ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CA2013.196.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 196A |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
|
2013/C 196A/01 |
||
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
5 |
|
27 |
(RO) |
29 |
|
33 |
|
34 |
|
36 |
(DA) |
41 |
(BG) |
43 |
(EN) |
49 |
(ET) |
50 |
(HU) |
51 |
(SL) |
54 |
(DE/EN/FR) |
58 |
(EN/GA) |
75 |
|
81 |
|
82 |
|
88 |
(BG) |
89 |
(CS) |
94 |
|
104 |
|
109 |
|
111 |
|
112 |
(DE/EN/FR) |
117 |
(ET) |
118 |
|
120 |
|
131 |
|
143 |
|
160 |
(DE/EN/FR) |
162 |
|
166 |
|
167 |
|
168 |
|
172 |
|
173 |
|
174 |
|
176 |
(BG/DE/EN/ET/FI/IT/LT/LV/MT/NL/PL/PT/SK/SL/SV) |
180 |
(MT) |
182 |
(DE/EN/FR) |
183 |
(IT) |
191 |
|
192 |
|
193 |
|
194 |
|
196 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kumitat tar-Reġjuni
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 196/1 |
AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ Nru CDR/SG/AD16/15/13
dwar il-kariga ta'
SEGRETARJU ĠENERALI (R/M)
fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni
(Grad ta' reklutaġġ AD 16/3)
Avviż ta' reklutaġġ ippubblikat b'konformità mal-Artikoli 2(a) u 8 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea
(2013/C 196 A/01)
1. INTRODUZZJONI
Taħt l-awtorità tal-President, li jirrappreżenta lill-Bureau, is-Segretarju Ġenerali (1) tal-Kumitat tar-Reġjuni (minn issa 'l quddiem KtR) għandu l-kompitu li jiżgura t-twettiq tad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bureau jew mill-President, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura tal-KtR u l-qafas ġuridiku fis-seħħ. Dan jinkludi b'mod partikolari l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-segretarjat ġenerali tal-KtR (madwar 550 persuna u baġit annwali ta' madwar EUR 90 miljun) b'tali mod li jkun jista' jgħin lill-KtR u d-diversi korpi tiegħu, kif ukoll il-membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom.
2. DMIRIJIET
Il-KtR, korp konsultattiv li nħoloq fl-1994, huwa l-Assemblea tal-Unjoni Ewropea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Huwa magħmul minn 353 membru (2) li għandhom jew mandat elettorali fi ħdan awtorità reġjonali jew lokali, jew għandhom responsabbiltà politika quddiem assemblea eletta. Dawn il-membri:
— |
jgħixu u jaħdmu kuljum fir-reġjun/belt tal-oriġini tagħhom; |
— |
iżommu lilhom infushom aġġornati dwar il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini tagħhom; |
— |
jitkellmu, f'isem iċ-ċittadini tagħhom, fil-qalba stess tal-proċess Ewropew ta' teħid ta' deċiżjonijiet u dak leġislattiv, kif ukoll iżommu liċ-ċittadini aġġornati dwar l-iżviluppi Ewropej. |
Il-KtR għandu jiġi kkonsultat matul il-proċess leġislattiv sħiħ bl-involment tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma li ġejjin: il-koeżjoni ekonomika u soċjali, in-netwerks ta' infrastruttura trans-Ewropej, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-kultura, l-impjieg, il-politika soċjali, l-ambjent, it-taħriġ professjonali, it-trasport, il-protezzjoni ċivili, it-tibdil fil-klima, l-enerġija.
Il-KtR huwa wkoll il-gwardjan tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Mit-Trattat ta' Lisbona 'l hawn, il-KtR għandu d-dritt li jirrikorri għall-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea jekk ikun tal-fehma li dan il-prinċipju mhux qed jiġi rispettat.
Il-KtR jabbina importanza wkoll mar-rwol tiegħu li jservi bħala pont bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini permezz ta' azzjonijiet ta' komunikazzjoni fil-livell lokali u reġjonali, pjattaformi ta' kuntatt bejn ir-reġjuni u anki għall-benefiċċju tal-intrapriżi.
Huwa jiżviluppa politika ta' sħubija attiva bejn l-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej.
Fil-qadi tal-funzjonijiet amministrattivi tiegħu, is-Segretarju Ġenerali ser ikun inkarigat b'mod partikolari minn dawn il-kompiti li ġejjin:
— |
jassisti lill-President fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Bureau u l-Assemblea Plenarja, fir-rispettar tal-proċeduri u l-eżekuzzjoni tajba tad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qafas tar-Regoli ta' Proċedura tal-KtR; |
— |
jgħin lill-President jirrappreżenta l-interessi tal-Kumitat vis-à-vis l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej l-oħra kif ukoll fil-livell internazzjonali; |
— |
permezz ta' proposti lill-Bureau, jorganizza t-tħaddim tas-segretarjat ġenerali b'tali mod li jkun jista' jipprovdi għajnuna effettiva lill-KtR u l-korpi differenti tiegħu, kif ukoll il-membri tiegħu, fil-qadi ta' dmirijiethom; |
— |
jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bureau, fi rwol konsultattiv; |
— |
jorganizza t-tħejjija tal-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-ħidma tal-KtR; |
— |
jiżgura li l-ħidma tas-Servizzi Konġunti tal-KtR u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew issir bla tfixkil, b'konformità mal-ftehim interistituzzjonali konkluż bejn il-KtR u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; |
— |
iħaddem il-poteri mogħtija lilu mir-Regoli ta' Proċedura tal-KtR bħala awtorità tal-ħatra (AIPN) u l-awtorità li għandha l-poter tikkonkludi l-kuntratti (AHCC); |
— |
iħejji l-abbozz tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-KtR u jimplimenta l-baġit tal-istituzzjoni, skont il-poteri mogħtija lilu; |
— |
jiżgura l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija lill-KtR mill-awtoritajiet baġitarji. |
3. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
Il-proċedura tal-għażla hija miftuħa għal kull kandidat li, fid-data stabbilita għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, jilħaq dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
— |
ikun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
— |
igawdi mid-drittijiet ċivili tiegħu u jipprovdi prova li għandu l-qawwa morali meħtieġa biex iwettaq dmirijietu; |
— |
jissodisfa l-obbligi imposti mil-liġijiet ta' reklutaġġ fir-rigward tas-servizz militari; |
— |
ma jkunx għadu laħaq l-età tal-irtirar, li għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Unjoni Ewropea hija stabbilita għall-aħħar tax-xahar li fiha l-persuna kkonċernata tilħaq l-età ta' 65 sena, u li ma jilħaqhiex qabel ma jintemm il-mandat (jiġifieri l-31 ta' Marzu 2019); |
— |
jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-istandards fiżiċi meħtieġa biex jaqdi l-funzjoni, li jiġu determinati minn viżta medika mit-tabib tal-KtR matul il-proċedura tar-reklutaġġ tal-kandidat li eventwalment ikun intgħażel; |
— |
ikollu livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċċertifikat b'diploma fejn it-tul normali tal-istudju huwa ta' erba' snin jew aktar, jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċċertifikat b'diploma u esperjenza professjonali adatta ta' mill-inqas sena fil-każ li l-kors ta' studju normali jtul tal-anqas tliet snin; |
— |
ikollu esperjenza professjonali tal-anqas 15-il sena marbuta mad-dmirijiet, li jibdew minn meta tkun inkisbet id-diploma msemmija fil-punt preċedenti; jekk il-perjodu normali ta' studji universitarji huwa ta' tliet snin, is-sena ta' esperjenza professjonali li tikkomplementa dawn l-istudji tagħmel parti integrali mid-diploma u għalhekk ma tistax titqies mal-għadd ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa; |
— |
ikollu għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bħala lingwa prinċipali u għarfien sodisfaċeni ta' lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea; |
— |
għal raġunijiet tal-interess tas-servizz, huwa meħtieġ għarfien minn tal-inqas sodisfaċenti tal-Franċiż jew tal-Ingliż. Fil-fatt, minħabba d-dmirijiet li għandhom jitwettqu, jirriżulta li hemm bżonn ta' għarfien minn tal-inqas sodisfaċenti tal-Ingliż jew tal-Franċiż sabiex ikun hemm bilanċ bejn, minn naħa, il-bżonn li jiġi żgurat ir-reklutaġġ ta' aġent li jkollu l-ogħla kwalitajiet ta' kompetenza, prestazzjoni u integrità, u min-naħa l-oħra, l-interess tas-servizz li neċessarjament jeħtieġ kandidat li jista' jibda jaħdem b'mod effiċjenti mill-ewwel u kapaċi jikkomunika b'mod effikaċi fi ħdan l-istituzzjoni fil-qafas tax-xogħol tiegħu ta' kuljum b'waħda mil-lingwi li l-iktar jintużaw mill-uffiċjali u l-aġenti tal-Unjoni bħala lingwa franka interna. Għalhekk, il-verifika tal-għarfien lingwistiku tal-kandidati matul il-proċedura tar-reklutaġġ hija mezz proporzjonat biex jiġi aċċertat li għandhom l-ogħla kwalitajiet biex jaqdu l-funzjonijiet ta' Segretarju Ġenerali fl-ambjent tax-xogħol tal-Kumitat tar-Reġjuni. Kandidat li jkollu waħda miż-żewġ lingwi kwotati bħala lingwa prinċipali ser jenħtieġ ukoll li matul it-test orali jesprimi ruħu b'mod sodisfaċenti f'lingwa oħra uffiċjali, fejn b'mod obbligatorju din trid tkun differenti mil-lingwa prinċipali. Barra minn hekk, il-kapaċità li l-kandidat ikun jikkomunika b'mod effikaċi f'lingwi oħra uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tkun ta' vantaġġ; |
— |
ir-rispett tal-ħtiġiet fir-rigward tal-għarfien lingwistiku għandu jissemma fid-dikjarazzjoni fuq l-unur (ara l-punt 6.1 hawn taħt) u dan ser jiġi evalwat matul l-intervista. |
4. KRITERJI TA' PRESELEZZJONI (abbażi tal-fajl)
4.1 |
Il-preselezzjoni tal-kandidati ser issir permezz ta' valutazzjoni komparattiva tal-esperjenza tagħhom abbażi tal-elementi li jinsabu fil-fajl ta' applikazzjoni. |
Tingħata preferenza lill-kandidati li jkollhom:
4.1.1 |
Kapaċitajiet ta' tmexxija
|
4.1.2 |
kapaċitajiet ta' negozjar u komunikazzjoni
|
4.1.3 |
għarfien relatat mad-dmirijiet
|
4.2 |
Il-preselezzjoni tal-kandidati ser issir ukoll mil-lat tal-motivazzjoni tagħhom biex jaqdu d-dmirijiet ta' Segretarju Ġenerali kif ukoll il-viżjoni tagħhom dwar l-isfidi futuri għal istituzzjoni bħall-Kumitat tar-Reġjuni, kif żviluppati fl-ittra ta' motivazzjoni tagħhom. |
5. KRITERJI TAL-GĦAŻLA (intervista)
L-għażla ser issir permezz ta' intervista li matulha l-bord, b'konformità mal-punt 6 hawn taħt, ser jagħmel għadd ta' mistoqsijiet simili lill-kandidati sabiex issir valutazzjoni komparattiva tad-diversi applikazzjonijiet magħżula f'dan l-istadju.
Dawn jirreferu speċifikament:
— |
għall-kapaċità tagħhom li jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji innovattivi, jiddefinixxu l-għanijiet futuri għall-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll ir-riżultati li għandhom jinkisbu u jagħtu rendikont tagħhom; |
— |
għall-kapaċità li jirrappreżentaw l-interessi tal-KtR fil-livell Ewropew u dak internazzjonali. |
Matul din l-intervista, il-bord ser jaċċerta b'mod partikolari li jiġu evalwati l-kompetenzi maniġerjali, id-dispożizzjoni għall-komunikazzjoni, kemm hi aċċessibbli u miftuħa l-persuna, il-ħiliet ta' negozjar u l-interess ġenerali tal-kandidati.
F'din l-okkażjoni, l-għarfien lingwistiku meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet ta' Segretarju Ġenerali tal-KtR u b'mod partikolari l-għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż jew il-Franċiż ser jiġu evalwati wkoll.
Il-kapaċità ta' komunikazzjoni effettiva f'lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea tkun ta' vantaġġ.
6. IL-PROĊEDURA
6.1 Tressiq tal-fajls ta' applikazzjoni
Il-fajls ta' applikazzjoni għandhom jiġu ppreżentati biss b'mod elettroniku f'format pdf fl-indirizz li ġej: vacancysg@cor.europa.eu
Il-kandidati b'diżabbiltà li ma tħallihomx jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom onlajn jistgħu jibagħtu l-applikazzjoni bil-posta reġistrata b'irċevuta tal-wasla f'dan l-indirizz: Comité des régions, à l'attention du Président, 101 rue Belliard, 1040 Bruxelles Belgique, fejn għandhom iniżżlu “Confidentiel — avis de recrutement — à ne pas ouvrir par le service courrier”, mhux iktar tard mill-iskadenza msemmija fil-punt 6.2 hawn taħt, fejn it-timbru tal-posta jservi bħala prova. Kull komunikazzjoni addizzjonali bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u dawn il-kandidati ser issir bil-posta. F'dan il-każ, il-kandidati għandhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ċertifikat, maħruġ minn korp kompetenti, li jirrikonoxxi l-istat ta' persuna b'diżabbiltà. Huma mistiedna wkoll jindikaw, fi kliemhom, kull mezz li jqisu neċessarju biex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tar-reklutaġġ.
Il-fajl ta' applikazzjoni għandu jsemmi fis-suġġett ir-referenza tal-avviż ta' reklutaġġ u jinkludi:
— |
ittra ta' motivazzjoni (massimu ta' 5 paġni) datata u ffirmata; |
— |
curriculum vitae (format Europass) aġġornata; |
— |
il-curriculum vitae u l-ittra ta' motivazzjoni għandhom ikunu bl-Ingliż jew bil-Franċiż (3); |
— |
dikjarazzjoni fuq l-unur datata u ffirmata (formola fl-Appendiċi 1) li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' ammissjoni definiti fil-punt 3 hawn fuq; |
— |
iċ-check-list fl-Anness 2, datata u ffirmata; |
— |
kopja tal-karta tal-identità uffiċjali tal-kandidat; |
— |
kopja tad-diploma li tagħti aċċess għall-grad (ara l-punt 3 hawn fuq); |
— |
kopja taċ-ċertifikati professjonali li jiċċertifikaw l-esperjenza tal-kandidat, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 3 hawn fuq. Iċ-ċertifikati għandhom juru b'mod ċar il-perjodu tal-ħidma u, jekk possibbli, il-livell ta' responsabbiltà miksub. |
Fit-tħejjija tal-fajl ta' applikazzjoni, m'hemmx bżonn li dawn il-kopji jiġu ċċertifikati li jikkonformaw mal-oriġinal.
Mhu ser jitqies l-ebda fajl ta' applikazzjoni li ma jkunx komplut, li jiddaħħal wara l-iskadenza jew li ma jirrispettax dawn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tressiq tal-fajl ta' applikazzjoni.
6.2 Skadenza għat-tressiq tal-fajls ta' applikazzjoni: id-19 ta' Awwissu 2013 f'nofsinhar (ħin ta' Brussell)
Il-kandidati jirċievu konferma tal-wasla tal-applikazzjoni tagħhom bil-posta elettronika. Il-fajls ta' applikazzjonijiet li jaslu bil-posta reġistrata b'konferma tal-wasla b'konformità mal-punt 6.1 hawn fuq jiġu debitament rikonoxxuti.
6.3 Analiżi tal-fajls ta' applikazzjoni, preselezzjoni u għażla
Il-fajls ta' applikazzjoni jiġu analizzati minn bord, magħmul mill-president, l-ewwel viċi president u l-presidenti tal-gruppi politiċi tal-KtR (jew ir-rappreżentanti tagħhom). Il-President tal-KtR jassumi l-presidenza tal-bord, u jkun assistit mil-lat amministrattiv mis-Segretarju Ġenerali.
L-erba' stadji huma dawn li ġejjin:
6.3.1 |
Verifika mill-bord tal-kriterji ta' ammissjoni abbażi tad-dikjarazzjoni fuq l-unur, is-CV u l-kopji taċ-ċertifikati msemmija fil-punt 6.1 ta' dan l-avviż ta' reklutaġġ. Il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni li ser jiġu verifikati f'dan l-istadju tal-proċedura jissemmew fil-punt 3. |
6.3.2 |
Il-bord ser iwettaq il-preselezzjoni tal-applikazzjonijiet ammessi wara l-fażi deskritta fil-punt preċedenti. Dan isir abbażi tal-fajl ta' applikazzjoni. Isem il-kandidati li jissodisfaw l-aħjar il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 ta' dan l-avviż ta' reklutaġġ ser jitniżżel f'lista ristretta, b'massimu ta' ħames ismijiet. Fid-dawl ta' din il-preselezzjoni abbażi tal-fajl, il-kandidati huma mistiedna biex fl-ittra ta' motivazzjoni tagħhom jenfasizzaw l-aspetti tas-CV tagħhom li jikkorrispondu għall-funzjoni, il-motivazzjoni tagħhom kif ukoll il-viżjoni tagħhom tal-isfidi futuri li qed tiffaċċja istituzzjoni bħall-Kumitat tar-Reġjuni. Il-kandidati li isimhom ikun jidher fil-lista ristretta wara jiġu mistiedna jagħmlu eżami f'“assessment centre”, li l-programm u l-metodoloġija tiegħu jiġu kkomunikati fi żmien adegwat. Din il-valutazzjoni jkollha l-għan li tivvaluta l-kapaċitajiet maniġerjali tal-kandidati (fil-qasam tal-ġestjoni tal-informazzjoni, tal-kompiti, tal-persuni, tar-relazzjonijiet interpersonali u tal-kapaċità li jilħqu ċerti għanijiet). Din hija opinjoni mhux vinkolanti għall-użu mill-bord u li tagħtih kjarifika addizzjonali fil-qafas tal-intervista tal-għażla. |
6.3.3 |
Il-kandidati li isimhom ikun jidher fil-lista ristretta ser jiġu mistiedna għal intervista tal-għażla mill-bord b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 5 hawn fuq. Il-kandidati mistiedna għall-intervista tal-għażla ser jintalbu juru karta ta' identità kif ukoll id-diploma oriġinali tagħhom u ċ-ċertifikati rilevanti għall-esperjenza professjonali. |
6.3.4 |
Wara l-intervisti, il-President jipproponi lill-Bureau l-kandidat li jkun ikkunsidrat l-iktar adatt biex jaqdi l-funzjoni ta' Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Bureau jirriżerva d-dritt li jintervista l-kandidat propost mill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni. |
Għandu jitfakkar li, b'konformità mal-Artikolu 68 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni, ir-reklutaġġ tas-Segretarju Ġenerali jiddependi minn vot favorevoli tal-Bureau li jiltaqa' bil-bibien magħluqa skont kworum speċifiku.
Jekk il-vot ikun pożittiv, il-Bureau jagħti l-mandat lill-President biex jiffirma l-kuntratt ta' reklutaġġ tal-kandidat magħżul.
Niġbdu l-attenzjoni tal-kandidati għall-fatt li l-Kummissjoni ressqet proposta formali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jinbidlu r-Regoli tal-Persunal. Meta jiġi reklutat, il-kandidat magħżul jista' jingħata kuntratt rivedut abbażi tad-dispożizzjonijiet statutorji li ser jiġu adottati sakemm jibda l-kariga.
7. KUNDIZZJONIJIET TAR-REKLUTAĠĠ
Il-kandidat magħżul ser jiġi impjegat b'kuntratt għal tul ta' ħames snin bħala aġent temporanju (Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea) fil-grad AD 16/3. Id-data tar-reklutaġġ hija prevista għall-1 ta' April 2014.
Jeħtieġ li jkun hemm perjodu ta' prova ta' sitt xhur.
Jeħtieġ li jiġu ppreżentati d-dokumenti oriġinali li jippermettu l-verifika li ġew rispettati l-kundizzjonijiet ta' ammissjoni, u dan l-iktar tard sa xahar wara li jkun beda jokkupa l-kariga.
Barra dan u mingħajr ħsara għall-punti preċedenti, il-kandidat ser jintalab jirrispetta ċerti regoli ta' etika. Niġbdu l-attenzjoni tal-kandidati għal-limiti imposti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-attivitajiet esterni, il-mandati u l-kunflitti ta' interess (Artikoli 11, 11(a), 12(b), 13 u 15 tal-Istatut), applikabbli għall-aġenti temporanji minħabba l-Artikolu 11 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjiegta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea.
Fl-interess tal-indipendenza, il-kandidat magħżul għandu jkun ħieles minn kwalunkwe obbligu professjonali preċedenti mhux iżjed tard mid-data li jkun beda jokkupa l-kariga. Jeħtieġ li jaċċetta d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa.
Jekk il-persuna hija uffiċjal jew ħaddiem ieħor fil-Komunitajiet Ewropej, għandha tirreżenja mill-impjieg attwali tagħha jew tieħu leave għal raġunijiet personali (CCP).
8. OSSERVAZZJONIJIET
Il-post ser jimtela skont id-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji.
Il-KtR ser jara li l-ipproċessar ta' data ta' natura personali jkun trattat fir-rispett sħiħ tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 (4) dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data.
Bħala impjegatur, il-KtR japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jeskludi kull forma ta' diskriminazzjoni.
(1) Kull referenza f'dan l-avviż għal persuna tas-sess maskil għandha tinfiehem ukoll bħala referenza għal persuna tas-sess femminil.
(2) Mill-1 ta' Lulju 2013 jinkludu l-membri Kroati.
(3) Il-bord ser jaċċerta li ma jingħata l-ebda vantaġġ lill-kandidati li jkollhom waħda minn dawn iż-żewġ lingwi bħala l-lingwa prinċipali.
APPENDIĊI 1
APPENDIĊI 2