|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.172.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 172/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6876 – Sumitomo Electric Industries/Anvis Group) ( 1 ) |
|
|
2013/C 172/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6936 – Donata/DE Master Blenders) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 172/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 172/04 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2013/C 172/05 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2013/C 172/06 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2013/C 172/07 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2013/C 172/08 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2013/C 172/09 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 172/10 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6876 – Sumitomo Electric Industries/Anvis Group)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 172/01
Fl-24 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6876. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6936 – Donata/DE Master Blenders)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 172/02
Fit-12 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6936. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Ġunju 2013
2013/C 172/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3337 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
126,36 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4586 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84755 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,6122 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2308 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6345 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,724 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
290,60 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7017 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2296 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4508 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4906 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3876 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3548 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3491 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6519 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6721 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 503,01 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,1706 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1688 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4680 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 185,80 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1759 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,233 |
|
RUB |
Rouble Russu |
42,2375 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,905 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,8656 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,9070 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,2280 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/3 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 172/04
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
27.5.2013 |
|
Tul ta’ żmien |
27.5.2013-31.12.2013 |
|
Stat Membru |
L-Isvezja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
COD/03AS |
|
Speċi |
Merluzz (Gadus Morhua) |
|
Żona |
Kattegat |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta' referenza |
FS04TQ39 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/3 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 172/05
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
3.5.2013 |
|
Tul ta’ żmien |
3.5.2013-30.6.2013 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru) |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
RED/N3M |
|
Speċi |
Redfish (Sebastes spp) |
|
Żona |
NAFO 3M |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta' referenza |
FS03TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/4 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 172/06
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
1.6.2013 |
|
Tul ta’ żmien |
1.6.2013-31.12.2013 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
ALF/3X14- |
|
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta' referenza |
FS05DSS |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/4 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 172/07
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
1.6.2013 |
|
Tul ta’ żmien |
1.6.2013-31.12.2013 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
USK/567EI. |
|
Speċi |
Tusk (Brosme brosme) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tal-V, VI u VII |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta' referenza |
06/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/5 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 172/08
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
1.6.2013 |
|
Tul ta’ żmien |
1.6.2013-31.12.2013 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
HAD/7X7A34 |
|
Speċi |
Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) |
|
Żona |
VIIb-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta' referenza |
07/TQ39 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/6 |
NOTA TA’ TAGĦRIF
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju: Informazzjoni dwar il-miżuri adottati mill-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 8
2013/C 172/09
L-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (1) jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti ta' awtorizzazzjonijiet, rispettivament għas-servizzi ta' senserija u, f'ċerti każij, għall-esportazzjoni ta' oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament. Skont l-Artikoli 5(4) u 8(4) tali miżuri għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni li ppubblikaw Decree Stcr. 2013 Nru 8590 fit-28 ta' Marzu 2013 li jimponi l-miżuri li ġejjin:
|
— |
rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għas-senserija ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I, fejn dawn l-oġġetti huma jew jistgħu jintużaw għal użu msemmi fl-Artikolu 4.1 tar-regolament, |
|
— |
rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I għar-raġunijiet tal-konsiderazzjonijiet tas-sigurtà pubblika u tad-drittijiet tal-bniedem. |
Il-miżuri japplikaw għas-senserija u għall-esportazzjoni, għad-destinazzjoni tas-Sirja, tal-31 sustanza kimika li ġejjin u tagħmir għal-laboratorju ta' tip speċifiku:
|
Nru |
SG Nru |
Sustanza |
Nru ta' reġistrazzjoni CAS |
|
1. |
1c95001 |
aċidu mandeliku |
90-64-2 |
|
2. |
1c95002 |
ammonja |
7664-41-7 |
|
3. |
1c95003 |
Aċetun |
67-64-1 |
|
4. |
1c95004 |
aċitilena |
74-86-2 |
|
5. |
1c95005 |
antimonju |
7440-36-0 |
|
6. |
1c95006 |
benżaldeid |
100-52-7 |
|
7. |
1c95007 |
benżoin |
119-53-9 |
|
8. |
1c95008 |
1-butanol |
71-36-3 |
|
9. |
1c95009 |
2-butanol |
78-92-2 |
|
10. |
1c95010 |
isobutanol |
78-83-1 |
|
11. |
1c95011 |
tert-butanol |
75-65-0 |
|
12. |
1c95012 |
klorur |
7782-50-5 |
|
13. |
1c95013 |
ċikloeksanol |
108-93-0 |
|
14. |
1c95014 |
diċikloeżilammina |
101-83-7 |
|
15. |
1c95015 |
etanol |
64-17-5 |
|
16. |
1c95016 |
etilene |
74-85-1 |
|
17. |
1c95017 |
fluoroapatite |
1306-05-4 |
|
18. |
1c95018 |
iżopropanol |
67-63-0 |
|
19. |
1c95019 |
sulfid tal-potassju |
1312-73-8 |
|
20. |
1c95020 |
tijoċjanat tal-potassju |
333-20-0 |
|
21. |
1c95021 |
monossidu tal-karboniku |
630-08-0 |
|
22. |
1c95022 |
metanol |
67-56-1 |
|
23. |
1c95023 |
klorur tal-metil: |
74-87-3 |
|
24. |
1c95024 |
jodur tal-metil |
74-88-4 |
|
25. |
1c95025 |
merkaptan tal-metil |
74-93-1 |
|
26. |
1c95026 |
ipoklorit tas-sodju |
7681-52-9 |
|
27. |
1c95027 |
Klorur tal-ossalil |
79-37-8 |
|
28. |
1c95028 |
fosfat tat-tri-iżobutil |
1606-96-8 |
|
29. |
1c95029 |
aċidu idrokloriku |
7647-01-0 |
|
30. |
1c95030 |
kubrit |
7704-34-9 |
|
31. |
1c95031 |
diossidu tal-kubrit |
7446-09-5 |
|
32. |
It-tagħmir tal-laboratorju għall-analiżi (distruttiv u mhux) jew biex jinstabu sustanzi, inklużi komponenti u aċċessorji għal tali tagħmir. |
||
(1) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50 (2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 172/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“ACETO BALSAMICO TRADIZIONALE DI REGGIO EMILIA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01007-21.06.2012
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni għall-emenda
|
— |
|
Isem tal-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
|
Żona ġeografika |
|
— |
|
Prova tal-oriġini |
|
— |
|
Metodu ta' produzzjoni: |
|
— |
|
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
|
Oħrajn (li għandhom jiġu speċifikati) |
2. Tip ta' emenda/i
|
— |
|
Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju |
|
— |
☒ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju |
|
— |
|
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
|
Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
L-emenda għandha l-għan li tikkoreġi żbalji materjali, rigward l-unitajiet ta' kejl tad-densità tal-prodott u tal-aċidità totali tal-prodott. “Id-densità karatteristika ta' 20 grad ċentigrad: mhux anqas minn 1,200 gr/l” tinbidel b'“densità ta' 20 grad ċentigrad: mhux anqas minn 1,200 g/l”, minħabba li din hija l-unità ta' kejl korretta (ara d-Digriet tal-President tar-Repubblika tat-12 ta' Awwissu 1982, Nru 802, li jimplimenta d-Direttva Nru 80/181 dwar l-unitajiet ta' kejl, ippubblikata fil-Ġ.U. 302 tat-3 ta' Novembru 1982); Barra minn hekk il-kliem “aċidità totali: mhux anqas minn 5 gradi (espressi fi grammi ta' aċidu aċetiku għal kull 100 gramma ta' prodott)” jinbidel b'“aċidità totali: mhux anqas minn 5 gradi (espressi fi grammi ta' aċidu aċetiku għal kull 100 gramma ta' prodott)”; l-użu tal-unità ta' kejl f'millilitri huwa aktar xieraq minħabba li jittratta likwidu b'piż speċifiku sinifikattiv.
Barra minn hekk, l-ammont ta' zokkor fil-most misjur ma għandux jaqbeż l-40 grad Brix, minflok 30 grad Brix biss, sabiex jiġi evitat li l-prodott idum jagħli żżejjed u/jew li jkun hemm konċentrazzjoni prematura tal-prodott.
L-espressjoni “fermentazione zuccherina ed acetica” issa ġiet emendata għal “fermentazione zuccherina ed ossidazione acetica”, biex jintuża terminu xjentifikament korrett li jagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ fażijiet tal-ipproċessar tal-most misjur. Tali emenda hija biss deskrittiva, u ma għandhiex impatt fuq il-produzzjoni.
Jiġi speċifikat l-injam tipiku taż-żona bħall-ballut, il-qastan, iċ-ċirasa, il-ġnibru, iċ-ċawsli, il-fraxxnu u l-gazzija.
Il-proċeduri rrakkomandati biex jiġi ppreżentat il-prodott finali bbottiljat u biex titwettaq l-analiżi organolettika ġew stabbiliti b'mod preċiż għall-informazzjoni tal-produtturi u l-konsumaturi, u jispeċifikaw iż-żminijiet u l-metodi għall-preżentazzjoni tal-lottijiet, l-issiġillar u l-klassifikazzjoni tagħhom, u għat-teħid tal-kampjuni għal ittestjar analitiku u sensorjali. L-analiżi sensorjali, b'mod partikolari titwettaq minn kumitat tat-tidwiq, li jeżamina l-karatteristiċi viżivi, olfattivi u tat-togħma espressi bħala valuri numeriċi. Il-valur globali jikkonsisti mill-evalwazzjoni tal-persuna li titqabbad biex idduq il-prodott u l-medja tal-evalwazzjonijiet ta' dawk li jduquh b'mod individwali fil-panel. Prodott biss li kiseb punteġġ ugwali għal 240 jew aktar minn hekk jista' jiġi bbottiljat.
Skont il-punteġġ li jingħata wara l-analiżi sensorjali u l-preżenza ta' proprjetajiet fiżikokimiċi rekwiżiti, il-fliexken jiġu ttikkettjati b'waħda mit-tliet tikketti; kull waħda b'kulur differenti u b'numru akbar mill-ieħor biex biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.
Għall-ibbottiljar jintużaw kontenituri tal-istess għamla, anke jekk b'kapaċitajiet differenti. Ladarba l-fliexken jimtlew u jingħalqu, it-tapp tas-sufra jintrabat bi spaga, u mbagħad jinkesa' bix-xama'. Fuq ix-xama' jingħafas siġill bl-akronomi ABTRE – DPO u simbolu li jippermetti li n-natura tal-kontenut tintgħaraf, kif tixhed it-tikketta kkulurita.
Barra mill-kontenituri li qed jintużaw bħalissa tat-tip A u B, hemm ukoll kontenituri iżgħar (50 ml) – tat-tip C, maħsuba biex il-konsumatur ikun jista' jixtri prodott ta' valur għoli u prestiġġjuż bi prezz li jilħaq il-but tiegħu.
Hemm ukoll fliexken tal-ħġieġ ta' doża waħda b'kapaċità ta' 5 sa 10 ml, ta' għamla mhux speċifikata iżda ssiġillati.
Tikkettar
Il-fliexken jiġu mmarkati b'tikketta kkulurita bbażata fuq il-punteġġ tal-analiżi sensorjali. Il-“bollino aragosta” għal punteġġ ta' bejn 240 u 269 punt; Il-“bollino argento” għal punteġġ ugwali għal jew aktar minn 270; Il-“bollino oro” għal punteġġ ugwali għal jew aktar minn 300, u perjodu ta' maturazzjoni ta' mhux anqas minn 25 sena.
Barra minn hekk ġie propost li l-kliem stabbilit fl-ispeċifikazzjoni għandu jiġi inkluż fuq it-tikketta mwaħħla mal-prodott kif ukoll dik li tiddendel miegħu (tag), u li jiġu pprovduti regoli tat-tikkettar speċifiċi għall-kontenituri ta' doża waħda.
Kif previst fl-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 iddaħħlu l-isem u l-indirizz tal-awtorità li tivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“ACETO BALSAMICO TRADIZIONALE DI REGGIO EMILIA”
Nru tal-KE: IT-PDO-0117-01007-21.06.2012
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem
“Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.8. |
Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Meta l-ħall tradizzjonali ta' Reggio Emilia jitqiegħed fis-suq għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: Kulur: kannella skur, ċar, ileqq; Densità: maħlul; Aroma: penetranti u persistenti, fragranti, b'aċidità pjaċevoli jew bouquet karatteristiku anke fir-rigward tal-injam użat – il-ballut, il-qastan, iċ-ċirasa, il-ġnibru, il-fraxxnu, il-gazzija – u għall-perjodi twal ta' maturazzjoni. Togħma: Taħlita tajba ta' ħlewwa u qrusa, aċidità u aromatiċità distinta f'konformità mal-propjetajiet tax-xamm tiegħu; aċidità totali: mhux anqas minn 5 gradi (espressa fi grammi ta' aċidu aċetiku għal kull 100 ml ta' prodott); densità ta' 20 grad ċentigrad: mhux anqas minn 1,200 g/ml.
Wara li l-volum tal-ħall jonqos wara li jagħli, il-kontenut taz-zokkor tal-most mgħolli ma għandux jaqbeż l-40 grad Brix.
Il-proċessi tal-fermentazzjoni taz-zokkor u l-fermentazzjoni aċetika jwasslu għal maturazzjoni u rfinar ideali wara perjodu ta' żmien mhux anqas minn 12-il sena, li huwa l-perjodu minimu li jrid jgħaddi qabel it-tqegħid fis-suq tal-prodott DPO.
Il-kwalità tal-prodott tiġi kklassifikata permezz ta' punteġġ globali, mogħti minn panel ta' esperti li jduqu l-prodott matul l-ittestjar sensorjali.
Dawk li jduqu l-prodott jintgħażlu minn reġistru, sabiex ikun żgurat li ma jiġux ikkonsultati dejjem l-istess nies. Fir-reġistru jkun hemm elenkat biss l-ismijiet tal-ħarrieġa li ġew imħarrġa kif xieraq; u l-kapaċità ta' dawk li jduqu tiġi vverifikata ta' sikwit sabiex ikunu żgurati evalwazzjonijiet korretti u omoġeni.
L-analiżi sensorjali tevalwa l-karatteristiċi li ġejin, u tagħti punteġġ globali abbażi tal-firxiet li ġejjin:
|
|
karatteristiċi viżivi: minn 27 sa 60 punt; |
|
|
karatteristiċi relatati max-xamm: minn 44 sa 75 punt; |
|
|
karatteristiċi relatati mat-togħma: minn 129 sa 210 punt. |
Kull karatteristika tista' tiġi deskritta permezz ta' deskrizzjonijiet aktar speċifiċi, stabbiliti fir-rigward tat-tradizzjoni u l-iżvilupp tal-kriterji tal-analiżi sensorjali.
Jekk prodott iġib punteġġ ta' anqas minn 240 ifisser li mhuwiex xieraq biex jitqiegħed fis-suq, u għalhekk ma jistax jiġi bbottiljat.
Il-prodott xieraq biex jitqiegħed fis-suq jiġi kklassifikat fil-kategoriji li ġejjin: punteġġ ta' bejn 240 u 269 punt; punteġġ ugwali għal jew akbar minn 270; punteġġ ugwali għal jew akbar minn 300, u perjodu ta' maturazzjoni mhux anqas minn 25 sena.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-most tal-għeneb huwa l-materja prima użata biex jiġi prodott l-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia”. L-għeneb ġej minn vinji kompletament jew parzjalment imħawla mal-varjetajiet ta' dwieli li ġejjin: Lambrusco (il-varjetajiet u l-kloni kollha); Ancellotta, Trebbiano (il-varjetajiet u l-kloni kollha); Sauvignon, Sgavetta; Berzemino, Occhio di Gatta.
Il-varjetajiet kollha tal-vinji rreġistrati fid-DPO fil-provinċja ta' Reggio Emilia.
L-għeneb użat fil-produzzjoni tal-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia” jrid jipproduċi most b'kontenut taz-zokkor b'għall-anqas 15-il grad Brix u l-produzzjoni tal-għeneb massima għal kull ettaru ta' vinja li tispeċjalizza f'dan il-prodott tar-raba' ma għandhiex taqbeż is-16-il tunnellata.
Il-produzzjoni massima tal-għeneb f'most maħsuba għall-konċentrazzjoni ma għandhiex tkun aktar minn 70 %.
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-għeneb irid jitkabbar fil-provinċja ta' Reggio Emilia u l-ħall jiġi prodott kompletament hemmhekk, inkluż il-proċess biex jinkiseb u jitgħalla l-most u l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-prodott lest.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
L-ibbottiljar isir fil-provinċja ta' Reggio Emilia, għal raġuniijet ta' kwalità u traċċabbiltà.
L-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia” jiġi prodott permezz ta' proċess tal-produzzjoni twil u kkumplikat, fejn il-proċess tal-fermentazzjoni u l-proċesss tal-ossidazzjoni aċetika għandhom rwol importanti ħafna; huwa prodott fraġli ħafna, u biex iżomm il-karatteristiċi organolettiċi deskritti mill-panel ma għandux jiġi mmaneġġjat jew imċaqlaq minn post għal ieħor, u għandu jiġi bbottiljat malajr. Barra minn hekk, il-fażi tal-ibbottiljar hija kritika ħafna fir-rigward it-traċċabbiltà; għax minħabba l-valur għoli tal-prodott, hemm riskju li dan jispiċċa fil-mira ta' imitazzjonijiet foloz. L-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni jgħin sabiex jinżamm il-kontroll aktar faċilment f'din il-fażi.
Il-ħall tradizzjonali ta' Reggio Emilia jiġi bbottiljat f'kontenituri bi ħġieġ abjad trasparenti f'għamla ta' tulipan rasu 'l isfel, b'kapaċitajiet ta' 5, 10 jew 25 cl.
Ladarba l-ibbottiljar jitlesta, il-fliexken mimlija bl-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia” jingħalqu b'tapp tas-sufra u qafla u jiġu ssiġillati b'timbru fix-xama' li fuqu jidhru l-akronomi “ABTRE – DOP”, barra mis-sinjali distintivi tal-klassifikazzjoni deskritta fil-punt 3.2.
Jistgħu jintużaw anke kontenituri tal-ħġieġ ta' doża waħda, b'kapaċità ta' 0.50 cl sa 1 cl, ta' kwalunkwe għamla, karattersitika, imballaġġ jew siġill. Kull kontenitur ta' doża waħda għandu jiddaħħal f'kontenitur issiġillat b'tali mod li ma jkunx jista' jerġa' jintuża wara li jinfetaħ, u b'mod li jippermetti li d-dettalji tal-isem u l-preżentazzjoni jidhru fuq it-tikketta.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
L-isem fuq it-tikketta mwaħħla mal-“Aceto Balsamico Tradizionale di Reggio Emilia” kif ukoll dik li tiddendel miegħu jrid jinkiteb b'ittri ċari, li jinqraw u tal-istess daqs u kulur, u kbar biżżejjed biex ma jitħalltux ma' indikazzjonijiet oħra fuq il-prodott.
Mal-isem tad-DPO “Aceto Balsamico Tradizionale di Reggio Emilia” ma jistgħux jiżdiedu deskrizzjonijiet oħra, ħlief dawk stipulati b'mod ċar fl-ispeċifikazzjonijiet attwali, inklużi l-aġġettivi “extra”, “fine”, “scelto”, “selezionato”, “riserva”, “superiore”, “classico” jew li jixbħuhom.
Mhuwiex permess ukoll li ssir referenza għas-sena tal-produzzjoni tal-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia”, jew għall-età preżunta tal-prodott jew għad-data ta' meta beda jopera l-impjant tal-produzzjoni tal-ħall. Madanakollu, it-terminu “extra vecchio” għall-prodott jista' jintuża għal prodott li tħalla jimmatura għal mhux anqas minn 25 sena u bi propjetajiet kimiċi u sensorjali li jikkonformaw mal-ispeċfikazzjonijiet elenkati fil-punt 3.2 (c).
Il-prodott xieraq jiġi identifikat abbażi tal-klassifikazzjoni skont l-analiżi tat-togħma deskritta fil-punt 3.2, billi jitwaħħal “bollino aragosta” mal-flixkun fil-każ “a)”; “bollino argento” fil-każ“b)” u “bollino oro” fil-każ “c)” li jista' jissejjaħ “extra vecchio”.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
L-għeneb irid jitkabbar fil-provinċja ta' Reggio Emilia u l-ħall irid jiġi prodott kompletament hemmhekk; kif ukoll il-proċess li bih jinkiseb u jagħli l-most, u l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-prodott lest.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-klima tat-territorju kollu tal-provinċja hija kiesħa u moderata. Din it-tip ta' klima għandha t-tendenza li tiżviluppa differenzi notevoli fit-temperatura, kemm minn staġun għal ieħor u matul l-istess staġun jew matul l-istess jum. Is-sjuf huma sħan, ix-xtiewi ħorox u b'bvarjazzjoni għolja fit-temperatura fis-sajf. Anke l-livelli tal-umdità jvarjaw ħafna, u jammontaw bejn wieħed u ieħor għal livelli ta' bejn 7 u 8 % matul snin differenti, u aktar minn 20 % fl-istess sena.
L-esperti fil-produzzjoni tal-ħall jivverifikaw il-prodott bl-akbar attenzjoni matul il-perjodu twil ħafna ta' maturazzjoni. Huma tgħallmu t-tekniki tal-produzzjoni tradizzjonali billi attendew korsijiet ta' taħriġ speċifiċi mogħtija minn esperti u wara snin twal ta' esperjenza, jew mill-familja tagħhom, meta skont it-tradizzjoni ż-żgħażagħ kienu jiġu involuti fix-xogħol u jiġu mħarrġa matul is-snin ta' produzzjoni tal-qraba esperti u akbar fl-età tagħhom, u b'hekk dan l-għerf jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Dan il-ħall huwa l-frott tal-ipproċessar bil-mod ta' prodott ta' bidu uniku: most prodott minn għeneb minn vinji kkultivati b'mod tradizzjonali fil-provinċja ta' Reggio Emilia, u mgħolli fuq fjamma diretta.
Il-maturazzjoni tiegħu fis-snin twal ta' maturazzjoni (għall-anqas 12) issir mingħajr iż-żieda ta' sustanzi diversi tal-most misjur u mingħajr interventi fiżiċi jew kimiċi ta' kwalunkwe tip.
Mill-prodotti tal-ikel tipiċi u karatteristiċi tal-provinċja, l-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia”, huwa l-aktar wieħed sinifikanti meta wieħed iqis il-karatteristiċi tiegħu, li flimkien mal-produzzjoni fuq skala żgħira, huma l-fatturi li jiġġustifikaw il-prezz għoli tiegħu u l-prestiġju tiegħu fuq livell nazzjonali u fuq livell internazzjonali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)
It-temperatura u l-umdità taż-żona tal-oriġini jinfluwenzaw il-proċessi tal-evaporazzjoni u t-traspirazzjoni li jdumu għaddejjin fil-bittiji u li jitwettqu b'intensitajiet li jvarjaw skont il-varjazzjonijiet atmosferiċi. L-istess japplika għall-proċessi bijoloġiċi u tal-irfirnar, li jiddependu aktar fuq it-temperatura u huma kkaratterizzati minn varjazzjonijiet li normalment huma marbuta mal-klima. Dan il-proċess tal-produzzjoni uniku tal-ħall dejjem kien jieħu ħafna ħin u jinvolvi li wieħed jalterna bejn, iwaqqaf u jibda, i l-proċessi differenti ta' fermentazzjoni u ossidazzjoni.
Biex tkun ikkonfermata u appoġġjata r-rabta mill-qrib bejn il-prodott u l-fatturi klimatiċi u pedagoġiċi tat-territorju kkonċernat, it-tekniki għall-maturazzjoni aċċellerata u/jew artifiċjali huma pprojbiti, inklużi dawk ibbażati fuq il-varjazzjonijiet li jinħolqu bit-tibdil fit-temperatura, il-livelli tal-umdità u l-ventilazzjoni fl-impjant fejn isir il-ħall.
L-azzjonijiet li jistgħu jitwettqu mill-esperti fil-produzzjoni tal-ħall matul il-proċess twil tal-maturazzjoni huma speċifikati b'mod ċar. Huwa biss f'dan il-qasam, grazzi għall-preżenza ta' aktar minn seklu tal-impjanti fejn isir il-ħall li hemm il-ħiliet meħtieġa, li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra biex jiġu applikati t-tekniki tradizzjonali għall-produzzjoni tal-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia”.
Fattur ieħor li jorbot il-prodott maż-żona ġeografika huwa l-fatt li l-materja prima ġejja minn vinji li jinsabu fil-provinċja ta' Reggio Emilia u li jintużaw għall-produzzjoni ta' nbejjed DPO u IĠP. Dawn il-vinji jagħmluha impossibbli li l-“Aceto Balsamico Tradizionale Di Reggio Emilia” jiġi prodott barra minn din iż-żona speċifikata.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
Dan il-Gvern nieda l-proċedura ta' oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni ta' proposta għal emenda tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 243 tat-18 ta' Ottubru 2011.
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3.