|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.CE2013.179.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-KUNSILL |
|
|
2013/C 179E/01 |
||
|
2013/C 179E/02 |
||
|
MT |
|
III Atti preparatorji
IL-KUNSILL
|
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 179/1 |
POŻIZZJONI (UE) Nru 6/2013 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)
Adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2013
2013/C 179 E/01
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2)(f) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Huma u jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru numru ta' bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (4). Fl-interess taċ-ċarezza dik id-Direttiva għandha titfassal mill-ġdid. |
|
(2) |
Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Komuni Ewropea tal-Asil, hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi progressivament żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika għandha tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
F'laqgħa speċjali f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew qabel li jaħdem biex jistabbilixi Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (minn issa “il-Konvenzjoni ta' Ġinevra”), u b'hekk tafferma l-prinċipju ta' non-refoulement. L-ewwel fażi ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Asil twettqet permezz tal-adozzjoni tal-istrumenti legali relevanti, inkluża d-Direttiva 2003/9/KE, previsti fit-Trattati. |
|
(4) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Novembru 2004, adotta l-Programm tal-Aja, li stabbilixxa l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fil-perjodu 2005-2010. F'dan ir-rigward, il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-istrumenti tal-ewwel fażi u tissottometti l-istrumenti u l-miżuri tat-tieni fażi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u. |
|
(5) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tal-10-11 ta' Diċembru 2009, adotta l-Programm ta' Stokkolma, li tenna l-impenn għall-għan li jistabbilixxi sal-2012 żona komuni ta' protezzjoni u solidarjetà bbażata fuq proċedura komuni tal-asil u status uniformi għal dawk li jingħataw protezzjoni internazzjonali bbażata fuq standards għolja ta' protezzjoni u proċeduri ġusti u effettivi. Il-Programm ta' Stokkolma ulterjorment jipprovdi li huwa kruċjali li l-individwi, irrispettivament mill-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jingħataw livell indaqs ta' trattament f'dawk li huma kondizzjonijiet tal-akkoljenza. |
|
(6) |
Ir-riżorsi tal-Fond Ewropew tar-Refuġjati u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Appoġġ dwar l-Asil għandhom ikunu mobilizzati sabiex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stipulati fit-tieni fażi tas-Sistema Komuni Ewropea għall-Asil, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. |
|
(7) |
Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa, dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-ewwel fażi, huwa xieraq, f'dan l-istadju, li jkunu kkonfermati l-prinċipji sottostanti tad-Direttiva 2003/9/KE bil-ħsieb li jiġi żgurat titjib fl-akkoljenza għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali (minn issa 'l quddiem “applikanti”). |
|
(8) |
Sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-applikanti madwar l-Unjoni, din id-Direttiva għandha tapplika matul l-istadji u t-tipi kollha ta' proċeduri li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, fil-postijiet u fil-faċilitajiet kollha li jilqgħu lill-applikanti u sakemmjitħallew jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri bħala applikanti. |
|
(9) |
Fl-applikazzjoani ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. |
|
(10) |
Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, Stati Membri huma marbuta b'obbligi skont l-istrumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti. |
|
(11) |
Għandhom ikunu stipulati standards għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja dinjituż u kondizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. |
|
(12) |
L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta' applikanti influwenzati mill-varjetà ta' kondizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom. |
|
(13) |
Bil-għan li jiġi żgurat trattament ugwali fost l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll sabiex tkun garantita konsistenza mal-acquis attwali tal-UE dwar l-asil, b'mod partikolari mad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (5), huwa xieraq li l-ambitu ta' din id-Direttiva jiġi estiż biex jinkludi applikanti għal protezzjoni sussidjarja. |
|
(14) |
L-akkoljenza ta' persuni bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali għandha tkun ta' interess primarju għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw li tali akkoljenza tkun imfassla b'mod speċifiku biex tissodisfa l-ħtiġijiet speċjali tagħhom ta' akkoljenza. |
|
(15) |
Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' tali detenzjoni. Meta applikant jinżamm detenut huwa jew hija għandhom ikollhom aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali. |
|
(16) |
Fir-rigward ta' proċeduri amministrattivi relatati mar-raġunijiet għad-detenzjoni, il-kunċett ta' 'diliġenza meħtieġa' tal-anqas jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu passi konkreti u siewja biex jiżguraw li ż-żmien sabiex jiġu vverifikati r-raġunijiet għad-detenzjoni jkun l-iqsar possibbli, u li jkun hemm prospettiva reali li tali verifika tkun tista' ssir b'suċċess fl-iqsar żmien possibbli. Id-detenzjoni m'għandhiex taqbeż iż-żmien raġonevolment meħtieġ biex jitlestew il-proċeduri rilevanti. |
|
(17) |
Ir-raġunijiet għad-detenzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għar- raġunijiet l-oħra ta' detenzjoni, inklużi r-raġunijiet ta' detenzjoni fil-qafas tal-proċedimenti kriminali, li jkunu applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, mhux relatati mal-applikazzjoni għal protezzjoni nazzjonali ta' ċittadin ta' pajjiż terzi jew persuna apolida. |
|
(18) |
Applikanti li huma f'detenzjoni għandhom ikunu ttrattati b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u l-akkoljenza tagħhom għandha tkun imfassla b'mod speċifiku biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom f'dik is-sitwazzjoni. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal ikun applikat. |
|
(19) |
Jista' jkun hemm każijiet fejn ma jkunx possibbli li fil-prattika jkunu żgurati ċerti garanziji ta' akkoljenza fid-detenzjoni, pereżempju minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew l-istruttura speċifika tal-faċilità tad-detenzjoni. Madanakollu, kwalunkwe deroga minn dawk il-garanziji għandha tkun temporanja u għandha tkun applikata biss fiċ-ċirkostanzi stipulati f'din id-Direttiva. Id-derogi għandhom ikunu applikati biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għandhom jiġu debitament iġġustifikati, u jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi ta' kull każ, inkluż il-livell ta' severità tad-deroga applikata, il-perjodu u l-impatt tagħha fuq l-applikant kkonċernat. |
|
(20) |
Sabiex tiġi żgurata aħjar l-integrità fiżika u psikoloġika tal-applikanti, id-detenzjoni għandha tkun miżura tal-aħħar rikors u għandha tiġi applikata biss wara li jkunu ġew eżaminati kif adatt il-miżuri alternattivi kollha mhux ta' kustodja għad-detenzjoni. Kwalunkwe miżura alternattiva għad-detenzjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-applikanti. |
|
(21) |
Biex tkun żgurata osservanza tal-garanziji proċedurali li jikkonsistu fl-opportunità li jkunu kkuntattjati organizzazjonijiet jew gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali, għandha tingħata informazzjoni dwar tali organizzazzjonijiet u gruppi ta' persuni. |
|
(22) |
Meta jiddeċidu dwar l-arranġamenti ta' akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari tal-applikant fil-każ ta' kwalunkwe applikant li jkun dipendenti fuq membri tal-familja jew qraba stretti oħra bħal aħwa minorenni mhux miżżewġa li jkunu diġà fl-Istat Membru. |
|
(23) |
Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol. |
|
(24) |
Sabiex ikun żgurat li s-sostenn materjali li jingħata lill-applikanti huwa f' konformita' mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' tali appoġġ fuq il-bażi ta' referenzi relevanti. Dak ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f'din id-Direttiva. |
|
(25) |
Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għall-applikanti jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha. |
|
(26) |
Għandhom ikunu żgurati l-effiċjenzi ta' sistemi nazzjonali ta' akkoljenza u l-kooperazzjoni fost Stati Membri fil-qasam tal-akkoljenza tal-applikanti. |
|
(27) |
Għandha tkun imħajra koordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-akkoljenza tal-applikanti, u għalhekk għandhom ikunu promossi relazzjonijiet armonjużi bejn komunitajiet lokali u ċentri ta' akkomodazzjoni. |
|
(28) |
L-Istati Membri għandhom ikollhom il-poter li jintroduċu jew iżommu provvedimenti iktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li jitolbu għal protezzjoni internazzjonali mingħand Stat Membru. |
|
(29) |
F'dan l-ispirtu, l-Istati Membri huma wkoll mistiedna japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva b'konnessjoni ma' proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal forom ta' protezzjoni barra dik prevista fid- Direttiva 2011/95/UE. |
|
(30) |
L-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi vvalutata f'intervalli regolari. |
|
(31) |
Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards dwar l-akkoljenza tal-applikanti fl-Istati Membri, ma jistgħax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l- Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
|
(32) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikabbli, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti għandha tkun ġustifikata. |
|
(33) |
Skont l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda rigward iż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-TUE, u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(34) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u għalhekk la hija marbuta biha lanqas suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(35) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 4, 6, 7, 18, 21, 24 u 47 tal-Karta u trid tiġi implimentata b'dan il-mod |
|
(36) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2003/9/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej minn dik id-Direttiva. |
|
(37) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2003/9/KE stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
GĦAN, DEFINIZZJONIJIET U AMBITU
Artikolu 1
Għan
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippreskrivi standards għall-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (minn issa imsejjħa “applikanti”) fl-Istati Membri.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tfisser applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(b) |
“applikant” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha tkun għadha ma tteħditx deċizjoni finali; |
|
(c) |
“membri tal-familja”, tfisser, sakemm il-familja kienet diġà teżisti fil-pajjiż ta' oriġini, il-membri tal-familja tal-applikant li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru inrelazzjoni mal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali:
|
|
(d) |
“minorenni” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna bla Stat taħt l-età ta' 18-il sena; |
|
(e) |
“minorenni mhux akkompanjati” tfisser minorenni li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkompanjat minn adult responsabbli għalih/għaliha kemm jekk bil-liġi jew bi prattika tal-Istat Membru kkonċernat u għaż-żmien sakemm ma jittiħdux effettivament fir-responsabbiltà ta' persuna tali; din tinkludi persuna minorenni li titħalla mhux akkompanjata wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri; |
|
(f) |
“kondizzjonijiet ta' akkoljenza” tfisser is-sett sħiħ ta' miżuri li Stati Membri jagħtu lill-tal-applikanti skont din id-Direttiva; |
|
(g) |
“kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali” tfisser kondizzjonijiet ta' akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel u ħwejjeġ, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f'vawċers, jew kombinazzjoni tat-tlieta, u konċessjoni għal spejjeż ta' kuljum; |
|
(h) |
“detenzjoni” tfisser restrizzjoni ta' applikant minn Stat Membru f'post partikulari, fejn l-applikant ikun imċaħħad mil-libertà ta' moviment tiegħu jew tagħha; |
|
(i) |
“ċentru ta' akkomodazzjoni” tfisser kull post użat għall-akkomodazzjoni kollettiva tal-applikanti; |
|
(j) |
“rappreżentant” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta persuna minorenni mhux akkumpanjata fi proċeduri stipulati f'din id-Direttiva bil-għan li tiżgura l-aħjar interessi tat-tfal u teżerċita kapaċità legali għall-minorenni fejn ikun meħtieġ. Fejn organizzazzjoni tintgħażel bħala rappreżentant, hija għandha tinnomina persuna responsabbli biex twettaq id-doveri ta' rappreżentant fir-rigward tal-minorenni mhux akkumpanjat, skont din id-Direttiva; |
|
(k) |
“applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali” tfisser persuna vulnerabbli, skont l-Artikolu 21, li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. |
Artikolu 3
Ambitu
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha minn pajjiżi terzi u dawk apolidi li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-territorju, inkluż fil-fruntiera fl-ibħra territorjali jew fiż-żoni ta' transitu, ta' Stat Membru, sakemm jitħallew joqogħdu fit-territorju bħala applikanti, kif ukoll għal membri tal-familja, jekk huma koperti minn applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika f'każijiet ta' rikjesti għall-asil diplomatiku jew territorjali ppreżentati quddiem ir-rappreżentanti ta' Stati Membri.
3. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika meta jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (6).
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva f'konnessjoni ma' proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal għamliet ta' protezzjoni barra dawk li jemanu mid-Direttiva 2011/95/UE.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet aktar favorevoli
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fil-qasam ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti u qraba stretti oħra tal-applikant li huma preżenti fl-istess Stat Membru meta huma dipendenti fuqu jew fuqha, jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma' din id-Direttiva.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR KONDIZZJONIJIET TA' AKKOLJENZA
Artikolu 5
Informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti, fi żmien raġonevoli li ma jeċċedix ħmistax-il jum wara li jkunu ddepożitaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, għall-inqas b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kondizzjonijiet ta' lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u, f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn xieraq, din l-informazzjoni tista' wkoll tkun mogħtija bil-fomm.
Artikolu 6
Id-dokumentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi żmien tlett ijiem minn meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata, l-applikant jingħata dokument maħruġ f'ismu jew isimha stess li jiċċertifika l-istatus tiegħu jew tagħha bħala applikant jew li jiddikjara li huwa jew hiia jista'/tista' toqgħod fit-territorju tal-Istat Membru waqt li l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha tkun pendenti jew tkun qiegħda tiġi eżaminata.
Jekk id-detentur mhux liberu li jiċċaqlaq ġewwa t-territorju kollu tal-Istat Membru jew parti minnu, id-dokument għandu wkoll jiċċertifika dan il-fatt.
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu meta l-applikant ikun f'detenzjoni u matul l-eżami ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali magħmula fil-konfini jew fil-kuntest ta' proċedura biex ikun deċiż id-dritt tal-applikant biex jidħol fit-territorju ta' Stat Membru. F'każijiet speċifiċi, matul l-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti evidenza oħra ekwivalenti għad-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1.
3. Id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1 mhux meħtieġ li jiċċertifika l-identità tal-applikant.
4. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jipprovdu lill-applikanti d-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1, li għandu jkun validu sakemm ikunu awtorizzati jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat
5. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar meta raġunijiet umanitarji serji jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor.
6. L-Istati Membri m'għandhomx jimponu dokumentazzjoni mhux meħtieġa jew sproporzjonata jew obbligi amministrattivi oħra fuq l-applikantiqabel ma jikkonċedulhom id-drittijiet li dawn huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva għar-raġuni unika li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 7
Residenza u libertà ta' moviment
1. L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m'għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha skont din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza lill-applikantminħabba raġunijiet ta' interess pubbliku, l-ordni pubblika jew, meta meħtieġ, għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza suġġetti għal residenza reali mill-applikanti f'post speċifiku, li għandu jkun determinat mill-Istati Membri. Tali deċiżjoni, li tista' tkun ta' natura ġenerali, għandha tittieħed fuq livell individwali u stabbilita mil-liġi nazzjonali.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza msemmi fil-paragrafi 2 u 3 u/jew iż-żona assenjata msemmija fil-paragrafu 1. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fuq livell individwali, oġġettivament u imparzjalment u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi.
L-applikant m'għandux ikun jeħtieġ permess biex iżomm appuntamenti ma' awtoritajiet u qrati jekk il-preżenza tiegħu jew tagħha tkun meħtieġa.
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-indirizz attwali tagħhom u jinnotifikaw kull tibdil fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 8
Detenzjoni
1. L-Istati Membri m'għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija applikant(a) skont id-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali (7) (8).
2. Meta jkun meħtieġ u fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali ta' kull każ, l-Istati Membri jistgħu jżommu applikant f'detenzjoni, sakemm miżuri inqas dixxiplinari oħra ma jistgħux ikunu applikati b'mod effettiv.
3. Applikant jista' jinżamm f'detenzjoni biss:
|
(a) |
sabiex tiġi determinata, aċċertata jew ivverifikata l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu jew tagħha; |
|
(b) |
sabiex jiġu determinati dawk l-elementi li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u li ma jkunux ottenibbli fin-nuqqas ta' detenzjoni b'mod partikolari fejn ikun hemm riskju li l-applikant jaħrab; |
|
(c) |
sabiex tittieħed deċiżjoni, fil-kuntest ta' proċedura, fuq id-dritt tal-applikant sabiex jidħol fit-territorju; |
|
(d) |
meta huwa jew hija jinżammu f'detenzjoni soġġetti għal proċedura ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (9) sabiex iħejju r-ritorn u/jew iwettqu l-proċess ta' tneħħija, u l-Istat Membru konċernat jkun jista' jiddeċiedi abbażi ta' kriterji oġġettivi, inkluż li huwa jew hija diġà kellhom l-opportunità li jaċċessaw il-proċedura tal-asil, li hemm raġunijiet raġonevoli biex jemmen li huwa jew hija qed japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali sempliċiment sabiex itawwlu jew jipprevjenu l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn; |
|
(e) |
meta l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubblika jeħtieġu hekk; |
|
(f) |
skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru …/… (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (11). |
Ir-raġunijiet għad-detenzjoni għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli rigward l-alternattivi għad-detenzjoni, bħal rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta' garanzija finanzjarja, jew l-obbligu li joqgħod f'żona ġeografika indikata, huma stipulati fil-liġi nazzjonali.
Artikolu 9
Garanziji għal applikanti detenuti
1. Applikant għandu jiġi detenut biss għal żmien qasir kemm jista' jkun u għandu jinżamm detenut biss sakemm ikunu applikabbli r-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 8(3).
Il-proċeduri amministrattivi relevanti għar-raġunijiet għad-detenzjoni stipulati fl-Artikolu 8(3) għandhom jiġi eżegwiti bid-diliġenza dovuta. Dewmien fl-ipproċessar tal-proċeduri amministrattivi li ma jistgħux ikunu attribwiti lill-applikant m'għandux jiġġustifika l-kontinwazzjoni tad-detenzjoni.
2. Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata.
3. Fejn id-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu rieżami ġudizzjarju minnufih tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio u/jew fuq talba tal-applikant. Meta jitwettaq ex officio tali rieżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq talba tal-applikant, huwa għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara t-tnehdija tal-proċedimenti rilevanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-perjodu li fih għandhom jitwettqu r-rieżami ex officio u/jew ir-rieżami fuq talba tal-applikant.
Meta, b'riżultat tar-rieżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih.
4. L-applikanti detenuti għandhom jiġu infurmati minnufih bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu, dwar ir-raġunijiet għad-detenzjoni u l-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali għall-kontestazzjoni tal-ordni tad-detenzjoni, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jitolbu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas,
5. Id-detenzjoni għandha tiġi riveduta minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli raġonevoli ta' żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b'mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista' jkollhom effett fuq il-legalità tad-detenzjoni.
6. Fil-każijiet ta' rieżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Din għandha tinkludi, mill-inqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant.
L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn persuni kwalifikati kif kif ammess jew permess skont il-liġi nazzjonali li l-interessi tagħhom ma jkunux f'kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f'kunflitt potenzjali mal-interessi ta' dawk tal-applikanti.
7. L-Istati Membri jistgħu jipprevdu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali jingħataw biss:
|
(a) |
lil dawk li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed; u/jew |
|
(b) |
permezz tas-servizzi mogħtija mill-konsulenti legali jew counsellors speċifikament maħsuba mil-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lill-applikanti. |
8. L-Istati Membri jistgħu wkoll:
|
(a) |
jimponu limiti taż-żmien u/jew monetarji fuq l-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali; |
|
(b) |
jipprovdu li, fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m'għandux ikun aktar favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji li jikkonċernaw l-assistenza legali. |
9. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spiża mħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk tkun ittieħdet deċiżjoni li jingħataw spejjeż bħal dawn abbażi tal-informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.
10. Il-proċeduri għal aċċess għal assistenza legali u rappreżentanza f'każijiet bħal dawn imsemija għandhom ikunu stipulati fil-liġi nazzjonali.
Artikolu 10
Kondizzjonijiet ta' detenzjoni
1. Id-detenzjoni tal-applikanti għandha sseħħ, bħala regola, f'faċilitajiet ta' detenzjoni speċjalizzati. Fejn Stat Membru ma jkunx jista' jipprovdi akkomodazzjoni f'faċilità ta' detenzjoni speċjalizzata u jkun obbligat li jirrikorri għall-akkomodazzjoni f'ħabs, l-applikantgħandu jinżamm separatament mill-ħabsin ordinarji u għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet ta' detenzjoni previsti f'din id-Direttiva.
Sakemm ikun possibbli, l-applikanti f'detenzjoni għandhom jinżammu separatament minn ċittadini oħra ta' pajjiżi terzi li ma ddepożitawx applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.
Meta l-applikantima jkunux jistgħu jinżammu separatament minn ċittadini ta' pajjiż terz, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li japplikaw il-kondizzjonijiet ta' detenzjoni previsti f'din id-Direttiva.
2. Applikanti f'detenzjoni għandu jkollhom aċċess għal spazju fil-beraħ.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jirrappreżentaw lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw u jżuru applikanti f'kondizzjonijiet li jirrispettaw il-privatezza.Dik il-possibilita' għandha tapplika wkoll għal organizzazzjoni li taħdem fit-territorju tal-Istat Membru konċernat f'isem il-UNHCR skont ftehim ma' dak l-Istat Membru.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li membri tal-familja, konsulenti legali jew counsellors u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi relevanti rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat ikollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw ma' u jżuru l-applikanti f'kondizzjonijiet li jirrispettaw il-privatezza. Limiti għall-aċċess għall-faċilità ta' detenzjoni jistgħu jiġu imposti biss fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, dawn ikunu oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, l-ordni pubblika jew il-ġestjoni amministrattiva tal-faċilità tad-detenzjoni, bil-kundizzjoni li l-aċċess ma jkunx ristrett severament jew magħmul impossibbli.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b'mod sistematiku jipprovdu lill-applikanti f'detenzjoni informazzjoni li tispjega r-regoli li japplikaw fil-faċilità u jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom f'lingwa li jifhmu jew li b'mod raġonevoli huma mistennija li jifhmu. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan l-obbligu f'każijiet ġġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun, fil-każ li l-applikant jinżamm f'post tal-fruntiera jew f'żona ta' transitu. Din id-deroga m'għandhiex tapplika f'każijiet msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva …/…/UE (12).
Artikolu 11
Detenzjoni ta' persuni vulnerabbli u applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali
1. Is-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, tal-applikanti f'detenzjoni li jkunu persuni vulnerabbli għandha tkun it-tħassib ewlieni tal-awtoritajiet nazzjonali.
Fejn persuni vulnerabbli jinżammu f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża saħħithom.
2. Il-minorenni għandhom jinżammu biss f'detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerżivi b'mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta' żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f'akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni.
L-aħjar interessi tal-minorenni, kif jippreskrivi l-Artikolu 23(2), għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri.
Fejn il-minorenni jkunu detenuti, huma għandhom ikollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom.
3. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f'detenzjoni biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista' jkun.
Il-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jinżammu f'akkomodazzjoni f'ħabs.
Sakemm ikun possibbli, minuri mhux akkumpanjati għandhom jingħataw akkomodazzjoni f'istituzzjonijiet li jkollhom persunal u faċilitajiet li jieħdu kont tal-ħtiġijiet tal-persuni tal-età tagħhom.
4. Familji detenuti għandhom ikunu provduti b'akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa.
5. Fejn applikanti nisa jiġu detenuti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jiġu akkomodati separatament mill-applikanti irġiel, ħlief jekk dawn tal-aħħar ikunu membri ta' familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom.
Jistgħu japplikaw ukoll eċċezzjonijiet għall-ewwel subparagrafu għall-użu tal-ispazji komuni mfassla għal attivitajiet rekreattivi jew soċjali, inkluż il-forniment tal-ikliet.
6. F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, paragrafu 4 u l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew fiż-żona ta' transitu, bl-eċċezzjoni tal-każijiet msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva …/…/UE (13).
Artikolu 12
Familji
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iżommu kemm jista' jkun possibbli l-unità tal-familja kif hija preżenti fit-territorju tagħhom, jekk applikanti jkunu pprovduti b'akkomodazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Tali miżuri għandhom ikunu implimentati bi qbil mal-applikant.
Artikolu 13
Kontroll mediku
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika.
Artikolu 14
Tagħlim u edukazzjoni tal-minorenni
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini tiegħu sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta' tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni.
L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistipulaw li tali aċċess għandu jkun ristrett għas-sistema edukattiva Statali. L-Istati Membri m'għandhomx jirtiraw edukazzjoni sekondarja għall-unika raġuni li l-minorenni laħaq l-età maġġoritarja.
2. L-aċċess għas-sistema edukattiva m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f'ismu/isimha.
Klassijiet preparatorji, inklużi lezzjonijiet tal-lingwa, għandhom jiġu pprovduti lill-minorenni fejn dan hu meħtieġ sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni tagħhom għas-sistema ta' edukazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1.
3. Fejn aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni kif iddikjarat fil-paragrafu 1 mhux possibbli minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, l-Istat Membru kkonfeċernat għandu joffri arranġamenti edukattivi oħra skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tiegħu.
Artikolu 15
L-impjiegi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 9 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjoni kienet iddepożitata jekk deċiżjoni fl-ewwel istanza ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant.
2. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-kondizzjonijiet għall-għotja ta' aċċess għas-suq tax-xogħol għall-applikant, b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, filwaqt li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċes effettiv għas-suq tax-xogħol.
Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini tal-Istati partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti.
3. Aċċess għas-suq tax-xogħol m'għandux ikun irtirat matul proċeduri ta' appell, meta appell kontra deċiżjoni negattiva fi proċedura regolari għandu effett ta' sospensjoni, sa meta deċiżjoni negattiva wara l-appell tkun innotifikata.
Artikolu 16
Taħriġ vokazzjonali
Stati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti aċċess għal taħriġ vokazzjonali irrispettivament minn jekk huma jkollhomx aċċess għas-suq tax-xogħol.
Aċċess għal taħriġ vokazzjonali konness ma' kuntratt ta' xogħol għandu jiddependi minn kemm l-applikant għandu aċċess għas-suq tax-xogħol skont l-Artikolu 15.
Artikolu 17
Regoli ġenerali dwar kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza u kura tas-saħħa
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza jkunu disponibbli lill-applikanti meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta' ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' persuni vulnerabbli, skont l-Artikolu 21, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kollha jew xi wħud minnhom u kura tas-saħħa suġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex ikollhom standard ta' ħajja adegwat għal saħħithom u biex jagħmlu possibbli s-sussistenza tagħhom.
4. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza u għall-kura tas-saħħa li tipprovdi għalihom din id-Direttiva, skont id-dispożizzjoni tal-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli.
Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u kura tas-saħħa fiż-żmien li dawk il-ħtiġiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mingħand l-applikant.
5. Fejn l-Istati Membri jipprovdu kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza fil-forma ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-livell(i) stabbilit(i) mill-Istat Membru kkonċernat sew bil-liġi jew bil-prattika sabiex ikunu żgurati standards ta' ħajja adegwati għaċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lill-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini f'dan ir-rigward, b'mod partikolari fejn il-materjal ta' appoġġ jingħata parzjalment f'oġġetti jew fejn il-livell(i) msemmija hawn fuq, applikati għaċ-ċittadini, ikollhom l-għan li jiżguraw standard ta' ħajja ogħla minn dak preskritt għall-applikanti skont din id-Direttiva.
Artikolu 18
Modalitajiet għal kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza
1. Fejn akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin:
|
(a) |
binjiet użati għall-għan biex tingħata dar lill-applikanti matul l-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fil-konfini jew fiż-żoni ta' transitu; |
|
(b) |
ċentri ta' akkomodazzjoni li jiggarantixxu standard ta' ħajja adegwat; |
|
(c) |
djar privati, appartamenti, lukandi jew binjiet oħra li jiġu addattati għall-applikanti għal akkomodazzjoni. |
2. Bla ħsara għal kwlaunkwe kundizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikoli 10 u 11, rigward l-akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a), (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
l-applikanti jkunu ggarnatiti protezzjoni għall-ħajja familjari tagħhom; |
|
(b) |
l-applikanti jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw mal-qraba, konsultenti legali, jew counsellors, persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR u organizzazzjonijiet u korpi oħra nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi relevanti; |
|
(c) |
Membri tal-familja, konsulenti legali jew counsellors, persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR u organizzazzjonijiet mhux governattivi relevanti rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat jingħataw aċċess biex jgħinu lill-applikanti. Limiti dwar tali aċċess jistgħu jkunu imposti biss għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà tal-binjiet u tal-applikanti. |
3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal-persuni vulnerabbli fir-rigward ta' applikanti fil-binijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b).
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali, fil-binjiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b).
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw bħala regola ġenerali li applikanti adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma' qraba stretti adulti li jkunu diġà preżenti fl-Istat Membru u li jkunu responsabbli minnhom sew jekk bil-liġi jew bi prassi tal-Istat Membru kkonċernat.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta' applikanti minn faċilità ta' akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li l-applikanti biex jinformaw lilll-konsulenti legali jew counsellors tagħhom bit-trasferiment u bl-indirizz il-ġdid tagħhom.
7. Persuni li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.
8. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu applikanti fl-amministrazzjoni tar-riżorsi materjali u aspetti mhux materjali tal-ħajja fiċ-ċentru permezz ta' bord konsultattiv jew kunsill li jirrappreżenta lir-residenti.
9. F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu b'mod eċċezzjonali jistabbilixxu modalitajiet għal kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza differenti minn dawk li jipprovdi għalihom dan l-Artikolu, għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun, meta:
|
(a) |
stima tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikant hija rekwiżita, skont l-Artikolu 22; |
|
(b) |
kapaċitajiet ta' akkomodazzjoni normalment disponibbli huma temporanjament eżawriti. |
Tali kondizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe każ ikopru il-ħtiġiet bażiċi.
Artikolu 19
Il-kura tas-saħħa
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.
KAPITOLU III
TNAQQIS JEW IRTIRAR TA' KONDIZZJONIJIET MATERJALI TA' AKKOLJENZA
Artikolu 20
Tnaqqis jew irtirar ta' kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza
1. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza fejn applikant:
|
(a) |
jabbanduna l-post ta' residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess; jew |
|
(b) |
ma jikkonformax ruħu ma' doveri ta' rrapportar jew ma' talbiet biex jipprovdi informazzjoni jew jidher għal intervisti personali dwar il-proċedura tal-asil matul perjodu raġonevoli stipulat fil-liġi nazzjonali, jew |
|
(c) |
ikun iddepożita applikazzjoni sussegwenti kif definit fl-Artikolu 2(q) tad-Direttiva…/…/UE (14). |
Rigward il-każijiet (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi wħud minn jew tal-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza irtirati jew imnaqqsa kollha.
2. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza meta jkunu jistgħu jistabbilixxu li l-applikant, għall-ebda raġuni ġustifikabbli, ma jkunx iddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista' jkun raġonevolment prattiku wara l-wasla f'dak l-Istat Membru.
3. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew jirtiraw il-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza fejn applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji u għalhekk ikun ibbenefika minn kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza indebitament.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw sanzjonijiet applikabbli għal ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta' akkomodazzjoni kif ukoll għal imġiba serjament vjolenti.
5. Deċiżjonijiet għal tnaqqis jew irtirar ta' kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza jew sanzjonijiet li jirreferu għalihom il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jittieħdu b'mod individwali, oġġettiv u imparzjali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' persuni koperti bl-Artikolu 21, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 19 u għandhom jiżguraw standard tal-ħajja dinjituż għall-applikanti kollha.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza ma jkunux irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 5.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL PERSUNI VULNERABBLI
Artikolu 21
Il-prinċipju ġenerali
L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' persuni vulnerabbli bħalma huma minorenni, minorenni mhux akkompanjati, nies b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri single bi tfal minorenni, vittmi tat-traffikar tal-bnedmien, persuni b'mard serju, persuni b'disturbi mentali u persuni li kienu ssoġġettati għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħall-vittmi tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva.
Artikolu 22
Evalwazzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza ta' persuni vulnerabbli
1. Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 21 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet.
Dik l-evalwazzjoni għandha tibda f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza jkunu wkoll indirizzati skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza skont din id-Direttiva jieħu kont tal- bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza tagħhom matul il-proċedura tal-asil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.
2. L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandiex tinħtieġ tieħu l-forma ta' proċedura amministrattiva.
3. Huma biss il-persuni vulnerabbli skont l-Artikolu 21 li jistgħu jitqiesu li għandhom bżonnijiet speċjali u b'hekk jibbenefikaw mill-appoġġ speċifiku mogħti skont din id-Direttiva.
4. L-evalwazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni tal-bżonnijiet ta' protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95/UE.
Artikolu 23
Minorenni
1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' ħajja xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal.
2. Meta jivvalutaw l-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari dawn il-fatturi li ġejjin:
|
(a) |
il-possibbiltajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja; |
|
(b) |
il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi titqies b'mod partikolari l-oriġini tal-minorenni; |
|
(c) |
konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal ikunu vittmi ta' traffikar tal-bnedmin; |
|
(d) |
l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minorenni jkollhom aċċess għal attivitajiet ta' rekreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rekreazzjoni li jkunu xierqa għall-età tagħhom, fil-postijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni msemmija fl- Artikolu 18(1) (a) u (b) u għal attivitajiet fil-beraħ.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni għal minorenni li kienu vittmi ta' xi forma ta' abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid armat, u jiżguraw li kura ta' saħħa mentali xierqa tkun żviluppata u konsulenza kkwalifikata tkun ipprovduta meta meħtieġa.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li tfal minorenni ta' applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom, mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati.
Artikolu 24
Minorenni mhux akkompanjati
1. L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli jieħdu miżuri biex jiżguraw li rappreżentant jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjat sabiex jgħinu jew jgħinha tibbenefika mid-drittijiet u tkun konformi mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat immedjatament bil-ħatra tar-rappreżentant. Ir-rappreżentant għandu jwettaq id-doveri tiegħu jew tagħha skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 23(2) u għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minuri msemmija flArtikolu 23(2)(b), il-persuna li taġixxi bħala rappreżentant għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjat m'għandhomx ikunu eliġibbli biex isiru rappreżentanti.
Evalwazzjonijiet regolari għandhom isiru mill-awtoritajiet addattati, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà tal-mezzi meħtieġa għar-rappreżentazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjat.
2. Minorenni mhux akkumpanjati li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom, mill-mument li jkunu ammessi fit-territorju sal-mument li huma obbligati jħallu l-Istat Membru li fih tkun saret jew fejn tkun qiegħda tiġi eżaminata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jitqiegħdu:
|
(a) |
ma' qraba adulti; |
|
(b) |
ma' famija foster; |
|
(c) |
f'ċentri ta' akkomodazzjoni bi provvedimenti speċjali għall-minorenni; |
|
(d) |
f'akkomodazzjoni oħra addattata għall-minorenni. |
L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu minorenni mhux akkompanjati ta' 16-il sena jew iktar f'ċentri ta' akkomodazzjoni għal applikanti adulti, jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom, kif stipulat mill-Artikolu 23(2).
Sakemm hu possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernat u, b'mod partikolari, l-età tiegħu jew tagħha u l-grad ta' maturità. Bdil ta' residenza ta' minorenni mhux akkompanjati għandu jinżamm limitat għall-minimu.
3. L-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċaw il-membri tal-familja tal-minorenni mhux akkompanjat, fejn meħtieġ bl-assistenza internazzjonali jew ta' organizzazzjonijiet relevanti oħra, mill-aktar fis wara li tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tiegħu jew tagħha. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minorenni jew il-qraba stretti tiegħu jew tagħha, b'mod partikolari jekk huma baqgħu fil-pajjiż ta' orġini tagħhom, trid issir attenzjoni biex ikun żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni dwar dawk il-persuni ssir fuq bażi konfidenzjali, biex ikun evitat li s-sigurta tagħhom titqiegħed fil-periklu.
4. Dawk li jaħdmu ma' minorenni mhux akkompanjati għandhom ikunu ħadu u għandhom jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.
Artikolu 25
Il-vittmi tat-tortura u l-vjolenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu ssuġġettati għal tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b' tali atti b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti.
2. Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.
KAPITOLU V
APPELLI
Artikolu 26
Appelli
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet konnessi mal-għotja, l-irtirar jew it-tnaqqis ta' benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 li jolqtu lill-applikanti individwalment jistgħu jkunu suġġetti għal appell fi ħdan il-proċedura stipulata fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibilità ta' appell jew ri-eżami, fil-fatt u bi dritt, quddiem awtorità ġudizzjarja.
2. F'każijiet ta' appell jew eżami quddiem awtorità ġudizzjarja imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu disponibbli fuq talba sa fejn tali għajnuna tkun meħtieġa biex jiżguraw aċċess effettiv għall-ġustizzja. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smiegħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant.
L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn persuni kwalifikati kif adatt, kif ammessi jew permessi skont il-liġi nazzjonali, li l-interessi tagħhom ma jkunux f'kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f'kunflitt potenzjali mal-interessi tal-applikant.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw biss:
|
(a) |
lil dawk li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi; u/jew |
|
(b) |
permezz tas-servizzi mogħtija minn konsulenti legali jew counsellors oħrajn nominati speċifikament mil-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lil applikanti. |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux disponibbli jekk l-appell jew ir-rieżami jkunu meqjusa minn awtorità kompetenti li ma jkollhom ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess. F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux limitati b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jkunx ostakolat.
4. L-Istati Membri jistgħu wkoll:
|
(a) |
jimponu limiti taż-żmien u/jew monetarji dwar l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali; |
|
(b) |
jipprovdu li, fir-rigward ta' tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m'għandux ikun aktar favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji li jikkonċernaw l-assistenza legali. |
5. L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.
6. Il-proċeduri għal aċċess għall-assistenza legali u r-rappreżentanza għandhom ikunu stipulati fil-liġi nazzjonali.
KAPITOLU VI
AZZJONIJIET BIEX TITJIEB L-EFFIĊJENZA TAS-SISTEMA TA' AKKOLJENZA
Artikolu 27
Awtoritajiet kompetenti
Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obligi li jirriżultaw taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet fl-identità ta' dawn l-awtoritajiet.
Artikolu 28
Sistema ta' gwida, monitoraġġ u kontroll
1. L-Istati Membri għandhom, b'rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex jiżguraw l-istabbiliment ta' gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-livell ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza.
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni relevanti kif inhu stabbilit fil-formola stabbilita fl-Anness I sa mhux aktar tard minn … (15).
Artikolu 29
Persunal u riżorsi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ bażiku meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa.
2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa b'konnessjoni mal-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Rapporti
Sa mhux aktar tard minn … (16), il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emendi li jkunu meħtieġa.
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjooni l-informazzjoni kollha li hija xierqa għall-kitba tar-rapport sa … (15).
Wara li tippreżenta l-ewwel r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-inqas kull ħames snin.
Artikolu 31
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 30 u l-Anness I sa mhux aktar tard minn … (17). Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjonit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 32
Tħassir
Id-Direttiva 2003/9/KE hi mħassra għall-Istati Membri marbuta b'din id-Direttiva bis-seħħ minn… (18), mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 13 u 29 għandhom japplikaw minn … (19).
Artikolu 34
L-indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati
Magħmul fi, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 110 u ĠU C 24, 28.1.2012, p. 80.
(2) ĠU C 79, 27.3.2012, p. 58.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 (ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 348) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-6 ta' Ġunju 2013. Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' ….
(5) ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.
(6) ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.
(7) doc 8260/13 [Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil ].
(8) ĠU L ….
(9) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(10) doc. 15605/2/12 REV 2.
(11) ĠU L …
(12) Direttiva fl-Artikolu 8 (Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil).
(13) Direttiva fl-Artikolu 8 (Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil).
(14) Direttiva fl-Artikolu 8 (Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil).
(15) 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(16) 48 xhar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(17) 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva.
(18) Il-jum wara 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(19) Il-jum wara 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
ANNESS I
Formola ta' rapportaġġ dwar l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-Istati Membri fuq bażi annwali, kif inhu meħtieġ taħt l-Artikolu 28(2)
Wara d-data msemmija fl-Artikolu 28(2) l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Istati Membri għandha tiġi ppreżentata mill-ġdid lill-Kummissjoni meta jkun hemm tibdil sostanzjali fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali li tieħu post l-informazzjoni pprovduta.
|
1. |
Fid-dawl tal-Artikoli 2(k) u 22, jekk jogħġbok spjega l-passi differenti għall-identifikazzjoni ta' pesuni bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, inkluż il-mument meta dan jibda u l-konsegwenzi tiegħu biex jiġu indirizzati tali bżonnijiet, b'mod partikolari għal minorenni mhux akkumpanjati, vittmi ta' tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza fiżika, psikoloġika jew sesswali u vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. |
|
2. |
Agħti l-informazzjoni kollha dwar it-tip, l-isem u l-format tad-dokumenti previsti fl-Artikolu 6. |
|
3. |
B'referenza għall-Artikolu 15, jekk jogħġbok indika sa liema punt kwalunkwe kondizzjonijiet partikolari huma marbuta mal-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-applikanti, u ddeskrivi fid-dettall tali restrizzjonijiet. |
|
4. |
B'refenza għall-Artikolu 2(g), jekk jogħġbok iddeskrivi kif il-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza huma pprovduti (jiġifieri liema kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza huma pprovduti in natura, fi flus jew f'kumbinazzjoni ta' dawk l-elementi) u indika l-livell tal-konċessjoni tal-ispejjeż ta' kuljum ipprovduta lill-applikanti. |
|
5. |
Fejn applikabbli, b'referenza għall-Artikolu 17(5), jekk jogħġbok spjega l-punt(i) ta' referenza applikati mil-liġi jew prattika nazzjonali bil-għan li tiġi determinata l-assistenza finanzjarja pprovduta lill-applikanti. Sal-punt li hemm trattament inqas favorevoli tal-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini, spjega r-raġunijiet għal dan. |
ANNESS II
Parti A
Direttiva Mħassra
(imsemmija fl-Artikolu 32)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE |
Parti B
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 32)
|
Id-Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
2003/9/KE |
6 ta’ Frar 2005 |
ANNESS III
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2003/9/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 2(a) |
— |
|
Artikolu 2 (b) |
— |
|
— |
Artikolu 2(a) |
|
Artikolu 2 (c) |
Artikolu 2 (b) |
|
Artikolu 2(d), kliem tal-bidu |
Artikolu 2(c), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 2(d)(i) |
Artikolu 2(c), l-ewwel inċiż |
|
Artikolu 2(d), punt (ii) |
Artikolu 2(c), it-tieni inċiż |
|
— |
Artikolu 2(c), it-tielet inċiż |
|
Artikolu 2(e), (f) u (g) |
— |
|
— |
Artikolu 2(d) |
|
Artikolu 2(h) |
Artikolu 2(e) |
|
Artikolu 2(i) |
Artikolu 2(f) |
|
Artikolu 2(j) |
Artikolu 2(g) |
|
Artikolu 2 (k) |
Artikolu 2(h) |
|
Artikolu 2(l) |
Artikolu 2(i) |
|
— |
Artikolu 2 (j) |
|
— |
Artikolu 2(k) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6(1) sa (5) |
Artikolu 6(1) sa (5) |
|
— |
Artikolu 6(6) |
|
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 7(1) u (2) |
|
Artikolu 7(3) |
— |
|
Artikolu 7(4) sa (6) |
Artikolu 7(3) sa (5) |
|
— |
Artikolu 8 |
|
— |
Artikolu 9 |
|
— |
Artikolu 10 |
|
— |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 10(2) |
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 10 (3) |
Artikolu 14 (3) |
|
Artikolu 11(1) |
— |
|
— |
Artikolu 15(1) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 15(2) |
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 15(3) |
|
Artikolu 11(4) |
— |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 13(1) sa (4) |
Artikolu 17(1) sa (4) |
|
Artikolu 13(5) |
— |
|
— |
Artikolu 17(5) |
|
Artikolu 14(1) |
Artikolu 18(1) |
|
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu, il-punti (a) u (b) |
Artikolu 18(2), kliem tal-bidu, il-punti (a) u (b) |
|
Artikolu 14(7) |
Artikolu 18(2) (c) |
|
— |
Artikolu 18(3) |
|
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(4) |
|
Artikolu 14(3) |
— |
|
— |
Artikolu 18(5) |
|
Artikolu 14(4) |
Artikolu 18(6) |
|
Artikolu 14(5) |
Artikolu 18(7) |
|
Artikolu 14(6) |
Artikolu 18(8) |
|
Artikolu 14 (8), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 18(9), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu, il-punt (a) |
|
Artikolu 14(8), l-ewwel subparagrafu,it-tieni inċiż |
— |
|
Artikolu 14(8), l-ewwel subparagrafu,it-tielet inċiż |
Artikolu 18(9)(b) |
|
Artikolu 14(8), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż |
— |
|
Artikolu 14(8), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18 (9), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 16(1), kliem tal-bidu |
Artikolu 20(1), kliem tal-bidu |
|
Artikolu 16 (1) (a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 16(1) (a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 20(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 16(1)(b) |
— |
|
Artikolu 16(2) |
— |
|
— |
Artikolu 20(2) u (3) |
|
Artikolu 16(3) sa (5) |
Artikolu 20(4) sa (6) |
|
Artikolu 17(1) |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 17(2) |
— |
|
— |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 18(1) |
Artikolu 23(1) |
|
— |
Artikolu 23(2) u (3) |
|
Artikolu 18(2) |
Artikolu 23(4) |
|
— |
Artikolu 23(5) |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 25(1) |
|
— |
Artikolu 25(2) |
|
Artikolu 21(1) |
Artikolu 26(1) |
|
— |
Artikolu 26(2) sa (5) |
|
Artikolu 21(2) |
Artikolu 26(6) |
|
Artikolu 22 |
— |
|
— |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 28(1) |
|
— |
Artikolu 28(2) |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 33, l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 33, it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 34 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fis-7 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill irċieva mill-Kummissjoni proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu l-asil (tfassil mill-ġdid) (11214/11). Il-Kummissjoni emendat il-proposta inizjali tagħha għal tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza tad-9 ta' Diċembru 2008 (16913/1/08 REV1), b'kont meħud tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari li ġiet ivvotata fis-7 ta' Mejju 2009 (9333/09) u l-fehmiet espressi fil-Kunsill.
Bil-ħsieb li jiġi evitat dewmien, il-Parlament Ewropew stabbilixxa l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni billi kkunsidra l-proposta emendata fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta inizjali.
Fis-16 ta' Lulju 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta Opinjoni dwar il-proposta inizjali tal-Kummissjoni (SOC/332 - CESE 1209/2009). Fis-26 u s-27 ta' Ottubru 2011, il-Kumitat iddeċieda li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-proposta emendata. Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta Opinjoni dwar il-proposta inizjali fis-sessjoni plenarja tiegħu tas-6 u s-7 ta' Ottubru 2009 (CdR 90/2009 fin) u fit-18 ta' Ottubru 2011 iddeċieda li ma joħroġx Opinjoni dwar il-proposta emendata iżda jinforma lill-Kunsill bil-fehmiet tiegħu permezz ta' ittra lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (18840/11).
Fil-laqgħa tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill ikkonferma l-Qbil politiku dwar il-proposta emendata (14112/1/12 REV1).
F'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni tat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza. Id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha f'konformità mal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.
II. OBJETTIV TAL-PROPOSTA
Id-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza tistabbilixxi standards għall-akkoljenza ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. It-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza huwa parti minn sensiela ta' proposti leġislattivi fil-qasam tal-asil ippreżentati mill-Kummissjoni f'konformità mal-impenn tal-Kunsill Ewropew li tiġi stabbilita Sistema Ewropea Komuni tal-Asil sal-2012.
L-objettivi tat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza huma li jiġu garantiti kondizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati u komparibbli fl-Istati Membri marbutin bid-Direttiva, jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali b'kont meħud ta' każistika fi stat ta' żvilupp tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u tiġi garantita konsistenza mal-istrumenti l-oħra tal-asil.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
A. Osservazzjonijiet ġenerali
Abbażi tal-proposta emendata tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wettqu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż qbil fl-istadju tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. It-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill jirrifletti bis-sħiħ il-kompromess milħuq bejn iż-żewġ koleġislaturi. Dan il-kompromess jiżgura standards ta' akkoljenza ogħla u aktar armonizzati għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari għal persuni vulnerabbli bi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza. Fl-istess ħin, il-kompromess jirrifletti l-ħtieġa għal regoli li jippermettu implimentazzjoni effettiva minħabba r-regoli u s-sistemi legali nazzjonali differenti li kapaċi jiġġieldu l-abbuż tal-proċess tal-asil. Il-kompromess jimmira wkoll li jevita kwalunkwe piż amministrattiv u finanzjarju mhux meħtieġ għall-Istati Membri.
B. Kwistjonijiet ewlenin
It-test ta' kompromess rifless fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jadatta d-Direttiva attwalment fis-seħħ (1) fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:
1. Definizzjoni ta' membri tal-familja u akkomodazzjoni konġunta
It-test ta' kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari jipprevedi koerenza bejn l-istrumenti differenti tal-asil billi jallinja d-definizzjoni ta' membri tal-familja mad-definizzjoni fit-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki (2). Meta mqabbla mad-definizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza attwalment fis-seħħ, li tkopri lill-konjuġi jew sieħeb mhux biż-żwieġ u t-tfal mhux miżżewġin, id-definizzjoni hija estiża biex tinkludi l-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għal applikant dment li dan tal-aħħar ikun minorenni u mhux miżżewweġ.
Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fiha dispożizzjonijiet ġodda rigward l-akkomodazzjoni konġunta. L-ewwel nett, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li applikanti adulti dipendenti bi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma' qraba viċini adulti li jkunu diġà preżenti fl-istess Stat Membru u li jkunu responsabbli għalihom bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. It-tieni nett, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tfal minorenni ta' applikanti jew applikanti li jkunu minorenni jkunu akkomodati mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom, jew ma' ħuthom mhux miżżewġin, dment li dan ikun għall-aħjar interessi tagħhom.
2. Detenzjoni
It-test ta' kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari jintroduċi qafas leġislattiv estensiv li jirregola d-detenzjoni ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali. Dan il-qafas jinkludi regoli dwar ir-raġunijiet għal detenzjoni, il-garanziji għal applikanti detenuti, il-kondizzjonijiet tad-detenzjoni u d-detenzjoni ta' persuni vulnerabbli u persuni bi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza.
2.1. Raġunijiet għal detenzjoni
Il-lista ta' raġunijiet għal detenzjoni tfasslet fid-dawl tad-dritt internazzjonali u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b'kont meħud tal-ħtieġa li l-Istati Membri jittrattaw applikazzjonijiet abużivi b'mod effettiv. Il-lista tikkonsisti mir-raġunijiet għal detenzjoni inklużi fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, issupplimentata minn referenza għal detenzjoni taħt ir-Regolament ta' Dublin. Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-Kunsill fiha raġuni għad-detenzjoni ta' persuni li jiġu detenuti soġġett għall-proċedura ta' ritorn taħt id-Direttiva dwar ir-Ritorn (3) sabiex jitħejja r-ritorn u/jew il-proċess ta' tneħħija. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandom jissostanzjaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi - inkluż il-fatt li l-applikant detenut diġà kellu l-opportunità li jaċċedi l-proċedura tal-asil, li hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li l-applikant qed jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex idewwem jew jiffrustra l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn.
2.2. Garanziji għal persuni detenuti li jfittxu l-asil
Fid-dawl tas-sistemi legali nazzjonali differenti, it-test ta' kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari fih dispożizzjoni li l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżami ġudizzjarju rapidu tal-legalità ta' detenzjoni ordnata minn awtoritajiet amministrattivi li jista' jitwettaq ex offiicio jew fuq it-talba tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali. Fil-każ ta' eżami ex officio, l-eżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara l-bidu tad-detenzjoni. Fil-każ ta' eżami fuq talba tal-applikant, il-legalità tad-detenzjoni għandha tkun soġġetta għal eżami li għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara li jibdew il-proċedimenti rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali il-perijodu li fih għandhom jitwettqu l-eżamijiet.
Bil-ħsieb li jiġi salvagwardjat id-dritt għal rimedju effettiv, l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jkunu detenuti, għandhom jinformaw immedjatament bil-miktub ir-raġunijiet għad-detenzjoni, il-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali għall-kontestazzjoni tal-ordni ta' detenzjoni u l-possibbiltà li jitolbu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Dan għandu jsir b'lingwa li l-applikant jifhem jew li raġonevolment ikun mistenni li jifhem.
Finalment, fir-rigward tal-aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, il-pożizzjoni fl-ewwel qari tallinja t-test tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza mat-test tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil attwalment fis-seħħ (4) iżda mingħajr test tal-mertu li jivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jkun hemm disponibbli assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, minħabba l-probabbiltà li l-eżami jkun suċċess. Huwa wkoll speċifikat li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom jiġu pprovduti minn persuni kwalifikati adegwatament kif ammess jew permess taħt id-dritt nazzjonali mingħajr kwalunkwe konflitt ta' interessi fir-rigward tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali.
2.3. Kondizzjonijiet ta' detenzjoni
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet ta' detenzjoni jiddefinixxu d-drittijiet ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali li huma detenuti b'kont meħud tal-prattika tal-asil. F'dak il-kuntest, l-applikanti, bħala regola, jiġu detenuti f'faċilitajiet ta' akkoljenza speċjali. L-applikanti għandhom ukoll, sa fejn ikun possibbli, jinżammu separati minn ċittadini oħra ta' pajjiż terz. Jekk l-applikanti jkunu detenuti f'akkomodazzjoni ta' ħabs, huma għandhom dejjem jinżammu separati mill-kriminali. Irrispettivament mill-kondizzjonijiet ta' detenzjoni tagħhom, l-applikanti jżommu d-drittijiet previsti fid-Direttiva, inkluż id-dritt għal privatezza meta jikkomunikaw ma' rappreżentanti jew membri tal-familja.
2.4. Detenzjoni ta' persuni vulnerabbli u persuni bi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza
Il-kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari fih dispożizzjonijiet speċifiċi rigward id-detenzjoni ta' persuni vulnerabbli u ta' persuni bi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza. Is-saħħa - inkluża s-saħħa mentali - ta' applikanti detenuti li jkunu persuni vulnerabbli għandha tkun it-tħassib primarju tal-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, fejn jiġu detenuti persuni vulnerabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat, b'kont meħud tas-sitwazzjoni partikolari tagħhom inkluża saħħithom.
F'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, huwa speċifikat li l-minorenni jistgħu jiġu detenuti biss bħala miżura tal-aħħar u li minorenni mhux akkumpanjati jistgħu jiġu detenuti f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss u qatt f'akkomadazzjoni ta' ħabs.
3. Aċċess għas-suq tax-xogħol
It-test ta' kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari jnaqqas il-limitu ta' żmien għall-aċċess ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali għas-suq tax-xogħol minn tnax-il xahar għal disa' xhur. Il-permess ta' aċċess tliet xhur qabel hu bbażat fuq żewġ konsiderazzjonijiet li jikkumpensaw lil xulxin: fuq naħa waħda, il-konsiderazzjoni li aċċess aktar bikri jagħmel lill-applikanti ekonomikament indipendenti qabel - b'hekk inaqqas ir-riskju ta' sfruttament fis-suq iswed u jnaqqas il-ħtieġa għal appoġġ pubbliku - u l-konsiderazzjoni li aċċess aktar bikri jippermettilhom jintegraw b'mod aktar effettiv fis-soċjetà ospitanti; fuq in-naħa l-oħra, il-konsiderazzjoni li aċċess aktar bikri possibilment jagħmilha aktar attraenti għal migranti ekonomiċi li ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali biex jipprovaw jisfruttaw is-sistema tal-asil.
4. Kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali
Il-kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari jipprevedi li, f'każijiet fejn l-Istati Membri jagħtu lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew kupuni, l-ammont għandu jiġi determinat abbażi tal-livell(i) stabbilit(i) mill-Istat Membru kkonċernat bil-liġi jew fil-prattika sabiex jiġu żgurati standards tal-għajxien adegwati għaċ-ċittadini. Huwa wkoll speċifikat li l-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lil dawk li jfittxu l-asil meta mqabbla maċ-ċittadini, b'mod partikolari fejn l-appoġġ materjali jingħata parzjalment f'oġġetti jew fejn il-livell(i) msemmi(ja) hawn fuq, applikat(i) għaċ-ċittadini, ikollu/hom l-għan li jiżgura(w) standard tal-għajxien ogħla minn dak preskritt għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali.
Barra minn hekk, il-pożizzjoni fl-ewwel qari tipprevedi reġim adattat għat-tnaqqis u l-irtirar ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali standard tal-għajxien dinjituż. Huma jistgħu wkoll inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, jirtiraw kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fejn applikant jabbanduna l-post ta' residenza tiegħu, jonqos milli jirrapporta b'mod adegwat jew meta jkun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti. Barra minn hekk, it-tnaqqis ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jibqa' possibbli meta persuna ma tkunx ippreżentat applikazzjoni mill-aktar fis possibbli. Finalment, bħal fid-Direttiva attwalment fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jnaqqsu jew jirtiraw kondizzjonijiet jekk applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji.
5. Persuni vulnerabbli bi ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza
Il-kompromess rifless fil-pożizzjoni fl-ewwel qari jipprevedi obbligu għall-Istati Membri biex jivvalutaw il-ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza ta' persuni vulnerabbli. Vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili ġew miżjudin mal-lista mhux eżawrjenti ta' kategoriji ta' persuni vulnerabbli. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux meħtieġ, huwa speċifikat li valutazzjoni bħal din mhux meħtieġa tkun forma ta' proċedura amministrattiva u li l-Istati Membri jistgħu jintegraw il-valutazzjoni fi proċeduri nazzjonali eżistenti.
6. Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas
L-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom id-dritt għal aċċess għal rimedju effettiv meta jappellaw deċiżjonijiet relatati mal-għoti, l-irtirar jew it-tnaqqis ta' benefiċċji u deċiżjonijiet relatati mar-residenza u l-liberta' ta' moviment. F'dawk il-każijiet, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas huma l-istess bħal fil-każ ta' eżami ta' ordni ta' detenzjoni, bl-eċċezzjoni li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux disponibbli jekk l-appell jiġi kkunsidrat minn awtorità kompetenti bħala li ma għandu l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess.
7. Kwistjonijiet importanti oħra
Kwistjonijiet importanti oħra fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li dwarhom il-Kunsill u l-Parlament Ewropew waslu għal test ta' kompromess:
|
— |
Speċifikazzjoni tal-kwalifiki tar-“rappreżentant” bil-ħsieb li minorenni mhux akkumpanjati jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod aktar sħiħ mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi previsti fid-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza. |
|
— |
L-Istati Membri ma jistgħux jikkondizzjonaw l-għoti tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza għal dokumentazzjoni mhux meħtieġa u sproporzjonata jew rekwiżiti amministrattivi oħra. |
|
— |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, tal-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u disturbi mentali serji. Huwa wkoll speċifikat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lill-applikanti li għandhom ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluża kura tas-saħħa mentali adatti fejn meħtieġ. |
|
— |
L-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċaw il-membri tal-familja ta' minorenni mhux akkumpanjat fejn meħtieġ bl-assistenza ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra, mill-aktar fis possibbli wara li tkun saret applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tal-minorenni. |
|
— |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew atti ta' vjolenza oħra serji jirċievu t-trattament meħtieġ, b'mod partikolari aċċess għal trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti. Barra minn hekk, dawk li jaħdmu ma' persuni bħal dawn għandhom ikunu rċevew u jkomplu jirċievu t-taħriġ adatt u jkunu marbutin b'regoli ta' kunfidenzjalità. |
|
— |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha. |
IV. KONKLUŻJONI
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti l-kompromess milħuq f'negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iffaċilitati mill-Kummissjoni. Dan il-kompromess hu kkonfermat bl-ittra tal-President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (13885/12). F'din l-ittra, il-President tal-LIBE jindika li hu ser jirrakkomanda lill-membri tal-Kumitat LIBE u, sussegwentement lill-plenarja, biex jaċċettaw il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi fit-tieni qari tal-Parlament, soġġetta għal verifika mill-ġuristi-lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet. Bl-emendar tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza, l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi modulu essenzjali ieħor għall-istabbiliment tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu asil (ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18).
(2) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).
(3) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat, (ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13).
|
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 179/27 |
POŻIZZJONI (UE) Nru 7/2013 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (Riformulazzjoni)
Adottata mill-Kunsill fis-6 ta’ Ġunju 2013
2013/C 179 E/02
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(d) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru numru ta' bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat (4). Fl-interess taċ-ċarezza, din id-Direttiva għandha titfassal mill-ġdid. |
|
(2) |
Politika komuni dwar l-asil, li tinkludi Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, hija parti kostitwenti mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tiġi stabbilita progressivament żona ta' libertà, ta' sigurtà, u ta' ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika għandha tkun regolata mill-prinċipju ta' solidarjetà u kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, qabel li jaħdem sabiex tiġi stabbilita Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra Dwar l-Istatus ta' Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (“Konvenzjoni ta' Ġinevra”), u b'hekk ikun affermat il-prinċipju ta' non-refoulement u jkun żgurat li ħadd ma jintbagħat lura għall-persekuzzjoni. |
|
(4) |
Il-Konklużjonijiet ta' Tampere jipprovdu li Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha tinkludi, fi żmien qasir, standards komuni għal proċeduri ġusti u effiċjenti tal-asil fl-Istati Membri u, fi żmien twil, regoli tal-Unjoni li jwasslu għal proċedura komuni tal-asil fl-Unjoni. |
|
(5) |
L-ewwel fażi ta' Sistema Komuni Ewropea tal-Asil saret permezz tal-adozzjoni ta' strumenti legali rilevanti previsti fit-Trattati, inkluża d-Direttiva 2005/85/KE li kienet l-ewwel miżura dwar il-proċeduri tal-asil. |
|
(6) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Novembru 2004, adotta l-Programm tal-Aja, li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu 2005-2010. F'dan ir-rigward, il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-istrumenti legali tal-ewwel fażi u tissottometti l-istrumenti u l-miżuri tat-tieni fażi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'konformità mal-Programm tal-Aja, l-għan li għandu jintlaħaq għall-ħolqien ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Asil huwa l-istabbiliment ta' proċedura komuni tal-asil u status uniformi validu fl-Unjoni. |
|
(7) |
Fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, adottat fis-16 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill Ewropew innota li għad hemm diverġenzi konsiderevoli bejn Stat Membru u ieħor dwar l-għoti tal-protezzjoni u talab biex isiru inizjattivi ġodda, inkluża proposta għall-istabbiliment ta' proċedura unika tal-asil li tinkludi garanziji komuni, sabiex jitlesta l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, previst fil-Programm tal-Aja. |
|
(8) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-10-11 ta' Diċembru 2009, adotta l-Programm ta' Stokkolma li tenna l-impenn lejn l-għan li tiġi stabbilita sal-2012 żona komuni ta' protezzjoni u solidarjetà bbażata fuq proċedura komuni tal-asil u status uniformi għal dawk li ngħataw protezzjoni internazzjonali bbażat fuq standards ta' protezzjoni għolja u proċeduri ġusti u effettivi. Il-Programm ta' Stokkolma afferma li n-nies li jkollhom bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jridu jkunu żgurati aċċess għall-proċeduri tal-asil li huma legalment siguri u effiċjenti. Taħt il-Programm ta' Stokkolma, l-individwi għandhom jiġu offruti l-istess livell ta' trattament fir-rigward tal-arranġamenti proċedurali u d-determinazzjoni tal-istatus, irrispettivament mill-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni tagħhom għall-asil.L-għan huwa li każijiet simili għandhom ikunu trattati bl-istess mod u jkollhom l-istess riżultat. |
|
(9) |
Ir-riżorsi tal-Fond Ewropew tar-Rifuġjati u tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), għandhom ikunu mobilizzati sabiex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards msemmija fit-tieni fażi tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Asil, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati mas-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. |
|
(10) |
Meta jimplimentaw din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-linji gwida rilevanti żviluppati mill-EASO. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni komprensiva u effiċjenti tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjoni tal-applikanti fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (5), il-qafas tal-Unjoni dwar il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett ta' proċedura unika. |
|
(12) |
L-għan ewlieni ta' din id-Direttiva hu li jiġu żviluppati aktar l-istandards għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bl-għan li tiġi stabbilita proċedura komuni tal-asil fl-Unjoni. |
|
(13) |
L-approssimazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tgħin biex tillimita l-movimenti sekondarji tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri, fejn dawn il-movimenti jkunu kkawżati mid-differenzi fl-oqsfa legali, u biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/95/UE. |
|
(14) |
L-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jitolbu protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, fejn tali talba tkun ikkunsidrata bħala bbażata fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata jkollha bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE. |
|
(15) |
Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li minnhom jagħmlu parti. |
|
(16) |
Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali jittieħdu abbażi tal-fatti u, fl-istadju ta' prima istanza, minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-informazzjoni adegwata jew ikun irċieva t-taħriġ meħtieġ fil-qasam ta' kwistjonijiet ta' protezzjoni internazzjonali. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jiġu eżaminati u d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod objettiv u imparzjali, huwa neċessarju li l-professjonisti li jaġixxu fil-qafas tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’rispett dovut lill-prinċipji deontoloġiċi applikabbli. |
|
(18) |
Huwa fl-interessi ta' kemm l-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li deċiżjoni tittieħed malajr kemm jista' jkun dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għal eżami xieraq u komplut. |
|
(19) |
Sabiex jitqassar it-tul globali tal-proċedura f’ċerti każijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà, f’konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom, li jagħtu prijorità lill-eżami ta’ kwalunkwe applikazzjoni billi tiġi eżaminata qabel applikazzjonijiet oħrajn li saru qabel, mingħajr deroga mil-limiti ta’ żmien, prinċipji u garanziji proċedurali li normalment japplikaw. |
|
(20) |
F’ċirkostanzi definiti b'mod ċar fejn applikazzjoni x’aktarx li hi bla bażi jew fejn hemm tħassib serju dwar is-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jgħaġġlu l-proċedura ta’ eżami, b’mod partikolari billi jiġu introdotti limiti ta’ żmien iqsar, iżda raġonevoli, għal ċerti passi proċedurali, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u sħiħ u l-aċċess effettiv tal-applikant għal prinċipji bażiċi u garanziji previsti f’din id-Direttiva. |
|
(21) |
Sakemm applikant jista’ jagħti raġuni tajba, in-nuqqas ta’ dokumenti mad-dħul jew l-użu ta’ dokumenti ffalsifikati m’għandux iwassal per se għal rikors awtomatiku għal proċeduri tal-fruntiera jew mgħaġġla. |
|
(22) |
Huwa wkoll fl-interess ta' kemm l-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti biex jiżguraw fl-ewwel istanza rikonoxximent korrett tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali. Għal dak l-għan, l-applikanti għandhom jiġu pprovduti, fl-ewwel istanza u mingħajr ħlas, b'informazzjoni legali u proċedurali, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Id-dispożizzjoni ta' tali informazzjoni għandha inter alia tippermetti l-applikanti biex jifhmu aħjar il-proċedura, u b'hekk tgħinhom jikkonformaw mal-obbligi rilevanti. Ma jkunx proporzjonat li kieku l-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprovdu tali informazzjoni permezz tas-servizzi ta' avukati kkwalifikati biss. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jużaw l-iktar mezzi xierqa biex jipprovdu tali informazzjoni, bħal pereżempju permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi jew professjonisti mill- awtoritajiet tal-gvern jew servizzi speċjalizzati tal-Istat. |
|
(23) |
Fi proċeduri ta' appelli, suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, l-applikanti għandhom jingħataw assistenza legali mingħajr ħlas u rappreżentanza minn persuni kompetenti li jipprovduhom taħt il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, fl-istadji kollha tal-proċedura, l-applikanti għandhom ikollhom id-dritt li jikkonsultaw, bi spiża tagħhom, konsulenti legali jew kunsillieri ammessi jew permessi għal tali skop taħt il-liġi nazzjonali. |
|
(24) |
Il-kunċett ta' ordni pubbliku jista' inter alia jkopri sentenza ta' kundanna għat-twettiq ta' delitt gravi. |
|
(25) |
Fl-interess ta' rikonoxximent korrett dawk il-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċeduri, l-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jippreżenta l-fatti relevanti tal-każ tiegħu u l-garanziji proċedurali suffiċjenti sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura. Barra minn hekk, il-proċedura li fiha tiġi eżaminata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandha normalment tagħti lil applikant għall-inqas id-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sa meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, aċċess għas-servizzi ta' interpretu sabiex ikun jista' jippreżenta l-każ tiegħu jekk jiġi intervistat mill-awtoritajiet, l-opportunità li jikkomunika ma' rappreżentant tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma' organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, id-dritt ta' notifika adegwata ta' deċiżjoni u tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fil-fatt jew fid-dritt; l-opportunità li jikkonsulta ma' konsulent legali jew konsulent ieħor; id-dritt li jiġi nfurmat dwar il-pożizzjoni legali tiegħu f'mumenti deċiżivi matul il-proċedura, f'ilsien li jifhem jew raġonevolment ikun mistenni jifhem u, fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal. |
|
(26) |
Bl-għan li jiżguraw aċċesss effettiv għall-proċedura ta' eżami, l-uffiċjali li jkollhom l-ewwel kuntatt ma' persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-uffiċjali li jwettqu sorveljanza tal-fruntieri tal-art jew tal-baħar jew li jwettqu kontrolli fil-fruntieri, għandhom jirċievu informazzjoni rilevanti u t-taħriġ meħtieġa dwar kif jirrikonoxxu u jitrattaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fost l-oħrajn filwaqt li jittieħed kont dovut tal-linji gwida rilevanti żviluppati mill-EASO. Dawn għandhom ikunu kapaċi jipprovdu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li huma preżenti fit-territorju, inkluż fil-fruntieri, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu tal-Istati Membri, u li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, bl-informazzjoni relevanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu ppreżentati. Meta dawk il-persuni jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont din id-Direttiva. |
|
(27) |
Ladarba ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali huma applikanti għal protezzjoni internazzjonali, huma għandhom ikunu konformi mal-obbligi u jibbenefikaw mid-drittijiet taħt din id-Direttiva u d-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (6) (7). Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-fatt li dawk il-persuni huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali kemm jista’ jkun malajr |
|
(28) |
Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għall-proċedura ta' eżami fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Komunikazzjoni bażika neċessarja biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jifhmu jekk il-persuni li jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali għandhomx jiġu żgurati permezz ta' arranġamenti għall-interpretazzjoni. |
|
(29) |
Xi applikanti jistgħu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali minħabba, inter alia, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tas-sess, diżabbiltà, mard serju, mard mentali jew konsegwenzi ta’ tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jidentifikaw applikanti li jkollhom bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali qabel tittieħed deċiżjoni fl-ewwel każ. Dawk l-applikanti, għandhom ikunu pprovduti b'appoġġ xieraq inkluż ħin biżżejjed sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u għall-preżentazzjoni tal-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
(30) |
Fejn ma jistax jingħata appoġġ adegwat lil applikant li jkollu bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali fil-qafas ta’ proċeduri mgħaġġla jew tal-fruntieri, dan l-applikant għandu jiġi eżentat minn dawk il-proċeduri. Il-bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali ta’ tip li jkun jista’ jimpedixxi l-applikazzjoni ta’ proċeduri mgħaġġla jew tal-fruntieri għandu jfisser ukoll li l-applikant jingħata garanziji addizzjonali f’każijiet fejn l-appell tiegħu jew tagħha m'għandux effett sospensiv awtomatiku, bil-ħsieb li r-rimedju jkun effettiv fiċ-ċirkostanzi partikolri tiegħu/tagħha. |
|
(31) |
Il-miżuri nazzjonali li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u s-sinjali ta' tortura jew atti serji oħra ta' vjolenza fiżika jew psikoloġika, inklużi atti ta' vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn din id-direttiva jistgħu inter alia jkunu bbażati fuq il-Manwal dwar Investigazzjoni Effettiva u Dokumentazzjoni ta' Tortura u ta' Trattament jew Kastig Kiefer, Inuman jew Degradanti Ieħor (Protokoll ta' Istanbul). |
|
(32) |
Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sostantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri ta’ eżami għandhom ikunu relatati mas-sessi. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq is-sess. Il-kumplessità tat-talbiet relatati mas-sess għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu jew il-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti. |
|
(33) |
L-aħjar interessi tat-tfal, għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta japplikaw din id-Direttiva, f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-ivvalutar tal-aħjar interess tat-tfal, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jieħdu kont dovut tal-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, inkluż l-ambjent fejn jgħixu/jitrabbew. |
|
(34) |
Il-proċeduri għall- eżami tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu tali li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
(35) |
Meta, fil-qafas tal-ipproċessar tal-applikazzjoni, issir tfittxija fuq l-applikant, dik it-tfittxija għandha ssir minn persuna tal-istess sess. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tfittxija li ssir, għal raġunijiet ta’ sigurtà, abbażi tal-liġi nazzjonali. |
|
(36) |
Fejn sussegwentement applikant jagħmel applikazzjoni mingħajr ma jippreżenta provi jew argumenti ġodda, ikun sproporzjonat li l-Istati Membri jkunu obbligati jwettqu proċedura sħiħa ġdida ta' eżami. F'dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirrifjutaw applikazzjoni bħala inamissibbli taħt il-prinċipju ta' res judicata. |
|
(37) |
Fir-rigward tal-involviment tal-persunal ta’ awtorità li ma tkunx l-awtorità determinanti fit-twettiq ta’ intervisti fil-ħin dwar is-sustanza ta’ applikazzjoni, il-kunċett ta’ “fil-ħin” għandu jiġi vvalutat skont il-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 31. |
|
(38) |
Ħafna applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru fil-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu għall-ammissibbiltà u/jew proċeduri ta' eżami sostantivi li jippermttu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi f'dawk il-postijiet f'ċirkustanzi definiti sew. |
|
(39) |
Meta jiddeterminaw jekk sitwazzjoni ta’ inċertezza hijiex prevalenti fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ applikant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiksbu informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi rilevanti bħall-EASO, l-UNHCR, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe posponiment tal-konklużjoni tal-proċedura jikkonforma b'mod sħiħ mal-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2011/95/UE u l-Artikolu 41 tal-Karta, mingħajr preġudizzju għall-effiċjenza u l-ġustizzja tal-proċeduri taħt din id-Direttiva. |
|
(40) |
Konsiderazzjoni ċentrali ta' bażi tajba għall-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Meta pajjiż terz ikun jista' jiġi meqjus bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikklassifikawh bħala bla periklu u jassumu s-sigurtà tiegħu għal applikant partikolari, sakemm huwa ma jippreżentax kontraindikazzjonijiet. |
|
(41) |
Fid-dawl tal-livell ta' armonizzazzjoni milħuq dwar il-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta' persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni sabiex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu. |
|
(42) |
L-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-finijiet ta' din id-Direttiva ma tistax tistabbilixxi garanzija ta' sigurtà assoluta għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista' tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ċivili, legali u politiċi ġenerali f'dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta' trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex suġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli f'dak il-pajjiż. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li, fejn applikant juri li jkun hemm raġunijiet validi sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih. |
|
(43) |
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha fuq bażi sostanzjali, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE, ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment fejn wieħed ikun jista' raġonevolment jassumi li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l- eżami jew jipprovdi protezzjoni suffiċjenti. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fejn pajjiż ta' asil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat jew inkella protezzjoni suffiċjenti u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż. |
|
(44) |
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jivvalutaw is-sustanza ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fejn l-applikant, minħabba konnessjoni suffiċjenti ma' pajjiż terz kif definit mil-liġi nazzjonali, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż terz, u jkun hemm bażijiet għall-kunsiderazzjoni li applikant se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu biss fuq din il-bażi meta dan l-applikant partikolari jkun protett fil-pajjiż terz konċernat. Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji ta' applikanti, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-konsiderazzjoni jew indikazzjoni mill-Istati Membri ta' pajjiżi terzi bħala bla periklu. |
|
(45) |
Barra minn hekk, fir-rigward ta' ċerti pajjiżi terzi Ewropej, li josservaw standards partikolarment għoljin fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-protezzjoni ta' rifuġjati, l-Istati Membri għandhom jiġu eżentati milli jeżaminaw jew milli jeżaminaw bis-sħiħ l-applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali fir-rigward ta' applikanti li jidħlu fit-territorju tagħhom minn dawn il-pajjiżi terzi Ewropej. |
|
(46) |
Fejn l-Istati Membri japplikaw kunċetti ta’ pajjiż bla periklu abbażi tal-każ speċifiku jew jinnominaw pajjiżi bħala bla periklu billi jadottaw listi f’dak ir-rigward, għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-linji gwida u l-manwali ta’ operazzjoni u l-informazzjoni dwar pajjiżi ta’ oriġini u attivitajiet, inkluża l-metodoloġija tar-rapport tal-EASO ta' Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta’ Oriġini, imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (8), kif ukoll ta' linji gwida rilevanti tal-UNHCR. |
|
(47) |
Sabiex jiġi faċilitat l-iskambju regolari tal-informazzjoni dwar l-applikazzjoni nazzjonali tal-kunċetti tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu, ta' pajjiż terz bla periklu u ta' pajjiż terz Ewropew bla periklu kif ukoll rieżami regolari mill-Kummissjoni tal-użu ta’ dawk il-kunċetti mill-Istati Membri, u biex issir preparazzjoni għal aktar armonizzazzjoni potenzjalment fil-futur, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw jew perjodikament jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar pajjiżi terzi li għalihom huma applikati dawn il-kunċetti. Il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultat tar-rieżamijiet tagħha. |
|
(48) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-kunċetti ta’ pajjiż bla periklu abbażi ta’ informazzjoni aġġornata, l-Istati Membri għandhom iwettqu rieżamijiet regolari tas-sitwazzjoni f’dawk il-pajjiżi abbażi ta’ firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni minn Stati Membri oħra, l-EASO, l-UNHCR, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonjiet internazzjonali rilevanti oħra. Meta l-Istati Membri jsiru konxji minn bidla sinifikanti fil-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiż nominat minnhom bħala bla periklu, għandhom jiżguraw li jsir rieżami ta’ dik is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr u, fejn meħtieġ, rieżami tan-nomina tal-pajjiż bħala bla periklu. |
|
(49) |
Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali jkunu debitament informati dwar il-possibbiltà ta' rikonsiderazzjoni tal-istatus tagħhom u jkollhom l-opportunità sabiex jagħtu l-fehma tagħhom qabel mal-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni motivata dwar l-irtirar tal-istatus tagħhom. |
|
(50) |
Ikun jirrifletti prinċipju bażiku tal-liġi tal-Unjoni li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, id-deċiżjonijiet dwar ir-rifjut biex jerġa' jinfetaħ l-eżami ta' applikazzjoni wara l-waqfien tagħha u d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja jkunu suġġetti għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal. |
|
(51) |
F'konformità mal-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din id-Direttiva ma tolqotx l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-salvagwardja tas-sigurtà interna. |
|
(52) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9) tirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq fl-Istati Membri f’konformità ma’ din id-Direttiva. |
|
(53) |
Din id-Direttiva ma tittrattax dwar dawk il-proċeduri bejn l-Istati Membri li huma regolati mir-Regolament (KE) Nru …/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (10) (11) (Ir-Regolament ta' Dublin). |
|
(54) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal applikanti li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru …/… (12), flimkien u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
|
(55) |
L-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi valutata f'intervalli regolari. |
|
(56) |
Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal–prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(57) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni (13), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn it-taqsimiet ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta’ dokumenti bħal dawn hi ġġustifikata. |
|
(58) |
F'konformità mal-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhumiex marbuta biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(59) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(60) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta. B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 18, 19, 21, 23, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata għal b'dan il-għan. |
|
(61) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2005/85/KE. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin huwa stabbilit taħt dik id-Direttiva. |
|
(62) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2005/85/KE stabbilit fil-Parti B tal-Anness II, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali f'konformità mad-Direttiva 2011/95/UE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
“Konvenzjoni ta' Ġinevra” tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 Dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967; |
|
(b) |
“applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” jew“ applikazzjoni” tfisser talba magħmula minn ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna apolida għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista' tinftiehem li qed tfittex stat ta' rifuġjat jew stat ta' protezzjoni sussidjarja, u li ma titlobx espliċitament tip ieħor ta' protezzjoni barra mill-ambitu tad-Direttiva 2011/95/UE, li tista' ssir applikazzjoni separata għaliha; |
|
(c) |
“applikant” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħditx; |
|
(d) |
“applikant li jkollu bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali” tfisser applikant li l-kapaċità tiegħu li jibbenefika mid-drittijiet u li jikkonforma mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva tkun limitata minħabba cirkostanzi individwali; |
|
(e) |
“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni dwar jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida jingħatawx status ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva 2011/95/UE u li ma tkunx suġġetta aktar għal rimedju fil-qafas tal-Kapitolu V ta' din id-Direttiva irrispettivament jekk tali rimedju għandux l-effett li jippermetti applikanti jibqgħu fl-Istati Membri konċernati sal-eżitu tagħha; |
|
(f) |
“awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp semi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu fl-ewwel istanza deċiżjonjiet f'tali każijiet; |
|
(g) |
“rifuġjat” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(h) |
“persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(i) |
“protezzjoni internazzjonali” tfisser status ta' rifuġjat u status ta' protezzjoni sussidjarja kif definiti fil-punti (j) u (k); |
|
(j) |
“status ta' rifuġjat” tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta' ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna apolida bħala rifuġjat; |
|
(k) |
“status ta' protezzjoni sussidjarja” tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta' ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna apolida bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja; |
|
(l) |
“minorenni” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida taħt l-età ta' 18-il sena; |
|
(m) |
“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser minorenni kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(n) |
“rappreżentant” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta minorenni mhux akkumpanjat fi proċeduri mhux provduti f'din id-Direttiva bil-għan li tiżgura l-aħjar interessi tat-tfal u teżerċita kapaċità legali għall-minorenni fejn ikun meħtieġ. Fejn organizzazzjoni tiġi maħtura bħala rappreżentant, hi għandha tinnomina persuna responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ rappreżentant fir-rigward tal-minorenni mhux akkumpanjat, f'konformità ma' din id-Direttiva; |
|
(o) |
“irtirar tal-protezzjoni internazzjonali” tfisser id-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja ta' persuna taħt id-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(p) |
“tibqa' fl-Istat Membru” tfisser li tibqa' fit-territorju, inklużi l-fruntiera jew iż-żoni ta' tranżitu tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li fih tkun saret jew qiegħda tiġi eżaminata tali applikazzjoni; |
|
(q) |
“applikazzjoni sussegwenti” tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inklużi każijiet fejn l-applikant ikun irtira b'mod espliċitu l-applikazzjoni tiegħu u każijiet fejn l-awtorità determinanti tkun irrifjutat applikazzjoni wara l-irtirar impliċita tagħha taħt l-Artikolu 28(1). |
Artikolu 3
Ambitu
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu, tal-Istati Membri, u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal talbiet għall-asil diplomatiku jew territorjali preżentati lir-rappreżentanzi ta' Stati Membri.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva fi proċeduri sabiex jiġu deċiżi applikazzjonijiet għal kwalunkwe tip ta' protezzjoni li jaqa' barra l-ambitu tad-Direttiva 2011/95/UE.
Artikolu 4
Awtoritajiet responsabbli
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw, għall-proċeduri kollha, awtorità determinanti li tkun responsabbli li tagħmel eżami adegwat ta' applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali awtorità tkun ipprovduta b'mezzi xierqa, inkluż biżżejjed persunal kompetenti, biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li awtorità differenti minn dik imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun responsabbli għall-għanijiet ta':
|
(a) |
l-ipproċessar ta' każijiet taħt ir-Regolament (UE) Nru …/… (14), u |
|
(b) |
l-għotja jew ir-rifjut tal-permess tad-dħul fil-qafas fil-proċedura pprovduta fl-Artikolu 43, suġġett għall-kundizzjonijiet u kif stipulat f'dak l-Artikolu u fuq il-bażi tal-opinjoni raġunata tal-awtorità determinanti. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità determinanti jkun mistħarreġ b'mod xieraq. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal taħriġ xieraq li għandu jinkludi l-elementi msemmija fl-Artikolu 6(4)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-taħriġ rilevanti stabbilit u żviluppat mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO). Il-persuni li jintervistaw lill-applikanti skont din id-Direttiva għandu jkollhom ukoll tagħrif ġenerali miksub ta’ problemi li jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin il-kapaċità tal-applikant li jiġi intervistat, bħal indikazzjonijiet li l-applikant seta' ġie ttorturat fil-passat.
4. Meta awtorità tiġi nominata skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dik l-awtorità ikollu l-għarfien adegwat jew jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jimplementa din id-Direttiva.
5. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fi Stat Membru lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor li jwettqu kontrolli tal-fruntiera jew tal-immigrazzjoni għandhom ikunu trattati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun saret l-applikazzjoni
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet aktar favorevoli
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu fis-seħħ standards aktar favorevoli għal proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, sa fejn dawk l-istandards ikunu kompatibbli ma' din id-Direttiva.
KAPITOLU II
PRINĊIPJI U GARANZIJI BAŻIĊI
Artikolu 6
Aċċess għall-proċedura
1. Meta persuna tagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali lil awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali għar-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet bħal dawn, ir-reġistrazzjoni għandha sseħħ mhux iktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara li ssir l-applikazzjoni.
Jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issir lil awtoritajiet oħra li x’aktarx jirċievu applikazzjonijiet bħal dawn, iżda mhumiex kompetenti għar-reġistrazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ir-reġistrazzjoni għandha ssir mhux iktar tard minn sitt ijiem ta’ xogħol wara li ssir l-applikazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet l-oħra li x’aktarx jirċievu applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali bħal pulizija, gwardji tal-fruntiera, awtoritajiet tal-immigrazzjoni u persunal tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni għandhom l-informazzjoni rilevanti u li l-persunal tagħhom jirċievi il-livell meħtieġ ta’ taħriġ li jkun xieraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom u istruzzjonijiet biex jinformaw lill-applikanti fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu ppreżentati.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha opportunità effettiva biex tippreżentaha malajr kemm jista' jkun. Fejn l-applikant ma jagħmilx l-applikazzjoni tiegħu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 28 kif meħtieġ.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jiġu ppreżentati fiżikament u/jew f’post magħżul.
4. Minkejja l-paragrafu 3, applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha titqies bħala li ġiet riċevuta ladarba formola ppreżentata mill-applikant jew, fejn dan ikun previst fil-liġi nazzjonali, rapport uffiċjali, ikunu waslu għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
5. Fejn applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jagħmluha diffiċli ħafna fil-prattika li jiġi rispettat il-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dak il-limitu ta' żmien jiġi estiż sa 10 ijiem ta' xogħol.
Artikolu 7
Applikazzjonijiet magħmula f'isem persuni dipendenti jew minorenni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull adult li jkollu kapaċità legali jkollu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'ismu stess.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li applikazzjoni tkun tista' ssir minn applikant f'isem id-dipendenti tiegħu. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom jiżguraw li adulti dipendenti jagħtu l-kunsens tagħhom għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f'isimhom, u fin-nuqqas ta' dan għandhom ikollhom l-opportunità li jagħmlu applikazzjoni f'isimhom stess.
Il-kunsens għandu jkun mitlub fiż-żmien li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni jew, mhux aktar tard minn meta ssir intervista personali mal-persuna adulta dipendenti. Qabel ma jkun mitlub kunsens, kull adult dipendenti għandu jkun informat fil-privat dwar il-konsegwenzi proċedurali rilevanti tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f'ismu u dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni separata għall-protezzjoni internazzjonali
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minorenni jkollu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew f'ismu, jekk ikollu l-kapaċità legali li jaġixxi fi proċeduri taħt il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, jew permezz tal-ġenituri tiegħu jew membri adulti oħra tal-familja tiegħu, jew adult responsabbli għalih, kemm bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali tal-Istat Membri ikkonċernat, jew inkella permezz ta’ rappreżentant.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi xierqa msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (15) għandhom id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem il-minorenni mhux akkumpanjat jekk, fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, dawn l-korpi huma tal-opinjoni li l-minorenni jista' jkollu ħtiġijiet ta' protezzjoni taħt id-Direttiva 2011/95/UE.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw fil-liġi nazzjonali:
|
(a) |
il-każijiet li fihom minorenni jista' jagħmel applikazzjoni f'ismu stess; |
|
(b) |
il-każijiet li fihom l-applikazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjat ikollha tiġi preżentata minn rappreżentant kif previst fl-Artikolu 25(1)(a); |
|
(c) |
il-każijiet li fihom il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun ikkunsidrata wkoll bħala preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għal kwalunkwe minorenni mhux miżżewweġ. |
Artikolu 8
Informazzjoni u konsulenza f'faċilitajiet ta' detenzjoni f'punti ta' qsim bejn fruntieri
1. Fejn hemm indikazzjonijiet li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi miżmuma f’faċilitajiet ta’ detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntieri, inklużi żoni ta’ tranżitu fil-fruntieri esterni, jistgħu jkunu jridu jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħtuhom informazzjoni dwar il-possibbiltà li jagħmlu dan. F’dawk il-faċilitajiet ta’ detenzjoni u ż-żoni fil-fruntieri, l-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għal interpretazzjoni sa fejn ikun neċessarju għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-proċedura li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet u l-persuni li jipprovdu pariri u konsulenza lill-applikanti jkollhom aċċess effettiv għall-applikanti li jinsabu fil-punti ta' qsim bejn il-fruntieri, inklużi żoni ta' tranżitu, fil-fruntieri esterni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli li jkopru l-presenza ta' dawn l-ogranizzazzjonijiet u persuni f'dawk iż-żoni u b’mod partikolari li l-aċċess ikun suġġett għal ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-limiti fuq tali aċċess jistgħu jiġu imposti biss, fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, huma oġġettivament neċessarji għas- sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-punti ta' qsim ikkonċernati sakemm l-aċċess ma jkunx limitat severament b'dawn jew ma jsirx impossibbli minħabba fihom.
Artikolu 9
Id-dritt li wieħed jibqa' fl-Istat Membru matul l-eżami tal-applikazzjoni
1. L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet deċiżjoni fl-ewwel istanza skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III. Dak id-dritt li jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru m'għandux jikkostitwixxi intitolament għall-permess ta' residenza.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss fejn persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 41 jew fejn dawn iċedu jew jestradixxu, skont il-każ, persuna lejn Stat Membru ieħor skont obbligi f'konformità ma' mandat ta' arrest Ewropew (16) jew diversament, jew lejn pajjiż terz jew lejn qrati jew tribunali kriminali internazzjonali.
3. Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz ta]t il-paragrafu 2 biss fejn l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li deċiżjoni ta' estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi vjolazzjoni tal-obbligi ta' dak l-Istat Membru taħt il-liġi internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 10
Rekwiżiti għall-eżami ta' applikazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali la jiġu miċħuda u lanqas esklużi milli jiġu eżaminati għar-raġuni biss li ma kinux saru malajr kemm jista' jkun.
2. Meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha l-ewwel tiddeċiedi jekk l-applikanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati u, jekk le, jiddeċiedu jekk l-applikanti humiex eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jiġu meħuda wara eżami adegwat. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati u d-deċiżjonijiet jiġu meħuda individwalment, oġġettivament u imparzjalment; |
|
(b) |
tinkiseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħall-EASO u l-UNHCR u organizzazzjonijiet rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti fil-pajjiżi ta' origini tal-applikanti u, fejn meħtieġ, f'pajjiżi li għaddew minnhom, u li tali informazzjoni issir disponibbli għall-persunal responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet u mit-teħid ta' deċiżjonijiet; |
|
(c) |
il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikun jaf l-istandards relevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-asil u dwar ir-rifuġjati; |
|
(d) |
il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet għandu l-possibbiltà li jitlob parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, dwar it-tfal jew is-sess. |
4. L-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V għandhom, permezz tal-awtorità determinanti jew tal-applikant jew diversament, ikollhom aċċess għall-informazzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu 3(b), li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw it-traduzzjoni ta' dokumenti relevanti għall-eżami ta' applikazzjonijiet.
Artikolu 11
Rekwiżiti għal deċiżjoni mill-awtorità determinanti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jingħataw bil-miktub.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fejn applikazzjoni tiġi miċħuda fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat u/jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt jiġu ddikjarati fid-deċiżjoni u tiġi mogħtija bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva.
L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jipprovdu bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva flimkien ma' deċiżjoni fejn l-applikant ikun ingħata tali informazzjoni fi stadju aktar kmieni bil-miktub jew b'mezz elettroniku aċċessibbli għall-applikant.
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 7(2), u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni waħda, li tkopri l-persuni dipendenti kollha, ħlief jekk din tkun twassal għall-iżvelar ta' ċirkostanzi partikolari ta' applikant li jistgħu jfixklu l-interessi tiegħu, partikolarment f'każijiet li jinvolvu s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u/jew il-persekuzzjoni bbażata fuq l-età. F’każijiet bħal dawn, tinħareġ deċiżjoni separata lill-persuna kkonċernata.
Artikolu 12
Garanziji għall-applikanti
1. Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha jgawdu l-garanziji li gejjin:
|
(a) |
għandhom jiġu informati f'ilsien li huma jifhmu jew raġonevolment huma mistennija jifhmu tal-proċedura li jkollha tiġi segwita u tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura u l-konsegwenzi eventwali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tagħhom u ta' nuqqas ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet. Għandhom jiġu informati dwar il-perjodu ta' żmien, il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jissodisfaw l-obbligu tal-preżentazzjoni tal-elementi imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE, kif ukoll il-konsegwenzi ta' irtirar espliċitu jew impliċitu tal-applikazzjoni Dik l-informazzjoni għandha tingħatalhom fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'din id-Direttiva u jikkonformaw mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 13; |
|
(b) |
għandhom jirċievu s-servizzi ta' interpretu sabiex jippreżentaw il-każ tagħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti meta dan ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bħala meħtieġ l-għoti ta' dawn is-servizzi għall-inqas meta l-applikant huwa intervistat kif imsemmi fl-Artikoli 14, 15, 16, 17 u 34 u meta ma tkunx tista' tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata mingħajr dawn is-servizzi. F'dan il-każ u f'każijiet oħra fejn l-awtoritajiet kompetenti jsejħu lill-applikant, dawn is-servizzi għandhom jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi; |
|
(c) |
ma għandhiex tiġi miċħuda lilhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-UNHCR jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi pariri legali jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali taħt il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru; |
|
(d) |
huma u jekk applikabbli, il-konsulenti legali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 23(1) m'għandhomx jiġu miċħuda aċċess għall-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b) u għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fl-Artikolu 10(3)(d), fejn l-awtorità determinanti tkun ikkunsidrat dik l-informazzjoni bl-iskop li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom; |
|
(e) |
għandhom jingħataw notifika fi żmien raġonevoli tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-applikant ikun qiegħed jiġi rappreżentat legalment minn konsulent legali jew konsulent ieħor, l-Istati Membri jistgħu jagħzlu li jinnotifikaw lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant; |
|
(f) |
għandhom jiġu informati dwar ir-riżultat tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti f'ilsien li huma jifhmu jew raġonevolment huma mistennija jifhmu meta ma jkunux assistiti jew rappreżentati minn konsulent legali jew konsulent ieħor. L-informazzjoni provduta għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2). |
2. Fir-rigward tal-proċeduri previsti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha igawdu garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c), (d) u (e ) ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Obbligi tal-applikanti
1. L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li jistabbilixxu l-identità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 2011/95/UE. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn tali obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.
2. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li
|
(a) |
l-applikanti ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti jew jidhru personalment quddiemhom mill-iktar fis possibbli jew fi żmien partikolari; |
|
(b) |
l-applikanti ikollhom jagħtu dokumenti fil-pussess tagħhom li jkunu relevanti għall-eżami tal-applikazzjoni, bħall-passaporti tagħhom; |
|
(c) |
l-applikanti jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post tar-residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom u b'kull tibdil ta' dan mill-aktar fis possibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fil-post ta' residenza jew fl-indirizz l-aktar reċenti li huwa kien indika għal dan il-għan; |
|
(d) |
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfittxu l-applikant u l-affarijiet li jġorr miegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija li saret għal raġunijiet ta’ sigurtà, tfittxija fuq il-persuna tal-applikant taħt din id-Direttiva għandha ssir minn persuna tal-istess sess b’rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u psikoloġika; |
|
(e) |
l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu ritratt tal-applikant; kif ukoll |
|
(f) |
l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreġistraw l-istqarrijiet orali tal-applikant, sakemm dan ikun preċedentement ġie informat b'dan. |
Artikolu 14
Intervista personali
1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali ma' persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom isiru mill-persunal tal-awtorità determinanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(2)(b).
Fejn l-applikazzjonijiet simultanji għall-protezzjoni internazzjonali minn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi jagħmluha impossibbli li fil-prattika l-awtorità determinanti tkun tista' tagħmel intervisti fil-ħin dwar is-sustanza ta' kull applikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persunal ta' awtorità oħra tkun involuta b'mod temporanju fit-twettiq ta' dawn l-intervisti. F'każijiet bħal dawn, il-persunal ta' dik l-awtorità l-oħra għandu jirċievi minn qabel it-taħriġ rilevanti li għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Artikolu 6(4)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010. Il-persuni li jagħmlu intervisti personali lill-applikanti taħt din id-Direttiva għandhom ikunu kisbu wkoll għarfien ġenerali ta’ problemi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kapaċità tal-applikant li jiġi intervistat, bħal indikazzjonijiet li l-applikant seta' ġie ttorturat fil-passat.
Fejn persuna tkun ippreżentat applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem id-dipendenti tagħha, kull adult dipendenti għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali dawk il-każijiet li fihom minorenni għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali.
2. L-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tista' titneħħa meta:
|
(a) |
l-awtorità determinanti tkun kapaċi li tieħu deċiżjoni pożittiva fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat abbażi tal-evidenza disponibbli; jew |
|
(b) |
l-awtorità determinanti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'siktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. F'dubju, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta professjonist mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni li minħabba fiha l-applikant li mhuwiex f'siktu jew kapaċi li jiġi intervistat hijiex temporanja jew fit-tul. |
Fejn ma ssirx intervista personali taħt il-punt (b) jew, fejn applikabbli, mal- persuna dipendenti, għandu jsir dak li jkun raġonevolment possibbli sabiex l-applikant jew il-persuna dipendenti jkunu jistgħu jippreżentaw aktar informazzjoni.
3. In-nuqqas ta' intervista personali taħt dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.
4 In-nuqqas ta' intervista personali skont il-paragrafu 2(b) ma għandhiex tinċidi negattivament fuq id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.
5. Irrispettivament mill-Artikolu 28(1), l-Istati Membri, meta jiddeċiedu dwar applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jistgħu jieħdu kont tal-fatt li l-applikant naqas milli jidher għall-intervista personali sakemm huwa ma kellux raġunijiet tajbin għan-nuqqas li jidher.
Artikolu 15
Rekwiżiti għal intervista personali
1. Intervista personali għandha normalment issir mingħajr il-preżenza ta' membri tal-familja sakemm l-awtorità determinanti ma tikkunsidrax bħala meħtieġ, sabiex isir eżami adegwat, li jkun hemm membri oħra tal-familja preżenti.
2. Intervista personali għandha ssir taħt kundizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità adegwata.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-intervisti personali jitmexxew taħt kundizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom b'mod komprensiv. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, sess, orjentazzjoni sesswali, identità sesswali jew il-vulnerabbiltà tal-applikant; |
|
(b) |
kull meta jkun possibbli, jipprovdu li l-intervista mal-applikant tkun imwettqa minn persuna tal-istess sess jekk l-applikant ikkonċernat jitlob dan, sakemm l-awtorità determinanti ma jkollhiex raġuni biex temmen li tali talba hi bbażata fuq raġunijiet li mhumiex relatati ma diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha b’mod komprensiv; |
|
(c) |
jagħżlu interpretu li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista. Il-komunikazzjoni għandha ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Kull meta jkun possibbli, l-Istati membri għandhom jipprovdu interpretu tal-istess sess jekk l-applikant jitlob dan, sakemm l-awtorità determinanti jkollha raġunijiet biex temmen li tali talba hi bbażata fuq raġunijiet li mhumiex relatati ma’ diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha b’mod komprensiv; |
|
(d) |
jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista dwar is-sustanza ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ma tilbisx uniformi; |
|
(e) |
jiżguraw li l-intervisti mal-minorenni jsiru b'mod li jifmuhom it-tfal. |
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-preżenza, waqt intervista personali, ta' terzi persuni.
Artikolu 16
Il-kontenut ta' intervista personali
Meta ssir intervista personali dwar is-sustanza ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikant ikollu opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE kemm jista' jkun malajr. Dan jinkludi l-opportunità li jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa li jistgħu jkunu nieqsa u/jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tal-applikant.
Artikolu 17
Ir-rappurtar u l-irrekordjar ta' intervisti personali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir rapport dettaljat u fattwali bl-elementi sostantivi kollha jew traskrizzjoni ta' kull intervista personali.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-irrekordjar awdjo jew awdjoviżiv tal-intervista personali. Fejn isir irrekordjar awdjo jew awdjoviżiv tal-intervista, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-irrekordjar jew traskrizzjoni tal-intervista personali tkun disponibbli b’rabta mal-fajl tal-applikant.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant ikollu l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifiki oralment u/jew bil-miktub dwar kwalunkwe traduzzjoni ħażina jew kull idea żbaljata li jidhru fir-rapport jew it-traskrizzjoni, meta tintemm l-intervista personali jew f'perjodu ta' żmien speċifiku qabel id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant ikun informat bis-sħiħ dwar il-kontenut tar-rapport, jew l-elementi sostantivi tat-traskrizzjoni jekk meħtieġ bl-assistenza ta' interpretu. Wara l-Istati Membri għandhom jitolbu l-applikant jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirriflettu b’mod tajjeb l-intervista.
Meta l-intervista personali tiġi rrekordjata skont il-paragrafu 2 u r-reġistrazzjoni tkun ammissibbli bħala evidenza fi proċeduri ta' appelli msemmija fil-Kapitolu V, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jitolbu konferma mill-applikant li l-kontenut tar-rapport jew li t-traskrizzjoni tirrifletti b’mod tajjeb l-intervista. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, fejn l-Istati Membri jipprovdu kemm għal traskrizzjoni kif ukoll għal reġistrazzjoni tal-intervista personali, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jippermettu lill-applikant jagħmel kummenti dwar u/jew jagħti kjarifiki tat-traskrizzjoni.
4. Fejn applikant jirrifjuta li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni jirrifletti b’mod tajjeb l-intervista personali, ir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut tiegħu għandhom jitniżżlu fil-fajl tal-applikant.
Rifjut bħal dan ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
5. L-applikanti u l-konsulenti legali tagħhom jew konsulenti oħra kif definit fl-Artikolu 23 għandu jkollu aċċess għal dan ir-rapport jew it-traskrizzjoni u, fejn applikabbli, ir-rekording, qabel ma l-awtorità determinanti tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Fejn l-Istati Membri jipprovdu kemm għat-traskrizzjoni kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-intervista personali, l-Istati Membri m’għandhomx għalfejn jagħtu aċċess għar-reġistrazzjoni fil-proċeduri fil-prima istanza msemmija fil-Kapitolu III. F’każijiet bħal dawn, għandhom madankollu jagħtu aċċess għar-recording fil-proċeduri tal-appelli msemmija fil-Kapitolu V.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fejn l-applikazzjoni tiġi eżaminata b'konformità mal-Artikolu 31(8), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex dak l-aċċess għar-rapport jew traskrizzjoni, u fejn applikabbli, għar-reġistrazzjoni, jingħata fl-istess waqt li tittieħed id-deċiżjoni.
Artikolu 18
Eżamijiet mediċi
1. Fejn l-awtorità determinanti tqis li huwa rilevanti għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE, l-Istati Membri għandhom, suġġett għall-kunsens tal-applikant, jippreparaw għal eżami mediku tal-applikant li jirrigwarda sinjali li jistgħu jindikaw persekuzzjoni jew ħsara serja fil-passat. Minflok, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex l-applikant jirranġa huwa stess għal tali eżami mediku.
L-eżamijiet mediċi msemmija fis-subparagrafu 1 għandhom jitwettqu minn professjonisti mediċi kkwalifikati u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità determinanti kemm jista’ jkun malajr. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw il-professjonisti mediċi li jistgħu jwettqu tali eżamijiet mediċi. Ir-rifjut ta' applikant li jsirlu eżami mediku ma għandhux iżomm lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.
L-eżamijiet mediċi magħmulin f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom jitħallsu mill-fondi pubbliċi.
2. Meta ma jsir ebda eżami mediku f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-applikanti li jistgħu fuq inizjattiva individwali u bi spiża għalihom jirranġaw għal eżami mediku li jirrigwarda sinjali li jistgħu jindikaw persekuzzjoni jew ħsara serja fil-passat.
3. Ir-riżultati tal-eżamijiet mediċi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien mal-elementi oħra tal-applikazzjoni.
Artikolu 19
L-għoti ta' informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas fi proċeduri ta' prima istanza
1. Fil-proċeduri fil-prima istanza previsti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba, l-applikanti għandhom jingħataw informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas, li tinkludi, minn tal-anqas, informazzjoni dwar il-proċedura fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tal-applikant. Fil- każ ta' deċiżjoni negattiva fuq applikazzjoni fi prima istanza, l-Istati Membri għandhom ukoll, fuq talba, jipprovdu informazzjoni lill-applikanti - flimkien ma’ dik mogħtija f’konformità mal-Artikoli 11(2) u 12(1)(f) - sabiex jiġu ċċarati r-raġunijiet għal tali deċiżjoni u jiġi spjegat kif din tista’ tiġi kontestata.
2. L-għoti ta' informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21.
Artikolu 20
Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċeduri tal-appelli
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħataw assistenza legali u rappreżentanza mingħajr ħlas meta dawn jiġu mitluba fil-proċeduri tal-appelli previsti fil-Kapitolu V. Din għandha tinkludi, minn tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem qorti jew tribunal ta' prima istanza f'isem l-applikant.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll l-assistenza u/jew ir-rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċeduri ta' prima istanza previsti fil-Kapitolu III. F'dawn il-każijiet, ma għandhux japplika l-Artikolu 19.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jingħatawx fejn il-qorti jew it-tribunal jew awtorità kompetenti oħra jqisu li l-appell tal-applikant ma jkollu l-ebda prospett tanġibbli li jirnexxi.
Fejn deċiżjoni li ma jingħatawx assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas f’konformità ma’ dan il-paragrafu tittieħed minn awtorità li mhijiex qorti jew tribunal, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni.
Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali ma jiġux ristretti b'mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jiġix ostakolat.
4. L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 21.
Artikolu 21
Il-kundizzjonijiet tal-għoti ta' informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas u assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas
1. L-Istati Membri jipprovdu li l-informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas msemmija fl-Artikolu 19 huma mogħtija minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, jew professjonisti mill- awtoritajiet tal-gvern, jew servizzi speċjalizzati tal-Istat.
L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas imsemmija fl-Artikolu 20 għandha tingħata minn dawn il-persuni kif ammess jew permess taħt il-liġi nazzjonali.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas msemmija fl-Artikolu 19 u l-assistenza legali u r-rappreżentanza mingħajr ħlas msemmija fl-Artikolu 20 ikunu mogħtija:
|
(a) |
biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew |
|
(b) |
biss permezz tas-servizzi mogħtija minn konsulenti legali jew konsulenti oħra speċifikament innominati mil-liġi nazzjonali sabiex jassistu u jirrappreżentaw applikanti. |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas imsemmija fl-Artikolu 20 jingħataw biss għal proċeduri tal-appelli f’konformità mal-Kapitolu V quddiem qorti jew tribunal ta' prima istanza u mhux għal kwalunkwe appell jew rieżami ulterjuri previsti taħt il-liġi nazzjonali inklużi smigħ mill-ġdid jew rieżami ta’ appelli.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll biex l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas imsemmija fl-Artikolu 20 ma jingħatawx lil applikanti li m’għadhomx preżenti fit-territorju tagħhom fl-applikazzjoni tal-Artikolu 41(2)(c).
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-modalitajiet għall-preżentazzjoni u għall-proċessar tat-talbiet għal informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas taħt l-Artikolu 19 u assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas taħt l-Artikolu 20.
4. L-Istati Membri jistgħu wkoll:
|
(a) |
jimponu limiti ta' flus u/jew ta' żmien fuq l-għoti ta' informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas msemmija fl-Artikolu 19 u l-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas msemmija fl-Artikolu 20, sakemm dawn il-limiti ma jirrestrinġux arbitrarjament l-aċċess għal informazzjoni legali u proċedurali u għal assistenza u rappreżentanza legali; |
|
(b) |
jiddisponu li, fir-rigward ta' ħlasijiet u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma jkunx aktar favorevoli mit-trattament li jkun ġeneralment mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji ta' assistenza legali. |
5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li jiġu rimborsati b'mod sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż mogħtija jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun konsiderevolment tjiebet jew jekk id-deċiżjoni tal-għoti ta' dawn l-ispejjeż kienet meħuda abbażi ta' informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.
Artikolu 22
Id-dritt għal assistenza u rappreżentanza legali fl-istadji kollha tal-proċedura
1. L-applikanti għandhom jingħataw l-opportunità li jikkonsultaw, bi spejjeż tagħhom stess, b'mod effettiv konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, dwar materji relatati mal-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali, fl-istadji kollha, inkluż wara deċiżjoni negattiva.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jipprovdu assistenza u/jew rappreżentanza legali mingħajr ħlas għall-applikanti fil-proċeduri previsti fil-Kapitolu III u fil-Kapitolu V f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 23
L-ambitu tal-għajnuna u r-rappreżentanza legali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, li jgħin jew jirrappreżenta applikant taħt il-liġi nazzjonali, għandu jgawdi aċċess għall- informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-applikant li fuq il-bażi tiegħu jkun hemm jew tkun ser tittieħed deċiżjoni.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni fejn l-iżvelar ta' informazzjoni jew ta' sorsi jkun ta' ħsara għas-sigurtà nazzjonali, għas-sigurtà tal-organizzazzjonijiet jew tal-persuna jew persuni li jipprovdu l-informazzjoni jew għas-sigurtà tal-persuna jew persuni li għalihom tirriferi l-informazzjoni jew fejn l-interessi investigattivi dwar l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompromessi. F'tali każijiet, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jagħmlu l-aċċess għal tali informazzjoni jew għas-sorsi disponibbli għall-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V; u; |
|
(b) |
jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali proċeduri li jagħtu garanzija li d-drittijiet ta’ difiża tal-applikant jiġu rispettati. |
Fir-rigward tal-punt(b), l-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jagħtu aċċess għal tali informazzjoni jew is-sorsi għal konsulent legali jew konsulent li saritlu verifika tas-sigurtà, dment li l-informazzjoni hi rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni jew it-teħid ta’ deċiżjoni li tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor li jassisti jew jirrappreżenta applikant ikollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni u żoni ta' tranżitu, sabiex jikkonsulta ma' dak l-applikant f'konformità mal-Artikolu 10(4) u mal-Artikolu 18(2)(b) u (c) tad-Direttiva …/…/UE (17).
3. L-Istati Membri għandhom jippermettu li applikant jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-konsulent legali jew konsulent ieħor jistgħu jintervjenu biss fi tmiem l-intervista.
4. Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 25(1)(b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jkopru l-preżenza ta' konsulenti legali jew ta' konsulenti oħra waqt l-intervisti kollha fil-proċedura.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat taħt il-liġi nazzjonali minn tali konsulent legali jew konsulent ieħor u jistgħu jesiġu li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1)(b), l-assenza ta' konsulent legali jew konsulent ieħor ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità kompetenti milli tintervista personalment lill-applikant.
Artikolu 24
Applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali
1. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw f'perijodu ta’ żmien raġonevoli wara li ssir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jekk l-applikant huwiex applikant li jkun jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali.
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi integrata f’proċeduri nazzjonali eżistenti u/jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva .../.../UE (18) u m’għandhiex tieħu s-sura ta’ proċedura amministrattiva.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-applikanti jkunu ġew identifikati bħala applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali, dawn jingħataw appoġġ adegwat sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu konformi mal-obbligi ta’ din id-Direttiva matul il-proċedura ta’ asil kollha.
Fejn tali appoġġ adegwat ma jkunx jista' jingħata fil-qafas tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 31(8) u fl-Artikolu 43, b’mod partikolari fejn l-Istati Membri jqisu li l-applikant jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali bħala riżultat ta’ tortura, stupru jew suriet serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew vjolenza sesswali, l-Istati Membri m’għandhomx japplikaw, jew għandhom jieqfu japplikaw, l-Artikolu 31(8) u l-Artikolu 43. Fejn l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 46(6) għal applikanti li għalihom l-Artikoli 31(8) u l-Artikolu 43 ma jistgħux jiġu applikati f’konformità ma’ dan is-subparagrafu, l-Istati Membri għandhom tal-inqas jagħtu l-garanziji previsti fl-Artikolu 46(7).
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali jiġi indirizzat ukoll, f’konformità ma’ din id-Direttiva, fejn tali bżonn jidher evidenti fi stadju iktar ’il quddiem tal-proċedura, mingħajr ma neċessarjament terġa' tinbeda l-proċedura.
Artikolu 25
Garanziji għal minorenni mhux akkumpanjati
1. Fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14, 15, 16, u 17, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jieħdu mizuri mill-aktar fis possibbli sabiex jiżguraw li l-minorenni mhux akkumpanjat ikun irrappreżentat u assistit minn rappreżentant sabiex huwa jkun jista' jibbenefika mid-drittijiet tiegħu u jirrispetta l-obbligi previsti f'din id-Direttiva. Il-minorenni mhux akkumpanjat għandu jiġi infurmat immedjatament bil-ħatra ta’ rappreżentant. Ir-rappreżentant għandu jwettaq dmirijietu f'konformità mal-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal u għandu ikollu l-għarfien espert neċessarju għal dan. Il-persuna li taġixxi bħala rappreżentant għandha tinbidel biss jekk ikun meħtieġ. L-organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom ma jaqblux jew jistgħu potenzjalment ma jaqblux ma’ dawk tal-minorenni mhux akkumpanjat m’għandhomx ikunu eliġibbli li jsiru rappreżentanti. Ir- rappreżentant jista' jkun ukoll ir-rappreżentant imsemmi fid-Direttiva .../.../UE (18); |
|
(b) |
jiżguraw li r-rappreżentant jingħata l-opportunità li jinforma lill-minorenni mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tal-intervista personali u, fejn ikun kunsiljabbli, kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant u/jew konsulent legali jew konsulent ieħor ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali jkunu ikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. |
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu l-preżenza tal-minorenni mhux akkumpanjat fl-intervista personali, anke jekk ir-rappreżentant ikun preżenti.
2. L-Istati Membri jistgħu ma jaħtrux rappreżentant meta l-minorenni mhux akkumpanjatprobabbilment jilħaq l-età ta' 18-il sena qabel ma tittieħed deċiżjoni fl-istadju ta' prima istanza.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
jekk minorenni mhux akkumpanjat ikollu intervista personali rigward l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall- protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 14, 15, 16, 17, u 34, dik l-intervista personali titmexxa minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali ta' persuni minorenni; |
|
(b) |
għandu jkun uffiċjal li jkollu l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali ta' persuni minorenni li jipprepara d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti dwar l-applikazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjat. |
4. Il-minorenni mhux akkumpanjati u r-rappreżentanti taghħom għandhom jingħataw informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 19 anke fi proċeduri għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali previst fil-Kapitolu IV.
5. L-Istati Membri jistgħu jużaw eżamijiet mediċi biex jiddeterminaw l-età ta' minorenni mhux akkumpanjati fi ħdan il-qafas tal-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fejn, wara stqarrijiet ġenerali jew indikazzjonijiet relevanti oħrajn, l-Istati Membri jkollhom dubji dwar l-età tal-applikant. Jekk, wara dan, l-Istati Membri jibqgħalhom id-dubju dwar l-eta' tal-applikant, għandhom jassumu li l-applikant huwa minorenni.
Kwalunkwe eżami mediku għandu jsir b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-individwu, għandu jkun l- eżami l-inqas invażiv u għandu jsir minn professjonisti mediċi kwalifikati li jwasslu, kemm jista’ jkun, għal riżultat li wieħed jista' joqgħod fuqu.
Fejn jiġu użati eżamijiet mediċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
il-minorenni mhux akkumpanjati jiġu informati qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jifhmu jew hu mistenni b'mod raġonevoli li jifhmu, bil-possibbiltà li l-età tagħhom tiġi ddeterminata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali, kif ukoll dwar il-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minorenni mhux akkumpanjat milli joqgħod għal eżami mediku; |
|
(b) |
il-minorenni mhux akkumpanjati u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex isir eżami mediku li jiddetermina l-età tal-minorenni konċernati; kif ukoll |
|
(c) |
id-deċiżjoni għar-rifjut ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali minn minorenni mhux akkumpanjat li jkun irrifjuta li joqgħod għal eżami mediku ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq dak ir-rifjut. |
Il-fatt li minorenni mhux akkumpanjat ikun irrifjuta li joqgħod għal tali eżami mediku ma għandhux iżomm lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali.
6 L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu ta' importanza primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw din id-Direttiva.
Fejn l-Istati Membri, matul il-proċedura ta’ asil, jidentifikaw persuna bħala minorenni mhux akkumpanjat, huma jistgħu:
|
(a) |
japplikaw jew ikomplu japplikaw l-Artikolu 31(8) fil-każ biss jekk:
|
|
(b) |
japplikaw jew ikomplu japplikaw l-Artikolu 43, f’konformità mal-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva .../.../UE (19), fil-każ biss jekk:
L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-punti (v) u (vi) f’każijiet individwali biss fejn ikun hemm raġunijiet serji biex jitqies li l-applikant qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x’aktarx iwasslu għal deċiżjoni negattiva u dejjem jekk l-applikant ikun ingħata l-opportunità sħiħa, filwaqt li jittieħed kont tal-bżonnijiet proċedurali speċjali ta’ minorenni mhux akkumpanjati, biex juri raġuni valida għall-azzjonijiet imsemmija fil-punti (v) u (vi), inkluż permezz ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentant tiegħu/tagħha. |
|
(c) |
iqisu l-applikazzjoni bħala inammissibbli f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 33(2) jekk pajjiż li mhuwiex Stat Membri jitqies bħala pajjiż terz sikur għall-applikant f’konformità mal-Artikolu 38 dejjem jekk dan hu fl-aħjar interessi tal-minorenni; |
|
(d) |
japplikaw il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) fejn ir-rappreżentant tal-minorenni jkollu/jkollha kwalifiki legali f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 46(6) għall-minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom tal-inqas jagħtu l-garanziji previsti fl-Artikolu 46(7) fil-każijiet kollha.
Artikolu 26
Detenzjoni
1. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għar-raġuni biss li huwa/hija jkun/tkun applikant. Ir-raġunijiet għal u l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u l-garanziji disponibbli għall-applikanti detenuti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu konformi mad-Direttiva …/…/UE (20).
2. Fejn applikant jinżamm f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-possibbiltà ta' reviżjoni ġudizzjarja rapida taħt id-Direttiva …/…/UE (20).
Artikolu 27
Proċedura fil-każ ta' rtirar tal-applikazzjoni
1. Safejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, meta applikant b'mod espliċitu jirtira l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall- protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li jew twaqqaf l-eżami jew tirrifjuta l-applikazzjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li twaqqaf l-eżami mingħajr ma tadotta deċiżjoni. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti għandha tinserixxi nota fil-fajl tal-applikant.
Artikolu 28
Proċedura f'każ ta' rtirar impliċitu jew ta' abbandun tal-applikazzjoni
1. Fejn ikun hemm kawża raġonevoli sabiex jitqies li applikant ikun irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu/tagħha b'mod impliċitu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni jew li twaqqaf l-eżami jew, sakemm l-awtorità determinanti tqis li l-applikazzjoni ma tkunx isserraħ fuq il-bażi ta' eżami xieraq tas-sustanza tagħha f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE, li tirrifjuta l-applikazzjoni.
L-Istati Membri jistgħu jassumu li l-applikant ikun impliċitament irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall- protezzjoni internazzjonali partikolarment meta jiġi aċċertat li:
|
(a) |
huwa/hija naqas/naqset milli jirrispondi/tirrispondi għal talbiet għal informazzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE jew ma deherx għal intervista personali kif previst fl-Artikoli 14, 15, 16 u 17 ta' din id-Direttiva, sakemm l-applikant ma jġibx prova fi zmien raġonevoli li n-nuqqas tiegħu/tagħha kien dovut għal ċirkostanzi li fuqhom huwa/hija ma kellux/kellhiex kontroll; |
|
(b) |
huwa/hija jkun/tkun ħarab/ħarbet jew telaq/telqet mingħajr awtorizzazzjoni mill-post fejn huwa/hija kien/kienet jgħix/tgħix jew fejn kien/kienet miżmum/miżmuma, mingħajr ma kkuntattja/kkuntattjat l-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli, jew huwa/hija ma kkonformax/kkonformatx fi żmien raġonevoli mal-obbligi ta' rappurtar jew obbligi oħrajn ta' komunikazzjoni sakemm l-applikant ma jurix li dan kien minħabba ċirkustanzi li ma kinux fil-kontroll tiegħu/tagħha. |
Għall-finijiet tal-implementazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta' żmien jew linji ta' gwida.
2. Istati Membri għandhom jiżguraw li applikant li jerġa' jirrapporta lill-awtorità kompetenti wara li tittieħed deċiżjoni ta' twaqqif kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikollu d-dritt li jitlob li jerġa' jinfetaħ il-każ tiegħu jew li jippreżenta applikazzjoni ġdida li ma għandhiex tkun suġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 u 41.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitu ta’ żmien ta' mill-anqas disa’ xhur li wara li tagħlaq, il-każ tal-applikant ma jkunx jista' jerġa' jinfetaħ jew l-applikazzjoni l-ġdida tista' titqies bħala applikazzjoni sussegwenti u suġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikoli 40 u 41. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex il-każ tal-applikant jkun jista' jinfetaħ mill-ġdid darba biss.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali persuna ma tiġix espulsa kuntrarjament għall-prinċipju ta' non-refoulement.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-awtorità determinanti terġa' taqbad l-eżami mill-istadju fejn kien twaqqaf.
3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru …/… (21).
Artikolu 29
Ir-rwol tal-UNHCR
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-UNHCR:
|
(a) |
jkollha aċċess għall-applikanti, inklużi dawk miżmuma f'detenzjoni, fil-fruntiera u fiż-żoni ta' tranżitu; |
|
(b) |
jkollha aċċess għal informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali, dwar kif tkun għaddejja l-proċedura u dwar id-deċiżjonijiet meħuda, sakemm l-applikant jaqbel ma' dan; |
|
(c) |
tippreżenta l-fehmiet tagħha, fl-eżerċitar tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha taħt l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, lil kull awtorità kompetenti dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali f'kull stadju tal-proċedura. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fir-rigward ta' organizzazzjoni li tkun taħdem fit-territorju tal-Istat Membru konċernat f'isem l-UNHCR skond ftehim ma' dak l-Istat Membru.
Artikolu 30
Ġbir ta' informazzjoni dwar każijiet individwali
Għall-finijiet tal-eżami ta' każijiet individwali, l-Istati Membri ma għandhomx:
|
(a) |
jiżvelaw informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja; |
|
(b) |
jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew ħsara serja b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati direttament bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jhedded l-integrità fiżika tal-applikant jew tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini. |
KAPITOLU III
PROĊEDURI TA' PRIMA ISTANZA
TAQSIMA I
Artikolu 31
Proċedura ta’ eżami
1. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall-protezzjoni internazzjonali fi proċedura ta' eżami b'konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta' eżami tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta' eżami tkun konkluża fi żmien sitt xhur mill-preżentata tal-applikazzjoni.
Fejn applikazzjoni tkun suġġetta għall-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) …/… (22), il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur għandu jibda japplika mill-mument li l-Istat Membru responsabbli għall-eżami tagħha jiġi determinat f’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-applikant ikun fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u l-awtorità responsabbli tkun ħadet responsabbiltà tiegħu.
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur stabbilit f'dan il-paragrafu għal perjodu li ma jaqbiżx disa’ xhur oħra, meta:
|
(a) |
jkun hemm kwistjonijiet kumplessi ta' fatt u/jew liġi; |
|
(b) |
għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi japplikaw simultanjament għall-protezzjoni internazzjonali, bir-riżultat li jsir diffiċli ħafna fil-prattika li l-proċedura tiġi ffinalizzata fil-limitu ta’ żmien ta' sitt xhur; |
|
(c) |
fejn id-dewmien ikun ċarament attribwit għan-nuqqas li l-applikant jikkonforma mal-obbligi tiegħu/tagħha taħt l-Artikolu 13. |
Permezz ta' eċċezzjoni, l-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq, jaqbżu l-limiti taż-żmien stabbiliti li jinsabu f’dan il-paragrafu b’massimu ta’ tliet xhur meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat eżami adegwat u sħiħ tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 18 tad-Direttiva 2011/95/UE, l-Istati Membri jistgħu jippostponu l-konklużjoni tal-proċedura ta' eżami meta l-awtorità determinanti ma tkunx tista' tiġi mistennija li tiddeċiedi fil-limit ta’ żmien stipulati fil-paragrafu 3 minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun waħda temporanja. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
iwettqu rieżamijiet tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż ta’ oriġini tal-inqas kull sitt xhur |
|
(b) |
jinformaw lill-applikanti kkonċernati fi żmien raġonevoli bir-raġunijiet għall-posponiment; |
|
(c) |
jinformaw lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli bil-posponimenti ta’ proċeduri għal dak il-pajjiż ta’ oriġini. |
5. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jikkonkludu l-proċedura ta' eżami f’limitu ta’ żmien massimu ta’ 21 xahar minn meta ssir l-applikazzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ma tistax tittieħed deċiżjoni fi żmien sitt xhur, l-applikant konċernat għandu:
|
(a) |
jiġi informat bid-dewmien; u |
|
(b) |
jirċievi, fuq talba tiegħu/tagħha, informazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u l- medda ta' żmien li fih tkun mistennija li tingħata d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu. |
7. L-Istati Membri jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II b’mod partikolari:
|
(a) |
fejn l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata; |
|
(b) |
fejn l-applikant ikun vulnerabbli fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva …/…/UE (23), jew ikollu bżonn garanziji proċedurali speċjali, partikolarment minorenni mhux akkumpanjati |
8. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li proċedura ta' eżami konformi mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II tiġi mgħaġġla u/jew titmexxa fil-fruntiera jew fiż-żoni ta' transitu taħt l-Artikolu 43 jekk:
|
(a) |
l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha u fil-preżentazzjoni tal-fatti, qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa/hija jikkwalifikax/tikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE; jew |
|
(b) |
l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta' oriġini bla periklu skont it-tifsira ta' din id-Direttiva jew |
|
(c) |
l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti relevanti fir-rigward tal-identità u/jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; jew |
|
(d) |
probabbilment, b'malafede, l-applikant iddistruġġa jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar li seta' għen sabiex tiġi stabbilita l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu; jew |
|
(e) |
l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b’mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta' oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba tiegħu/tagħha ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward tad- jekk huwa/hija jikkwalifikaw/tikkwalifikax bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE; jew |
|
(f) |
l-applikant ikun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali li mhix ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 40(5); jew |
|
(g) |
l-applikant ikun qiegħed jippreżenta applikazzjoni biss sabiex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fl-espulsjoni tiegħu/tagħha; or |
|
(h) |
l-applikant daħal fit-territorju tal-Istat Membru illegalment jew tawwal is-soġġorn tiegħu illegalment u, mingħajr raġuni valida, ma ppreżentax ruħu lill-awtoritajiet jew ma ppreżentax applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista’ jkun, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-dħul tiegħu; jew |
|
(i) |
l-applikant jirrifjuta li jikkonforma mal-obbligu li jittieħdulu l-marki tas-swaba’ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Eurodac għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru …/…li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u għal talbiet għal tqabbil mad-dejta tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (24) (25), jew |
|
(j) |
l-applikant jista', għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ġie espuls bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika jew ordni pubbliku taħt il-liġi nazzjonali. |
9. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien għall-adozzjoni ta' deċiżjoni fil-proċedura ta' prima istanza skont il-paragrafu 6. Dawk il-limiti ta’ żmien għandhom ikunu raġonevoli.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jaqbżu dawk il-limiti ta’ żmien fejn ikun hemm bżonn sabiex jiżguraw eżami adegwat u komplut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 32
Applikazzjonijiet bla bażi
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE.
2. F'każijiet ta' applikazzjonijiet bla bażi li fihom tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 31(6) l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw applikazzjoni bħala manifestament bla bażi jekk tkun definita hekk fil-liġi nazzjonali.
TAQSIMA II
Artikolu 33
Applikazzjonijet inammissibbli
1. Addizzjonalment għal każijiet fejn l-applikazzjoni ma' tiġix eżaminata skont ir-Regolament (UE) Nru …/… (26), l-Istati Membri mhumiex obbligati jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE fejn applikazzjoni tkun kunsidrata inammissibbli taħt dan l-Artikolu.
2. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli biss jekk:
|
(a) |
il-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet mogħtija minn Stat Membru ieħor; |
|
(b) |
pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għall-applikant, taħt l-Artikolu 35; |
|
(c) |
pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu għall-applikant, taħt l-Artikolu 38; |
|
(d) |
l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti, fejn l-applikant ma jkun la qajjem u lanqas ippreżenta elementi jew sejbiet ġodda relatati mal-eżami dwar jekk l-applikant jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(e) |
persuna dipendenti fuq l-applikant jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta il-kunsens tiegħu taħt l-Artikolu 7(2) sabiex il-każ tiegħu jkun parti minn applikazzjoni ppreżentata f'ismu, u ma jkunx hemm fatti relatati mas-sitwazzjoni tal-persuna dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata. |
Artikolu 34
Regoli speċjali dwar l-intervista tal-ammissibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti biex jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tar-raġunijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 33 fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu intervista personali dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss taħt l-Artikolu 42 fil-każ ta' applikazzjoni sussegwenti.
Dan il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2)(a) ta' din id-Direttiva u għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru …/… (26).
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex il-persunal ta’ awtoritajiet oħra barra l-awtorità determinanti jagħmel l-intervista personali dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali persunal jirċievu minn qabel it-taħriġ bażiku meħtieġ b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil u t-tekniki biex issir intervista.
TAQSIMA III
Artikolu 35
Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil
Pajjiż jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' asil għal applikant partikolari jekk:
|
(a) |
huwa kien ġie rikonoxxut f'dak il-pajjiż bħala rifuġjat u huwa għadu jista' jirrikorri għal dik il-protezzjoni, jew |
|
(b) |
huwa jgawdi, diversament, protezzjoni suffiċjenti f'dak il-pajjiż, inkluż il-benefiċċju mill-prinċipju ta' non-refoulement, |
sakemm huwa jerġa' jitħalla jidħol f'dak il-pajjiż.
Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' applikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tal-Artikolu 38(1). L-applikant għandu jitħalla jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil għaċ-ċirkostanzi partiklari tiegħu.
Artikolu 36
Il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu
1. Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu konformement ma' din id-Direttiva jista', wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:
|
(a) |
l-applikant ikollu/ikollha ċ-ċittadinanza ta' dak il-pajjiż; jew |
|
(b) |
l-applikant ikun/tkun persuna apolida u kien/kienet, preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż; |
u ma ppreżenta/ppreżentat l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix ikkunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu/tagħha fis-sens tal-kwalifika tiegħu/tagħha bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu.
Artikolu 37
Indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi terzi kkunsidrati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu
1. L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I, l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jirrivedu regolarment is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu taħt dan l-Artikolu.
3. Il-valutazzjoni ta' pajjiż sabiex jiġi determinat jekk huwiex pajjiż ta' oriġini bla periklu konformement ma' dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pajjiżi li jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu konformement ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 38
Il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu
1. L-Istati Membi jistgħu japplikaw il-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu biss fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li persuna li tkun qiegħda tfittex protezzjoni internazzjonali tiġi trattata skont il-prinċipji li ġejjin fil-pajjiż terz kkonċernat:
|
(a) |
il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali jew l-opinjoni politika; |
|
(b) |
ma hemmx riskju ta' ħsara serja kif definit fid-Direttiva 2011/95/UE; |
|
(c) |
jiġi rispettat il-prinċipju ta' non-refoulement skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra; |
|
(d) |
tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta' persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali; kif ukoll |
|
(e) |
tkun teżisti l-possibbiltà li ssir talba għall-istatus ta' rifuġjat u, jekk jinstab li l-persuna konċernata tkun rifuġjat, li din tirċievi protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra. |
2. L-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz bla periklu għandha tkun suġġetta għal regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inklużi:
|
(a) |
regoli li jirrikjedu konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli li dik il-persuna tmur f'dak il-pajjiż; |
|
(b) |
regoli dwar il-metodoloġija li biha l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ruħhom li l-kunċett tal-pajjiz terz bla periklu jista' jiġi applikat għal xi pajjiż partikolari jew għal xi applikant partikolari. Tali metodoloġija għandha tinkludi l-konsiderazzjoni, każ b'każ, tas-sigurtà tal-pajjiż għal applikant partikolari u/jew l-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi kkunsidrati bħala ġeneralment bla periklu; |
|
(c) |
regoli konformi mad-dritt internazzjonali, li jippermettu eżami individwali li jiddetermina jekk pajjiż terz konċernat huwiex bla periklu għal applikant partikolari u li, bħala minimu, għandu jippermetti lill-applikant jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz huwa ta' periklu fiċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. L-applikant għandu jkun permess li jikkontesta l-eżistenza ta' konnessjoni bejnu u l-pajjiż terz skont il-punt (a). |
3. Meta jimplementaw deċiżjoni bbażata biss fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jinformaw lill-applikant dwar dan; kif ukoll |
|
(b) |
jipprovdulu/jipprovdulha dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinetx eżaminata fis-sustanza tagħha. |
4. Fejn il-pajjiż terz ma jippermettix l-applikant biex jidħol fit-territorju tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.
5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni perjodikament dwar il-pajjiżi li għalihom jiġi applikat dan il-kunċett konformement mad-dispożizzjonijet ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 39
Il-kunċett ta' pajjiż terz Ewropew bla periklu
1. Kull Stat Membru jista' jipprovdi li ma jsirx eżami jew li ma jsirx eżami sħiħ tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tas-sigurtà tal-applikant fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu kif deskritt fil-Kapitolu II f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet, abbażi tal-fatti, li l-applikant ikun qiegħed ifittex li jidħol jew daħal illegalment fit-territorju tiegħu minn pajjiż terz bla periklu skont il-paragrafu 2.
2. Pajjiż terz jista' jkun ikkunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu biss għall-finijet tal-paragrafu 1 fejn:
|
(a) |
ikun irratifika u josserva d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi; |
|
(b) |
daħħal fis-seħħ proċedura ta' asil preskritta mil-liġi; kif ukoll |
|
(c) |
ikun irratifika l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u josserva d-dispożizzjonijiet tagħha, inklużi l-istandards relatati ma' rimedji effettivi |
3. L-applikant għandu jitħalla jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż terz Ewropew bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz ikkonċernat mhuwiex sikur fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.
4. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-modalitajiet għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u l-konsegwenzi ta' deċiżjonijiet skont dawk id-dispożizzjonijiet konformement mal-prinċipju ta' non-refoulement, inklużi dispożizzjonijiet għal eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal raġunijiet umanitarji jew politiċi jew għal raġunijiet tad-dritt internazzjonali pubbliku.
5. Meta jimplementaw deċiżjoni bbażata biss fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom:
|
(a) |
jinformaw lill-applikant dwar dan; kif ukoll |
|
(b) |
jipprovdulu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, fl-ilsien ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinetx eżaminata fis-sustanza tagħha. |
6. Fejn il-pajjiż terz bla periklu ma jippermettix ir-riammissjoni tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.
7. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni perjodikament dwar il-pajjiżi li għalihom jiġi applikat dan il-kunċett konformement ma' dan l-Artikolu.
TAQSIMA IV
Artikolu 40
Applikazzjoni sussegwenti
1. Fejn persuna li applikat għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru tagħmel sottomissjonijiet ulterjuri jew applikazzjoni sussegwenti fl-istess Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jeżamina dawn is-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-elementi tal-applikazzjoni sussegwenti fil-kuntest tal-eżami tal-applikazzjoni preċedenti jew fil-kuntest tal-eżami tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta jew appellata safejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu kont ta' u jikkunsidraw l-elementi kollha li fuqhom ikunu bażati s-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-applikazzjoni sussegwenti f'dan il-kuntest.
2. Għall-finijiet tat-teħid ta' deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali taħt l-Artikolu 33(2)(d), applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali għandha tkun suġġetta l-ewwel għal eżami preliminari dwar jekk, ikunux instabu, jew ġew ippreżentati mill-l-applikant elementi jew sejbiet ġodda dwar l-eżami jekk dan jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE.
3. Jekk l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 2, jikkonkludi li jitfaċċaw jew jiġu preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda li jżidu sostanzjalment il-probabbiltà li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE, l-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata ulterjorment skont il-Kapitolu II. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal raġunijiet oħrajn għal eżami ulterjuri ta' applikazzjoni sussegwenti.
4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni tiġi eżaminata ulterjorament biss jekk l-applikant konċernat kien, mingħajr ħtija tiegħu, inkapaċi li jiddikjara s-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu fil-proċedura preċedenti, partikolarment billi jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv taħt l-Artikolu 46.
5. Fejn applikazzjoni sussegwenti ma tiġix eżaminata ulterjorment taħt dan l-Artikolu, għandha titqies bħala inammissibbli, taħt l-Artikolu 33(2)(d).
6. Il-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu tista' tkun applikabbli wkoll fil-każ ta':
|
(a) |
persuna dipendenti li tippreżenta applikazzjoni wara li hija, taħt l-Artikolu 7(2), tkun tat il-kunsens tagħha sabiex il-każ tagħha jkun parti minn applikazzjoni ppreżentata f'isimha, u/jew |
|
(b) |
persuna minorenni mhux miżżewġa li tippreżenta applikazzjoni wara tkun ippreżentata applikazzjoni oħra f'isimha taħt l-Artikolu 7(5)(c). |
F' dawk il-każi l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 2 jikkonsisti fl-eżami jekk hemmx xi fatti relatati mas-sitwazzjoni tal-persuna dipendenti jew tal-persuna minorenni mhux miżżewġa li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.
7. Fejn persuna li fir-rigward tagħha trid tiġi infurzata deċiżjoni ta' trasferiment skont ir-Regolament (UE) …/… (27) tagħmel rappreżentazzjonijiet addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti fl-Istat Membru li jitrasferixxi, dawk ir-rappreżentazzjonijiet jew applikazzjonijiet sussegwenti għandhom ikunu eżaminati mill-Istat Membru responsabli, kif definit f'dak ir-Regolament, konformement ma' din id-Direttiva.
Artikolu 41
Eċċezzjonijiet mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju fil-każ ta' applikazzjonijiet sussegwenti
1. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni mid-dritt li jibqa’ fit-territorju fejn persuna:
|
(a) |
tkun ippreżentat l-ewwel applikazzjoni sussegwenti, li ma tiġix eżaminata iktar f’konformità mal-Artikolu 40(5), sempliċiment sabiex jiddewwem jew jixxekkel l-infurzar ta’ deċiżjoni li twassal għat-tneħħija immedjata tiegħu/tagħha minn dak l-Istat Membru, jew |
|
(b) |
tippreżenta applikazzjoni oħra, sussegwenti, fl-istess Stat Membru, wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali li kkunsidrat l-ewwel applikazzjonisussegwenti bħala inammissibbli taħt l-Artikolu 40(5) jew wara li li tkun ittieħdet deċiżjoni finali li rrifjutat dik l-applikazzjoni bħala bla bażi. |
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni bħal din, biss meta l-awtorità determinanti tqis li deċiżjoni ta' ritorn mhijiex se twassal għar-refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi ta' dak l-Istat Membru taħt il-liġi internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll:
|
(a) |
jidderogaw mil-limiti ta’ żmien li jkunu applikabbli normalment fi proċeduri aċċelerati, skont il-liġi nazzjonali, meta l-proċedura ta’ eżami tiġi aċċelerata konformement mal-Artikolu 31(8)(g); |
|
(b) |
jidderogaw mil-limit ta' żmien li jkunu applikabbli normalment fuq il-proċeduri ta' ammissibbiltà kif inhuwa previst fl-Artikoli 33 u 34, skont il-liġi nazzjonali; u/jew |
|
(c) |
jidderogaw mill-Artikolu 46(8). |
Artikolu 42
Regoli proċedurali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appikanti li l-applikazzjoni tagħhom tkun suġġetta għal eżami preliminari taħt l-Artikolu 40 igawdu l-garanziji previsti fl-Artikolu 12(1).
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli fil-liġi nazzjonali dwar l-eżami preliminari taħt l-Artikolu 40. Dawk ir-regoli jistgħu, inter alia:
|
(a) |
jobbligaw lill-applikant ikkonċernat sabiex jindika l-fatti u jissostanzja l-prova li jiġġustifikaw proċedura ġdida; |
|
(b) |
jippermettu li jsir eżami preliminari fuq il-bażi unika ta' sottomissjonijiet miktuba mingħajr intervista personali, bl-eċċezzjoni tal-każijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 40(6). |
Dawk ir-regoli ma għandhomx jagħmlu impossibbli l-aċċess, fir-rigward tal-applikanti, għal proċedura ġdida u ma għandhomx jirriżultaw fit-tneħħija effettiva jew f'limitazzjoni serja ta' dan l-aċċess.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi infurmat b'mod adegwat bl-eżitu tal-eżami preliminari u, jekk l-applikazzjoni ma tkunx sejra tiġi eżaminata ulterjorment, bir-raġunijiet għalfejn u bil-possibbiltajiet ta' rikors għal appell jew għal reviżjoni tad-deċiżjoni.
TAQSIMA V
Artikolu 43
Proċeduri fuq il-fruntiera
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri, konformement mal-prinċipji u mal-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, ta' teħid ta' deċiżjonijiet, fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu tal-Istat Membru dwar:
|
(a) |
l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni, taħt l-Artikolu 33, li ssir f'dawn il-postijiet; u/jew |
|
(b) |
is-sustanza ta' applikazzjoni fi proċedura taħt l-Artikolu 31(8). |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' proċeduri previsti fil-paragrafu 1 tittieħed fi żmien raġonevoli. Meta deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat, l-applikant għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata konformement mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva.
3. Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha impossibbli fil-prattika li jiġu applikati hemmhekk dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dawk il-proċeduri jistgħu jiġu wkoll applikati fejn u sa meta dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jkunu normalment akkommodati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu.
KAPITOLU IV
PROĊEDURI GĦALL-IRTIRAR TA' PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 44
Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun jista' jinbeda eżami sabiex tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali ta' persuna partikolari meta jitfaċċaw elementi jew konklużjonijiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet għar-rikonsiderazzjoni tal-validità tal-protezzjoni internazzjonali tagħha.
Artikolu 45
Regoli proċedurali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra li tirtira l-protezzjoni internazzjonali ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolida taħt l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95/UE, il-persuna konċernata għandha tgawdi mill-garanziji li ġejjin:
|
(a) |
li tkun informata bil-miktub li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra mill-ġdid il-kwalifikazzjoni tagħha bħala benefiċjarja tal-protezzjoni internazzjonali u r-raġunijiet għal tali rikonsiderazzjoni; kif ukoll |
|
(b) |
li tingħata l-opportunità sabiex tippreżenta, f'intervista personali taħt l-Artikolu 12(1)(b) u Artikoli 14, 15, 16 u 17 jew f'dikjarazzjoni bil-miktub, raġunijiet għaliex ma għandhiex tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali tagħha. |
2. Addizzjonalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti tkun tista' tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħal, skont il-każ, mill-EASO u mill-UNHCR, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi tal-oriġini tal-persuni kkonċernati; u |
|
(b) |
fejn tiġi miġbura informazzjoni dwar każ individwali għall-finijiet tar-rikonsiderazzjoni tal-protezzjoni internazzjonali, din ma tinkisibx mill-awtur jew awturi ta' persekuzzjoni jew ħsara serja b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati direttament bil-fatt li l-persuna konċernata tkun benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li jkollu l-istatus tiegħu qiegħed jiġi kkunsidrat mill-ġdid, jew li jipperikola l-integrità fiżika tal-persuna jew tad-dipendenti tagħha, jew il-libertà u sigurtà tal-membri tal-familja tagħha li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-protezzjoni internazzjonali tingħata bil-miktub. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.
4. Ladarba l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni sabiex tirtira l-protezzjoni internazzjonali, l-Artikolu 20, l-Artikolu 22, l-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 29 għandhom ikunu ugwalment applikabbli.
5. B'deroga mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l- protezzjoni internazzjonali tintemm bil-liġi fejn il-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali irrinunzja b'mod inekwivoku r-rikonoxximent tiegħu bħala tali benefiċjarju. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-protezzjoni internazzjonali tista' tintemm bil-liġi jekk il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jkun sar ċittadini ta' dak l-Istat Membru.
KAPITOLU V
PROĊEDURI TAL-APPELLI
Artikolu 46
Id-dritt għal rimedju effettiv
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:
|
(a) |
deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża deċiżjoni:
|
|
(b) |
rifjut li l-eżami ta' applikazzjoni jinfetaħ mill-ġdid wara li tkun twaqqfet skont l-Artikoli 27 u 28; |
|
(c) |
deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali taħt l-Artikolu 45. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rikonoxxuti mill-awtorità determinanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja jkollhom id-dritt għall-soluzzjoni effettiva taħt il-paragrafu 1 kontra deċiżjoni li tiġi kkunsidrata applikazzjoni bla bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1(c), fejn l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja mogħtija minn Stat Membru joffri l-istess drittijiet u benefiċċji bħal dawk offruti mill-istatus ta’ rifuġjat taħt il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, dak l-Istat Membru jista' jqis appell kontra deċiżjoni li tikkunsidra applikazzjoni bla bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat bħala inammissibbli għar-raġuni li m'hemmx biżżejjed interess min-naħa tal-applikant biex jibqgħu għaddejjin il-proċedimenti.
3. Sabiex ikunu konformi mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedju effettiv jipprovdi għal eżami sħiħ u ex nunc ta' kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi, inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE, ta' mill-inqas fi proċeduri ta' appell quddiem qorti jew tribunal ta' prima istanza.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti ta' żmien raġonevoli u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. Il-limiti ta’ żmien ma għandhomx jagħmlu tali eżerċizzju impossibbli jew eċċessivament diffiċli.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 43.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti li jibqgħu fit-territorju tagħhom sakemm jiskadi ż-żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv jew, meta tali dritt ġie eżerċitat fil-limitu ta’ żmien, sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju.
6. Fil-każ li tittieħed deċiżjoni
|
(a) |
li tikkunsidra applikazzjoni bħala manifestament bla bażi taħt l-Artikolu 32(2) jew bla bażi wara eżami f’konformità mal- Artikolu 31(8), ħlief każijiet fejn dawn id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq iċ-ċirkustanzi msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 31(8)(h); |
|
(b) |
li tikkunsidra applikazzjoni bħala inammissibbli taħt l-Artikolu 33(2)(a) (b) jew (d); |
|
(c) |
li tirrifjuta l-ftuħ mill-ġdid tal-każ tal-applikant wara li ma tkompliex taħt l-Artikolu 28; jew |
|
(d) |
li ma tiġix eżaminata jew ma tiġix eżaminata kompletament l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 39, qorti jew tribunal għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi jekk l-applikant jistax jibqa' jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant jew billi jiddeċiedi ex officio, jekk tali deċiżjoni tirriżulta fit-terminazzjoni tad-dritt tal-applikant li jibqa’ fl-Istat Membru u fejn, f'każijiet bħal dawn, id-dritt ta' rimanenza fl-Istat Membru sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju ma tkunx prevista fil-liġi nazzjonali. |
7. Il-paragrafu 6 għandu japplika biss għal proċeduri msemmija fl-Artikolu 43 dejjem jekk:
|
(a) |
l-applikant għandu l-interpretazzjoni neċessarja, għajnuna legali u tal-inqas ġimgħa biex iħejji t-talba u jippreżenta lill-qorti jew tribunal l-argumenti favur li jingħatalu/jingħatalha d-dritt li jibqa’/tibqa’ fit-territorju sa meta joħroġ l-eżitu tar-rimedju; u |
|
(b) |
fil-qafas tal-eżami tat-talba msemmi fil-Paragrafu 6, il-qorti jew it-tribunal jeżamina d-deċiżjoni negattiva tal-awtorità determinanti f'termini ta' fatti u l-liġi.. |
Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ma jkunux sodisfatti, għandu japplika l-paragrafu 5
8. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant jibqa' fit-territorju sa meta joħroġ ir-riżultat tal-proċedura kemm jekk l-applikant jista' jibqa' fit-territorju u kemm jekk le, kif stipulat fil-paragrafi 6 u 7.
9. Il-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru …/… (28).
10. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien għall-qorti jew tribunal skont il-paragrafu 1 sabiex tiġi eżaminata d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.
11. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jiġi assunt li l-applikant impliċitament irrinunzja jew abbanduna r-rimedju tiegħu skont il-paragrafu 1, flimkien mar-regoli dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita.
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet ġenerali u finali
Artikolu 47
Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi
Din id-Direttiva ma tolqotx il-possibbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.
Artikolu 48
Kunfidenzjalità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jimplementaw din id-Direttiva jkunu marbuta bil-prinċipju tal-kunfidenzjalità, kif definit fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li jottjenu fil-kors tax-xogħol tagħhom.
Artikolu 49
Kooperazzjoni
L-Istati Membri għandhom, kull wieħed minnhom, jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali u jikkomunikaw l-indirizz tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazjoni lill-Istati Membri l-oħra kollha.
L-Istati Membri għandhom, f'kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Meta jirrikorru għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) u fl-Artikolu 31(3)(b), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni hekk kif ma jkunux għadhom jeżistu r-raġunijiet biex jiġu applikati dawk il-miżuri eċċezzjonali u tal-inqas fuq bażi annwali. Dik l-informazzjoni għandha, fejn possibbli, tinkludi data dwar il-perċentwal tal-applikazzjonijiet li għalihom ġew applikati derogi għan-numru totali ta’ applikazzjonijiet ipproċessati matul dak il-perijodu.
Artikolu 50
Rapport
Mhux aktar tard mill- … (29), il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tfassal ir-rapport tagħha. Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri mill-anqas kull ħames snin.
Bħala parti mill-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha wkoll b’mod partikolari tagħti rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 u d-diversi għodod użati f’relazzjoni mar-rappurtar tal-intervista personali.
Artikolu 51
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 30, mal-Artikolu 31(1), (2), (6), (7), (8) u (9), mal-Artikoli 32 sa 46, mal-Artikoli 49 u 50 u mal-Anness I l-iktar tard sa … (30). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 31(3), (4) u (5) sa … (31). Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta' dawk id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew issir referenza għal din id-Direttiva meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 52
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Istati Membi għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fl- Artikolu 51(1) fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati u fir-rigward ta' proċeduri għall-irtirar ta' protezzjoni internazzjonali li jkunu mibdija wara … (30) jew f'data aktar kmieni. L-applikazzjonijiet ippreżentati qabel … (30) u l-proċeduri għall-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat mibdija qabel dik id-data għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi taħt id-Direttiva 2005/85/KE.
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 51(2) tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati wara … (31) jew f'data aktar kmieni. L-applikazzjonijiet ippreżentati qabel dik id-data għandhom ikunu regolati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi konformement mad-Direttiva 2005/85/KE.
Artikolu 53
Tħassir
Id-Direttiva 2005/85/KE tiġi mħassra għal dawk l-Istati Membri marbuta b'din id-Direttiva bis-seħħ minn … (32), mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward għal-limiti ta’ żmien imposti għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 47 and 48 għandhom japplikaw minn … (32).
Artikolu 55
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 79.
(2) ĠU C […].
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 (ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 184) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-6 ta’ Ġunju 2013. Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' …
(4) ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.
(5) ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.
(6) Id-dokument 14654/1/12 REV 1 [Id-Direttiva dwar l-istandards dwar l-akkoljenza].
(7) ĠU L …
(8) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(9) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(10) Dokument 15605/1/12 REV 1 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(11) ĠU L …
(12) Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(13) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(14) Ir-Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(15) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(16) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(17) Id-Direttiva fil-premessa 27 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].
(18) Id-Direttiva fil-premessa 27 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].
(19) Id-Direttiva fil-premessa 27 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].
(20) Id-Direttiva fil-premessa 27 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].
(21) Ir-Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(22) Ir-Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(23) Id-Direttiva fil-premessa 27 [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].
(24) Id-dokument PE-CONS 17/13 [Ir-Regolament EURODAC].
(25) ĠU L …
(26) Ir-Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(27) Ir-Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(28) Ir-Regolament fil-premessa 53 [Ir-Regolament ta' Dublin].
(29) Erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(30) Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(31) Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(32) Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
ANNESS I
Indikazzjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tal-Artikolu 37(1)
Pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE, ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.
Meta ssir din il-valutazzjoni, għandu jittieħed kont inter alia tal-entità tal-protezzjoni pprovduta kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin permezz ta' dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-liġijiet u r-regolamenti relevanti tal-pajjiż u l-mod li bih huma applikati; |
|
(b) |
l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u/jew il-Ftehim Internazzjonali għad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u/jew il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura, b'mod partikolari d-drittijiet li minnhom ma tistax issir deroga taħt l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea msemmija; |
|
(c) |
ir-rispett għall-prinċipju ta' non-refoulement b'konformita' mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra; |
|
(d) |
id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal sistema ta' rimedji effettivi kontra l-ksur ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet. |
ANNESS II
Parti A
Direttiva Mħassra
(imsemmija fl-Artikolu 53)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE |
Parti B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 51)
|
Id-Direttiva |
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
2005/85/KE |
L-ewwel skadenza l-1 ta' Diċembru 2007 It-tieni skadenza: l-1 ta' Diċembru 2008 |
ANNESS III
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Direttiva 2005/85/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 (a) sa (c) |
Artikolu 2 (a) sa (c) |
|
— |
Artikolu 2 (d) |
|
Artikolu 2 (d) sa (f) |
Artikolu 2 (e) sa (g) |
|
— |
Artikolu 2 (h) u (i) |
|
Artikolu 2 (g) |
Artikolu 2 (j) |
|
— |
Artikolu 2 (k) u (l) |
|
Artikolu 2 (h) sa (k) |
Artikolu 2 (m) sa (p) |
|
— |
Artikolu 2 (q) |
|
Artikolu 3 (1) u (2) |
Artikolu 3 (1) u (2) |
|
Artikolu 3 (3) |
— |
|
Artikolu 3 (4) |
Artikolu 3 (3) |
|
Artikolu 4 (1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4 (1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 4 (1), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 4 (2) (a) |
Artikolu 4 (2) (a) |
|
Artikolu 4 (2) (b) sa (d) |
— |
|
Artikolu 4 (2) (e) |
Artikolu 4 (2) (b) |
|
Artikolu 4 (2) (f) |
— |
|
— |
Artikolu 4 (3) |
|
Artikolu 4 (3) |
Artikolu 4 (4) |
|
— |
Artikolu 4 (5) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 (1) |
Artikolu 6 (1) |
|
— |
Artikolu 6 (2) sa (4) |
|
Artikolu 6 (2) u (3) |
Artikolu 7 (1) u (2) |
|
— |
Artikolu 7 (3) |
|
— |
Artikolu 7 (4) |
|
Artikolu 6 (4) |
Artikolu 7 (5) |
|
Artikolu 6 (5) |
— |
|
— |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 7 (1) u (2) |
Artikolu 9 (1) u (2) |
|
— |
Artikolu 9 (3) |
|
Artikolu 8 (1) |
Artikolu 10 (1) |
|
— |
Artikolu 10 (2) |
|
Artikolu 8 (2) (a) sa (c) |
Artikolu 10 (3) (a) sa (c) |
|
— |
Artikolu 10 (3) (d) |
|
Artikolu 8 (3) u (4) |
Artikolu 10 (4) u (5) |
|
Artikolu 9 (1) |
Artikolu 11 (1) |
|
Artikolu 9 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11 (2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 9 (2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 9(2), it-tielet paragrafu |
Artikolu 11 (2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 9 (3) |
Artikolu 11 (3) |
|
Artikolu 10 (1) (a) sa (c) |
Artikolu 12 (1) (a) sa (c) |
|
— |
Artikolu 12 (1) (d) |
|
Artikolu 10 (1) (d) u (e) |
Artikolu 12 (1) (e) u (f) |
|
Artikolu 10 (2) |
Artikolu 12 (2) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 12 (1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 14 (1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 12 (2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 14 (1) it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
Artikolu 12 (2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 14 (1) ir-raba' subparagrafu |
|
Artikolu 12 (2) (a) |
Artikolu 14 (2) (a) |
|
Artikolu 12 (2) (b) |
— |
|
Artikolu 12 (2) (c) |
— |
|
Artikolu 12 (3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 14 (2) (b) |
|
Artikolu 12 (3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 14 (2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 12 (4) sa (6) |
Artikolu 14 (3) sa (5) |
|
Artikolu 13 (1) u (2) |
Artikolu 15 (1) u (2) |
|
Artikolu 13 (3) (a) |
Artikolu 15 (3) (a) |
|
— |
Artikolu 15 (3) (b) |
|
Artikolu 13 (3) (b) |
Artikolu 15 (3) (c) |
|
— |
Artikolu 15 (3) (d) |
|
— |
Artikolu 15 (3) (e) |
|
Artikolu 13 (4) |
Artikolu 15 (4) |
|
Artikolu 13 (5) |
— |
|
— |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 14 |
— |
|
— |
Artikolu 17 |
|
— |
Artikolu 18 |
|
— |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 15 (1) |
Artikolu 22 (1) |
|
Artikolu 15 (2) |
Artikolu 20 (1) |
|
— |
Artikolu 20 (2) sa (4) |
|
— |
Artikolu 21 (1) |
|
Artikolu 15 (3) (a) |
— |
|
Artikolu 15 (3) (b) u (c) |
Artikolu 21 (2) (a) u (b) |
|
Artikolu 15 (3) (d) |
— |
|
Artikolu 15 (3), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 15 (4) sa (6) |
Artikolu 21 (3) sa (5) |
|
— |
Artikolu 22 (2) |
|
Artikolu 16 (1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 23 (1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 16 (1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 23 (1), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju |
|
— |
Artikolu 23 (1) (a) |
|
Artikolu 16 (1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 23 (1) (b) |
|
Artikolu 16 (2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 23 (2) |
|
Artikolu 16 (2), it-tieni sentenza |
— |
|
— |
Artikolu 23 (3) |
|
Artikolu 16 (3) |
Artikolu 23 (4), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 16 (4), l-ewwel subparagrafu |
— |
|
Artikolu 16 (4), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 23 (4), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
— |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 17 (1) |
Artikolu 25 (1) |
|
Artikolu 17 (2) (a) |
Artikolu 25 (2) |
|
Artikolu 17 (2) (b) u (c) |
— |
|
Artikolu 17 (3) |
— |
|
Artikolu 17 (4) |
Artikolu 25 (3) |
|
— |
Artikolu 25 (4) |
|
Artikolu 17 (5) |
Artikolu 25 (5) |
|
— |
Artikolu 25 (6) |
|
Artikolu 17 (6) |
Artikolu 25 (7) |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 20 (1) u (2) |
Artikolu 28 (1) u (2) |
|
— |
Artikolu 28 (3) |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 23 (1) |
Artikolu 31 (1) |
|
Artikolu 23 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 31 (2) |
|
— |
Artikolu 31 (3) |
|
— |
Artikolu 31 (4) u (5) |
|
Artikolu 23 (2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 31 (6) |
|
Artikolu 23 (3) |
— |
|
— |
Artikolu 31 (7) |
|
Artikolu 23 (4) (a) |
Artikolu 31 (8) (a) |
|
Artikolu 23 (4) (b) |
— |
|
Artikolu 23 (4) (c) (i) |
Artikolu 31 (8) (b) |
|
Artikolu 23 (4) (c) (ii) |
— |
|
Artikolu 23 (4) (d) |
Artikolu 31 (8) (c) |
|
Artikolu 23 (4) (e) |
— |
|
Artikolu 23 (4) (f) |
Artikolu 31 (8) (d) |
|
Artikolu 23 (4) (g) |
Artikolu 31 (8) (e) |
|
Artikolu 23 (4) (h) u (i) |
— |
|
Artikolu 23 (4) (j) |
Artikolu 31 (8) (f) |
|
— |
Artikolu 31 (8) (h) u (i) |
|
Artikolu 23 (4) (k) u (l) |
— |
|
Artikolu 23 (4) (m) |
Artikolu 31 (8) (g) |
|
Artikolu 23 (4) (n) u (o) |
— |
|
— |
Artikolu 31 (9) |
|
Artikolu 24 |
— |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 25 (1) |
Artikolu 33 (1) |
|
Artikolu 25 (2) (a) sa (c) |
Artikolu 33 (2) (a) sa (c) |
|
Artikolu 25 (2) (d) u (e) |
— |
|
Artikolu 25 (2) (f) u (g) |
Artikolu 33 (2) (d) u (e) |
|
— |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 27 (1) (a) |
Artikolu 38 (1) (a) |
|
— |
Artikolu 38 (1) (b) |
|
Artikolu 27 (1) (b) sa (d) |
Artikolu 38 (1) (c) sa (e) |
|
Artikolu 27 (2) sa (5) |
Artikolu 38 (2) sa (5) |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 29 |
— |
|
Artikolu 30 (1) |
Artikolu 37 (1) |
|
Artikolu 30 (2) sa (4) |
— |
|
— |
Artikolu 37 (2) |
|
Artikolu 30 (5) u (6) |
Artikolu 37 (3) u (4) |
|
Artikolu 31 (1) |
Artikolu 36 (1) |
|
Artikolu 31 (2) |
— |
|
Artikolu 31 (3) |
Artikolu 36 (2) |
|
Artikolu 32 (1) |
Artikolu 40 (1) |
|
Artikolu 32 (2) |
— |
|
Artikolu 32 (3) |
Artikolu 40 (2) |
|
Artikolu 32 (4) |
Artikolu 40 (3), l-ewwel sentenza |
|
Artikolu 32 (5) |
Artikolu 40 (3), it-tieni sentenza |
|
Artikolu 32 (6) |
Artikolu 40 (4) |
|
— |
Artikolu 40 (5) |
|
Artikolu 32 (7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 40 (6) (a) |
|
— |
Artikolu 40 (6) (b) |
|
Artikolu 32 (7), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 40 (6), it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 40 (7) |
|
— |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 33 |
— |
|
Artikolu 34 (1) u (2) (a) |
Artikolu 42 (1) u (2) (a) |
|
Artikolu 34 (2) (b) |
— |
|
Artikolu 34 (2) (c) |
Artikolu 42 (2) (b) |
|
Artikolu 34 (3) (a) |
Artikolu 42 (3) |
|
Artikolu 34 (3) (b) |
— |
|
Artikolu 35 (1) |
Artikolu 43 (1) (a) |
|
— |
Artikolu 43 (1) (b) |
|
Artikolu 35 (2) u (3) (a) sa (f) |
— |
|
Artikolu 35 (4) |
Artikolu 43 (2) |
|
Artikolu 35 (5) |
Artikolu 43 (3) |
|
Artikolu 36 (1) sa (2) (c) |
Artikolu 39 (1) sa (2) (c) |
|
Artikolu 36 (2) (d) |
— |
|
Artikolu 36 (3) |
— |
|
— |
Artikolu 39 (3) |
|
Artikolu 36 (4) sa (6) |
Artikolu 39 (4) sa (6) |
|
— |
Artikolu 39 (7) |
|
Artikolu 36 (7) |
— |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 45 |
|
— |
Artikolu 46 (1) (a) (i) |
|
Artikolu 39 (1) (a) (i) u (ii) |
Artikolu 46 (1) (a) (ii) u (iii) |
|
Artikolu 39 (1) (a) (iii) |
— |
|
Artikolu 39 (1) (b) |
Artikolu 46 (1) (b) |
|
Artikolu 39 (1) (c) u (d) |
— |
|
Artikolu 39 (1) (e) |
Artikolu 46 (1) (c) |
|
— |
Artikolu 46 (2) u (3) |
|
Artikolu 39 (2) |
Artikolu 46 (4), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 46 (4), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
Artikolu 39 (3) |
— |
|
— |
Artikolu 46 (5) sa (9) |
|
Artikolu 39 (4) |
Artikolu 46 (10) |
|
Artikolu 39 (5) |
— |
|
Artikolu 39 (6) |
Artikolu 41 (11) |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 47 |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 48 |
|
— |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 50 |
|
Artikolu 43, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 51 (1) |
|
— |
Artikolu 51 (2) |
|
Artikolu 43, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 51 (3) u (4) |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 52, l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 52, it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 53 |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 54 |
|
Artikolu 46 |
Artikolu 55 |
|
Anness I |
— |
|
Anness II |
Anness I |
|
Anness III |
— |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. DAĦLA
It-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil hija parti minn sensiela ta' proposti leġislattivi fil-qasam tal-asil biex tiġi stabbilita t-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.
Fis-7 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill irċieva mill-Kummissjoni proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali (Tfassil mill-ġdid) (11207/11). Il-Kummissjoni kienet emendat il-proposta inizjali tagħha tat-23 ta' Ottubru 2009 (12959/09) filwaqt li qieset il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari li ttieħed vot dwarha fis-6 ta' April 2011 (8526/11) u l-fehmiet espressi fil-Kunsill.
Bil-ħsieb li jiġi evitat dewmien, il-Parlament Ewropew stabbilixxa l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu billi kkunsidra l-proposta emendata fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta inizjali.
Fis-sessjoni plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta' Ottubru 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'referenza għall-opinjoni tiegħu tat-28 ta' April 2010 (1), iddeċieda li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar il-proposta emendata, iżda jirreferi għall-pożizzjoni li kien ħa dwar il-proposta inizjali. Fis-16 ta' Novembru 2011, il-Kumitat tar-Reġjuni ħabbar f'ittra li ma għandhiex tinħareġ opinjoni dwar il-proposta emendata (18836/11).
Fil-laqgħa tiegħu tat-13 u l-14 ta' Mejju 2013, il-Kunsill ikkonferma Qbil politiku dwar il-proposta emendata (7695/13 + COR 1).
F'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni tat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil. Id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha f'konformità mal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.
II. GĦANIJIET TAL-PROPOSTA
Id-Direttiva 2005/85 tipprevedi standards minimi dwar il-proċeduri li l-Istati Membri japplikaw għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bil-għan li jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet jiġu ttrattati bl-istess mod, irrispettivament mill-Istat Membru li fih jiġu pproċessati.
L-għan tat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil huwa l-ħolqien ta' standards komuni għal sistemi ta' asil nazzjonali fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-istandards għandhom jipprovdu livell għoli ta' salvagwardji għal dawk li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali. Permezz tagħhom għandu wkoll isir aktar faċli li l-Istati Membri jħaddmu proċeduri tal-asil li huma kosteffettivi u li jkunu kapaċi jindirizzaw talbiet potenzjalment abbużivi filwaqt li jitqiesu d-differenzi fost is-sistemi legali nazzjonali. Qed tingħata attenzjoni partikolari għal aktar 'frontloading' ta' servizzi, konsulenza u għarfien espert bil-ħsieb li jinkiseb proċess ta' eżami effiċjenti u ta' kwalità għolja li jirriżulta f'deċiżjonijiet robusti fil-prim istanza. Finalment, it-tfassil mill-ġdid jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali filwaqt li jqis l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jiżgura konsistenza mal-istrumenti leġislattivi l-oħrajn fil-qasam tal-asil.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
A. Osservazzjonijiet ġenerali
Abbażi tal-proposta emendata tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wettqu negozjati bil-għan li jiġi konkluż qbil fl-istadju tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. It-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill jirrifletti bis-sħiħ il-kompromess li ntlaħaq bejn iż-żewġ koleġislaturi.
B. Kwistjonijiet ewlenin
Il-kompromess rifless fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jadatta d-Direttiva 2005/85/KE (2) fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:
Taħriġ
Bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-proċedura tal-asil, il-pożizzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi rekwiżiti ta' taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet determinanti responsabbli fl-Istati Membri għal eżami xieraq tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali kif ukoll għall-persunal ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn li jistgħu jkollhom kuntatt ma' applikanti għal protezzjoni internazzjonali.
Huwa meħtieġ li l-persunal tal-awtorità determinanti jkun imħarreġ sewwa. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu taħriġ li jinkludi l-istess elementi bħal dawk elenkati fir-Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, minbarra dawk marbuta mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza. Barra minn hekk, il-persuni li jintervistaw lill-applikanti għandhom ikunu kisbu għarfien ġenerali tal-problemi li jistgħu jolqtu b'mod negattiv il-ħila tal-applikant li jiġi intervistat, bħal indikazzjonijiet ta' tortura possibbli fl-imgħoddi.
L-istess rekwiżiti ta' taħriġ bħar-rekwiżiti għall-persunal tal-awtorità determinanti japplikaw għal persunal li jkun jaħdem għal awtorita oħra li tiġi assenjata biex tagħmel intervisti meta għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiż terz jew persuni apolidi jitolbu protezzjoni internazzjonali fl-istess ħin.
Fil-każ li l-persunal ta' awtoritajiet minbarra l-awtorità determinanti jagħmel intervisti ta' ammissibbiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-persunal jingħata, minn qabel, it-taħriġ bażiku meħtieġ, partikolarment fir-rigward tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-acquis tal-asil u t-tekniki għall-intervisti.
Finalment, anke l-persunal ta' awtoritajiet li x'aktarx jirċievu talbiet għal protezzjoni internazzjonali, bħall-gwardjani tal-fruntieri u l-persunal tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tal-faċilitajiet ta' detenzjoni, għandu jingħata l-livell meħtieġ ta' taħriġ li jixraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu.
Aċċess għall-proċedura
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi standards li għandhom l-għan li jiżguraw aċċess faċli u fil-ħin għall-proċedura tal-asil filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi nazzjonali. Hija tiċċara bis-sħiħ li persuna li tkun uriet ix-xewqa li tapplika għal protezzjoni internazzjonali hija applikant fit-tifsira tad-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat li huma jikkonformaw b'mod effettiv mal-obbligi tagħhom u jibbenefikaw mid-drittijiet rilevanti, l-applikazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu rreġistrati kemm jista' jkun malajr u f'limiti ta' żmien speċifiċi: fil-każ li l-applikazzjoni ssir għand l-awtorità determinanti l-limitu ta' żmien huwa 3 ijiem ta' xogħol wara li ssir l-applikazzjoni; fil-każ ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn, bħal gwardjani tal-fruntieri, il-limitu ta' żmien huwa 6 ijiem ta' xogħol. Limitu ta' żmien itwal ta' 10 ijiem ta' xogħol huwa permess f'sitwazzjonijiet ta' influss kbir u f'daqqa ta' applikanti.
Għal aċċess effettiv għall-proċedura huwa importanti wkoll l-obbligu li l-Istati Membri jipprovdu lil ċittadini minn pajjiżi terzi jew lil persuni apolidi detenuti f'faċilitajiet ta' detenzjoni jew preżenti f'punti ta' qsim tal-fruntieri informazzjoni dwar il-possibbiltà li jagħmlu talba għal protezzjoni internazzjonali fejn ikun hemm indikazzjonijiet li dawn il-persuni jixtiequ jagħmlu dan. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu arranġamenti ta' interpretazzjoni fil-faċilitajiet ta' detenzjoni u ż-żoni tal-fruntieri sa fejn ikun meħtieġ biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċedura li tirrigwarda l-protezzjoni internazzjonali.
Proċedura ta' eżami
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi li jeħtieġ li proċedura biex tiġi eżaminata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiġi konkluża fi żmien 6 xhur wara li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. Fil-każ ta' kwistjonijiet kumplessi, għadd kbir ta' applikanti jew dewmien minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni mill-applikant, l-Istati Membri jistgħu jestendu dan il-limitu ta' żmien b'perijodu ta' mhux aktar minn 9 xhur oħra. Finalment, estensjoni addizzjonali ta' mhux aktar minn 3 xhur hija permessa f'każijiet eċċezzjonali, f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq, fejn ikun meħtieġ li jiġi żgurat eżami adegwat u sħiħ.
Meta ma jkunx possibbli li awtorità determinanti tkun raġonevolment mistennija tiddeċiedi fi żmien dawn il-limiti ta' żmien minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta' oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-konklużjoni tal-proċedura. F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tas-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż kull 6 xhur u jgħarrfu fi żmien raġonevoli lill-applikanti kkonċernati dwar ir-raġunijiet għall-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri huma mitluba jikkonkludu l-proċedura f'limitu ta' żmien ta' mhux aktar minn 21 xahar minn meta tkun tressqet l-applikazzjoni.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tintroduċi wkoll distinzjoni bejn proċeduri ta' prijorità u proċeduri aċċellerati. Dawn tal-aħħar jimplikaw limiti ta' żmien proċedurali iqsar meta mqabbla ma' dawk fi proċedura regolari, filwaqt li proċeduri ta' prijorità jfissru biss li l-applikazzjoni tiġi eżaminata qabel applikazzjonijiet oħrajn. L-Istati Membri jridu jistipulaw limiti ta' żmien raġonevoli għal proċeduri aċċellerati filwaqt li jkunu permessi li jaqbżuhom sabiex jiġi żgurat eżami adegwat u sħiħ.
F'konformità mal-għan li jiġu stabbiliti proċeduri tal-asil aktar armonizzati, proċeduri ta' eżami aċċellerati u proċeduri fuq il-fruntiera jistgħu jsiru biss għal raġunijiet speċifiċi, li għandhom l-għan li f'dawk il-proċeduri jiġu inklużi biss applikazzjonijiet li x'aktarx ikunu bla bażi, jew li jqajmu tħassib serju ta' sigurtà nazzjonali jew ordni pubblika.
Informazzjoni f'każijiet ta' derogi
Fil-każ li Stat Membru, minħabba li għadd kbir ta' persuni japplikaw fl-istess ħin, jidderoga mil-limiti ta' żmien għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni u għall-konklużjoni tal-eżami tal-applikazzjoni, jew iħalli lil awtoritajiet oħrajn apparti l-awtorità determinanti jagħmlu l-intervisti tal-asil, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni. Dan it-tagħrif għandu jingħata hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali jkunu waqfu jeżistu u għall-inqas darba f'sena.
Rapport u reġistrazzjoni tal-intervista
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi sett estensiv ta' regoli li jirrigwarda r-rappurtar dwar u r-reġistrazzjoni tal-intervisti tal-asil. Bħala parti mir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva fl-Istati Membri, il-Kummissjoni ser tirrapporta b'mod partikolari dwar l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli u d-diversi għodod użati f'rabta mar-rappurtar tal-intervista personali.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi li l-Istati Membri jintalbu jħejju rapport dettaljat u fattwali li jkun fih l-elementi sostanzjali kollha jew traskrizzjoni. Barra minn hekk, huma jistgħu jipprevedu reġistrazzjoni awdjo jew awdjoviżiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-applikant ikun mgħarraf bis-sħiħ dwar il-kontenut tar-rapport jew dwar l-elementi sostanzjali tat-traskrizzjoni.
Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-Kunsill tispeċifika l-kundizzjonijiet biex l-applikant jagħmel kummenti u/jew jagħti kjarifiki dwar ir-rapport jew it-traskrizzjoni u biex jagħti l-konferma tiegħu li l-kontenut tar-rapport jew tat-traskrizzjoni jirrifletti l-intervista b'mod korrett.
Finalment, il-pożizzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi r-regoli għall-aċċess mill-applikant u l-konsulent legali jew il-konsulent tiegħu għar-rapport, it-traskrizzjoni jew ir-reġistrazzjoni.
Informazzjoni legali u għajnuna u rappreżentazzjoni legali
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, fuq talba u taħt ċerti kundizzjonijiet, jingħataw informazzjoni legali u proċedurali mingħajr ħlas fil-proċeduri fil-prim' istanza. Dan għandu jinkludi, għall-inqas, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċedura fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tal-applikant. Barra minn hekk, fil-każ ta' deċiżjoni negattiva fil-prim'istanza, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħtu informazzjoni lill-applikanti sabiex jiċċaraw ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni u jispjegaw kif tista' tiġi kkontestata. Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din l-informazzjoni legali u proċedurali tingħata minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, jew professjonisti minn awtoritajiet tal-gvern jew servizzi speċjalizzati tal-Istat.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, taħt ċerti kundizzjonijiet u b'konsistenza sħiħa mal-istrumenti l-oħrajn tal-asil, jingħataw għajnuna u rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas fuq talba fil-proċeduri ta' appell. Dan għandu jinkludi, għall-inqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem il-qorti jew it-tribunal tal-prim' istanza f'isem l-applikant. Minkejja dawn ir-regoli obbligatorji għall-proċeduri ta' appell, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu għajnuna u/jew rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas fi proċeduri fil-prim' istanza.
Applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali
Il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha l-għan li tippermetti lill-applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi ta' din id-Direttiva matul il-perijodu tal-proċedura tal-asil. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fi żmien perijodu raġonevoli ta' żmien wara l-applikazzjoni, jekk l-applikant ikunx jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali. Bil-ħsieb li jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ, huwa speċifikat li tali valutazzjoni tista' tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti u/jew fil-valutazzjoni għal ħtiġijiet speċjali ta' akkoljenza u li ma hemmx għalfejn tieħu l-għamla ta' proċedura amministrattiva.
Meta jkun ġie identifikat li l-applikanti jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali, huma għandhom jingħataw appoġġ adegwat. Barra minn hekk, meta dan l-appoġġ adegwat ma jkunx jista' jingħata fi ħdan il-qafas tal-proċeduri aċċellerati jew fuq il-fruntiera, partikolarment meta l-Istati Membri jqisu li l-applikant ikun jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali b'riżultat ta' tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, l-Istati Membri mhumiex permessi japplikaw tali proċeduri, jew għandhom jieqfu milli japplikawhom.
Meta l-Istati Membri jidentifikaw ħtiġijiet proċedurali speċjali ta' natura li tista' tipprevjeni l-applikazzjoni ta' proċeduri aċċellerati u fuq il-fruntiera, dan jimplika li l-applikant għandu wkoll jingħata garanziji addizzjonali f'każijiet fejn l-appell tiegħu ma jkunx awtomatikament sospensiv. Dawn il-garanziji huma l-istess bħal dawk għal persuni soġġetti għall-proċeduri fuq il-fruntiera.
Minorenni
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprovdi garanziji speċifiċi għal minorenni u minorenni mhux akkumpanjati filwaqt li tevita użu ħażin potenzjali. Hija tiċċara l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-minorenni li jixtiequ jagħmlu applikazzjoni f'isimhom stess. Barra minn hekk, hija tispeċifika li l-intervisti mal-minorenni għandhom isiru b'mod adatt għat-tfal.
Fir-rigward tal-minorenni mhux akkumpanjati, il-pożizzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi sett ta' garanziji f'rabta mar-rappreżentant. L-Istati Membri huma mitluba wkoll li jipprovdu, mingħajr ħlas, informazzjoni legali u proċedurali lill-minorenni mhux akkumpanjati għall-proċeduri għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali. B'dak il-mod, il-minorenni mhux akkumpanjati u r-rappreżentanti tagħhom jirċievu forma ta' appoġġ legali fil-proċeduri kollha tad-Direttiva (prim' istanza, appell u rtirar).
Meta l-Istati Membri, matul il-proċedura ta' asil, jidentifikaw persuna bħala minorenni mhux akkumpanjat, l-Istati Membri jistgħu jużaw ċerti proċeduri għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'ċirkostanzi speċifiċi biss:
|
— |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw, jew ikomplu japplikaw, proċeduri aċċellerati biss jekk l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta' oriġini sikur, ikun għamel applikazzjoni sussegwenti li ma tkunx inammissibbli la għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali u lanqas għal ordni pubblika. |
|
— |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew ikomplu japplikaw il-proċeduri fuq il-fruntiera fl-istess tliet ċirkostanzi li jippermettu l-użu ta' proċeduri aċċellerati. Barra minn hekk, huma jistgħu japplikaw proċeduri fuq il-fruntiera taħt tliet ċirkostanzi oħrajn:
|
L-Istati Membri jistgħu jinvokaw dawn l-aħħar żewġ ċirkostanzi biss f'każijiet speċifiċi fejn ikun hemm raġunijiet serji biex jitqies li l-applikant ikun qed jipprova jaħbi elementi rilevanti li x'aktarx iwasslu għal deċiżjoni negattiva u dment li l-applikant ikun ingħata opportunità sħiħa, filwaqt li jkunu tqiesu l-ħtiġijiet proċedurali speċjali tal-minorenni mhux akkumpanjati, li juri raġuni valida għall-azzjonijiet tiegħu, inkluż b'konsultazzjoni mar-rappreżentant tiegħu.
Minħabba li l-proċeduri fuq il-fruntiera dejjem jinvolvu xi tip ta' detenzjoni, dawn ma jistgħu jintużaw sistematikament fl-ebda waħda mis-sitt ċirkostanzi. Biex ikun hemm konformità mad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, il-minorenni mhux akkumpanjati jistgħu jiġu detenuti biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali, li jridu jiġu apprezzati bil-kunsiderazzjoni mistħoqqa għall-aqwa interess tat-tifel/tifla.
|
— |
L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw l-applikazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjat bħala inammissibbli fil-każ li l-minorenni mhux akkumpanjat ikun ġej minn pajjiż terz sikur, li mhuwiex Stat Membru, fil-każ biss li dan ikun fl-aqwa interess tal-minorenni. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw l-applikazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjat bħala inammissibli għar-raġunijiet applikabbli l-oħrajn skont ir-regoli normali. |
|
— |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux għajnuna u rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas lil applikant minorenni mhux akkumpanjat jekk il-qorti jew it-tribunal jew awtorità kompetenti oħra tqis li l-appell ma għandu l-ebda prospett tanġibbli ta' suċċess, iżda biss jekk ir-rappreżentant tal-minorenni jkollu kwalifiki legali. |
Finalment, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-minorenni mhux akkumpanjati għall-inqas l-istess garanziji addizzjonali bħal dawk għall-persuni soġġetti għall-proċeduri fuq il-fruntiera f'każijiet fejn l-appell tagħhom kontra deċiżjoni negattiva mhuwiex awtomatikament sospensiv.
Proċeduri tal-asil sensittivi għas-sess
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tqis li l-proċeduri tal-asil għandhom ikunu sensittivi għas-sess. F'dak id-dawl, l-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jiżguraw li l-intervistatur u l-interpretu jkunu tal-istess sess tal-applikant, jekk l-applikant ikkonċernat jitlob dan. Madankollu, mhux meħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu intervistatur jew interpretu tal-istess sess fil-każ li l-awtorità determinanti jkollha raġunijiet biex taħseb li t-talba hija msejsa fuq raġunijiet li mhumiex marbutin ma' diffikultajiet min-naħa tal-applikant biex jippreżenta jew tippreżenta r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha b'mod komprensiv.
Minbarra dan, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tfittxija mwettqa għal raġunijiet ta' sigurtà, tfittxija fuq il-persuna tal-applikant fl-applikazzjoni ta' din id-direttiva għandha titwettaq minn persuna tal-istess sess b'rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u mentali.
Applikazzjonijiet sussegwenti
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tiċċara r-regoli proċedurali fir-rigward ta' applikazzjonijiet sussegwenti. Kuntrarju għal varjetà ta' arranġamenti proċedurali għal dawk l-applikazzjonijiet possibbli skont id-Direttiva 2005/85/KE, il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi li applikazzjoni sussegwenti titqies bħala inammissibbli meta f'eżami preliminari ma joħorġu jew ma jiġu ppreżentati mill-applikant l-ebda elementi jew sejbiet ġodda li jżidu l-possibbiltà li hu jkun jeħtieġ protezzjoni internazzjonali.
L-applikanti li jagħmlu applikazzjonijiet sussegwenti bil-ħsieb waħdieni li jipposponu t-tneħħija tagħhom mit-territorju tal-Istat Membru joħolqu piż bla bżonn fuq is-sistemi nazzjonali tal-asil. Għaldaqstant, huma meħtieġa regoli effettivi dwar applikazzjonijiet sussegwenti. Permezz ta' dawn ir-regoli l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn, minn naħa waħda, persuni li jressqu applikazzjoni sussegwenti minħabba li jkunu qamu ħtiġijiet ta' protezzjoni sur place wara l-applikazzjoni preċedenti tagħhom jew għal raġunijiet leġittimi oħrajn u, min-naħa l-oħra, persuni li jressqu applikazzjoni sussegwenti biss biex jipposponu t-tneħħija tagħhom mit-territorju. F'dan il-kuntest huwa nnotat li l-Istati Membri jibqgħu dejjem marbuta bil-prinċipju ta' non refoulement li jfisser li persuna ma tistax tintbagħat lura f'pajjiż fejn tista' tkun f'riskju.
F'dan l-isfond, f'żewġ każijiet l-Istati Membri huma permessi jagħmlu eċċezzjoni mid-dritt normalment applikabbli li wieħed jibqa' fit-territorju. L-ewwel nett, meta persuna tkun għamlet l-ewwel applikazzjoni sussegwenti, li titqies inammissibbli, sempliċiment biex tipposponi jew ixxekkel l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni li twassal għat-tneħħija imminenti tagħha minn dak l-Istat Membru. U t-tieni, meta l-persuna tagħmel talba oħra għal protezzjoni internazzjonali fl-istess Stat Membru, wara deċiżjoni finali biex l-ewwel applikazzjoni sussegwenti titqies inammissibbli jew wara deċiżjoni finali li tiċħad dik l-applikazzjoni bħala bla bażi.
Irtirar/abbandun impliċitu ta' applikazzjoni
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tistipula li, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jassumu li applikant irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali b'mod impliċitu. L-Istati Membri jistgħu jassumu dan f'żewġ każijiet b'mod partikolari. L-ewwel nett, meta jiġi aċċertat li l-applikant ikun naqas milli jwieġeb għal talbiet biex jagħti tagħrif essenzjali għall-applikazzjoni tiegħu jew ma jkunx mar għal intervista personali, sakemm l-applikant ma jurix fi żmien perijodu raġonevoli li n-nuqqas tiegħu kien minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu. U t-tieni nett, meta l-applikant ikun ħarab jew telaq mingħajr awtorizzazzjoni mill-post fejn kien qed jgħix jew kien qed jiġi detenut, mingħajr ma kkuntattja lill-awtorità kompetenti fi żmien perijodu raġonevoli, jew meta l-applikant ma jkunx ikkonforma fi żmien perijodu raġonevoli mad-dmirijiet ta' rappurtar jew obbligi oħrajn li jikkomunika, sakemm ma jurix li dan ġara minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu.
F'dak l-isfond, il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi sett ta' regoli fir-rigward tal-ftuħ mill-ġdid ta' applikazzjoni li ġiet irtirata jew abbandunata b'mod impliċitu. Fil-każ li l-persuna terġa' tirrapporta lill-awtoritajiet fi żmien perijodu ta' mhux inqas minn 9 xhur, l-Istati Membri mhumiex permessi jittrattaw l-applikazzjoni li reġgħet infetħet jew l-applikazzjoni l-ġdida bħala applikazzjoni sussegwenti. Madankollu, fil-każ li l-persuna terġa' tirrapporta wara disa' xhur, l-Istati Membri huma permessi japplikaw ir-reġim tal-applikazzjonijiet sussegwenti. Dan ifisser li l-applikazzjoni tista' titqies inammissibbli jekk ebda elementi ġodda rilevanti ma' ħarġu jew ġew ippreżentati minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni ta' waqfien. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li applikazzjoni li twaqqfet tista' terġa' tinfetaħ darba biss.
Rimedju effettiv
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi sett ta' regoli dwar id-dritt li persuna tibqa' fit-territorju filwaqt li tistenna appell li jkollu l-għan li jagħti garanzija sħiħa tad-dritt għal rimedju effettiv filwaqt li tagħraf il-ħtieġa għal sistemi tal-asil effettivi u effiċjenti li jkunu kapaċi jipprevjenu użu ħażin. F'dak l-isfond, bħala regola, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti jibqgħu fit-territorju sakemm jiskadi ż-żmien li fih għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv jew meta dan id-dritt ikun ġie eżerċitat fi ħdan il-limitu ta' żmien, waqt l-istennija tal-eżitu tar-rimedju.
Madankollu, f'għadd limitat ta' każijiet, Stat Membru jista' jipprevedi li tali effett sospensiv awtomatiku ma japplikax. F'tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li qorti jew tribunal għandu s-setgħa jiddeċiedi jekk applikant jistax jibqa' fuq it-territorju jew le, kemm fuq talba tal-applikant kif ukoll fuq inizjattiva tiegħu stess. Dawn il-każijiet ikopru deċiżjonijiet:
|
— |
li applikazzjoni titqies manifestament bla bażi jew bla bażi wara eżami bil-proċedura aċċellerata, ħlief meta dawn id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatt li l-applikant daħal fit-territorju tal-Istat Membru illegalment jew tawwal is-soġġorn tiegħu illegalment u, mingħajr raġuni valida, ma ppreżentax lilu nnifsu lill-awtoritajiet u/jew ma ressaqx applikazzjoni għall-asil kemm jista' jkun malajr, minħabba ċ-ċirkostanzi tad-dħul tiegħu; |
|
— |
li applikazzoni titqies inammissibbli minħabba li Stat Membru ieħor ikun ta protezzjoni internazzjonali, pajjiż li mhux Stat Membru jitqies bħala l-ewwel pajjiż ta' asil jew l-applikazzjoni hija applikazzjoni sussegwenti, meta ma jkunu ħarġu jew ġew ippreżentati mill-applikant ebda elementi jew sejbiet ġodda marbutin mal-eżami ta' jekk l-applikant jeħtiġx protezzjoni internazzjonal; |
|
— |
li jiġi rrifjutat il-ftuħ mill-ġdid tal-kawża tal-applikant li twaqqfet; |
|
— |
li l-applikazzjoni ma tiġix eżaminata jew ma tiġix eżaminata bis-sħiħ minħabba li jkun japplika l-kunċett ta' pajjiż terz sikur Ewropew. |
Fil-proċeduri fuq il-fruntiera, l-effett sospensiv mhux awtomatiku jista' jiġi applikat biss jekk, l-ewwel nett, l-applikant ikollu s-servizzi ta' interpretazzjoni u għajnuna legali meħtieġa u mill-inqas ġimgħa biex iħejji t-talba u jressaq quddiem il-qorti jew it-tribunal l-argumenti favur li jingħatalu d-dritt li jibqa' fit-territorju sakemm jistenna l-eżitu tar-rimedju u, it-tieni nett, fil-qafas tal-eżami tat-talba biex jibqa' fit-territorju, il-qorti jew it-tribunal jeżamina d-deċiżjoni negattiva tal-awtorità determinanti f'termini tal-fatti u l-liġi.
Meta jiġi applikat effett sospensiv mhux awtomatiku, l-applikant ikun permess jibqa' fit-territorju sakemm jistenna l-eżitu tal-proċedura biex jiġi deċiż jekk l-applikant jistax jibqa' fit-territorju jew le. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, japplika l-prinċipju ta' non refoulement.
Pajjiżi terzi sikuri
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tippermetti lill-Istati Membri japplikaw il-kunċetti ta' pajjiż ta' orġini sikur, pajjiż terz sikur u pajjiż terz sikur Ewropew, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni possibbli fil-ġejjieni. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu, fost l-oħrajn, il-linji gwida u l-manwali operattivi żviluppati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u jwettqu analiżi regolari tal-qagħda f'dawk il-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, hija ssottolinjata l-importanza tal-iskambju ta' informazzjoni minn sorsi rilevanti u ta' analiżi regolari tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-kunċetti ta' pajjiż terz sikur mal-Istati Membri u bl-involviment tal-Parlament.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tiċċara l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-kunċetti peress li tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti jikkontestaw l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz sikur Ewropew għar-raġuni li l-pajjiż ma jkunx sikur fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.
Kwistjonijiet importanti oħrajn
Kwistjonijiet importanti oħrajn fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li dwarhom il-Kunsill u l-Parlament Ewropew waslu għal kompromess jirrigwardaw:
Estradizzjoni
Stat Membru jista' jagħmel eċċezzjoni għad-dritt ta' applikant għal protezzjoni internazzjonali li jibqa' fit-territorju sa ma tittieħed deċiżjoni fil-prim' istanza dwar l-applikazzjoni tiegħu, meta l-Istat Membru ikun ser iċedi jew jestradixxi, skont il-każ, persuna lejn Stat Membru ieħor skont l-obbligi f'konformità ma' mandat ta' arrest Ewropew jew b'mod ieħor, jew lejn pajjiż terz jew lejn qrati jew tribunali kriminali internazzjonali. Stat Membru jista' jestradixxi applikant lejn pajjiż terz biss meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li deċiżjoni ta' estradizzjoni ma tkunx ser tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru.
L-awtorità determinanti u awtoritajiet kompetenti oħrajn
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtorità oħra li mhijiex l-awtorità determinanti tkun responsabbli għall-finijiet tal-ipproċessar ta' kawżi skont ir-Regolament ta' Dublin jew tal-għoti jew ir-rifjut ta' permessi għad-dħul fil-qafas ta' proċedura fuq il-fruntiera, soġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu f'dak il-qafas u abbażi tal-opinjoni raġunata tal-awtorità determinanti.
Eżami mediku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tinkludi regoli li jirrigwardaw l-eżamijiet mediċi sabiex jiġi żgurat li s-sinjali li jistgħu jirriżultaw minn persekuzzjoni jew ħsara serja fl-imgħoddi jiġu inklużi fil-valutazzjoni tat-talba għal protezzjoni internazzjonali. Dawn ir-regoli jinkludu fost l-oħrajn dispożizzjonijiet li jindikaw il-kundizzjonijiet li fihom l-eżami mediku għandu jitħallas mill-fondi pubbliċi jew dawk li fihom għandu jitħallas mill-applikant.
Kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà nazzjonali
Fl-appelli, fil-każ ta' kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà nazzjonali u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-armi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess għal informazzjoni jew sorsi li l-kunfidenzjalità tagħhom hija meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali li jkunu disponibbli għall-qrati u t-tribunali fl-appell u jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali proċeduri li jiggarantixxu rispett għad-drittijiet ta' difiża tal-applikant.
|
IV. |
KONKLUŻJONI |
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti bis-sħiħ il-kompromess li ntlaħaq fin-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iffaċilitati mill-Kummissjoni. Dan il-kompromess hu kkonfermat bl-ittra tal-President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (8223/13). F'din l-ittra, il-President tal-LIBE jindika li hu ser jirrakkomanda lill-membri tal-Kumitat LIBE, u sussegwentement lill-plenarja, biex jaċċettaw il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi fit-tieni qari tal-Parlament, soġġetta għal verifika mill-ġuristi-lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet. Billi temenda d-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, l-Unjoni Ewropea tipprovdi pedament essenzjali għall-ħolqien tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.
(1) Opinjoni tal-KESE, “Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid)”, ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.
(2) Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat, (ĠU L 326, 1.12.2005, p. 13).