi 160 miżura, fejn il-programm ma kienx kapaċi jilħaq l-objettiv, u nħolqot strateġija ġdida għall-bijodiversità fl-2011 li issa qed tfittex biex tilħaq l-objettiv oriġinali;

Huma meħtieġa dawn il-passi li ġejjin:

10.

li fil-programm il-ġdid jiġi mistqarr, b’mod ċar u mhux ambivalenti, x’inhuma l-isfidi ambjentali li qed tiffaċċja l-UE, inkluż it-tibdil fil-klima li qed jiżdied fir-rata tiegħu, it-tgħawwir tal-ekosistema tagħna, l-użu żejjed tal-kapaċitajiet taċ-ċiklu tan-nitroġenu u l-użu eċċessiv li dejjem qed jiżdied tar-riżorsi naturali;

11.

li tiġi riflessa d-Dikjarazzjoni ta’ Rio+20 kif adottata mill-UNCSD fit-22 ta’ Ġunju 2012 u l-enfasi tagħha fuq ekonomija ekoloġika inklużiva u l-Objettivi tal-Iżvilupp Sostenibbli għal wara l-2015, kif ukoll il-kontribut tal-KtR għas-Summit ta’ Rio (2);

12.

li jiġu stabbiliti miri konkreti. Il-KtR jilqa’ l-livell ta’ ambizzjoni tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, imma jistaqsi jekk dawn l-ambizzjonijiet humiex realistiċi u kif ser jinkisbu. Hemm referenzi għal dokumenti ta’ politika u pjani direzzjonali eżistenti, iżda f’dawn id-dokumenti ħafna drabi hemm nuqqas ta’ punti prattiċi dwar l-implimentazzjoni bħat-tul ta’ żmien u l-għanijiet intermedji. Il-KtR huwa tal-fehma li ambizzjonijiet ġodda għandhom ikunu fattibbli. It-twaqqif ta’ ambizzjonijiet li ma jkunux realistiċi huwa ta’ ħsara għall-kredibbiltà tal-politika ambjentali tal-UE. Għalhekk fit-tfassil ta’ għanijiet ambjentali ġodda tal-UE għandu jkun ċar li dawn l-għanijiet huma fattibbli u fejn hemm bżonn tiġi prevista politika parallela tal-UE bbażata fuq is-sors fis-setturi rilevanti. Il-proposti għandu jkollhom tul ta’ żmien ċar (b’għan aħħari, għanijiet intermedji u valutazzjonijiet intermedji) li jkun abbinat mal-miżuri adatti. Il-KtR jitlob għalhekk li jiġu previsti għanijiet speċifiċi, u fejn huwa possibbli kwantifikabbli, għall-2020, kif ukoll it-twaqqif ta’ viżjoni ċara u ambizzjuża u miri intermedjarji għall-ambjent sal-2050 immirata lejn il-provvediment ta’ kwalità għolja tal-ħajja u tal-benesseri għal kulħadd fil-limiti ambjentali sikuri;

13.

huwa importanti li l-esperjenza tal-Istati Membri tiġi kkunsidrata fir-reviżjoni u l-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida tal-UE jew meta tkun qed tiġi riveduta. Għalhekk jeħtieġ li l-istadji fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-UE jkunu koordinati aħjar ma’ xulxin. L-iżvilupp ta’ leġislazzjoni tal-UE jgħaddi minn ħames stadji: it-tħejjija, id-deċiżjoni, it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali, l-applikazzjoni mill-qrati (nazzjonali) u l-feedback dwar l-esperjenzi fl-Istati Membri. Ir-rabta bejn l-ewwel stadju u l-istadji sussegwenti timxi tajjeb, imma mhuwiex ċar kif l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali (il-ħames stadju) jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp tal-liġijiet ġodda tal-UE (l-ewwel stadju). Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex dawn l-esperjenzi jitqiesu b’mod dimostrabbli u verifikabbli meta jkunu qed jitħejjew proposti ġodda;

14.

li l-Kummissjoni Ewropea l-ewwel teżamina l-leġislazzjoni eżistenti u mbagħad, fuq din il-bażi, twettaq valutazzjoni tal-impatt. Il-Kummissjoni għandha tqis id-data mill-valutazzjonijiet tal-impatt b’mod dimostrabbli u verifikabbli hi u tirrevedi l-leġislazzjoni eżistenti jew hi u tfassal proposti ġodda. Il-KtR jenfasizza l-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tajbin peress li jagħmluha ċara minn kmieni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li:

l-esperjenza prattika tal-Istati Membri qed tiġi kkunsidrata;

qed isir użu aħjar mill-għarfien xjentifiku u teknoloġiku;

il-fattibbiltà tal-għanijiet tkun żgurata;

qed jiġu previsti l-politika bbażata fuq is-sors meħtieġa u l-integrazzjoni tal-politika;

l-informazzjoni u l-interessi tad-diversi setturi ta’ politika u d-diversi livelli ta’ gvern ġew integrati b’mod adatt;

tqies l-impatt ġeografiku tal-għanijiet fil-livell reġjonali u lokali;

15.

li l-Kummissjoni Ewropea tibdel il-mod kif tippubblika l-proposti tagħha. Matul l-implimentazzjoni tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-istrateġiji tematiċi u l-proposti leġislattivi ġew pubblikati fl-istess ħin. Sabiex jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, il-KtR jipproponi li jiġu adottati l-proċedura u t-tul ta’ żmien li ġejjin:

l-ewwel nett għandha tiġi preżentata l-valutazzjoni ta’ impatt;

imbagħad għandhom jiġu stabbiliti l-oqfsa ġenerali ta’ politika;

il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tressaq il-proposti leġislattivi biss ladarba l-politika tkun ġiet stabbilita;

16.

li jiġi żgurat li l-Istrateġija Ewropa 2020 tkompli tkopri ċerti setturi prijoritarji li s’issa huma koperti mill-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli, bħall-ġustizzja fid-distribuzzjoni u l-ġustizzja interġenerazzjonali;

17.

li jiġi żgurat li l-għanijiet tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali huma riflessi b’mod adegwat fil–Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għal wara l-2013 u l-Istrateġija Ewropa 2020, fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjonijiet ewlenin b’impatt ambjentali qawwi f’oqsma oħra jistgħu jittieħdu qabel l-adozzjoni tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. Il-finanzjament tal-objettivi ambjentali, f’sinerġija mal-LIFE, u l-integrazzjoni sħiħa tal-protezzjoni ambjentali, iridu jkunu parti sinifikanti tal-QFP li jmiss, ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-Politika ta’ Koeżjoni u l-Orizzont 2020;

18.

li jiġi pprovdut qafas adatt għall-garanzija ta’ finanzjar suffiċjenti, b’mod partikolari għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, permezz tal-mobilizzazzjoni ta’ strumenti tas-suq u pagamenti għal servizzi tal-ekosistema;

li jiġi garantit, b’mod ċar u adatt, l-appoġġ għar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni, sabiex jiġi żgurat l-impenn għat-titjib tar-riżultati b’rabta mal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, il-politika dwar il-kimiki u b’mod partikolari l-objettivi stipulati fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, il-Pjan Direzzjonali għal ekonomija b’użu baxx ta’ karbonju u l-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020, permezz tal-introduzzjoni ta’ miri u indikaturi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u fil-programmi nazzjonali ta’ riforma tal-Istati Membri.

C.    Il-prijoritajiet tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali

19.

jenfasizza li l-prijoritajiet tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandhom ikunu imsejsa fuq tliet assi fundamentali:

1.

is-salvagwardja u l-irkupru tal-kapital naturali tal-Ewropa;

2.

l-iżgurar ta’ effiċjenza għolja tar-riżorsi u emissjonijiet baxxi tal-karbonju;

3.

is-salvagwardja tas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE billi jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni ambjentali.

Għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon id-disa’ objettivi mressqa fil-proposta tal-Kummissjoni.

Fir-rigward tas-salvagwardja tal-kapital naturali tal-Ewropa, għandu jkun hemm implimentazzjoni aħjar tal-miżuri u l-azzjonijiet relatati mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020, il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-foresti, l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet minn ilma skartat urban u industrijali, l-użu tal-fertilizzant u l-emissjonijiet fl-arja responsabbli għall-ewtrofikazzjoni. b’mod simili, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ.

20.

fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, iridu jitwettqu spezzjonijiet u sorveljanza ambjentali iktar effettivi. Ir-RMCEI – ir-Rakkomandazzjoni għal Kriterji Minimi ta’ Spezzjonijiet Ambjentali fl-Istati Membri 2001/331/KE – għaldaqstant hija kruċjali għall-Istati Membri kollha, sabiex tingħata gwida għall-ispetturi f’kull Stat Membru fil-ħidma ta’ spezzjoni ambjentali tagħhom b’mod strutturat u konsistenti.

21.

sabiex jissaħħaħ il-qafas legali li diġà jeżisti u b’hekk l-UE tkun tista’ tiggarantixxi li l-ispezzjonijiet ambjentali u s-sistemi ta’ sorveljanza fil-livell lokali u reġjonali jkunu għal-kollox konsistenti, koerenti u effettivi, bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-liġi ambjentali tal-UE u kompetizzjoni ġusta għall-kumpaniji fis-suq intern.

22.

sabiex jiġu appoġġjati mekkaniżmi tat-trattament tal-ilmenti u mekkaniżmi ta’ medjazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

23.

sabiex jiġi appoġġjat l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ informazzjoni fil-livell nazzjonali u b’hekk tinxtered informazzjoni dwar l-applikazzjoni effettiva tal-liġi ambjentali tal-UE.

24.

sabiex jiġu konklużi ftehimiet ta’ sħubija tripartitiċi bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’hekk tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni ambjentali speċifika u jiġu solvuti problemi speċifiċi jew transkonfinali fir-rigward tal-ġestjoni ta’ problemi ambjentali.

25.

sabiex tittejjeb il-bażi ta’ evidenza xjentifika għall-politika ambjentali – b’mod partikolari fil-qasam tal-fehim dwar kif taħdem ekosistema (flussi ta’ enerġija, ilma u materjali u l-funzjonament sostenibbli relatat tal-ħamrija, l-ilma u l-klima lokali) – inkluża l-aċċessibilità tagħha, billi jiġu semplifikati, armonizzati u modernizzati l-ġbir, il-ġestjoni u l-iskambju tad-data u l-informazzjoni ambjentali, u biex jiġu żviluppati strumenti li jantiċipaw, jevalwaw u jiġġestixxu r-riskju ambjentali emerġenti u jimtlew il-lakuni eżistenti fl-għarfien mill-iktar fis-possibbli. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm appoġġ speċjali f’dan il-qasam għar-riċerkaturi (permezz ta’ boroż ta’ studju), u fejn ikun possibbli, għandhom jiġu involuti bħala esperti biex isolvu problemi ambjentali fil-livell lokali u reġjonali. B’hekk, jiġi evitat li jiżdied il-piż burokratiku minħabba rekwiżiti ta’ spezzjoni u sorveljanza addizzjonali; l-għan għandu jkun minflok li jiġu stabbiliti prijoritajiet immirati u jiġu sfruttati sinerġiji ma’ rekwiżiti attwali ta’ sorveljanza.

26.

fir-rigward tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-emissjonijiet baxxi tal-karbonju, l-isfida tinkludi l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-UE dwar il-Klima u l-Enerġija sal-2020, kif ukoll il-leġislazzjoni tal-UE dwar l-iskart, u b’hekk jiġi żgurat li jkunu trasposti u implimentati b’mod adatt fl-Istati Membri kollha, bit-twaqqif ta’ timijiet għat-traspożizzjoni tal-liġi ambjentali fil-livell lokali u reġjonali.

27.

b’mod parallel, għandhom jitneħħew l-ostakli tas-suq intern għal attivitajiet tar-riċiklaġġ u għandu jitnaqqas l-impatt ambjentali globali tal-produzzjoni u l-konsum, filwaqt li jiġu promossi prodotti b’impatt ambjentali baxx u jiġu pprovduti informazzjoni u linji gwida preċiżi u bbażati fuq ix-xjenza għall-konsumaturi fir-rigward tal-prodotti.

28.

barra minn hekk, f’termini ta’ kumpaniji, ir-responsabbiltà tagħhom li qed tiżdied b’rabta ma’ problemi ambjentali, il-verifiki ambjentali volontarji, it-tikketti ekoloġiċi li jagħtu prova tar-rispett għall-ambjent ta’ prodotti u l-espansjoni tan-negozju ekoloġiku jistgħu fihom innifishom jgħinu biex tinħoloq il-kwalità ambjentali li trid titrawwem;

29.

teknoloġiji iżjed ekoloġiċi u effiċjenti, produttività mtejba u opportunitajiet ta’ impjieg ġodda se jappoġġjaw it-tkabbir u l-impjiegi.

30.

qafas ta’ politika koerenti u iżjed integrat fil-livell lokali u reġjonali bħala appoġġ għall-effiċjenza fir-riżorsi u prodotti iżjed ekoloġiċi se jgħin lill-SMEs li qed jistinkaw biex isiru iżjed effiċjenti fl-użu tar-riżorsi billi jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom u jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal swieq ġodda.

31.

f’termini ta’ finanzjament, huwa importanti li jiġi żgurat li l-objettivi ambjentali u tal-klima huma appoġġjati minn fondi adegwati u li jkunu riflessi f’kuntratti ta’ sħubija, u li jiġi żgurat li tal-inqas 20 % tal-baġit tal-UE għall-2014-2020 jiġi allokat għal dak il-għan. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat il-finanzjament, speċjalment tal-aktar azzjonijiet ambjentali għaljin u li għandhom jiġu implimentati sal-2020 – pereżempju t-titjib mixtieq tal-ekosistemi degradati permezz ta’ infrastrutturi ekoloġiċi interkonnessi – li l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità tikkunsidra bħala pilastru essenzjali tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali.

32.

b’mod parallel, għandhom isiru sforzi biex tiżdied l-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE għal azzjoni ambjentali b’mill-inqas 25 %, permezz ta’ sistema għar-rapportar u l-ittraċċar tan-nefqa relatata mal-ambjent, b’tali mod li jiġi garantit, fost affarijiet oħra, il-finanzjament f’waqtu tal-aktar azzjonijiet ambjentali għaljin u li għandhom jiġu implimentati sal-2020 sabiex jittejbu l-ekosistemi degradati.

33.

sabiex jitneħħew b’mod progressiv is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u jintużaw dejjem iktar strumenti bbażati fis-suq, inklużi t-tassazzjoni u pieni għal dawk li jagħmlu ħsara ambjentali.

34.

sabiex jiġi promoss u jiżdied il-finanzjament tas-settur privat għall-infiq relatat mal-ambjent u mal-klima, b’mod partikolari billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal strumenti finanzjarji innovattivi.

35.

il-KtR jappella biex jiġu allinjati l-politiki leġislattivi ambjentali settorjali tal-UE (valuri ta’ limitu tal-UE) u l-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet (miżuri tal-UE fis-sors), billi jiġi adottat approċċ olistiku li jippermetti koordinazzjoni bejn dawn il-miżuri u l-ambizzjonijiet u l-kalendarji tad-direttivi ambjentali settorjali. Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkalkula t-tul taċ-ċiklu ta’ tiġdid tal-miżuri fis-sors u tivvaluta l-iskadenza biex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu taħt kundizzjonijiet reali, sabiex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet madwar l-Ewropa. Għal dan il-għan, il-livell ta’ ambizzjoni tad-direttivi ambjentali settorjali (valuri ta’ limitu) u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni għandhom ikunu ekwivalenti għal-livell ta’ ambizzjoni u l-kalendarji għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-UE fis-sors.

36.

fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu żgurati s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE, huwa importanti li tiġi implimentata politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u li din tkun allinjata mal-għarfien xjentifiku l-iżjed aġġornat, jiġu identifikati miżuri kosteffettivi sabiex jiġi miġġieled it-tniġġis tal-arja mis-sors u jissaħħu l-isforzi sabiex tintlaħaq konformità sħiħa mal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja, b’mod partikolari għall-partiċelli fini li jinsabu fl-arja.

37.

b’rabta mal-istorbju, għandhom jiġu identifikati miżuri kosteffettivi sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-istorbju mis-sors.

38.

jappella għal miżuri ambizzjużi għal oqsma li jniġġsu ħafna l-ambjent, b’mod partikolari t-trasport u l-mobbiltà. Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jagħmel referenza għall-White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (COM(2011) 144 final). Il-KtR jilqa’ b’mod pożittiv il-livell ta’ ambizzjoni ta’ din il-White Paper, imma biex tintlaħaq din l-ambizzjoni l-Kumitat jappella biex jitfassal pjan ta’ azzjoni Ewropew b’għanijiet intermedji, miżuri speċifiċi (bħall-miżuri tal-UE bbażati fuq is-sors) u valutazzjonijiet li jiġu skedati skont kalendarju preċiż (3).

39.

fir-rigward tal-ilma, għandhom jissaħħu l-isforzi ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva dwar l-Ilma għax-Xorb, b’mod partikolari għal provvedituri żgħar f’kull Stat Membru, u għandhom isiru sforzi simili b’rabta mad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, bil-għan li jintlaħqu livelli ta’ konformità ’l fuq minn 95 % sal-2020.

40.

iridu jitwettqu valutazzjonijiet sistematiċi ex ante tal-impatti soċjoekonomiċi, ambjentali u territorjali fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u dak lokali u reġjonali.

41.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni ta’ “objettiv prijoritarju” dwar is-sostenibbiltà tal-bliet fost l-objettivi tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, u jappella biex il-kriterji ta’ sostenibbiltà minima jiġu rispettati minn maġġoranza ta’ bliet fl-UE.

42.

irid ikun hemm iżjed kooperazzjoni b’rabta ma’ ftehimiet internazzjonali, li jappoġġjaw proċessi internazzjonali u reġjonali mmirati lejn il-formazzjoni tal-ekonomija dinjija bħala ekonomija ekoloġika inklużiva, permezz tat-trawwim ta’ futur sostenibbli mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali għall-pjaneta tagħna u għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-ġejjieni.

43.

fil-livell lokali l-programm għandu jkun iżjed ambizzjuż, bl-estensjoni ta’ inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki għal oqsma oħra tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, bħall-bijodiversità u b’mod parikolari l-użu tal-ħamrija, kif ġie rakkomandat fl-Opinjoni reċenti tal-KtR dwar din it-tema (CdR 1121/2012 fin). B’mod ugwali, il-ġestjoni tal-iskart u tar-riżorsi tal-ilma u t-tniġġis tal-arja għandha tiġi studjata, billi dan jista’ jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ politika ambjentali tal-UE permezz ta’ metodu innovattiv ta’ governanza f’diversi livelli, li jippromovi l-impenn proattiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE.

44.

dan japplika wkoll għat-twaqqif tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa, bħala mezz importanti kif iservu ta’ vetrina l-bliet li huma xempji u innovaturi fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE.

45.

Għaldaqstant, is-Seba Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jissejjes fuq il-prinċipji fundamentali tal-liġi ambjentali – il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, il-prinċipju tal-prekawzjoni, il-prinċipju ta’ prevenzjoni u l-prinċipju tar-rettifikazzjoni fis-sors – bil-għan li jiġu implimentati miżuri, azzjonijiet u miri skont il-prinċipji tar-regolamentazzjoni intelliġenti u fi ħdan qafas ta’ politiki ambjentali bbilanċjati u sostenibbli. Wisq miżuri għadhom miżuri korrettivi li ttieħdu fi tmiem il-proċess jew fl-aħħar tal-katina, filwaqt li l-prijorità għandha twassal għall-adattar, jekk mhux ir-reviżjoni ta’ dawn il-proċessi biex l-impatt tagħhom fuq l-ambjent jitnaqqas b’mod fundamentali f’kull waħda mill-fażijiet tagħhom. L-inizjattivi innovattivi fl-ekonomija ċirkulari, l-għeluq taċ-ċiklu tal-materjali, u l-analiżi komparattiva taċ-ċikli tal-ħajja għandhom jiġu promossi, u, għal dan il-għan, jeħtieġ li nużaw b’mod iffukat l-għarfien, li f’ċerti każijiet għad irid jinkiseb, dwar kif jaħdmu l-ekosistemi f’termini ta’ ċikli tal-ħajja tal-enerġija, l-ilma u l-materjali u l-effetti pożittivi tagħhom fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-art, tal-ilmijiet u l-klima lokali, sabiex naslu għal tnaqqis aktar sistemiku tal-impatt ambjentali tal-attivitajiet umani.

D.    Rilevanza fil-livell lokali u reġjonali

46.

Iċ-ċittadini Ewropej huma dejjem iżjed konxji tar-rwol li għandu l-ambjent f’ħajjithom. Bħala l-livell l-eqreb tal-komunitajiet lokali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali bħala pjattaformi għall-iffaċilitar tat-taħriġ u l-mobilizzazzjoni.

47.

il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma applikati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-ambjent skont l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprovdi għall-kondiviżjoni tal-poteri bejn l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fuq kwistjonijiet ta’ politika ambjentali.

48.

filwaqt li jitqiesu l-miżuri speċifiċi adottati mill-Kummissjoni, l-objettivi li se jirrappreżentaw l-isfidi lokali u reġjonali jridu jiġu identifikati.

49.

l-Aġenda 21 Lokali tista’ u għandha tkun għodda għal demokrazija parteċipattiva fil-livell lokali u reġjonali, bil-għan li jiġu segwiti l-objettivi tal-politika ambjentali, u tinxtered informazzjoni, anke fuq l-internet, dwar l-applikazzjoni fil-livell lokali tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u r-rimedji ġudizzjarji disponibbli.

50.

il-programm irid jirrifletti l-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli b’rabta mal-ambjent. Il-KtR huwa tal-fehma li l-problemi ambjentali ma jistgħux jiġu solvuti minn livell ta’ gvern wieħed waħdu, u l-politika tal-UE ma tistax tiġi implimentata minn livell ta’ gvern wieħed waħdu. Il-politika ambjentali tal-UE ma tistax tibqa’ titfassal mil-livell ta’ gvern li jfassal il-leġislazzjoni fil-livell tal-UE biss, fejn imbagħad l-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali jkunu mistennija jimplimentaw il-leġislazzjoni tal-UE. Il-leġislazzjoni għandha titfassal permezz ta’ koordinazzjoni bejn id-diversi livelli ta’ gvern. Hemm bżonn approċċ f’diversi livelli fejn kull livell ta’ gvern (Ewropew, nazzjonali reġjonali u lokali) għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu b’mod koordinat mal-awtoritajiet l-oħra u jadotta l-miżuri li jistgħu u għandhom jittieħdu f’dak il-livell, mingħajr ma jkun hemm dupplikazzjoni tal-kompetenzi.

51.

huwa tal-fehma li l-approċċ ta’ governanza f’diversi livelli għandu jissaħħaħ matul il-fażi tat-tfassil ta’ politika. It-titjib tal-ambjent tal-Ewropa jeħtieġ livell realistiku ta’ ambizzjoni u għalhekk il-leġislazzjoni u l-implimentazzjoni għandhom jiġu koordinati. Għaldaqstant, huwa kruċjali li anke fil-fażi tal-iżvilupp ta’ politika tingħata attenzjoni lill-konsegwenzi potenzjali finanzjarji, ta’ politika jew legali għall-gvernijiet sottonazzjonali u għall-prattikabbiltà u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-UE.

52.

jirrakkomanda li l-approċċ f’diversi livelli jissaħħaħ anke matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. L-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ambjentali mhijiex biss kwistjoni ta’ implimentazzjoni ġuridika (it-traspożizzjoni fil-leġislazzjoni nazzjonali). Dan ifisser li r-regolamentazzjoni ambjentali tal-UE għandha tkun akkumpanjata minn pjani ta’ implimentazzjoni nazzjonali u Ewropej (bi gwidi, l-aħjar prattiki u miżuri ta’ politika). F’dan il-kuntest, il-KtR jirrakkomanda approċċ f’diversi livelli u jenfasizza l-importanza tat-tims intergovernattivi fl-Istati Membri fejn esperti minn diversi livelli ta’ gvern jaħdmu flimkien fit-tfassil tal-pjani nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

53.

għalhekk huwa kruċjali li s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jappoġġja r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni, permezz ta’ dawn l-azzjonijiet li ġejjin: li tiżdied il-parteċipazzjoni lokali u reġjonali matul il-proċess tat-tfassil, it-traspożizzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE, sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u tiġi faċilitata sjieda ikbar;

a)

li jiġu implimentati mekkaniżmi sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu impenjati u jkunu jistgħu jaqsmu l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-politika;

b)

li ssir enfasi biex dawk il-pajjiżi u r-reġjuni li għandhom politiki ambjentali domestiċi anqas żviluppati jingħataw l-għajnuna minflok ma jiġu introdotti miżuri estensivi ġodda fl-UE kollha meta dawn ma jkunux kompatibbli ma’ politiki u pjani ekwivalenti f’pajjiżi u reġjuni li jkollhom sett aktar żviluppat ta’ standards u politiki ambjentali;

c)

li jintużaw direttivi minflok regolamenti biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jiżviluppaw is-soluzzjonijiet ambjentali tagħhom stess ġewwa qafas tal-UE maqbul b’mod ċar;

d)

li jitfassal qafas tal-UE għal spezzjonijiet ambjentali fil-livell tal-Istat Membru;

e)

li jiġu adottati politiki effettivi bbażati fis-sors, ta’ analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, ta’ għeluq taċ-ċikli tal-materjali u tal-implimentazzjoni ta’ ekonomiji ċirkulari u jitwessgħu l-għażliet ta’ rkupru tal-ispejjeż għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

f)

li jissaħħu l-bliet sostenibbli tal-Unjoni Ewropea. Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jrid ikompli jappoġġja l-inizjattivi innovattivi tal-bliet permezz tal-iskambju ta’ esperjenzi, l-identifikar u l-adozzjoni ta’ firxa ta’ indikaturi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali ta’ bliet f’termini ta’ impatti ekonomiċi, territorjali u soċjali, tiżdied l-informazzjoni dwar sorsi ta’ finanzjament u t-tixrid ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli. Dawn l-indikaturi għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali;

g)

li jiġu appoġġati inizjattivi sostenibbli għaż-żoni rurali;

h)

li tiżdied l-effiċjenza tal-UE fil-ġlieda kontra l-problemi ambjentali fil-livell reġjonali u globali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-impenji li saru f’Rio+20;

i)

li jiġu stabbiliti kriterji għat-trattament tal-ilmenti fuq livell nazzjonali, inkluż għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim, bħall-medjazzjoni;

j)

li jkun hemm konformità mal-prinċipji tar-regolamentazzjoni intelliġenti, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-kompetittività;

k)

li jiġu integrati l-objettivi ambjentali f’intestaturi baġitarji importanti, bħall-iżvilupp rurali, l-agrikoltura kif ukoll il-fondi strutturali ta’ żvilupp;

l)

li tittejjeb il-komunikazzjoni bejn il-livelli kollha ta’ gvern, kif ukoll l-istadji kollha ta’ politika tal-iżvilupp, investimenti f’sistemi ta’ informazzjoni u għodod tal-internet għall-għoti ta’ informazzjoni ambjentali trasparenti għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet pubbliċi;

m)

li tintuża l-pjattaforma teknika għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent maħluqa mill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jiġu faċilitati d-djalogu, l-iskambju tal-informazzjoni u tittejjeb l-applikazzjoni prattika;

n)

li jinħolqu mekkaniżmi li jippermettu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġbru data ambjentali u jistabbilixxu koresponsabbiltà bejn il-muniċipalitajiet, ir-reġjuni u l-Istati Membri għall-ġbir, l-ipproċessar u l-monitoraġġ ta’ dik id-data;

o)

li jiġu stabbiliti oqfsa strutturati ta’ implimentazzjoni u ta’ informazzjoni (SIIF) għall-atti leġislattivi kollha tal-UE fil-qasam tal-ambjent, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

p)

li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ programmi speċifiċi ta’ edukazzjoni ambjentali fil-kuntest lokali u reġjonali, għall-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali u sabiex iċ-ċittadini jiġu infurmati jistgħu jikkontribwixxu sabiex dawn jiġu solvuti. Dawn il-programmi għandhom jiġu implimentati b’mod parteċipattiv, anke fil-forma ta’ sejħiet għall-offerti;

q)

li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-ambjent permezz ta’ edukazzjoni u programmi ta’ taħriġ ambjentali mwettqa mill-muniċipalitajiet u r-reġjuni, immirati lejn ġenerazzjonijiet differenti sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet ambjentali fost iċ-ċittadini;

r)

li jissaħħaħ u jiġi estiż in-netwerk IMPEL, għall-konformità mal-leġislazzjoni ambjentali fl-UE billi jiġi provdut finanzjament fit-tul sabiex tiġi faċilitata r-reviżjoni bejn il-pari u l-iskambju tal-aħjar prattiki, għall-konformità mal-leġislazzjoni ambjentali fl-UE b’mod partikolari fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

s)

li jiġi promoss ir-rwol ta’ benefiċċju li jaqdi s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali billi jappoġġja lill-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jipprovdi qafas strutturat għall-ippjanar fit-tul, b’mod partikolari għal investimenti fuq skala kbira fl-infrastruttura;

t)

li jintużaw l-awtoritajiet u l-assoċjazzjonijiet lokali biex iċ-ċittadini jiġu mobilizzati fit-tfassil ta’ strateġiji u objettivi ambjentali fit-tul, l-użu ta’ fondi Ewropej biex isir investiment f’infrastrutturi ambjentali, kif ukoll servizzi tal-ekosistema, l-adattament għat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, kif ukoll it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, u t-taħriġ b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi EIA u SEA;

u)

li jiġu inklużi metodi għall-ġestjoni sostenibbli tal-ambjent urban meta jkunu qed jitfasslu dokmenti ta’ pjanar urban, b’enfasi fuq l-ippjanar ambjentali integrat, il-mobilità sostenibbli, netwerks tat-trasport elettriku, rotot għaċ-ċiklisti, roti għall-kiri fiċ-ċentri tal-bliet, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa pubblika.

54.

L-istrateġija tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali se tiddipendi parzjalment minn strumenti ta’ politika speċifiċi magħżula bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, li mhux se jiġu determinati sakemm ma jitwettqux il-valutazzjonijiet tal-impatt. Għalhekk se jintlaqtu l-kosteffettività u impatti soċjali u ekonomiċi speċifiċi, kif ukoll ir-rwol tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fl-applikazzjoni ta’ politiki u leġislazzjoni miftiehma fil-livell Ewropew. Il-miżuri stipulati fil-punt preċedenti m’għandhomx iżidu l-pressjonijiet ta’ spejjeż fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li r-responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ dawn il-miżuri mfissra fil-punt preċedenti għandha tkun prinċipalment tal-UE, jew tal-gvernijiet nazzjonali. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-progress ekonomiku huwa sostenibbli, u li l-ekosistemi tagħna, li jappoġġaw it-tkabbir u jissalvagwardjaw is-saħħa taċ-ċittadini, jibqgħu b’saħħithom.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’ħafna każijiet, il-ħtieġa ta’ azzjoni sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet se tkun primarjament fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. F’oħrajn, se jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali fil-livell tal-UE. Peress li l-politika ambjentali hija qasam ta’ kompetenza kondiviża fl-UE, wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-programm huwa li joħloq sjieda komuni ta’ miri u għanijiet kondiviżi u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet indaqs għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi. Permezz ta’ miri u għanijiet ċari, dawk li jfasslu l-politika u partijiet interessati oħrajn, inklużi r-reġjuni u l-ibliet, in-negozji u l-imsieħba soċjali, u ċittadini individwali, jingħataw sens ta’ direzzjoni u qafas prevedibbli għal azzjoni.

F’ħafna każijiet, il-ħtieġa ta’ azzjoni sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet se tkun primarjament fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali jew lokali, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. F’oħrajn, se jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali fil-livell tal-UE. Peress li l-politika ambjentali hija qasam ta’ kompetenza kondiviża fl-UE, wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-programm huwa li joħloq sjieda komuni ta’ miri u għanijiet kondiviżi u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet indaqs għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi. Permezz ta’ miri u għanijiet ċari, dawk li jfasslu l-politika u partijiet interessati oħrajn, inklużi r-reġjuni u l-ibliet, in-negozji u l-imsieħba soċjali, u ċittadini individwali, jingħataw sens ta’ direzzjoni u qafas prevedibbli għal azzjoni.

Raġuni

It-titjib tal-ambjent huwa responsabbiltà maqsuma mil-livelli kollha ta’ gvern.

Emenda 2

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Parti sostanzjali mill-popolazzjoni tal-UE tibqa’ esposta għal livelli ta’ tniġġis tal-arja ogħla mill-istandards irrakkommandati mill-WHO. L-azzjoni hija speċjalment meħtieġa f’oqsma fejn in-nies, partikolarment gruppi tas-soċjetà sensittivi jew vulnerabbli, u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu, bħal fl-ibliet jew fil-bini.

Parti sostanzjali mill-popolazzjoni tal-UE tibqa’ esposta għal livelli ta’ tniġġis tal-arja ogħla mill-istandards irrakkommandati mill-WHO. L-azzjoni Ewropea u nazzjonali hija speċjalment meħtieġa f’oqsma fejn in-nies, partikolarment gruppi tas-soċjetà sensittivi jew vulnerabbli, u l-ekosistemi huma esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu, bħal fl-ibliet jew fil-bini.

Raġuni

L-azzjoni Ewropea u nazzjonali hija meħtieġa b’mod partikolari f’dan il-qasam.

Emenda 3

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-tieni, l-UE se testendi r-rekwiżiti dwar l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza għal ġabra usa' ta' liġi ambjentali tal-UE, filwaqt li dawn ikunu kkomplementati b’kapaċità fil-livell tal-UE li tista' tindirizza sitwazzjonijiet fejn hemm raġuni valida għal tħassib.

It-tieni, billi tiddefinixxi prijoritajiet immirati u billi jiġu sfruttati sinerġiji mar-rekwiżiti attwali ta' sorveljanza, l-UE se testendi r-rekwiżiti dwar l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza għal ġabra usa' ta' liġi ambjentali tal-UE, filwaqt li dawn ikunu kkomplementati b’kapaċità fil-livell tal-UE li tista' tindirizza sitwazzjonijiet fil-qafas tal-kompetenzi tagħha fejn hemm raġuni valida għal tħassib.

Raġuni

Hekk kif ir-regoli ta' sorveljanza jiġu estiżi għall-korp kollu tal-liġi ambjentali tal-UE, għandu jiġi adottat approċċ effiċjenti sabiex tiġi evitata żieda mhux meħtieġa fil-burokrazija fil-proċeduri tal-UE, li diġà huma formalizzati ħafna u jieħdu ħafna ħin. Barra minn hekk, mhuwiex ċar jekk hemmx ġustifikazzjoni għal poteri ġodda għall-Kummissjoni Ewropea. It-test tal-punt 58 għalhekk għandu jagħmilha ċara li l-Kummissjoni Ewropea qed taġixxi fil-qafas tal-kompetenzi attwali tagħha. Dan m’għandux jikkontradixxi l-messaġġ tal-Opinjoni tal-KtR, li tipproponi ir-razzjonalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni u l-iskambju ta’ data ambjentali.

Emenda 4

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għad hemm diskrepanzi sinifikanti fl-għarfien, uħud minnhom rilevanti għall-għanijiet prijoritarji ta' dan il-programm. L-investiment f’aktar riċerka biex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi huwa għalhekk essenzjali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji jkollhom bażi soda li fuqha jittieħdu d-deċiżjonijiet li jirriflettu bis-sħiħ l-benefiċċji u l-prezz soċjali, ekonomiku u ambjentali. Huma erba' d-diskrepanzi li jispikkaw:

Riċerka avvanzata biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fid-dejta u l-għarfien u għodod ta' mmudellar adegwati huma meħtieġa biex jiġu mifhuma aktar kwistjonijiet kumplessi marbuta mat-tibdil ambjentali, bħat-tibdil fil-klima u l-impatti tad-diżastri, l-implikazzjonijiet tat-telf tal-ispeċijiet għas-servizzi tal-ekosistemi, il-limiti ambjentali u punti ekoloġiċi kritiċi. Filwaqt li l-evidenza disponibbli tiġġustifika bis-sħiħ azzjoni ta' prekawzjoni f'dawn l-oqsma, aktar riċerka dwar il-limiti tal-pjaneta, riskji sistemiċi u l-ħila tas-soċjetà tagħna li taffrontahom se tappoġġja l-iżvilupp tal-aktar reazzjonijiet xierqa. Dan ikun jinkludi investiment fl-indirizzar ta' diskrepanzi fid-dejta u l-għarfien, fl-immappjar u l-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi, fil-fehim tar-rwol tal-bijodiversità meta jkunu msejsa fuqhom u kif dawn jadattaw għat-tibdil fil-klima.

(…)

Għad hemm diskrepanzi sinifikanti fl-għarfien, uħud minnhom rilevanti għall-għanijiet prijoritarji ta' dan il-programm. L-investiment f’aktar riċerka biex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi huwa għalhekk essenzjali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji jkollhom bażi soda li fuqha jittieħdu d-deċiżjonijiet li jirriflettu bis-sħiħ l-benefiċċji u l-prezz soċjali, ekonomiku u ambjentali. Huma erba' d-diskrepanzi li jispikkaw:

Riċerka avvanzata biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fid-dejta u l-għarfien u għodod ta' mmudellar adegwati huma meħtieġa biex jiġu mifhuma aktar kwistjonijiet kumplessi marbuta mat-tibdil ambjentali, bħat-tibdil fil-klima u l-impatti tad-diżastri, l-implikazzjonijiet tat-telf tal-ispeċijiet għas-servizzi tal-ekosistemi, il-limiti ambjentali u punti ekoloġiċi kritiċi. L-għarfien espert li s'issa kien speċjalizzat ħafna f'ċerti setturi (pereżempju l-ħamrija, l-ilma, il-klima, l-arja, il-pjanti, l-annimali) qed ikun aktar iffukat fuq l-interazzjonijiet funzjonali tagħhom. L-għarfien ta' dan it-tip huwa indispensabbli għal ġestjoni funzjonali u sostenibbli tal-ekosistemi. Dan jiggarantixxi li jinkiseb b'mod uniformi l-għan fundamentali tal-istabbilizzazzjoni tal-ekosistemi u li r-riżorsi jintużaw b'mod effiċjenti. Filwaqt li l-evidenza disponibbli tiġġustifika bis-sħiħ azzjoni ta' prekawzjoni f'dawn l-oqsma, aktar riċerka dwar il-limiti tal-pjaneta, riskji sistemiċi u l-ħila tas-soċjetà tagħna li taffrontahom se tappoġġja l-iżvilupp tal-aktar reazzjonijiet xierqa. Dan ikun jinkludi investiment fl-indirizzar ta' diskrepanzi fid-dejta u l-għarfien, fl-immappjar u l-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi, fil-fehim tar-rwol tal-bijodiversità meta jkunu msejsa fuqhom u kif dawn jadattaw għat-tibdil fil-klima.

(…)

Raġuni

Huwa essenzjali li jimtlew malajr kemm jista’ jkun il-lakuni fl-għarfien tagħna dwar l-ekosistemi sabiex jiġu żviluppati miżuri b’mod immirat u effiċjenti fil-qafas ta’ politika ambjentali sostenibbli u fl-istess waqt li tiġi żgurata trasparenza fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema rilevanti għall-maniġers tal-proġetti (previsti fis-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali),u l-prevenzjoni ta’ telf nett. B’dan il-mod jistgħu jiġu evitati strateġiji ineffiċjenti, li huma piż għal maniġers tal-proġetti, fost oħrajn. Dan huwa konformi mal-Opinjoni tal-KtR, li timmira lejn miri ambjentali li jistgħu jintlaħqu u li jingħalqu l-lakuni fl-għarfien.

Emenda 5

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għalkemm l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-protezzjoni ambjentali f’politiki u attivitajiet oħrajn tal-UE ilha rewiżit tat-Trattat sa mill-1997, l-istat ġenerali tal-ambjent tal-Ewropa jindika li l-progress sal-lum, filwaqt li, f’xi oqsma, huwa ta’ min ifaħħru, dan ma kienx biżżejjed biex jitreġġgħu lura x-xejriet negattivi kollha. Il-kisba ta’ bosta għanijiet prijoritarji ta’ dan il-programm se tesiġi integrazzjoni saħansitra aktar effettiva tal-konsiderazzjonijiet ambjentali u dawk dwar il-klima f’politiki oħra, kif ukoll approċċi aktar koerenti, konġunti li jwasslu għal benefiċċji multipli. Dan għandu jgħin biex jiġi żgurat li kompromessi diffiċli jkunu mmaniġġjati fi stadju bikri, minflok fil-fażi tal-implimentazzjoni, u li l-impatti inevitabbli jkunu jistgħu jiġu mnaqssa b’mod aktar effettiv. Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, meta jiġu applikati kif suppost, huma għodod effettivi biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali huma integrati fi pjanijiet u programmi kif ukoll fi proġetti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma ġeneralment responsabbli għal deċiżjonijiet dwar l-użu tal-art u taż-żoni tal-baħar, għandhom rwol partikolarment importanti fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali u l-protezzjoni, il-perservazzjoni u t-tisħiħ tal-kapital naturali, sabiex tinkiseb reżistenza akbar għall-impatti tat-tibdil fil-klima u għad-diżastri naturali.

Għalkemm l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-protezzjoni ambjentali f’politiki u attivitajiet oħrajn tal-UE ilha rewiżit tat-Trattat sa mill-1997, l-istat ġenerali tal-ambjent tal-Ewropa jindika li l-progress sal-lum, filwaqt li, f’xi oqsma, huwa ta’ min ifaħħru, dan ma kienx biżżejjed biex jitreġġgħu lura x-xejriet negattivi kollha. Il-kisba ta’ bosta għanijiet prijoritarji ta’ dan il-programm se tesiġi integrazzjoni saħansitra aktar effettiva tal-konsiderazzjonijiet ambjentali u dawk dwar il-klima f’politiki oħra, kif ukoll approċċi aktar koerenti, konġunti li jwasslu għal benefiċċji multipli. Dan għandu jgħin biex jiġi żgurat li kompromessi diffiċli jkunu mmaniġġjati fi stadju bikri, minflok fil-fażi tal-implimentazzjoni, u li l-impatti inevitabbli jkunu jistgħu jiġu mnaqssa b’mod aktar effettiv. Huwa meħtieġ l-allinjament tal-livell ta’ ambizzjoni fil-politika tal-UE bbażata fuq is-sorsi mal-objettivi ambjentali settorjali, u l-perjodi ta’ żmien tal-miżuri bbażati fuq sorsi għandhom jiġu sinkronizzati mal-miri tal-imissjonijiet. Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, meta jiġu applikati kif suppost, huma għodod effettivi biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali huma integrati fi pjanijiet u programmi kif ukoll fi proġetti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma ġeneralment responsabbli għal deċiżjonijiet dwar l-użu tal-art u taż-żoni tal-baħar, għandhom rwol partikolarment importanti fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali u l-protezzjoni, il-perservazzjoni u t-tisħiħ tal-kapital naturali, sabiex tinkiseb reżistenza akbar għall-impatti tat-tibdil fil-klima u għad-diżastri naturali.

Raġuni

L-ambizzjoni u l-perjodi ta’ żmien tal-livelli ta’ ambizzjoni tal-politika bbażata fuq is-sorsi għandhom ikunu konformi mal-objettivi ambjentali settorjali.

Emenda 6

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex titjieb l-integrazzjoni ambjentali u l-koerenza tal-politika, il-programm għandu jiżgura li sal-2020:

a.

Politiki settorjali fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru jkunu żviluppati u implimentati b’mod li jappoġġa l-miri u l-għanijiet rilevanti relatati mal-ambjent u l-klima.

Dan jesiġi, b’mod partikolari:

a.

l-integrazzjoni ta’ kundizzjonalitajiet u inċentivi ambjentali u dawk relatati mal-klima f’inizjattivi ta’ politika, inklużi analiżi u riformi tal-politika eżistenti, kif ukoll inizjattivi ġodda, fil-livell tal-UE u tal-Istati. Membri.

b.

it-twettiq ta’ valutazzjonijiet ex-ante sistematiċi tal-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi ta' inizjattivi ta' politika fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġu żgurati il-koerenza u l-effettività tagħhom.

Sabiex titjieb l-integrazzjoni ambjentali u l-koerenza tal-politika, il-programm għandu jiżgura li sal-2020:

a.

Politiki settorjali fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru jkunu żviluppati u implimentati b’mod li jappoġġa l-miri u l-għanijiet rilevanti relatati mal-ambjent u l-klima.

Dan jesiġi, b’mod partikolari:

a.

l-integrazzjoni ta’ kundizzjonalitajiet u inċentivi ambjentali u dawk relatati mal-klima f’inizjattivi ta’ politika, inklużi analiżi u riformi tal-politika eżistenti, kif ukoll inizjattivi ġodda, fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri.

b.

l-allinjament tal-livell ta’ ambizzjoni fil-politika tal-UE bbażata fuq is-sorsi mal-objettivi ambjentali settorjali, u s-sinkronizzazzjoni tal-perjodi ta’ żmien tal-miżuri bbażati fuq is-sorsi u l-miri tal-imissjonijiet.

c.

it-twettiq ta’ valutazzjonijiet ex-ante sistematiċi tal-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi ta' inizjattivi ta' politika fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġu żgurati il-koerenza u l-effettività tagħhom.

Raġuni

L-ambizzjoni u l-perjodi ta’ żmien tal-livelli ta’ ambizzjoni tal-politika bbażata fuq is-sorsi għandhom ikunu konformi mal-objettivi ambjentali settorjali.

Emenda 7

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 89

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Iċ-ċittadini tal-UE, kemm jekk huma urbani u kif ukoll dawk rurali, jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta’ politiki u inizjattivi tal-UE li jappoġġaw l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni urbani. Madankollu, dan jesiġi koordinazzjoni effettiva u effiċjenti bejn il-livelli differenti tal-amministrazzjoni u bejn il-konfini amministrattivi kif ukoll l-involviment sistematiku tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ippjanar, fil-formulazzjoni u fl-iżvilupp ta’ politiki li għandhom impatt fuq il-kwalità tal-ambjent urban. Il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni msaħħa fil-livelli nazzjonali u reġjonali proposti fil-Qafas Strateġiku Komuni għall-perjodu li jmiss ta’ finanzjament u l-ħolqien ta’ “Pjattaforma għall-Iżvilupp Urban” jistgħu jgħinu sabiex dan jiġi żgurat, kif ukoll l-involviment ta’ aktar gruppi ta’ partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali se jibbenefikaw ukoll minn żvilupp ulterjuri ta’ għodda biex jirrazzjonalizzaw il-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta ambjentali, u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki, kif ukoll sforzi sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u lokali. Dan huwa skont l-impenn meħud waqt is-Summit Rio+20 li jiġi promoss approċċ integrat għall-ippjanar, il-bini u l-ġestjoni ta’ bliet u żoni urbani sostenibbli. Approċċi integrati għall-ippjanar tal-ispazju urban, li fihom jitiqiesu bis-sħiħ il-kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tul flimkien mal-isfidi ekonomiċi u soċjali, huma essenzjali biex jiġi żgurat li komunitajiet urbani jkunu sostenibbli, effiċjenti u tajbin għas-saħħa għal min jgħix u jaħdem fihom.

Iċ-ċittadini tal-UE, kemm jekk huma urbani u kif ukoll dawk rurali, jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta’ politiki u inizjattivi tal-UE li jappoġġaw l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni urbani. Madankollu, dan jesiġi koordinazzjoni effettiva u effiċjenti bejn il-livelli differenti tal-amministrazzjoni u bejn il-konfini amministrattivi kif ukoll l-involviment sistematiku tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ippjanar, fil-formulazzjoni u fl-iżvilupp ta’ politiki li għandhom impatt fuq il-kwalità tal-ambjent urban. Il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni msaħħa fil-livelli nazzjonali u reġjonali proposti fil-Qafas Strateġiku Komuni għall-perjodu li jmiss ta’ finanzjament u l-ħolqien ta’ “Pjattaforma għall-Iżvilupp Urban” jistgħu jgħinu sabiex dan jiġi żgurat, kif ukoll l-involviment ta’ aktar gruppi ta’ partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali se jistgħu jibbenefikaw ukoll minn żvilupp ulterjuri ta’ għodda biex jirrazzjonalizzaw il-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta ambjentali, u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki, kif ukoll sforzi sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u lokali. Dan huwa skont l-impenn meħud waqt is-Summit Rio+20 li jiġi promoss approċċ integrat għall-ippjanar, il-bini u l-ġestjoni ta’ bliet u żoni urbani sostenibbli. Approċċi integrati għall-ippjanar tal-ispazju urban, li fihom jitiqiesu bis-sħiħ il-kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tul flimkien mal-isfidi ekonomiċi, u soċjali, u territorjali huma essenzjali biex jiġi żgurat li komunitajiet urbani jkunu sostenibbli, effiċjenti u tajbin għas-saħħa għal min jgħix u jaħdem fihom.

Raġuni

Barra mill-aspetti soċjali u ekonomiċi, l-isfidi territorjali huma importanti wkoll.

Emenda 8

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 90

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-UE għandha tkompli tippromwovi u, fejn xieraq, tespandi l-inizjattivi eżistenti li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-aħjar prattika fl-ibliet, fin-netwerking u l-iskambji bejniethom u biex l-ibliet jitħeġġu biex juru l-livell avvanzat tagħhom fl-iżvilupp urban sostenibbli. L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu l-utilizzazzjoni tal-finanzjament tal-UE disponibbli bil-politika ta’ Koeżjoni u fondi oħra biex jiġu appoġġati l-ibliet fl-isforzi tagħhom li jsaħħu l-iżvilupp urban sostenibbli, joħolqu sensibilizzazzjoni u jħeġġu l-atturi lokali biex ikunu involuti. L-iżvilupp ta’, u l-ftehim dwar, sett ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà għall-ibliet jipprovdi bażi ta’ referenza komuni għal inizjattivi bħal dawn u jippromwovi approċċ koerenti, integrat għall-iżvilupp urban sostenibbli.

L-UE għandha tkompli tippromwovi u, fejn xieraq, tespandi l-inizjattivi eżistenti li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-aħjar prattika fl-ibliet, fin-netwerking u l-iskambji bejniethom u biex l-ibliet jitħeġġu biex juru l-livell avvanzat tagħhom fl-iżvilupp urban sostenibbli. L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu l-utilizzazzjoni tal-finanzjament tal-UE disponibbli bil-politika ta’ Koeżjoni u fondi oħra biex jiġu appoġġati l-ibliet fl-isforzi tagħhom li jsaħħu l-iżvilupp urban sostenibbli, joħolqu sensibilizzazzjoni u jħeġġu l-atturi lokali biex ikunu involuti. Filwaqt li jiġu mħares il-prinċipju tas-sussidjarjeta, l L-iżvilupp ta’, u l-ftehim dwar, sett ta’ kriterji indikaturi ta’ sostenibbiltà għall-ibliet jistgħu jipprovdu i bażi ta’ referenza komuni għal inizjattivi bħal dawn u jippromwovu i approċċ koerenti, integrat għall-iżvilupp urban sostenibbli. Il-kriterji tas-sostenibbiltà se jiġu żviluppati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u mal-awtoritajiet responsabbli għall-ambjent u l-istatistika, b'tali mod li jiġu garantiti l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà neċessarji sabiex jiġu valutati t-tendenzi.

Raġuni

Fir-rigward tal-indikaturi ambjentali, l-allinjament preċiż tad-data bażika u l-ipproċessar statistiku kif ukoll l-esperjenza prattika huma neċessarji sabiex jiġu żgurati paraguni affidabbli. L-awtoritajiet lokali jridu jkunu involuti, kif ukoll l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Eurostat.

Emenda 9

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 91

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-ibliet tal-UE, il-programm għandu jiżgura li sal-2020:

(a)

Maġġoranza ta’ bliet fl-UE jkunu qed jimplimentaw politiki għall-ippjanar u d-disinn urban sostenibbli.

Dan jesiġi, b’mod partikolari:

(a)

Definizzjoni ta’ u ftehim dwar sett ta’ kriterji biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali tal-ibliet, billi jitqiesu l-impatti ekonomiċi u soċjali.

(b)

L-iżgurar li l-ibliet ikollhom informazzjoni dwar il-finanzjament u l-aċċess għalih għal miżuri li jtejbu s-sostenibbiltà urbana.

Sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-ibliet tal-UE, il-programm għandu jiżgura li sal-2020:

(a)

Maġġoranza ta’ bliet fl-UE jkunu qed jimplimentaw politiki għall-ippjanar u d-disinn urban sostenibbli.

Dan jesiġi, b’mod partikolari:

(a)

f'każ li l-pjanijiet ġenerali tal-ġestjoni tat-territorju urban ikollhom jitlestew iżjed kmieni, anke qabel ma jkunu disponibbli l- Definizzjoni ta’ u ftehim dwar sett ta’ kriterji indikaturi biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali tal-ibliet, li l-gvernijiet nazzjonali ingħataw l-opportunità proviżorjament li jwettqu valutazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali, billi jitqiesu l-impatti ekonomiċi u soċjali u l-ispeċifiċitajiet storiċi u ġeografiċi u billi jsir użu mill-kompetenzi tal-professjonisti tal-bliet (bħalma huma l-pjanifikaturi u l-periti). L-indikaturi tas-sostenibbiltà se jiġu żviluppati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u mal-awtoritajiet responsabbli għall-ambjent u l-istatistika, b'tali mod li jiġu garantiti l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà neċessarji sabiex jiġu valutati t-tendenzi. Għall-pjanijiet li diġà jeżistu, tista’ ssir eċċezzjoni.

(b)

L-iżgurar li l-ibliet ikollhom informazzjoni dwar il-finanzjament u l-aċċess għalih għal miżuri li jtejbu s-sostenibbiltà urbana.

Raġuni

Fir-rigward tal-indikaturi ambjentali, l-allinjament preċiż tad-data bażika u l-ipproċessar statistiku kif ukoll l-esperjenza prattika huma neċessarji sabiex jiġu żgurati paraguni affidabbli. L-awtoritajiet lokali jridu jkunu involuti, kif ukoll l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Eurostat. Barra minn hekk, il-problema hija li ħafna bliet iridu jġeddu l-pjani globali tagħhom għall-ġestjoni tat-territorju wara sena jew sentejn, anke qabel – għal raġunijiet ċari – ma jiġu stabbiliti l-indikaturi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bliet. Ma jkunx tajjeb li jinżammu l-pjani l-antiki u jiġu estiżi. Għaldaqstant, qed nissuġġerixxu li tiġi solvuta l-problema billi l-gvernijiet nazzjonali jingħataw proviżorjament l-opportunità li jwettqu valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali, li m’għandhiex tnaqqas il-pass ta’ żvilupp territorjali armonjuż u sostenibbli.

Emenda 10

Proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Anness, punt 100

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tiżdied l-effettività tal-UE fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali u tal-klima reġjonali u globali, il-programm għandu jiżgura li sal-2020:

(…)

Dan jesiġi, b'mod partikolari:

(a)

Ħidma favur l-adozzjoni tal-Miri ta' Żvilupp Sostenibbli li: a) jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità ta' ekonomija ekoloġika inklussiva u għanijiet usa' ta' żvilupp sostenibbli, bħall-enerġija, l-ilma, is-sigurtà tal-ikel, l-oċeani u l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, kif ukoll kwistjonijiet trasversali bħall-ekwità, l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol diċenti, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba; b) huma universalment applikabbli, billi jkopru t-tliet oqsma ta' żvilupp sostenibbli; c) huma vvalutati u akkumpanjati minn miri u indikaturi, u d) huma koerenti u integrati mal-qafas ta' żvilupp għal wara l-2015, u jappoġġaw azzjonijiet dwar il-klima.

(b)

Ħidma favur struttura aktar effettiva tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli permezz tat-tisħiħ tal-UNEP skont l-eżitu ta’ Rio+20, filwaqt li jissokta l-isforz favur aġġornament tal-istatus tal-UNEP għal dak ta' aġenzija tan-NU, u appoġġ għall-isforzi kontinwi biex jissaħħu s-sinerġiji bejn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali;

(c)

It-tisħiħ tal-impatt ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament, inklużi t-tassazzjoni u l-mobilizzazzjoni domestika tar-riżorsi, l-investiment privat, sorsi ġodda u innovattivi, u l-ħolqien ta’ alternattivi għall-użu tal-għajnuna għall-iżvilupp għall-ingranaġġ ta’ dawn is-sorsi oħra ta' finanzjament bħala parti mill-istrateġija ta’ finanzjament tal-iżvilupp sostenibbli stabbilit f’Rio, kif ukoll fil-politiki tal-UE stess, inklużi l-impenji internazzjonali dwar il-finanzjament relatat mal-klima u l-bijodiversità.

(…)

Sabiex tiżdied l-effettività tal-UE fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali u tal-klima reġjonali u globali, il-programm għandu jiżgura li sal-2020:

(…)

Dan jesiġi, b'mod partikolari:

(a)

Ħidma favur l-adozzjoni tal-Miri ta' Żvilupp Sostenibbli li: a) jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità ta' ekonomija ekoloġika inklussiva u għanijiet usa' ta' żvilupp sostenibbli, bħall-enerġija, l-ilma, is-sigurtà tal-ikel, l-oċeani u l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, kif ukoll kwistjonijiet trasversali bħall-ekwità, l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol diċenti, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba; b) huma universalment applikabbli, billi jkopru t-tliet oqsma ta' żvilupp sostenibbli; c) huma vvalutati u akkumpanjati minn miri u indikaturi, u d) huma koerenti u integrati mal-qafas ta' żvilupp għal wara l-2015, u jappoġġaw azzjonijiet dwar il-klima.

(b)

Ħidma favur struttura aktar effettiva tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli permezz tat-tisħiħ tal-UNEP skont l-eżitu ta’ Rio+20, filwaqt li jissokta l-isforz favur aġġornament tal-istatus tal-UNEP għal dak ta' aġenzija tan-NU, u appoġġ għall-isforzi kontinwi biex jissaħħu s-sinerġiji bejn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali;

(c)

Li jkun hemm mezzi finanzjarji addizzjonali disponibbli għall-azzjonijiet ambjentali li huma partikolarment għaljin u li għandhom jiġu implimentati sal-2020 – b'mod partikolari dawk li huma intiżi għat-titjib tal-ekosistemi degradati permezz ta' infrastrutturi ekoloġiċi kif ukoll i It-tisħiħ tal-impatt ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament, inklużi t-tassazzjoni u l-mobilizzazzjoni domestika tar-riżorsi, l-investiment privat, sorsi ġodda u innovattivi, u l-ħolqien ta’ alternattivi għall-użu tal-għajnuna għall-iżvilupp għall-ingranaġġ ta’ dawn is-sorsi oħra ta' finanzjament bħala parti mill-istrateġija ta’ finanzjament tal-iżvilupp sostenibbli stabbilit f’Rio, kif ukoll fil-politiki tal-UE stess, inklużi l-impenji internazzjonali dwar il-finanzjament relatat mal-klima u l-bijodiversità.

(…)

Raġuni

Ir-referenza għall-provvediment ta’ finanzjament tal-UE għal miżuri ambjentali kosteffettivi li jridu jitwettqu sal-2020 – pereżempju l-irbit ta' ekosistemi frammentati permezz ta’ infrastruttura ekoloġika (pereżempju pontijiet ekoloġiċi) – għandha tkun inklużi bil-għan li jintlaħqu l-objettivi fi żmien f'waqtu. L-esperjenza tal-Istati Membri toħroġ fid-dieher nuqqas ta’ bażi għal finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ dan l-objettiv. L-Opinjoni tal-KtR b’mod partikolari tenfasizza miri li jistgħu jintlaħqu bħala l-bażi għal politika kredibbli tal-UE, u bażi finanzjarja adegwata sabiex jintlaħqu l-objettivi.

Brussell, 30 ta’ Mejju 2013.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 164/2010 fin, Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2012 (2011/2194(INI)).

(2)  CdR 187/2011 fin.

(3)  Din ir-rakkomandazzjoni saret ukoll fl-Opinjoni tal-KtR 101/2011 fin.