|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CA2013.199.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2013/C 199A/01 |
||
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
5 |
|
|
27 |
(RO) |
|
29 |
|
|
33 |
|
|
34 |
|
|
36 |
(DA) |
|
41 |
(BG) |
|
43 |
(EN) |
|
49 |
(ET) |
|
50 |
(HU) |
|
51 |
(SL) |
|
54 |
(DE/EN/FR) |
|
58 |
(EN/GA) |
|
75 |
|
|
81 |
|
|
82 |
|
|
88 |
(BG) |
|
89 |
(CS) |
|
94 |
|
|
104 |
|
|
109 |
|
|
111 |
|
|
112 |
(DE/EN/FR) |
|
117 |
(ET) |
|
118 |
|
|
120 |
|
|
131 |
|
|
143 |
|
|
160 |
(DE/EN/FR) |
|
162 |
|
|
166 |
|
|
167 |
|
|
168 |
|
|
172 |
|
|
173 |
|
|
174 |
|
|
176 |
(BG/DE/EN/ET/FI/IT/LT/LV/MT/NL/PL/PT/SK/SL/SV) |
|
180 |
(MT) |
|
182 |
(DE/EN/FR) |
|
183 |
(IT) |
|
191 |
|
|
192 |
|
|
193 |
|
|
194 |
|
|
196 |
|
|
197 |
|
|
199 |
|
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
11.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 199/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
(2013/C 199 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali abbażi ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' tradutturi (1) (AD 5).
|
|
EPSO/AD/260/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA DANIŻA (DA) |
|
|
EPSO/AD/261/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA INGLIŻA (EN) |
|
|
EPSO/AD/262/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA FRANĊIŻA (FR) |
|
|
EPSO/AD/263/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA TALJANA (IT) |
|
|
EPSO/AD/264/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA MALTIJA (MT) |
|
|
EPSO/AD/265/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA OLANDIŻA (NL) |
|
|
EPSO/AD/266/13 — TRADUTTURI TAL-LINGWA SLOVENA (SL) |
L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż ta' kompetizzjoni, tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
NATURA TAD-DMIRIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA' DĦUL |
|
V. |
EŻAMIJIET TAT-TRADUZZJONI |
|
VI. |
ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI |
|
VII. |
LISTI TA' RIŻERVA |
|
VIII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. QAFAS ĠENERALI
|
|
Għażla 1 — Għażla 2 |
|||
|
EPSO/AD/260/13 — DA EPSO/AD/261/13 — EN EPSO/AD/262/13 — FR EPSO/AD/263/13 — IT EPSO/AD/264/13 — MT EPSO/AD/265/13 — NL EPSO/AD/266/13 — SL |
20 9 10 30 20 21 13 |
14 40 19 6 26 16 4 |
|||
|
Kull waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet tinkludi żewġ għażliet. Int tista' tapplika għal kompetizzjoni waħda u għal għażla waħda biss. Din l-għażla trid issir meta tkun qed timla l-applikazzjoni elettronika u ma tkunx tista' tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. Dawn il-kompetizzjonijiet huma maħsuba għall-kandidati li għandhom għarfien perfett (2), kemm miktub kif ukoll mitkellem, tal-lingwa tal-kompetizzjoni (fil-livell tal-lingwa materna jew ekwivalenti) u għarfien profond tal-ewwel u tat-tieni lingwa sors. Jekk ma għandekx dan il-livell, nagħtuk parir li ma tapplikax. |
||||
II. NATURA TAD-DMIRIJIET
Il-grad AD 5 huwa l-grad li bih wieħed jista' jibda l-karriera tiegħu ta' amministratur — fil-qasam lingwistiku jew f'oqsma oħra — fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
Ir-rwol ewlieni ta' amministratur lingwistiku (traduttur) huwa li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp fejn ikun impjegat billi jipprovdi traduzzjoni ta' kwalità għolja ta' dokumenti fil-limiti ta' żmien mitluba u billi jagħti pariri lingwistiċi.
Il-kompiti ta' amministratur lingwistiku (traduttur) jinkludu t-traduzzjoni, ir-reviżjoni u r-riċerki terminoloġiċi minn mill-inqas żewġ lingwi barranin għal lingwa ewlenija. Is-suġġetti li ħafna drabi huma kumplessi, ġeneralment ikunu ta' natura politika, ġuridika, ekonomika, finanzjarja, xjentifika u teknika u jkopru s-setturi kollha ta' attività tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-kompiti jeħtieġu użu intensiv tal-għodda tal-informatika u tal-uffiċċju speċifiċi għal dan ix-xogħol.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Sad-data ta' skadenza stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha segwenti:
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
2.1. |
Kwalifiki Livell ta' edukazzjoni li jikkorrespondi ma' kors komplut ta' studji universitarji ta' mill-anqas tliet snin, ikkonfermat b'diploma. |
||||||||||
|
2.2. |
Esperjenza professjonali L-ebda esperjenza professjonali mhija meħtieġa. |
||||||||||
|
2.3. |
Għarfien lingwistiku F'konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewoprea (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati, fil-qafas ta' din il-kompetizzjoni, jindikaw ir-raġunijiet għalfejn jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għal għadd ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista' jiġi affettwat ħażin ħafna. Abbażi ta' prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż bla dubju huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet meta dawn ikollhom il-possibbiltà li jagħżlu t-tieni lingwa tagħhom. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel l-eżami fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
||||||||||
|
Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: |
|||||||||||
|
BG (Il-Bulgaru) CS (Iċ-Ċek) DA (Id-Daniż) DE (Il-Ġermaniż) EL (Il-Grieg) EN (L-Ingliż) ES (L-Ispanjol) ET (L-Estonjan) |
FI (Il-Finlandiż) FR (Il-Franċiż) GA (L-Irlandiż) HR (Il-Kroat) HU (L-Ungeriż) IT (It-Taljan) LT (Il-Litwan) LV (Il-Latvjan) |
MT (Il-Malti) NL (L-Olandiż) PL (Il-Pollakk) PT (Il-Portugiż) RO (Ir-Rumen) SK (Is-Slovakk) SL (Is-Sloven) SV (L-Isvediż) |
|||||||||
|
GĦAŻLA 1 |
|
||||||||||
|
Lingwa 1 |
|
||||||||||
|
Lingwa 2 |
|
||||||||||
|
Lingwa 3 |
|
||||||||||
|
GĦAŻLA 2 |
|
||||||||||
|
Lingwa 1 |
|
||||||||||
|
Lingwa 2 |
|
||||||||||
|
Lingwa 3 |
|
||||||||||
IV. TESTIJIET TA' DĦUL
It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord tal-għażla jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VIII). Importanti:
|
|||||||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta': |
|||||||
|
Test a) |
Ir-raġunament verbali |
Marki: minn 0 sa 20 punt |
||||||
|
Test b) |
Ir-raġunament numeriku |
Marki: minn 0 sa 10 punti Il-minimu meħtieġ: 4 punti |
||||||
|
Test c) |
Ir-raġunament astratt |
Marki: minn 0 sa 10 punti |
||||||
|
|
Il-minimu meħtieġ għaż-żewġ testijiet a) u c): 15-il punt |
|||||||
|
Test d) |
Il-fehim lingwistiku |
Marki: minn 0 sa 10 punti Il-minimu meħtieġ: 5 punti |
||||||
|
Test e) |
Il-fehim lingwistiku |
Marki: minn 0 sa 10 punti Il-minimu meħtieġ: 5 punti |
||||||
|
Lingwa 1: testijiet a), b) u c) Lingwa 2: test d) Lingwa 3: test e) |
|||||||
V. EŻAMIJIET TAT-TRADUZZJONI (3)
|
Int tiġi mistieden tagħmel l-eżamijiet tat-traduzzjoni biex jiġu evalwati l-kompetenzi speċifiċi tiegħek
It-test ta' dħul b) huwa eliminatorju iżda l-punti ma jingħaddux mal-punti tat-testijiet l-oħrajn biex jiġu identifikati l-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għall-eżamijiet tat-traduzzjoni. Għal kull kompetizzjoni u għal kull għażla, in-numru ta' kandidati mistiedna għall-eżamijiet tat-traduzzjoni, bejn wieħed u ieħor, jikkorrespondi ma' tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u li jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/). L-eżamijiet tat-traduzzjoni jiġu organizzati f'ċentri tat-testijiet fl-Istati Membri. |
||||||||
|
Kull eżami tat-traduzzjoni jingħata minn 0 sa 80 punt Il-minimu meħtieġ għal kull eżami: 40 punt F'każ li kandidat ma jiksibx il-minimu meħtieġ fl-eżami a), l-eżami b) ma jiġix ikkoreġut. |
VI. ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI
|
Int tiġi mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li normalment isir Brussell u jieħu ġurnata, jekk tkun ksibt il-minimu meħtieġ u jekk tkun ġibt waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet tat-traduzzjoni. Il-punti li jkunu nkisbu f'dawn l-eżamijiet jiżdiedu mal-punti tat-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Għal kull kompetizzjoni u għal kull għażla, in-numru ta' kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, bejn wieħed u ieħor, jikkorrespondi mad-doppju tan-numru ta' kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u li jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/). |
|||||||||||
|
Iċ-ċentru ta' evalwazzjoni għandu l-għan li jevalwa l-kompetenzi ġenerali tiegħek (6), bl-ewwel lingwa sors tiegħek, li bilfors trid tkun differenti mil-lingwa 1: il-Ġermaniż (DE), l-Ingliż (EN) jew il-Franċiż (FR) permezz tat-testijiet segwenti:
|
|||||||||||
|
Kull kompetenza ġenerali tiġi ttestjata skont l-iskeda segwenti: |
||||||||||||
|
|
Intervista strutturata |
Eżerċizzju fi grupp |
Preżentazzjoni orali |
|||||||||
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
|
x |
x |
|||||||||
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|||||||||
|
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
|||||||||
|
Tagħlim u żvilupp |
x |
x |
|
|||||||||
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
|
x |
x |
|||||||||
|
Reżiljenza |
x |
|
x |
|||||||||
|
Ħidma f'tim |
x |
x |
|
|||||||||
|
Ħiliet ta' tmexxija |
x |
x |
|
|||||||||
|
minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa (10 punti għal kull kompetenza) Il-minimu meħtieġ: 40 punt għat-tmien kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa |
|||||||||||
|
Il-marka globali bbażata fuq l-eżamijiet tat-traduzzjoni (il-kompetenzi speċifiċi) u fuq it-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (il-kompetenzi ġenerali) kollha f'daqqa, tkun ikkalkulata kif ġej: Il-kompetenzi speċifiċi: eżamijiet a) u b): 65 % tal-marka globali Il-kompetenzi ġenerali: testijiet c), d) u e): 35 % tal-marka globali |
|||||||||||
VII. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva
Il-verifika ssir, b'ordni dixxendenti ta' mertu, sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni. Id-dokumenti ta' sostenn tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati. Jekk minn din il-verifika jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet (9) li jkunu saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom ma jkunux ippruvati bid-dokumenti ta' sostenn rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni. |
||||||
|
Il-listi ta' riżerva għal kull kompetizzjoni jiġu stabbiliti f'ordni alfabetiku u skont il-qasam. |
VIII. KIF TAPPLIKA?
|
Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod partikolari fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data ta' skadenza (inkluża l-validazzjoni): it-13 ta' Awwissu 2013 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
||
|
Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, tkun trid iġġib (10) miegħek il-fajl tal-applikazzjoni komplut (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta' sostenn) meta tiġi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Proċedura: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (CECR) — (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr) — il-livell minimu meħtieġ għall-profil ta' traduttur: lingwa 1 = C2, lingwa 2 = C1, lingwa 3 = C1
(3) Il-kontenut ta' dawn l-eżamijiet huwa vvalidat mill-bord tal-għażla.
(4) F'każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-eżamijiet tat-traduzzjoni.
(5) Din l-informazzjoni tiġi vverifikata, abbażi tad-dokumenti ta' sostenn, qabel ma tinħoloq il-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VII, il-punt 1 u t-Taqsima VIII, il-punt 2).
(6) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet,
(7) Il-Kummissjoni bdiet negozjati bil-ħsieb li jiġu emendati r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. Din l-emenda tista' tikkonċerna b'mod partikolari l-karrieri u t-tipi ta' pożizzjoni miżmuma minn uffiċjali u aġenti oħra. Il-kandidati li jiddaħħlu fuq il-lista ta' riżerva jistgħu jirċievu offerta ta' reklutaġġ ibbażata fuq il-provvedimenti l-ġodda tar-Regolamenti tal-Persunal hekk kif dawn ikunu adottati mil-leġiżlatur mingħajr preġudizzju għal konsegwenzi oħra ta' natura ġuridika jew finanzjarja.
(8) F'każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.
(9) Id-dikjarazzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali jiġu vverifikati mill-EPSO u dawk relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu vverifikati mill-bord tal-għażla.
(10) Id-data ta' meta trid tattendi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek.