ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.171.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2013/C 171/01 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/1 |
2013/C 171/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-480/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT)
2013/C 171/02
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Simonsson, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Liġi nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT biss għall-impriżi li jwettqu attivitajiet fil-qasam finanzjarju.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
L-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-64/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi - Trasferiment tar-residenza ta’ kumpannija, tmiem ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment permanenti jew trasferiment tal-attiv ta’ dan l-istabbiliment)
2013/C 171/03
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u R. Lyal, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u M. Muñoz Pérez, aġenti]
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, C. Wissels kif ukoll J. Langer, aġenti), ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: L. Seeboruth, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 31 ŻEE — Dispożizzjonijiet fiskali li jipprovdu li l-kumpanniji li jtemmu r-residenza fiskali tagħhom fi Spanja jew li jittrasferixxu l-attivi tagħhom fi Stat Membru ieħor għandhom immedjatament iħallsu taxxa ta’ ħruġ
Dispożittiv
(1) |
Billi adotta l-Artikolu 17(1)(a) u (c), tal-verżjoni kodifikata tal-Liġi dwar it-Taxxa tal-Kumpanniji approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 2004 (Real Decreto Legislativo 4/2004 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades), li permezz tiegħu, f’każ ta’ trasferiment, lejn Stat Membru ieħor tar-residenza ta’ kumpannija stabbilita fi Spanja u tal-attiv ta’ stabbiliment permanenti fi Spanja, il-qligħ kapitali mhux realizzat jiġi integrat fil-bażi taxxabbli tas-sena fiskali, filwaqt li dan il-qligħ kapitali ma għandu l-ebda konsegwenza fiskali immedjata jekk dawn l-operazzjonijiet ikunu saru fit-territorju Spanjol, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 TFUE. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(4) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir- Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-65/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna unika mhux taxxabbli għall-VAT - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-VAT)
2013/C 171/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, R. Lyal u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Ree u M. Noort, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn Hall, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp għall-iskop tal-VAT — Nuqqas ta’ notifika lill-Kumitat tal-VAT tal-bidliet li seħħew fl-implementazzjoni tas-sistema ta’ raggruppament għall-iskop ta’ VAT.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Renju tad-Danimarka, L-Irlanda, Ir-Repubblika tal-Finlandja, kif ukoll Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-74/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux suġġetti għat-taxxa fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunisdrati bħala persuna waħda suġġetta għall-VAT u li tillimita lill-impriżi tas-settur finanzjaru u tal-assigurazzjoni mill-possibbiltà li jiffurmaw tali grupp)
2013/C 171/05
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, kif ukoll J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil persuni mhux suġġetti għat-taxxa li jiġu inklużi fi grupp tal-VAT u li tillimita s-sistema ta’ grupp tal-VAT għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-86/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna waħda taxxabbli għall-VAT)
2013/C 171/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Hathaway, aġent assistit minn M. Hall, QC)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp tal-VAT
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-95/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħal persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)
2013/C 171/07
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, assistit minn H. Peytz, avukat]
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti)
Partjiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn M. N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, aġent, assistit minn M. Hall, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċett ta’ persuna taxxabbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil persuni mhux taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-109/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)
2013/C 171/08
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou kif ukoll minn K. Walkerová u P. Němečková, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller kif ukoll minn J. Očková, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentment minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-persuni li ma humiex persuni taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Repubbilka tal-Finlandja u kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Jyske Bank Gibraltar Ltd vs Administración del Estado
(Kawża C-212/11) (1)
(Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva 2005/60/KE - Artikolu 22(2) - Deċiżjoni 2000/642/ĠAI - Obbligu ta’ rapportaġġ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Istituzzjoni li topera taħt is-sistema tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Identifikazzjoni tal-unità nazzjonali tal-intelliġenza finanzjarja responsabbli mill-ġbir tal-informazzjoni - Artikolu 56 TFUE - Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità)
2013/C 171/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jyske Bank Gibraltar Ltd
Konvenuta: Administración del Estado
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, b’mod imperattiv u dirett, li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fit-territorju nazzjonali mingħajr ma jkunu stabbiliti permanentement fih, jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-informazzjoni meħtieġa
Dispożittiv
L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li teżiġi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba minħabba fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu direttament lill-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja ta’ dan l-Istat meta dawn l-istituzzjonijiet jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tipperikolax l-effettività tal-imsemmija direttiva kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI, tas-17 ta’ Ottubru 2000, dwar l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni.
L-Artikolu 56 TFUE għandu jkun interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni simili jekk din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, jekk hija adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan li trid tilħaq, jekk ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dan l-għan u jekk hija tapplika b’mod nondiskriminatorju, u hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina dan, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan li ġej:
— |
leġiżlazzjoni simili hija adegwata sabiex tilħaq dan il-għan tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jekk tippermetti li l-Istat Membru kkonċernat jissorvelja u jissospendi effettivament it-tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi mwettqa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju nazzjonali u, jekk ikun il-każ, li jipproċessaw u jippenalizzaw lil dawk responsabbli; |
— |
l-obbligu impost minn din il-leġiżlazzjoni fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jista’ jikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jintlaħaq dan il-għan fin-nuqqas, fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, ta’ mekkaniżmu effikaċi li jiggarantixxi kooperazzjoni sħiħa u kompleta tal-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-331/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’terraferma - Artikolu 14 - Terraferma eżistenti - Assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit - Tkomplija tal-operat)
2013/C 171/10
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u A. Tokár, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) — Tkomplija tal-operat tat-terraferma tal-iskart Žilina — Považský Chlmec b’assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit
Dispożittiv
(1) |
Billi awtorizzat l-operat tat-terraferma ta’ Žilina — Považský Chlmec, mingħajr pjan ta’ kundizzjonament u b’assenza ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) sa (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma. |
(2) |
Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — Thomas Hogan et vs Minister for Social and Family Affairs et
(Kawża C-398/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Skemi komplementari ta’ previdenza professjonali - Skemi ta’ benefiċċji ddefiniti u ta’ spejjeż ibbilanċjati - Insuffiċjenza ta’ riżorzi - Livell minimu ta’ protezzjoni - Kriżi ekonomika - Żvilupp ekonomiku u soċjali bbilanċjat - Obbligi tal-Istat Membru kkonċernat fil-każ ta’ insuffiċjenza ta’ riżorsi - Responsabbiltà tal-Istat Membru fil-każ ta’ traspożizzjoni żbaljata)
2013/C 171/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thomas Hogan, Jonh Burns, John Dooley, Alfred Ryan, Michael Cunningham, Michael Dooley, Denis Hayes, Marion Walsh, Joan Power, Walter Walsh
Konvenuti: Minister for Social and Family Affairs, Irlande, Attorney General
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1) u 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 36) — Skemi komplimentari ta’ previdenza professjonali — Insuffiċjenza ta’ riżorsi tal-imsemmija skemi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix bażi legali li tippermetti lill-impjegati li jiksbu kumpens mingħand il-persuna li timpjegahom wara l-insolvenza tal-impriża — Obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi l-interessi tal-impjegati — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-osservanza ta’ dan l-obbligu.
Dispożittiv
(1) |
Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għad-drittijiet ta’ ex impjegati għall-benefiċċji tax-xjuħija ta’ skema komplementari ta’ previdenza professjonali stabbilita mill-persuna li timpjegahom. |
(2) |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru wettaqx l-obbligu previst f’dan l-artikolu, il-benefiċċji tal-pensjoni legali ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni. |
(3) |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex dan japplika, huwa suffiċjenti li l-iskema komplementari ta’ previdenza professjonali ma tkunx tibbenefika minn kopertura finanzjarja suffiċjenti meta l-persuna li timpjega tinsab fi stat ta’ insolvenza u li, minħabba l-insolvenza tagħha, il-persuna li timpjega ma jkollhiex riżorsi neċessarji sabiex tħallas kontribuzzjonijiet suffiċjenti lil din l-iskema bil-għan li tippermetti l-ħlas kollu tal-benefiċċji dovuti lill-benefiċjarji. Ma huwiex neċessarju li dawn tal-aħħar jistabbilixxu l-eżistenza ta’ fatturi oħra li jagħtu lok għat-telf tad-drittijiet tagħhom għall-benefiċċji tax-xjuħija. |
(4) |
Id-Direttiva 2008/94 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-miżuri adottati mill-Irlanda, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Jannar 2007, Robins et (C-278/05), ma jissodisfawx l-obbligi imposti minn din id-direttiva u li s-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat ma tikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali li tista’ tiġġustifika livell ta’ protezzjoni mnaqqas tal-interessi tal-ħaddiema fir-rigward tad-drittijiet tagħhom għall-benefiċċji tax-xjuħija skont skema komplimentari ta’ previdenza professjonali. |
(5) |
Id-Direttiva 2008/94 għandha tiġi interpretata fis-sens li, il-fatt li l-miżuri meħuda mill-Irlanda wara s-sentenza Robins et, iċċitata iktar ’il fuq, ma kellhomx l-effett li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jirċievu iktar minn 49 % tal-valur tad-drittijiet akkumulati tagħhom għal benefiċċji tax-xjuħija, skont skema komplimentari ta’ previdenza professjonali, jikkostitwixxi, fih innifsu, ksur serju tal-obbligi ta’ dan l-Istat Membru. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ April 2013 — Laurent Gbagbo (C-478/11 P), Katinan Justin Koné (C-479/11 P), Akissi Danièle Boni-Claverie (C-480/11 P), Alcide Djédjé (C-481/11 P), Affi Pascal N’Guessan (C-482/11 P) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-478/11 sa C-482/11 P) (1)
(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni u entitajiet - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Forza maġġuri - Kunflitt bl-armi)
2013/C 171/12
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Laurent Gbagbo (C-478/11 P), Katinan Justin Koné (C-479/11 P), Akissi Danièle Boni-Claverie (C-480/11 P), Alcide Djédjé (C-481/11 P), Affi Pascal N’Guessan (C-482/11 P) (rappreżentant: L. Bourthoumieux, avocate)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-M. Joséphidès, aġenti)
Suġġett
Appelli mid-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2011, Gbagbo vs Il-Kunsill (T-348/11), Koné vs Il-Kunsill (T-349/11), Boni-Claverie vs Il-Kunsill (T-350/11), Djédjé vs Il-Kunsill (T-351/11) u N’Guessan vs Il-Kunsill (T-352/11), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikorsi tal-appellanti intiżi għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/17/PESK, tal-11 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 11, p. 31), 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 11, p. 36), u 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011 (ĠU L 93, p. 20), li jemendaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire, u, min-naħa l-oħra, tar-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 11, p. 1), u Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011 (ĠU L 93, p. 10), li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 560/2006, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom — Nuqqas ta’ notifika individwali tal-imsemmija deċiżjoni — Każ ta’ forza maġġuri
Dispożittiv
(1) |
L-appelli huma miċħuda. |
(2) |
Laurent Gbagbo, Katinan Justin Koné, Akissi Danièle Boni-Claverie, Alcide Djédjé u Affi Pascal N’Guessan huma kkundannati għall-ispejjeż. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-55/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/96/KE - Taxxa fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà - Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju - Ksur)
2013/C 171/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: E. Creedon, aġent)
Suġġett
Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà — Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju
Dispożittiv
(1) |
Billi tat, wara l-iskadenza, tal-31 ta’ Diċembru 2006, tal-perijodu tranżitorju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, u l-Anness II tagħha, l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva. |
(2) |
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — Asociația ACCEPT vs Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării
(Kawża C-81/12) (1)
(Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2(2)(a), 10(1) u 17 - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentament sesswali - Kunċett ta’ “fatti li minnhom wieħed jista” jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni’ - Adattament tar-regoli dwar l-oneru tal-prova - Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Persuna li tippreżenta ruħha u li hija pperċepita mill-pubbliku bħala li hija d-direttur ta’ klabb tal-futbol professjonali - Dikjarazzjonijiet pubbliċi li jeskludu r-reklutaġġ ta’ plejer tal-futbol ippreżentat bħala omosesswali)
2013/C 171/14
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociația ACCEPT
Konvenut: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel București — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2)(a), 10(1) u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Kriterji diskriminatorji fl-għażla tal-persunal ta’ klabb tal-futbol, relatati mal-orjentament sesswali — Applikabbiltà tad-Direttiva fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet diskriminatorji lill-istampa, fin-nuqqas ta’ proċess ta’ reklutaġġ effettiv — Fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta — Oneru tal-prova — Sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjonijiet — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi l-applikazzjoni ta’ sanzjoni kontravenzjonali wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt xhur — Obbligu li tiġi imposta sanzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva
Dispożittiv
(1) |
L-Aritkoli 2(2) u 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fatti bħal dawk li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kklassifikati bħala “fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni” fir-rigward ta’ klabb tal-futbol professjonali f’sitwazzjoni fejn id-dikjarazzjonijiet ikkonċernati jsiru minn persuna li tippreżenta ruħha, u li hija pperċepita mill-mezzi tax-xandir u mis-soċjetà, bħala d-direttur prinċipali ta’ dan il-klabb, mingħajr madankollu ma jkollha neċessarjament il-kapaċità legali li torbot jew li tirrappreżenta lil dan il-klabb fil-qasam tar-reklutaġġ. |
(2) |
L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-eventwalità li fatti bħal dawk li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali jiġu kklassifikati bħala “fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni” bbażata fuq l-orjentament sesswali fil-kuntest tar-reklutaġġ ta’ plejers minn klabb tal-futbol professjonali, l-adattament tar-regoli dwar l-oneru tal-prova previst fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78 ma jwassalx sabiex tkun meħtieġa prova li ma tistax tiġi prodotta mingħajr ma jiġi ppreġudikat id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. |
(3) |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ li tiġi kkonstatata diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali, fis-sens ta’ din id-direttiva, l-unika sanzjoni li tista’ tingħata meta tali konstatazzjoni ssir wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt xhur mid-data li fiha jkunu seħħew il-fatti hija twiddiba bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali jekk, skont din l-istess leġiżlazzjoni, tali diskriminazzjoni ma tkunx issanzjonata f’kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali li jagħtu lis-sanzjoni natura effettiva, proporzjonata u dissważiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, jekk dan ikun il-każ, hija għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva msemmija bil-għan li jintlaħaq ir-riżultat mixtieq minn din id-direttiva. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni
(Kawża C-89/12) (1)
(Impriżi konġunti - Kuntratti konklużi mal-membri tal-persunal - Kundizzjonijiet applikabbli - Regolament (KE) Nru 876/2002)
2013/C 171/15
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rose Marie Bark
Konvenuta: Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 477) — Kuntratti għal żmien determinat konklużi mal-membri tal-persunal — Kuntratti li għandhom ikunu bbażati fuq il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej” — Applikazzjoni obbligatorja tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo, li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’ Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1943/2006, tat-12 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni li jinsabu fihom, ma japplikawx għall-membri tal-persunal ta’ Galileo li għandhom kuntratt għal żmien determinat.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/9 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2012 minn Szarvas mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-26 ta’ Ġunju fil-Kawża T-129/13, Szarvas Tibor vs l-Ungerija
(Kawża C-389/12 P)
2013/C 171/16
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Appellant: Szarvas Tibor (rappreżentant: M. Katona, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Ungerija
Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat l-appellant għall-ispejjeż.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Flughafen Lübeck GmbH vs Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG
(Kawża C-27/13)
2013/C 171/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG.
Konvenuta: Flughafen Lübeck GmbH
Domandi preliminari
(1) |
Qorti nazzjonali li jkollha quddiemha rikors intiż għall-irkupru ta’ benefiċċji u għall-waqfien tal-provvista futura ta’ benefiċċji għandha tippreżumi li dawn il-benefiċċji jikkostitwixxu miżuri li, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, ma jistgħux jiġu implementati qabel ma tkun ġiet adottata deċiżjoni finali min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”) meta l-Kummissjoni tkun fetħet, permezz ta’ deċiżjoni li ma tkunx ġiet ikkontestata, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ dawn il-benefiċċji u meta fir-raġunijiet ta’ din id-deċiżjoni ikun essenzjalment indikat, b’mod partikolari, li dawn il-benefiċċji probabbilment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat? |
(2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Jista’ jingħad l-istess fil-każ li fir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni tkun indikat ukoll, essenzjalment, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tiddetermina jekk il-prestatarju kienx aġixxa bħala investitur privat li jopera f’ekonomija tas-suq meta impenja ruħu li jipprovdi dawn il-benefiċċji? |
(3) |
Fil-każ li l-ewwel jew it-tieni domanda jingħataw risposta fin-negattiv: F’din is-sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi konkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali? |
(4) |
Fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv: F’din is-sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali għandha tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi konkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali? |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2013 — Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume
(Kawża C-116/13)
2013/C 171/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banco de Valencia SA
Konvenuti: Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume
Domandi preliminari
(1) |
Il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja Spanjola tosserva l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), sa fejn ma tippermettix lill-qorti li tistħarreġ ex officio, sabiex tordna l-eżekuzzjoni, klawżola ta’ skadenza tat-terminu ta’ self fuq l-inizjattiva unilaterali tal-bank, klawżola li hija kkunsidrata fiha nnifisha bħala abbużiva u fl-applikazzjoni tagħha f’din il-kawża, u li hija indispensabbli sabiex min jissellef li huwa bejjiegħ jew fornitur jista’ jibda din il-proċedura ta’ eżekuzzjoni privileġġata? |
(2) |
Dejjem fir-rigward tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, x’għandha tkun il-portata tal-intervent tal-qorti fir-rigward ta’ din il-klawżola meta hija għandha tordna l-eżekuzzjoni fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja? |
(3) |
Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 93/13/KEE u tal-punti 1(e) u (g) u 2(a) tal-anness tagħha, jista’ jiġi kkunsidrat li klawżola kuntrattwali, li tippermetti lill-organu finanzjarju li ssellef li jirrexxindi unilateralment il-kuntratt ta’ self minħabba raġunijiet purament oġġettivi, xi wħud minnhom mingħajr ebda konnessjoni mal-kuntratt stess, u, f’din il-kawża, qabel in-nuqqas ta’ ħlas ta’ erba’ skadenzi mensili ipotekarji, hija fiha nnifisha u fl-applikazzjoni speċifika tagħha għall-kawża, abbużiva? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 95/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Technische Universität Darmstadt vs Eugen Ulmer KG
(Kawża C-117/13)
2013/C 171/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Technische Universität Darmstadt
Konvenuta: Eugen Ulmer KG
Domandi preliminari
(1) |
Huma applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE (1), meta l-persuna li għandha d-dritt toffri lill-istabbilimenti msemmija f’din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dan ix-xogħol? |
(2) |
L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jawtorizza lill-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet permezz ta’ terminals? |
(3) |
Id-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jistgħu saħansitra jippermettu lill-utenti tat-terminals li jistampaw fuq karta jew jaħżnu fuq ċavetta USB ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk? |
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG
(Kawża C-118/13)
2013/C 171/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Hamm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gülay Bollacke
Konvenuta: K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li minnhom jirriżulta li d-dritt għal minimu ta’ leave annwali mħallas jintemm kollu mal-mewt tal-ħaddiem, jiġifieri mhux biss id-dritt għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ xogħol (li ma jkunx għadu jista’ jiġi eżegwit), iżda wkoll id-dritt għall-ħlas tal-leave? |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li mat-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol, id-dritt għal allowance kumpensatorja fir-rigward tal-minimu ta’ leave annwali mħallas huwa marbut mal-persuna tal-ħaddiem b’tali mod li dan tal-aħħar jista’ jinvoka dan id-dritt biss sabiex ikun jista’ jwettaq, anki f’data sussegwenti, l-għanijiet ta’ mistrieħ u ta’ ħin liberu marbuta mal-għoti tal-leave annwali mħallas? |
(3) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-persuna li timpjega hija obbligata, fid-dawl tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, li tagħti effettivament il-leave lill-ħaddiem sal-aħħar tas-sena kalendarja jew sa mhux iktar tard mill-iskadenza tal-perijodu għall-posponiment tal-leave previst mill-kuntratt ta’ xogħol, irrispettivament minn jekk il-ħaddiem ikunx ippreżenta applikazzjoni għal-leave jew le? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Cruz & Companhia Lda vs IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP et
(Kawża C-128/13)
2013/C 171/21
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda
Konvenuti: IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP u Caixa Central — Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL
Domanda preliminari
L-Artikoli 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 (1), tas-27 ta’ Novembru 1987 u 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (2), tat-22 ta’ Lulju 1985, għandhom jiġu interpretati mill-perspettiva ta’ “rilaxx” tal-garanzija mogħtija fil-kuntest tal-Artikolu 22(1) tal-ewwel regolament, u fid-dawl tal-argumenti kkunsidrati?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 186).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Kamino International Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-129/13)
2013/C 171/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kamino International Logistics BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
(1) |
Il-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża mill-amministrazzjoni huwa suġġett għal applikazzjoni diretta mill-qorti nazzjonali? |
(2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:
|
(3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda (b) hija fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi li l-qorti nazzjonali, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-konsegwenzi legali, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, u din tal-aħħar tista’ b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni l-kwistjoni jekk huwiex permess li jitqies li l-proċedura, mingħajr il-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża, kien ikollha riżultat differenti? |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Datema Hellman Worldwide Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-130/13)
2013/C 171/23
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Datema Hellman Worldwide Logistics BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
(1) |
Il-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża min-naħa tal-amministrazzjoni jista’ jiġi applikat b’mod dirett mill-qorti nazzjonali? |
(2) |
Jekk ir-risposta għall-domanda 1 hija fl-affermattiv:
|
(3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) hija negattiva, liema huwa ċ-ċirkustanzi li l-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tiddetermina l-konsegwenzi ġuridiċi, u, b’mod partikolari, hija tista’ tieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-proċedura, mingħajr il-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipu ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, kien ikollha eżitu ieħor? |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs V.o.f. Schoenimport “Italmoda” Mariano Previti
(Kawża C-131/13)
2013/C 171/24
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: V.o.f. Schoenimport “Italmoda” Mariano Previti
Domandi preliminari
(1) |
Skont id-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom jirrifjutaw li japplikaw l-eżenzjoni mill-VAT fil-każ ta’ kunsinna intra-Komunitarja, id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT fil-każ ta’ akkwist ta’ oġġetti mibgħuta, wara dan l-akkwist, lejn Stat Membru ieħor, jew ir-rimbors tal-VAT skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva (1), meta, abbażi ta’ data oġġettiva, ikun ġie stabbilit li kien hemm evażjoni tal-VAT fir-rigward ta’ dawn l-oġġetti u l-persuna taxxabbli kienet taf jew imissha kienet taf li kienet ipparteċipat fiha, fil-każ li d-dritt nazzjonali ma jipprovdix, f’ċirkustanzi bħal dawn, għall-possibbiltà li jiġu rrifjutati l-eżenzjoni, it-tnaqqis jew ir-rimbors? |
(2) |
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-eżenzjoni, it-tnaqqis jew ir-rimbors imsemmija iktar ’il fuq għandhom ukoll jiġu rrifjutati meta l-evażjoni tal-VAT saret fi Stat Membru differenti (mill-Istat Membru ta’ spedizzjoni tal-oġġetti) u l-persuna taxxabbli kienet taf bl-evażjoni, jew imissha kienet taf biha, filwaqt li, fl-Istat Membru ta’ spedizzjoni, din il-persuna taxxabbli osservat il-kundizzjonijiet kollha (formali) imposti mid-dispożizzjonijiet legali nazzjonali sabiex tkun tista’ tinvoka l-eżenzjoni, it-tnaqqis jew ir-rimbors u hija dejjem ipprovdiet, f’dan l-Istat Membru, id-data kollha neċessarja dwar l-oġġetti, l-ispedizzjoni u x-xerrejja stabbiliti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni? |
(3) |
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, kif għandu jinftiehem, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva, it-terminu “suġġetta” [għat-taxxa]: il-fatt li tiġi ddikjarata, permezz ta’ dokumenti ta’ sostenn, fid-dikjarazzjoni tal-VAT legalment stabbilita, il-VAT dovuta fir-rigward tal-akkwist intra-Komunitarju fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, jew, fl-assenza ta’ tali dikjarazzjoni, il-fatt, għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex din l-assenza ta’ dikjarazzjoni tiġi rregolarizzata? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti l-fatt li t-tranżazzjoni inkwistjoni tagħmel parti minn katina ta’ tranżazzjonijiet intiżi sabiex ikun hemm evażjoni tal-VAT fil-pajjiż ta’ destinazzjoni u li l-persuna taxxabbli kienet taf biha jew imissha kienet taf biha? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financië vs Q
(Kawża C-133/13)
2013/C 171/25
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:
|
Staatssecretaris van Economische Zaken |
|
Staatssecretaris van Financiën |
Konvenut: Q
Domandi preliminari
(1) |
L-importanza tal-preżervazzjoni ta’ siti naturali nazzonali u tal-patrimonju kulturali u storiku, fis-sens tan-Natuurschoonwet 1928, tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-applikazzjoni ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-donazzjonijiet (vantaġġ fiskali) hija rriżervata għad-dominji rurali li jinsabu fil-Pajjiżi l-Baxxi? |
(2) |
|
(3) |
Jekk hemm lok li tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda 2.a), għad-domanda 2.b) jew għad-domanda 2.ċ), il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, meħud flimkien mal-Artikolu 167(2) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimplika li, meta Stat Membru jitlob l-assistenza lil Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ investigazzjoni intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk proprjetà immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru l-ieħor jistax jiġi kklassifikat bħala dominju rurali fis-sens ta’ liġi li għandha bħala għan il-preservazzjoni u l-protezzjoni tas-siti naturali nazzjonali u tal-patrimonju storiku u kulturali ta’ pajjiż, l-Istat Membru rikjest għandu l-obbligu li jipprovdi din l-assistenza? |
(4) |
Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital tista tiġi ġġustifikata min-neċessità li tiġi ggarantita l-effiċjenza tal-kontrolli fiskali jekk din l-effiċjenza tidher li tista tkun kompromessa biss mill-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li jmorru, matul il-perijodu ta’ 25 sena msemmija mill-Artikolu 7(1) tan-Natuurschoonwet 1928, fi Stat Membru ieħor sabiex iwettqu l-kontrolli neċessarji? |
(1) ĠU L 84, p. 1.
(2) ĠU L 64, p. 1.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Szatmári Malom vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-135/13)
2013/C 171/26
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Szatmári Malom Kft.
Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Domandi preliminari
(1) |
Il-fatt li impriża trid toħloq unità ta’ produzzjoni ġdida billi tagħlaq l-unitajiet antiki, iżda mingħajr ma żżid il-kapaċità eżistenti, jikkorrispondi għall-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-azjenda agrikola, użat fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1)? |
(2) |
L-investiment previst mir-rikorrenti jista’ jitqies bħala investiment intiż għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-impriżi, fis-sens tal-Artikolu 20(b)(iii) u l-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005? |
(3) |
L-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47 tal-Ministru għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali, tas-17 ta’ April 2008, jinkludi regola konformi mal-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, sa fejn dan jipprevedi għajnuna għall-operazzjonijiet li huma intiżi biss, f’dak li jikkonċerna l-imtieħen, li jimmodernizzaw il-kapaċità eżistenti? Ir-Regolament tal-Kunsill jippermetti l-adozzjoni ta’ leġiżlazzoni nazzjonali li teskludi, għal raġunijiet ekonomiċi, l-għoti ta’ għajnuna għal ċerti miżuri ta’ żvilupp? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M tal-4 ta’ Novembru 2010, p. 26)
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Herbaria Kräuterparadies GmbH vs Freistaat Bayern
(Kawża C-137/13)
2013/C 171/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerisches Verwaltungsgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Herbaria Kräuterparadies GmbH
Konvenut: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tas-sustanzi msemmija jkun legalment meħtieġ biss meta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni tipprevedi direttament l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fil-prodott tal-ikel li fih għandhom jiġu inklużi jew meta tali dispożizzjoni tistabbilixxi, minn tal-inqas, kontenut minimu għas-sustanzi msemmija li għandhom jiġu inklużi? |
(2) |
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tas-sustanzi msemmija jkun ukoll legalment meħtieġ meta, mingħajr l-inklużjoni ta’ minn tal-inqas waħda mis-sustanzi msemmija, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott tal-ikel bħala komplement tal-ikel jew bl-użu ta’ allegazzjonijiet dwar is-saħħa tkun qarrieqa u tqarraq bil-konsumatur, minħabba li l-prodott tal-ikel ma jkunx jista, fid-dawl ta’ konċentrazzjoni żgħira wisq ta’ waħda mis-sustanzi msemmija, jissodisfa l-għan tiegħu bħala prodott tal-ikel jew l-għan indikat fl-allegazzjoni dwar is-saħħa? |
(3) |
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tas-sustanzi msemmija jkun ukoll legalment meħtieġ meta allegazzjoni partikolari dwar is-saħħa tkun tista’ tintuża biss fir-rigward tal-prodotti tal-ikel li jkun fihom kwantità partikolari, u saħansitra sinjifikattiva, ta’ minn tal-inqas waħda mis-sustanzi msemmija? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, p. 1).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2013 — Naime Dogan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-138/13)
2013/C 171/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Naime Dogan
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 4(1) tal-Protokoll addizzjonali tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu tul il-fażi tranżitorja tal-assoċjazzjoni mwaqqfa bil-ftehim tat-12 ta’ Settembru 1963 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali introdotta għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq li tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jidħol għall-ewwel darba fit-territorju [tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja], membru tal-familja ta’ ċittadin Tork li għandu l-istatus mogħti permezz tal-Artikolu 4(1) tal-Protokoll addizzjonali għandu jipprova minn qabel li huwa jista’ jesprimi ruħu, b’mod sempliċi, bil-Ġermaniż? |
(2) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) jipprekludi d-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA
(Kawża C-143/13)
2013/C 171/29
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei
Konvenut: SC Volksbank România SA
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1), l-evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżoli ma tirrigwarda la d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza tal-prezz u tar-remunerazzjoni, minn naħa, meta mqabbla mas-servizzi jew mal-prodotti pprovduti inkambju, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u li jinftiehem,
u
peress li, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 (2), id-definizzjoni li l-Artikolu 3(g) ta’ din l-istess direttiva jagħti tal-kunċett tal-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li tinkludi l-kummissjonijiet kollha li l-konsumatur għandu jħallas għall-kuntratt ta’ kreditu lill-konsumaturi, ma hijiex applikabbli sabiex jiġi ddeterminat is-suġġett ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka,
b’hekk,
il-kunċetti ta’ “suġġett [prinċipali]” u/jew ta’ “prezz” li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn il-kunċetti — is-“suġġett [prinċipali]” u/jew il-“prezz” ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka — jinkludu wkoll, fost l-elementi li jiffurmaw il-korrispettiv dovut għall-istabbiliment tal-kreditu, ir-rata annwali effettiva globali ta’ dan il-kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka, iffurmat b’mod partikolari mir-rata ta’ interessi fissa jew varjabbli, mill-kummissjonijiet bankarji u mill-ispejjeż l-oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt ta’ kreditu?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(2) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/15 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — Ir-Renju ta Spanja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-146/13)
2013/C 171/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: E. Chamizo Llatas u S. Centeno Huerta, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tiddikjara legalment ineżistenti r-Regolament (UE) Nru 1257/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja u, sussidjarjament, tannullah fl-intier tiegħu. |
— |
sussidjarament, tiddikjara n-nullità:
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
(1) |
Ksur tal-valuri tal-istat tad-dritt peress li ġie stabbilit regolament ibbażat fuq titlu maħruġ mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, li l-atti tiegħu ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. |
(2) |
Ineżistenza ta’ att tal-Unjoni u, sussidjarjament, nuqqas ta’ bażi legali tar-Regolament peress li ma ġewx introdotti miżuri li jiggarantixxu l-protezzjoni uniformi prevista fl-Artikolu 118 TFUE. |
(3) |
Użu ħażin ta’ poter peress li ntużat il-kooperazzjoni msaħħa għal finijiet differenti minn dawk previsti fit-Trattati. |
(4) |
Ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE u, sussidjarjament, ksur tal-ġurisprudenza Meroni peress li ġiet irregolata s-sistema ta’ ffissar ta’ taxxi annwali u ta’ determinazzjoni tal-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom. |
(5) |
Ksur tal-ġurisprudenza Meroni peress li ġew iddelegati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi kompiti amministrattivi partikolari fir-rigward tal-privattiva Ewropea b’effett unitarju. |
(6) |
Ksur tal-prinċpji ta’ awtonomija u ta’ uniformità fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tas-sistema ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament. |
(1) ĠU L 361, p. 1.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/16 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-147/13)
2013/C 171/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u E. Chamizo Llatas, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012 (1), tas-17 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni, u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 4, 5, 6(2), u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012, tas-17 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni, u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
(1) |
Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi jintroduċi sistema li tippreġudika lill-individwi li l-lingwa tagħhom ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, peress li din is-sistema hija sproporzjonata meta mqabbla mal-għan imfittex. |
(2) |
Nuqqas ta’ bażi legali tal-Artikolu 4 billi jirregola t-traduzzjoni f’każ ta’ tilwima, li ma taffetwax direttament is-sistema lingwistika tat-titolu kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE. |
(3) |
Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
(4) |
Ksur tal-ġurisprudenza Meroni billi jiddelega l-ġestjoni tal-iskema ta’ kumpens (Artikolu 5) u l-pubblikażżjoni tat-traduzzjonijiet (Artikolu 6(2)) lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. |
(5) |
Ksur tal-prinċipju ta’ awtonomija tad-dritt tal-Unjoni billi jissuġġetta l-applikazzjoni tar-Regolament għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-Qorti Unitarja tal-Privattiva. |
(1) ĠU L 361, p. 89
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — A, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-148/13)
2013/C 171/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — B, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-149/13)
2013/C 171/33
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: B
Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — C, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-150/13)
2013/C 171/34
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C
Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Versailles (Franza) fil-25 ta’ Marzu 2013 — Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-151/13)
2013/C 171/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Le Rayon d’Or SARL
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Domanda preliminari
L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva (1), imsemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“allowance għal kura” imħallsa mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 174-7 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, u eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 261(1b) u (4) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, tikkostitwixxi sussidju direttament marbut mal-prezz tal-provvista ta’ kura mogħtija lir-residenti u li f’dan is-sens tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/18 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 minn Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-24 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-474/09, Fercal vs UASI — Jacson of Scandinavia (Jackson Shoes)
(Kawża C-159/13 P)
2013/C 171/36
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda (rappreżentant: A. J. Rodrigues, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-deċiżjoni adottata fl-24 ta’ Jannar 2012 u nnotifikata fil-25 ta’ Jannar 2013 mill-Ħames Awla tal-Qorti [Ġenerali] fil-Kawża T-474/09 u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni adottata mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (iktar ’il quddiem, l-“UASI”), tat-18 ta’ Awwissu 2009, Każ R 1253/2008-2, fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 2004 C (talba għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1 077 858, JACKSON SHOES), li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta’ Settembru 2009, anki f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli tad-dritt Komunitarju; |
— |
barra minn hekk, it-trade mark tal-appellanti tinżamm valida u fis-seħħ; |
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Filwaqt li huwa minnu li jeżisti xebh viżiv u fonetiku bejn l-ismijiet JACKSON u JACSON, il-paragun bejn is-sinjali inkwistjoni għandu jsir billi dawn jiġu kkunsidrati bl-isem sħiħ tagħhom: JACKSON SHOES/JACSON OF SCANDINAVIA AB.
Mill-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1), tal-21 ta’ Diċembru 1988, jirriżulta li l-perċezzjoni tat-trade marks mill-perspettiva tal-konsumatur medju hija determinanti fl-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Konsumatur medju li jevalwa globalment is-sinjali inkwistjoni, jifhem faċilment li quddiemu għandu sinjali distintivi ta’ tip differenti: trade mark u isem kummerċjali — f’dan il-każ, permezz tal-inklużjoni tal-akronimu “AB” li kkontribwixxa sabiex ineħħi kull possibbiltà li l-konsumatur medju jiġi konfuż mit-trade mark “JACKSON SHOES”.
Dan l-aspett, għall-appellanti, huwa rilevanti, ġaladarba l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 89/104/KEE jistabbilixxi li l-perċezzjoni tat-trade marks min-naħa tal-konsumatur medju huwa determinanti fl-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Dawn huma sinjali b’funzjonijiet iddefiniti u distinti ħafna: it-trade mark huwa sinjal adegwat sabiex jiġu distinti prodotti jew servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriżi oħra (Artikolu 4, in fine tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja), inkwantu l-isem kummerċjali jservi bħala identifikazzjoni ta’ impriża u b’tali mod jiddistingwiha minn impriżi oħra.
Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ ismijiet li jinxtiebhu — li huma ta’ użu komuni f’pajjiżi varji — ma huwiex tali li joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni, meta dawn l-ismijiet jingħaqdu ma’ elementi oħra, fejn, ma joħloqx konfużjoni fil-konsumatur medju u konsegwentement ma jagħtix lok għal kompetizzjoni żleali billi joħloq konfużjoni bejn il-prodotti tal-appellanti u dawk tal-appellata.
Ma jistax jiġi rikonoxxut (bħala bażi f’sempliċi isem kummerċjali fl-Isvezja) dritt ta’ użu esklużiv (fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea!) ta’ isem li jintuża b’mod komuni f’bosta pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, minn eluf ta’ persuni u, ukoll minn impriżi oħra.
Barra minn hekk ma jistax jiġi rikonoxxut lill-appellata d-dritt li tipprekludi lill-appellanti tirreġistra t-trade mark JACKSON SHOES fil-klassi 25, meta, de facto, diġà jeżistu trade marks Komunitarji oħra b’dan l-isem fil-klassi 25.
Għandu jingħad ukoll li l-appellata ammettiet il-koeżistenza fis-suq tat-trade marks varji elenkati u deskritti mill-appellanti, u qatt ma qiegħdet inkwistjoni u lanqas ma allegat min-naħa tagħha li wħud minnhom setgħu joħolqu konfużjoni fil-konsumatur medju jew li bejniethom kienu kunfliġġenti.
Min jadotta bħala sinjal distintiv element b’kapaċità distintiva dgħajfa, jew li jinsab f’ħafna sinjali distintivi oħra ta’ terzi, ma jistax jipprekludi li dan l-istess sinjal (jew li jixxiebah) jintuża mill-ġdid minn terzi, flimkien ma’ elementi oħra.
Xejn ma jipprekludi l-koeżistenza — li barra minn hekk teżisti diġà — bejn sinjali distintivi b’ismijiet komuni li jixxiebhu, ġaladarba meta dawn jitqiegħdu ħdejn xulxin ikun hemm distinzjoni bejniethom.
Huwa minnu li l-appellanti, bil-kontra ta’ dak li allegat l-appellata, ipproduċiet bosta provi tal-eżistenza u tal-attività kummerċjali tagħha mhux biss fiż-żona Komunitarja kollha iżda wkoll f’pajjiżi tal-Amerka ta’ Fuq u tal-Afrika ta’ Fuq, mhux fil-katalogu bħal fil-każ tal-appellata ġaladarba huwa redatt esklużivament fil-lingwa materna, li min-naħa tiegħu huwa limitat mill-perspettiva ġeografika, iżda b’mod multilingwi b’rappreżentazzjonijiet fl-iktar fieri mondjali importanti taż-żraben.
It-trade mark Komunitarja JACKSON SHOES ma tistax tiġi konfuża mal-isem kummerċjali JACSON OF SCANDINAVIA AB, tant li ilhom jikkoeżistu diġà għal ħafna żmien u ebda waħda mill-partijiet ma invokat preġudizzji minħabba l-koeżistenza u lanqas ma qiegħdet inkwistjoni l-kompetizzjoni tal-prodotti, billi huwa minnu li, barra minn hekk, il-konsumatur, permezz tas-sinjali kunfliġġenti, jifhem faċilment li quddiemu għandu trade mark u isem kummerċjali, fejn dan huwa każ, mingħajr dubju, ta’ żewġ sinjali distintivi ta’ tip differenti.
Barra minn hekk, kif inhu rikonoxxut mis-sentenza u kif inhu paċifiku bejn il-partijiet, meta jitqiegħdu f’paragun ħdejn xulxin quddiem il-konsumatur medju ma teżistix konfużjoni u ma jiġux konfużi waħda b’oħra, u “[…] l-eżami tax-xebh tat-trade marks għandu jieħu inkunsiderazzjoni x-xebh bejniethom” [ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2009, Spa Monopole vs UASI — De Francesco Import (SpagO), T-438/07, Ġabra p. II-4115, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata].
Għandu jingħad ukoll, u dan huwa ta’ importanza kbira sabiex il-kawża tingħata deċiżjoni xierqa, li l-appellata, jiġifieri l-UASI, awtorizzat ir-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ trade marks bl-espressjoni “JAKSON”, sabiex tindika żraben, fejn għalhekk hija ma tistax teskludi ruħha kompletament minn din ir-realtà meta tiddeċiedi applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja ġdida bl-istess isem (komuni) “JAKSON”.
Jekk tiġi injorata din ir-realtà jkun qed isir aġir diskrezzjonali fejn jitqiegħed inkwistjoni l-prinċipju ta’ ugwaljanza.
Id-deċiżjoni appellata tikser l-Artikoli 8(4) u 53(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (2), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.
(1) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).
(2) ĠU L 78, p. 1.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-163/13)
2013/C 171/37
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Turbu.com BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jirrifjutaw il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT favur kunsinna intra-Komunitarja meta fatti oġġettivi jippermettu li jiġi stabbilit li twettqet frodi tal-VAT mal-provvista ta’ oġġetti u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li kienet qed tipparteċipa f’tali operazzjoni, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix li din il-persuna għandha tiġi mċaħħda mill-benefiċċju tal-eżenzjoni f’ċirkustanzi bħal dawn?
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com Mobile Phone’s BV; parti oħra: Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-164/13)
2013/C 171/38
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Turbu.com Mobile Phone’s BV
Parti oħra: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jimponi fuq l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali l-obbligu li jirrifjutaw il-benefiċċju tad-dritt ta’ tnaqqis meta fatti oġġettivi juru li tkun saret frodi tal-VAT fi provvista ta’ beni u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf bil-parteċipazzjoni tagħha fiha, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix id-dekadenza ta’ dan id-dritt f’ċirkustanzi simili?
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/19 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-169/13)
2013/C 171/39
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u J. Hottiaux)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (1) fir-rigward ta’ sewwieqa li jaħdmu għal rashom, u f’kull każ billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1), 3 sa 7 u 11 ta’ din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Direttiva 2002/15/KE ilha applikabbli għas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom mit-23 ta’ Marzu 2009.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Lyon (Franza) fid-9 ta’ April 2013 — Maurice Leone, Blandine Leone vs Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales
(Kawża C-173/13)
2013/C 171/40
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Lyon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maurice Leone, Blandine Leone
Konvenuti: Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales
Domandi preliminari
(1) |
Id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu L.24 u tal-Artikolu R.37 tal-Code des pensions civiles et militaires de retraites [Kodiċi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar ċivili u militari] kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Liġi finanzjarja rettifikattiva għall-2004, Nru 2004-1485, tat-30 ta’ Diċembru 2004, u mid-Digriet Nru 2005-449, tal-10 ta’ Mejju 2005, jistgħu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal diskriminazzjoni indiretta bejn l-irġiel u n-nisa fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Digriet 2003-1306, tas-26 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema tal-irtirar tal-uffiċjali affiljati mal-Caisse nationale de retraites des agents des collectivités locales jistgħu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal diskriminazzjoni indiretta bejn l-irġiel u n-nisa fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
(3) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal waħda mill-ewwel żewġ domandi, tali diskriminazzjoni indiretta hija ġustifikabbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/20 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-176/13 P)
2013/C 171/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Bishop, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Mellat, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10; |
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-każ u tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Bank Mellat kontra l-miżuri kkontestati; |
— |
tikkundanna lil Bank Mellat għall-ispejjeż tal-Kunsill fil-proċeduri tal-ewwel istanza u ta’ dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill jikkunsidra li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill, hija vvizzjata bl-iżbalji ta’ liġi segwenti:
(1) |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet, fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, li Bank Mellat seta’ jinvoka l-protezzjoni u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali indipendentement minn jekk setax jiġi kkunsidrat bħala organu tal-Istat Iranjan; |
(2) |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li uħud mir-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux preċiżi biżżejjed; |
(3) |
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill; |
(4) |
Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tan-nomima tiegħu fl-atti legali rilevanti u ma kinux immotivati, sa fejn:
|
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/21 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-1 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-368/11 — Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-199/13 P)
2013/C 171/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS u Travetanche Injection SPRL (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat, R. Cana, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-368/11; u |
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011 (ir-“Regolament ikkontestat”) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Akrilammid) (1); jew |
— |
sussidjarament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali biex tiddiċiedi dwar ir-rikors għall-annullament tal-appellanti; u |
— |
tikkundanna l-appellata għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż tal-Qorti Ġenerali). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li, meta ċaħdet ir-rikors tagħhom għal annullament fir-rigward tar-Regolament ikkontestat, il-Qorti Ġenerali kisret il-liġi tal-Komunità. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Bħala riżultat ta’ dan, il-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fil-liġi; b’mod partikolari:
— |
interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament 1488/94 (2) meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma ħadietx kont tal-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti; |
— |
interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament 1488/94 meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tad-data tal-espożizzjoni li ttieħed inkunsiderazzjoni; |
— |
żbaljat fil-liġi u interpretat b’mod żbaljat ir-REACH meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi adottat ir-Regolament ikkontestat fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatat ma’ prodott differenti mill-prodott suġġett għar-restrizzjonijiet mir-Regolament ikkontestat; |
— |
żbaljat fil-liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità; |
— |
żbaljat fil-liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx l-obbligi tagħha ta’ motivazzjoni; u |
— |
interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament ikkontestat meta kkonstatat li jkopri wkoll ħalib tat-tikħil tal-NMA li jinkludi l-Akrilammid. |
Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti jitolbu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-368/11 tiġi annullata u li r-Regolament ikkontestat jiġi annullat.
(1) ĠU L 101, p. 12
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94, tat-28 ta’ Ġunju 1994, li jistipula l-prinċipji għall-studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 360)
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/22 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10, Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-200/13 P)
2013/C 171/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Boelaert, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Saderat Iran, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10; |
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-każ u tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Bank Saderat kontra l-miżuri kkontestati; |
— |
tikkundanna lil Bank Saderat għall-ispejjeż tal-Kunsill fil-proċeduri tal-ewwel istanza u ta’ dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill jikkunsidra li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10, Bank Sederat Iran vs Il-Kunsill, hija vvizzjata bl-iżbalji ta’ liġi segwenti:
(1) |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet, fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, li Bank Saderat seta’ jinvoka l-protezzjoni u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali indipendentement minn jekk setgħax jiġi kkunsidrat bħala organu tal-Istat Iranjan; |
(2) |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li waħda mir-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinitx preċiża biżżejjed; |
(3) |
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill; |
(4) |
Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux immotivati, sa fejn:
|
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/22 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2013 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-209/13)
2013/C 171/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, aġenti, M. Hoskins QC, P. Baker QC, V. Wakefield, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (1); u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-Renju Unit marbuta ma’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE tmur kontra l-Artikolu 327 TFUE minħabba li tawtorizza l-adozzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (iktar ’il quddiem it-“TTF”) b’effetti extraterritorjali li ma josservawx il-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati li ma humiex qegħdin jipparteċipaw f’din il-kooperazzjoni.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE hija illegali minħabba li tawtorizza l-adozzjoni ta’ TTF b’effetti extraterritorjali li fir-rigward tagħhom ma hemm ebda ġustifikazzjoni fid-dritt internazzjonali konswetudinarju.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE tmur kontra l-Artikolu 332 TFUE minħabba li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam ta’ TTF, li l-implementazzjoni tagħha neċessarjament ser tikkawża piżijiet għall-Istati li ma humiex qegħdin jipparteċipaw f’din il-kooperazzjoni.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE, tat-22 ta’ Jannar 2013, li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (ĠU L 22, p. 11).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/23 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-211/13)
2013/C 171/45
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u W. Roels, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
— |
tiddeċiedi li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE billi adottat u żammet regoli li jipprovdu li, fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq is-suċċessjoni u d-donazzjoni marbuta ma’ beni immobbli li jinsab fil-Ġermanja, jingħata biss tnaqqis mit-taxxa limitat, meta d-donatur jew il-mejjet u l-akkwirent ikunu residenti fi Stat Membru ieħor fil-mument tas-suċċessjoni jew tad-donazzjoni, filwaqt li jingħata tnaqqis ogħla sew, meta mill-inqas waħda miż-żewġ persuni kkonċernati tkun tirresjedi fil-Ġermanja f’dak il-mument. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-tassazzjoni fuq is-suċċessjoni u d-donazzjoni hija mnaqqsa fid-dritt Ġermaniż bi tnaqqis relattivament għoli, b’mod partikolari fil-każ ta’ suċċessjonijiet u ta’ donazzjonijiet bejn miżżewġin, bejn ġenituri u wlied, kif ukoll bejn ċerti qraba. Madankollu, dan it-tnaqqis għoli japplika biss meta l-Ġermanja teżerċita setgħa illimitata ta’ tassazzjoni, filwaqt li fil-każ ta’ setgħa limitata ta’ tassazzjoni, ikun applikabbli biss tnaqqis fiss ta’ ammont inferjuri. Skont il-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja esponiet fis-sentenza Mattner (1), din il-leġiżlazzjoni ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 63 TFUE.
(1) Sentenza tat-22 ta’ April 2010, Mattner, C-510/08, Ġabra p. I-3553.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/23 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 minn Acron OAO, Dorogobuzh OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08, Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-215/13 P)
2013/C 171/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Acron OAO, Dorogobuzh OAO (rappreżentanti: B. Evtimov, E. Borovikov, avukati, D. O’Keeffe, solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Fertilizers Europe
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08: Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tagħti sentenza finali fuq il-mertu tal-kawża, u tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008, tal-10 ta’ Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja (1), sa fejn jaffettwa lill-appellanti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-appellanti fiż-żewġ istanzi; |
— |
tordna li l-intervenjenti Fertilizers Europe għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż tagħha fil-każ tal-eventwali intervent tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u li għandha tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellanti marbuta mal-intervent(i) tagħha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali:
— |
interpretat b’mod żbaljat l-ewwel subparagrafu tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku antidumping, u b’dan il-mod id-dispożizzjoni korrispondenti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 fl-Anness 1A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-“FAD”); |
— |
ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata u ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku antidumping u b’dan il-mod tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 2.2 FAD; |
— |
ma wettqitx evalwazzjoni legali korretta tar-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5) u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku antidumping, u konsegwentement ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata tal-premessi 3 u 4 tal-preambolu tar-Regolament (KE) 1972/2002 u għaldaqstant tal-ewwel subparagrafu tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5), u ma żguratx il-konsistenza ta’ din l-interpretazzjoni/dispożizzjoni mal-FDA. |
(1) ĠU L 75, p. 1
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/24 |
Appell ippreżentat fit-23 April 2013 minn Acron OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-118/10 — Acron OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-216/13 P)
2013/C 171/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Acron OAO (rappreżentanti: B. Evtimov, E. Borovikov, avukati, D. O’Keeffe, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; Il-Kummissjoni Ewropea; Fertilizers Europe
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-118/10, Acron OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Eewropea; |
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-mertu tat-tilwima u tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja (1), sa fejn jikkonċerna lill-appellanti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-appellanti fiż-żewġ istanzi; |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti, Fertlizers Europe, tbati l-ispejjeż tagħha stess fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess fl-eventwalità li tagħmel intervent fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u tbati l-ispejjeż kollha tal-appellanti marbuta mal-intervent(i) tagħha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali:
— |
interpretat b’mod żbaljat l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament antidumping bażiku u għalhekk id-dispożizzjoni korrispondenti li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 li jinsab fl-Anness IA tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem l-“ADA”); |
— |
ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata u kkonfermat ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament antidumping bażiku u għalhekk tad-dispożizzjoni korrispondenti li tinsab fl-Artikolu 2.2 tal-ADA; |
— |
naqset milli tagħmel evalwazzjoni legali korretta tar-relazzjoni bejn it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5), minn naħa, u tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament antidumping bażiku, min-naħa l-oħra, u għalhekk ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata tal-premessi 3 u 4 tal-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (2) u għalhekk tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5), u naqset milli tiżgura konsistenza bejn din l-aħħar interpretazzjoni/dispożizzjoni u l-ADA; |
— |
ikkonfermat ksur tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament antidumping bażiku u żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
(1) ĠU L 338, p. 5.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1972/2002, tal-5 ta’ Novembru 2002, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 132).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/25 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-248/13)
2013/C 171/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, J.-P. Keppenne u D. Martin, aġenti)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikkjara li billi ma adottax il-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għal dawn ir-remunerazzjonijiet u pensjonijiet, il-Kunsill naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal. |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill astjena illegalment milli jadotta l-proposta ta’ regolament tal-Kummissjoni li jaġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, minkejja li mill-kliem vinkolanti ta’ dan l-artikolu jirriżulta li l-metodu ta’ aġġustament annwali ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet u pensjonijiet huwa proċedura awtomatika li ma tħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni għall-Kunsill. L-imsemmi artikolu fil-fatt jobbliga lil dan tal-aħħar sabiex jadotta l-proposta tal-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill li sempliċement ikkonstata li ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata fi ħdanu sabiex jadotta l-proposta tal-Kummissjoni li tirrigwarda, minn naħa, l-aġġustament tas-salarji, u min-naħa l-oħra, il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni previsti fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont ir-rikorrenti, il-Kunsill fil-fatt applika, mingħajr motivazzjoni, l-Artikolu 10 tal-Anness XI, filwaqt li injora l-prerogattivi tal-Kummissjoni u tal-Parlament. Meta għamel dan, il-Kunsill mhux biss kiser id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, iżda wkoll, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, filwaqt li wettaq użu ħażin ta’ poter.
Il-Qorti Ġenerali
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Bell & Ross vs UASI — KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn)
(Kawża T-80/10) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Konnessjoni ma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Qorti tad-disinni Komunitarji - Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002)
2013/C 171/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bell & Ross BV (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KIN AB (Upplands Väsby, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Nielsen u C. Galichet, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ 1285/200-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Bell & Ross BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk li KIN AB sostniet matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2013 — Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/11) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph-Bech fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Proporzjonalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 171/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: A+P Kieffer Omnitec Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Delvaux, V. Bertrand u M. Devos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ April 2011, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-għoti ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni ta’ TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph Bech fil-Lussemburgu (ĠU 2010/S 241-367523), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
A+P Kieffer Omnitec Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Alumina vs Il-Kunsill
(Kawża T-304/11) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ trab zeolit A li joriġinaw mill - Bosnja-Ħerzegovina - Valur normali - Natura rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku - Marġni ta’ profitt - Tranżazzjonijiet kummerċjali normali)
2013/C 171/51
Lingwa tal-ekawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alumina d.o.o. (Zvornik, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u B. Servais, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Polcyn, avukati)
Parti interjenventi in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 125, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina, huwa annullat sa fejn jikkonċerna Alumina d.o.o. |
(2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, |
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)
(Kawża T-640/11) (1)
(Trade mark Kommunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali RELY-ABLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni superfluwa)
2013/C 171/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u C. Steudtner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2011 (Kawża R 756/2011-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali RELY-ABLE.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — ABC-ONE vs UASI (SLIM BELLY)
(Kawża T-61/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SLIM BELLY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 171/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH (Villach St. Magdalen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Merz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1077/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SLIM BELLY bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/28 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)
(Kawża T-183/13)
2013/C 171/54
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat u J. Mellor, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) u Sky IP International Ltd (Isleworth)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2398/2010-4; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-proprjetarju
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “SKYPE” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 660 065 għal servizzi fil-klassi 38
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “SKY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 203 411
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/28 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)
(Kawża T-184/13)
2013/C 171/55
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) u Sky IP International Ltd (Isleworth)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 121/2011-4; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-proprjetarju
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “SKYPE” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 521 084 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “SKY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 203 411
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/29 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Jannatian vs Il-Kunsill
(Kawża T-187/13)
2013/C 171/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mahmoud Jannatian (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Monnerville, lawyers)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent: (i) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1); (ii) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2); (iii) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (3); (iv) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/840/PESK, tas-17 ta’ Novembru 2009, li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4); (v) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (5); (vi) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (6); (vii) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas-17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (7); (viii) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (8); (ix) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (9); u |
— |
tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ provi kontra r-rikorrent
|
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ fatt
|
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi
|
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|
(1) ĠU L 163 p. 43
(2) ĠU L 163, p. 29
(3) ĠU L 213, p. 58
(4) ĠU L 303, p. 64
(5) ĠU L 195, p. 39
(6) ĠU L 281, p. 81
(7) ĠU L 303, p. 31
(8) ĠU L 281, p. 1
(9) ĠU L 88, p. 1
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/30 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Transworld Oil Computer Centrum et vs Eurojust
(Kawża T-192/13)
2013/C 171/57
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Transworld Oil Computer Centrum BV (Berg en Dal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Transworld Payment Solutions Ltd (Bermuda); Transworld ICT Solutions Ltd (Bangalore, l-Indja); Transworld Oil USA, Inc. (Houston, l-Istati Uniti tal-Amerka); Bermuda First Curaçao Ltd (Bermuda), u Johannes Christiaan Martinus Augustinus Maria Deuss (Bermuda) (rappreżentant: T. Barkhuysen, avukat)
Konvenut: Eurojust
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni konfermatorja tal-Eurojust tat-2 ta’ Frar 2013; |
— |
tordna lill-Eurojust jiddeċiedi mill-ġdid, fuq il-bażi tat-talba konfermatorja tal-31 ta’ Diċembru 2012, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-Eurojust għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura ta’ rikors u għall-ispejjeż marbuta mat-talba konfermatorja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorenti jinvokaw ħames motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Eurojust ma eżaminax ir-raġunijiet legali kollha invokati mir-rikorrenti. It-talba għal informazzjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012 u t-talba konfermatorja għal informazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2013 huma bbażati fuq diversi bażijiet, fosthom fuq l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fuq l-Artikoli 8(2), 41(2) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 389). Minkejja dan, fid-deċiżjoni kkontestata, l-Eurojust ibbaża ruħu biss fuq ir-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti stabbiliti minnu stess. Il-Eurojust, b’mod żbaljat, naqas milli jevalwa r-raġunijiet l-oħra invokati mir-rikorrenti. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li l-adozzjoni tad-deċiżjoni konfermatorja hija vvizzjata b’nuqqas u li l-motivazzjoni tagħha hija wkoll ivvizzjata. Il-Eurojust jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba billi jirreferi għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tiegħu stess. Madankollu, fid-deċiżjoni kkontestata l-Eurojust ma jispjegax, jew jispjega b’mod insuffiċjenti, għalfejn u sa fejn dawn l-eċċezzjonijiet japplikaw għall-każ ineżami. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-eċċezzjonijiet “sakemm tkun pendenti l-investigazzjoni nazzjonali” u “ġlieda kontra l-kriminalità serja”, li jinsabu fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Eurojust, ġew applikati b’mod żbaljat. Ir-rikorrenti jsostnu li għandhom suspett raġonevoli u ġustifikat li awtorità inkwirenti aġixxiet b’mod illegali fil-kuntest ta’ investigazzjoni (preliminari) kriminali. Sabiex jipprovaw aħjar dan is-suspett huma kienu, fost oħrajn, ressqu talba għal informazzjoni quddiem il-Eurojust. Dan tal-aħħar isostni li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata sa fejn għadha pendenti investigazzjoni (preliminari) ġudizzjarja. Skont ir-rikorrenti, Eurojust qiegħed jinvoka dawn l-eċċezzjonijiet b’mod żbaljat u mingħajr motivazzjoni suffiċjenti. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-eċċezzjoni “privatezza u integrità tal-persuni”, li tinsab fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Eurojust, ġiet applikata b’mod żbaljat. Eurojust la sostna u lanqas argumenta li d-dokumenti mitluba fihom informazzjoni personali dwar terzi. Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li dokument ikun fih data personali ma jimplikax neċessarjament preġudizzju għall-ħajja personali jew għall-integrità tal-persuna. Id-dikjarazzjonijiet eventwali ta’ uffiċjali, li ma jsirux f’kapaċità personali, ma jistgħu f’ebda każ jikkostitwixxu raġuni sabiex ma tiġix żvelata l-informazzjoni mitluba. Sa fejn huma implikati l-integrità u l-privatezza ta’ persuna, il-Eurojust kien imissu eżamina jekk u sa fejn id-dokumenti mitluba — jekk meħtieġ f’verżjoni kunfidenzjali tagħhom jew parzjalment — setgħux xorta waħda jiġu kkomunikati. Il-Eurojust lanqas ma wettaq dan l-eżerċizzju u dan l-aġir ma huwiex ġustifikat. |
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-argument li l-eċċezzjoni “effetti tar-regoli applikabbli fil-każ ta’ ksur tas-sigriet professjonali”, li tinsab fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċċess għal dokumenti tal-Eurojust, ġiet applikata b’mod illegali. Ir-riferiment għal din l-eċċezzjoni ma huwiex motivat. Ir-rikorrenti jsostnu li ma ġewx informati dwar liema regoli dwar il-kunfidenzjalità huma applikabbli u jikkontestaw il-fatt li japplikaw regoli dwar l-aċċess li jipprekludu l-komunikazzjoni tad-dokumenti mitluba. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/31 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — V-Contact (CAMEA)
(Kawża T-195/13)
2013/C 171/58
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Beinert u O. Bludovsky, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: V-Contact Kft (Szada, l-Ungerija)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 452/2012-1) u, bħala korrezzjoni, tħassar it-trade mark tal-applikant; |
— |
sussidjarjament tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 452/2012-1) u, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni; |
— |
sussidjarjament tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta’ oppozżizzjoni Nru R 452/2012-1). |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CAMEA” għal, inter alia, prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 279 928
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika, inter alia, l-Unjoni Ewropea u li tkopri prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 8
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/31 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI — Stal Florez Botero (la nana)
(Kawża T-196/13)
2013/C 171/59
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lina. M. Stal-Florez Botero (Maarssen, il-Pajjizi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 300/2012-1, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru.000005025 C (Trade mark Komunitarja Nru. 005205125) bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero h.o.d.n. La Nana; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “la nana” għall-prodotti fil-klassijiet 16, 20 u 24 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 205 125
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha skont l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 57(2) u (3) u l-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/32 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Imax vs UASI — Himax Technologies (IMAX)
(Kawża T-198/13)
2013/C 171/60
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Imax Corporation (Mississauga, il-Kanada) (rappreżentanti: V. von Bomhard, avukat, u K. Hughes, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Himax Technologies, Inc. (Tainan County, it-Tajwan)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 740/2012-5; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut, u jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IMAX” għal prodotti fil-klassijiet 9, 41 u 45 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 392 556
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 411 658 u Nru 4 411 641 tat-trade mark figurattiva “Himax” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/32 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 minn Patrizia De Luca mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Jannar 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-20/06 RENV, De Luca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-200/13 P)
2013/C 171/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)
Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
taqta’ u tiddeċiedi,
|
— |
tiddeċiedi l-kawża mill-ġdid, |
— |
taqta’ u tiddeċiedi,
|
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka numru ta’ aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi:
— |
it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku interpreta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-563/10 P, De Luca vs Il-Kummissjoni, fis-sens li tillimita l-eżami tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza biss għall-effetti tal-applikazzjoni b’mod analogu tar-regoli ta’ reklutaġġ, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-prijorità tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-iżvilupp normali tal-karriera; |
— |
it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea seta’ jiġi applikat legalment b’mod analogu, filwaqt li kkonstata li dan ma kien jagħti l-ebda vantaġġ lill-appellanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ karriera u li l-vantaġġ limitat f’termini ta’ remunerazzjoni kien jispiċċa eventwalment; |
— |
it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma wettaqx l-eżami tal-legalità tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-applikazzjoni tiegħu b’mod analogu għall-appellanti fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera; |
— |
għaldaqstant li huwa t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li għandu jivverifika, u mhux l-appellanti li tipprova, in-natura manifestament mhux xierqa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eskluda immedjatament, mingħajr eżami fid-dettall, l-argument tal-appellanti bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jirriżulta mill-fatt li l-prospetti raġonevoli ta’ karriera tal-uffiċjali għall-promozzjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal huma protetti minkejja t-tibdil li sar fir-regolamenti, meta dan ma huwiex il-każ tal-appellanti, minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal. |
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/33 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 — Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-202/13)
2013/C 171/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Group’Hygiène (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla b’effet immedjat, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, inkwantu żżid il-mandrini fil-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ, bl-eċċezzjoni ta’ dawk intiżi għall-użu industrijali; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma tistax temenda, fuq il-bażi tas-setgħa ta’ eżekuzzjoni tagħha, l-elementi essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika. Peress li d-Direttiva 2013/2/UE (1) estendiet id-definizzjoni ta’ imballaġġ għall-prodotti li ma humiex imsemmija mid-Direttiva 94/62/KE (2), id-Direttiva 2013/2/UE hija vvizzjata minn nuqqas ta’ kompetenza. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li d-Direttiva 2013/2/UE ma tispjegax ir-raġunijiet għaliex huma biss ċerti mandrini li jikkostitwixxu imballaġġ. Ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni tal-att kienet partikolarment meħtieġa peress li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi bidla ta’ pożizzjoni meta mqabbla mal-pożizzjonijiet preċedenti tal-korpi tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-Direttiva 94/62/KE, sa fejn huwa ċar li l-mandrini ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala imballaġġ, peress li tali madrin huwa element purament intern tal-prodott u ma jikkorrispondix għad-definizzjoni legali tal-imballaġġ użata fid-Direttiva 94/62/KE. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, peress li d-Direttiva 2013/2/UE tittratta b’mod differenti sitwazzjonijiet li huma paragunabbli, sa fejn id-direttiva ma tikklassifikax bħala imballaġġ il-mandrini industrijali, meta l-mandrini industrijali u dawk li ma humiex industrijali huma f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli u sa fejn prodotti li għandhom karatteristiċi simili għal dawk tal-mandrini huma esklużi mill-kategorija ta’ imballaġġ. |
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn id-Direttiva 2013/2/UE timmina b’mod rapidu, u mingħajr miżuri tranżitorji, l-approċċ tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li l-mandrini ma humiex imballaġġ fis-sens tad-Direttiva 94/62/KE. |
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-miżura kkontestata toħloq konsegwenzi finanzjarji sproporzjonati għall-operaturi ekonomiċi tas-settur peress li, b’differenza mill-manifatturi l-oħra suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar l-imballaġġ, il-manifatturi tal-mandrini ma jistgħux inaqqsu l-volum tal-mandrini prodotti, peress li dawn huma assolutament neċessarji u inegrati fil-prodotti. |
(2) Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/34 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Stance vs UASI — Pokarna (STANCE)
(Kawża T-206/13)
2013/C 171/63
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pokarna Ltd (Secundrabad, l-Indja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-1 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 885/2012-5 li tirrigwarda l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 005 491 329 kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 008 957 516“STANCE”; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “STANCE” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 957 516
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad “STANZA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 65, 8(1)(b), 75, 76(1), (2) u 83 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/34 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2013 — 1872 Holdings vs UASI — Havana Club International (THE SPIRIT OF CUBA)
(Kawża T-207/13)
2013/C 171/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: 1872 Holdings vof (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Antoine-Lalance, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Havana Club International, SA (Ħavana, Kuba)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 684/2012-1; |
— |
Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “THE SPIRIT OF CUBA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 109 106
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba ta’ invalidità kienet ibbażata fuq l-Artikoli 52(1)(a) u 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/35 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Typke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-214/13)
2013/C 171/65
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rainer Typke (Hasbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Cortese u A. Salerno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ Frar 2013 li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) — fil-Proċedura GESTDEM 2012/3258; |
— |
tannulla d-deċiżjoni negattiva impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 — fil-Proċedura GESTDEM 2012/0068; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmi regolament, għaliex:
— |
Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talba tar-rikorrent ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li timplika l-ħolqien ta’ dokumenti ġodda minflok aċċess għal dawk eżistenti, ma hijiex fondata; |
— |
Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma sproporzjonati, u għaldaqstant inammissibbli, anki jekk titqies il-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali, ma hijiex fondata; |
— |
Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma esklużi minħabba l-ħtieġa li ma tiġix żvelata data personali ta’ terzi ma hijiex fondata; u |
— |
Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma esklużi minħabba l-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla, u minħabba l-ħtieġa li jiġi protett il-proċess deċiżjonali tal-imsemmi Bord, ma hijiex fondata. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/35 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 — Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-220/13)
2013/C 171/66
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Nucara u E. Gambaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imressqa fil-Kawża T-219/13 Ferracci vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/35 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Cofresco Frischhalteprodukte vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-223/13)
2013/C 171/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG (Minden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Weil, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewopea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid eżempji ta’ prodotti li jistgħu jikkostitwixxu imballaġġ “[ir-r]ollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta)”; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/36 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Melitta France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/13)
2013/C 171/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Melitta France (Chezy-sur-marne, Franza) (rappreżentant: H. Weil, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid eżempji ta’ prodotti li jistgħu jikkostitwixxu imballaġġ “[ir-r]ollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta)”; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/36 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta’ Frar 2013 fil-Kawża F-67/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-226/13 P)
2013/C 171/69
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ t-talbiet kollha fformulati mir-rikorrent fl-ewwel istanza; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għar-rifużjoni, favur l-appellant, tal-ispejjeż sostnuti minn dan tal-aħħar fl-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
F’din il-kawża l-appellant jappella mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Frar 2013, li ċaħad bħala manifestament infondat fid-dritt rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba tiegħu għal kumpens għad-dannu allegatament naxxenti wara li ntbagħtet ittra li tikkonċerna l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, F-41/06, lill-avukat li rrappreżentah fl-appell ippreżentat kontra din is-sentenza u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas id-dannu allegatament subit minħabba tali ċirkustanza.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni li hemm difett assolut ta’ motivazzjoni tat-talba għad-danni li ġiet miċħuda, anki minħabba nuqqas ta’ struzzjonijiet u żnaturament u żvijjar tal-fatti, arbitrarjetà, u interpretazzjoni u applikazzjoni ħażina u mhux raġonevoli:
— |
tar-regoli tad-dritt inerenti naxxenti mir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tal-kunċett ta’ obbligu ta’ motivazzjoni li għandha kull istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u li għandha l-qorti tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tal-kunċett ta’ aġir illeċitu min-naħa ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
L-appellant jinvoka wkoll l-illeġittimità tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza dwar l-ispejjeż tal-proċedura.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/37 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fil-21 ta’ Frar 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-229/13 P)
2013/C 171/70
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet appellat, in toto u mingħajr eċċezzjonijiet; |
— |
tirrinvija l-kawża de qua lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma dawk li diġà ġew invokati fil-Kawża T-203/13 P, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/37 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Wepa Lille vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-231/13)
2013/C 171/71
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Wepa Lille (Bousbecque, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/37 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — SCA Hygiène Products vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/13)
2013/C 171/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SCA Hygiène Products (Tremblay en France, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/38 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Hartmann vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-233/13)
2013/C 171/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Paul Hartmann SA (Châtenois, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/38 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Lucart France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-234/13)
2013/C 171/74
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lucart France (Torvilliers, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/38 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Gopack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/13)
2013/C 171/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gopack (Manosque, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/38 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — CMC France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-236/13)
2013/C 171/76
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CMC France (Châtenois, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/39 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — SCA Tissue France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-237/13)
2013/C 171/77
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SCA Tissue, France (Bois Colombes, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/39 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2013 — Delipapier vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/13)
2013/C 171/78
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Delipapier (Frouard, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/39 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — ICT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-243/13)
2013/C 171/79
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Industrie Cartarie Tronchetti SpA (ICT) (Borgo a Mozzano, l-Italja) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/40 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 — Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/13)
2013/C 171/80
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/40 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2013 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-194/07) (1)
2013/C 171/81
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/40 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-221/07) (1)
2013/C 171/82
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/40 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2013 — Zhejiang Heda Solar Technology vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/13) (1)
2013/C 171/83
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/41 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ April 2013 — CB vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-73/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/181/10 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni)
2013/C 171/84
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: CB (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/181/10.
Dispożittiv tas-sentenza
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn CB |
(3) |
CB għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu. |
(1) ĠU C 282, 24.9.2011, p.53.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/41 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 April 2013 — Demeneix vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/12) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)
2013/C 171/85
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Laurent Demeneix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva peress li dan ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ammissjoni għal din il-kompetizzjoni u talba għad-danni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
L. Demeneix għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/41 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ April 2013 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-126/12) (1)
2013/C 171/86
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/41 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18.4.2013 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-6/13) (1)
2013/C 171/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 108, 13.4.2013, p.39.