ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.205.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 205/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6887 – Snam/GICSI/TIGF) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 205/02 |
||
2013/C 205/03 |
||
2013/C 205/04 |
||
2013/C 205/05 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2013/C 205/06 |
Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 205/07 |
||
2013/C 205/08 |
||
2013/C 205/09 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 205/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6947 – Antalis/Xerox Western Europe paper distribution business) ( 1 ) |
|
2013/C 205/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6988 – CKH/CKI/PAH/AVR) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6887 – Snam/GICSI/TIGF)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 205/01
Fit-12 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6887. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ Lulju 2013
2013/C 205/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3093 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,22 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4573 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86090 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,6212 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2370 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8535 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,925 |
HUF |
Forint Ungeriż |
294,97 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7024 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2490 |
RON |
Leu Rumen |
4,4338 |
TRY |
Lira Turka |
2,5122 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4290 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3640 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1566 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6621 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6594 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 472,39 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,9075 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0408 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5125 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 257,46 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1809 |
PHP |
Peso Filippin |
56,806 |
RUB |
Rouble Russu |
42,4697 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,706 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,9332 |
MXN |
Peso Messikan |
16,3309 |
INR |
Rupi Indjan |
78,1000 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/3 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali Pan-Ewro-Mediterranji jew il-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bożnja u Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża
2013/C 205/03
Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali ta’ oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bożnja u Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo (1), il-Libanu, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, l-Unjoni Ewropea u l-Partijiet ikkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, tar-regoli tal-oriġini fis-seħħ mal-Partijiet l-oħra.
Ibbażata fuq dawn in-notifiki, it-tabella mehmuża tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tidħol minflok dik ta' qabilha (ĠU C 110, 17.4.2013).
Id-dati msemmija fit-tabella jirreferu għal:
— |
Id-data tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranji (2) (minn hawn 'l quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), fejn il-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat jirreferi għall-Konvenzjoni. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’ “(C)”; |
— |
Id-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali mehmuża mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat, f’każijiet oħra. |
Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus tal-oriġini, i.e. mal-Partijiet kollha li minnhom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjal li joriġina mill-pajjiż li ma jkunx għadu kkonkluda ftehim mal-Partijiet tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandu jiġi ttrattat bħala mhux tal-oriġini. Eżempji speċifiċi huma mogħtija fin-Noti ta' Spjegazzjoni rigward il-protokolli pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli tal-oriġini (3).
Il-parteċipanti kollha tal-UE fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ġew miżjuda mat-tabella mehmuża. Madankollu, it-tabella mehmuża mal-Avviż tal-Kummissjoni (2013/C 205/04) (4) tibqa’ valida għalissa. Id-dati għandhom ikunu progressivament miżjuda f’din it-tabella, kull darba li referenza għall-Konvenzjoni hija inkluża fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ikkonċernat.
Huwa mfakkar ukoll li l-Isvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.
Il-Kodiċijiet għall-partijiet elenkati fit-tabella huma mogħtija hawnhekk.
— |
L-Albanija |
AL |
— |
L-Alġerija |
DZ |
— |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
BA |
— |
L-Eġittu |
EG |
— |
Il-Gżejjer Faeroe |
FO |
— |
L-Islanda |
IS |
— |
Iżrael |
IL |
— |
Il-Ġordan |
JO |
— |
Il-Libanu |
LB |
— |
Il-Kosovo |
KO |
— |
dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
MK (5) |
— |
Il-Montenegro |
ME |
— |
Il-Marokk |
MA |
— |
In-Norveġja |
NO |
— |
Is-Serbja |
RS |
— |
L-Isvizzera (inkluż Liechtenstein) |
CH (+ LI) |
— |
is-Sirja |
SY |
— |
It-Tuneżija |
TN |
— |
It-Turkija |
TR |
— |
Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża |
PS |
Data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja
|
|
l-Istati tal-EFTA |
|
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona |
|
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE (7) |
|||||||||||||||
|
UE |
CH (+ LI) |
IS |
NO |
FO |
DZ |
EG |
IL |
JO |
LB |
MA |
PS |
SY |
TN |
TR |
AL |
BA |
KO |
ME |
MK |
RS |
EU |
|
1.1.2006 |
1.1.2006 |
1.1.2006 |
1.12.2005 |
1.11.2007 |
1.3.2006 |
1.1.2006 |
1.7.2006 |
|
1.12.2005 |
1.7.2009 |
|
1.8.2006 |
|
|
|
|
|
|
|
CH (+ LI) |
1.1.2006 |
|
1.8.2005 |
1.8.2005 |
1.1.2006 |
|
1.8.2007 |
1.7.2005 |
17.7.2007 |
1.1.2007 |
1.3.2005 |
|
|
1.6.2005 |
1.9.2007 |
|
|
|
(C) 1.9.2012 |
|
|
IS |
1.1.2006 |
1.8.2005 |
|
1.8.2005 |
1.11.2005 |
|
1.8.2007 |
1.7.2005 |
17.7.2007 |
1.1.2007 |
1.3.2005 |
|
|
1.3.2006 |
1.9.2007 |
|
|
|
(C) 1.10.2012 |
|
|
NO |
1.1.2006 |
1.8.2005 |
1.8.2005 |
|
1.12.2005 |
|
1.8.2007 |
1.7.2005 |
17.7.2007 |
1.1.2007 |
1.3.2005 |
|
|
1.8.2005 |
1.9.2007 |
|
|
|
(C) 1.11.2012 |
|
|
FO |
1.12.2005 |
1.1.2006 |
1.11.2005 |
1.12.2005 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
DZ |
1.11.2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
EG |
1.3.2006 |
1.8.2007 |
1.8.2007 |
1.8.2007 |
|
|
|
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
|
6.7.2006 |
1.3.2007 |
|
|
|
|
|
|
IL |
1.1.2006 |
1.7.2005 |
1.7.2005 |
1.7.2005 |
|
|
|
|
9.2.2006 |
|
|
|
|
|
1.3.2006 |
|
|
|
|
|
|
JO |
1.7.2006 |
17.7.2007 |
17.7.2007 |
17.7.2007 |
|
|
6.7.2006 |
9.2.2006 |
|
|
6.7.2006 |
|
|
6.7.2006 |
1.3.2011 |
|
|
|
|
|
|
LB |
|
1.1.2007 |
1.1.2007 |
1.1.2007 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MA |
1.12.2005 |
1.3.2005 |
1.3.2005 |
1.3.2005 |
|
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
|
|
|
6.7.2006 |
1.1.2006 |
|
|
|
|
|
|
PS |
1.7.2009 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SY |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1.1.2007 |
|
|
|
|
|
|
TN |
1.8.2006 |
1.6.2005 |
1.3.2006 |
1.8.2005 |
|
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
6.7.2006 |
|
|
|
1.7.2005 |
|
|
|
|
|
|
TR |
1.9.2007 |
1.9.2007 |
1.9.2007 |
|
|
1.3.2007 |
1.3.2006 |
1.3.2011 |
|
1.1.2006 |
|
1.1.2007 |
1.7.2005 |
|
|
|
|
|
|
|
|
AL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
BA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KO |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ME |
|
(C) 1.9.2012 |
(C) 1.10.2012 |
(C) 1.11.2012 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MK |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni għall-Indipendenza tal-Kosovo.
(4) ĠU C 205, 19.7.2013, p. 7.
(5) Kodiċi ISO 3166. Kodiċi proviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun sar ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.
(6) Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.
Għal prodotti agrikoli, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta’ Jannar 2007.
Għal prodotti tal-faħam u l-azzar, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta’ Marzu 2009.
(7) Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tabella mehmuża ma’ Avviż tal-Kummissjoni ppubblikata fil-ĠU C 205, 19.7.2013, p. 7, dwar id-dati ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn il-parteċipanti tal-UE fil-proċess ta’ Stabbilità u Assoċjazzjoni, l-UE u t-Turkija.
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/7 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bosnija-Ħerzegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja (1) u t-Turkija
2013/C 205/04
Għall-iskop tal-ħolqien ta’ kumulazzjoni djagonali tal-oriġini fost l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bosnija-Ħerzegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija, l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kkonċernati, jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli ta’ oriġini li hemm fis-seħħ mal-pajjiżi l-oħra.
It-tabella mehmuża, li hija bbażata fuq in-notifiki miksuba mill-pajjiżi kkonċernati, tagħti viżjoni ġenerali tal-protokolli tar-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali li tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tissostitwixxi lil dik ta' qabilha (ĠU C 154, 31.5.2012, p. 13).
Huwa mfakkar li l-kumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-kisba ta' status tal-oriġini, jiġifieri mal-pajjiżi kollha li fihom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjali li joriġinaw f'pajjiż li ma jkunx ikkonkluda ftehim mal-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinanti.
Huwa mfakkar ukoll li l-materjali li joriġinaw mit-Turkija koperti mill-unjoni doganali UE/Turkija jistgħu jiġu inkorporati bħala materjali oriġinali għal skop ta’ kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi parteċipanti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bih ikun daħal fis-seħħ protokoll ta’ oriġini.
Il-Kodiċijiet ISO-Alpha-2 għall-pajjiżi elenkati fit-tabella huma mniżżlin hawn taħt:
— |
L-Albanija |
AL |
— |
Bosnia-Ħerzegovina |
BA |
— |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
MK (2) |
— |
Il-Montenegro |
ME |
— |
Is-Serbja |
RS |
— |
It-Turkija |
TR |
Id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bosnija -Ħerżegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija
|
UE |
AL |
BA |
MK |
ME |
RS |
TR |
UE |
|
1.1.2007 |
1.7.2008 |
1.1.2007 |
1.1.2008 |
8.12.2009 |
|
AL |
1.1.2007 |
|
22.11.2007 |
26.7.2007 |
26.7.2007 |
24.10.2007 |
1.8.2011 |
BA |
1.7.2008 |
22.11.2007 |
|
22.11.2007 |
22.11.2007 |
22.11.2007 |
14.12.2011 |
MK |
1.1.2007 |
26.7.2007 |
22.11.2007 |
|
26.7.2007 |
24.10.2007 |
1.7.2009 |
ME |
1.1.2008 |
26.7.2007 |
22.11.2007 |
26.7.2007 |
|
24.10.2007 |
1.3.2010 |
RS |
8.12.2009 |
24.10.2007 |
22.11.2007 |
24.10.2007 |
24.10.2007 |
|
1.9.2010 |
TR |
1.8.2011 |
14.12.2011 |
1.7.2009 |
1.3.2010 |
1.9.2010 |
|
(1) L-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja huma l-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(2) Kodiċi ISO 3166. Kodiċi provviżorja li ma tippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li se jkun hemm ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin isiru taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.
(3) Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/9 |
Linji gwida dwar l-eliġibbiltà ta’ entitajiet Iżraeljani u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 għal għotjiet, premjijiet u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 ’il quddiem
2013/C 205/05
Taqsima A. KWISTJONIJIET ĠENERALI
1. |
Dawn il-linji gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni se timplimenta rekwiżiti ewlenin għall-għoti ta’ appoġġ tal-UE lil entitajiet Iżraeljani jew lill-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967. L-għan tagħhom huwa li jkun żgurat ir-rispett tal-pożizzjonijiet u l-impenji tal-UE f’konformità mal-liġi internazzjonali dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent mill-UE tas-sovranità tal-Iżrael fuq it-territorji okkupati minn Iżrael minn Ġunju 1967. Dawn il-linji gwida huma mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħrajn stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE. |
2. |
It-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 jinkludu l-Artijiet Għoljin tal-Golan, il-Medda ta’ Gaża u x-Xatt tal-Punent, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant. |
3. |
L-UE ma tirrikonoxxix is-sovranità tal-Iżrael fuq l-ebda wieħed mit-territorji msemmija fil-punt 2 u ma tikkunsidrax li dawn huma parti mit-territorju tal-Iżrael (1), irrispettivament mill-istatus legali tagħhom skont il-liġi domestika Iżraeljana (2). L-UE għamlitha ċara li mhi se tirrikonoxxi ebda bidla fil-fruntieri ta’ qabel l-1967, għajr dawk miftiehma mill-partijiet fil-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani (MEPP) (3). Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-UE enfasizza l-importanza li tiġi limitata l-applikazzjoni tal-ftehimiet mal-Iżrael għat-territorju tal-Iżrael kif rikonoxxut mill-UE (4). |
4. |
Dawn il-linji gwida ma jkoprux l-appoġġ tal-UE fil-forma ta’ għotjiet, premjijiet jew strumenti finanzjarji mogħtija lil entitajiet Palestinjani jew l-attivitajiet tagħhom fit-territorji msemmija fil-punt 2, u lanqas kwalunkwe kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti għal dan l-għan. B’mod partikolari, huma ma jkoprux kwalunkwe ftehim bejn l-UE, fuq naħa, u l-Organizazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina jew l-Awtorità Palestinjana, min-naħa l-oħra. |
Taqsima B. AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI
5. |
Dawn il-linji gwida japplikaw għall-appoġġ tal-UE fil-forma ta’ għotjiet, premjijiet jew strumenti finanzjarji skont it-tifsira tat-Titoli VI, VII u VIII tar-Regolament Finanzjarju (5) li jistgħu jingħataw lil entitajiet Iżraeljani jew lill-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967. L-applikazzjoni tagħhom hija mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet ta’ eliġibilità speċifiċi li jistgħu jkunu stabbiliti fl-att bażiku rilevanti. |
6. |
Dawn il-linji gwida japplikaw:
|
7. |
Dawn il-linji gwida japplikaw għal għotjiet, premjijiet u l-istrumenti finanzjarji ġestiti, skont il-każ, mill-Kummissjoni, minn aġenziji eżekuttivi (ġestjoni diretta) jew minn korpi fdati bi dmirijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju (ġestjoni indiretta). |
8. |
Dawn il-linji gwida japplikaw għal għotjiet, premjijiet u strumenti finanzjarji ffinanzjati minn approprjazzjonijiet tas-sena finanzjarja 2014 u snin sussegwenti u awtorizzati b’deċiżjonijiet ta’ finanzjament adottati wara l-adozzjoni tal-linji gwida. |
Taqsima C. KUNDIZZJONIJIET TA' ELIĠIBBILTÀ TA' ENTITAJIET IŻRAELJANI
9. |
Rigward il-post tal-istabbiliment ta’ entitajiet Iżraeljani:
|
10. |
Il-post ta’ stabbiliment hu mifhum li hu l-indirizz ġuridiku fejn l-entità hija rreġistrata, kif ikkonfermat permezz ta’ indirizz postali preċiż li jikkorrispondi għal fejn jinsab il-post fiżiku konkret. L-użu ta’ kaxxa postali mhuwiex permess. |
11. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima C:
|
Taqsima D. KUNDIZZJONIJIET TA' ELIĠIBBILTÀ TA' ATTIVITAJIET FIT-TERRITORJI OKKUPATI MILL-IŻRAEL
12. |
Rigward l-attivitajiet/l-operazzjonijiet ta’ entitajiet Iżraeljani:
|
13. |
Kwalunkwe attività jew parti minnha (7) inkluża f’applikazzjoni għal għotja tal-UE jew premju li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 12(a) se tkun ikkunsidrata bħala mhux eliġibbli u mhux se tkun ikkunsidrata bħala parti mill-applikazzjoni għal evalwazzjoni ulterjuri. |
14. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima D:
|
15. |
Minkejja l-punti 12-14 hawn fuq, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima D ma japplikawx għal attivitajiet li, għalkemm imwettqa fit-territorji msemmija fil-punt 2, għandhom l-għan li minnhom jibbenefikaw persuni protetti skont it-termini tal-liġi umanitarja internazzjonali li jgħixu f’dawn it-territorji u/jew biex jippromwovu l-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani b’konformità mal-politika tal-UE (8). |
Taqsima E. ARRANĠAMENTI TA' IMPLIMENTAZZJONI
16. |
Kull entità Iżraeljana msemmija fil-punti 11(a)&(b) u 14(a)&(b), li tapplika għal għotja tal-UE, premju jew strument finanzjarju, għandha tippreżenta dikjarazzjoni fuq l-unur kif ġej:
|
17. |
Id-dikjarazzjonijiet skont il-punt 16 huma mingħajr preġudizzju għal xi dokumenti oħrajn bħala sostenn meħtieġa fis-sejħiet għal proposti, ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jew sejħiet għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji jew strumenti ta’ investiment iddedikati. Dawn se jiġu inklużi fil-pakkett tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għal kull sejħa għall-proposti, ir-regoli tal-kompetizzjonijiet u s-sejħa għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji jew strumenti ta’ investiment iddedikati. It-test tagħhom se jiġi adattat għar-rekwiżiti rilevanti għal kull għotja, premju jew strument finanzjarju mill-UE. |
18. |
Il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni skont il-punt 16 li jkollha informazzjoni żbaljata tista' titqies bħala rappreżentazzjoni ħażina jew irregolarità serja u tista' twassal:
|
19. |
Il-Kummissjoni se timplimenta dawn il-linji gwida fl-intier tagħhom, u b’mod ċar u aċċessibbli. B’mod partikulari, hija se tħabbar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsimiet C u D fil-programmi ta’ ħidma (11) u/jew fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, is-sejħiet għal proposti, ir-regoli tal-kompetizzjonijiet u s-sejħiet għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji jew l-istrumenti ta’ investiment iddedikati. |
20. |
Il-Kummissjoni se tiżgura li l-programmi ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti, ir-regoli tal-kompetizzjonijiet u s-sejħiet għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji jew l-istrumenti ta’ investiment iddedikati ppubblikati mill-entitajiet fdati b’kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit taħt ġestjoni indiretta jkun fihom il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsimiet C u D. |
21. |
Sabiex jartikolaw b’mod ċar l-impenji tal-UE taħt il-liġi internazzjonali, billi jqisu l-politiki u l-pożizzjonijiet rilevanti tal-UE, il-Kummissjoni se tipprova jkollha wkoll il-kontenut ta’ dawn il-linji gwida riflessi fi ftehimiet internazzjonali jew protokolli tagħha jew Memoranda ta’ Ftehim ma’ kontropartijiet Iżraeljani jew ma’ partijiet oħra. |
22. |
L-għoti ta’ appoġġ tal-UE lejn entitajiet Iżraeljani jew mal-attivitajiet tagħhom fil-forma ta’ għotjiet, premijiet jew strumenti finanzjarji teħtieġ impenn ma’ entitajiet Iżraeljani msemmija fil-punti 11 u 14, pereżempju, bl-organizzazzjoni ta' laqgħat, żjarat jew avvenimenti. Impenn bħal dan mhux se jseħħ fit-territorji msemmija fil-punt 2, sakemm ma jkunx marbut mal-attivitajiet imsemmija fil-punt 15. |
(1) Dwar l-applikazzjoni territorjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael ara l-Kawża C-386/08 Brita [2010] ECR I-1289, il-paragrafi 47 u 53.
(2) Skont il-liġi Iżraeljana, Ġerusalemm tal-Lvant u l-Artijiet Għoljin tal-Golan huma annessi mal-Istat tal-Iżrael, filwaqt li l-Medda ta’ Gaża u l-bqija tax-Xatt tal-Punent huma msejħa “it-territorji”.
(3) Ara inter alia l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar l-MEPP adottat f’Diċembru 2009, Diċembru 2010, April 2011, Mejju u Diċembru 2012.
(4) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar l-MEPP adottat fl-10 ta’ Diċembru 2012 jiddikjaraw li “il-ftehimiet kollha bejn l-Istat tal-Iżrael u l-UE jridu mingħajr tlaqliq u b’mod espliċitu jindikaw l-inapplikabbiltà tagħhom għat-territorji okkupati mill-Iżrael fl-1967”.
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(6) F’liema każ l-entità Iżraeljana se tiffinanzja l-parteċipazzjoni tagħha b’finanzjament minn sorsi oħra, iżda xorta waħda se tiġi ttrattata bħala benefiċjarja u tista', għalhekk, ikollha aċċess għal għarfien, servizzi, netwerking u opportunitajiet oħra żviluppati minn benefiċjarji oħra bħala riżultat tal-għotja tal-UE.
(7) Pereżempju, dawn jistgħu jkunu proġetti nazzjonali li għandhom ikunu implimentati fl-Iżrael, li jinvolvu kemm attivitajiet fi ħdan il-fruntieri ta’ qabel l-1967 u attivitajiet lil hinn mill-fruntieri ta’ qabel l-1967 (eż. fl-insedjamenti).
(8) Pereżempju, dawn jistgħu jkunu attivitajiet skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili tal-Viċinat u/jew il-Programm ta' Sħubija għall-Paċi.
(9) Fil-każ tal-awtoritajiet pubbliċi Iżraeljani fil-livell nazzjonali (ministeri u aġenziji/awtoritajiet tal-gvern), id-dikjarazzjoni se jkun fiha indirizz għal finijiet ta’ komunikazzjoni li tkun fil-limiti tal-fruntieri ta’ qabel l-1967 tal-Iżrael u li tikkonforma mal-punt 10.
(10) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(11) Soġġett għall-eżitu tal-proċeduri tal-komitoloġija li jista’ jkun meħtieġ mill-att bażiku rilevanti.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/12 |
Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 205/06
In-numru ta’ referenza tal-għajnuna |
SA.36218 (13/X) |
||||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||
Numru ta’ riferenza tal-Istat Membru |
PL |
||||||
Isem tar-Reġjun (NUTS) |
Poznański Artikolu 107(3)(a) |
||||||
L-awtorità li tagħmel l-għotja |
|
||||||
Titolu tal-miżura tal-għajnuna |
Pomoc dla Samsung Electronics Poland Manufacturing Sp. z o.o. |
||||||
Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti) |
„Program wspierania inwestycji o istotnym znaczeniu dla gospodarki polskiej na lata 2011–2020”, przyjęty przez Radę Ministrów w dniu 5 lipca 2011 r. (Uchwała Rady Ministrów nr 122/2011) na podstawie art. 19 ust. 2 ustawy z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju (Dz. U. z 2009 r. nr 84, poz. 712 i nr 157, poz. 1241), zmieniony uchwałą Rady Ministrów z dnia 20 marca 2012 r. (nr 39/2012) |
||||||
Tip ta’ miżura |
Għajnuna ad hoc |
||||||
Tibdil ta’ miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ |
— |
||||||
Data tal-konċessjoni |
mill-4.12.2012 |
||||||
Settur(i) ekonomiċi konċernati |
Manifattura ta' apparat domestiku tal-elettriku, Manifattura ta' tagħmir għad-dawl elettriku |
||||||
Tip ta' benefiċarju |
Impriża kbira – Samsung Electronics Poland Manufacturing Sp. z o.o. |
||||||
Ammont kumplessiv ta' għajnuna ad hoc konċessa lill-impriża |
PLN 7,86 (f'miljuni) |
||||||
Għal garanziji |
PLN 7,86 (f'miljuni) |
||||||
Strument tal-għajnuna (Art. 5) |
Għotja diretta |
||||||
Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni |
— |
||||||
Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji |
— |
||||||
Għanijiet |
Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali |
Bonuses lill-SME F’% |
|||||
Għajnuna ad hoc (Art. 13.1) |
40 % |
0 % |
Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:
http://www.mg.gov.pl/Wspieranie+przedsiebiorczosci/Wsparcie+finansowe+i+inwestycje/Pomoc+na+inwestycje+o+istotnym+znaczeniu+dla+gospodarki
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/14 |
Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
SUĠĠETT: IZ-ZLATÁ DRUŽSTEVNÍ ZÁLOŽNA“V LIKVIDACI” (GOLDEN COOPERATIVE SAVINGS BANK “F'LIKWIDAZZJONI”) U L-LIĠI TAL-2006 DWAR L-INSOLVENZA U L-PROĊEDURI TAL-INSOLVENZA
Výzva k přihlášení pohledávky. Dodržte lhůty!
Výzva k předložení námitek ohledně pohledávky. Dodržte lhůty!
Покана за предявяване на вземания. Срокове, които трябва да бъдат спазени.
Покана за подаване на възражения по вземания. Срокове, които трябва да бъдат спазени.
Opfordring til anmeldelse af fordringer. Angivne frister skal overholdes.
Opfordring til at indgive bemærkninger til en fordring. Angivne frister skal overholdes.
Aufforderung zur Anmeldung einer Forderung. Fristen beachten!
Aufforderung zur Erläuterung einer Forderung. Fristen beachten!
Πρόσκληση για αναγγελία απαιτήσεως. Τηρητέες προθεσμίες.
Πρόσκληση υποβολής παρατηρήσεων για απαίτηση. Τηρητέες προθεσμίες.
Invitation to lodge a claim. Time limits to be observed.
Invitation to oppose a claim. Time limits to be observed.
Convocatoria para la presentación de créditos. ¡Plazos imperativos!
Convocatoria para la presentación de observaciones sobre créditos. ¡Plazos imperativos!
Kutse nõude esitamiseks. Kehtestatud tähtaegadest tuleb kinni pidada.
Kutse nõude vaidlustamiseks. Kehtestatud tähtaegadest tuleb kinni pidada.
Kehotus saatavan ilmoittamiseen. Noudatettavat määräajat.
Kehotus esittää saatavaa koskevia huomautuksia. Noudatettavat määräajat.
Invitation à produire une créance. Délais à respecter!
Invitation à présenter les observations relatives à une créance. Délais à respecter!
Poziv na prijavu tražbine. Rokovi kojih se treba pridržavati.
Poziv na osporavanje tražbine. Rokovi kojih se treba pridržavati.
Felhívás követelés benyújtására. Betartandó határidők.
Felhívás követelés megtámadására. Betartandó határidők.
Invito all'insinuazione di un credito. Termini da osservare.
Invito all'insinuazione di un credito. Termini da osservare.
Siūlymas pateikti reikalavimą. Reikalavimo pateikimo terminai.
Kvietimas paprieštarauti reikalavimui. Prieštaravimo pateikimo terminai.
Uzaicinājums iesniegt prasījumu. Termiņš, kas jāievēro.
Uzaicinājums apstrīdēt prasījumu. Termiņš, kas jāievēro.
Stedina għal preżentazzjoni ta' talba. Termini li għandhom ikunu osservati.
Stedina għal oppożizzjoni ta' talba. Termini li għandhom ikunu osservati.
Oproep tot indiening van schuldvorderingen. Let u op de termijn!
Oproep tot het maken van opmerkingen bij schuldvorderingen. Let u op de termijn!
Zaproszenie do wniesienia roszczenia. Obowiązują limity czasowe.
Zaproszenie do zgłaszania uwag dotyczących roszczeń. Obowiązują limity czasowe.
Aviso de reclamação de créditos. Prazos legais a observar!
Aviso de oposição a uma reclamação de créditos. Prazos legais a observar!
Invitație de a prezenta o creanță. Termenele trebuie respectate.
Invitație de a se opune unei creanțe. Termenele trebuie respectate.
Výzva na prihlásenie pohľadávky. Dodržte lehoty!
Výzva na predloženie námietok k pohľadávke. Dodržte lehoty!
Vabilo k prijavi terjatve. Roki, ki jih je treba spoštovati.
Vabilo k zavrnitvi terjatve. Roki, ki jih je treba spoštovati.
Anmodan att anmäla fordran. Tidsfrister.
Anmodan att motsätta sig en fordran. Tidsfrister.
2013/C 205/07
B’dan qed jingħata avviż li skont Riżoluzzjoni MSPH 99 INS 8142/2013-A-16 maħruġa fit-2 ta' Mejju 2013 mill-Qorti tal-Belt fi Praga (bl-uffiċċju tagħha reġistrat: Praga 2, Slezska 9 kodiċi postali 120 00) ġiet stabbilita l-insolvenza u ddikjarat il-falliment fir-rigward tal-assi tal-istituzzjoni finanzjarja Zlatá družstevní záložna“v likvidaci” (bl-uffiċċju tagħha reġistrat: Praga 1, Letenska 17: identifikazzjoni numru 64947 025).
L-uffiċċju tal-avukati Zrůstek, Lůdl a partneři v.o.s. (identifikazzjoni numru 255 89 644; bl-uffiċċju tagħhom reġistrat fi Praga 4 Doudlebská 5/1699, kodiċi postali 140 00) ġie appuntat bħala l-likwidatur għal Zlatá družstevní záložna.
It-talbiet tal-kredituri murija fil-kontijiet tad-debitur għandhom jitqiesu bħala mressqa. Il-kredituri individwali se jirċievu notifika rigward it-talba tagħhom fi żmien 60 ġurnata mid-dikjarazzjoni ta' insolvenza.
Sejħa għal oppożizzjoni ta' talba. Termini ta' żmien li għandhom ikunu osservati
Kreditur li jixtieq jikkontesta l-ammont jew in-natura tat-talba tiegħu kif imsemmi fin-notifika ta' hawn fuq jista', fi żmien erba' xhur mid-data tad-dikjarazzjoni ta' insolvenza, jippreżenta oġġezzjoni bil-miktub mal-likwidatur.
Sejħa għat-tressiq ta' talbiet. Limiti ta' żmien li għandhom ikunu osservati
It-test sħiħ tar-Riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-insolvenza u tiddikjara l-falliment rigward l-assi taz-Zlatá družstevní záložna“v likvidaci” jinkiseb minn https://isir.justice.cz/isir/doc/dokument.PDF?id=7310243
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/16 |
Sejħa għal Proposti – DĠ ENTR Nru 83/G/ENT/SAT/13/7027
Appoġġ għall-attivitajiet internazzjonali: Ċentru għall-Informazzjoni, it-Taħriġ u l-Assistenza għall-Programmi Ewropej tal-GNSS fl-Iżrael
2013/C 205/08
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li tkompli tappoġġja l-attivitajiet relatati mal-għotja ta' viżibilità tal-Programmi GNSS tal-UE fl-Iżrael u t-trawwim ta' kuntatti eqreb bejn l-UE u l-entitajiet Iżraeljani li huma involuti fil-GNSS.
Dan l-appoġġ għandu l-għan li jikseb dawn ir-riżultati li ġejjin:
— |
Iż-żamma tal-viżibilità tal-Programmi GNSS tal-UE fl-Iżrael, permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-mezzi tax-xandir u taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Galileo b'sit elettroniku apposta; |
— |
l-iskambju ta’ għarfien espert dwar il-GNSS; |
— |
it-trawwim ta' kuntatti eqreb bejn l-entitajiet involuti fir-R&Ż relatat mal-GNSS u mal-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka; |
— |
it-tlaqqigħ għar-rappreżentanti tal-UE u l-industriji Iżraeljani biex jistabbilixxu djalogu bejn l-investituri u l-kumpaniji innovattivi li jaħdmu fil-qasam tal-GNSS; |
— |
l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma konġunti għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni dwar il-Programmi Ewropej tal-GNSS. |
2. Applikanti eliġibbli
L-applikanti għandhom ikunu organizzazzjonijiet privati jew pubbliċi bbażati fil-pajjiż/reġjun speċifiku (l-Iżrael) jew ibbażati fl-Unjoni Ewropea b'operat fil-pajjiż/reġjun speċifiku. L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
Iżrael |
3. Baġit u tul tal-proġett
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa stmat li jlaħħaq il-EUR 200 000. L-għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 70 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.
Din is-sejħa għandha tikkofinanzja proġett wieħed.
Bejn wieħed u ieħor, l-attivitajiet iridu jibdew f’Novembru 2013. It-tul massimu tal-proġett huwa ta' 36 xahar.
4. Data tal-Għeluq
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-19 ta' Settembru 2013.
5. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fuq dan is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/enterprise/contracts-grants/calls-for-proposals/index_mt.htm
L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u jistgħu jiġu ppreżentati bl-użu tal-formola pprovduta.
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/17 |
Sejħa għal Proposti – DĠ ENTR Nru 84/G/ENT/SAT/13/7028
Appoġġ għall-attivitajiet internazzjonali: Iċ-Ċentru għall-Informazzjoni, it-Taħriġ u l-Assistenza għall-Programmi Ewropej tal-GNSS fl-Amerika Latina
2013/C 205/09
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
L-għan ta’ din l-azzjoni hija li tkompli tappoġġja l-attivitajiet relatati mal-għoti ta' viżibilità tal-Programmi GNSS tal-UE fl-Amerka Latina u t-trawwim ta' kuntatti eqreb bejn l-UE u l-entitajiet tal-Amerika Latina li huma involuti fil-GNSS.
Dan l-appoġġ għandu l-għan li jikseb dawn ir-riżultati li ġejjin:
— |
iż-żamma tal-viżibilità tal-Programmi GNSS tal-UE fl-Amerika Latina, permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-mezzi tax-xandir u ta’ Ċentru ta’ Informazzjoni Galileo b'sit elettroniku apposta; |
— |
l-iskambju ta’ għarfien espert dwar il-GNSS; |
— |
it-trawwim ta' kuntatti eqreb bejn l-entitajiet involuti fir-R&Ż relatat mal-GNSS u mal-organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka; |
— |
it-tlaqqigħ għar-rappreżentanti tal-UE u l-industriji tal-Amerika Latina sabiex jistabbilixxu djalogu bejn l-investituri u l-kumpaniji innovattivi li jaħdmu fil-qasam tal-GNSS; |
— |
l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma konġunti għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni dwar il-Programmi Ewropej tal-GNSS. |
2. Applikanti eliġibbli
L-applikanti għandhom ikunu organizzazzjonijiet privati jew pubbliċi bbażati fil-pajjiż/reġjun speċifiku (il-Brażil, l-Arġentina, iċ-Ċilì) jew ibbażati fl-Unjoni Ewropea b'operat fil-pajjiż/reġjun speċifiku;
— |
it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
Il-Brażil, l-Arġentina u ċ-Ċilì |
3. Baġit u tul tal-proġett
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat li jlaħħaq EUR 150 000. L-għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 70 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.
Din is-sejħa għandha tikkofinanzja proġett wieħed.
Bejn wieħed u ieħor, l-attivitajiet iridu jibdew f’Jannar 2014. It-tul massimu tal-proġett huwa ta' 36 xahar.
4. Data tal-Għeluq
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-19 ta' Settembru 2013.
5. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fuq dan is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/enterprise/contracts-grants/calls-for-proposals/index_mt.htm
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u għandhom jiġu ppreżentati bl-użu tal-formola pprovduta.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6947 – Antalis/Xerox Western Europe paper distribution business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 205/10
1. |
Fil-11 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża Antalis International (Franza) ikkontrollata minn Sequana (Franza), tikseb skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll tan-negozju fid-distribuzzjoni tal-karta ta' Xerox Corporation fl-Ewropa tal-Punent (“l-assi ta' Xerox”) permezz tax-xiri tal-assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6947 – Antalis/Xerox Western Europe paper distribution business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
19.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6988 – CKH/CKI/PAH/AVR)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 205/11
1. |
Fit-12 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Cheung Kong (Holdings) Limited (“CKH”, Ħong Kong), Cheung Kong Infrastructure Holdings Limited (“CKI”, Ħong Kong) u Power Assets Holdings Limited (“PAH”, Ħong Kong) akkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll bi sħab ta' AVR-Afvalverwerking BV (“AVR”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6988 – CKH/CKI/PAH/AVR, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).