|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.188.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
2013/C 188/01 |
Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja – Sena Finanzjarja 2012 |
|
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
|
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/1 |
RAPPORT DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA
TAQSIMA I — IL-PARLAMENT EWROPEW
SENA FINANZJARJA 2012
2013/C 188/01
WERREJ
INTRODUZZJONI
|
I. |
ĠESTJONI FINANZJARJA: TAGĦRIF ĠENERALI |
|
A. |
Dħul |
|
B. |
Il-baġit inizjali u baġits emendatorji |
|
C. |
Impenji u ħlasijiet |
|
D. |
Użu tar-riporti mill-2012 sal-2013 |
|
E. |
Riporti mill-2011 sal-2012 |
|
F. |
Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat |
|
G. |
Tħassir ta’ approprjazzjonijiet kurrenti |
|
H. |
Trasferimenti |
|
H.1. |
Trasferimenti minn approprjazzjonijiet provviżorji |
|
H.2. |
Trasferimenti minn sorsi oħrajn |
|
II. |
ĠESTJONI FINANZJARJA SKONT IL-KAPITOLU |
|
A. |
Kapitolu “Membri tal-istituzzjoni” |
|
B. |
Kapitolu "Uffiċjali u persunal temporanju” |
|
C. |
Kapitolu “Persunal ieħor u servizzi esterni” |
|
D. |
Kapitolu “Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni” |
|
E. |
Kapitolu “Bini u nefqiet relatati” |
|
F. |
Kapitolu “Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara” |
|
G. |
Kapitolu “In-nefqa amministrattiva kurrenti” |
|
H. |
Kapitolu “Laqgħat u konferenzi" |
|
I. |
Kapitolu “L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni" |
|
J. |
Kapitolu “Nefqa relatata ma’ ċerti istituzzjonijet u ma’ ċerti korpi” |
|
K. |
Kapitolu “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari” |
|
L. |
Titolu 10 “Infiq ieħor” |
|
III. |
OBJETTIVI 2012 U RIŻULTATI |
|
A. |
Tkomplija tal-aġġustamenti istituzzjonali marbutin mat-Trattat ta' Lisbona |
|
A.1. |
Appoġġ għar-Riċerka |
|
A.2. |
Valutazzjonijiet tal-Impatt |
|
A.3. |
Kodeċiżjoni u kunsens fil-qasam tal-politika esterna |
|
A.4. |
Titjib fis-servizzi marbutin mas-Sessjoni Plenarja |
|
A.5. |
Inizjattivi taċ-ċittadini |
|
B. |
Strateġija ta' komunikazzjoni u tħejjija għall-kampanja ta' informazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014 |
|
B.1. |
Attivitajiet organizzati fil-livell ċentrali |
|
B.2. |
Eqreb taċ-ċittadini permezz tal-Uffiċcji tal-Informazzjoni |
|
B.3. |
Europarl TV |
|
B.4. |
Il-progress imwettaq għal dak li jikkonċerna l-proġett tad-“Dar tal-Istorja Ewropea” |
|
C. |
Bidliet istituzzjonali li rriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona u l-adeżjoni tal-Kroazja |
|
C.1. |
Ilqugħ ta’ 18-il Membru ġdid |
|
C.2. |
Tħejjija għat-tkabbir li jmiss għall-Kroazja |
|
D. |
Tkomplija tal-implimentazzjoni ta' programmi plurijennali mmirati lejn ir-razzjonalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-setturi ewlenin tal-amministrazzjoni tal-Parlament |
|
D.1. |
Il-politika tal-proprjetà immobbli |
|
D.2. |
Il-politika ambjentali |
|
D.3. |
Tkomplija tal-modernizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni |
|
D.4. |
Il-programm “paperless” eCommittee/eMeeting |
|
D.5. |
Relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali/ mezz ta’ vidjokonferenza |
|
D.6. |
Ġestjoni tal-għarfien |
|
D.7. |
Ristrutturazzjoni fil-fond tas-servizzi tas-sikurezza |
|
E. |
Miżuri oħra ta’ modernizzazzjoni |
|
E.1. |
Ġestjoni tal-prijoritajiet tas-Segretarjat Ġenerali |
|
E.2. |
Ġestjoni finanzjarja u baġitarja |
|
E.3. |
Ġestjoni tar-riżorsi umani |
|
E.4. |
Ġestjoni tal-arkivji |
|
F. |
L-evoluzzjoni globali fl-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali (gruppi politiċi inklużi) |
ANNESSI
|
ANNESS I — |
Rendikont tat-trasferimenti tat-tip C matul is-sena finanzjarja 2012 |
|
ANNESS II — |
Rendikont tat-trasferimenti P matul is-sena finanzjarja 2012 |
|
ANNESS III — |
Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-2012 |
INTRODUZZJONI
|
1. |
Dan ir-rapport janalizza l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012. Jiddeskrivi l-użu tar-riżorsi finanzjarji kif ukoll l-avvenimenti li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tas-sena finanzjarja (il-partijiet I u II) u jagħti rendikont fil-qosor tar-riżultati li nkisbu f’relazzjoni mal-objettivi stabbiliti għas-sena 2012 (il-parti III). |
|
2. |
Ir-rapport tfassal skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), iktar ’il-quddiem ir-“Regolament Finanzjarju” u skont l-Artikolu 227 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2). L-analiżi hija bbażata fuq il-kontijiet proviżorji kif stabbiliti mill-Uffiċjal tal-Kontabilità. |
I. ĠESTJONI FINANZJARJA: TAGĦRIF ĠENERALI
|
3. |
L-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament ammontaw għal EUR 1 717 868 121 jiġifieri 19,62 % tal-limitu massimu tal-intestatura V tal-Qafas Finanzjajru (3). It-Tabella 1 li tinsab aktar ’il quddiem tipprovdi ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew matul is-sena finanzjarja 2012. Tabella 1 Użu ta' approprjazzjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A. Dħul
|
4. |
Id-dħul imdaħħal fil-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2012 ammonta għal EUR 175 541 860 (2011: EUR 173 293 432 ), li minnu EUR 22 274 843 minn dħul assenjat (2011: EUR 23 815 077). |
B. Il-baġit inizjali u baġits emendatorji
|
5. |
It-total tal-approprjazzjonijiet tal-baġit finali tal-Parlament għall-2012 ammonta għal EUR 1 717 868 121, jiġifieri żieda ta’ 1,9 % meta mqabbel mal-baġit tal-2011 (EUR 1 685 829 393). |
C. Impenji u ħlasijiet
|
6. |
L-impenji jammontaw għal EUR 1 693 038 015, jiġifieri 99 % tal-approprjazzjonijiet finali (2011: 93 %). Il-ħlasijiet ammontaw għal total ta' EUR 1 387 580 140, jiġifieri 82 % tal-impenji li ttieħdu (2011: 86 %). |
D. Użu tar-riporti mill-2012 sal-2013
|
7. |
Ir-riporti awtomatiċi għas-sena finanzjarja 2013 ammontaw għal EUR 305 457 875, jiġifieri 18 % tal-approprjazzjonijiet impenjati (2011: 14 %). Ma kienx hemm riporti mhux awtomatiċi għas-sena finanzjarja 2013. |
E. Riporti mill-2011 sal-2012
|
8. |
Ir-riporti awtomatiċi ta’ approprjazzjonijiet għall-2012 ammontaw għal total ta’ EUR 222 900 384 (2011: EUR 231 028 630). Il-ħlasijiet minn dawn ir-rapporti ammontaw għal EUR 197 991 076, jiġifieri 89 % (2011: 90 %). L-ammont imħassar għalhekk kien ta’ EUR 24 909 308, 6 % aktar mill-2010 (EUR 23 590 299). It-tħassir jikkonċerna fil-biċċa l-kbira l-Artikoli li ġejjin: l-Artikolu “Bini”, l-Artikolu “In-nefqa fuq il-bini”, l-Artikolu “Aġenti oħra u ħaddiema esterni” u l-Artikolu “Produzzjoni u Tixrid”; it-tħassir li jikkonċerna dawn ir-raba’ artikoli jirrappreżenta 79 % tal-total tal-ammonti mħassra. |
|
9. |
L-ammonti mħassra u r-raġunijiet ewlenin għat-tħassir huma ppreżentati fit-Tabella 2. Tabella 2 Raġunijiet ewlenin għat-tħassir tal-approprjazzjonijiet riportati awtomatikament mill-2010 sal-2011
|
|
10. |
Ir-riporti mhux awtomatiċi għall-2012 b’mod konformi mal-Artikolu 9(2a) tar-Regolament Finanzjarju (6), ammontaw għal EUR 21 700 000. Huma kienu jikkonċernaw il-partiti "Akkwist ta’ bini", għal EUR 15 000 000, "Ħlasijiet ta’ ċnus", għal EUR 6 200 000 u "Il-kostruzzjoni ta’ bini" għal EUR 500 000. |
|
11. |
L-approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament għall-2012 kienu s-suġġett ta’ ħlasijiet għal total ta’ EUR 15 649 030 (72 %). Dawn il-ħlasijiet kienu jikkonċernaw prinċipalment l-akkwist ta’ bini (l-ewwel ħlas ta’ ammont ta’ EUR 15 000 000 għall-bini TREBEL waqt l-iffirmar tal-konvenju). Tħallsu ukoll l-ammont ta’ EUR 456 180 għall-kostruzzjoni ta’ bini u l-ammont ta’ EUR 192 850 għal ħlas taċ-ċnus. |
|
12. |
L-approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament għall-2011 għall-akkwist u s-sistemazzjoni fil-bini tad-Dar tal-Ewropa f'Sofja (EUR 9 240 000 fil-partita ) ma setgħux jitħallsu fl-2011 u dan minħabba problemi relatati max-xogħlijiet magħmula ħażin u nuqqas ta’ konformità tax-xogħlijiet relatati mas-sistemazzjoni fil-bini. Tressqet proċedura ta’ preservazzjoni ta’ provi quddiem il-qrati ta’ Sofja. Ix-xogħlijiet relatati mas-sistemazzjoni fil-bini għandhom jintemmu fl-ewwel nofs tal-2013. Il-kuntratt fis-seħħ jipprevedi l-ħlas totali biss wara li jitlesta dan ix-xogħol u l-aċċettazzjoni tiegħu. |
F. Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat
|
13. |
Id-dħul assenjat li kien disponibbli fl-2012 ammonta għal total ta’ EUR 22 274 843 (2011: EUR 23 815 077). L-impenji ammontaw għal EUR 18 028 503, jiġifieri rata ta’ impenn ta’ 81 %, li hija ogħla sew mis-snin preċedenti (2011: 52 %, 2010: 13 %). Il-ħlasijiet ammontaw għal total ta' EUR 11 216 674; jiġifieri 62 % tal-impenji li ttieħdu (2011: 82 %). |
|
14. |
Is-sors tal-approprjazzjonijiet mid-dħul assenjat fl-2011 huwa analizzat fil-figura hawn isfel: Figura 1 Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat fl-2012 skont il-kapitolu
|
|
15. |
L-approprjazzjonijet minn dħul assenjat riportati għall-2011 ammontaw għal EUR 107 592 247 (2010: EUR 110 017 852). Il-biċċa l-kbira (90 %) tal-approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportati għall-2012 ġejjin mill-kapitolu . Dawn jirriżultaw prinċipalment minn trasferiment ta’ EUR 85 897 000 mwettaq mill-Istat Belġjan, fis-27 ta’ Jannar 2010, fil-kuntest tat-tqassim tal-ispiża tal-art li fuqha hemm is-sit għall-Bini D4 u D5 u tal-ispejjeż ta’ żvilupp għas-saqaf fuq l-istazzjon ta’ Brussell-Lussemburgu. |
|
16. |
L-impenji mwettqa minn dħul assenjat riportat ammontaw għal EUR 105 482 187 (2011: EUR 20 580 678). Il-ħlasijiet imwettqa fl-2012 irrapreżentaw 10 % tal-impenji meħuda, u r-rata hija inferjuri sew mis-sena preċedenti (2011: 74 %). Il-biċċa l-kbira tal-impenji meħuda fl-2012 jikkonċernaw fil-fatt ix-xiri tal-bini TREBEL, b’mod konformi mad-deċiżjoni tal-Bureau tat-30 ta’ Novembru 2011, li għalih il-ħlasijiet se jibdew isiru mill-2013 (ara l-paragrafu 24 iktar ’il quddiem). |
|
17. |
Is-somma ta’ EUR 106 795 839 ġiet trasferita għas-sena 2013, li minnha l-ammont ta’ EUR 10 051 047 ġej minn approprjazzjonijiet minn dħul asssenjat (it-tħassir ta’ approprjazzjonijiet jammonta għal EUR 1 007 122) u l-ammont ta’ EUR 96 744 792 ġej minn approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat (it-tħassir ta’ approprjazzjonijiet jammonta għal EUR 111 496). L-ammont ta' EUR 85 897 000 imħallas mill-gvern Belġjan f’Jannar 2010 (ara l-paragrafu 15) jikkostitwixxi dħul assenjat estern fis-sens tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju. L-approprjazzjonijiet minn dħul assenjat intern riportat jammontaw għal EUR 20 898 839. |
G. Tħassir ta’ approprjazzjonijiet kurrenti
|
18. |
Ammont ta’ EUR 24 830 106 (2011: EUR 93 651 335), li jirrapreżenta 1,4 % tal-approprjazzjonijiet finali (2011: 5,6 %), tħassar. Ir-raġunijiet ewlenin għal dan it-tħassir huma mniżżla fit-tabella ta’ hawn taħt: Tabella 3 Raġunijiet ewlenin għat-tħassir tal-approprijazzjonijiet kurrenti fl-2012
|
H. Trasferimenti
|
19. |
Matul is-sena finanzjarja, ġew approvati għaxar trasferimenti C (inkluż it-trasferiment imsejjaħ “ta’ tlaqqit”(mopping-up transfer)) ġew approvati skont l-Artikoli 24 u 42 tar-Regolament Finanzjajru (7). L-impenji ammontaw għal EUR 80 462 015, jiġifieri 4,7 % tal-approprjazzjonijiet finali (fl-2011: disa’ trasferimenti li jirrappreżentaw 3,7 % tal-approprjazzjonijiet finali). Il-President awtorizza tmien trasferimenti P tal-approprjazzjonijiet kurrenti taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjajru (8), li jkopru total ta’ EUR 10 379 775, jiġifieri 0,6 % tal-approprjazzjoniet finali (2011: disa’ trasferimenti li jirrappreżentaw 0,7 % tal-approprjazzjonijiet finali). Barra minn hekk, il-President awtorizza wkoll trasferiment relatat mal-approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat ta’ ammont ta’ EUR 88 924 943 u li jirrigwarda l-proġett TREBEL. Dan it-trasferiment b’eċċezzjoni jikkostitwixxi pjutost aġġustament tekniku mingħajr bidla tan-natura tal-iskop (9), peress li l-bini TREBEL se jinxtara mill-ewwel u mhux permezz ta’ ċens. |
|
20. |
B'kollox, kien hemm 18-il trasferiment C u P tal-approprjazzjonijiet kurrenti li ġew awtorizzati fl-2012, għal ammont ta’ EUR 90 841 790, jiġifieri 5,3 % tal-approprjazzjonijiet finali (2011: 18-il trasferiment ta’ ammont totali ta’ EUR 73 903 546, jiġifieri 4,4 % tal-approprjazzjonijiet finali), kif ukoll trasferiment P ta’ natura teknika ta’ approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat ta’ ammont ta’ EUR 88 924 943. Tabella 4 Trasferimenti skont il-bażi legali
Tabella 5 Analiżi tat-trasferimenti C skont il-partita destinatarja
Tabella 6 Analiżi tat-trasferimenti C skont il-kategorija tal-infiq u skont l-objettiv
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
H.1. Trasferimenti minn approprjazzjonijiet provviżorji
|
21. |
Din it-taqsima teżamina l-użu tal-approprjazzjonjiet minn Kapitolu 10 0 “Approprjazzjonijiet Proviżorji”, u minn Kapitolu 10 1 “Riżerva ta’ Kontinġenza”. Dawn il-Kapitoli, inklużi fit-Titolu 10 “Infiq ieħor” minn issa ’l quddiem jissejħu “Approprjazzjonijiet Proviżorji” fil-bqija ta’ dan ir-rapport. It-TItolu 10 “Infiq ieħor” kien jikkostitwixxi s-sors ewlieni ta’ trasferimenti barra mit-trasferiment ta’ tfaddil peress li 73 % tat-trasferimenti barra mit-trasferiment ta’ tfaddil ġejjin minn din l-intestatura (EUR 25 902 015 fuq total ta’ EUR 35 462 015). |
|
22. |
Minn dak l-ammont, EUR 10 192 015 kienu intiżi għall-Membri, EUR 9 985 000 għall-informatika, EUR 3 200 000 għall-multilingwiżmu, u EUR 2 000 000 għall-politika tal-proprjetà immobbli. Id-destinazzjoni tat-trasferimenti mill-approprjazzjonijiet provviżorji u l-objettiv tagħhom huwa deskritt hawn taħt. Tabella 7 Destinazzjoni tat-trasferimenti minn approprjazzjonijiet provviżorji
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
H.2. Trasferimenti minn sorsi oħrajn
|
23. |
Din it-taqsima teżamina t-trasferimenti minn sorsi li mhumiex it-Titoli 10 “Infiq ieħor”. Total ta’ EUR 54 560 000 ġie trasferit minn titoli oħrajn, inkluż ammont ta’ EUR 45 000 000 fit-trasferiment ta’ tlaqqit. L-ispejjeż relatati mal-politika tal-proprjetà immobbli kienu jirrappreżentaw il-parti l-kbira ta’ dawn it-trasferimenti, jiġifieri 86 % segwiti mill-ispejjeż marbuta mal-informatika (11 %) u l-ispejjeż relatati mal-Membri (3 %). It-tabelli 8.a u 8.b jagħtu ħarsa ġenerali ta’ dawn it-trasferimenti. Tabella 8.a Oriġini tat-trasferimenti C minn sorsi apparti l-approprjazzjonijiet proviżorji (esklużi t-trasferimenti ta' tlaqqit)
Tabella 8.b Dettall tat-trasferiment “ta' tlaqqit” C10
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24. |
Dan it-trasferiment ġie propost mill-grupp ta’ ħidma tal-Bureau u l-Kumitat għall-baġits dwar il-baġit tal-Parlament u ppermetta l-mobilizzazzjoni tal-fondi neċessarji għall-pagamenti relatati mal-akkwist tal-bini TREBEL u għall-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid KAD, u minħabba dan kien hemm tfaddil stmat ta’ EUR 10,4 miljun fuq l-ispejjeż finanzjarji matul it-tul taż-żmien tal-kostruzzjoni u tal-ħlas tad-dejn bin-nifs. |
|
25. |
Il-rendikont tat-trasferimenti P jingħata fit-Tabella 9. Tabella 9 Destinazzjoni tat-trasferimenti P
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
II. ĠESTJONI FINANZJARJA SKONT IL-KAPITOLU
|
26. |
Din it-taqsima tippreżenta l-użu tal-approprjazzjonijiet skont il-kapitolu baġitarju, il-volum tagħhom fil-baġit u l-bidliet fl-użu tal-approprjazzjonijet meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Erba’ kaptoli kienu responsabbli għal 70 % tat-total tal-impenji. Dawn kienu il-Kapitolu “Membri tal-istituzzjoni”, il-Kapitolu “Uffiċjali u persunal temporanju”, il-Kapitolu “Bini u nefqiet relatati” u l-Kapitolu “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”. |
|
27. |
It-tabella 10 tipprovdi, kapitolu b’kapitolu, il-bidliet tal-approprazzjonijiet impenjati fl-2012 meta mqabbla ma’ tas-sena finanzjarja 2011. Il-figuri 2 u 3 juru l-partijiet relatati u l-bidliet mill-2011 għall-2012. Tabella 10 Approprjazzjonijiet impenjati fl-2012 meta mqabbla mal-2011
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Figura 2
Tqassim tal-impenji tal-2012 skont il-kapitolu
Figura 3
Bidliet tal-approprazzjonijiet impenjati fl-2012 meta mqabbla ma’ tal-2011
A. Kapitolu “Membri tal-istituzzjoni”
|
28. |
L-infiq rigward il-Membri fl-2012 ammonta għal EUR 204 267 112, jiġifieri 12 % tal-impenji totali għas-sena finanzjarja. Din iċ-ċifra żdiedet b'EUR 8,9 miljun, jiġifieri 5 % aktar meta mqabbla ma' dik għall-2011. Din iż-żieda fil-volum tal-impenji hi konkomitanti ma' tnaqqis ta' 5 % tal-ammont tal-approprjazzjonijiet finali mqabbel ma' dak tas-sena preċedenti. Ir-riżultat ta' dan kien li r-rata ta' approprjazzjonijiet imħassra kienet kważi żero, waqt li fl-2011 kienet ta' 9 %. |
|
29. |
L-impenji tal-Partita "Salarji" u l-Partita "Allowances għal spejjeż ġenerali" (maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-attivitajiet parlamentari tal-Membri) jammontaw għal EUR 108 108 469 u jirrappreżentaw 53 % tal-impenji totali tal-kapitolu. Dawn żdiedu bi 3 % meta mqabbla mal-impenji għall-2011. Is-salarju gross għal kull xahar jammonta għal EUR 7 957 għal kull Membru, u l-allowance għall-ispejjeż ġenerali tammonta għal EUR 4 299. |
|
30. |
L-impenji tal-Partita "Spejjeż għall-vjaġġi regolari" u l-Partita "Spejjeż oħra għall-vjaġġi" jammontaw għal EUR 78 882 170, jiġifieri 39 % tal-impenji totali tal-Kapitolu . Nofs iż-żieda fil-volum tal-impenji tal-kapitolu tirriżulta miż-żieda f'dawn iż-żewġ partiti (żieda ta' EUR 4 541 265). Il-Partita , li tkopri l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-għajxien relatati mal-vjaġġi lejn u mill-postijiet tax-xogħol u missjonijiet oħra, żdiedet bi 48 % meta mqabbla ma' dik tal-2011. Fil-fatt, proporzjon sinifikanti tat-talbiet għal rimorż mill-Membri rigward is-sena finanzjarja 2011 saret fl-2012, bi qbil mar-regolament li jirrevedi li t-talbiet għal rimborż ta' sena partikolari jistgħu jitressqu sal-31 ta' Ottubru tas-sena sussegwenti. |
|
31. |
Fl-2012 (10), il-Membri (11) għamlu 18 314-il vjaġġ biex jieħdu sehem fis-seduti plenarji fi Strasburgu u Brussell, 35 314-il vjaġġ biex jattendu għal-laqgħat tal-kumitati fi Brussell u 2 653 vjaġġ biex imorru għal laqgħat tal-gruppi politiċi fi Brussell (12). Fir-rigward tal-vjaġġi barra mill-postijiet tax-xogħol regolari tal-Parlament, 1 290 vjaġġ kienu relatati ma' laqgħat tal-kumitati u 1 946 ma' laqgħat tal-gruppi politiċi, li magħhom żdiedu wkoll 1 706 vjaġġi relatati ma' laqgħat tad-delegazzjonijiet parlamentari. |
|
32. |
L-impenji tal-Partita "Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali" jammontaw għal EUR 2 399 615, jiġifieri 1 % tal-impenji totali tal-kapitolu. Dawn żdiedu b'92 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011 minħabba ż-żieda fl-għadd tal-Membri li rrikorrew għas-sistema ta' rimborż tal-ispejjeż mediċi. Din iż-żieda kienet waħda kontinwa minn mindu ġiet implimentata s-sistema fl-2009 u probabbli li se tkompli peress li għadu ma ntlaħaqx il-livell mistenni ta' użu normali tas-sistema. |
B. Kapitolu "Uffiċjali u persunal temporanju”
|
33. |
L-infiq rigward l-uffiċjali u l-persunal temporanju fl-2012 ammonta għal EUR 560 700 762, jiġifieri l-akbar kategorija ta' spejjeż bi 33 % tal-impenji totali tas-sena finanzjarja 2012. Din iċ-ċifra żdiedet b'EUR 20,25 miljun, jiġifieri 4 % aktar meta mqabbla ma' dik għas-sena finanzjarja preċedenti. Din iċ-ċaqliqa tal-kapitolu essenzjalment hi r-riżultat taż-żieda tal-Partita "Remunerazzjoni u Allowances", li tirrappreżenta 99 % tal-approprjazzjonijiet. |
|
34. |
L-impenji taħt il-Partita "Remunerazzjoni u Allowances" jammontaw għal EUR 555 375 070. Fl-2012, il-Partita kienet ikkaratterizzata minn approprjazzjonijiet eċċessivi, u kienet il-partita ewlenija minn fejn saru trasferimenti ta' tlaqqit b'EUR 13-il miljun, jiġifieri 3 % tal-approprjazzjonijiet inizjali u 29 % tal-ammont trasferit (ara t-tabella 8.b). Dan l-eċċess jista' essenzjalment jiġi spjegata mill-fatt li, meta kien qed jinħadem il-baġit tal-2012, ġie kkalkolat l-adattament annwali tas-salarji għall-2011 u 2012 li fl-aħħar mill-aħħar s'issa għadu ma seħħx. |
|
35. |
Fl-2012, 324 uffiċjal u persunal temporanju ġew impjegati fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali, 58 aġent temporanju ġew reklutati fi ħdan il-gruppi politiċi u 399 persuna ġew impjegati bħala assistenti parlamentari akkreditati. B'kollox, sal-31 ta' Diċembru 2012, kien hemm 5 941 uffiċjal u persunal temporanju jaħdmu mal-Parlament Ewropew (li minnhom, 5 187 persuna jaħdmu mas-Segretarjat Ġenerali u 754 fi ħdan il-gruppi politiċi), kif ukoll 1 705 assistenti parlamentari akkreditati. |
|
36. |
F'dak li jirrigwarda t-tqassim skont il-ġeneru, sal-31 ta' Diċembru 2012, in-nisa kienu jirrappreżentaw 26 % tal-kapijiet ta' unità, 33 % tad-diretturi u 33 % tad-diretturi ġenerali. Il-figura t'hawn taħt tippreżenta t-tqassim tal-persunal skont il-grupp ta' funzjonijiet u skont il-ġeneru. Figura 4 Tqassim tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali skont il-ġeneru
|
C. Kapitolu “Persunal ieħor u servizzi esterni”
|
37. |
L-infiq rigward Persunal ieħor u servizzi esterni fl-2012 ammonta għal EUR 102 483 098, jiġifieri 6 % tal-impenji. Il-kapitolu jinkludi tliet partiti ta' spejjeż ewlenin: il-Partita "Interpreti għall-konferenzi" tirrappreżenta 45 % tal-impenji, il-Partita "Aġenti oħra" (13) 34 % u l-Partita "Servizzi esterni" (14) 6 %. |
|
38. |
L-impenji tal-kapitolu naqsu b'madwar EUR 16,3 miljun meta mqabbla ma' dawk tal-2011, jiġifieri tnaqqis ta' 14 %. Din l-evoluzzjoni hi fil-biċċa l-kbira dovuta għat-tnaqqis tal-impenji tal-Partita "Servizzi Esterni" (tnaqqis ta' 42 %) u l-Partita "Interpreti għall-konferenzi" (tnaqqis ta' 19 %) b'segwitu għall-miżuri ta' ekonomiji strutturali imwettqa mill-istituzzjoni fl-2012. Barra minn hekk, l-approprjazzjonijiet tal-kapitolu tnaqqsu b'madwar EUR 8 miljun waqt is-sena finanzjarja (7 % tal-ammont inizjali), u dan ipprovda 18 % tal-ammont tat-trasferiment ta' tlaqqit (ara t-tabella 8.b). |
|
39. |
Għall-Partita "Interpreti għall-konferenzi", l-impenji ammontaw għal EUR 46 000 000 biex jitkoprew, fil-qafas tal-kooperazzjoni interistituzzjonali b'mod partikolari, l-onorarji, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-allowances ta' sussistenza tal-interpreti għall-konferenzi awżiljarji impjegati mill-Parlament biex jiġi garantit servizz ta' interpretazzjoni fil-laqgħat organizzati mill-Parlament. Il-livell tal-impenji naqas b'EUR 10 964 283 meta mqabbel ma' dak tal-2011, jiġifieri tnaqqis ta' 19 %. Dawn l-ekonomiji rriżultaw mill-implimentazzjoni integrali, mill-1 ta' April 2012, tal-miżuri ta' ekonomiji strutturali deċiżi mill-Bureau fil-qasam tal-multilingwiżmu f'Diċembru 2011. |
|
40. |
L-interpreti tal-Parlament u l-interpreti għall-konferenzi awżiljarji ħadmu 97 791 jum ta' interpretazzjoni fl-2012 (2011: 109 707 jum (15)) għall-Parlament u istituzzjonijiet oħra (16) meta l-Parlament kellu jiggarantixxi din l-interpretazzjoni (tnaqqis ta' 11 % meta mqabbel mal-2011). L-interpreti tal-Parlament ħadmu 51 109 jum (3 % anqas milli nħadmu fl-2011), waqt li l-interpreti għall-konferenzi awżiljarji ħadmu 46 682 jum (tnaqqis ta' 18 % meta mqabbel mal-2011). |
|
41. |
L-impenji tal-Partita "Servizzi Esterni" żdiedu għal EUR 14 587 633, tnaqqis ta' EUR 10 399 823, jew 42 %, meta mqabbel mal-2011. Din il-varjazzjoni tirriżulta mit-tnaqqis drastiku tal-ispejjeż relatati mat-traduzzjoni tat-traskrizzjoni verbatim tal-proċedimenti, li fl-2012 kienu jirrappreżentaw anqas minn għaxra fil-mija tal-ammont tal-2011. Dan jirrifletti d-deċiżjoni tal-Bureau ta' Settembru 2011 li ma tibqax issir it-traduzzjoni sistematika tat-traskrizzjoni verbatim tal-proċedimenti u tal-mistoqsijiet bil-miktub fi 11-il lingwa uffiċjali, mingħajr lanqas il-possibilità li kull Membru jitlob it-traduzzjoni ta' siltiet speċifiċi u/jew ta' mistoqsijiet fil-lingwa li jkun għażel. |
|
42. |
Fir-rigward tal-Partita "Aġenti oħra", l-impenji laħqu EUR 34 790 888, żieda ta' 14 % meta mqabbla mal-2011. Din il-Partita tkopri r-rimunerazzjoni, inklużi l-allokazzjonijiet u l-allowances, tal-aġenti l-oħra, b’mod partikulari l-aġenti kuntrattwali u lokali, kif ukoll il-konsulenti speċjali, il-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi għall-iskemi differenti ta’ sigurtà soċjali u l-impatt tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni applikabbli għar-rimunerazzjonijiet ta’ dawn l-aġenti, kif ukoll l-impjieg ta' persunal temporanju. F’dak li jirrigwarda l-persunal kuntrattwali, sal-31 ta' Diċembru 2012, kienu impjegati 675 persuna. It-tqassim tal-persunal kuntrattwali skont il-grupp ta’ funzjonijiet (17) u skont il-ġeneru qed jiġi preżentat fil-Figura 5. Figura 5 Persunal kuntrattwali skont il-grupp ta’ funzjoni u skont il-ġeneru fl-2012
|
D. Kapitolu “Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni”
|
43. |
L-infiq tal-Kapitolu 1 6 ammonta għal EUR 16 699 823, jiġifieri 1 % tal-impenji totali tas-sena finanzjarja 2012. Din iċ-ċifra żdiedet b'EUR 2 210 199, jiġifieri 15 % aktar meta mqabbla ma' dik għall-2011. |
|
44. |
Fi ħdan dan il-kapitolu, 35 % tal-impenji kellhom x'jaqsmu mal-Partita “Ċentri għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati”, 25 % mal-Partita “Taħriġ Ulterjuri” u 24 % mal-Partita “Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins”. |
|
45. |
Il-ġestjoni esterna tal-crèche u tal-family room tal-istituzzjoni fi Brussell u l-ispejjeż annessi jikkostitwixxu l-ikbar parti tal-Partita . L-approprjazzjonijiet impenjati fuq il-parti kollha kemm hi żdiedu għal EUR 5 840 796, jiġifieri 9 % aktar meta mqabbla ma' dawk tal-2011, u koprew il-kontribuzzjoni tal-Parlament għall-ispejjeż taċ-ċentru għat-tfal żgħar u għall-crèches esterni li magħhom ġie konkluż ftehim (18). |
|
46. |
F'dak li jirrigwarda l-Partita "Taħriġ Ulterjuri", l-approprjazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 4 177 428, żieda ta' 7 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011, u koprew l-ispejjeż relatati mal-korsijiet għat-titjib tal-ħiliet tal-persunal, kif ukoll tal-prestazzjoni u l-effikaċja tal-istituzzjoni. Fl-2012, 5 089 persuna segwew korsijiet tal-lingwa, 1 538 persuna ħadu sehem f'taħriġ informatiku u 1 126 persuna f'taħriġ fil-qasam finanzjarju. Madwar 6 963 persuna ħadu sehem f'taħriġ ġenerali pprovdut internament u 320 f'taħriġ estern (19). |
|
47. |
F'dak li jirrigwarda l-Partita "Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins", l-impenji ammontaw għal EUR 3 960 000, żieda ta' 52 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. Din is-sitwazzjoni tista' tiġi spjegati minn użu aktar rapidu tal-approprjazzjonijiet ta' dħul assenjat milli kien jiġri fl-imgħoddi, minħabba l-fatt li d-diskrepanza bejn it-tariffi prattiċi u l-evoluzzjoni tal-ispejjeż (salarji u materja prima) biex b'hekk qed jiżdied it-telf operattiv li qed iġarrab il-baġit. Kien hemm reviżjoni tat-tariffi b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2013 Fl-2012, il-barijiet, ir-ristoranti u l-kantins qdew madwar 3 103 000 klijent u l-ħanut għall-persunal 153 000. |
E. Kapitolu “Bini u nefqiet relatati”
|
48. |
L-impenji tal-Kapitolu ammontaw għal EUR 248 864 928, jiġifieri 15 % tal-impenji tal-2012. Il-volum tal-impenji żdied b'EUR 53 335 037, jiġfieri b'27 % meta mqabbel mal-livell tagħhom fl-2011. L-approprjazzjonijiet tal-kapitolu żdiedu bi kważi EUR 42 miljun waqt is-sena finanzjarja (20 % tal-ammont ta' approprjazzjonijiet inizjali), prinċipalment fl-okkażjoni tat-trasferiment ta' tlaqqit (ara t-tabella 8.b). |
|
49. |
L-evoluzzjoni tal-livell ta' impenji tirriżulta fil-biċċa l-kbira tagħha mill-Partita "Ħlasijiet ta’ ċnus" (żieda fl-impenji ta' madwar EUR 30 miljun, jiġifieri 56 % tad-diskrepanza), imma anke mill-Partita "Sistemazzjoni fil-bini" (żieda ta' 48 %, 21 % tad-diskrepanza) u l-Partita "Akkwist ta’ bini" (żieda ta' 23 %, 14 % tad-diskrepanza). |
|
50. |
It-tqassim tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu skont it-tip tal-ispejjeż qed tiġi ppreżentata fil-figura t'hawn taħt. Figura 6 Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu skont il-partita
|
|
51. |
L-impenji tal-Partita "Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini" ammontaw għal EUR 48 638 644 (20 % tal-kapitolu) u koprew l-ispiża tal-manutenzjoni tal-bini, tal-liftijiet, tas-sistemi ta' tisħin u ta' klimatizzazzjoni u tal-bibien kontra n-nirien, kif ukoll ix-xogħol ta' tibjid u ta' tiswija, eċċ. L-impenji żdiedu bi 11 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011 (+EUR 4 823 612). Din l-evoluzzjoni rriżultat mill-implimentazzjoni tal-politika l-ġdida ta' manutenzjoni msaħħa, f'kuntest ta' bini li qed jiqdiem. L-allokazzjoni tal-partita ssaħħet b'EUR 2 miljun waqt is-sena finanzjarja (żieda ta' 4 % tal-approprjazzjonijiet inizjali). |
|
52. |
Il-Partita "Akkwist ta' bini" — b'allokazzjoni inizjali "p.m." — ingħatat fondi ta' madwar EUR 38 753 000 permezz tat-trasferimenti P8 u C10 (ara t-tabelli 8.b u 9; it-trasferiment P8 mill-Partita "Kirjiet" kellu l-effett li jnaqqas l-allokazzjoni inizjali tal-partita bi 11 %). L-ammont kollu ġie impenjat (il-bini TREBEL u d-Dar tal-Ewropa f'Sofija) u jirrappreżenta 16 % tal-impenji tal-kapitolu. |
|
53. |
L-impenji għall-Partita "Ħlasijiet ta' ċnus" (14 % tal-Kapitolu) jammontaw għal EUR 33 910 000, jiġifieri kważi 8 darbiet aktar mil-livell tal-2011. L-allokazzjoni tal-partita ssaħħet bi EUR 8 000 000 matul is-sena finanzjarja, żieda ta' 31 % meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet inizjali, prinċipalment minħabba t-trasferiment ta' tlaqqit (ara t-tabelli 8.a u 8.b). L-ammont kollu ġie impenja, essenzjalment għall-proġett tal-estensjoni tal-bini KAD f'Lussemburgu. |
|
54. |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-Partita "Sistemazzjoni fil-bini" (14 % tal-kapitolu), l-impenji ammontaw għal EUR 34 811 824, żieda ta' 48 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011 (l-approprjazzjonijiet inizjali żdiedu b'51 %). It-tagħmir tal-bini fi Brussell jikkostitwixxi s-sehem l-aktar importanti tal-partita (65 % tal-impenji) u jikkostitwixxi l-biċċa l-kbira taż-żieda fl-impenji u fl-approprjazzjonijiet. Fl-2012, inbeda u tlesta għadd sinifikanti ta' xogħlijiet fuq il-bini u l-proġetti fuq il-post fi Brussell. Dawk l-aktar importanti kellhom x'jaqsmu mal-proġett ta' rinnovazzjoni Eastman/Dar tal-Istorja Ewropea li għalih ġie impenjat ammont ta' kważi EUR 12,8 miljun fl-2012. (Il-Kumitat għall-Baġits, waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Novembru 2012, approva l-ħruġ ta' riżerva ta' EUR 2 000 000 għad-Dar tal-Istorja Ewropea — ara t-tabella 7). Diversi xogħlijiet u proġetti laqtu wkoll il-bini okkupat. |
|
55. |
L-impenji għall-Partita "Sigurtà u sorveljanza tal-bini" (14 % tal-kapitolu) ammontaw għal total ta' EUR 35 023 714, tnaqqis ta' 3 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. Prinċipalment dawn koprew l-ispejjeż tal-għassa u tas-sorveljanza tal-bini okkupat mill-Parlament fit-tliet postijiet ta’ xogħol normali tiegħu u fl-uffiċċji ta' informazzjoni. |
F. Kapitolu “Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara”
|
56. |
L-impenji tal-Kapitolu 2 0 ammontaw għal EUR 142 804 433, jiġifieri 8 % tal-impenji tal-2012. Ġew impenjati EUR 25 513 660 aktar milli fl-2011, jiġifieri żieda ta' 22 %. L-approprjazzjonijiet tal-kapitolu ġew miżjuda waqt is-sena finanzajrja bi EUR 14 915 000, jiġifieri 11 % tal-approprjazzjonijiet inizjali, prinċipalment permezz ta' żewġ trasferimenti (C5 għar-rilaxx mir-riżerva, awtorizzat fit-12 ta' Ottubru 2012, u C9, awtorizzat fil-5 ta' Diċembru 2012; ara t-tabelli 7 u 8.a) intenzjonati għall-finanzjament tal-kopertura WiFi fil-bini tal-Parlament Ewropew u s-sostituzzjoni ta' parti mill-infrastruttura tan-netwerk u l-apparat individwali. |
|
57. |
Il-Partita "Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni" u l-Partita "Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni" jirrappreżentaw waħedhom 81 % tal-infiq tal-kapitolu u 88 % tad-diskrepanza tal-impenji mill-2011 għall-2012. |
|
58. |
It-tqassim tal-ispejjeż tal-Kapitolu qed jiġi ppreżentat fil-figura t'hawn taħt. Figura 7 Tqassim tal-ispejjeż tal-Kapitolu
|
|
59. |
L-impenji tal-Partita “Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u l-innovazzjoni” jirrappreżentaw 31 % tal-Kapitolu 2 1 b'total ta' EUR 44 585 309, żieda ta' 38 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. L-approprjazzjonijiet żdiedu b'EUR 7 528 700 matul is-sena finanzjarja (20 % tal-approprjazzjonijiet inizjali). Din il-partita kopriet l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-materjal u tas-softwer għall-istituzzjoni u x-xogħlijiet relatati. Dan il-materjal u dan is-softwer jikkonċernaw b’mod partikolari s-sistemi taċ-ċentru informatiku u tat-telekomunikazzjonijiet, l-informatika dipartimentali u tal-gruppi politiċi, kif ukoll il-votazzjoni elettronika. |
|
60. |
L-impenji tal-Partita “Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni” jirrappreżentaw 50 % tal-Kapitolu b'total ta' EUR 70 511 060, żieda ta' 17 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011 (bi qbil maż-żieda tal-ammont ta' approprjazzjonijiet allokati). L-approprjazzjonijiet żdiedu b'EUR 8 286 300 matul is-sena finanzjarja (13 % tal-approprjazzjonijiet inizjali). L-approprjazzjonijiet koprew prinċipalment l-ispejjeż għall-assistenza minn kumpanniji ta’ servizzi u konsulenza fl-informatika għat-tħaddim taċ-ċentru informatiku u tan-netwerk, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, l-assistenza għall-utenti, inklużi l-Membri u l-gruppi politiċi, it-twettiq ta’ studji, u t-tfassil u l-kontribuzzjoni ta’ dokumentazzjoni teknika. |
G. Kapitolu “In-nefqa amministrattiva kurrenti”
|
61. |
Dan il-kapitolu rrappreżenta 1 % tal-impenji tal-2012, b'ammont ta' EUR 9 476 760. Il-livell tal-impenji tnaqqas ftit bi 2 % meta mqabbel ma' dak tal-2011. |
|
62. |
L-impenji ta' dan il-kapitolu jitqassmu kif ġej: 47 % jikkorrispondu għall-Artikolu "Telekomunikazzjoni"; 21 % għall-Artikolu "Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi" u 15 % għall-Artikolu "Spejjeż legali u ħsarat". Is-17 % li jifdal huma mqassma bejn l-Artikolu “Tariffi finanzjarji”, l-Artikolu "Servizzi postali u ta' ġarr”, l-Artikolu “Rilokazzjonijiet” u l-Artikolu “Nefqiet amministrattivi oħra" u l-Artikolu "Skema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju”. |
|
63. |
Bl-eċċezzjoni tal-Partita "Spejjeż legali u ħsarat" li nħarġulha fondi mir-riżerva (trasferiment C3, ara t-tabella 7), il-partiti kollha tal-kapitolu ffinanzjaw it-trasferimenti C9 u C10 (ara t-tabelli 8.a u 8.b). L-effett totali ta' dawn it-trasferimenti kien tnaqqis ta' 29 % tal-approprjazzjonijiet inizjali, li xehed l-isforzi biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż kurrenti tal-funzjonament amministrattiv. |
|
64. |
L-approprjazzjonijiet tal-Artikolu "Skema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju", li inizjalment kienu ta' EUR 950 000, tnaqqsu b'91 % meta sar it-trasferiment ta' tlaqqit minħabba dewmien fil-konklużjoni ta' sejħa għal offerti, kif ukoll tnaqqis sinifikanti tal-prezz għal kull tunnellata ta' CO2. |
H. Kapitolu “Laqgħat u konferenzi"
|
65. |
Dan il-kapitolu rrappreżenta 2 % tal-impenji tal-2012, b'ammont ta' EUR 32 624 325 li żamm stabbli meta mqabbel ma' dak tal-2011. L-impenji ta' dan il-kapitolu jitqassmu kif ġej: 79 % jikkorrispondu għall-Artikolu "Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta’ xogħol", 18 % għall-Artikolu "Nefqiet varji għal laqgħat" u 3 % għall-Artikolu "Nefqiet għad-divertiment u għar-rappreżentazzjoni". |
|
66. |
L-approprjazzjonijiet inizjali għall-2012 urew tnaqqis ta' 4 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011, u tnaqqsu b'10 % meta sar it-trasferiment ta' tlaqqit (trasferiment ta' EUR 3 666 387). Mill-Artikolu ġew frankati EUR 3 000 000 li huma r-riżultat tal-isforzi tad-Direttorati Ġenerali kollha biex jiżguraw kontroll aħjar tal-ispejjeż ta' trasport. |
|
67. |
Fl-2012, kien hemm 33 616 missjoni (2011: 34 827 missjoni), li fit-total tagħhom jirrappreżentaw 99 377 jum ta' missjoni (2011: 104 436 jum). Il-biċċa l-kbira tal-missjonijiet kienu mqassmin bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament (Brussell: 5 652 missjoni, Strasburgu: 19 846 missjoni, Lussemburgu: 2 433 missjoni). |
I. Kapitolu “L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni"
|
68. |
L-impenji ta' dan il-kapitolu rrappreżentaw 6 % tal-ispejjeż tal-2012, b'total ta' EUR 105 967 314 b'żieda ta' 15 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. Peress li l-approprjazzjonijiet finali żdiedu b'5 % meta mqabbla ma' dawk tas-sena finanzjarja preċedenti, ir-rata ta' użu ta' dan il-kapitolu tjiebet u laħqet is-97 %. Madwar 26 % tal-impenji tal-kapitolu ntużaw għall-Partita "L-organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi", 21 % għall-Partita "Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi", 13 % għall-Partita “In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva”. |
|
69. |
It-tqassim tal-impenji qed jiġi ppreżentat fil-figura t'hawn taħt. Figura 8 Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu
|
|
70. |
Fil-konfront tal-Partita "L-organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi", l-impenji żdiedu għal EUR 27 985 491, żieda żgħira meta mqabbla ma' dawk tal-2011 (+3 %). Dawn koprew is-sussidji mogħtija għall-gruppi ta' viżitaturi u l-ispejjeż ta' superviżjoni u ta' infrastruttura relatati, l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-programm "Euroscola" u l-finanzjament tal-perjodi ta' prattika għall-multiplikaturi ta' opinjoni minn pajjiżi terzi. |
|
71. |
Fil-konfront tal-Partita "Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi", l-impenji laħqu EUR 22 124 435. B'mod partikolari, dawn koprew l-ispejjeż fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet, speċifikament dawk elettroniċi, ta' attivitajiet ta' informazzjoni, ta' relazzjonijiet pubbliċi u ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti pubbliċi, f'fieri u wirjiet fl-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-aġġornament tal-Osservatorju Leġiżlattiv (OEIL). L-impenji żdiedu b'25 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. Din l-evoluzzjoni tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' monitoraġġ aktar mill-qrib u ta' strateġija ta' ottimizzazzjoni tal-baġit, li wasslet għal żieda netta fir-rata ta' eżekuzzjoni (2012: 98 %, 2011: 90 %). |
|
72. |
L-impenji għall-Partita “In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva” ammontaw għal EUR 13 369 011 u koprew l-ispejjeż relatati mal-elementi li ġejjin:
L-impenji żdiedu b'20 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. |
|
73. |
Rigward il-produzzjoni tal-informazzjoni adjoviżiva, 1 293 avveniment, li minnhom 890 nofs ta' nhar ta’ laqgħat tal-kumitati, ġew ritrażmessi fuq l-internet. Fir-rigward ta' "Europe by Satellite", il-produzzjoni tinqasam kif ġej: 905 sekwenzi tal-aħbarijiet tal-Parlament Ewropew, li minnhom 879 reġgħu xxandru minn 148 stazzjoni, 57 filmat informattiv dwar suġġetti leġiżlattivi, 69 jum ta' Plenarja, 269 xandira diretta, 295 tema ta' aħbarijiet prodotti minnn Eurovision (biex jixxandru lill-membri tagħha) u 19-il avveniment ritrażmessi minn Eurovision mill-Parlament Ewropew fi Brussell u fi Strasburgu. |
|
74. |
Ikun xieraq ukoll li jiġi nnotat li l-impenji tal-Partita "Parlamentarium — Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew" (EUR 3 462 168) żdiedu b'40 % meta mqabbla ma' dawk tas-sena finanzjarja preċedenti (bi qbil maż-żieda tal-approprjazzjonijiet allokati). Il-Parlamentarium laqa' 250 000 viżitatur fl-2012, jiġifieri 4.5 darbiet aktar milli kien hemm fl-2011, u hu waħda mill-5 attrazzjonijiet turistiċi fi Brussell li l-aktar kellhom viżitaturi. |
J. Kapitolu “Nefqa relatata ma’ ċerti istituzzjonijet u ma’ ċerti korpi”
|
75. |
Dan il-kapitolu rrappreżenta 5 % tal-impenji tal-2012, b'ammont totali ta' EUR 87 917 639 b'żieda ta' 6 % meta mqabbel ma' dawk tal-2011. L-Artikolu 0 “Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati” rrappreżenta 65 % tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu (2011: 66 %). L-impenji għal dan l-artikolu ammontaw għal EUR 57 062 367. Huma kienu maħsuba li jkopru, għall-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati:
|
|
76. |
L-Artikolu "Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej" irrappreżenta 21 % (2011: 21 %) tal-impenji tal-Kapitolu . L-Artikolu "Kontribuzzjoni għal Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej" irrappreżenta 14 % (2011: 13 %) tal-impenji tal-Kapitolu . Figura 9 Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu
|
K. Kapitolu “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”
|
77. |
Fl-2012, dan il-kapitolu rrappreżenta 11 % tal-impenji, b'ammont totali ta' EUR 180 871 822 b'żieda ta' 6 % meta mqabbel ma' dawk tal-2011. Peress li l-approprjazzjonijiet finali tal-kapitolu naqsu b'2 % meta mqabbla ma' dawk tas-sena finanzjarja preċedenti, dan irriżulta f'titjib fir-rata ta' użu. |
|
78. |
L-approprjazzjonijiet allokati tnaqqsu b'EUR 6 miljun (3 % tal-approprjazzjonijiet inizjali) matul is-sena finanzjarja (ara t-tabella 8.b). L-approprjazzjonijiet allokati għall-assistenza parlamentari tnaqqsu b'EUR 6,8 miljun, waqt li dawk allokati għat-telf mill-kambju żdiedu b'EUR 0,8 miljun. |
|
79. |
Il-figura li ġejja turi t-tqassim tal-impenji tal-kapitolu. Figura 10 Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu
|
|
80. |
L-impenji relatati mal-"assistenti lokali" jammontaw għal EUR 80 720 519, żieda ta' 2 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. |
|
81. |
L-impenji relatati mal-"assistenti akkreditati — statut" jammontaw għal EUR 99 033 150, żieda ta' 8 % meta mqabbla ma' dawk tal-2011. Din il-partita tkopri s-salarji u l-ispejjeż ta' missjoni ta' dawn l-uffiċjali, kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-korsijiet esterni. Il-livell medju ta' kull xahar tar-rimunerazzjonijiet mogħtija jammonta għal EUR 7,5 miljun (medja ta' EUR 6,9 miljun fl-2011). |
|
82. |
Fil-31 ta' Diċembru 2012, kienu qed jaħdmu mal-Parlament 1 705 assistenti parlamentari akkreditati u 2 498 assistent lokali kellhom kuntratt ta' xogħol ma' Membri (146 minnhom, permezz ta' raggruppamenti). Bħala medja, kull Membru impjega 2.26 assistent akkreditat u 3.31 assistent lokali (20). Hemm diskrepanza konsiderevoli bejn l-għadd ta' assistenti lokali impjegati minn kull Membru, għadd li, fl-2012, varja bejn iż-0 u s-47. Waqt li 14-il Membru ma jimpjegawx assistenti lokali, 63 Membru rreklutaw aktar minn 10 impjegati fl-Istati Membri tagħhom matul l-2012. Madwar 29 Membru impjegaw biss assistenti lokali matul l-2012. |
|
83. |
Il-pagamenti relatati mal-ispejjeż ta' assistenza Parlamentari tal-2012 saru permezz ta' rata tal-kambju fissa għas-sena kollha bejn l-euro u l-muniti l-oħra (rata ta' Diċembru 2011). L-iżvalutazzjoni importanti tal-euro fl-2012 meta mqabbla ma' muniti Ewropej oħra ħolqot differenzi fil-kambju akbar milli kienu previsti fir-rigward tal-ħlas tas-salarji u l-onorarji tal-assistenti lokali. |
L. TItolu 10 “Infiq ieħor”
|
84. |
Il-kapitoli taħt dan it-titolu fihom biss approprijazzjonijiet proviżorji li jistgħu jkunu impenjati biss ladarba jiġu trasferiti għal partita operattiva. Dawn it-trasferimenti (EUR 25 902 015) ġew eżaminati fit-Taqsima I ta’ dan ir-rapport. L-approprjazzjonijiet inizjali ta’ dan it-titolu ammontaw għal EUR 29 542 652 (2011: EUR 40 749 026), jiġifieri 1,7 % tal-baġit sħiħ tal-2012. |
|
85. |
Fl-aħħar tas-sena finanzjarja, il-bilanċ mhux użat ta’ dan it-titolu ammonta għal EUR 3 640 638 (EUR 1 926 466 taħt il-Kapitolu 10 0 “Approprijazzjonjiet proviżorji”, EUR 1 664 172 taħt il-Kapitolu 10 1 "Riżerva ta' kontinġenza", u EUR 50 000 taħt il-Kapitolu 10 8 "Riżerva tal-EMAS"). |
III. OBJETTIVI 2012 U RIŻULTATI
|
86. |
Is-sena finanzjarja 2012 kienet prinċipalment immarkata minn azzjoni għal titjib strutturali ġdid sabiex l-istituzzjoni tingħata l-mezzi meħtieġa kollha biex tiżvolġi kompletament ir-rwol tagħha fil-proċess leġiżlattiv u biex tkun tista' tisfrutta bis-sħiħ il-kompetenzi miżjuda li taha t-Trattat ta' Lisbona. |
|
87. |
Barra minn hekk, l-istituzzjoni integrat kompletament it-18-il Membru supplimentari previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kompliet bit-tħejjija għall-adeżjoni tal-Kroazja, ipproċediet bi żviluppi importanti fis-settur tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni fil-prospettiva tal-elezzjonijiet tal-2014 u kompliet fit-twettiq ta' programmi plurijennali intenzjonati biex jirrazzjonalizzaw u jimmodernizzaw setturi kruċjali tal-amministrazzjoni tagħha. |
|
88. |
L-objettivi segwiti u r-riżultati miksuba fl-2012, ippreżentati hawn taħt, huma bbażati fuq il-prijoritajiet u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau fl-2012, fuq l-orjentazzjonijiet adottati mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet baġitarji tiegħu u fuq l-objettivi u r-riżultati tal-programm amministrattiv ta' ħidma għall-perjodu 2012-2014. |
A. Tkomplija tal-aġġustamenti istituzzjonali marbutin mat-Trattat ta' Lisbona
A.1. Appoġġ għar-Riċerka
|
89. |
Fis-16 ta' Jannar 2012, il-Bureau approva pjan għall-implimentazzjoni tal-kunċett ġdid għal-librerija (21) u fis-7 ta' Novembru 2012 analizza l-progress miksub f'il-qasam. Dan il-kunċett ġdid jiffoka fuq il-valur miżjud li jista' jġib miegħu għall-Membri, objettiv li jinvolvi tliet aspetti essenzjali, li huma marbutin bejniethom:
|
|
90. |
F'din il-partita, fl-2012 saru sforzi fil-qasam tas-servizzi ta' informazzjoni u ta' analiżi tal-Librerija bil-għan li l-Membri jingħataw aġġornamenti rapidi u faċli b'għażla/sinteżi ppersonalizzata dwar kważi kwalunkwe suġġett ta' interess għall-Parlament. Ġiet stabbilita sistema ġdida ta' twissijiet elettroniċi fuq apparat mobbli għall-materjal miżjud fis-sit elettroniku u fil-katalogu tal-Librerija, bil-għan li l-utenti jkunu jistgħu jinkitbu biex jirċievu twissijiet standardizzati dwar suġġetti ewlenin jew ikollhom il-possibbiltà li jiddefinixxu twissijiet personalizzati li jinkludu materjal minn aġenziji tal-aħbarijiet. Ġiet żviluppata wkoll proċedura "Hotline" li tiżgura tweġibiet aktar rapidi u aktar personali għat-talbiet tal-Membri. Barra minn hekk, qabel kull sessjoni parzjali jitħejjew noti ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-plenarja ("Plenary Briefings") u meta jkun fattibbli dawn jinqelbu għall-EN/FR/DE/IT/ES/PL. |
|
91. |
Sabiex jgħinu lill-Membri jaqdu liċ-ċittadini aħjar, is-servizzi tal-Librerija żviluppaw ukoll dan li ġej:
|
|
92. |
Matul l-2012, ġie żviluppat ukoll l-appoġġ għall-assistenti tal-Membri u dan jinkludi:
|
A.2. Valutazzjonijiet tal-Impatt
|
93. |
Ir-rapporti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja huma għodda prezzjuża sabiex il-Parlament jieħu sehem fit-tfassil tal-aġenda. Skont l-Artikolu 2 2 5 tat-TUE, magħruf ukoll bħala d-dritt tal-Parlament li jagħti bidu għal-leġiżlazzjoni, jista' jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar kwalunkwe kwistjoni li dwarha jkun iqis li hu neċessarju li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
|
94. |
B'dan il-għan, mill-2012 'l hawn, id-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt li għadu kemm inħoloq jgħin lill-Kumitati f'xogħolhom dwar ir-rapporti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja billi jipprovdilhom valutazzjonijiet dettaljati tal-valur miżjud Ewropew u rapporti dwar il-prezz tan-non-Ewropa. |
|
95. |
Mil-lat tal-valutazzjoni tal-impatt, dan id-Direttorat jissorvelja b'mod regolari t-tabelli direzzjonali li jakkumpanjaw il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni sabiex jiċċekkja liema proposti leġiżlattivi huma mistennija jkunu suġġetti għal valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni, u jwettaq valutazzjoni inizjali tagħhom malli jaslu l-Parlament sabiex jiċċekkja li ċerti kriterji huma ssodisfati u sabiex jistabbilixxi dawk is-siltiet mit-testi li joħroġ ċar li huma jew b'saħħithom jew dgħajfin. |
|
96. |
Mil-lat tal-valur miżjud Ewropew, janalizza l-benefiċċju potenzjali tal-azzjoni futura tal-Unjoni billi jipprovdi s-servizzi li ġejjin (xi wieħed minnhom jew kollha) lill-Kumitati tal-Parlament Ewropew, bl-għajnuna ta' għarfien espert minn barra meta jkun meħtieġ:
|
A.3. Kodeċiżjoni u kunsens fil-qasam tal-politika esterna
|
97. |
Adattament ieħor li l-introduzzjoni tat-Trattat ta' Lisbona għamlet neċessarju jikkonċerna l-qasam tal-politika esterna. Kull ftehim kummerċjali issa huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, filwaqt li l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni (CCP) huma suġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. F'dan il-kuntest, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali adotta 40 rapport leġiżlattiv, li fosthom ta' min isemmi l-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA), is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ), il-Ftehimiet Bilaterali ta' Investiment, l-Omnibus I u l-Omnibus II (li jallinjaw il-leġiżlazzjoni kummerċjali tal-Unjoni mat-Trattat ta' Lisbona). |
A.4. Titjib fis-servizzi marbutin mas-Sessjoni Plenarja
|
98. |
Rigward l-ativitajiet marbutin mas-Sessjoni Plenarja, sar tfassil mill-ġdid tal-applikazzjonijiet li jiġġestixxu l-mistoqsijiet Parlamentari u d-dikjarazzjonijiet bil-miktub u reviżjoni tal-proċeduri interni maħsubin għall-verifika tal-ammissibbiltà tagħhom, kif ukoll tfassil mill-ġdid tal-applikazzjoni li tiġġestixxi l-CRE (rapport verbatim tad-diskussjonijiet). |
|
99. |
Is-servizz ta' abbozzar leġiżlattiv ittejjeb bis-saħħa tal-iżvilupp ta' għodda ta' għajnuna għall-abbozzar leġiżlattiv kif ukoll il-ħolqien ta' proċeduri ta' adozzjoni minn qabel għall-ftehimiet fl-ewwel qari f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
A.5. Inizjattivi taċ-ċittadini
|
100. |
Fid-19 ta' Novembru 2012, il-Bureau ddeċieda dwar emendi għar-regoli tal-Parlament Ewropew rigward seduti ta' smigħ li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Parlament ikun jista' jiżvolġi r-rwol tiegħu b'rabta mal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li jkunu ta' suċċess (22). |
B. Strateġija ta' komunikazzjoni u tħejjija għall-kampanja ta' informazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014
B.1. Attivitajiet organizzati fil-livell ċentrali
|
101. |
Waqt il-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2012, il-Bureau adotta l-linji gwida politiċi tal-kampanja istituzzjonali ta' informazzjoni u komunikazzjoni bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2014, kampanja li se tiffoka fuq tliet temi ċentrali: il-politika fil-Parlament Ewropew, l-azzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-valuri tal-Parlament Ewropew. L-għan tal-kampanja hu li tissensibilizza liċ-ċittadini:
|
|
102. |
Matul l-2012, il-Parlament iffoka l-isforzi tiegħu fuq it-tħejjijiet għall-kampanja ta' informazzjoni istituzzjonali għall-elezzjonijiet tal-2014. Barra intensifikazzjoni tal-attivitajiet ta' informazzjoni trasversali — żieda fin-numru ta' seminars għall-ġurnalisti kemm fi Brussell kif ukoll fl-Istati Membri, żieda fin-numru ta' forums reġjonali ta' diskussjoni fl-Istati Membri — għadd ta' proġetti kbar twasslu fi tmiemhom jew ġew riveduti u oħrajn tnedew kif deskritt hawn taħt. |
|
103. |
Diġà ttieħdu passi biex jiġu intensifikati l-attivitajiet ta' monitoraġġ tal-midja, bi proġett pilota li jikkonċerna l-kopertura mil-lat kwantitattiv u għall-ewwel darba wkoll mil-lat kwalitattiv tas-sessjonijiet plenarji li se jsiru matul l-aħħar erba' xhur tal-2012. |
|
104. |
Sar ukoll progress fl-iżvilupp ta' strateġija integrata għall-viżitaturi, bl-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' riżervazzjoni bbażata fuq l-Internet (VISEP) u l-għodda ġdid ta' informazzjoni (Visitor Kit) maħsuba biex titqassam lill-viżitaturi. F'dak li għandu x'jaqsam mal-viżitaturi, il-metodi ta' ħidma ġew adattati biex jikkonformaw mar-regoli riveduti fil-qasam adottati mill-Bureau fi tmiem l-2011. Il-Parlamentarium għalaq l-ewwel sena tiegħu f'Ottubru 2012, wara li laqa' total ta' 253 000 viżitatur, fattur li jagħmlu waħda mill-aktar attrazzjonijiet turistiċi popolari fi Brussell. |
|
105. |
Bħala parti mill-isforzi biex tiżdied il-viżibbiltà tal-Parlament fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2014, il-programm eżistenti ta' għotjiet annwali ġie rivedut u minflok tnieda programm ta' għotjiet multiannwali għas-sħab qafas, immirat lejn is-sensibilizzazzjoni fil-konfront tal-Parlament Ewropew, l-aktar dwar ir-rwol u n-natura politika tiegħu, kif ukoll lejn it-tixrid tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet li jwettaq. Ingħataw għotjiet fl-oqsma tat-televixin, tar-radju, ta' proġetti bbażati fuq l-Internet jew ta' avvenimenti speċifiċi, lil organizzazzjonijiet b'kapaċità finanzjarja u operattiva kbira biżżejjed. |
|
106. |
Barra minn hekk, it-tiġdid tas-sit tal-internet tal-Europarl tlesta fl-2012 u issa għadd ta' servizzi ġodda saru disponibbli għall-viżitaturi, fosthom in-Newshub, pjattaforma ġdida li turi d-dibattitu fi ħdan l-istituzzjoni billi tintegra n-netwerks soċjali ġestiti mill-Membri. |
B.2. Eqreb taċ-ċittadini permezz tal-Uffiċcji tal-Informazzjoni
|
107. |
Matul is-sena, il-ħidma ffukat fuq il-ħolqien ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni għad-diskussjoni politika bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew, iċ-ċittadini u l-partijiet interessati bl-għan li jintlaħqu speċifikament reġjuni fejn tema ta' leġiżlazzjoni li tkun qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew tkun ta' rilevanza partikolari għaċ-ċittadini ta' dak ir-reġjun. B'dan il-għan, fl-2012 saru 30 forum ta' diskussjoni reġjonali u 2 forums transkonfinali. |
|
108. |
Fl-2012, l-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew komplew ikabbru netwerk sod mal-partijiet interessati fl-Istati Membri kif ukoll mal-grupp speċifiku taż-żgħażagħ. B'riżultat tal-attivitajiet tagħhom, stabbilixxew netwerk robust, b'mod partikolari mal-iskejjel fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. |
|
109. |
S'issa n-numru totali ta' skejjel qabeż il-55 000, ammont li jirrappreżenta 'l fuq minn 21 miljun student. In-numru ta' partijiet interessati, b'mod partikolari dawk relatati mal-leġiżlazzjoni, ukoll qed jikber b'mod kontinwu. Dawn in-netwerks ("Friends of Europe") qed jikbru b'mod kostanti u għandhom jibqgħu jinbnew bħala kanali privileġġati u speċifiċi ta' komunikazzjoni għall-Parlament u l-Membri tiegħu. |
|
110. |
Mill-2012 'l hawn, l-Uffiċċji tal-Informazzjoni kollha għandhom profil fuq il-Facebook. Xi uffiċċji jużaw għodod oħra ta' midja soċjali bħall-Flickr u l-YouTube u jorganizzaw attivitajiet speċifiċi mmirati lejn il-bloggers. Il-midja soċjali rriżultaw bħala mezz eċċellenti biex jestendu d-dibattitu, billi jisfruttaw l-effett tan-netwerking u billi jlaqqgħu flimkien direttament liċ-ċittadini mal-Membri u mal-ħidma tal-Parlament. Pereżempju, avveniment wieħed organizzat minn Uffiċċju tal-Informazzjoni partikolari fis-sajf tal-2012 irnexxielu jilħaq l-140 000 kont Twitter u ġġenera 928 000 impressjoni. Inħoloq netwerk ta' "korrispondenti tal-midja soċjali" li jinkludi lill-Uffiċċji tal-Informazzjoni kollha. |
|
111. |
Bħalissa l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni qed jimplimentaw proġett pilota dwar il-midja soċjali li jismu "Share Europe Online" fis-17-il Stat Membru li għandhom Spazju Pubbliku Ewropew (EPS) stabbilit. Il-proġett, li jinkludi mmappjar dettaljat tal-midja soċjali fis-27 Stat Membru, qed jiġi implimentat bl-għajnuna tal-hekk imsejħin "Editorial Community Managers" li xogħolhom hu li jipprovdu taħriġ, assistenza u konsulenza dwar attivitajiet ta' midja soċjali lill-persunal tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament. Xogħolhom hu li jwettqu wkoll monitoraġġ kontinwu tal-pajsaġġ tal-midja soċjali fl-Istati Membru dwar firxa ta' temi u li jirrappurtaw lura dwar ir-riżultati tagħhom. |
B.3. Europarl TV
|
112. |
Waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2012, il-Bureau approva l-proposti segwenti għall-futur tal-Europarl TV.
|
|
113. |
Barra minn hekk, il-kooperazzjoni ma’ kumpaniji ta’ televiżjoni kbar fl-Ewropa żdid b’mod sinifikanti matul is-sena, u dan iggarantixxa viżibilità akbar għall-istituzzjoni. Dan jidher li se jkun kanali ta’ komunikazzjoni partikolarment utli għall-kamapnja ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2014. |
B.4. Il-progress imwettaq għal dak li jikkonċerna l-proġett tad-“Dar tal-Istorja Ewropea”
|
114. |
Fl-2012, sar progress f’oqsma differenti fir-rigward tal-wirja permamenti futura, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-parti narattiva tagħha, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ ġbir, l-offerta ta’ diżinn tal-wirja u l-iżvilupp ta’ prinċipji ta’ servizz faċli għall-viżitatur. F’dan il-kuntest, il-Bureau adotta l-kunċett tal-punti ġenerali tal-wirja permanenti matul il-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2012. |
|
115. |
Id-deċiżjoni li l-Premju Nobel jingħata lill-Unjoni Ewropea f'Ottubru 2012 kien, fih innifsu, mument storiku u jfakkar lill-Unjoni Ewropea fl-eruq intellettwali u l-prinċipji kostituttivi. Għalhekk, kamra speċifika fid-Dar tal-Istorja Ewropea se tkun iddedikata għal dan il-premju fejn se jiġu esposti l-medalja u ċ-ċertifikat tal-premju. |
|
116. |
Għal dak li jikkonċerna s-sistemazzjoni tal-bini Eastment fejn se jinstab il-proġett, il-permess tal-Ambjent inkiseb f'Mejju 2012 u l-permess għall-ippjanar urban inkiseb fis-6 ta' Novembru 2012. Barra minn hekk, insegwitu tal-iffirmar tal-kuntratt għar-rinnovament tal-bini f'Settembru 2012, ix-xogħlijiet ta' rinnovament bdew u għandhom jitlestew sal-aħħar ta' April’2014. |
C. Bidliet istituzzjonali li rriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona u l-adeżjoni tal-Kroazja
C.1. Ilqugħ ta’ 18-il Membru ġdid
|
117. |
Waqt il-laqgħat tiegħu ta’ Diċembru 2008 u ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill Ewropew kien iddeċieda li fil-każ tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona wara l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2009, għandhom jiġu adottati miżuri tranżitorji mill-iktar fis sabiex jiżdied in-numru totali tal-Membri minn 736 għal 754 minn issa sal-aħħar tal-leġiżlatura 2009-2014. Peress li din il-miżura tranżitorja daħlet fis-seħħ biss fl-1 ta’ Diċembru 2011, l-impatt sħiħ tagħha, b’mod partikolari fil-qasam baġitarju, inħass fuq is-sena 2012. It-18-il Membru l-ġdid ġew b’hekk milqugħa u użaw minnufiħ il-prerogattivi kollha tagħhom. |
C.2. Tħejjija għat-tkabbir li jmiss għall-Kroazja
|
118. |
Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew iffirma t-trattat tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013. Fid-dawl ta’ dan it-tkabbir il-ġdid, il-Parlament wettaq il-preparazzjonijiet neċessarji għal dan l-għan, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aġenti kuntrattwali Kroati (23). Il-prijorità ngħatat għall-istabbiliment tas-servizzi lingwistiċi fejn l-esperjenza tat-tkabbir preċedenti wriet li l-kwistjoni tar-reklutaġġ kienet l-iktar kompettitiva. L-Unità ta’ traduzzjoni Kroata l-ġdida kienet, sal-aħħar tal-2012, kompletament mimlija b'38 aġent kuntrattwali reklutat jiġifieri 27 traduttur u 11-il assistent, il-kabina Kroata kellha 10 interpreti (4 interpreti addizzjonali se jiġu reklutati f’2013) u 9 assistenti Kroati addizzjonali ġew reklutati fis-servizzi ġenerali relatati mal-interpretazzjoni. |
|
119. |
Mill-1 ta’ April 2012, il-Parlament laqa’ 12-il osservatur Kroat, magħżula mill-Parlament nazzjonali, sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċeduri u l-metodi tal-funzjonament tal-Istituzzjoni. Huma jsiru Membri kompleti fl-1 ta’ Lulju 2013. Għal dak li jikkonċerna l-ftuħ ta’ uffiċċju fil-Kroazja, ara t-taqsima dwar il-politika tal-proprjetà immobbli hawn taħt. |
D. Tkomplija tal-implimentazzjoni ta' programmi plurijennali mmirati lejn ir-razzjonalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-setturi ewlenin tal-amministrazzjoni tal-Parlament
D.1. Il-politika tal-proprjetà immobbli
|
120. |
Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija immobiljari fuq żmien medju adottata mill-Bureau fl-24 ta’ Marzu 2010, ġew approvati jew implimentati diversi proġetti għall-2011, hekk kif deskritti hawn isfel. |
|
121. |
Ix-xogħlijiet fil-bini Trèves I tlestew f’April 2012 u r-rilokazzjonijiet illiberaw spazju fil-bini Paul-Henri Spaak (PHS) u Atrium. Dak l-ispazju ntuża bil-kbir sabiex jiġu riallokati postijiet ta’ xogħol miż-żona A fil-Bini PHS (temporanjament mhux aċċessibbli minħabba problemi fl-istruttura tal-bejt tal-Kamra) |
|
122. |
Insegwitu ta’ stħarriġ tas-suq tal-proprjetà għat-tfittxija ta’ crèche oħra, il-Kumitat għall-Proprjetà Immobbli ddeċieda fit-2 ta’ Ottubru 2012 li jipproponi l-għeluq tal-proċedura billi kkonstata li l-ebda offerta aċċettabbli ma ngħatat minħabba li l-prezz mitlub kien wisq għoli. L-isforzi biex tinstab soluzzjoni għal crèche oħra għadhom għaddejja u 3 alternattivi oħra ġew preżentati fill-Kumitat. |
|
123. |
Insegwitu ta’ ftehim mal-proprjetarju tal-bini Montoyer 70 fuq kera għal żmien twil bil-fakultà ta' xiri u l-ftehim tal-Bureau fl-14 ta’ Novembru 2011 kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits fil-12 ta’ Diċembru 2011, il-kuntratt ta’ kiri tal-bini Montoyer 70 u t-talba li tiġi eżerċitata l-fakultà ta’ xiri ġew iffirmati fil-15 ta’ Diċembru 2011. Il-Parlament sar proprjetarju mal-iffirmar tal-att notarili li seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2012. |
|
124. |
Pjan ta’ okkupazzjoni li jippermetti li tiġi definita l-okkupazzjoni fuq medda ta’ żmien medju tal-bini ġie mfassal abbażi tal-previżjonijiet plurijennali u r-regoli ta’ oppukazzjoni tal-ispazju (ratio okkupat/dritt: 93,6 %); dan ir-ratio jikkonċerna Brussell u jfisser defiċit ta’ 6,4 % li huwa kondiviż b’mod ekwu minn kulħadd — Is-Segretarjat ġenerali u l-Gruppi Politiċi. |
|
125. |
Għal dak li jikkonċerna l-proġett Konrad Adenauer, l-unitajiet ta’ appalt kollha fis-sejħa għal offerti tal-2011 kienu ddikjarati bla suċċess. Għall-ġestjoni ta’ din is-sitwazzjoni u sabiex tiġi faċilitata t-tkomplija tal-proġett, ftehim ta’ sħubija msaħħa, iffirmat fil-bidu tal-2012, issupplimenta l-ftehim qafas bejn l-awtoritajiet Lussemburgiżi u l-Parlament Ewropew. Fil-kuntest tax-xogħol imwettaq fi ħdan din is-sħubija, ftehim ġie konkluż mal-maniġment tal-proġett għal studju dwar it-tfaddil tekniku fil-proġett u tnedija mill-ġdid tas-sejħa għal offerti għall-istruttura fis-sit tal-lvant billi jiġu integrati dawn il-miżuri ta’ tfaddil. Din is-sejħa għal offerti tnediet mill-ġdid bil-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-26 ta' Settembru 2012. Huwa mistenni li l-kuntratti jingħataw fir-rebbiegħa tal-2013 u l-bidu tax-xogħol huwa previst fis-sajf. |
|
126. |
Barra minn hekk, twettqet analiżi dettaljata tal-prestazzjoni ġenerali tal-maniġment tal-proġett fil-fażi ta’ studju u ta’ twittija tal-art u l-konklużjoni ta’ din kienet li kien preferibbli li r-relazzjoni mal-maniġment tal-proġett tintemm. Għalhekk, ġie deċiż li tinħareġ sejħa għal offerti ġdida għall-monitoraġġ tax-xogħol ta’ kostruzzjoni, biex b’hekk kumpaniji oħra jkunu jistgħu jintgħażlu, abbażi ta’ organizzazzjoni u prestazzjonijiet imsaħħa. |
|
127. |
L-adeżjoni tal-Kroazja hija skedata għall-1 ta’ Lulju 2013. Insegwitu ta’ deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ Marzu 2012, beda stħarriġ tas-suq tal-proprjetà f’Żagreb flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiġi identifikata fi żmien utli proprjetà immobbli li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ Dar tal-Ewropa. Matul dan l-istħarriġ, il-bini “Ban Centar” ġie identifikat u l-Bureau, matul il-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2012, approva l-iffirmar ta’ kuntratt ta’ kiri għal tul ta’ żmien ta’ għaxar snin (5+5). Dan għandu erja totali li hija utli ta’ 1 721,42 m2, li 671 m2 minnhom huma intiżi għall-Parlament. Ix-xogħlijiet għandhom jintemmu għall-aħħar tax-xahar ta’ Mejju 2013, li jfisser li l-ftuħ tagħha se jkun possibbli qabel id-data ta’ adeżjoni tal-Kroazja, prevista fl-1 ta’ Lulju. |
|
128. |
Għal dak li jikkonċerna l-uffiċċju f’Sofja, il-konvenju għax-xiri tal-bini l-ġdid ġie ffirmat fis-7 ta’ Lulju 2011 għal ammont ta’ EUR 9 miljun. Minħabba x-xogħol magħmul ħażin li jaffettwa l-istabilità tal-bini u parzjalment minħabba s-sigurtà għal dak li jikkonċerna n-nar, ma kienx possibbli li l-bini jiġi aċċettat fl-2011. F’Mejju 2012, fid-dawl ta' proċedimenti għal xogħol magħmul ħażin u fid-dawl ta' kalkoli mill-ġdid tal-istruttura, il-bejjiegħ aċċetta li jwettaq ix-xogħol ta’ rinfurzar neċessarju bi spiża tiegħu. Dan ix-xogħol strutturali addizzjonali twettaq fil-bidu ta’ Diċembru 2012. Ix-xogħlijiet li jikkonċernaw is-sistemazzjoni fil-bini għandhom jintemmu fl-ewwel sal l-aħħar tax-xahar ta' Marzu 2013. |
|
129. |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni progressiva tal-politika ta’ manutenzjoni l-ġdida, il-proċeduri u l-klawsoli tekniċi tal-kuntratti futuri ta’ manutenzjoni ġew ikkompletati u armonizzati, wara li sar awditu estern. Barra minn hekk, l-awditu ta’ manutenzjoni ppermetta wkoll li jitniedu, fost oħrajn, il-proċeduri li ġejjin:
|
|
130. |
Ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni meħtieġ minħabba l-fatt li l-bini huwa qadim jikkonsisti fil-biċċa l-kbira fis-sostituzzjoni ta' parti kbira mill-installazzjonijiet tekniċi u twieqi kif ukoll is-sostituzzjoni jew l-arranġament mill-ġdid tat-tagħmir. Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Bini, it-Trasport u l-Parlament Ekoloġiku ġie inkarigat f’Marzu 2012 janalizza s-sitwazzjoni u jippreżenta r-rakkomandazzjoni lill-Bureau għall-bidu tal-2013. |
|
131. |
Insegwitu tal-iskoperta ta’ kunsenturi fit-travi tas-safaq fil-bejt tal-Kamra matul spezzjonijiet, imwettqa bħala parti mill-politika l-ġdida li jitwettqu spezzjonijiet u li jkun hemm manutenzjoni prventiva tal-infrastruttura tal-Parlament, ġie deċiż li ż-żona A tal-Bini Paul-Henri Spaak (PHS) tingħalaq temporanjament. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ittieħdu immedjatament miżuri ta’ preservazzjoni tal-bini u ta’ monitoraġġ kwalitattiv sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-proprjetà. B’mod parallel, konsulenti fil-qasam tal-enġinerija kienu mqabbda jipproduċu studji bil-ħsieb li jiġi determinat x’ġara u x’tiswijiet hemm bżonn. L-għażla kienet tikkonsisti fl-indisponibilità tal-Kamra sas-sessjoni ta’ Novembru 2013 kif ukoll tal-uffiċċji evakwati fiż-żona A. |
D.2. Il-politika ambjentali
|
132. |
Fit-28 ta’ Marzu 2012, il-Bureau qabel mal-bżonn li tiġi promossa Aġenda Ekoloġika Ambizzjuża intiża sabiex tagħti impetus ġdid lill-politika tal-EMAS (24), fid-dawl tal-fatt li l-akbar tnaqqis ġej mill-oqsma tal-konsum ta’ enerġija ta’ bini, assi fissi u trasport ta’ persuni. Sabiex tiġi implimentata din l-Aġenda Ambjentali Ambizzjuża ttieħdu numru ta’ azzjonijiet u oħrajn se jkunu żviluppati fil-futur qrib. |
|
133. |
Permezz tal-politika ambjentali ambizzjuża, il-Parlament ta eżempju fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima billi implimenta strateġija globali ta' tnaqqis u ta' newtralizzazzjoni tal-marka tal-karbonju tiegħu. Il-Parlament Ewropew stabilixxa objettiv ta’ tnaqqis ta’ 30 % għall-2020 (li għalih tnaqqis ta’ 23 % diġà nkiseb fl-2012), sar mexxej fil-ġestjoni tal-emissjonijiet tiegħu tas-CO2 billi jiġġestixxi l-marka tal-karbonju tiegħu f’osservanza tal-istandards l-aktar stretti (ISO 14064:2006 u Bilan Carbone®) u jinnewtralizza l-emissjonijiet residwi li ġejjin mill-bini, mill-vjaġġi tal-persunal u mill-karozzi uffiċjali bi krediti tal-aqwa kwalità (Gold Standard) li jippermettu ż-żamma tat-traċċi kompleta u kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli. |
|
134. |
Barra minn hekk, il-Parlament sar wieħed mill-istituzzjonijiet l-aktar avvanzati fil-qasam tar-rispett u tal-osservanza tar-regoli ambjentali. F’dan il-kuntest, is-sejħa għal offerti "Environmental Consultancy in carbon emissions" u "Verification of the carbon footprint" ġew iffirmati rispettivament fid-9 ta’ Lulju u fit-3 ta’ Awwissu 2012. Dawn is-sejħiet għal offerti jippermettu li tiġi validata l-marka tal-karbonju tal-Parlament Ewropew fil-konfront tal-istandard ISO 14064:2006 u l-metodoloġija Bilan Carbone®. |
|
135. |
Barra minn hekk, fil-qasam tal-kumpens tal-emissjonijiet CO2, ġie ffirmat kuntratt fl-4 ta’ Diċembru 2012, insegwitu tar-riżultati ta’ sejħa għal offerti, sabiex jiġu newtralizzati l-emissjonijiet ta’ parti mill-marka tal-karbonju tal-Parlament ma’ krediti ta’ kumpens tal-ogħla kwalità (Gold Standard) u bi prezz favorevoli ħafna. |
|
136. |
Barra minn hekk, il-politika ambjentali saret għodda ta’ ġestjoni u ta’ titjib kostanti fl-attivitajiet ta’ kuljum ta’ ġestjoni ta’ infrastruttura u tal-loġistika. B’mod aktar partikolari, l-aspett ambjentali huwa sistematikament integrat fil-proġetti l-ġodda permezz ta’ studji u ta’ awditi fuq l-enerġija. Pereżempju:
|
D.3. Tkomplija tal-modernizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni
|
137. |
Id-diġitalizzazzjoni qed tipproċedi b’mod rapidu: numru kbir ta’ dokumenti ġew prodotti fil-format XML, b’mod partikolari għall-applikazzjoni ta’ emendi leġiżlattivi, E-committee tnieda għall-kumitati parlamentari kollha, u nħolqu metadata (Eurovoc descriptors) għal tipi diversi tal-kontenut tal-programm Knowledge Manangement. Fl-istess ħin, il-mezzi multisostenn ta’ stampar tradizzjonali ma ġewx traskurati u ġew aġġornati u diversifikati. |
|
138. |
Fil-livell tal-ġestjoni tal-infrastruttura, kontroll aqwa ta’ inċidenti kritiċi (rendiment, sigurtà) irriżulta fl-integrazzjoni aktar armonjuża tal-operazzjonijiet ta’ netwerk mal-operazzjonijiet ta’ server. Sar progress fil-qasam tas-sigurtà (żvilupp tad-difiża firewall tal-ewwel linja u postijiet ta’ superviżjoni) u ta’ validazzjoni tal-arkitettura u t-teknoloġiji ta’ proġetti. It-telefons gew konvertiti għall-protokoll Voice-Over-Internet għall-Membri u l-gruppi politiċi, qabel l-estensjoni għall-bqija tal-istituzzjoni Il-modernizzazzjoni tal-kejbils seħħet fuq skala kbira u l-kopertura tal-mowbajl u l-WiFi ġiet estiża. |
D.4. Il-programm “paperless” eCommittee/eMeeting
|
139. |
L-applikazzjoni eMeeting hija komponent tal-programm Paperless li tagħmel disponibbli dokumenti tal-laqgħa tal-kumitat f’format elettroniku faċli għall-utent, li jippermetti l-konsultazzjoni, it-teħid ta’ notamenti u l-kondiviżjoni ta’ dokumenti f’kwalunkwe ħin, f’kwalunkwe post u fuq kwalunkwe apparat. L-applikazzjoni eMeeting tnediet fl-2012 f’verżjoni ta’ testjar fi tliet kumitati (JURI, DEVE, BUDG) u għandha tkun disponibbli għall-kumitati kollha u fuq kull tip ta’ apparat fl-2013. |
|
140. |
Fir-rigward tal-applikazzjoni eCommittee, minn Frar 2012 il-kumitati kollha jużaw spazju ta’ xogħol intiż għall-Membri, is-segretarjati tal-kumitati, il-persunal tal-grupp politiku u oħrajn li jridu jsegwu x-xogħol tal-kumitati. Kull kumitat għandu s-sit tiegħu u dan jikkontribwixxi sabiex jiżdiedu it-trasparenza u l-effikaċja tax-xogħol. |
D.5. Relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali/ mezz ta’ vidjokonferenza
|
141. |
Proġett pilota għall-vidjokonferenza tnieda fl-2012 u dan wera l-fattibbiltà tal-provediment tal-vidjokonferenzi fil-Parlament Ewropew li fir-rigward tal-kwalità tal-awdjo, il-vidjo u s-sinkronizzazzjoni tagħhom huma adatti sabiex jintużaw bl-interpretazzjoni. L-infrastruttura li ġiet żviluppata u mqiegħda fi tliet kmamar ta’ laqgħat hija nonproprjetarja u tippermetti interoperabilità massima. Fl-2013, se jkun possibbli li jiġu organizzati vijokonferenzi fuq skala kbira multipoint-point, mingħajr limitazzjonijiet għal dak li jikkonċerna l-lingwi li jistgħu jiġu użati f’kull sit distanti, għalkemm in-numru ta’ lingwi interpretati provduti se jibqa’ limitat għal tlieta. |
|
142. |
Madankollu hemm diversi diffikultajiet li wieħed għandu jinnota. Id-diffikultà prinċipali hija li l-kwalità meħtieġa għall-organizzazzjoni effikaċi tal-vidjokonferenzi li huma adatti għall-laqgħat b'interpretazzjoni tista' tiġi garantita biss jekk is-sħab li magħhom hija organizzata l-vidjokonferenza jkollhom apparat li jilħaq l-istess standards tekniċi u jekk il-konnessjoni bejn il-partijiet differenti hija ta' medda ta’ frekwenzi suffiċjenti. Attwalment ftit mill-Parlamenti Nazzjonali għamdhom apparat ta’ dan it-tip, għalkemm tali apparat flimkien mal-medda ta’ frekwenza neċessarja jistgħu jinkrew fuq bażi ad hoc. |
D.6. Ġestjoni tal-għarfien
|
143. |
Il-Parlament Ewropew attwalment qiegħed jiżviluppa s-sistema tiegħu għall-ġestjoni tal-għarfien. Il-ġestjoni tal-għarfien timmira li tirrazzjonalizza u tissemplifika l-aċċess u l-użu tal-informazzjoni relatata mal-ħidma tal-Parlament Ewropew: portal uniku ta' aċċess għal diversi sorsi, tiftix kontestwalizzat u l-ġestjoni ta' spazju kollaborattiv huma l-pilastri ta' dan il-programm. Il-kunċett ġie ddefinit kompletament fl-2012 u saru l-ewwel passi lejn l-implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikolari l-ħruġ tal-Portal għall-Ġestjoni tal-Għarfien. |
D.7. Ristrutturazzjoni fil-fond tas-servizzi tas-sikurezza
|
144. |
Fil-qafas tal-Kunċett tas-Sigurtà Globali, adottat mill-Bureau waqt il-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011, fl-2012 seħħew dawn l-iżviluppi li ġejjin:
|
|
145. |
Għandu jiġi nnutat ukoll li, waqt il-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2012, il-Bureau approva r-raba' fażi ta' internalizzazzjoni tas-servizzi ta' sigurtà, b'mod konformi mad-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-2010 u fl-2011 għall-internalizzazzjoni ta' diversi funzjonijiet essenzjali tas-servizzi ta' sigurtà, bħall-ġestjoni tas-sigurtà, l-akkreditament u l-kontroll strateġiku. Din ir-raba' fażi għandha titnieda fi Brussell fil-bidu tal-2013 u se tiġi ffinalizzata wara perjodu ta' madwar sentejn. Fi Strasburgu, il-proċess ta' internalizzazzjoni se jitnieda lejn Ġunju 2014 u għandu jdum madwar sena (Ġunju 2015), meta jkunu jistgħu jitwettqu sinerġiji bejn Brussell u Strasburgu, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tat-timijiet ta' aġenti bbażati fi Strasburgu b'aġenti bbażati fi Brussell matul is-sessjonijiet plenarji. Is-sostituzzjoni progressiva tal-aġenti ta' sigurtà esterni se ssir permezz tar-reklutaġġ ta' persunal kuntrattwali (80 fl-2013 u 180 fl-2014) u mhux se jkollha effett fil-livell baġitarja peress li se tkun akkumpanjata bi tnaqqis ta' approprjazzjonijiet ekwivalenti fl-intestatura tal-forniment ta' servizzi kkonċernata. |
E. Miżuri oħra ta’ modernizzazzjoni
E.1. Ġestjoni tal-prijoritajiet tas-Segretarjat Ġenerali
|
146. |
Ġie adottat programm ta' ħidma amministrattiva ġdid għall-perjodu 2012-2014, li jintegra l-orjentazzjonijiet politiċi ewlenin stabbiliti mill-President li, min-naħa tagħhom, jinqasmu f'attivitajiet u proġetti speċifiċi li għandhom jiġu implimentati. Parti oħra ta' dan il-programm tippreżenta l-attivitajiet u l-proġetti speċifiċi li għandhom jiġu implimentati minn kull Direttorat Ġenerali. Id-Direttorat Ġenerali kollha jippreżentaw regolarment rapporti dwar l-istat ta' progress tal-proġetti kruċjali tagħhom. |
E.2. Ġestjoni finanzjarja u baġitarja
|
147. |
Twaqqaf grupp ta' ħidma bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits rigward il-baġit tal-Parlament, bil-ħsieb li jipproponi rakkomandazzjonijiet intenzjonati biex tiżdied l-effikaċja tal-użu tar-riżorsi baġitarja mingħajr ma ssir ħsara għall-iżvolġiment tajjeb tal-attivitajiet Parlamentari. Il-grupp ta' ħidma ressaq proposti intenzjonati biex jitnaqqsu b'5 % l-ispejjeż ta' vvjaġġar tal-Membri u tal-uffiċjali, proposti li ġew adottati mill-Bureau waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Settembru 2012. Il-grupp ta' ħidma ppropona wkoll it-twettiq ta' trasferiment ta' tlaqqit (ara t-tabella 8.b) u beda janalizza r-riżultati ta' studji komparattivi bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ta' ħames Stati Membri, kif ukoll tal-Kungress tal-Istati Uniti. Matul l-2013, se jiġu ppreżentati rakkomandazzjonijiet lill-Bureau. |
E.3. Ġestjoni tar-riżorsi umani
|
148. |
It-twaqqif ta' Direttorati għar-Riżorsi f'9 mill-11-il Direttorat Ġenerali kkontribwixxa għaż-żieda tal-effikaċja tal-ġestjoni tar-riżorsi umani f'livell differenti u ffaċilita l-komunikazzjoni bejniethom u d-Direttorat Ġenerali tal-Persunal. |
|
149. |
Barra minn hekk, fi Frar 2012 inħarġet applikazzjoni ġdida e-CV (Curriculum vitae online) bil-għan li tgħin speċifikament lil min hu responsabbli għar-riżorsi umani fil-Parlament fit-tiftix tagħhom ta' kompetenzi partikolari għall-karigi jew missjonijiet speċifiċi. |
|
150. |
Tkompliet il-politika ta' internalizzazzjoni ta' ċerti setturi strateġiċi intenzjonata biex tippermetti ġestjoni aktar effikaċi u tnaqqas id-dipendenza tal-Parlament fil-konfront ta' fornituri ta' servizzi esterni għall-eżekuzzjoni ta' funzjonijiet kruċjali. F'dan ir-rigward, il-Bureau ddeċieda nhar il-11 ta' Ġunju 2012 li joħloq karigi ta' aġenti kuntrattwali (80 fl-2013 u 180 fl-2014) sabiex titkompla l-internalizzazzjoni tas-servizzi ta' sigurtà u nhar it-2 ta' Lulju li joħloq 60 kariga permanenti fuq sentejn (2013 u 2014) għall-internalizzazzjoni ta' ċerti servizzi relatati mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn l-internalizzazzjonijiet mhux se jkollhom effett fil-livell baġitarju peress li se jkunu akkumpanjati bi tnaqqis tal-approprjazzjonijiet fl-intestaturi tal-fornimenti ta' servizzi kkonċernati. |
E.4. Ġestjoni tal-arkivji
|
151. |
Matul il-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2012, il-Bureau adotta l-mudell il-ġdid ta' ġestjoni ta' dokumenti u arkivji. Dan il-mudell hu bbażat fuq l-identifikazzjoni tad-diversi stadji fiċ-ċiklu ta' ħajja tad-dokumenti u fuq ġestjoni xierqa taċ-ċiklu kollu kemm hu, aspett li għandu importanza kruċjali fit-titjib tal-effikaċja tas-sistema ta' arkivjar, jikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-traċċabilità u jippermetti li d-dokumentazzjoni tal-Parlament tinstab malajr. Jippermetti wkoll lill-Parlament jikkonforma b'mod aktar faċli mar-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti mill-pubbliku. |
F. L-evoluzzjoni globali fl-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali (gruppi politiċi inklużi)
|
152. |
B’kollox, inħolqu 147 kariga ġdida fl-2012 sabiex ikopru l-ħames bżonnijiet kbar spjegati kif ġej:
|
|
153. |
It-tibdiliet ewlenin li saru fl-organigramma u fil-ġestjoni tal-Parlament jinsabu spjegati fil-qosor fit-tabella hawn taħt. Tabella 11 Sommarju tar-ristrutturazzjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali fl-2012
|
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(3) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).
(4) L-Artikolu 13(1) u (4) tar-Regolament Finanzjarju.
(5) Artikoli 13(1), 13(2)(a) u 13(5) tar-Regolament Finanzjarju.
(6) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(7) Artikolu 24 — “Deċiżjoni tal-awtorità baġitarja”; Artikolu 43 — “Deċiżjoni tal-awtorità baġitarja għal trasferimenti li jinvolvu approprjazzjonijiet provviżorji” tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (KE Euratom) tal-25 ta’ Ġunju 2002.
(8) Deċiżjoni tal-istituzzjoni li tittrasferixxi approprjazzjonijiet f'artikolu partikolari.
(9) Trasferiment mill-partita “Ħlasijiet ta’ ċnus” għall-partita “Akkwist ta’ bini”.
(10) Il-vjaġġi relatati mas-sena finanzjarja 2012 jistgħu jiġu ddikjarati sal-31 ta' Ottubru 2013.
(11) NB: 754 Membru fl-2012 (736 fl-2011).
(12) Vjaġġ jiġi kklassifikat bħala "laqgħa tal-gruppi politiċi" anke jekk Membru jkun seta' sussegwentement jieħu sehem f'laqgħa ta' kumitat u viċeversa.
(13) Din il-Partita fil-biċċa l-kbira tirrigwarda lill-aġenti kuntrattwali.
(14) Din il-Partita fil-biċċa l-kbira tirrigwarda s-servizzi esterni ta' traduzzjoni.
(15) Ċifra riveduta fl-2012.
(16) Qorti tal-Awdituri, Ombudsman, iĊentru tat-Traduzzjoni, laqgħat tal-Kummissjoni f'Lussemburgu u, parzjalment, tal-Kumitat tar-Reġjuni.
(17) Il-grupp ta' funzjonijiet I jikkorrispondi għal kompiti manwali u ta' appoġġ amministrattiv, il-grupp ta' funzjonijiet II għal kompiti klerikali, segretarjat, ġestjoni ta' uffiċju u kompiti ekwivalenti oħra, il-grupp ta' funzjonijiet III għal kompiti eżekuttivi, abbozzar, kontabilità u kompiti tekniċi ekwivalenti oħra u l-grupp ta' funzjonijiet IV għal kompiti amministrattivi, ta' konsulenza, lingwistiċi u kompiti tekniċi ekwivalenti.
(18) NB: Id-dħul assenjat għal din il-partita, mill-kontribuzzjonijiet tal-ġenituri, żdied għal EUR 4 451 335.
(19) NB: Dawn l-indikaturi jirriflettu tqassim ġdid skont il-modulu ta' Streamline, u ma jistgħux jitqabblu direttament mad-dejta għall-2011.
(20) Medja kkalkulata abbażi ta' 754 Membru (għaldaqstant huma inklużi dawk il-Membri li għandhom kuntratti ta' assistenti akkreditati biss jew kuntratti ta' assistenti lokali biss).
(21) Dan il-kunċett ġdid għal-Librerija ġie adottat mill-Bureau fl-4 ta' Lulju 2011.
(22) Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija meqjusa bħala waħda ta' suċċess jekk l-organizzaturi jkunu ġabru miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ minn ċittadini li jkunu ġejjin minn tal-anqas tmien Stati Membri. Ladarba l-organizzaturi jkunu ressqu numru kbir biżżejjed ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u d-dikjarazzjonijiet rispettivi ta' verifika mill-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni tippubblika l-inizjattiva fir-reġistru tagħha — minn dan il-punt 'il quddiem, ir-regolament jipprevedi li l-Parlament Ewropew għandu tliet xhur biex jorganizza seduta ta' smigħ dwar il-kwistjoni.
(23) Ladarba ssir l-adeżjoni, il-Parlament se jipproċedi progressivament għas-sostituzzjoni ta’ dawn l-aġenti kuntrattwali permezz tar-reklutaġġ ta’ uffiċjali Kroati ladarba jkunu tlestew il-konkorsi tal-EPSO.
(24) Is-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali tal-Parlament.
ANNESS I
RENDIKONT TAT-TRASFERIMENTI TAT-TIP C MATUL IS-SENA FINANZJARJA 2012
|
(EUR) |
|||||
|
Nru |
Mill-/Għall- Kapitolu/Artikolu/Partita |
Intestatura |
Ammont trasferit 'il ġewwa |
Ammont trasferit 'il barra |
|
|
C1 |
mill-Partita |
2 0 0 1 01 |
Ħlasijiet ta’ ċnus: Il-Lussemburgu |
|
–2 000 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
Bini u nefqiet relatati |
|
|
|
|
għall-Partita |
2 0 2 2 03 |
Tindif u manutenzjoni: Brussell |
2 000 000 |
|
|
|
C2 |
mill-Partita |
1 0 1 0 02 |
Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali: rimborż ta’ spejjeż mediċi |
|
– 230 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
Membri tal-istituzzjoni |
|
|
|
|
għall-Artikolu |
|
Allowances Tranżitorji |
230 000 |
|
|
|
C3 |
mill-Kapitolu |
10 1 |
Riżerva ta' kontinġenza |
|
– 450 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
In-nefqa amministrattiva kurrenti |
|
|
|
|
għall-Partita |
2 3 2 0 01 |
Spejjeż legali u ħsarat: spejjeż legali |
450 000 |
|
|
|
C4 |
mill-Kapitolu |
10 1 |
Riżerva ta' kontinġenza |
|
–75 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni |
|
|
|
|
għall-Partita |
3 2 4 5 02 |
L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali: Premju Sakharov u spejjeż ta’ organizzazzjoni marbuta maċ-ċerimonja tal-imsemmi premju |
75 000 |
|
|
|
C5 |
mill-Kapitolu |
10 1 |
Riżerva ta' kontinġenza |
|
–9 985 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara |
|
|
|
|
għall-Partita |
2 1 0 0 02 |
Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: Telekomunikazzjonijiet |
7 926 000 |
|
|
|
għall-Partita |
2 1 0 0 03 |
Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: individwi u gruppi ta' utenti |
1 320 000 |
|
|
|
għall-Partita |
2 1 0 2 01 |
Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: Ċentru tal-kompjuter, telekomunikazzjonijiet u tagħmir u softwer |
739 000 |
|
|
|
C6 |
mill-Kapitolu |
10 1 |
Riżerva ta' kontinġenza |
|
–3 200 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
Persunal ieħor u servizzi esterni |
|
|
|
|
għall-Partita |
1 4 2 0 02 |
Servizzi esterni: traduzzjonijiet oħra u ttajpjar |
3 200 000 |
|
|
|
C7 |
mill-Kapitolu |
10 0 |
Approprjazzjonijiet proviżorji |
|
–10 192 015 |
|
|
1 0 0 4 02 |
Spejjeż għall-vjaġġi regolari: delegazzjonijiet parlamentari u istituzzjonijiet previsti fil-kuntest tal-Konvenzjoni ACP-UE, kif ukoll fil-kuntest tal-forum Ewro-Mediterranju |
|
–1 500 000 |
|
|
għall-Kapitolu |
|
Membri tal-istituzzjoni |
|
|
|
|
għall-Partita |
1 0 0 4 01 |
Spejjeż għall-vjaġġi regolari: sessjonijiet, kumitati u delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi u varji |
9 400 000 |
|
|
|
għall-Partita |
1 0 0 5 01 |
Spejjeż oħra għall-vjaġġi: Spejjeż oħra għall-vjaġġi |
2 292 015 |
|
|
|
C8 |
mill-Kapitolu |
10 0 |
Approprjazzjonijiet proviżorji |
|
–2 000 000 |
|
għall-Kapitolu |
|
Bini u nefqiet relatati |
|
|
|
|
għall-Partita |
|
Sistemazzjoni fil-bini: |
2 000 000 |
|
|
|
C9 |
mill-Kapitolu |
2 3 5 0 02 |
Telekomunikazzjonijiet: Strasburgu |
|
–98 924 |
|
mill-Partita |
2 3 5 0 03 |
Telekomunikazzjonijiet: Brussell |
|
–1 316 228 |
|
|
mill-Partita |
2 3 5 0 04 |
Telekomunikazzjonijiet: infiq b'rabta mat-telematika (abbonamenti, prezzijiet tal-komunikazzjoni u użu tan-netwerks telematiċi) |
|
–1 314 848 |
|
|
mill-Partita |
1 4 0 2 01 |
Interpreti għall-konferenzi: Interpreti u operaturi ta’ konferenzi |
|
–3 100 000 |
|
|
għall-Kapitolu |
|
Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara |
|
|
|
|
għall-Partita |
2 1 0 0 02 |
Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: Telekomunikazzjonijiet |
1 800 000 |
|
|
|
għall-Partita |
2 1 0 2 01 |
Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: Ċentru tal-kompjuter, telekomunikazzjonijiet u tagħmir u softwer |
4 030 000 |
|
|
|
C10 |
mill-Kapitolu |
|
Membri tal-istituzzjoni |
|
–2 697 516 |
|
mill-Kapitolu |
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
|
–14 480 000 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Persunal ieħor u servizzi esterni |
|
–8 085 000 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni |
|
– 280 000 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Bini u nefqiet relatati |
|
–5 065 000 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara |
|
– 900 000 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
In-nefqa amministrattiva kurrenti |
|
–1 887 136 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Laqgħat u konferenzi |
|
–3 666 387 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni |
|
–1 641 600 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Nefqa relatata ma’ ċerti istituzzjonijiet u ma’ ċerti korpi |
|
– 297 361 |
|
|
mill-Kapitolu |
|
Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari |
|
–6 000 000 |
|
|
għall-Kapitolu |
|
Bini u nefqiet relatati |
|
|
|
|
għall-Partita |
|
Ħlasijiet ta’ ċnus |
10 000 000 |
|
|
|
għall-Partita |
|
Akkwist ta’ bini |
35 000 000 |
|
|
|
TOTAL tal-ammonti trasferiti permezz ta’ trasferimenti tat-tip C |
80 462 015 |
–80 462 015 |
|||
ANNESS II
RENDIKONT TAT-TRASFERIMENTI P MATUL IS-SENA FINANZJARJA 2012
|
(EUR) |
||||
|
Nru |
Kapitolu / Artikolu / Partita |
Ammont |
||
|
Trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet kurrenti |
||||
|
P1 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
2 1 0 0 02 |
Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni Telekomunikazzjonijiet |
–3 517 300 |
|
|
għall-partita |
2 1 0 2 01 |
Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: Ċentru tal-informatika, it-telekomunikazzjonijiet u t-tagħmir u s-softwer |
3 517 300 |
|
|
P2 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
– 500 000 |
|
|
għall-partita |
3 2 4 1 01 |
Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali - Editjar |
500 000 |
|
|
P3 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
4 2 2 0 01 |
L-assistenza parlamentari : assistenti lokali |
– 500 000 |
|
|
għall-partita |
|
Telf mill-kambju |
500 000 |
|
|
P4 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
– 500 000 |
|
|
għall-partita |
3 2 4 1 01 |
Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali - Editjar |
500 000 |
|
|
P5 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
3 2 4 8 01 |
In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva : Il-koproduzzjoni u d-diffużjoni ta’ programmi awdjoviżivi |
–1 264 475 |
|
|
għall-partita |
3 2 4 2 02 |
Nefqiet għall-pubblikazzjoni, t-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi: informazzjoni elettronika (Internet) |
954 475 |
|
|
għall-partita |
3 2 4 5 01 |
L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali: Sussidji marbuta mal-organizzazzjoni ta’ symposia u seminars nazzjonali u internazzjonali għall-multiplikaturi tal-opinjoni għall-Istati Membri; l-ispiża għall-organizzazzjoni ta’ symposia u seminars parlamentari |
310 000 |
|
|
P7 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
4 2 2 0 01 |
L-assistenza parlamentari: assistenti lokali |
– 300 000 |
|
|
għall-partita |
|
Telf mill-kambju |
300 000 |
|
|
P8 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
2 0 0 0 01 |
Kirjiet: Il-Lussemburgu |
– 500 000 |
|
|
mill-partita |
2 0 0 0 03 |
Kirjiet: Brussell |
–1 900 000 |
|
|
mill-partita |
2 0 0 0 04 |
Kirjiet: Uffiċċji ta' Informazzjoni |
–1 353 000 |
|
|
għall-partita |
|
Akkwist ta’ bini |
3 753 000 |
|
|
P9 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
3 2 4 2 03 |
Nefqiet għall-pubblikazzjoni, t-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi: Osservatorju Leġiżlattiv (OEIL) |
–45 000 |
|
|
għall-partita |
3 2 4 1 02 |
Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali - Traduzzjoni |
45 000 |
|
|
Total tat-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet kurrenti |
10 379 775 |
|||
|
Trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat |
||||
|
P6 |
Taħt l-Artikolu |
|
||
|
mill-partita |
|
Ħlasijiet ta' ċnus: |
–88 924 943 |
|
|
għall-partita |
|
Akkwist ta’ bini |
88 924 943 |
|
|
Total tat-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat |
88 924 943 |
|||
|
Total tal-ammonti trasferiti permezz tat-trasferiment P |
99 304 718 |
|||
ANNESS III
IMPLIMENTAZZJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TAL-2012
|
(EUR) |
||||||
|
Partita |
Intestatura |
Approprjaz-zjonijiet inizjali |
Trasferimenti |
Approprjazzjonijiet definittivi |
Impenji |
% ta' użu |
|
|
Salarji |
69 880 000 |
– 700 000 |
69 180 000 |
69 107 538 |
99,9% |
|
|
Spejjeż għall-vjaġġi regolari |
64 203 310 |
7 900 000 |
72 103 310 |
72 103 309 |
100,0% |
|
|
Spejjeż oħra għall-vjaġġi |
4 488 082 |
2 292 015 |
6 780 097 |
6 778 861 |
100,0% |
|
|
Allowance għall-infiq ġenerali |
39 275 428 |
– 200 000 |
39 075 428 |
39 000 932 |
99,8% |
|
|
Allowances għat-twettiq tad-dmirijiet |
181 000 |
–4 000 |
177 000 |
173 914 |
98,3 % |
|
|
Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali |
3 282 540 |
– 630 000 |
2 652 540 |
2 399 615 |
90,5 % |
|
|
Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri Parlamentari li għandhom diżabilità |
384 000 |
– 100 000 |
284 000 |
241 864 |
85,2 % |
|
|
Allowances Tranżitorji |
490 000 |
110 000 |
600 000 |
566 485 |
94,4 % |
|
|
Pensjonijiet tal-irtirar |
11 084 000 |
– 951 016 |
10 132 984 |
10 086 747 |
99,5 % |
|
|
Pensjonijiet tad-diżabilità |
418 000 |
–62 400 |
355 600 |
333 371 |
93,7 % |
|
|
Pensjonijiet tar-romol |
2 930 000 |
– 150 600 |
2 779 400 |
2 759 882 |
99,3 % |
|
|
Skemi ta’ pensjonijiet voluntarji għall-Membri |
46 000 |
–9 500 |
36 500 |
35 654 |
97,7 % |
|
|
Korsijiet tal-lingwa u tal-ipproċessar tad-data |
700 000 |
0 |
700 000 |
678 941 |
97,0 % |
|
|
Telf mill-Kambju |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|
Approprjazzjoni proviżjorja |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|
Approprjazzjonijiet proviżorji għat-18-il Membru - Trattat ta' Lisbona |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|
Remunerazzjoni u Allowances |
569 732 297 |
–13 000 000 |
556 732 297 |
555 375 070 |
99,8% |
|
|
Sahra mħallsa |
455 200 |
– 280 000 |
175 200 |
175 000 |
99,9 % |
|
|
Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, it-trasferimenti jew it-tluq mis-servizz |
5 035 000 |
–1 200 000 |
3 835 000 |
3 835 000 |
100,0 % |
|
|
Allowance fil-każ ta’ irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz |
402 000 |
0 |
402 000 |
363 780 |
90,5 % |
|
|
Allowances għal staff li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji |
1 097 000 |
0 |
1 097 000 |
951 912 |
86,8% |
|
|
Approprjazzjoni proviżjorja |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|
Aġenti oħra |
36 848 800 |
–1 200 000 |
35 648 800 |
34 790 888 |
97,6% |
|
|
Interpreti għall-konferenzi |
53 000 000 |
–6 500 000 |
46 500 000 |
46 000 000 |
98,9% |
|
|
Apprentistati, għotjiet u skambji ta’ uffiċjali |
7 961 520 |
–1 550 000 |
6 411 520 |
6 264 848 |
97,7% |
|
|
Osservaturi |
1 200 000 |
– 735 000 |
465 000 |
465 000 |
100,0% |
|
|
Allowance ta’ taħriġ (programm ta’ apprendistat tal-Parlament Ewropew) |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|
Servizzi esterni |
13 370 000 |
2 000 000 |
15 370 000 |
14 587 633 |
94,9% |
|
|
Attivitajiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku |
383 000 |
0 |
383 000 |
374 729 |
97,8% |
|
|
Approprjazzjoni proviżjorja |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|
Spejjeż għar-reklutaġġ |
402 775 |
– 100 000 |
302 775 |
280 000 |
92,5 % |
|
|
Taħriġ Ulterjuri |
4 400 000 |
0 |
4 400 000 |
4 177 428 |
94,9 % |
|
|
Servizzi soċjali |
711 500 |
0 |
711 500 |
528 784 |
74,3 % |
|
|
Mobilità |
996 000 |
– 180 000 |
816 000 |
619 772 |
76,0 % |
|
|
Relazzjonijiet soċjali bejn il-membri tal-persunal u miżuri soċjali oħra |
310 400 |
0 |
310 400 |
290 634 |
93,6 % |
|
|
Servizzi mediċi |
1 135 000 |
0 |
1 135 000 |
1 002 408 |
88,3 % |
|
|
Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins |
3 960 000 |
0 |
3 960 000 |
3 960 000 |
100,0 % |
|
|
Ċentru għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati |
6 010 775 |
0 |
6 010 775 |
5 840 796 |
97,2 % |
|
|
Kirjiet |
34 131 999 |
–3 753 000 |
30 378 999 |
30 359 988 |
99,9 % |
|
|
Ħlasijiet ta’ ċnus |
25 910 000 |
8 000 000 |
33 910 000 |
33 910 000 |
100,0 % |
|
|
Akkwist ta’ bini |
0 |
38 753 000 |
38 753 000 |
38 753 000 |
100,0 % |
|
|
Il-kostruzzjoni ta’ bini |
6 995 000 |
–2 300 000 |
4 695 000 |
4 583 616 |
97,6 % |
|
|
Sistemazzjoni fil-bini |
33 625 000 |
2 000 000 |
35 625 000 |
34 811 824 |
97,7% |
|
|
Ġestjoni tal-proprjetà speċifika |
5 100 000 |
– 460 000 |
4 640 000 |
4 207 679 |
90,7 % |
|
|
Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini |
46 965 000 |
2 000 000 |
48 965 000 |
48 638 644 |
99,3% |
|
|
Konsum tal-enerġija |
18 435 000 |
0 |
18 435 000 |
17 692 010 |
96,0% |
|
|
Sigurtà u sorveljanza tal-bin |
38 405 857 |
–2 305 000 |
36 100 857 |
35 023 714 |
97,0% |
|
|
Assikurazzjoni |
953 000 |
0 |
953 000 |
884 452 |
92,8 % |
|
|
Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni |
37 392 000 |
7 528 700 |
44 920 700 |
44 585 309 |
99,3% |
|
|
Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni |
62 933 000 |
8 286 300 |
71 219 300 |
70 511 060 |
99,0% |
|
|
Għamara |
3 277 500 |
– 900 000 |
2 377 500 |
2 040 859 |
85,8 % |
|
|
Materjal u installazzjonijiet tekniċi |
19 983 124 |
0 |
19 983 124 |
19 562 815 |
97,9% |
|
|
Vetturi |
6 270 000 |
0 |
6 270 000 |
6 104 391 |
97,4% |
|
|
Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi |
2 608 000 |
– 475 000 |
2 133 000 |
2 010 714 |
94,3 % |
|
|
Tariffi finanzjarji |
170 000 |
– 153 136 |
16 864 |
16 864 |
100,0 % |
|
|
Spejjeż legali u ħsarat |
1 314 000 |
440 000 |
1 754 000 |
1 433 604 |
81,7% |
|
|
Telekomunikazzjoni |
7 441 000 |
–2 730 000 |
4 711 000 |
4 456 154 |
94,6 % |
|
|
Servizzi postali u ta’ ġarr |
352 500 |
–14 000 |
338 500 |
271 283 |
80,1 % |
|
|
Rilokazzjonijiet |
950 000 |
– 125 000 |
825 000 |
760 360 |
92,2 % |
|
|
Nefqiet amministrattivi oħra |
784 500 |
– 250 000 |
534 500 |
438 223 |
82,0 % |
|
|
Skema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet talkarbonju |
950 000 |
– 860 000 |
90 000 |
89 559 |
99,5 % |
|
|
Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta’ xogħol |
29 070 000 |
–3 000 000 |
26 070 000 |
25 600 000 |
98,2 % |
|
|
Nefqiet għad-divertiment u għar-rappreżentazzjoni |
1 361 350 |
–90 000 |
1 271 350 |
997 012 |
78,4 % |
|
|
Nefqiet varji għal laqgħat interni |
2 600 000 |
0 |
2 600 000 |
2 598 000 |
99,9% |
|
|
Laqgħat, kungressi u konferenzi |
1 396 000 |
0 |
1 396 000 |
927 388 |
66,4% |
|
|
Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u laqgħat oħra tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc u tad-WTO |
860 000 |
– 300 000 |
560 000 |
304 126 |
54,3 % |
|
|
Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE |
400 000 |
– 200 000 |
200 000 |
103 016 |
51,5 % |
|
|
Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EuroLat |
82 000 |
0 |
82 000 |
80 952 |
98,7 % |
|
|
Spejjeż mixxellanji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran |
220 000 |
0 |
220 000 |
7 218 |
3,3 % |
|
|
Nefqa għall-aġenziji tal-ivjaġġar |
2 083 000 |
–76 387 |
2 006 613 |
2 006 613 |
100,0 % |
|
|
Akkwist tal-opinjoni tal-esperti |
11 420 000 |
– 913 000 |
10 507 000 |
9 802 865 |
93,3 % |
|
|
Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija |
4 516 686 |
– 418 600 |
4 098 086 |
3 974 137 |
97,0 % |
|
|
Nefqiet għall-arkivjar |
1 932 500 |
0 |
1 932 500 |
1 600 768 |
82,8% |
|
|
Relazzjonijiet mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi u appoġġ għad-demokrazija parlamentari |
535 000 |
0 |
535 000 |
409 936 |
76,6% |
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
5 056 000 |
–1 000 000 |
4 056 000 |
4 055 500 |
100,0% |
|
|
Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali |
4 760 000 |
1 045 000 |
5 805 000 |
5 689 769 |
98,0% |
|
|
Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi |
21 626 000 |
879 475 |
22 505 475 |
22 124 435 |
98,3% |
|
|
Parlamentarium — Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew |
3 600 000 |
0 |
3 600 000 |
3 462 168 |
96,2% |
|
|
L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi |
28 940 000 |
0 |
28 940 000 |
27 985 491 |
96,7% |
|
|
L-organizzazzjoni ta’ symposia, seminars u attivitajiet kulturali |
3 696 650 |
385 000 |
4 081 650 |
3 664 748 |
89,8% |
|
|
L-istazzjon televiżiv Parlamentari (Web TV) |
8 500 000 |
0 |
8 500 000 |
8 391 152 |
98,7% |
|
|
In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva |
14 760 000 |
–1 264 475 |
13 495 525 |
13 369 011 |
99,1 % |
|
|
Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali |
675 000 |
– 280 000 |
395 000 |
337 336 |
85,4 % |
|
|
In-Nefqa relatata mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni |
1 100 000 |
0 |
1 100 000 |
1 100 000 |
100,0% |
|
|
Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta’ informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati |
57 165 000 |
– 102 633 |
57 062 367 |
57 062 367 |
100,0 % |
|
|
Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej |
18 900 000 |
0 |
18 900 000 |
18 900 000 |
100,0% |
|
|
Kontribuzzjoni lil Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej |
12 150 000 |
– 194 728 |
11 955 272 |
11 955 272 |
100,0% |
|
|
L-assitenza parlamentari |
190 340 175 |
–6 800 000 |
183 540 175 |
179 753 670 |
97,9% |
|
|
Telf mill-kambju |
500 000 |
800 000 |
1 300 000 |
1 118 152 |
86,0% |
|
|
In-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri Parlamentari |
200 000 |
0 |
200 000 |
200 000 |
100,0 % |
|
|
In-nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea |
160 000 |
0 |
160 000 |
160 000 |
100,0 % |
|
10 0 |
Approprjazzjonijiet provviżorji |
14 118 481 |
–12 192 015 |
1 926 466 |
0 |
— |
|
10 1 |
Riżerva ta' kontinġenza |
15 374 172 |
–13 710 000 |
1 664 172 |
0 |
— |
|
10 3 |
Riżerva għat-tkabbir |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
10 4 |
Riżerva għall-politika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
10 5 |
Approprjazzjonijiet provviżorji għall-bini |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
10 6 |
Riżerva għall-objettivi ta’ prijorità l-ġodda |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
|
10 8 |
Riżerva tal-EMAS |
50 000 |
0 |
50 000 |
0 |
— |
|
TOTAL |
1 717 868 121 |
0 |
1 717 868 121 |
1 693 038 015 |
98,6 % |
|