ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2013.168.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 168E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
14 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2011–2012
Dati tas-seduti: 13–15 ta' Diċembru 2011
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 110 E, 17.4.2012.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/01

Ostakli għall-kummerċ u l-investiment
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment (2011/2115(INI))

1

 

L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/02

Protokoll futur li jiddelinea l-opportunitajiet għas-sajd u l-kumpens finanzjarju li hemm dispost għalihom fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-Protokoll futur li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (2011/2949(RSP))

8

2013/C 168E/03

L-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE (2011/2177(INI))

9

2013/C 168E/04

Samit UE-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar is-Samit UE-Russja li se jsir fil-15 ta' Diċembru 2011 u l-eżitu tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-4 ta' Diċembru 2011

21

2013/C 168E/05

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2011/2157(INI))

26

2013/C 168E/06

Il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (2010/2311(INI))

45

 

Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/07

Kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan (2011/2014(INI))

55

2013/C 168E/08

Is-sitwazzjoni fis-Sirja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja

65

2013/C 168E/09

Abbozz ta' Tabella ta' Valutazzjoni għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst

70

2013/C 168E/10

Żona Unika Ewropea tat-Trasport
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (2011/2096(INI))

72

2013/C 168E/11

Il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fl-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-UE (2011/2897(RSP))

82

2013/C 168E/12

Il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea

88

2013/C 168E/13

L-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (2011/2008(INI))

91

2013/C 168E/14

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2011/2147(INI))

102

2013/C 168E/15

Azerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Rafig Tagi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-Azerbajġan, b'mod partikolari il-każ ta' Rafig Tagi

117

2013/C 168E/16

Is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan

119

2013/C 168E/17

Tuneżija: il-każ ta' Zakaria Bouguira
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tuneżija: il-każ ta’ Zacharia Bouguira

126

2013/C 168E/18

L-appoġġ ta’ Jum Internazzjonali tal-Bniet
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-appoġġ ta’ Jum Internazzjonali tal-Bniet

129

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/19

Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))

130

2013/C 168E/20

Il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, taddelegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni kif ukoll tal-Assembleji Parlamentari multilaterali (2011/2839(RSO))

132

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/21

Reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013, biex tindirizza ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali tal-proġett ITER
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, sabiex tindirizza l-ħtiġijiet addizzjonali ta' finanzjament tal-proġett tal-ITER (COM(2011)0226 - C7-0108/2011 - 2011/2080(ACI))

133

ANNESS I

134

ANNESS II

135

2013/C 168E/22

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 - Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Spanja u Italja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17632/2011 – C7-0442/2011 – 2011/2301(BUD))

135

2013/C 168E/23

Il-mobilizzazzjoni tal-Fondi ta' Solidarjetà tal-UE: Spanja (it-Terremot ta' Lorca) u l-Italja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (COM(2011)0792 – C7-0424/2011 – 2011/2300(BUD))

137

ANNESS

137

2013/C 168E/24

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/002 Trentino-Alto Adige/Südtirol - Kostruzzjoni ta' binjiet / L-Italja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet mill-Italja) (COM(2011)0480 – C7-0384/2011 – 2011/2279(BUD))

138

ANNESS

140

2013/C 168E/25

Id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (COM(2010)0392 – C7-0189/2010 – 2010/0215(COD))

140

P7_TC1-COD(2010)0215Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali

141

2013/C 168E/26

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur K. PINXTEN - BE)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0349/2011 – 2011/0814(NLE))

141

2013/C 168E/27

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H. OTBO - DK)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Henrik Otbo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0345/2011 – 2011/0810(NLE))

142

2013/C 168E/28

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur J-F. CORONA RAMÓN - ES)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Juan-Francisco Corona Ramón bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0343/2011 – 2011/0808(NLE))

142

2013/C 168E/29

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur V. ITÄLÄ - FI)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Ville Itälä bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0346/2011 – 2011/0811(NLE))

143

2013/C 168E/30

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur K. CARDIFF - IE)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Kevin Cardiff bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0347/2011 – 2011/0812(NLE))

144

2013/C 168E/31

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur P. RUSSO - IT)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0348/2011 – 2011/0813(NLE))

144

2013/C 168E/32

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur V. CALDEIRA - PT)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Vítor Manuel da Silva Caldeira bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0344/2011 – 2011/0809(NLE))

145

2013/C 168E/33

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H.G. WESSBERG - SE)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar in-nomina ta’ Hans Gustaf Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0342/2011 – 2011/0807(NLE))

146

2013/C 168E/34

L-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (15571/1/2011 – C7-0452/2011 – 2010/0802(COD))

146

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

147

2013/C 168E/35

Proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni fl-ewwel qari adottata mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru (13036/3/2011 – C7-0451/2011 – 2007/0229(COD))

148

2013/C 168E/36

Żona koperta mill-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (12607/2/2011 – C7-0370/2011 – 2009/0129(COD))

149

2013/C 168E/37

Il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta’ mikroentitajiet (10765/1/2011 – C7-0323/2011 – 2009/0035(COD))

150

P7_TC2-COD(2009)0035Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet

150

2013/C 168E/38

Dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja għal xi Stati Membri f'diffikultajiet kbar jew li hemm ir-riskju li jsibu ruħhom f'diffikultajiet kbar fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet (COM(2011)0481 – C7-0218/2011 – 2011/0209(COD))

151

P7_TC1-COD(2011)0209Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

151

 

L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/39

Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (COM(2011)0446 – C7-0208/2011 – 2011/0193(COD))

152

P7_TC1-COD(2011)0193Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lli jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)

152

2013/C 168E/40

Il-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem (COM(2010)0490 – C7-0278/2010 – 2010/0254(COD))

153

P7_TC1-COD(2010)0254Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem

153

2013/C 168E/41

L-użu tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ (COM(2010)0597 – C7-0356/2010 – 2010/0298(COD))

154

P7_TC1-COD(2010)0298Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti ▐ tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti għall-konsumatur

154

2013/C 168E/42

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Marokk ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (11226/2011 – C7-0201/2011 – 2011/0139(NLE))

155

2013/C 168E/43

Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew: Is-Sur Coeuré
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (17227/2011 – C7-0459/2011 – 2011/0819(NLE))

155

 

Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/44

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza) (COM(2011)0420 – C7-0193/2011 – 2011/2158(BUD))

157

ANNESS

159

2013/C 168E/45

L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill regarding public access to European Parliament, Council and Commission documents (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD))

159

P7_TC1-COD(2008)0090Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jiddefinixxi l-prinċipji u l-limiti ġenerali li jiggvernaw id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni [Em. 1]

160

ANNESS

177

2013/C 168E/46

Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] (COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD))

178

P7_TC1-COD(2010)0303Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà ( 1 )

179

 

Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011

2013/C 168E/47

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Uzbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/2010 – C7-0097/2011 – 2010/0323(NLE))

195

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 13–15 ta' Diċembru 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 110 E, 17.4.2012. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/1


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Ostakli għall-kummerċ u l-investiment

P7_TA(2011)0565

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment (2011/2115(INI))

2013/C 168 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ (Ftehim TBT) adottat fl-1994 bħala parti mir-Rawnd ta' Uruguay tan-negozjati tad-WHO (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 3286/94 tal-Kunsill, tat-22 ta' Diċembru 1994, li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji fis-settur tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tad-drittijiet tal-Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, partikolarment dawk imwaqqfa taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (2), (Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, TBR),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina (3), r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi translatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti (4), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-Indja (5), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali (6), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar L-Ewropa Globali: l-aspetti esterni tal-kompetittività (7), ir-riżoluzzjoni tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-UE mar-Russja (8), ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (9), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar "Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata" (10), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2009 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina (11), ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-26 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehima ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (12), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mal-Amerika Latina (13), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u r-Repubblika ta' Korea (14), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonaliazzjonali (15), ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-10 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (16), il-pożizzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar L-istat attwali tan-negozjati tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (17), r-riżoluzzjoni tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE-Ġappun (18), ir-riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada (19), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2011 dwar strateġija effikaċi dwar il-materja prima għall-Ewropa (20), -riżoluzzjoni tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa skont l-Istrateġija Ewropa 2020 (21) u r-riżoluzzjoni tal-25 Ottubru 2011 dwar -immodernizzar tal-akkwist pubbliku (22),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – "L-Ewropa Globali - Kompetizzjoni dinjija - Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020" (COM(2010)0612),

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew imsemmi "Rapport dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment għall-2011 - Nimpenjaw lill-imsieħba ekonomiċi strateġiċi tagħna fuq l-aċċess imtejjeb għas-suq: Prijoritajiet għall-azzjoni dwar it-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ" (COM(2011)0114),

wara li kkunsidra r-rapport minn Copenhagen Economics bl-isem "Assessment of barriers to trade and investment between the EU and Japan", ippubblikat fit-30 ta' Novembru 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0365/2011),

A.

billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), tirrappreżenta l-aktar qafas adattat għar-regolamentazzjoni u l-promozzjoni ta’ kummerċ miftuħ u ġust, u tiżgura l-iżvilupp ta' regoli kummerċjali dinjija ġusti u ekwu; billi għadhom meħtieġa sforzi għar-riforma tad-WTO bil-għan li din issir aktar demokratika u effiċjenti u biex tiċċara r-relazzjonijiet tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin oħrajn;

B.

billi l-UE għandha tkompli tagħti prijorità biex jinkiseb eżitu bbilanċjat tal-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (DDA), li għandha tappoġġja l-integrazzjoni fis-sistema kummerċjali internazzjonali ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u partikolarment il-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), u għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-infurzar ta' regoli kummerċjali multilaterali aktar ġusti u ekwi fost il-membri kollha tagħha;

C.

billi l-Istatistika Kummerċjali Internazzjonali tad-WTO għall-perjodu bejn 2000-2009 turi żieda sostanzjali fi skambji kummerċjali għal dawk ir-reġjuni li fetħu s-swieq tagħhom bit-tnejjiħa jew bit-tnaqqis sinifikanti tal-ostakoli għall-kummerċ (23); iżda billi fl-istess ħin rapport konġunt tal-ILO u tad-WTO wera li tul il-kriżi finanzjarja, ċerti pajjiżi – f'pajjiżi industrijalizzati u f'dawk li qegħdin jiżviluppaw - li kienu aktar miftuħin għall-kummerċ esperjenzaw aktar xokkijiet kummerċjali li wasslu għal telf ta' impjiegi sinifikanti fihom (24);

D.

billi r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment għall-2011, jelenka eżempji fejn l-aċċess tas-suq tal-UE lejn pajjiżi differenti fid-dinja, inkluż ekonomiji industrijalizzati u emerġenti ewlenin u membri tad-WTO, qed ikun imxekkel aktar permezz ta' ostakoli non-tariffarji differenti (ONTs), aktar milli minn tariffi kummerċjali li qegħdin jitneħħew b'mod sostanzjali mal-progressi tal-globalizzazzjoni,

E.

billi l-proċeduri ta' akkwist pubbliku fil-pajjiżi msieħba strateġiċi tal-UE għandhom it-tendenza li jkunu magħluqa għall-parteċipanti barranin u relattivament għadhom ma ġewx affettwati minn impenji internazzjonali, filwaqt li l-UE hi aktar miftuħa minn pajjiżi oħrajn f'dan ir-rigward;

F.

billi l-produtturi tal-UE esperjenzaw diffikultajiet fit-tul biex jirreġestraw u jiddefendu l-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom (GIs) fl-Istati Uniti; billi l-Istati Uniti jikkunsidraw numru ta' ismijiet ta' imbejjed Ewropej bħala semi-ġeneriċi (pereżempju "Champagne"), minkejja l-ħsara possibbli kkawżata għar-reputazzjoni u s-sehem tas-suq tal-GI partikolari tal-UE;

G.

billi l-produtturi Ewropej għandhom diffikultà biex jinfdu is-suq Ġappuniż, partikolarment fis-setturi tal-karozzi, tal-avjazzjoni u dak ajrunawtiku u speċjalment rigward l-akkwist pubbliku; billi fis-suq tal-karozzi tal-Ġappun, id-diffikultajiet ġejjin l-aktar minħabba l-adozzjoni aktar bil-mod mill-Ġappun tal-istandards internazzjonali partikolari (sfortunatament il-Ġappun adotta biss 40 mill-127 Regolament NU-ECE skont il-Ftehim tal-1958); jirrikonoxxi, madankollu, li dawn jinkludu 30 minn 47 Regolament li jikkonċernaw il-Karozzi tal-Passiġġiera (M1), jiġifieri s-settur tas-suq Ġappuniż li hu l-aktar rilevanti għall-produtturi tal-karozzi Ewropej, u l-pass ta' adozzjoni tal-Ġappun daqstant bil-mod jirrestrinġi l-benefiċċji ta' għarfien reċiproku tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim NU-ECE tal-1958; billi d-Djalogu dwar ir-Riforma tar-Regolamenti (RRD) UE-Ġappun, mniedi fl-1994, għadu ma wassal għall-ebda progress sinifikanti dwar l-armonizzazzjoni tal-għarfien reċiproku ta' regolamenti, li jixhed, b'mod speċjali fid-dawl tal-klima ekonomiku attwali, l-importanza li jiġu indirizzati u mwarrba ONTs mhux meħtieġa, possibilment bil-ftuħ ta' negozjati dwar EIA/FTA UE-Ġappun, sakemm l-eżerċizzju dwar l-ambitu juri li dawk il-kundizzjonijiet meħtieġa, bħal, iżda mhux limitati biss għat-twettiq ta' dawk imsemmija aktar kmieni, jinkludu s-17-il kwistjoni dwar is-settur M1, u jinnota li ċ-ċiklu ta' testijiet tal-Ġappun għall-kejl tal-emissjonijiet u l-effiċjenza tal-fjuwil ta' vetturi ħfief jwassal biex dawk Ewropej ikollhom anqas possibilità li jikkwalifikaw għall-inċentivi fiskali Ġappuniżi bbażati fuq il-prestazzjoni ambjentali;

H.

billi ż-żieda fid-dazji ta' esportazzjoni tar-Russja fuq ir-ram telgħet minn 0 % għal 10 % u minn 5 % għal 10 % fuq in-nikil sa minn Diċembru 2010, flimkien mat-taxxi doganali ta' esportazzjoni għolja għall-injam, wasslet għall-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' materja prima ewlenija għall-industriji Ewropej, primarjament fis-settur tal-azzar (25) u fl-industrija tal-forestrija;

I.

billi l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) għandha tkun għodda effikaċi biex tiżgura t-trasparenza u tiġġieled l-ispekulazzjoni fis-swieq tal-prodotti bażiċi;

J.

billi l-ONTs fiċ-Ċina urew żieda kostanti fin-numri tagħhom tul dawn l-aħħar snin u billi dawn jistgħu jxekklu l-iżvilupp tal-kumpaniji, partikolarment dak tal-SMEs stabbiliti fit-territorju Ċiniż;

K.

billi għal aktar minn sena ir-reġistrazzjoni tal-prodotti kosmetiċi Ewropej fiċ-Ċina kienet kważi impossibbli, b'mod partikolari għal dawk il-prodotti li jinkludu ingredjenti ġodda, għaliex iċ-Ċina la kellha definizzjoni legali adegwata ta' dawn il-prodotti u l-anqas linji gwida ċari dwar il-proċedura nnifisha (26);

L.

billi t-tħassib imqajjem sa mill-aħħar tal-2010 dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità Regoltaroja tat-Telekomunikazzjoni tal-Indja (TRAI) dwar il-"Politika ta' Manifattura ta' Apparat tat-Telekomunikazzjonijiet", li għandha tagħti aċċess preferenzjali għas-suq għal prodotti manifatturati lokalment (DMP)/ tagħmir għat-telekomunikazzjonijiet, prinċipalment permezz ta' sussidji kif ukoll ta' miżuri fiskali speċifiċi u relatati mal-akkwist pubbliku statali (27);

M.

billi l-Brażil u l-Arġentina regolarment jadottaw miżuri tariffarji u non-tariffarji li jaffettwaw b'mod sfavorevoli l-kumpaniji Ewropej għalkemm it-tnejn li huma involuti fin-negozjati ta' ftehim ta' kummerċ ħieles mal-UE, bħala membri tal-Mercosur; billi madankollu, in-nuqqasijiet fil-protezzjoni u l-infurzar tad-Dritt ta' Proprjetà Intelletwali (IPR) u n-numru ta' każijiet konsiderevoli pendenti f'applikazzjonijiet għal patenti u marki kummerċjali li jaffettwaw prodotti differenti, inkluż ir-rekwiżiti diskriminatorji għal prodotti farmaċewtiċi, kienu rrappurtati minn kumpaniji tal-UE fid-dħul tagħhom fis-suq tal-Brażil; billi d-dewmien tar-ratifikazzjoni mill-Brażil tal-Protokoll ta' Madri u n-non-aċċess tal-Brażil għat-Trattati tal-Internet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) qegħdin jaffettwaw il-protezzjoni effikaċi tal-IPR fil-pajjiż; u billi s-sanzjonijiet mhumiex ta' deterrent suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-ksur tal-IP;

N.

billi l-esportaturi tal-UE jiffaċċjaw bosta tipi ta' restrizzjonijiet fi swieq oħrajn, bħal pereżmpju il-punti ta' dħul limitati fil-Vjetnam u l-ħtieġa għal dokumentazzjoni addizzjonali għall-importazzjoni ta' inbejjed u spirti, prodotti kosmetiċi u telefowns ċellulari (28), u l-valutazzjoni doganali kkumplikata żejjed tal-Ukraina, ir-reklassifikazzjoni arbitrarja tal-prodott u ż-żieda fil-ħlas ta' VAT applikabbli rigward l-agro-ikel, inbejjed u spirti, ħwejjeġ u makkinarju;

O.

billi l-qasam tat-teknoloġija nadifa u rinnovabbli hu dejjem aktar soġġetta għal ostakoli non-kummerċjali bħal rekwiżiti ta' kontenut lokali, diskriminazzjoni ta' akkwist pubbliku, favoritiżmu fir-rigward tal-intrapriżi proprjetà tal-Istat, restrizzjoni dwar iċ-ċaqliq ta' persunal mhux nazzjonali, rekwiżiti għall-provvista u sjieda lokali eċċ. f'pajjiżi bħaċ-Ċina, l-Indja, l-Ukraina, il-Brażil u n-Niġerja;

P.

billi l-UE għandha tiddefendi l-industriji tagħha b'mod attiv kontra ksur ta' regoli miftiehma, standards u prinċipji tad-WTO, magħmula mill-imsieħba kummerċjali tagħha, kull meta meħtieġ, bl-użu ta' kull mezz disponibbli, inkluż mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim multilaterali u bilaterali u ta' strumenti ta' difiża tal-kummerċ kompatibbli mad-WTO;

Q.

billi skont il-liġi tal-UE kumpaniji Ewropej u barranin jistgħu japplikaw għal offerti pubbliċi mingħajr diskriminazzjoni, u billi l-imsieħba tal-Unjoni għandhom jagħmlu dak kollu possibbli biex jagħtu awtorizzazzjoni reċiproka lill-kumpaniji Ewropej biex jipparteċipaw f'offerti għal kuntratti pubbliċi f'pajjiżi terzi fuq termini ġusti u ekwi;

1.

Iqis li t-tneħħija jew it-tnaqqis ta' ONTs mhux ġustifikati u tal-ostakoli regolatorji oħrajn implimentati mill-pajjiżi msieħba strateġiċi ewlenin tal-UE permezz ta' djalogu regolatorju għandha tkun waħda mill-prijoritajiet regolatorji ewlenin tal-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE skont l-Istrateġija Ewropa 2020; iqis bħala mhux ġustifikat kull ostaklu li jirriżulta mill-implimentazzjoni inkoerenti ta' regoli kummerċjali bilaterali, plurilaterali u multilaterali; jenfasizza, madankollu, li d-djalogu regolatorju għandu jirrispetta d-dritt tal-istati kollha għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, tar-regoli ambjentali u soċjali u tas-saħħa pubblika;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza b'mod sistematiku l-varjetà kbira, il-kumplessità teknika u s-sensittività politika tal-ONTs bħala parti minn strateġija olistika, inkluż permezz ta' djalogu regolatroju msaħħaħ, fir-rigward tal-imsieħba kummerċjali kollha tal-UE, b'mod partikolari ma' dawk ta' importanza strateġika; iqis, b'mod partikolari, lill-kumitati għar-rieżami tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali bilaterali ħielsa (FTAs), lill-kumitati rilevanti tad-WTO u l-aġenziji għall-istabbiliment tal-istandards tan-NU, bħala l-fora ta' diskussjoni adegwati għal dawn il-kwistjonijiet regolatorji;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal distinzjoni ċara bejn dawk l-ONTs li jikkawżaw distorsjonijiet ta' kompetizzjoni inġusti u dawk li jirriflettu għanijiet pubbliċi leġittimi, b'mod partikolari rigward is-saħħa pubbliku u l-protezzjoni tal-ambjent; jenfasizza, pereżempju li l-liġijiet Ewropej fuq il-GMOs u r-regoli dwar is-saħħa u s-saħħa tal-pjanti li jaffettwaw l-agrikoltura ma jistgħux jitqiesu bħala ONTs inġusti, iżda għandhom minflok jiġu difiżi fl-arena kummerċjali internazzjonali;

4.

Jenfasizza li dan id-djalogu regolatorju strutturat, previst fl-FTAs bilaterali, għandu jirrispetta bis-sħiħ il-proċess demokratiku fl-adozzjoni ta' standards, kemm fl-UE kif ukoll fl-imsieħba kummerċjali tagħha;

5.

Jinsisti li t-trattament tal-ONTs hu kompitu bejn is-servizzi li jinvolvi DĠ differenti tal-Kummissjoni u għalhekk għandu jitqies bħala prijorità fl-aġenda ta' parteċipazzjoni regolatorja tal-Kummissjoni, b'mod partikolari permezz tal-armonizzazzjoni ta' regoli tekniċi abbażi ta' standards internazzjonali;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex b'mod sistematiku tuża kanali ta' komunikazzjoni adegwati mal-imsieħba tagħha bl-istess mentalità sabiex tindirizza l-kwistjoni tal-ONTs u l-ostakoli regolatorji l-oħra fil-pajjiż terzi ħalli jitfasslu strateġiji komuni għat-tneħħija ta' dawn l-ostakoli;

7.

Hu tal-fehma li l-insistenza dwar ir-reċiproċità tal-aċċess għas-suq għall-pajjiżi industrijalizzati u emerġenti għandha tifforma parti integrali mill-istrateġija kummerċjali tal-UE, u għandha timxi b'mod parallel mat-tneħħija jew it-tnaqqis tal-ONTs;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza dawn il-kwistjonijiet mifruxa u persistenti f'kull ftehim kummerċjali plurilaterali u bilaterali, speċjalment FTAs, u għandha tiżgura li l-ONTs jingħataw l-istess attenzjoni bħalissa mogħtija għat-tneħħija tat-tariffi fil-fora regolatorji adegwati, partikolarment fin-negozjati tagħha mal-ekonomiji industrijalizzati u emerġenti; jenfasizza li, fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, speċjalment LDCs u Stati Gżejjer Żgħar li Qegħdin Jiżviluppaw (SIDs), għandha tingħata prijorità lill-għajnuna għall-kummerċ u għall-assistenza teknika u finanzjarja, sabiex dawn il-pajjiżi jingħataw l-għajnuna biex itejbu l-ambjent regolatorju tagħhom b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom f'termini tal-iżvilupp tas-swieq interni tagħhom u l-protezzjoni tal-industriji embrijoniċi u tal-istrutturi agrikoli tagħhom, li f'ħafna każijiet huma vulnerabbli;

9.

Iqis li l-Parlament Ewropew fil-futur għandu jagħti aktar attenzjoni lill-mod li bih l-ONTs mhux ġustifikati ġew indirizzati fil-valutazzjonijiet ta' ftehimiet kummerċjali biex jiġi żgurat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi lill-esportaturi u l-investituri Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm ir-rispett għall-ħtieġa ta' trattament speċjali u differenzjat għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex iżżomm inventarju aġġornat tal-ostakoli ewlenin iffaċjati mill-esportaturi jew mill-investituri tal-UE fi swieq importanti ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari msieħba ta' FTA, inkluż in-numru u t-tip ta' tħassib imqajjem mill-Istati Membri u mill-kumpaniji, bħala għodda ta' valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi;

11.

Ifakkar lill-Kummissjon li l-politika Ewropea tal-IPR rigward il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandha tibqa fl-obbligi tal-ftehim TRIPS u għandha tirrispetta bis-sħiħ id-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2001 dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, speċjalment fil-qasam ta' mediċini ġeneriċi u s-saħħa pubblika, sabiex il-politika għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw titħalla l-opportunità li tindirizza t-tħassib ta' interess pubbliku;

12.

Hu tal-fehma li, għalkemm bħalissa ma teżisti l-ebda rabta diretta bejn l-ONTs partikolari u ostakoli regolatorji oħrajn li jiffaċċjaw kumpaniji tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jaċċedu għal swieq barranin, min naħa, u t-telf ta' impjiegi reali fl-Istati Membri tal-UE min-naħa l-oħra, ikun tajjeb li l-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali partikolari l-oħrajn, tinvestiga jekk kienx hemm rabta bejn l-ONTs partikolari fl-UE u f'pajjiżi terzi u l-ħolqien jew it-telf reali attwali ta' impjiegi;

13.

Jinnota li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-possibilità li tiżviluppa u tistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija bikri li jiskopri l-ONTs u għandha ssaħħaħ l-għodod analitiċi li għandha biex twettaq valutazzjoni kwalitativa tagħhom u biex tagħti definizzjoni aktar ċara ta' ONTs mhux ġustifikati; jipproponi li dan il-mekkaniżmu għandu jaħdem permezz ta' delegazzjonijiet tal-UE bbażati f'pajjiżi terzi, f'kooperazzjoni mal-korpi li diġà nħolqu mill-Istati Membri;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-kooperazzjoni regolatorja internazzjonali, inkluż f'fora multilaterali, u l-konverġenza ta' rekwiżiti regolatorji abbażi tal-istandards internazzjonali u fejn hu possibbli tipparteċipa fi djalogu regolatorju biex tindirizza ostakoli għall-kummerċ eżistenti jew potenzjali fil-ġejjieni, bil-għan li tillimita t-tilwim u l-ispejjeż kummerċjali marbutin magħhom;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-firxa ta' dixxiplimi ta' akkwist pubbliku bbażati fuq l-istandards internazzjonali kif żviluppati fil-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku Governattiv u għall-użu jew l-espansjoni ta' djalogi regolatorji attwali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-qafas regolatorju u r-ristrutturar ta' prattiki diskriminatorji diretti jew indiretti fir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi msieħba industrijalizzati, fost il-partijiet tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi;

16.

Jemmen li wieħed mill-punti ewlenin għat-tnaqqis tal-ONTs għall-kummerċ u l-investiment hi r-riforma tal-GPA fid-WTO, b'kunsiderazzjoni xierqa tan-natura multifunzjonali tal-politiki għall-akkwist pubbliku; jitlob lill-ekonomiji emerġenti ewlenin jipparteċipaw f'dan il-proċess u jiffirmaw u jirrattifikaw mingħajr dewmien il-ftehim li jmiss;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni żżomm pożizzjoni pożittiva u b'saħħitha tul in-negozjati dwar il-firma ta' GPA miċ-Ċina sabiex tiżgura l-ftuħ reċiproku ugwali ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku taċ-Ċina kif ukoll trattament ugwali u kundizzjonijiet prevedibbli għal kumpaniji Ewropej;

18.

Jirrakkomanda li jiġu eżaminati mezzi regolatorji biex jiġi żgurat li l-kuntratti ta' akkwist pubbliku għal proġetti ffinanzjati b'sussidji tal-UE ma jkunux jistgħu jingħataw lil intrapriżi ta' proprjetà statali minn pajjiżi terzi li la ffirmaw il-GPA u lanqas ftehimiet reċiproċi bilaterali ta' ftuħ tas-suq, jew inkella li f'każijiet bħal dawn l-UE tkun tista' titlob il-ħlas lura tas-sussidji;

19.

Ifakkar fl-importanza tal-investiment dirett barrani għall-ekonomija Ewropea u fil-ħtieġa li jinħoloq ambjent stabbli u attraenti għall-investituri Ewropej barra l-Ewropa u li jiġi promoss ambjent ta' investiment miftuħ fl-Ewropa kollha; jissuġġerixxi, madankollu, li fl-interess taż-żewġ naħat, ikun tajjeb li fil-livell Ewropew jitqies il-fatt li jiġi evalwat l-impatt ta' dan l-investiment fuq is-suq intern biex jitwaqqaf minn qabel kull effett negattiv potenzjali fuq l-innovazzjoni u l-kompetenza Ewropej f'ċerti setturi strateġiċi;

20.

Iħeġġeġ lill-intrapriżi u lill-esportaturi tal-UE jagħmlu użu ta' kanali eżistenti, inkluż l-ilmenti dwar TBR jew ir-reġistru tal-ilmenti fid-Database dwar l-Aċċess għas-Swieq, biex jirrapportaw dwar ħsara fi proprjetà materjali kaġun ta' kull tip ta' ostakoli kummerċjali lill-Kummissjoni, li għandha tevalwhom u tuża l-miżuri kollha meħtieġa biex tittratta l-ONTs mhux ġustifikati;

21.

Iqis li, fir-rigward tal-materja prima, il-Kummissjoni għandha tfittex li twettaq strateġija sostenibbli, komprensiva u mifruxa fuq il-politiki, filwaqt li tirrikonoxxi li r-restrizzjonijiet għall-esportazzjoni u t-taxxi tal-esportazzjoni jistgħu jitqiesu bħala importanti għall-appoġġ tal-objettivi għall-iżvilupp, il-protezzjoni tal-ambjent jew l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali fl-ifqar pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw bħall-LDCs u s-SIDs u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw oħrajn, bl-esklużjoni tal-pajjiżi BRIC; jinnota li l-maġġoranza tal-membri tad-WTO li jużaw taxxi tal-esportazzjoni huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u LDCs; jitlob lill-UE sabiex tieqaf milli tipprojbixxi l-użu ta’ tassazzjoni fuq l-esportazzjoni għall-LDCs u s-SIDs, bl-esklużjoni tal-pajjiżi BRIC, fid-WTO u fi ftehimiet kummerċjali bilaterali u Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs), għaliex dan ikun qed jillimita l-possibbiltà għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jużaw din l-għodda għaż-żieda tal-valur, għad-diversifikazzjoni, il-protezzjoni ta’ industrija naxxenti, is-sikurezza alimentari u konsiderazzjonijiet ta’ dħul ekonomiku u konsiderazzjonijiet ambjentali sakemm dawn ma jiksbux status ta' żvilupp avvanzat;

22.

Jikkonkludi, li sabiex jiġu apprezzati bis-sħiħ il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ f'dawk il-pajjiżi li jiftħu s-swieq tagħhom, jneħħu t-tariffi u l-ONTs, l-imsieħba kummerċjali għandhom jiftiehmu b'mod reċiproku fuq mekkaniżmi ta' phasing transnazzjonali perjodiċi fir-rigward tal-għoti ta' aċċess għas-swieq f'ċerti setturi sensittivi u l-investimenti magħmula fihom, jew, f'każijiet eċċezzjonali, billi jeskluduhom kompletament;

23.

Bi qbil mal-Prinċipji Kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti għas-Servizzi taT-Teknoloġija tal-Informazzjoni u ta' Komunikazzjoni (ICT) (iffirmat mal-Istati Uniti skont it-TEC), iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina u tindirizza bis-sħiħ regolamenti, responsabilitajiet u metodi leġiżlattivi diskriminatorji u sproporzjonati oħrajn kontra n-netwerks u servizzi tal-ICT sabiex tirrestrinġi l-fluss ta' informazzjoni miftuħ, l-aċċess għas-suq tas-servizzi u t-tkomplija tad-distakk diġitali;

24.

Iqis li għandha tingħata prijorità xierqa lill-ostakoli kummerċjali u għall-investiment li jaffettwaw lis-settur tas-servizzi Ewropew, inkluż l-ICT u t-telekomunikazzjoni, is-servizzi professjonali u kummerċjali, is-servizzi finanzjarji, il-kostruzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni; dawn il-miżuri non-tariffarji, inkluż regolamenti domestiċi, restrizzjonijiet ta' sjieda u miżuri ta' kriżi differenti (inkluż dispożizzjonijiet diskriminatorji fl-akkwist pubbliku), huma ta' importanza partikolari minħabba l-valur miżjud għoli tal-kummerċ tas-servizzi u tal-pożizzjoni tal-UE bħala l-akbar esportatur ta' servizzi;

25.

Hu tal-fehma li għandu jinħoloq mekkaniżmu ta' medjazzjoni fid-WTO li jħaffef it-tneħħija tal-ONTs b'mod kostruttiv, effikaċi, rapidu u mingħajr konfront ispirat mis-sistema SOLVIT, bi qbil ma' suġġerimenti simili kemm mill-UE u mill-Indja;

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  http://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/17-tbt.pdf

(2)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.

(3)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.

(4)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.

(5)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.

(6)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.

(7)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(8)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 95.

(9)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 16.

(10)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.

(11)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 132.

(12)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 166.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2010)0387.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2011)0063.

(15)  Testi adottati, P7_TA(2011)0141.

(16)  Testi adottati, P7_TA(2011)0206.

(17)  Testi adottati, P7_TA(2011)0224.

(18)  Testi adottati, P7_TA(2011)0225.

(19)  Testi adottati, P7_TA(2011)0257.

(20)  Testi adottati, P7_TA(2011)0364.

(21)  Testi adottati, P7_TA(2011)0412.

(22)  Testi adottati, P7_TA(2011)0454.

(23)  Ara ukoll http://www.wto.org/english/res_e/statis_e/statis_e.htm.

(24)  Rapport konġunt tad-WTO u tal-ILO, il-Globalizzazzjoni u impjiegi informali f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, 2009.

(25)  Ara d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni tal-Gvern Russa għal Miżuri ta' Protezzjoni tal-Kummerċ Estern kif stipulat mid-Digriet tal-Gvern Russu Nru 892 u Nru 893 tat-12 ta' Novembru 2010.

(26)  Bid-dħul fis-seħħ f'April 2010 tad-Digriet 856 ta' Diċembru 2009, maħruġ mill-Ammistrazzjoni tal-Istat għall-Ikel u Drogi (SFDA) taċ-Ċina, saret meħtieġa r-reġistrazzjoni ta' prodotti kosmetiċi. Il-problemi li jirriżultaw għall-kumpaniji tal-UE tqajmu fil-kuntest tad-djalogu regulatorju DĠ SANCO – SFDA dwar il-kosmetiċi.

(27)  Rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità Regolatorja għat-Telekomunikazzjonijiet tal-Indja (TRAI) dwar il-Politika ta' Manifattura ta' Tagħmir għat-Telekomunikazzjoni tat-12 ta' April 2011 (http://www.trai.gov.in/WriteReadData/trai/upload/Recommendations/133/Recommondation%20_telecom.pdf)

(28)  Avviż Nru 197 maħruġ mill-Vjetnam fis-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dawn iż-żewġ tipi ta' rekwiżiti għall-importazzjonijiet ta' inbejjed u spirti, prodotti kosmetiċi u telefowns ċellulari bi dħul fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/8


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Protokoll futur li jiddelinea l-opportunitajiet għas-sajd u l-kumpens finanzjarju li hemm dispost għalihom fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

P7_TA(2011)0573

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-Protokoll futur li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (2011/2949(RSP))

2013/C 168 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tal-22 ta’ Mejju 2006 (1)),

wara li kkunsidra abbozz tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marrokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (11225/2011),

wara li kkunsidra l-proċedura ta’ approvazzjoni skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0201/2011),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits annessi mar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0394/2011),

wara li kkunsidra n-nota spjegattiva li tifforma parti mir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd (A7-0394/2011), li tiddeskrivi n-nuqqasijiet tal-Protokoll attwali ta’ sena kurrenti,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont ir-rapport ta’ valutazzjoni ex-post estern ordnat mill-Kummissjoni, il-Protokoll attwali għandu proporzjon kost-benefiċċju mhux sodisfaċenti evidenti minħabba r-rata baxxa ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd nnegozjati, is-sajd żejjed kif ukoll in-nuqqas li jiġu indirizzati l-aspetti ekoloġiċi u soċjali;

B.

billi kull Protokoll futur li għandu jiġi nnegozjat mill-Kummissjoni jrid jindirizza l-problemi serji relatati mal-protokolli preċedenti u attwali;

C.

billi il-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd għandhom ifittxu li jiksbu l-objettivi ekonomiċi u soċjali, fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknika mill-qrib, sabiex jiżguraw l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi ‘l quddiem in-negozjati għal Protokoll ġdid sabiex tkun eskluża kull sitwazzjoni li fiha l-Protokoll ikollu jiġi applikat b’mod proviżorju peress li l-Parlament ikun għadu ma tax il-kunsens tiegħu;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull Protokoll futur ikun ekonomikament, ekoloġikament u soċjalment sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju li l-bastimenti tal-UE jingħataw aċċess għal stokkijiet żejda biss għandu jiġi applikat fil-Protokolli futuri kollha; jenfasizza, b’mod partikolari, li jrid ikun hemm valutazzjoni rigoruża tal-istokkijiet kollha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li skont il-Protokoll futur l-opportunitajiet tas-sajd jiġu aġġustati f’konformità mal-pariri xjentifiċi u l-evalwazzjoni tal-istokkijiet kif ukoll mal-bżonnijiet tas-settur tas-sajd; jinsisti ulterjorment li d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri tekniċi u l-opportunitajiet tas-sajd iridu jittieħdu fuq il-bażi tal-pariri xjentifiċi, b’konsultazzjoni mas-sajjieda;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull Protokoll futur jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sajd tal-Marokk, inklużi l-kontroll u s-sorveljanza, ir-riċerka xjentifika, l-iżvilupp tal-flotot lokali, it-taħriġ, eċċ.;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-appoġġ settorjali jkun użat b’mod aktar effiċjenti, u jinsisti li l-kontrolli jridu jkunu aktar effikaċi; jemmen li l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd irid jinkludi mekkaniżmi effikaċi ta’ sorveljanza biex jiżguraw li l-fondi allokati għall-iżvilupp, u b’mod partikolari għat-titjib tal-infrastruttura fis-settur tas-sajd, jintużaw kif xieraq;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tikseb id-data neċessarja dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll u b'hekk il-proċedura leġiżlattiva tkun iktar trasparenti;

8.

Isejjaħ lill-Kummissjoni biex tintroduċi fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd klawsola dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif mitlub fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali (2);

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Protokoll futur jirrispetta bis-sħiħ il-liġi internazzjonali u jkun ta’ benefiċċju għall-gruppi ta’ popolazzjoni lokali milquta kollha;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b’rapport bil-miktub dettaljat li jispjega l-livell li fih ix-xewqat tal-Parlament ġew meqjusa fil-Protokoll futur;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tirrispetta l-ftehim ta’ qafas interistituzzjonali u r-rwol tal-Parlament Ewropew, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Gvern tal-Marokk.


(1)  ĠU L 141,29.5.2006, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0434.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/9


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
L-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża

P7_TA(2011)0574

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE (2011/2177(INI))

2013/C 168 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 21, 42, 45 u 46, kif ukoll it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 10 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (SSE) intitolata “Ewropa Sigura f’Dinja Aħjar”, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, kif ukoll ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bl-isem “Niżguraw is-sigurtà f’dinja dejjem tinbidel”, abbozzat taħt ir-responsabilitajiet tar-Rappreżentant Għoli tal-UE u approvat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-objettivi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2008 sabiex isaħħaħ il-kapaċitajiet militari Ewropej,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011, it-23 ta' Mejju 2011, tal-31 ta' Jannar 2011 u tad-9 ta' Diċembru 2010, dwar il-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK), l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet militari, dwar il-PSDK, u dwar l-iżvilupp tal-kapaċità militari rispettivament,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK (1),

wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rappreżentant Għoli dwar il-PSDK, ippreżentat matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-18 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (4), u tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta’ kapċitajiet ċivili-militari (5), u tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà u l-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (6), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0428/2011),

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jinnota bi tħassib l-akkumulazzjoni ta’ xejra fis-snin riċenti ta’ tnaqqis fil-baġits tad-difiża tal-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE wara l-kriżi finanzjarja, ekonomika u tad-dejn u l-impatt negattiv potenzjali ta’ dawn il-miżuri fuq il-kapaċitajiet militari tagħhom u, għalhekk, fuq il-kapaċità tal-UE li tieħu f’idejha, b’mod effettiv, ir-responsabilitajiet tagħha fiż-żamma tal-paċi, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fit-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jekk l-Istati Membri jonqsu milli jikkumpensaw għal dan it-telf permezz ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni Ewropea miżjuda; jissottolinja, f’dan ir-rigward, li d-difiża tikkostitwixxi ġid pubbliku li jaffettwa s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej kollha u li l-Istati Membri kollha jeħtieġu jikkontribwixxu fi spirtu ta’ kooperazzjoni, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kost-effiċenza;

2.

Javża li nuqqasijiet mhux ikkoordinati tal-baġit għad-difiża jistgħu jirriżultaw f’telf totali ta’ ċerti kapaċitajiet militari fl-Ewropa; jilqa’ u jappoġġja, għalhekk, l-inkoraġġiment tal-Kunsill lill-Istati Membri biex jiskambjaw l-informazzjoni, kif xieraq, u jtejbu t-trasparenza fit-tnaqqis tal-baġit tad-difiża attwali u li għadu ġej, u jitlob li ssir valutazzjoni tal-impatt ta’ dan it-tnaqqis tal-baġit għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet b’appoġġ għall-PSDK; ifakkar li l-intervent fil-Libja wera b’mod ċar li anki koalizzjoni tal-pajjiżi Ewropej mhijiex kapaċi twettaq operazzjoni ta’ dan it-tip mingħajr l-appoġġ tal-Istati Uniti;

3.

Jinnota d-dipendenza kontinwa sproporzjonata fuq l-Istati Uniti f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet tad-difiża, ladarba s-sehem tal-Istati Uniti fin-nefqa kollha għad-difiża fl-Alleanza tal-Atlantiku ta’ Fuq żdied għal 75 %, u minħabba l-ħtieġa, għalhekk, għall-alleati Ewropej li jżidu s-sehem tagħhom fil-piż tad-difiża; jinnota bi tħassib li t-tnaqqis fil-baġit reċenti iseħħ flimkien ma’ xejra, li ilha għaddejja aktar minn għaxar snin, fejn l-Istati Membri mhux qed jinvestu u jonqfu biżżejjed fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża;

4.

F’ambjent ta’ sigurtà dejjem aktar kumpless u imprevedibbli, iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE kollha biex jikkooperaw aktar mill-qrib u jikkoordinaw azzjonijiet kontra t-theddid komuni identifikat fl-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (SSE), filwaqt li jassumu l-parti kollha tar-responsabbiltà tagħhom għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa, fil-viċinat tagħha u fil-bqija tad-dinja; filwaqt li jagħraf li mhux it-theddid kollu hu ta' natura militari u li l-UE għandha varjetà ta' strumenti disponibbli għaliha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bħall-kapaċitajiet ċivili u l-istrumenti ta’ għajnuna teknika tagħha, ifakkar lill-Istati Membri bl-impenji ripetuti tagħhom, inklużi fit-Trattat u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, biex itejbu l-kapaċitajiet militari tagħhom, u jitlobhom jiżguraw li dawn l-impennji jinkisbu;

5.

Itenni l-opinjoni tiegħu li kapaċità ta’ difiża Ewropea msaħħa ttejjeb l-awtonomija strateġika tal-UE u tagħti kontribut importanti għas-sigurtà kollettiva fil-kuntest tan-NATO u sħubijiet oħra; jenfasizza l-potenzjal tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona f’dan ir-rigward u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw kooperazzjoni strutturata permanenti, biex jiddefinixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-solidarjetà u l-klawżoli tad-difiża reċiproka, u biex ikun hemm użu sħiħ tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

6.

Mingħajr ma jiġi injorat il-livell differenti ta’ ambizzjoni, jirrimarka li l-Istati Membri flimkien jonfqu madwar EUR 200 biljun kull sena fuq id-difiża, li huwa biss terz tal-baġit għad-difiża tal-Istati Uniti iżda xorta huwa ammont konsiderevoli li juri l-ispejjeż tal-pajjiżi mhux Ewropej fil-qasam tad-difiża;

7.

Jiddeplora l-mod kif qed jintefqu l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-fondi, abbażi tad-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tad-difiża nazzjonali mhux ikkoordinat, li rriżulta mhux biss f’nuqqasijiet ta’ kapaċità persistenti, iżda wkoll ta’ spiss f’kapaċitajiet żejda u duplikazzjonijiet inutli, kif ukoll industrija u swieq frammentati, li jwassal biex l-UE la jkollha la l-viżibilità, la r-riżorsi u lanqas il-EUR 200 biljun x’tonfoq;

8.

1 a. Jikkunsidra li l-kriżi ekonomika u finanzjarja tista’ tintuża bħala opportunità għall-integrazzjoni tal-politiki ta’ difiża tal-UE, billi tista’ tipprovdi l-impetu biex fl-aħħar jinħolqu u jiġu implimentati riformi ambizzjużi li ilhom biex isiru;

9.

Minħabba dan, iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċettaw il-fatt li żieda fil-kooperazzjoni hija l-aqwa triq ’il quddiem u li, b’mod partikolari permezz ta’ (A) koordinazzjoni aħjar tal-ippjanar tad-difiża, li tinkludi armonizzazzjoni tar-rekwiżiti militari u miżuri biex tiżdied l-interoperabilità, (B) l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta’ ċerti kapaċitajiet u strutturi ta’ appoġġ, (C) kooperazzjoni msaħħa fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, (D) il-faċilitazzjoni tal-kollaborazzjoni u l-konsolidazzjoni industrijali, u (E) l-ottimizzazzjoni tal-akkwist u t-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw kapaċitajiet b’mod aktar kosteffiċjenti, u dan mingħajr effetti negattivi fuq is-sovranità tagħhom;

10.

Jenfasizza li l-UE għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-għodod u l-mekkaniżmi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiksbu dan, kif stipulat hawn taħt, inkluż permezz tal-identifikazzjoni tal-oqsma fejn jista’ jiġi pprovdut aktar finanzjament fil-livell Ewropew (F);

11.

Jirrikonoxxi li, minkejja dak li ntqal qabel, iż-żamma ta’ bażi industrijali u teknoloġika adegwata u l-iżgurar tas-sigurtà fil-provvista huma kwistjonijiet essenzjali għad-difiża nazzjonali li m’għandhomx jiġu rregolati minn objettivi ekonomiċi biss;

12.

Jikkunsidra l-fowkus ewlieni tal-isforzi kollha tal-UE fuq id-difiża bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja għandha tkun l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), li għandha l-potenzjal li tkopri qasam wiesa’ ta’ eżaminazzjoni bir-reqqa u ppjanar tal-politika, iżda mhijiex kapaċi tagħmel dan fil-format attwali tagħha; jitlob li jsir titjib fil-format tal-EDA, filwaqt li jikkunsidra li żieda fil-baġit, fil-persunal, fl-oqsma tar-responsabilità u fis-setgħat ġenerali tagħha jkunu kosteffiċjenti fl-aħħar mill-aħħar, u jippermettilha li taħdem aħjar fuq l-ottimizzazzjoni tas-settur tad-difiża tal-UE, b’kompitu dedikat biex jiġu evitati duplikazzjonijiet li jiswew il-flus u politiki ta’ difiża li mhumiex sostenibbli finanzjarjament;

(A)     Koordinazzjoni aħjar tal-ippjanar tad-difiża

13.

Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex iwettqu eżamijiet mill-ġdid sistematiċi dwar is-sigurtà u d-difiża skont kriterji u skeda ta’ żmien armonizzata; jissuġġerixxi li dan jista' jiġi żviluppat f'eżerċizzju regolari li jkun marbut mal-proċeduri baġitarji – jiġifieri tip ta' "Semestru Ewropew" tal-eżamijiet mill-ġdid dwar is-sigurtà u d-difiża;

14.

Jenfasizza li l-għan ta’ tali eżamijiet mill-ġdid ikkoordinati jkun li tintemm il-kultura ta’ iżolament fl-ippjanar tad-difiża nazzjonali u li tiġi stabbilita pjattaforma għal diskussjoni strutturata, biex b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkunsidraw il-kwadru sħiħ – il-perspettiva Ewropea – qabel ma jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi ewlenin dwar il-kapaċitajiet tagħhom ta’ difiża; jenfasizza li l-inizjattiva għandha tikkomplementa, fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati, il-koordinazzjoni tagħhom fi ħdan il-Proċess tal-Ippjanar tad-Difiża tan-NATO;

15.

Jerġa’ jitlob għal White Paper tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża li tiżviluppa u timplimenta l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà, tiddefinixxi aħjar l-objettivi tas-sigurtà u d-difiża, l-interessi u l-bżonnijiet tal-UE b’rabta mal-mezzi u r-riżorsi disponibbli, filwaqt li jikkunsidra wkoll l-aspetti mhux tradizzjonali tas-sigurtà; jenfasizza li din il-White Paper għandha tiġi mfassla u aġġornata b’mod regolari fuq il-bażi tal-eżamijiet mill-ġdid nazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi referenza għalihom, u torbot l-ippjanar tad-difiża nazzjonali ma’ perspettiva ta’ sigurtà komuni u valutazzjoni tat-theddid; jenfasizza li tali White Paper, billi tistabbilixxi viżjoni komuni ta’ sfidi u soluzzjonijiet tkun qed tibni l-fiduċja u tipprovdi gwida strateġika ffukata fuq il-forma li għandhom jieħdu l-forzi tal-UE;

16.

Ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona saħħaħ l-irwol tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fl-appoġġ tal-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kapaċitajiet militari għall-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-Istati Membri jitolbu lill-Aġenzija biex teżamina kif jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni tal-ippjanar tad-difiża fl-Ewropa; ifakkar, barra minn hekk, li t-Trattat jagħti lill-EDA l-kompiti li tevalwa l-osservanza tal-impenji tal-kapaċità u tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operattivi, u jitlob għat-twettiq aħjar ta’ dawn il-kompiti; jirrakkomanda li, bħala l-ewwel pass fl-eżerċizzju tas-‘Semestru Ewropew’, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-abbozz tal-eżamijiet mill-ġdid tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali tagħhom lill-EDA għal konsulenza, biex tivvalutahom b’mod partikolari fid-dawl tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet stabbiliti mill-bord ta’ tmexxija tal-EDA fil-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet, kif ukoll tal-pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra u tal-Proċess ta’ Ippjanar tad-Difiża tan-NATO; jemmen li, fit-terminu qasir ħafna, l-EDA għandu jkollha rwol importanti wkoll fid-definizzjoni ta’ politika Ewropea tal-kapaċitajiet u l-armamenti;

17.

Għandu l-opinjoni li, bħala l-pass li jmiss, l-Istati Membri għandhom jgħaddu minn proċess ta’ konsultazzjonijiet reċiproċi sabiex jarmonizzaw ir-rekwiżiti militari tagħhom u jeżaminaw l-għażliet kollha sabiex tiżdied il-kosteffiċjenza permezz tal-arranġamenti fil-livell tal-UE, reġjonali, bilaterali jew oħrajn;

18.

Iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri jindirizzaw f’tali proċess il-kapaċitajiet żejda eżistenti speċjalment rigward it-tagħmir u l-persunal ta’ prijorità anqas fl-operazzjonijiet;

(B)     L-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet

19.

Jinsab konvint ferm li l-akkomunament u l-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet m’għadhiex għażla, iżda ħtieġa; jappoġġja l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jidentifikaw il-proġetti l-aktar promettenti, bħala parti mill-proċess mibdi fil-laqgħa ministerjali ta’ Settembru 2010 f’Ghent u f’konformità mal-inizjattiva bejn il-Ġermanja u l-Isvezja ta’ Novembru 2010, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-akkomunament u l-kondiviżjoni ma jistgħux jissostitwixxu l-iżvilupp reali tal-kapaċitajiet, iżda jsaħħuh u jtejbuh; jieħu nota tal-ewwel sett ta’ proġetti faċilitati mill-EDA u approvati mill-Kunsill fl-1 ta’ Diċembru 2011, u jitlob lill-Istati Membri u lill-EDA jippreżentaw dettalji tal-progress li sar lejn riżultati konkreti u jiddefinixxu iktar opportunitajiet sar-rebbiegħa tal-2012; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b’mod partikolari t-Trijangolu Weimar, iżda wkoll il-formazzjoni Weimar Plus, biex jirnexxu fl-akkomunament u l-kondiviżjoni billi jaġixxu bħala mutur politiku;

20.

Jenfasizza li, b’mod partikolari fl-oqsma bħat-trasport strateġiku u tattiku, l-appoġġ loġistiku, il-manutenzjoni, id-difiża ċibernetika, il-kapaċitajiet tal-ispazju, l-appoġġ mediku, l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll ċerti kapaċitajiet speċjalizzati, l-Istati Membri jistgħu japprofittaw bil-kbir mill-akkomunament jew il-kondiviżjoni ta’ ċerti funzjonijiet u assi mingħajr ma jinħolqu dipendenzi sinifikanti li jistgħu jillimitaw it-teħid ta’ deċiżjoni sovrana tagħhom; iħeġġeġ bil-qawwa l-inizjattivi li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet f’oqsma bħat-trasport bl-elikotteri, ir-riforniment ta’ fjuwil fl-arja, is-sorveljanza marittima, vetturi bla xufier, il-protezzjoni kontra r-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, in-newtralizzazzjoni ta’ tagħmir splussiv improvizzat (IEDs), il-komunikazzjoni bis-satellita, sistemi ta’ ordni u kontroll, u sensuri u pjattaformi ta’ intelligence, sorveljanza u investigazzjoni (ISR), inklużi alternattivi għas-sistemi tas-satelliti, bħall-UAVs ta’ Reżistenza Twila f’Altitudni Għolja (High Altitude Long Endurance - HALE), kif ukoll it-teknoloġiji ħodor meħtieġa għal awtonomija operattiva għolja u kosteffiċjenza;

21.

Jenfasizza li l-akkomunament tar-riżorsi għandu jimxi id f’id mal-ispeċjalizzazzjoni mtejba fejn l-Istati Membri li jċedu ċerti kapaċitajiet jistgħu jkunu żguri li oħrajn se jipprovduhom u jirrikonoxxi li dan jeħtieġ impenn politiku serju mill-gvernijiet nazzjonali;

22.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu kreattiv mill-mudelli differenti ta’ akkomunament u kondiviżjoni li jistgħu jiġu identifikati, bħal pereżempju (1) l-akkomunament permezz ta’ proprjetà konġunta, (2) akkomunament ta’ assi ta’ proprjetà nazzjonali, (3) akkomunament ta’ akkwist, jew (4) kondiviżjoni tar-rwoli u tal-kompiti, u l-kombinamenti tagħhom kif xieraq, u jitlob għal progress malajr speċjalment fl-oqsma msemmija hawn fuq;

23.

L-ewwel nett, rigward il-“proprjetà konġunta”, jitlob lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltajiet għal ċertu tagħmir li jiġi akkwistat b’mod konġunt minn konsorzji ta’ pajjiżi parteċipanti jew mill-UE nnifisha, billi jieħdu ispirazzjoni minn inizjattivi bħall-Kapaċità Strateġika ta’ Trasport bl-Ajru implimentati taħt in-NATO, il-programm NATO AWACS jew il-Galileo tal-UE jew biex jiġu mfittxija possibilitajiet ta’ finanzjament mill-UE jew ta’ kofinanzjament tat-tagħmir akkwistat minn konsorzji tal-Istati Membri; jenfasizza l-potenzjal tal-proprjetà konġunta għat-tagħmir l-aktar għali, bħal pereżempju għal kapaċitajiet tal-ispazju, UAVs jew inġenji tal-ajru għat-trasport strateġiku;

24.

It-tieni nett, rigward “l-akkomunament ta’ assi li huma proprjetà nazzjonali”, iqis l-inizjattiva tal-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru (EATC) ta’ erba’ Stati Membri bħala eżempju partikolarment utli, fejn l-użu ta’ kapaċitajiet eżistenti huwa ottimizzat permezz tat-trasferiment ta’ ċerti kompetenzi lejn struttura komuni, filwaqt li tinżamm il-proprjetà nazzjonali sħiħa tal-assi; iqis li dan il-mudell ta’ kapaċitajiet akkomunati iżda separati, huwa adattat sew ukoll għal oqsma oħra ta’ appoġġ operattiv, bħal pereżempju l-ħelikopters tat-trasport, inġenji tal-ajru għas-sorveljanza marittima u assi ta’ trasport bl-ajru militari; jemmen li kull delegazzjoni ta’ kompetenzi lil struttura integrata teħtieġ li tkun flessibbli u m’għandhiex teħtieġ li l-parteċipanti kollha jiddelegaw l-istess sett ta’ kompetenzi, sabiex jiġi evitat ir-riskju li wieħed jikkuntenta bid-denominatur l-anqas komuni; jixtieq ħafna, madankollu, li l-Istati Membri jipprovdu kapaċitajiet nazzjonali fil-firxa wiesgħa tal-kompiti tal-EATC;

25.

It-tielet nett, rigward l-“akkomunament tal-akkwist”, bħal pereżempju fil-programm A400M, jissottolinja l-benefiċċji potenzjali tal-akkwist konġunt fir-rigward tal-ekonomiji ta’ skala, il-bini ta’ bażi industrijali vijabbli, l-interoperabilità, u l-possibbiltajiet sussegwenti ta’ akkomunament u kondiviżjoni fl-appoġġ fis-servizz, manutenzjoni u taħriġ; jiddeplora l-fatt li dawn il-benefiċċji ħafna drabi jintilfu minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti u fil-ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tax-xogħol bħal fil-każ tal-programm Eurofighter; Sabiex jitwettaq l-iffrankar potenzjali kollu, jenfasizza l-importanza li tinżamm konfigurazzjoni komuni ta’ tagħmir akkwistat konġuntament tul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tiegħu sabiex jiġi ffaċilitat l-appoġġ fis-servizz konġunt; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw ukoll l-akkomunament tas-servizzi mogħtija b’kuntratt;

26.

Ir-raba' nett, rigward il-"kondiviżjoni tar-rwoli u l-kompiti", iqis li hemm eżempji pożittivi f'inizjattivi bħal pereżempju l-kooperazzjoni bejn Franza u l-Belġju fit-taħriġ għal pilota tal-ġlied, il-ftehim bejn ir-Renju Unit u Franza dwar il-kondiviżjoni tal-vapuri li jġorru l-ajruplani, l-inizjattiva bejn Franza u l-Ġermanja dwar it-taħriġ għal pilota tal-ħelikopters, jew il-kooperazzjoni navali bejn il-Belġju u l-Pajjiżi Baxxi, fejn numru ta' strutturi nazzjonali ta' appoġġ huma kondiviżi mas-sieħeb; jissottolinja b'mod speċjali l-opportunitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-eżerċizzji, u b'mod speċjali fil-kondiviżjoni tal-akkademji militari, faċilitajiet ta' ttestjar u evalwazzjoni u faċilitajiet għat-taħriġ għal pilota; fil-każ ta' ċerti kapaċitajiet speċjalizzati, iqis il-kondiviżjoni tar-rwoli u l-kompiti bħala l-uniku mezz vijabbli għall-maġġoranza tal-Istati Membri biex jiżguraw aċċess għal ċerti kapaċitajiet rari bħal pereżempju l-unitajiet CBRN jew inġenji tal-ajru għall-isptarijiet;

27.

Ifakkar fir-rwol importanti tal-EDA, kif imfisser mit-Trattat, fil-proposta ta’ proġetti multilaterali, koordinazzjoni tal-programmi tal-Istati Membri u l-ġestjoni tal-programmi ta’ kooperazzjoni R&T; jissottolinja l-proġetti mmexxija mill-EDA li huma diġà operattivi, bħal pereżempju l-Programm ta’ Taħriġ għat-Titjir ta’ Ħelikopters u l-laboratorju forensiku skjerat biex jinnewtralizza l-IEDs u l-applikazzjoni tiegħu fl-Afganistan, u jitlob biex isir aktar progress f’inizjattivi oħra bħal pereżempju l-Flotta Ewropea tat-Trasport bl-Ajru (EATF); iħeġġeġ l-Istati Membri jużaw il-potenzjal li toffri l-Aġenzija rigward l-appoġġ amministrattiv u legali u li jafdawlha l-ġestjoni tal-inizjattivi ta’ kooperazzjoni tagħhom u jissottolinja l-bżonn li l-EDA tingħata l-mezzi li bihom tkun tista’ tindirizza ż-żieda fir-responsabilitajiet tagħha;

28.

Jirrikonoxxi l-inizjattivi bilaterali u reġjonali bħal pereżempju l-ftehimiet dwar id-difiża bejn ir-Renju Unit u Franza tal-2010, il-Kooperazzjoni dwar id-Difiża Nordika u l-Kooperazzjoni tad-Difiża Baltika bħala passi importanti biex jiġi razzjonalizzat l-użu tar-riżorsi u jimtlew fi żmien qasir in-nuqqasijiet tal-kapaċitajiet; jinnota l-proposti għal kooperazzjoni simili f’reġjuni oħra, bħal pereżempju fost il-pajjiżi tal-Grupp Visegrád; madankollu, għandu l-opinjoni li għad hemm nuqqasijiet strutturali sinifikanti li jeħtieġu li jiġu indirizzati b’mod koordinat fil-livell tal-UE, u li, għalhekk, f’ċertu punt dawn l-arranġamenti bilaterali u reġjonali jeħtieġ li jiġu integrat fil-perspettiva usa tal-Ewropa, billi jiġi żgurat li jikkontribwixxu għall-iżvilupp għall-iżvilupp tal- PSDK u bl-ebda mod ma jmorru kontriha; f’dan il-kuntest, jemmen li l-EDA għandha tingħata rwol fl-iżgurar ta’ koerenza ġenerali tal-isforzi u jħeġġeġ iktar ħsieb dwar kif jistgħu jintużaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti biex jipprovdu qafas ta’ koordinazzjoni ġenerali;

29.

Iqis li l-Kwartieri Ġenerali Operattivi ċivili militari tal-UE, li kemm-il darba talab għall-istabbiliment tiegħu, mhux biss isaħħaħ sostanzjalment il-kapaċità tal-UE biex tappoġġja l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, iżda fit-tul jiġġenera wkoll iffrankar għall-baġits nazzjonali skont il-loġika tal-akkomunament u kondiviżjoni; jenfasizza li hi meħtieġa gwida politika mill-Viċi-President / Rappreżentant Għoli u jitlob lill-Viċi-President / Rappreżentant Għoli jibqa’ jaħdem fuq l-‘inizjattiva Weimar’ u jinvestiga għażliet legali għall-istabbiliment ta’ ppjanar operattiv awtonomu u kapaċità ta’ mġiba b’żewġ ktajjen separati (ċivili u militari) ta' ordni, konformi mal-mudell ippreżentat fil-Kunsill ta’ Lulju 2011, mill-iktar fis possibbli;

30.

Jilqa’ l-inizjattiva “Difiża Intelliġenti” fi ħdan in-NATO u jerġa’ jafferma l-importanza ta’ koordinazzjoni kontinwa u riżoluzzjoni tal-kunflitti bejn l-UE u n-NATO fil-livelli kollha sabiex tiġi evitata duplikazzjoni żejda; jenfasizza li hija assolutament meħtieġa intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni prattika bejn l-UE u n-NATO, partikolarment fir-rigward tar-rispons għall-isfidi tal-kriżi finanzjarja; jitlob b’mod partikolari lill-EDA u lit-Trasformazzjoni tal-Kmand Alleata biex jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-proġetti ta’ akkomunament u kondiviżjoni taż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu kumplementari u li dejjem jiġu implimentati fil-qafas bl-aktar valur miżjud;

31.

Jinnota l-potenzjal għall-akkomunament tal-assi tad-difiża ċibernetika, minħabba l-integrazzjoni tas-sistemi ċibernetiċi Ewropej, u l-bżonn li tiġi indirizzata l-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni tal-UE f’dan il-qasam;

(C)     Appoġġ għall-kooperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

32.

Ifakkar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tas-sigurtà u d-difiża bħala l-bażi għall-kompetittività u r-reżiljenza fl-industrija Ewropea tad-difiża, u l-importanza tagħha għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 għat-tkabbir sostenibbli; jirrimarka li l-isforzi attwali dwar ir-riċerka u t-teknoloġija (R&T) se jkunu determinanti biex jiġu kkontrollati avvanzi teknoloġiċi futuri; jiddeplora l-fatt li 1 % biss tan-nefqa totali għad-difiża tal-pajjiżi tal-UE jmur għar-R&T, filwaqt li aktar minn 50 % għadhom jintefqu fuq il-persunal, u b'mod partikolari li għall-maġġoranza tal-Istati Membri dan il-persentaġġ huwa anqas sew minn 1 %; iħeġġeġ lill-Istati Membri jeskludu r-R&T mit-tnaqqis tan-nefqa tagħhom bħala kwistjoni ta' prijorità;

33.

Jiddispjaċih bil-fatt li l-potenzjal tal-ekonomiji ta’ skala minn proġetti kollaborattivi jibqa’ fil-biċċa l-kbira tiegħu mhux użat, b’madwar 85 % tan-nefqa R&T użati fil-livell nazzjonali u l-parti l-kbira tal-bqija tintefaq fil-livell bilaterali u mhux f’dak multinazzjonali, u dan iwassal għall-frammentazzjoni fost l-Istati Membri; ifakkar li, f'Novembru 2007, il-Ministri għad-Difiża Ewropej qablu dwar parametri ta’ referenza kollettivi biex iżidu n-nefqa għar-riċerka u t-teknoloġija b’rabta mad-difiża għal 2 % tan-nefqa kollha għad-difiża u biex iġibu n-nefqa kollaborattiva Ewropea għar-riċerka u t-teknoloġija b’rabta mad-Difiża għal livell ta' 20 %;

34.

Jissottolinja r-rwol fundamentali tal-EDA fil-koordinazzjoni u l-ippjanar ta’ attivitajiet konġunti ta’ riċerka fis-settur tad-difiża; jenfasizza l-benefiċċji tal-kooperazzjoni fir-riċerka rigward interoperabilità mtejba, u eventwalment omoġenjità akbar fost it-tagħmir u l-kapaċitajiet tal-forzi armati nazzjonali, peress li r-riċerka hija l-ewwel fażi ta' kull programm ta' tagħmir;

35.

Ifakkar fin-numru li dejjem qed jikber ta' teknoloġiji b'applikazzjonijiet b'użu doppju, u għalhekk fl-importanza ta' komplimentarjetajiet u sinerġiji li dejjem qed jiżdiedu bejn id-difiża Ewropea u l-programmi ta' riċerka dwar is-sigurtà ċivili; iħeġġeġ lill-EDA u lill-Kummissjoni jkomplu l-koordinazzjoni tagħhom fil-Kooperazzjoni Qafas Ewropew, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji mat-tema ta' "Sigurtà" tal-Programm Qafas għall-Iżvilupp fir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, partikolarment f'oqsma bħall-protezzjoni CBRN, in-newtralizzazzjoni ta' IEDs, is-sistemi tal-ajru bla pilota, is-sorveljanza marittima, il-ġestjoni u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-difiża ċibernetika;

36.

Jenfasizza b’mod partikolari li r-riċerka tas-sigurtà teħtieġ li tinżamm bħala komponent indipendenti fil-Programm Horizon 2020 li jmiss; hu tal-opinjoni li l-ambitu tat-tema tas-‘Sigurtà’ għandu jiġu estiż biex jirrifletti l-ħtieġa għat-trasferiment tal-innovazzjoni u t-teknoloġija bejn l-industrija ċivili u dik tad-difiża, iżda jsostni li, filwaqt li jitqies kif suppost kwalunkwe rekwiżit relatat mad-difiża fil-programmi u l-proġetti, it-tema għandha żżomm il-fokus ċivili tagħha;

37.

Jindika li, bħalma r-riżultati tar-riċerka ċivili ħafna drabi jkollhom applikazzjonijiet tad-difiża, l-effetti tar-riċerka dwar id-difiża ħafna drabi jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà kollha; ifakkar b’mod partikolari l-eżempji tal-internet u l-GPS; hu tal-opinjoni li, fuq terminu ta’ żmien twil, jista’ jkun hemm fokus iktar speċifiku fuq ir-riċerka dwar id-difiża fil-Programmi Qafas, sabiex tiġi stimulata r-riċerka kollaborattiva Ewropea u jgħin biex jingħaqdu flimkien fondi nazzjonali mifruxin;

38.

Jenfasizza, madankollu, li m’għandhomx jiġu ttrasferiti r-riżorsi mir-riċerka ċivili u li kwalunkwe attività ta’ riċerka dwar id-difiża ffinanzjata mill-UE għandha l-ewwel u qabel kollox issegwi l-objettiv tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni ta' kriżi tal-UE u tiffoka fuq ir-riċerka b'applikazzjonijiet doppji;

39.

Ifakkar li, kif speċifikat fil-bażi legali tas-Seba’ Programm Qafas (FP7), l-attivitajiet ta' riċerka appoġġati mill-FP7 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-mod kif tinforza l-prinċipji etiċi fl-evalwazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fil-programmi ta' riċerka FP7 fil-qasam tas-"Sigurtà"; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni etika u tal-impatt fuq is-soċjetà bħala element standard ta' kull proġett li jkun se jiġi ffinanzjat taħt l-FP7 u l-programmi futuri ta' riċerka;

40.

Jirrimarka d-dispożizzjoni tal-Artikolu 185 tat-TFUE li jippermetti kontribuzzjoni tal-UE lill-programmi eżistenti ta’ riċerka u żvilupp imwettqa minn grupp ta’ Stati Membri; iqis li tista’ tiġi esplorata l-possibilità li jintuża dan l-artikolu biex jitħaffef l-iżvilupp tal-kapaċitajiet meħtieġa għall-missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK;

41.

Ifakkar ukoll fis-sinerġiji ugwalment importanti li jridu jfittxu l-programmi spazjali Ewropej, u jħeġġeġ li jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn l-EDA, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea fi ħdan il-Kooperazzjoni Qafas Ewropew, partikolarment dwar l-osservazzjoni tad-Dinja bbażata fuq l-ispazju u l-għarfien sitwazzjonali dwar l-ispazju; jitlob li ssir kooperazzjoni mill-qrib tal-programmi MUSIS, GMES u EDRS għall-osservazzjoni tad-Dinja u li jiġu armonizzati l-istandards tal-infrastrutturi għad-dejta spazjali ċivili u militari; jitlob li l-proġett GMES ikompli jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-UE taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (2014-2020);

(D)     Il-bini ta' bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea

42.

Ifakkar fil-ħtieġa li jsir progress fil-konsolidazzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea, peress li minħabba teknoloġiji li dejjem qed isiru sofistikati, kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, u baġits tad-difiża li qed jonqsu, fl-ebda Stat Membru tal-UE tista’ l-industrija tad-difiża tibqa’ sostenibbli fuq bażi strettament nazzjonali; jiddeplora l-fatt li, filwaqt li nkiseb ċertu livell ta’ konċentrazzjoni fl-industriji ajruspazjali Ewropej, is-setturi tat-tagħmir tal-art u tagħmir navali għadhom frammentati ħafna bejn il-pajjiżi; iwissi lill-Istati Membri kontra l-possibilità li t-tnaqqis fl-investiment tad-difiża se jesponi lill-industriji tad-difiża u tal-innovazzjoni teknoloġika għar-riskji li jiġu kkontrollati mis-setgħat terzi b’interessi strateġiċi differenti;

43.

Iqis li armonizzazzjoni tar-rekwiżiti militari, permezz ta' proċess ta' eżamijiet mill-ġdid ikkoordinati dwar is-sigurtà u d-difiżà kif deskritt taħt (A), għandha twassal għal armonizzazzjoni ta' akkwist ta' tagħmir fost l-Istati Membri tal-UE, li huwa l-ewwel prerekwiżit għal ħolqien ta' kundizzjonijiet rigward id-domanda għal ristrutturar transnazzjonali b'suċċess tal-industrija tad-difiża fl-Ewropa;

44.

Filwaqt li jirrikonoxxi li waħda mill-konsegwenzi tar-ristrutturar se tkun l-abbandun ta’ ċerti kapaċitajiet industrijali nazzjonali vijabbli, jenfasizza li kwalunkwe pjan fit-terminu medju jew twil għal tali ristrutturar għandu jkollu l-għan li jkollu l-anqas impatt fuq l-impjieg; jirrakkomanda, għalhekk, li jkun hemm rijorjentazzjoni u sinerġiji akbar, abbażi ta’ aktar speċjalizzazzjoni, interoperabilità u kumplimentarjetà; jitlob li jsir użu aħjar tal-finanzjament tal-UE, bħal pereżempju l-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex jiġu appoġġjati l-antiċipazzjoni u l-adattament għal bidla;

45.

Jenfasizza li l-promozzjoni ta’ bażi Ewropea tad-difiża, teknoloġika u industrijali tista’ toħloq impjiegi sostenibbli għaċ-ċittadini Ewropej fl-industriji tad-difiża tal-UE;

46.

Fil-kuntest tar-ristrutturar tal-industrija, jissottolinja wkoll l-importanza li tiġi żgurata li s-sigurtà tal-provvista ma tkunx f'riskju; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw malajr reġim komprensiv u ambizzjuż dwar is-sigurtà tal-provvista fl-UE kollha u li jkun ibbażat fuq sistema ta' garanziji reċiproki; iħeġġeġ lill-Istati Membri, bħala l-ewwel passi lejn dan l-objettiv, jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tad-Direttiva dwar it-trasferimenti u jgħaġġlu l-ħidma biex joperazzjonalizzaw l-Arranġament Qafas tal-2006 għas-Sigurtà tal-Provvista f'Ċirkustanzi ta' Urġenza Operattiva;

47.

Iħeġġeġ l-EDA tiżviluppa aktar opinjoni Ewropea komuni dwar il-kapaċitajiet industrijali ewlenin li għandhom jiġu ppreservati jew żviluppati fl-Ewropa; bħala parti minn dan l-isforz, jistieden lill-Aġenzija tanalizza dependenzi fuq teknoloġiji u sorsi ta’ provvista mhux Ewropej tal-għoti ta’ awtonomija strateġija Ewropea u tagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti għall-Istati Membri, f’konformità mal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea li għandha wkoll ċerti programmi intiżi li jnaqqsu d-dependenza tal-Ewropa fuq il-provvista u l-enerġija;

48.

Jemmen li l-programmi ta' armamenti kollaborattivi, bħal pereżempju dawk mibdija mill-EDA u mmaniġġjati mill-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fl-Armamenti (OCCAR), jirrappreżentaw għodod vitali għat-tnaqqis tal-ispejjeż ta' żvilupp, l-appoġġ tal-konsolidazzjoni tal-industrija, trawwim tal-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità, u t-tisħiħ tal-kompetittività globali; jissottolinja r-rwol tal-EDA fil-faċilitazzjoni tat-traduzzjoni tal-ħtiġijiet tal-kapaċitajiet fil-programmi ta' kooperazzjoni u fl-identifikazzjoni ta' opportunitajiet biex ikun hemm kooperazzjoni bikrija fiċ-ċiklu tal-ħajja; jitlob lill-EDA tkompli l-ħidma dwar il-Bażi tad-Dejta Kollaborattiva għat-tqabbil ta' proġġetti nazzjonali bħala opportunitajiet kooperattivi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimlew din il-bażi tad-dejta; jitlob lill-EDA tippreżenta Gwida għall-Aħjar Prattika dwar il-Kooperazzjoni tal-Armamenti, kif ipprovdut fl-Istrateġija Ewropea ta' Kooperazzjoni fil-qasam tal-Armamenti;

49.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jevitaw ftehimiet riġidi dwar kondiviżjoni ta’ xogħol fi programmi konġunti dwar armamenti, u jinnota l-effetti negattivi tal-prinċipju ta’ “juste retour” f’termini ta’ distribuzzjoni ineffiċjenti ta’ xogħol, li twassal għall-implimentazzjoni aktar bil-mod u spejjeż ogħla; jitlob għall-prinċipju ta’ “juste retour” li jinbidel f’kunċett ħafna aktar flessibbli ta’ “bilanċ globali”, li jippermetti kompetizzjoni effikaċi fl-UE kollha għall-għażla ta’ kuntratturi, dejjem jekk jintlaħaq livell ta’ bilanċ adegwat biex jiġi żgurat li l-industriji ta’ daqs medju jkunu jistgħu jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet mal-industriji l-kbar; jilqa’ l-fatt li l-“bilanċ globali” jintuża fil-programm ta’ investiment konġunt tal-EDA dwar il-protezzjoni tal-forza, u jitlob lill-Aġenzija timplimenta dan il-kunċett fl-attivitajiet differenti kollha tagħha, bl-għan finali li tikkonforma mal-opportunitajiet indaqs fis-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u b’kunsiderazzjoni tal-interessi tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

50.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-esperjenza ta' ġestjoni tal-OCCAR għall-implimentazzjoni tal-programmi konġunti, kif ippreparati mill-EDA, u jħeġġeġ lill-EDA u lill-OCCAR jikkonkludu ftehim amministrattiv dwar il-kooperazzjoni tagħhom; ifakkar li kull Stat Membru tal-UE jista' jissieħeb mal-OCCAR jekk tkun ir-rieda tiegħu u jekk jissodisfa l-kriterji ta' sħubija;

51.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw flimkien biex jiżguraw sigurtà ċibernetika, bħala aspett integrali tas-settur tad-difiża;

52.

Jinnota li l-kunċett ta’ bażi industrijal u teknoloġika tad-difiża Ewropea (DTIB) mhux dejjem jiġi definit legalment fil-livell Ewropew u jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA janalizzaw il-kriterji possibbli ta’ definizzjoni bħal din u l-impatt tagħhom; jenfasizza, f’dan ir-rigward li wieħed mill-kriterji importanti jista’ jkun il-valur miżjud teknoloġiku ġġenerat mill-fatt li l-uffiċċji tad-disinn ikunu jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-istabbiliment ta' Għan Primarju Industrijali tad-Difiża biex tkun ipprovduta viżjoni ċara fit-tul għall-iżvilupp tal-EDTIB;

53.

Jinnota l-importanza – għal industrija tad-difiża Ewropea kompetittiva – ta’ kooperazzjoni industrijali trans-Atlantika, li tista' tiffaċilita l-aċċess għal teknoloġiji ġodda, tippromwovi l-iżvilupp ta’prodotti avvanzati u tipprovdi inċentivi biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jitnaqqas il-ħin taċ-ċiklu ta' produzzjoni; jinnota wkoll il-potenzjal ta' kooperazzjoni ma' sħab esterni oħrajn;

(E)     L-Istabbiliment ta' suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża

54.

Ifakkar li, sabiex tiżdied il-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea, kif ukoll biex jigi żgurat li l-interessi tal-kontribwent tat-taxxa huma salvagwardjati sew, l-Istati Membri jeħtieġu minnufih itejbu t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tas-swieq tad-difiża tagħhom; iqis li d-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist pubbliku fid-difiża u s-sigurtà sensittiva ssaħħaħ is-suq uniku billi tnaqqas id-diversità tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku fis-settur tad-difiża u billi tiftaħ is-swieq nazzjonali għal iktar kompetizzjoni, u jfakkar li l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva hi l-21 ta’ Awwissu 2011; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta fi żmien xieraq dwar il-miżuri ta' traspożizzjoni mill-Istati Membri, u tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tiżgura t-traspożizzjoni puntwali u konsisteni u l-implimentazzjoni korretta;

55.

Jenfasizza li d-direttiva hija mfassla apposta għall-ispeċifiċitajiet tal-kuntratti ta’ akkwist fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li, konsegwentement, kull eżenzjoni tal-kuntratti mil-liġi tal-UE fuq il-bażi tal-Artikolu 346 tat-TFUE tista’ titqies legali biss f’każijiet eċċezzjonali u debitament sostanzjati sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tas-sigurtà nazzjonali essenzjali; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li d-direttiva, kif ukoll id-deroga taħt l-Artikolu 346 TFUE, jiġu applikati; jenfasizza li dan jibbenefika minn evalwazzjoni mill-Kummissjoni li tirrapporta dwar il-prattiki tajba kif ukoll il-każijiet ta’ applikazzjoni ħażina tar-regoli l-ġodda;

56.

Jenfasizza li, b’konformità mal-isforzi għaddejjin bħalissa mmirati lejn il-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-qafas Ewropew tal-akkwist pubbliku b'mod ġenerali, l-objettivi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u t-tnaqqis tal-piżijiet għandhom jirriflettu fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva, u li, sabiex tkun faċilitata l-proċedura tas-sejħiet għal offerti transkonfinali, hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti r-rekwiżiti tekniċi mhux kompatibbli jew mhux proporzjonati li jikkostitwixxu ostakoli għas-suq intern; ifakkar, barra minn hekk, li s-sottokuntratturi ma għandhomx ikunu ddiskriminati abbażi tan-nazzjonalità tagħhom;

57.

Ifakkar li r-reġim stabbilit mill-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Akkwist tad-Difiża tal-EDA u l-Kodiċi tal-Aħjar Prattika fil-Katina tal-Provvista jkun applikabbli biss għall-kuntratti koperti mid-deroga taħt l-Artikolu 346 tat-TFUE; jistieden lill-EDA u lill-Kummissjoni terġa' tivvaluta r-relevanza ta' dan ir-reġim wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar l-akkwist tad-difiża;

58.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu bħala prijorità ewlenija l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-akkwist tad-difiża, partikolarment permezz tal-implimentazzjoni adegwata tad-Direttiva, filwaqt li jiddeplora l-effetti devastanti tal-korruzzjoni speċjalment rigward l-ispejjeż stmati għolja żżejjed, l-akkwist ta’ tagħmir mhux neċessarju, inadegwat jew mhux ottimali, xkiel għall-akkwist konġunt u programmi kollaborattivi, xkiel għall-aċċess għas-suq u, b’riżultat ta’ dan kollu, ikun hemm piż kbir fuq il-baġits nazzjonali; barra milli jiġu ġeneralizzati proċeduri ta’ akkwist pubbliku trasparenti u kompetittivi, jirrakkomanda bil-qawwa li jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet tal-kompendju tal-aħjar prattiki tan-NATO/DCAF dwar il-Bini tal-Integrità u t-Tnaqqis tal-Korruzzjoni fid-Difiża; jissottolinja eżempji pożittivi bħall-kunċett ta’ “patti tal-integrità tad-difiża” bejn il-gvern u l-offerenti bil-parteċipazzjoni ta’ osservaturi indipendenti, jew is-sorveljanza parlamentari sistematika tal-istadji kollha fil-proċeduri tal-akkwist li jkunu aktar minn ċertu limitu kif prattikat f’diversi Stati Membri;

59.

Jenfasizza li r-rekwiżiti ta’ kumpens jistgħu, fil-prinċipju, jiġu ġġustifikati biss jekk ikunu meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi ta’ sigurtà essenzjali skont l-Artikolu 346 tat-TFUE, u li għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji ta’ trasparenza u jeħtieġ partikolarment li ma jikkawżawx riskji ta’ korruzzjoni jew ifixklu l-funzjonament tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża;

60.

Jitlob lill-Istati Membri, lill-EDA u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien sabiex bilmod ineħħu r-rekwiżiti ta’ kumpens, filwaqt li jrawmu l-integrazzjoni tal-industriji Stati Membri iżgħar fil-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea permezz ta' mezzi oħra għajr il-kumpens;

61.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-EDA jikkunsidraw mezzi sabiex jindirizzaw ukoll prattiki ta' suq oħra li huma ta' xkiel, bħal pereżempju l-għajnuna mill-Istat u l-appoġġ għall-esportazzjoni, billi jibnu fuq l-inizjattiva ta' Opportunitajiet Indaqs tal-EDA;

62.

Iqis li, fil-kuntest baġitarju attwali, il-prinċipju tal-preferenza Ewropea fl-akkwist pubbliku ta’ tagħmir tad-difiża jista’ jitqies bħala forma ta’ solidarjetà Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA jippreżentaw analiżi tal-kost-benefiċċju ta’ proċedura ta’ preferenza Ewropea għal ċerti tipi ta’ tagħmir tad-difiża fid-dawl tal-importanza li tinżamm l-indipendenza strateġika u fejn m’hemm l-ebda reċiproċità ta’ aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi; jenfasizza l-importanza tal-iżgurar ta’ iktar aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi għall-prodotti Ewropej tad-difiża;

63.

Ifakkar li l-piż amministrattiv tal-obbligi tal-liċenzjar fil-kummerċ intra-UE għall-prodotti tad-difiża kellu effett ta' tfixkil fuq il-konsolidazzjoni tal-industrija u kien ostaklu maġġuri għall-programmi transnazzjonali kollaborattivi dwar l-armamenti; ifakkar li d-data tal-għeluq għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE dwar it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fl-UE skadiet fit-30 ta' Ġunju 2011 u li l-Istati Membri huma meħtieġa japplikaw regoli ġodda mit-30 ta' Ġunju 2012; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta fi żmien xieraq dwar il-miżuri ta’ traspożizzjoni mill-Istati Membri, u tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta;

64.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mil-liċenzji ġenerali ġodda għall-konsenji lill-forzi armati ta' Stati Membri oħra bħala strument importanti għat-titjib tal-provvista tas-sigurtà fl-UE kollha;

65.

Jenfasizza li s-suċċess tad-Direttiva, b’mod partikolari rigward il-liċenzji għat-trasferimenti bejn il-kumpaniji, tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-fiduċja li l-Istati Membri għandhom fil-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ xulxin; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw strettament mal-obbligi stipulati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari, u li jiżguraw li jivvalutaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji skont it-tmien kriterji kollha kif meħtieġ; jitlob lil Viċi President/Rappreżentant Għoli jevalwa l-konformità tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tal-politika kummerċjali u barranija, inkluża l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mal-prinċipji demokratiċi fil-pajjiżi li jimpurtaw;

66.

Itenni l-importanza fundamentali tal-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tad-difiża għall-istabbiliment ta' suq tad-difiża uniku Ewropew, kif ukoll għall-iżgurar ugwali tal-interoperabilità u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni fuq il-programmi tal-armanenti, proġetti ta' akkomunament u kondiviżjoni, u operazzjonijiet; iħeġġeġ lill-EDA, lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjonijiet tal-Istandards Ewropew (CEN, CENELEC, ETSI), b'kooperazzjoni mal-industrija u partikolarment l-Aġenzija ta' Standardizzazzjoni tan-NATO, biex iħaffu l-ħidma dwar it-tnaqqis tad-diverġenzi fl-istandards fl-industriji tad-difiża u s-sigurtà, u bejn it-tagħmir ċivili u militari; jippromwovi l-użu u l-iżvilupp addizzjonali tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Istandards tad-Difiża Ewropea u l-Manwal Ewropew għall-Akkwisti tad-Difiża;

67.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintroduċu ċertifikat pan-Ewropew għall-prodotti ta' sigurtà u difiża biex itemm s-sitwazzjoni mhux sostenibbli fejn ittestjar separat huwa meħtieġ f'kull Stat Membru; jirrimarka li dan il-proċess li jaħli ħafna ħin u li huwa ta' piż jgħolli b'mod sinifikanti l-ispejjeż tal-manifatturi, b'hekk huwa ta' dannu għall-kompetittività tagħhom sa punt li hu projbittiv speċjalment għall-kumpaniji ż-żgħar; jappoġġja l-ħidma tal-EDA dwar in-navigabbiltà militari u jħeġġeġ lill-Istati Membri jħaffu l-ħidma dwar il-formazzjoni ta' Organizzazzjoni Konġunta Ewropea dwar in-Navigabbiltà bħala l-kontraparti mililtari għall-Aġenzija Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ajru;

68.

Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni u l-konsolidazzjoni li ssemmew hawn fuq għandhom ikunu parti minn proċess immexxi mill-UE, u mhux mill-industriji, għall-benefiċċju tal-interessi Ewropej u tal-ħtiġijiet reali tas-soċjetà, u li l-parteċipazzjoni fil-programmi u s-sinerġiji komuni tal-UE, bi prinċipju, għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha;

(F)     Is-sejba ta' forom ġodda ta' finanzjament fuq livell tal-UE

69.

Jinsab konvint li, speċjalment fil-kuntest tal-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali ġdid, teħtieġ li ssir riflessjoni dwar il-possibbiltajiet għall-baġit tal-UE biex jgħinu lill-Istati Membri jilħqu l-għanijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża komuni b’mod aktar kosteffiċjenti;

70.

Kif stipulat taħt (C) hawn fuq, jitlob għat-tisħiħ mill-ġdid u l-estensjoni tar-riċerka ta' sigurtà taħt il-Programm Qafas tar-Riċerka, għall-użu tal-Artikolu 185 tat-TFUE biex jikkoofinanzja programmi eżistenti ta' riċerka u żvilupp, kif ukoll għat-tħejjija ta' tema ġdida għar-riċerka dwar id-difiża b'applikazzjonijiet ċivili-militari sabiex tistimula r-riċerka kollaborattiva dwar id-difiża;

71.

Huwa tal-opinjoni li l-fondi tal-UE għandhom jintużaw biex irawmu l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u b’hekk jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ netwerks bejn l-industrija, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u d-dinja tal-akkademiċi; jitlob li jsiru l-arranġamenti neċessarji sabiex jippermettu l-pagament ta’ stipendji ta’ kadetti li qed jipparteċipaw fi programmi “militari tal-Erasmus” mill-baġit tal-UE, sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-istudenti f’istituzzjonijiet ċivili ta’ edukazzjoni ogħla u għalhekk jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-kultura u tal-approċċ tas-sigurtà komuni;

72.

Jirrakomanda l-finanzjament tal-attivitajiet tal-Kulleġġ Ewropew tas-Sigurtà u d-Difiża, immirat għat-taħriġ tal-esperti ċivili u militari fil-ġestjoni tal-kriżi u l-PSDK, u l-promozzjoni ta' kultura komuni tas-sigurtà fl-UE, permezz tal-Istrument għall-Istabilità;

73.

Iħeġġeġ li jsir aktar żvilupp tar-rwol tal-Kulleġġ bħala forum għal kooperazzjoni bejn l-akademji nazzjonali għad-difiża u l-istituzzjonijiet ċivili għat-taħriġ tas-sigurtà, sabiex jiġu identifikati u żviluppati wkoll possibbiltajiet li jiffrankaw il-flus ta' akkomunament u kondiviżjoni ta' proġetti bejniethom; jitlob lill-Istati Membri jibdlu l-Kulleġġ f’istituzzjoni akkademika reali, u minħabba l-orjentazzjoni qawwija tiegħu ċivili militari, jissuġġerixxi li jkun iffinanzjat mill-UE taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss;

74.

Jitlob lill-atturi kollha relevanti jivvalutaw jekk l-assi li huma propjetà tal-UE skont il-mudell Galileo, kif stipulat taħt (B), humiex għażla vijabbli u kosteffettiva, speċjalment f’oqsma bħat-trasport strateġiku u tattiku jew is-sorveljanza;

75.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-baġit tal-EDA bħala kwistjoni ta’ prijorità, filwaqt li jirrikonoxxu l-valur miżjud tal-Aġenzija fil-kumpens, permezz tal-kooperazzjoni, għal tnaqqis deċiż f’livell nazzjonali; jiddeplora l-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-EDA ma pprovdietx lill-Aġenzija b’qafas baġitarju multiannwali komparabbli mal-baġit ġenerali tal-UE;

76.

Jindika li ċ-Ċentru Satellitari tal-UE, li jopera b’baġit modest, wera l-effiċjenza u l-valur miżjud tiegħu permezz ta’ varjetà ta’ operazzjonijiet tas-sigurtà u d-difiża; ifakkar id-domanda li qed tikber għall-immaġini satellitari, inkluż wara l-avvenimenti reċenti fl-Afrika ta’ Fuq; jitlob lill-Istati Membri jipprovdu ċ-Ċentru b’baġit ikbar u, b’mod partikolari minħabba l-użu ċivili militari tiegħu, huwa tal-fehma li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-UE;

77.

Jilqa’ l-isforzi tal-Presidenza tal-Kunsill Pollakk biex isir eżami mill-ġdid tal-mekkaniżmu ta’ ATHENA; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistinkaw aktar biex jaslu għal qbil fir-rigward tal-finanzjament komuni; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw, bħala parti mill-eżami mill-ġdid tal-mekkaniżmu ATHENA, il-possibbiltà li jiġi estiż il-mekkaniżmu sabiex jiġi pprovdut ukoll finanzjament komuni għal azzjonijiet jew akkwisti li jappoġġjaw l-għan ta’ kosteffiċjenza akbar fid-difiża Ewropea, iżda li ma jistgħux ikunu ffinanzjati mill-baġit tal-UE, b’mod partikolari finanzjament komuni tat-tagħmir ipprovdut;

*

* *

78.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarji Ġenerali tan-NATO.


(1)  ĠU L 183, 13.7.2011, p. 16.

(2)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0228.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0419.

(6)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 63.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/21


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Samit UE-Russja

P7_TA(2011)0575

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar is-Samit UE-Russja li se jsir fil-15 ta' Diċembru 2011 u l-eżitu tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-4 ta' Diċembru 2011

2013/C 168 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar is-Samit UE-Russja fid-9 u l-10 ta' Ġunju 2011 (1) u tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar is-Samit UE-Russja (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet UE-Russja fosthom ir-riżoluzzjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat Russu f’Diċembru 2011, flimkien mar-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 (3) dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2009 u l-politika tal-UE dwar dan is-suġġett (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa (5), u n-negozjati li nbdew fl-2008 dwar ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja, kif ukoll is-“Sħubija għall-Modernizzazzjoni” li nbdiet fl-2010,

wara li kkunsidra l-objettiv kondiviż mill-UE u r-Russja, stabbilit fid-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-11-il Samit UE-Russja li sar f'San Pietruburgu fil-31 ta' Mejju 2003, dwar il-ħolqien ta' spazju ekonomiku komuni, spazju komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, spazju komuni ta' kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà esterna u spazju komuni ta' riċerka u edukazzjoni, inklużi l-aspetti kulturali (“l-erba' spazji komuni”),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali u r-Rakkomandazzjonijiet konġunti tal-laqgħa tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u r-Russja tad-19 u l-20 ta' Settembru 2011 f’Varsavja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill Permanenti ta' Sħubija UE-Russja dwar il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja maħruġa fil-11 ta' Ottubru 2011 f'Varsavja,

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet tal-VP/RGħ, Catherine Ashton, fit-tmien laqgħa tal-Kunsill Permanenti ta' Sħubija UE-Russja fis-17 ta' Novembru 2011 f'Moska,

wara li kkunsidra l-aktar Djalogu reċenti bejn l-UE u r-Russja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-29 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-VP/RGħ, Catherine Ashton, dwar l-elezzjonijiet tad-Duma fil-Federazzjoni Russa tas-6 u s-7 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preliminari tal-5 ta’ Diċembru ppreżentati mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE/ODIHR), l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE (OSCE PA) u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) wara l-missjoni internazzjonali ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat fl-4 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-aġenda tas-Samit UE-Russja fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE u r-Russja huma reċiprokament interdipendenti, kemm ekonomikament kif ukoll politikament; billi għalhekk kooperazzjoni msaħħa u relazzjonijiet ta’ ġirien tajba bejn l-UE u r-Russja huma ta' importanza kbira għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa u lil hinn minnha; billi l-Unjoni Ewropea tibqa’ kommessa li tapprofondixxi u tiżviluppa ulterjorment ir-relazzjonijiet bejnha u r-Russja, abbażi ta' impenn profond favur prinċipji demokratiċi; billi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa tibqa' tal-akbar importanza għall-bini ta’ sħubija strateġika ġenwina;

B.

billi s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija hija waħda mill-akbar sfidi għall-UE u waħda mill-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni mar-Russja; billi huwa tal-akbar importanza li l-UE titkellem b’vuċi waħda u turi solidarjetà interna qawwija;

C.

billi r-Russja, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għandha responsabbiltà konġunta mal-membri l-oħra biex iżżomm l-istabbiltà globali; billi ħafna sfidi fuq il-livell internazzjonali – partikolarment dawk fil-viċinat komuni (in-Nofsinhar tal-Kawkasu u r-Repubblika tal-Moldova), l-Afrika ta’ Fuq, is-Sirja, il-Lvant Nofsani, l-Iran, it-terroriżmu, is-sigurtà tal-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-kriżijiet finanzjarji – jistgħu jingħelbu biss permezz ta' approċċ koordinat li jinkludi lir-Russja;

D.

billi l-Federazzjoni Russa hija membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u għalhekk impenjat ruħha favur il-prinċipji tad-demokrazija u tar-rispett għad-drittijiet fundamentali; billi għad hemm tħassib rigward is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-miżuri ripressivi meħuda kontra ġurnalisti u l-oppożizzjoni;

E.

billi l-2011 tirrappreżenta l-għoxrin anniversarju mid-dissoluzzjoni tal-USSR, avveniment mill-akbar fl-istorja Ewropea; billi għandu jiġi rikonoxxut il-kontribut li għamlu f’dawk l-avvenimenti l-persuni li attivament opponew it-totalitarjaniżmu u taw sehemhom biex isseħħ il-liberazzjoni minnu;

F.

billi fit-12 ta' April 2011, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem esprimiet il-kritika tagħha dwar il-proċeduri kkumplikati ta' reġistrazzjoni għall-partiti politiċi fir-Russja, li mhumiex konformi mal-istandards elettorali stabbiliti mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-OSCE; billi għad hemm preokkupazzjonijiet serji rigward id-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-partiti politiċi biex jieħdu sehem fl-elezzjonijiet, fatt li effettivament ixekkel il-kompetizzjoni politika u l-pluraliżmu fir-Russja u jnawwar il-leġittimità tal-elezzjonijiet;

G.

billi kienu rrappurati ħafna irregolaritajiet tul il-ġurnata tal-elezzjoni, inkluż każijiet fejn persuni vvutaw f'iktar minn post wieħed (l-hekk-imsejħa “karużelli bix-xarabank”), it-tixkil tal-osservaturi tal-partiti u t-tfigħ ta' voti żejda fil-kaxxi tal-voti; billi l-pulizija arrestat mijiet ta’ attivisti tal-oppożizzjoni li ppruvaw jorganizzaw manifestazzjonijiet fl-4 ta’ Diċembru 2011 u fil-jiem ta’ wara f’Moska, f’San Pietruburgu u fi bliet Russi oħra biex jipprotestaw kontra kif saru l-elezzjonijiet;

H.

billi fl-10 ta’ Diċembru 2011 tal-inqas 50 000 persuna ddimostraw fil-pjazza Bolotnaya f’Moska u talbu t-tħassir tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-4 ta’ Diċembru 2011, elezzjonijiet ġodda, ir-riżenja tal-kap tal-Kummissjoni Elettorali, investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet ta’ tbagħbis tal-votazzjoni u l-ħelsien immedjat ta’ dimostranti li sfaw arrestati; billi seħħew manifestazzjonijiet simili fi bliet oħra Russi;

I.

billi għaddiet sena minn meta l-Parlament Ewropew stieden lill-Kunsill, "fl-assenza ta' mossi pożittivi mill-awtoritajiet Russi li jibdew jikkoperaw u jinvestigaw il-każ ta' Sergey Magnitsky, biex jinsisti li l-awtoritajiet Russi jipproċedu kontra min hu responsabbli u jqis l-impożizzjoni ta' projbizzjoni tad-dħul fl-UE", u wkoll ħeġġeġ “lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE jikkooperaw fl-iffriżar tal-kontijiet tal-bank u l-assi l-oħra tal-uffiċjali Russi fl-Istati Membri kollha tal-UE" (6);

1.

Jerġa’ jafferma t-twemmin tiegħu li r-Russja għadha wieħed mis-sħab l-iktar importanti tal-Unjoni Ewropea fil-bini ta’ kooperazzjoni strateġika, peress li t-tnejn mhux biss għandhom interessi ekonomiċi u kummerċjali komuni, iżda għandhom ukoll l-objettiv li jikkooperaw flimkien mill-qrib fil-livell dinji;

2.

Jistieden lill-UE u lir-Russja jieħdu l-opportunità tas-samit li se jsir biex iħaffu n-negozjati dwar Ftehim ġdid ta' Sħubija u Kooperazzjoni; itenni l-appoġġ tiegħu għal ftehim komprensiv u legalment vinkolanti li jkopri kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali u li jkun jinkludi l-oqsma kollha relatati mad-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-fehma tiegħu li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ li jkunu parti integrali ta’ dan il-ftehim, b'mod partikolari,fir-rigward tad-definizzjoni u l-inklużjoni ta' klawsola effikaċi u operattiva tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jitlob li jsir sforz akbar biex tinġieb 'il quddiem is-Sħubija għall-Modernizzazzjoni bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza l-fiduċja tiegħu li s-Sħubija għall-Modernizzazzjoni se tippromwovi r-riforma u tagħti spinta mġedda għar-relazzjoni bejn l-UE u r-Russja u tiżviluppa l-kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku fil-kummerċ, l-ekonomija u s-sigurtà tal-enerġija, filwaqt li tagħti kontribut għall-irkupru ekonomiku; huwa tal-fehma li s-Sħubija għall-Modernizzazzjoni jeħtiġilha timxi id f’id ma’ proċess ambizzjuż ta’ riformi domestiċi li jinkludu l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u ta’ sistema legali affidabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Gvern Russu, f'dan ir-rigward, jiddefinixxu l-passi meħtieġa li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

4.

Jilqa' favorevolment l-ikkompletar tan-negozjati dwar l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO, li se tgħin biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-komunitajiet kummerċjali fuq iż-żewġ naħat u se tiffaċilita u tilliberalizza l-kummerċ fl-ekonomija dinjija; jenfasizza li, bl-adeżjoni, ir-Russja għandha l-obbligu legali li tissodisfa r-regoli kollha tad-WTO, fosthom ir-rinunzja ta' miżuri protezzjonisti; jesprimi, f'dan il-kuntest, il-preokkupazzjoni tiegħu rigward l-unjoni doganali bejn ir-Russja, il-Kazakistan u l-Bjelorussja, li wasslet għal tariffi konsolidati ogħla; jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li s-sħubija tar-Russja fid-WTO se tkun pass importanti għall-approfondiment tal-integrazzjoni ekonomika bilaterali, anke permezz tal-konklużjoni tan-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehim il-ġdid;

5.

Jisħaq fuq l-importanza li tiġi intensifikata s-sħubija mar-Russja fl-enerġija; itenni li l-provvista tar-riżorsi naturali m'għandhiex tintuża bħala għodda politika; jissottolinja l-importanza reċiproka ta’ kollaborazzjoni fil-qasam tal-enerġija, li tirrappreżenta opportunità għal kummerċ u kollaborazzjoni ekonomika ulterjuri f’suq miftuħ u trasparenti, fejn tkun mifhuma għalkollox il-ħtieġa tal-UE li tiddiversifika l-kanali tat-trasport u l-fornituri tal-enerġija; jenfasizza li l-prinċipji tal-interdipendenza u t-trasparenza għandhom ikunu l-bażi ta' din il-kooperazzjoni, flimkien ma' aċċess ugwali għas-swieq, l-infrastruttura u l-investiment u qafas vinkolanti tal-enerġija li jiggarantixxi provvista affidabbli u sigura tal-enerġija msejsa fuq standards indaqs għall-Istati Membri kollha;

6.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-prinċipji tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll ta' Tranżitu anness miegħu jiġu inklużi fi Ftehim ta' Sħubija ġdid bejn l-UE u r-Russja; jilqa’ l-iffirmar fi Frar 2011 ta’ Mekkaniżmu aġġornat ta’ Twissija Bikrija biex jitjieb aktar il-koordinament f’każ ta’ emerġenzi tal-provvista jew tad-domanda;

7.

Jenfasizza li l-UE għandha twessa’ l-kooperazzjoni tagħha mar-Russja fil-qasam tal-enerġija għal oqsma oħrajn, bħalma huma l-effiċjenza enerġetika u r-riċerka f’teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli; itenni li l-ftehimiet intergovernattivi u kummerċjali fil-qasam tal-enerġija bejn lir-Russja u entitajiet Ewropej għandhom ikunu konformi mal-obbligi legali taż-żewġ naħat;

8.

Iħeġġeġ lil-Federazzjoni Russa tintensifika l-kontribut tagħha biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, permezz ta' tnaqqis domestiku fil-gassijiet serra u l-parteċipazzjoni tagħha f'negozjati internazzjonali għal qafas komprensiv tal-politika tal-klima għal wara l-2012 skont il-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto; f'dan il-kuntest, jenfasizza li, biex jilħqu t-tnaqqis meħtieġ sal-2020 meta mqabbel mal-emissjonijiet tal-1990 għall-pajjiżi tal-Anness I, il-pajjiżi industrijalizzati kollha jeħtieġ li jimpenjaw ruħhom fir-rigward ta' miri li jirrappreżentaw tnaqqis sinifikanti mil-livelli attwali ta' emissjonijiet u jżidu l-qbid tal-karbonju fil-foresti;

9.

Jistieden lir-Russja, f’dan ir-rigward, tirratifika immedjatament il-konvenzjoni UNECE (Espoo) u tottempera ruħha magħha, u jfakkar fl-impenn tar-Russja li tiżviluppa standards unifikati għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali fi proġetti transkonfinali;

10.

Jirrikonoxxi l-konklużjonijiet konġunti tal-11 ta' Ottubru 2011 li jħabbru l-finalizzazzjoni tal-lista ta' Passi Komuni lejn sistemi bla ħtieġa ta' viża u jappoġġja l-approvazzjoni uffiċjali u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħha; ifakkar fl-importanza li tiġi żgurata koerenza reġjonali fl-approċċ adottat fil-konfront tal-liberalizzazzjoni tal-viża mar-Russja u mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jilqa' favorevolment il-finalizzazjzoni tan-negozjati dwar emendi għall-Ftehim eżistenti UE-Russja tal-2006 dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża u l-istabbiliment ta’ Djalogu UE-Russja dwar il-Migrazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni effikaċi tal-ftehim UE-Russja dwar ir-riammissjoni; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni dwar l-immigrazzjoni illegali, kontrolli mtejba fil-punti ta' kontroll fuq il-fruntiera u skambju ta' informazzjoni dwar it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

11.

Jilqa' favorevolment il-proposta biex jiġi ssimplifikat it-Traffiku Lokali tal-Fruntiera fir-Reġjun tal-Kaliningrad Oblast u jissottolinja li dan jikkontribwixxi għall-promozzjoni ulterjuri tas-sħubija strateġika bejn l-UE u r-Russja, skont il-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali tal-Ispazju Komuni ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

12.

Jieħu nota tar-riżultat tal-elezzjonijiet tad-DUMA tal-4 ta' Diċembru 2011; jenfasizza li l-mod li bih tmexxew l-elezzjonijiet juri li r-Russja ma tissodisfax l-istandards elettorali kif definiti mill-OSCE; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu fir-rigward ta' rapporti ta' frodi u tas-sejbiet preliminari tar-rapport tal-OSCE/ODIHR dwar il-vjolazzjonijiet proċedurali, in-nuqqas ta' imparzjalità tal-midja, il-fastidju fil-konfront ta' osservaturi indipendenti u n-nuqqas ta' separazzjoni bejn il-partit u l-istat;

13.

Itenni mill-ġdid li l-proċess ikkumplikat ta' reġistrazzjoni wassal għall-esklużjoni ta' bosta partiti tal-oppożizzjoni u mill-bidu nett immina serjament il-libertà tal-assoċjazzjoni, il-kompetizzjoni politika u l-pluraliżmu;

14.

Jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Russi kontra ‧Golos‧, grupp Russu ta’ monitoraġġ, wara li dan stabilixxa sit speċjali tal-internet għar-reġistrazzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet elettorali;

15.

Jilqa' favorevolment id-dimostrazzjonijiet fir-Russja bħala espressjoni tar-rieda tal-poplu Russu għal aktar demokrazija; ikkundanna r-ripressjoni mill-pulizija ta’ dimostranti paċifiċi li pprotestaw kontra l-irregolaritajiet u l-frodi elettorali rrappurtati minn osservaturi internazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jirrispettaw il-libertà tal-għaqda u tal-espressjoni, ma jattakkawx lid-dimostranti paċifiċi u jeħilsu minnufih u bla kundizzjonijiet lil dawk li sfaw arrestati fil-kuntest tal-elezzjonijiet; jitlob li ssir investigazzjoni immedjata u sħiħa tar-rapporti kollha ta’ frodi u intimidazzjoni, li l-persuni responsabbli jiġu ssanzjonati, u jittama li l-ordni tal-President Medvedev li jsiru investigazzjonijiet dwar dan tirriżulta sostanzjali u trasparenti;

16.

Jieħu nota tas-sejħiet ta’ dan l-aħħar biex l-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat tal-4 ta' Diċembru 2011 jiġu annullati; jistieden lill-awtoritajiet Russi jindirizzaw komprensivament il-każijiet kollha ta’ abbużi elettorali bil-ħsieb li l-uffiċċjali involuti jiġu ssanzjonati u li l-votazzjoni terġa’ ssir fejn seħħew irregolaritajiet;

17.

Jitlob li jsiru elezzjonijiet ġodda, ħielsa u ġusti wara r-reġistrazzjoni tal-partiti tal-oppożizzjoni kollha;

18.

Jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jqajmu l-kwistjoni tal-elezzjonijiet tal-4 ta' Diċembru 2011 waqt is-samit, filwaqt li jħeġġu lir-Russja tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha li ġejjin, b’mod partikolari, mis-sħubija tar-Russja fil-Kunsill tal-Ewropa u fl-OSCE; jistieden lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSCE jivvalutaw l-ottemperanza tar-Russja mal-obbligi li joħorġu mis-sħubija tagħha f’dawn l-organizzazzjonijiet;

19.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jindirizzaw ir-riżultati tar-rapport ta' osservazzjoni tal-OSCE/ODIHR, jirriformaw il-liġijiet elettorali skont l-istandards tal-OSCE u tal-Kunsill tal-Ewropa u jissodisfaw dawk l-istandards fil-prattika, sabiex jiggarantixxu elezzjonijiet presidenzjali liberi u demokratiċi fl-2012, b'opportunitajiet indaqs għall-kandidati tal-oppożizzjoni; jistieden lir-Russja toħloq il-possibbiltà ta’ osservazzjoni suffiċjenti u effiċjenti tal-elezzjonijiet, skont l-istandards tal-OSCE/ODIHR u tal-Kunsill tal-Ewropa;

20.

Itenni l-preokkupazzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u dwar in-nuqqas ta' stat tad-dritt u ta' ġudikatura indipendenti; jesprimi t-tħassib serju tiegħu, b’mod speċjali, fir-rigward tal-każ ta' Sergey Magnitsky, inkluż dwar in-nuqqas ta’ sanzjoni għal dawk li nstabu ħatja ta’ mewtu; jieħu nota tar-rapport maħruġ f’Lulju 2011 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-President Medvedev, li pprovda evidenza li l-arrest ta’ Sergey Magnitsky kien kontra l-liġi u li ż-żamma tiegħu kienet ikkaratterizzata minn swat u tortura bil-għan li jiġġiegħel jammetti li kien ħati; jinnota li l-iState Department tal-Istati Uniti u l-Foreign Office tar-Renju Unit fl-2011 iddeċidew li jimponu projbizzjonijiet ta' viża fuq xi 60 uffiċjal Russu li jitqiesu konnessi mal-mewt ta’ Sergey Magnitsky, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Russi;

21.

Jistieden lill-Kumitat Investigattiv imexxi investigazzjoni komprensiva u bir-reqqa bla restrizzjonijiet, jippreżenta fil-pront konklużjonijiet konkreti u jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex dawk responsabbli jittellgħu l-qorti; jitlob li l-Kunsill, fil-każ li l-awtoritajiet Russi jissuktaw bin-nuqqas ta’ azzjoni, jikkunsidra azzjonijiet bħal projbizzjoni fl-UE kollha kemm hi u ffriżar tal-assi finanzjarji ta’ dawk li nstabu ħatja tat-tortura u l-mewt ta’ Sergey Magnitsky, kif ukoll tat-tentattiv ta’ ħabi tar-reat;

22.

Jisħaq fuq l-importanza ta’ skambju kontinwu ta' fehmiet dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Russja fi ħdan il-Konsultazzjonijiet UE-Russja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, bħala mezz biex jikkonsolida l-interoperabbiltà tal-partijiet fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni, u jitlob li l-format ta' dawn il-laqgħat jittejjeb sabiex isiru aktar effikaċi, b'attenzjoni speċjali għal azzjoni konġunta kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u li dan il-proċess jinfetaħ għal kontribut effikaċi mill-Parlament Ewropew, mid-Duma tal-Istat u minn NGOs tad-drittijiet tal-bniedem, sew jekk id-djalogu jsir fir-Russja kif ukoll jekk isir fi Stat Membru tal-UE;

23.

Jikkundanna l-proposti reċenti li l-informazzjoni pubblika dwar l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tiġi kkriminalizzata f’diversi reġjuni Russi u fil-livell federali;

24.

Jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jieħdu inizjattivi konġunti mal-Gvern Russu bl-għan li jsaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fil-viċinat komuni; jistieden lir-Russja tikkontribwixxi attivament biex tinstab soluzzjoni għall-“kunflitti ffriżati” fil-viċinat tagħha u tirrispetta is-sovranità u l-integrità territorjali tal-istati kollha involuti f’dawn il-“kunflitti ffriżati”;

25.

Itenni l-obbligu tar-Russja li timplimenta għalkollox il-Ftehim b'Sitt Punti dwar il-Waqfien mill-Ġlied, inkluż ir-rispett għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ġeorġja; jilqa' favorevolment ir-rieda tar-Russja li timxi 'l quddiem rigward ftehim ta' qafas fil-qasam tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet; jistieden lill-awtoritajiet Russi, f’dan ir-rigward, ikunu konsistenti u għaldaqstant jippermettu li l-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-UE fil-Ġeorġja jkollha aċċess għat-territorji okkupati tal-Abkażja u tan-Nofsinhar tal-Ossezja, bi qbil mal-Ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied tal-2008;

26.

Jappoġġja lill-Grupp ta' Minsk tal-OSCE u lill-Kopresident tiegħu fl-isforzi tagħhom rigward riżoluzzjoni tal-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh;

27.

Jilqa' favorevolment il-bidu mill-ġdid tan-negozjati fil-format 5+2 fir-rigward tal-kunflitt Transnistrijan u jieħu nota tal-ewwel laqgħa uffiċjali li saret fl-1 ta' Diċembru 2011, li, wieħed jittama, se tkun il-bidu ta' soluzzjoni għall-kunflitt;

28.

Iqis li r-Russja, li għandha s-setgħa tal-veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jeħtiġilha tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fil-kriżijiet inrternazzjonali; jenfasizza li l-isfidi f'livell internazzjonali b'mod partikolari fir-rigward tas-Sirja u l-Iran, ma jistgħux jiġu solvuti mingħajr approċċ koordinat li jinkludi lir-Russja; jistieden lir-Russja tadotta approċċ aktar kostruttiv, speċjalment fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jistieden lir-Russja tissieħeb fl-isforzi dinjija biex jitfixklu t-tentattivi tal-Iran ħalli jarrikkixxi l-uranju u attivitajiet nukleari oħra ta’ dan il-pajjiż maħsuba biex jibni armi nukleari; jistieden lill-awtoritajiet Russi jissieħbu fis-sanzjonijiet internazzjonali kontra entitajiet Iranjani b’rispons għall-attakk fuq l-Ambaxxata Britannika;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0268.

(2)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 101.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0335.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0489.

(5)  ĠU L 327, 28.11.1997, p. 1.

(6)  Ara r-riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 msemmija hawn fuq.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/26


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat

P7_TA(2011)0576

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2011/2157(INI))

2013/C 168 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-25 ta' Mejju 2011 dwar Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni (COM(2011)0303) u tat-8 ta' Marzu 2011 dwar Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran (COM(2011)0200),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2003 dwar Ewropa Estiża – Viċinat: Qafas Ġdid għar-Relazzjonijiet mal-Ġirien tagħna tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COM(2003)0104), tat-12 ta' Mejju 2004 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat - Dokument ta' Strateġija (COM(2004)0373), tal-4 ta' Diċembru 2006 dwar it-Tisħiħ tal-PEV (COM(2006)0726), tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar Politika Ewropea tal-Viċinat b'Saħħitha (COM(2007)0774), tat-3 ta' Diċembru 2008 dwar is-Sħubija tal-Lvant (COM(2008)0823), tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (COM(2008)0319) u tat-12 ta' Mejju 2010 dwar Analiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2010)0207) u tal-24 ta' Mejju 2011 dwar “Djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0292),

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) mill-2004, u b'mod partikolari r-rapporti ta' progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha,

wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta' Azzjoni adottati b'mod konġunt mal-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana u t-Tuneżija, u mal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja u l-Moldova, u l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni mal-Ukraina,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill "Affarijiet Barranin" dwar il-PEV tal-26 ta' Lulju 2010 u tal-20 ta' Ġunju 2011 u l-konklużjonijiet tal-Kumitat "Affarijiet Barranin" (Kummerċ) tas-26 ta' Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tas-Sħubija tal-Lvant tat-13 ta' Diċembru 2010,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Samit dwar is-Sħubija tal-Lvant ta' Praga fis-7 ta' Mejju 2009 u tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta' Varsavja tad-29 u t-30 ta' Settembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona li tistabbilixxi Sħubija Ewro-Mediterranja adottata waqt il-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li saret fis-27 u fit-28 ta' Novembru 1995,

wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (UgħM) tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-13 u tal-14 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit ta' Pariġi għall-Mediterran, li sar f'Pariġi fit-13 ta' Lulju 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk tat-13 ta' Ottubru 2008, li taw l-istatus avvanzat lill-Marokk,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan tas-26 ta' Ottubru 2010, li taw l-istatus avvanzat lill-Ġordan,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji "Erasmus" u "Leonardo da Vinci" (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 13/2010 bit-titolu “L-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija l-Ġdid (ENPI) ġie varat b'suċċess u qiegħed jilħaq ir-riżultati fil-Kawkasu tan-Nofsinhar (l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Ġeorġja)?”,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/424/PESK tat-18 ta' Lulju 2011 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/518/PESK tal-25 ta' Awwissu 2011 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant u dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (5) – Dimensjoni tan-Nofsinhar (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (7), tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (8), tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) (9), tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-orjentazzjonijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) (10), tad-19 ta' Frar 2009 dwar ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (11), tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (12), tas-17 ta' Jannar 2008 dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed (13), tal-20 ta' Jannar 2011 dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (14), tal-20 ta' Mejju 2010 dwar l-Unjoni għall-Mediterran (15), tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-ħtieġa ta' strateġija Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar (16), tad-9 ta' Settembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tax-Xmara Ġordan b'attenzjoni speċjali għall-inħawi tal-medda ta' isfel tax-Xmara Ġordan (17), tat-3 ta' Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija (18), tas-17 ta' Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (19), tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar, u l-Libja b'mod partikolari, inklużi l-aspetti umanitarji (20) u tas-7 ta' Lulju 2011 dwar is-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u fl-Afrika ta' Fuq, tal-15 ta' Settembru 2011 u tal-20 Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja, u tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (21) u dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (22),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-kumitati tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (AP-UgħM) fis-seba' sessjoni plenarja tagħha li saret f'Ruma fit-3 u l-4 ta' Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Att Kostitwenti tal-Assemblea Parlamentari bejn l-UE u l-Viċinat tal-Lvant (EURONEST) tat-3 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-sessjoni inawgurali tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM), li saret f'Barċellona fil-21 ta' Jannar 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE (23),

wara li kkunsidra l-aġenda Ewropea għal kultura f'dinja li qed tiġi gglobalizzata (COM(2007)0242),

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0400/2011),

A.

billi r-rispett għal u l-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem – b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u tal-minoranzi – il-ġustizzja u l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali – inkluża l-libertà ta' espressjoni, kuxjenza, reliġjon jew twemmin, orjentament sesswali, assoċjazzjoni u l-midja, inkluż l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-internet – it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, tas-sigurtà – inklużi r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u r-relazzjonijiet ta' bonviċinat –, l-istabilità demokratika, il-prosperità, id-distribuzzjoni ġusta tal-introjtu, tal-ġid u tal-opportunitajiet, il-koeżjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-governanza tajba u ta' żvilupp sostenibbli huma l-prinċipji u l-għanijiet li fuqhom hi msejsa l-UE u li jridu jikkostitwixxu valuri komuni fil-qalba tar-rieżami tal-PEV;

B.

billi hu fl-akbar interess tal-UE li tkun ambizzjuża fil-kooperazzjoni ekonomika u tadotta strateġija reċiprokament vantaġġjuża, responsabbli u flessibbli bbażata fuq l-appoġġ favur it-tranżizzjonijiet demokratiċi u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem filwaqt li titgħallem mill-fallimenti u l-iżbalji ta' politika tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri, partikolarment, fir-rigward tal-approċċ kompjaċenti lejn sistemi awtoritarji tal-viċinat tan-Nofsinhar, li taw tagħlima li l-UE-PEV inġenerali għandha tkun ibbażata fuq il-valuri;

C.

billi, f'din is-sitwazzjoni l-ġdida, ir-relazzjonijiet ma' dawn il-pajjiżi għandha tidħol f'dinamika ġdida li tkun ibbażata fuq kooperazzjoni li tagħti prijorità lid-demokrazija u l-prosperità fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran, u mhux biss is-sigurtà u l-kontroll tal-migrazzjoni;

D.

billi l-Unjoni għall-Mediterran inħolqot bl-għan ambizzjuż li sservi bħala strument permanenti għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar, u ssostitwixxiet dak li qabel kien il-Proċess ta' Barċellona sabiex xogħolha jissaħħaħ u jsir iktar viżibbli,

E.

billi l-kooperazzjoni fil-qafas tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha l-għan li toħloq effetti pożittivi billi sservi ta' pjattaforma għall-iskambju ta' opinjonijiet, jinstabu pożizzjonijiet komuni dwar l-isfidi globali ta' żminijietna fir-rigward tad-demokrazija, il-politika, l-ekonomija, is-sigurtà tal-enerġija, u l-affarijiet soċjali, u anke biex jissaħħu r-rabtiet bejn il-pajjiżi tar-reġjun u mal-UE;

F.

billi l-Artikolu 49 tat-TUE jistipula li kwalunkwe Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri li hija bbażata fuqhom l-UE, partikolarment id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u li jimpenja ruħu jippromwovihom, jista' japplika sabiex isir membru tal-Unjoni;

G.

billi r-relazzjonijiet imsaħħa jirrikjedu impenn ċar u ppruvat lejn ir-riforma bil-għan li jsir progress tanġibbli fl-ilħuq ta' parametri ta' referenza predefiniti;

H.

billi l-UE għandha tipprovdi lilha nnifisha bi strumenti flessibbli u ffinanzjati kif suppost sabiex jikkorrispondu mal-ambizzjonjiet tagħha u mal-ġrajjiet li seħħew fir-reġjuni, billi tingħata prijorità lill-aħjar użu tal-istrumenti finanzjarji eżistenti;

I.

billi l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja jinsabu fil-quċċata tal-isfidi politiċi u soċjali eżistenti fil-pajjiżi sħab, partikolament fir-rigward tal-problema tal-qgħad; billi huwa fl-interess komuni ta' dawn il-pajjiżi u tal-UE li jitnaqqsu r-rati tal-qgħad fir-reġjun u li l-popli tagħhom ikollhom tama għall-ġejjieni, partikolarment in-nisa, iż-żgħażagħ u l-popolazzjoni rurali;

J.

billi l-appoġġ mogħti mill-Parlament Ewropew għall-ħolqien ta' programmi Ewro-Mediterranji "Erasmus" u "Leonardo da Vinci" permezz tad-Dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011;

1.

Jilqa' l-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni” u “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” u l-approċċ ippreżentat fihom, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tar-responsabilità reċiproka u l-impenn kondiviż għall-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll il-kundizzjonalità u approċċ imfassal speċifikament għall-pajjiżi sħab, il-progress fil-kooperazzjoni multilaterali u subreġjonali, u l-prinċipju li s-soċjetajiet ikkonċernati fil-politika tal-PEV ikomplu jiġu involuti;

2.

Jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet Ewropej u l-għażla Ewropea ta' xi pajjiżi sħab u l-impenn tagħhom biex jibnu demokrazija soda u sostenibbli u jenfasizza li jeħtieġ li tiġi stabbilita relazzjoni ġdida u distinta bejn il-pajjiżi tal-UE u tas-Sħubija tal-Lvant, filwaqt li tiġi appoġġata l-ħidma tagħhom favur il-konsolidament tad-demokraziji u l-ekonomiji tas-swieq sostenibbli;

3.

Jinsisti, madankollu, li għandhom jingħataw inċentivi tanġibbli u kredibbli lill-pajjiżi ġirien biex dawn jinvolvu ruħhom fl-objettiv komuni li tinbena demokrazija soda, kif ukoll li d-differenzjazzjoni bbażata fuq ir-realtajiet, ir-rendiment u r-riżultati politiċi, ekonomiċi u soċjali għandha sseħħ fuq il-bażi ta' kriterji ddefiniti b'mod ċar u parametri ta' referenza li jistgħu jiġu vvalutati u mmonitorjati regolarment għal kull pajjiż sieħeb individwali; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jqisu l-parametri ta' referenza stipulati fil-Komunikazzjoni Konġunta bħala objettivi li għandhom jinkisbu u li, biex jiġi vvalutat il-progress li sar, dawn l-objettivi jirrikjedu parametri ta' referenza aktar speċifiċi, li jistgħu jitkejlu aktar, li jistgħu jinkisbu aħjar u li huma marbuta aktar maż-żmien, u l-punt ta' tluq ta' dan huwa differnti għall-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant; huwa tal-opinjoni li politika orjentata lejn ir-riżultati teħtieġ metodoloġija iktar ċara ta' stabbiliment ta' livelli ta' referenza u jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li jinħolqu mekkaniżmu ta' segwitu adegwati għall-valutazzjoni tal-progress tal-pajjiżi PEV; jenfasizza li dan l-approċċ għandu jiġi rifless fl-istruttura tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-PEV u fir-rapporti ta' progress annwali korrispondenti;

4.

Jemmen li r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat toħloq opportunità għall-UE biex b'mod effettiv tilħaq l-objettivi tagħha u tirrispetta l-valuri tagħha stipulati fl-Artikoli 2, 3, 6, 8 u 21 tat-TUE;

5.

Jenfasizza li waqt li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħmel parti mill-qafas tal-prinċipji u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni – u għalhekk, f'dan il-każ, parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat – l-Unjoni, madankollu, għandha dejjem l-obbligu kostituzzjonali, abbażi tal-Artikolu 208(1), it-tieni paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni ta' politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżommu dejjem f'moħħhom dawn l-objettivi, li huma t-tnaqqis u, finalment, il-qerda tal-faqar, meta jkunu qed jimplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat, u dan kemm fil-pajjiżi sħab tal-viċinat tal-Lvant u kemm fil-pajjiżi sħab tal-viċinat tal-Mediterran;

6.

Jappoġġa l-konsolidament fil-PEV ta' politiki tal-UE rigward politika barranija u ta' għajnuna li qabel kienu separati; ifittex netwerk imsaħħaħ ta' arranġamenti istituzzjonali li jkun stabbli, ekonomiku u ddedikat bl-għan li jiżviluppa integrazzjoni ekonomika u assoċjazzjoni politika eqreb fost dawk kollha involuti, inkluż l-allinjament tal-valuri fi ħdan il-fora internazzjonali kollha, speċjalment tan-Nazzjonijiet Uniti, ma' dawk tal-Unjoni Ewropea;

Demokrazija u sħubija fil-fond mas-soċjetajiet

7.

Jenfasizza li, għalkemm l-UE ma għandhiex l-intenzjoni li timponi mudell jew riċetta lesta għar-riformi politiċi, il-PEV hi bbażata fuq valuri kondiviżi, is-sjieda konġunta, ir-responsabilità reċiproka u r-rispett u l-impenn lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-ekonomija tas-suq u l-governanza tajba;

8.

Jenfasizza l-importanza li sabiex ikun hemm id-demokrazija, jeħtieġ li jiġu stabbiliti organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fosthom is-sħab soċjali, attivi u indipendenti; jenfasizza l-importanza ta' djalogu ma', u l-finanzjament adegwat fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jisħaq fuq il-fatt li s-sħubija bejn l-UE u l-PEV u s-soċjetajiet ċivili rispettivi għandha tissaħħaħ sabiex din tgħin biex jinbnew demokraziji li jaħdmu, jitrawmu r-riformi u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli; jenfasizza li dawn is-sħubijiet mas-soċjetà ċivili għandhom ikunu inklużivi, li jinkludu b'mod partikolari r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u l-gruppi ta' minoranza; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħtu sostenn lill-parlamenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom biex jiżvolġu rwol xieraq fid-definizzjoni tal-istrateġiji tal-PEV, biex iżommu lill-gvernijiet responsabbli għal dak li jagħmlu, jissorveljaw u jevalwaw ir-rendiment tal-passat u r-riżultati li nkisbu;

9.

Jisħaq fuq l-importanza li tinbena sħubija mas-soċjetajiet ċivili bħala mezz li bih jiġu promossi l-bidla u d-demokratizzazzjoni; f'dan il-kuntest, jieħu nota tal-allokazzjoni ta' EUR 22 miljun għall-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili għall-perjodu 2011-2013 u jistenna ħerqan li l-faċilità tiġi ffinanzjata aktar sostanzjalment fil-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jispjegaw aħjar l-kamp ta' applikazzjoni u l-objettiv ta' Faċilità tas-Soċjetà Ċivili potenzjali u jitlob li jkun hemm kjarifika akbar tal-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili f'termini tal-kumplimentarjetajiet mal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-ENPI; josserva li l-istrumenti għandhom ukoll jiġu identifikati biex b'mod konkret jappoġġaw lill-minoranzi reliġjużi u etniċi fl-oqsma koperti mill-inizjattiva; jirrakkomanda li tintuża din il-faċilità sabiex jitjieb ix-xogħol tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili fis-Sħubija tal-Lvant u biex potenzjalment jinbena forum anke għall-pajjiżi sħab tan-Nofsinhar;

10.

Jilqa' l-proposta għal Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED), li hi reazzjoni f'waqtha għall-għajta għad-demokrazija mill-popolazzjonijiet tal-pajjiżi ġirien tagħna; jenfasizza li din għandha tkun mekkaniżmu flessibbli, veloċi u mmirat għas-sostenn u għandha tikkumplementa l-istrumenti tal-UE li diġà jeżistu u l-ħidma eżemplari tal-fundazzjonijiet Ewropej, politiċi jew mhux, li ilhom jeżistu, filwaqt li jiġi kkunsidrat li riżultati tanġibbli għandhom ikunu objettiv ta' din l-inizjattiva; jinsisti sabiex din id-Dotazzjoni ma tkunx ta' xkiel, u lanqas ma tikkawża xogħol doppju mal-azzjonijiet li diġà nbdew minn dawn il-fundazzjonijiet jew fil-qafas tal-programmi Ewropej eżistenti, bħall-EIDHR; jisħaq fuq il-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha għandhom ikunu definiti b'mod ċar u li l-istrutturi u l-proċeduri tagħha għandhom ikunu ħfief u mingħajr kumplikazzjonijiet; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Presidenza (Pollakka) jippreżentaw demarkazzjoni ċara tal-kompetenzi ta' EED futura fir-rigward ta' dawn l-istrumenti u oqfsa; jinsisti fuq dritt ta' skrutinju u jitlob biex ikun hemm l-involviment tal-Parlament Ewropew fl-istruttura ta' governanza tiegħu, sabiex jgħin biex jiġu stabbiliti l-għanijiet, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija, u l-allokazzjonijiet finanzjarji annwali f'termini wiesgħa u sabiex ikun parti mis-sorveljanza tal-attivitajiet; jesprimi tħassib dwar il-fatt li dan il-fond futur jista' jiġi ffinanzjat, kollu kemm hu jew parti minnu, barra mill-baġit tal-UE u jafferma mill-ġdid id-dritt ta' monitoraġġ u skrutinju tal-awtorità baġitarja fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-fond; jitlob, għalhekk, kjarifika mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fuq din il-kwistjoni;

11.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jkomplu jħeġġu kull tip ta' riforma politika, billi jżommu f'moħħhom il-ħtiġijiet u l-livell ta' żvilupp ekonomiku u soċjali ta' kull pajjiż sieħeb, fil-qafas tal-approċċ ġdid tagħhom ibbażat fuq il-rendimenti “aktar għal aktar”; jistidinhom jipprovdu metodoloġija ċara u adegwata u parametri ta' referenza dettaljati biex jiġu vvalutati ir-riżultati tal-pajjiżi PEV dwar l-osservanza u l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem (li tinkludi b'mod partikolari l-libertà tal-kelma, tal-kuxjenza, tar-reliġjon, tal-assoċjazzjoni u tal-midja) u jiġu pprovduti rapporti regolari f'biżżejjed dettall, li għandhom ikunu l-bażi għall-allokazzjoni tal-fondi skont l-approċċ il-ġdid “aktar għal aktar” ibbażat fuq ir-rendiment; jitlob li dawn l-evalwazzjonijiet li jiġu inklużi fir-rapporti tal-progress tal-PEV u kull sena jiġu ppreżentati lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu sistematikament inklużi fl-istadji kollha tal-proċess ta' rieżami; huwa tal-fehma li dan l-approċċ ibbażat fuq ir-rendiment ifisser ukoll 'anqas għal anqas' u jtenni t-talba tiegħu biex tiġi implimentata l-Klawżola tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija fil-ftehimiet tal-UE mal-pajjiżi terzi;

12.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-mod kif jiġi implimentat il-prinċipju ta' responsabilità reċiproka;

13.

Jikkunsidra li s-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu mmonitorjati kontinwament – b'rigward partikolari għad-drittijiet tat-tfal, tan-nisa u tal-minoranzi – u d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jitwettqu mal-pajjiżi sħab kollha u li valutazzjoni annwali tas-sitwazzjoni u anke r-riżultati tad-djalogi għandhom jiġu inklużi fl-anness għar-rapport ta' progress annwali ta' kull pajjiż sieħeb b'mekkaniżmu ċar biex il-kooperazzjoni bilaterali terġa' tiġi eżaminata u progressivament imrażżna jekk jiġi kkonfermat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-approċċ lejn diversi pajjiżi sħab fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom trid tkun kredibbli;

14.

Jistieden lill-KE u lill-Istati Membri jikkonċentraw il-kooperazzjoni tagħhom fil-PEV fuq il-ġemellaġġ ta' atturi demokratiċi tal-UE bħat-trade unions, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet rilevanti ta' min iħaddem, il-bdiewa, in-nisa, il-parteċipanti fid-djalogu reliġjuż, il-konsumaturi, iż-żgħażagħ, il-ġurnalisti, l-għalliema, il-korpi tal-gvern lokali, l-universitajiet, l-istudenti, l-atturi tat-tibdil fil-klima u l-kontrapartijiet emerġenti tagħhom fil-pajjiżi tal-PEV;

15.

Jenfasizza li l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja u l-pluraliżmu huma l-bażijiet ta' demokrazija soda u sostenibbli u ta' valuri komuni; jenfasizza l-importanza li jkun hemm servizzi tal-midja pubblika indipendenti, sostenibbli u responsabbli, biex jipprovdu kontenut ta' kwalità, pluralistiku u divers, filwaqt li jiġi mfakkar li midja pubblika libera u indipendenti dejjem tiżvolġi rwol kruċjali fir-rigward tal-approfondiment tad-demokrazija, fil-massimizzazzjoni tal-involviment tas-soċjetà ċivili fl-affarijiet pubbliċi u fl-għoti tad-drittijiet għad-demokrazija liċ-ċittadini;

16.

Jappoġġa bis-sħiħ u jitlob iċ-ċirkolazzjoni libera tal-informazzjoni, kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jaħdmu b'mod effikaċi u ħieles mingħajr pressjoni politika, ekonomika jew xi tip ieħor ta' pressjoni, u l-bini ta' infrastruttura li tippermetti li tiġi żviluppata t-teknoloġija elettronika moderna; jilqa' d-dikjarazzjoni tal-aċċess għall-internet bħala dritt tal-bniedem min-NU fis-6 ta' Ġunju 2011; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni joħolqu għodod speċjali bl-għan li jgħinu biex is-soċjetajiet ċivili, l-organizzazzjonijiet u l-individwi fil-pajjiżi tal-PEV ikollhom aċċess bla xkiel għall-internet u għal forom oħra ta' teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

17.

Jenfasizza li fil-proċessi li għaddejjin bħalissa tat-tranżizzjonijiet demokratiċi fil-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija, il-parteċipazzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ kif ukoll tas-soċjetà ċivili u l-funzjonament ta' midja libera u indipendenti se jkunu kruċjali u jħeġġeġ lill-UE żżid l-appoġġ għat-taħriġ u l-organizzazzjoni ta' dawn l-atturi, inkluż billi tistedinhom josservaw l-elezzjonijiet u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-UE;

18.

Jappoġġa l-identifikazzjoni tal-osservanza sħiħa u effikaċi tad-dritt tal-libertà ta' reliġjon (fid-dimensjoni individwali, kollettiva, pubblika, privata u istituzzjonali) bħala prijorità, b'mod partikolari fir-rigward tal-minoranzi reliġjużi li hemm fir-reġjun, u għalhekk il-ħtieġa ta' għajnuna konkreta lil gruppi bħal dawn;

19.

Jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza li jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal, kif stipulat fit-Trattat ta' Lisbona;

20.

Jinkoraġġixxi l-appoġġ tal-iżvilupp ta' partiti politiċi orjentati lejn id-demokrazija f'dawk il-pajjiżi li għadhom qed jitħabtu biex ikollhom id-demokrazija, kif ukoll il-ħolqien ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

21.

Jenfasizza l-importanza li n-nisa jiġu rrappreżentati sew fil-parlament, fil-ministeri, fl-ogħla karigi tal-gvern, fil-karigi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika u f'dik lokali u fit-tmexxija tal-kumpaniji pubbliċi; jinkoraġġixxi lill-pajjiżi sħab tal-PEV jadottaw u jintegraw politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jadottaw pjanijiet ta' azzjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

22.

Jilqa' l-ħidma tal-Grupp Konsultattiv tal-UE ta' Livell Għoli tar-Repubblika tal-Armenja u t-tnedija ta' grupp simili fil-Moldova; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni joffru tali għajnuna lill-pajjiż kollha tas-Sħubija tal-Lvant filwaqt li jiżguraw, bħal fil-każ tal-Armenja, li tiġi koperta d-dimensjoni parlamentari; jitlob li jkun hemm l-aġġornament ta' dan l-istrument tal-UE u jirrakkomanda li s-SEAE tkun inkarigata direttament mir-reklutaġġ u anke mill-ġestjoni tal-konsulenti sabiex jiġi garantit l-aktar trasferiment xieraq tal-għarfien tal-UE lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

23.

Jitlob lill-KE żżid il-viżibilità tal-proġetti tas-Sħubija tal-Lvant u dawk tal-UgħM fil-pajjiżi sħab u biex tagħmilhom aktar faċli biex iċ-ċittadini tagħhom jifhmuhom filwaqt li turi l-valur miżjud tal-kooperazzjoni mal-UE;

24.

Jerġa' jfakkar li l-impenn tal-UE flimkien mal-ġirien tagħha għandu jkun ikkundizzjonat mill-progress demokratiku u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; jistieden għalhekk lill-komunità internazzjonali tiffriża l-għajnuna finanzjarja tagħha, kif ukoll dik tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali li jagħmlu parti minnha l-membri, lis-sistema Bjelorussa sakemm il-kapijiet, il-ġurnalisti, il-kandidati presidenzjali u s-sostenituri tagħhom li ġew miżmuma jew arrestati jiġu rilaxxati u liberati mill-akkużi u riabilitati;

25.

Japprova l-approċċ uffiċjali attwali tal-UE li jiġu ssanzjonati l-awtoritajiet Bjelorussi, filwaqt li jsiru sforzi biex jissaħħu r-rabtiet mas-soċjetà ċivili u n-nies fil-Bjelorussja; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea terġa' torjenta ruħha lejn is-soċjetà u żżid l-assistenza tagħha favur il-Bjelorussja sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tal-popolazzjoni, jissaħħaħ l-appoġġ finanzjarju u tekniku lill-oppożizzjoni demokratika, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inkluż dawk li mhumiex reġistrati, u anke lil studenti u lill-midja libera;

Żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli

26.

Jisħaq fuq il-fatt li d-demokrazija sostenibbli, istituzzjonijiet li jiffunzjonaw u li tkun tneħħitilhom il-burokrazija żejda, l-istat tad-dritt u l-edukazzjoni ta' kwalità, mhux biss jippromwovu l-istabilità politika, s-sigurtà soċjali u l-koeżjoni imma jqanqlu wkoll it-tkabbir ekonomiku billi jtejbu l-ambjent kummerjali u jiġbdu l-investiment, jippermettu li jinbtu impriżi żgħar u ta' daqs medju ġodda u jrawmu l-kummerċ, l-ekonomija ħadra u t-turiżmu, u dan kollu jiġġenera impjiegi ġodda u opportunitajiet ġodda; ifakkar fil-ħtieġa li jinħoloq qafas adegwat għall-investimenti li fih l-istabilità u s-sigurtà ġuridika kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jokkupaw post fundamentali; jistieden, għaldaqstant, lill-Unjoni Ewropea tħeġġeġ, fil-qafas tal-arranġament tat-tranżizzjonijiet demokratiċi tagħha, riformi strutturali fl-oqfsa ekonomiċi, soċjali u ġuridiċi u jiġbed l-attenzjoni b'mod espliċitu għar-rabta mill-qrib li hemm bejn l-iżvilupp demokratiku u dak soċjoekonomiku; jilqa' favorevolment l-inizjattivi emblematiċi tal-Kummissjoni dwar l-SMEs u dwar is-swieq reġjonali tal-enerġija u l-effiċenza enerġetika; jemmen li dawn l-isforzi għandhom ikunu riflessi fil-qafas finanzjarju multiannwali (MFF);

27.

Jisħaq fuq il-fatt li għandhom jitwettqu minnufih miżuri immedjati, bħall-kofinanzjament tal-proġetti emblematiċi jew il-proġetti pilota diġà identifikati jew proġetti ekonomiċi konkreti oħra ta' importanza strateġika, li jistgħu jiġu implimentati rapidament fuq il-post, b'riżultati tanġibbli li ma jistgħux jiġu ddubitati, biex tittaffa s-sitwazzjoni tal-pajjiżi li attwalment qed jaffaċċjaw kriżijiet soċjoekonomiċi sinifikanti, filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod speċjali l-pajjiżi sħab fejn it-tranżizzjoni demokratika taggrava d-diffikultajiet ekonomiċi; jenfasizza li miżuri bħal dawn iffinanzjati mill-UE għandhom jittieħdu biss bil-kundizzjoni li l-partijiet involuti kollha jimpenjaw ruħhom li fil-każ speċifiku rispettiv tagħhom jissodisfaw, b'mod li jista' jiġi kkontrollat, l-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol li jkunu applikabbli fuq livell internazzjonali u fl-UE u li dawn il-miżuri jservu għat-titjib immedjat tal-qagħda soċjali taċ-ċittadini fl-istati tal-PEV;

28.

Jappoġġa bil-qawwa l-promozzjoni tal-kooperazzjoni subreġjonali u proġetti transfruntieri u jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata kooperazzjoni ekonomika kumplementari bilaterali u multilaterali bejn is-sħab, li ġġib magħha benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini u ttejjeb il-klima politika fir-reġjun; jenfasizza li din il-kooperazzjoni ekonomika subreġjonali għandha tiġi inkluża fi proġett ta' integrazzjoni usa' li jiffavorixxi l-implimentazzjoni ta' proġetti subreġjonali fl-oqsma tal-mobilità, il-protezzjoni soċjali u ambjentali, il-kultura u l-edukazzjoni; jinsisti b'mod partikolari fuq l-importanza li jitħeġġu l-iżvilupp tal-kummerċ “Nofsinhar-Nofsinhar” u “Lvant-Lvant” u l-integrazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-pajjiżi kkonċernati; iqis li t-titjib f'tali kooperazzjoni fost il-pajjiżi sħab ikun sinjal ta' kooperazzjoni favur il-valuri Ewropej ta' relazzjonijiet ta' bonviċinat u sħubijiet ta' benefiċċju reċiproku;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa l-bini tal-kapaċità amministrattiva fl-impjieg u fl-affarijiet soċjali, b'attenzjoni speċjali għall-bini tal-kapaċitajiet fis-servizzi ġuridiċi, li se jiggarantixxu tħejjija aħjar għat-tmexxija tar-riformi;

30.

Jenfasizza l-importanza tat-trade unions u tad-djalogu soċjali bħala parti mill-iżvilupp demokratiku tal-pajjiżi sħab tal-PEV; iħeġġiġhom isaħħu d-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; jinnota r-rwol importanti li jista' jkollu d-djalogu soċjali fir-rigward tal-isfidi soċjoekonomiċi fir-reġjuni;

31.

Itenni l-bżonn ta' garanzija li l-paga minima ffissata skont il-prassi nazzjonali tippermetti lill-ħaddiema u lill-familji rispettivi tagħhom jgħixu f'kundizzjonijiet adegwati u li t-tnaqqis mill-pagi ma jċaħħadx lill-impjegati u d-dipendenti tagħhom mill-mezzi stessi ta' sussistenza;

32.

Josserva li l-avviżi tat-temm ta' impjieg għandhom ikunu kkomunikati adegwatament minn qabel, billi titqies l-anzjanità fis-servizz tal-impjegat;

33.

Jenfasizza li l-Unjoni għandha tagħti importanza speċjali lill-kooperazzjoni deċentralizzata, fil-livell lokali, li tikkonsisti fi proġetti żgħar li jtejbu minnufih u b'mod tanġibbli l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-pajjiżi ġirien, u b'hekk jiġi ffaċilitat ukoll il-konsolidament tal-progress demokratiku fit-territorju kollu ta' dawn il-pajjiżi;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tħaddan id-Dokumenti ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar (PRSP) bħala qafas politiku ta' gwida għal tkabbir ekonomiku fit-terminu medju favur il-fqar u d-distribuzzjoni ġusta tal-ġid skont il-bżonnijiet tal-pajjiż;

Ftehimiet ta' assoċjazzjoni

35.

Jenfasizza l-opportunità li jipprovdu n-negozjati dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni biex jagħtu spinta lir-riformi; jisħaq fuq il-fatt li l-komponenti kollha għandhom ikunu marbutin bejniethom sabiex l-UE tkun tista' tipprofondixxi r-relazzjoni tagħha b'mod olistiku u koerenti; jemmen li għaldaqstant għandhom jinkludu kundizzjonijiet konkreti, kalendarji u parametri ta' referenza għar-rendiment li għandhom jiġu mmonitorjati b'mod regolari; jenfasizza l-ħtieġa li f'dawn il-ftehimiet jiġu inklużi inċentivi reali u tanġibbli għall-pajjiżi sħab biex jagħmlu t-triq ta' riforma aktar attraenti;

36.

Jiddikjara li d-differenzjazzjoni għandha tiġi applikata għall-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi, jistieden lill-pajjiżi sħab tal-PEV javvanzaw fil-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jippermettu l-ħolqien ta' Żoni ta' Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi (DCFTAs) u jistieden lill-UE tassistihom fl-isforzi ta' riforma tagħhom u tiftaħ is-suq intern tagħha, suġġett għall-allinjament meħtieġ tal-ispeċifikazzjonijiet ta' sikurezza u ta' kwalità għall-istandards Ewropej, u twettaq flimkien magħhom proċess ta' ftuħ gradwali u bbilanċjat tas-swieq tagħhom li minnu jibbenefikaw b'mod reċiproku; jenfasizza li l-UE għandha tivvaluta wkoll iċ-ċirkostanzi politiċi, soċjali u ambjentali ta' kull pajjiż b'referenza għas-sehem tagħhom fid-DCFTA tal-ġejjieni u eventwalment jiġu ddefiniti l-passi gradwali għall-implimentazzjoni tagħha, filwaqt li jiġi żgurat li l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-liġijiet tax-xogħol u t-tħaddim tat-tfal jiġu ssorveljati; jenfasizza li r-rabtiet kummerċjali, speċjalment id-DCFTAs, għandhom jitqiesu, permezz tar-rekwiżiti tagħhom, bħala mezz biex isaħħu l-impenn favur il-valuri demokratiċi tal-pajjiżi PEV, bħala parti tal-prinċipju tal-kundizzjonalità; jappoġġa b'mod parallel is-sħubija sħiħa fid-WTO tal-istati kollha tas-Sħubija tal-Lvant;

37.

Josseva li perspettiva Ewropea li tinkludi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-aspirazzjonijiet ta' adeżjoni tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant skont l-Artikolu 48 tat-TUE, tikkostitwixxi xprun għar-riformi f'dawn il-pajjiżi u tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħhom favur valuri u prinċipji kondiviżi bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza tajba; jemmen li l-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni tista' tkun pass importanti lejn impenn politiku ulterjuri u relazzjoni aktar b'saħħitha mal-Ewropa, permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin u djalogu politiku u ekonomiku konsolidat;

38.

Itenni li l-għan tas-sħubija tan-Nofsinhar huwa li jqarrreb iż-żewġt ixtut tal-Mediterran biex tinbena żona ta' paċi, demokrazija, sigurtà u prosperità għat-800 miljun abitant, u biex jiġi offrut qafas bilaterali u multilaterali effikaċi għall-UE u l-pajjiżi sħab tagħha biex jintlaqgħu l-isfidi demokratiċi, soċjali u ekonomiċi, tiġi promossa l-integrazzjoni reġjonali, b'mod partikolari dik kummerċjali, u biex jiġi żgurat il-kożvilupp tagħhom għall-benefiċċju ta' kulħadd, jiġu assistiti l-pajjiżi sħab fl-istabbiliment ta' stati demokratiċi, pluralistiċi u sekulari, jiġifieri permezz ta' programmi ta' bini tal-kapaċità istituzzjonali, kif ukoll biex jiżviluppaw arranġamenti kummerċjali ta' benefiċċju reċiproku u ambizzjużi li jistgħu jwasslu għal DCFTAs, li żgur jirrappreżentaw l-ewwel pass lejn “Spazju Ekonomiku Ewro-Mediterranju” kbir li jgħin ukoll fit-taffija tal-problemi ekonomiċi tas-sħab ġirien tagħna fin-Nofsinhar u jiffaċilita l-integrazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tas-sitt pakketti ta' miżuri ppreżentati fid-dokument tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-inizjattivi fir-rigward tal-kummerċ u tal-investiment għall-benefiċċju tas-sħubijijiet tan-Nofsinhar tal-Mediterran tat-30 ta' Marzu 2011;

39.

Jixtieq li jkun hemm definizzjoni ta' kriterji oġġettivi u vinkolanti li jippermettu li s-sistema tingħata “status avvanzat”; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkjarifikati d-drittijiet u d-dmirijiet li jirriżultaw minn dan l-impenn bilaterali għall-pajjiżi sħab l-istess bħalma għandu jiġri għall-Unjoni Ewropea;

40.

Jenfasizza li r-relazzjonijiet kuntrattwali mal-pajjiżi kollha tal-PEV ikunu jinkludu dispożizzjonijiet dwar forum regolari sabiex jiġu trattati kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, liema forum jieħu l-forma ta' sottokumitat għad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lis-SEAE jagħmel l-aħjar użu minn dawn id-dispożizzjonijiet u jinvolvi lis-sottokumitati eżistenti fi kwalunkwe negozjat;

Kooperazzjoni settorjali

41.

Jisħaq fuq il-fatt li l-UE għandha trawwem is-sinerġiji bejn il-politiki esterni u interni Ewropej, b'mod partikolari permezz tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni mmirata lejn il-ħolqien tal-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar, il-modernizzazzjoni tal-politiki tax-xogħol, is-sigurtà u l-effiċjenza enerġetika, l-iżvilupp ta' sorsi rinnovabbli u tas-sostenibilità ambjentali, it-titjib tal-protezzjoni soċjali, il-ħolqien tal-ġid u l-ġustizzja u l-iffaċilitar tal-kummerċ abbażi tal-prinċipju ta' diversifikazzjoni;

42.

Jemmen li l-iskambju ta' spazju komuni jimplika skambju ġust tar-responsabilitajiet u jappella għal kooperazzjoni aħjar, b'mod partikolari fir-rigward tal-politiki u l-kwistjonijiet kollha li għandhom dimensjoni transkonfinali; jappella, għaldaqstant, għal tisħiħ tad-dimensjonijiet reġjonali u transkonfinali tal-kooperazzjoni settorjali;

43.

Jilqa' ż-żieda fl-interazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-aġenziji tal-UE f'diversi oqsma, jistieden lill-Kummissjoni tressaq lista ċara u komprensiva ta' aġenziji u programmi rilevanti li fihom jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi ġirien, flimkien ma' ħarsa ġenerali tal-forma, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-metodu ta' tali parteċipazzjoni differenzjata;

44.

Jappoġġa kooperazzjoni ulterjuri f'setturi bħalma huma l-industrija, l-SMEs, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-tekonoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluża is-sigurtà tas-sistemi tal-teknoloġija tal-informazzjoni, l-ispazju u t-turiżmu u jenfasizza l-benefiċċji ta' inizjattivi konġunti dwar programmazzjoni ta' riċerka mill-UE u l-ġirien tagħha; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' spazju komuni tal-għarfien u l-innovazzjoni u ta' ekonomija diġitali bbażata fuq t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi ġirien jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-progress lejn dan l-iżvilupp; itenni l-importanza ta' mekkaniżmi effikaċi għall-iffaċilitar tal-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha sabiex issaħħu s-sħubijiet kummerċjali u jippermettu lill-operaturi ekonomiċi, speċjalment l-SMEs, ikollhom aċċess għal informazzjoni adegwata u affidabbli dwar il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-investiment fil-pajjiżi ġirien;

45.

Jilqa' t-tisħiħ tad-dimensjoni tal-kooperazzjoni fl-enerġija tal-PEV; jenfasizza l-importanza tal-kondiviżjoni tal-esperjenza tal-UE fir-rigward tar-riformi fis-settur tal-enerġija mal-pajjiżi ġirien; iqis neċessarju li jiġu żviluppati l-effiċjenza enerġetika u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli; jappella għal sigurtà tal-provvistà tal-enerġija permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u l-ġestjoni tad-domanda, impenn akbar mal-fornituri prinċipali u mal-istati ta' tranżitu u koordinament fir-rigward tal-miżuri ta' sikurezza nukleari, b'mod partikolari fir-reġjuni li huma suxxettibbli għal attività sismika qawwija, flimkien ma' żieda fit-trasparenza sabiex jiġi żgurat li l-konformità sħiħa mal-ftehimiet ambjentali u internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari tibqa' prijorità tal-politika tal-enerġija tal-UE u li kemm il-ġirien tal-Lvant kif ukoll dawk tan-Nofsinhar jibqgħu objettiv prinċipali tal-politika koordinata tal-enerġija esterna tal-UE; jitlob li jittieħdu miżuri effikaċi sabiex ikun żgurat li l-prinċipju ta' solidarjetà jiġi applikat fil-qasam tal-enerġija;

46.

Jilqa' l-proposta għall-ħolqien ta' Komunità Ewropea tal-Enerġija u jemmen li din tista' tkun pass importanti għall-kooperazzjoni mal-ġirien tagħna; enfasizza l-importanza tar-rwol li għandhom il-pajjiżi ġirien fin-Nofsinhar fil-provvista tal-enerġija ta' diversi Stati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi l-interkonnessjonijiet Ewro-Mediterranji fis-setturi tal-gass u tal-elettriku; jenfasizza s-sinifikat strateġiku tal-proġett Nabucco u tal-implimentazzjoni rapida tiegħu, kif ukoll tat-trasport tal-gass naturali likwifikat (LNG) skont il-proġett AGRI; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġixxi, anki permezz tal-investiment, il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta' interkonnessjonijiet bejn in-netwerks u l-infrastruttura tal-enerġija intelliġenti mal-ġirien tal-UE;

47.

Jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għar-rwol ta' appoġġ li jista' jkollha l-UE biex tittratta l-problemi ambjentali fil-pajjiżi ġirien, b'mod partikolari billi jiġu eliminati l-istokkijiet kbar ta' "pestiċidi li ma għadhomx jintużaw", li jistgħu jikkawżaw tniġġis kimiku fuq skala kbira;

48.

Jappoġġa aktar kooperazzjoni fis-settur tat-trasport, inkluż billi in-netwerk tal-infrastruttura tal-UE jingħaqqad ma' dak tal-pajjiżi sħab b'mod aktar strett sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji tal-persuni u l-prodotti, li jista' jinkiseb permezz ta' integrazzjoni tas-suq aktar mill-qrib u permezz ta' konnessjonijiet infrastrutturali mtejba;.

49.

Iqis essenzjali l-kooperazzjoni kulturali fil-livell internazzjonali, reġjonali u interreġjonali bbażata fuq djalogu ġenwin bejn il-kulturi u li tinkludi s-setturi kollha tas-soċjetà (l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet kulturali); jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jikkoordinaw l-użu strateġiku tal-aspetti kulturali tal-politika esterna, billi jfittxu l-kumplimentarjetajiet mal-politiki kulturali esterni tal-Istati Membri;

50.

Jerġa' jafferma b'qawwa l-konnessjoni bejn, min-naħa, l-iskambju u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-PEV fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni u l-isport u, min-naħa l-oħra, il-bini u t-tisħiħ ta' soċjetà ċivili miftuħa, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-tixrid tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-kooperazzjoni reċiproka f'dawn l-oqsma tikkostitwixxi valur miżjud kemm għall-UE, kif ukoll għall-pajjiżi tal-PEV;

51.

Jemmen li t-trawwim tal-parteċipazzjoni fil-programmi kulturali tal-UE jista' jkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp materjali u mhux materjali tal-pajjiżi tal-PEV, u jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' programmi bħal Media Mundus u ta' proġetti li jitmexxew taħt l-awspiċju tal-Unjoni għall-Mediterran u tal-Programm Kulturali tas-Sħubija tal-Lvant; jirrimarka, barra minn hekk, li l-programmi kulturali u l-programmi li jippromwovu l-mobilità għandhom ukoll ikopru l-mobilità tal-artisti u ta' dawk li qed isegwu studji artistiċi, hu favur l-istabbiliment ta' viża kulturali għall-artisti u għal professjonisti kulturali oħra mill-pajjiżi tal-PEV; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tipproponi inizjattiva fuq il-viżi għal żjara qasira, bil-għan li jitneħħew l-ostakli għall-mobilità fis-settur kulturali;

52.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ, fi ħdan il-qafas tal-PEV, tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-isport fil-pajjiżi konċernati, fid-dawl tal-valur edukattiv tal-attivitajiet sportivi; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jaħdmu favur il-moviment ħieles tal-atleti fid-dinja, billi jibdew b'dawk mill-pajjiżi tal-PEV;

53.

Iħeġġeġ il-valutazzjoni tal-programmi eżistenti bil-għan li jiġi żgurat l-użu effikaċi tar-riżorsi sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-objettivi tal-UE; jappoġġa r-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonijiet interni fi ħdan il-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi eżistenti u tal-proġetti differenti fil-qasam tal-kultura u l-edukazzjoni;

54.

Jenfasizza l-valur miżjud tal-programm Tempus IV fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni u fit-tfittxija tal-modernizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tal-pajjiżi ġirien tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għall-programm għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss;

55.

Jittama li l-pajjiżi sħab se jkunu involuti b'mod aktar attiv fix-xogħol tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura;

56.

Jinnota li t-tisħiħ tad-dimensjoni taż-Żgħażagħ tas-Sħubija tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran huwa investiment importanti fil-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-PEV b'potenzjal kbir għas-snin li ġejjin u fid-demokratizzazzjoni ta' dawk il-pajjiżi sħab u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom ma' standards Ewropej; itenni, li finanzjament addizzjonali allokat għall-Erasmus Mundus u l-programmi Żgħażagħ Attivi għall-2012 fil-Baġit tal-UE għall-2012 għandu jrawwem kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet edukattivi ogħla, itejjeb l-iskambji tal-persunal akkademiku u l-istudenti, u jibni netwerks ġodda li jtejbu l-kapaċità tal-NGOs fil-qasam taż-żgħażagħ fl-Ewropa u fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

57.

Jemmen li l-Università Ewro-Mediterranja (EMUNI) tipprovdi pjattaforma unika u opportunità għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam ta' edukazzjoni ogħla u l-mobilità tal-istudenti mal-ġirien tan-Nofsinhar tagħna, fi żmien ta' importanza partikolarment vitali li jissaħħu r-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab tan-Nofsinhar, speċjalment mal-ġenerazzjonijiet aktar żgħażagħ tagħhom; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-potenzjal tal-EMUNI għandu jiġi żviluppat kemm jista' jkun;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-proposta tal-Parlament Ewropew, li nħarġet eżatt wara r-Rebbiegħa Għarbija, tistabbilixxi programm Erasmus Ewro-Mediterranju, inizjattiva li jekk tirnexxi tkun tista' tiġi estiża għall-pajjiżi kollha tal-viċinat; jilmenta f'dan l-istadju dwar il-proposti inadegwati tal-Kummissjoni li, minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2011, fil-fatt jipprevedu biss żieda żgħira fin-numru ta' boroż ta' studju Erasmus Mundus;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-proposta tal-Parlament Ewropew, li nħarġet eżatt wara r-Rebbiegħa Għarbija, tistabbilixxi programm Leonardo da Vinci Ewro-Mediterranju intiż li jħeġġeġ il-mobilità fost iż-żgħażagħ li jixtiequ jiksbu taħriġ professjonali barra minn pajjiżhom, u l-għan ta' dan huwa li tingħata għajnuna fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, fenomenu endemiku fin-Nofsinhar tal-Mediterran;

60.

Itenni l-appoġġ kbir tiegħu għall-proġett ta' boroż ta' studju tal-PEV fil-Kulleġġ tal-Ewropa, iffinanzjat mill-UE, li jingħata lill-gradwati tal-università li ġejjin mill-PEV u mill-UE; jemmen li dan se jippermetti l-preparazzjoni tal-interlokuturi futuri Ewropej u dawk tal-pajjiżi tal-viċinat li jiġu familjarizzati b'mod sħiħ u professjonali mas-sustanza u l-ispirtu tal-politiki, il-liġijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE, għal impjiegi relatati mal-PEV u l-UE; jistieden lill-pajjiżi sħab, li ċ-ċittadini tagħhom ikunu ngħataw tali borża ta' studju, biex jużaw l-għarfien u l-esperjenza tagħhom billi jimpjegawhom fl-amministrazzjoni nazzjonali u joffrulhom kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati;

61.

Jisħaq fuq ir-rwol importanti li jiżvolġu l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp demokratiku tal-pajjiżi sħabna; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni ssaħħaħ u żżid il-programmi TAIEX (Strument ta' Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni) u ta' ġemellaġġ mal-awtoritajiet lokali fil-pajjiż tal-UE u l-pajjiżi sħab;

Mobilità

62.

Ifakkar li l-UE għandha ttejjeb il-ġestjoni u timmassimizza l-benefiċċji reċiproċi tal-migrazzjoni għall-iżvilupp, inter alia billi tipprovdi kundizzjonijiet aħjar għall-istabbiliment ta' migranti legali fl-UE u tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari fil-pajjiżi sħab; jikkunsidra li hemm bżonn li l-UE tiffavorixxi l-migrazzjoni legali tal-ħaddiema billi tikkonkludi sħubijiet għall-mobilità, li jieħdu inkunsiderazzjoni l-bilanċi demografiċi, soċjoloġiċi u professjonali fuq iż-żewġ naħat, u billi tinkoraġġixxi l-iskambji ta' speċjalisti bejn l-UE u pajjiżi terzi; jistieden lill-Istati Membri jħarsu lejn id-dibattitu tal-mobilità bħala element importanti tal-Politika tal-Viċinat li m'għandux ikun immexxi primarjament mill-problemi ta' sigurtà; jenfasizza l-importanza li tiġi evitata l-immigrazzjoni illegali u li jiġu proċessati l-organizzazzjonijiet responsabbli mit-traffikar ta' persuni;

63.

Jemmen li l-UE għandha tmexxi 'l quddiem il-ħidma tagħha fuq il-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi u r-riammissjoni fuq bażi parallel bl-aktar mod trasparenti bil-prospettiva ta' tranżizzjoni – gradwalment u każ b'każ, ladarba jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha – lejn sistema mingħajr viżi; jitlob ukoll li jidħlu fis-seħħ il-kundizzjonijiet materjali tal-ħruġ u t-tiġdid tal-viżi b'mod li jkunu josservaw iktar id-drittijiet tal-individwu; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-mobilità taż-żgħażagħ u tal-istudenti għandha tiġi trattata bħala prijorità; jenfasizza wkoll li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għandhom jibbenefikaw minn offerta privileġġata tal-UE dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża fir-rigward tal-kalendarju u s-sustanza; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet dwar l-asil iridu jkunu kompletament konformi mal-obbligi u l-impenji internazzjonali u mal-istandards tal-UE, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

64.

Ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' “non-refoulement” u jagħmlu kull sforz biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' sistema ta' asil tal-UE li tkun aċċessibbli, ġusta u protettiva;

65.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-UE jirratifikaw il-Protokoll kontra t-Traffikar Illegali tal-Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, li jikkumplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali; iqis li r-rieżami tal-PEV għandu jiffaċilita l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi f'dawn l-oqsma; jaqbel mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-migrazzjoni għal raġunijiet ta' familja, u jilqa' l-Green Paper li se toħroġ dwar dan is-suġġett;

66.

Jenfasizza l-importanza li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ, u jenfasizza l-bżonn li jissaħħu s-sinerġiji bejn Żgħażagħ Attivi u l-PEV; jisħaq fuq il-fatt li l-UE għandha żżid il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjioni akkademika u t-taħriġ professjonali, billi minnufih twessa' u żżid il-programmi tal-boroż ta' studju u l-mobilità tal-istudenti, il-gradwati, l-għalliema u l-akkademiċi billi tippromwovi l-iskambji bejn l-edukazzjoni ogħla u l-istituzzjonijiet ta' taħriġ, flimkien mas-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-qasam tar-riċerka u l-impriżi; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm proċeduri aktar flessibbli u rapidi għall-ħruġ tal-viżi għall-parteċipanti f'dawn il-programmi; jenfasizza l-ħtieġa biex jiġi avvanzat ix-xogħol dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u tas-sistemi edukattivi mal-pajjiżi sħab tal-PEV speċjalment dwar l-approssimazzjoni ta' Diplomi ta' Edukazzjoni Ogħla u standards taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Ogħla; jisħaq fuq il-ħtieġa qawwija għal politika tal-informazzjoni struttura lejn iċ-ċittadini tal-pajjiżi sħab tal-PEV fir-rigward tal-possibilità ta' parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE;

67.

Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni jistabbilixxu djalogu strutturat mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi sabiex jiżviluppaw approċċ favorevoli għal kulħadd favur il-mobilità, jiffaċilitaw il-formalitajiet tal-viżi, jagħmlu aktar użu mill-opportunitajiet li joffri l-Kodiċi dwar il-Viżi tal-UE filwaqt li jtejbu u jarmonizzaw l-applikazzjoni tagħha sabiex jiġu garantiti kundizzjonijiet ugwali u ekwi għall-applikanti fl-Istati Membri kollha, billi jiffukaw b'mod partikolari fuq l-effetti tal-interdipendenza bejn l-għajnuna għall-iżvilupp, is-sigurtà, il-migrazzjoni regolari u l-migrazzjoni irregolari kif iddefiniti fl-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali biex ikun żgurat li l-pajjiżi sħab ma jsofrux minn “eżodu tal-imħuħ”;

68.

Jitlob lill-UE ttejjeb l-aċċessibilità u l-allokazzjoni tal-fondi tal-UE fi proġetti intiżi sabiex il-migranti jiġu informati dwar drittijiethom u dmirijiethom u jiġu protetti d-drittijiet tagħhom, b'referenza partikolari għad-drittijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, in-nisa u gruppi vulnerabbli oħra; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'rapport dettaljat dwar l-użu tal-fondi tal-UE maħsuba għal pajjiżi ġirien, fosthom dawk tal-programm tematiku tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-asil;

Dimensjoni reġjonali

69.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-Politika Ewropea tal-Viċinat mhijiex se tkun totalment effikaċi sakemm ma jkunx hemm sinerġija bejn id-dimensjonijiet bilaterali u multilterali tagħha; iqis essenzjali, għaldaqstant, li jissaħħaħ l-element multilaterali fil-PEV u li għalih tiġi allokata parti iktar sostanzjali mill-fondi tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija;

70.

Jilqa' l-proposta li jintuża l-qafas multilaterali b'mod aktar strateġiku sabiex jiġu avvanzati r-relazzjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi sħab u jistenna li jittieħdu miżuri konkreti maħsuba biex din il-proposta titqiegħed fil-prattika; jistenna f'dan ir-rigward b'interess kbir il-pjan direzzjonali bl-għanijiet, l-istrumenti u l-azzjonijiet imħabbra mill-HR/VP u l-Kummissjoni sat-tmiem tas-sena;

71.

Jemmen li d-dimensjoni multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant għandha tkompli tissaħħaħ u tiġi żviluppata, inkluż il-Forum għas-Soċjetà Ċivili; jinnota l-importanza li jiġi stabbilit djalogu kostruttiv mat-Turkija u r-Russja dwar kwistjonijiet reġjonali ta' interess komuni u partikolarment dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet tas-sigurtà;

72.

Jindika li r-rwol tar-reġuni huwa kruċjali biex jiġu żgurati r-riformi soċjali u ekonomiċi fit-tul u biex jiġi garantit l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza li l-PEV għandha titqies b'mod ġenerali sabiex jiġi xprunat l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni li huma fruntiera; iqis li l-prinċipji dwar il-kooperazzjoni territorjali japplikaw ukoll għall-fruntieri esterni u huma għodda kruċjali biex jittejbu l-iżvilupp ekonomiku tal-UE kif ukoll l-objettivi tal-politiki ġenerali tal-UE dwar il-PEV; huwa tal-fehma li l-approċċ il-ġdid tal-PEV għandu jippermetti l-istrateġiji makroreġjonali tal-UE u li l-potenzjal tal-makroreġjuni tal-UE li jinkludu l-pajjiżi ġirien tal-UE għandhom jintużaw bis-sħiħ sabiex jiġu kkoordinati aħjar il-prijoritajiet u l-proġetti ta' interess komuni għall-pajjiżi tal-UE u tal-PEV ħalli jinkisbu riżultati pożittivi b'mod reċiproku u jiġu ottimizzati r-riżorsi investiti;

73.

Jenfasizza r-rwol eċċezzjonali tal-Ewroreġjuni fil-ksib tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi u tgħin l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri, sabiex tingħata spinta lir-rwol tal-Ewroreġjuni fi ħdan il-politika tal-PEV;

74.

Jenfasizza l-potenzjal għoli tar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) li jinvolvi reġjuni lil hinn mill-fruntieri esterni; jinkoraġġixxi ftehimiet speċifiċi ma' pajjiżi terzi ġirien fir-rigward tal-introduzzjoni ta' liġijiet nazzjonali li jippermettu strutturi tar-REKT skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom u ftehimiet interstatali li jippermettu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' pajjiżi terzi jipparteċipaw fir-REKT;

75.

Iqis li l-PEV futura għandha tqis ir-rwol tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-UE; jinnota li huma jirrappreżentaw opportunità reali biex jinfluwenzaw il-politika esterna tal-UE minħabba li jippermettu lill-UE biex minn naħa jkollha relazzjonijiet aktar fil-qrib ma' numru ikbar ta' pajjiżi terzi u min-naħa l-oħra tindirizza l-kwistjonijiet kumplessi bħalma hi l-migrazzjoni irregolari; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar flessibilità fir-rigward ta' opportunitajiet innovattivi ta' finanzjament għall-proġetti magħżula fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni sabiex l-istess proġetti jkunu jistgħu jiġu stabbiliti kemm fir-reġjuni Ewropej u kif ukoll f'dawk tal-pajjiżi terzi u jkunu ta' benefiċċju għalihom;

76.

Jenfasizza l-importanza ta' approċċ ġeografiku u strateġiku usa' meta jiġi kkunsidrat il-futur tal-PEV, filwaqt li jfakkar li wara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2006 dwar il-PEV, l-UE stabbiliet f'Novembru 2007 politiki speċifiċi dwar il-pajjiżi tal-gżejjer tal-Atlantiku li huma ġirien tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE biswit il-kontinent Ewropew, fejn ġie kkonstatat li l-kwistjonijiet speċjali bħall-viċinanza ġeografika, l-affinità kulturali u storika u s-sigurtà reċiproka huma rilevanti; jilqa' l-livell għoli ta' riżultati miksuba u d-dinamiżmu tal-politiki speċifiċi diġà implimentati, jiġifieri s-Sħubija Speċjali bejn l-UE u l-Kap Verde; u jitlob lill-UE tkompli ssaħħaħ id-djalogu tagħha u l-konverġenza politika ma' dawn il-pajjiżi u tappoġġa l-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw ir-riformi politiki, soċjali u ekonomiċi;

77.

Jifhem li d-DĠ tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Reġjonali għandu esperjenza vasta fil-ġestjoni tal-FEŻR u jinsab konvint li jkun fl-interess tal-objettivi tal-ENPI li jitqies il-parir tad-DĠ Regio fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi; jemmen għaldaqstant li l-ġestjoni ta' dawn l-għodod finanzjarji fir-rigward tal-programmi CBC għandha terġa' tgħaddi f'idejn id-DĠ Regio, li fil-passat kien hu responsabbli minnha;

78.

Jilqa' d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta' Varsavja tat-30 ta' Settembru 2011 kif ukoll id-Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, partikolarment fir-rigward tal-prinċipji tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-impenn favur involviment bilaterali aktar fil-fond, kemm ekonomiku kif ukoll politiku, inkluża r-rieda li jkun hemm progress fin-negozjati tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni multilaterali fost il-pajjiżi sħab u l-iffaċilitar tal-mobilità u l-impenn li ttejjeb l-implimentazzjoni tagħha b'benefiċċji ċari għas-soċjetajiet tal-pajjiżi sħab;

79.

Jemmen li t-tisħiħ tas-Sħubija tal-Lvant se jkun element ewlieni għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE; jenfasizza li s-Sħubija tal-Lvant u l-iżvilupp reġjonali għandhom jimxu id f'id u jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, bħall-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, kif ukoll proġetti konġunti finanzjati b'mod xieraq, bħall-iskambji kulturali u dawk tas-soċjetà ċivili;

80.

Jisħaq fuq l-importanza li tkompli titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali fl-ispazju tal-Baħar l-Iswed u li tiġi żviluppata aktar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Baħar l-Iswed; jenfasizza l-kumplimentarjetà bejn il-politiki tal-Baħar l-Iswed tal-UE u s-Sħubija tal-Lvant; jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE jagħmlu użu tajjeb mill-approċċi li jvarjaw taż-żewġ inizjattivi u biex jikkjarifikaw, fil-livelli kollha, kif dan il-livell sostanzjali ta' kumplimentarjetà għandu jintuża b'mod utli;

81.

Jenfasizza l-importanza tal-Unjoni għall-Mediterran bħala forum permanenti ta' djalogu u kooperazzjoni u strument għall-promozzjoni tad-demokrazija; iħeġġeġ lill-kopresidenza (li jmiss) tal-Unjoni għall-Mediterran tibqa' impenjata biex jinkisbu l-għanijiet ambizzjużi inizjalment stabbiliti u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fir-reġjun Mediterranju; huwa tal-opinjoni li l-UgħM għandha tippromwovi żvilupp ekonomiku, soċjali u demokratiku b'saħħtu u li għandha toħloq bażi soda u komuni għal kooperazzjoni reġjonali mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha fin-Nofsinhar; jilqa' l-opportunità offruta mill-UgħM għat-tisħiħ tal-komplementarjetà bejn il-politiki bilaterali u l-politiki reġjonali, sabiex l-objettivi tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja jinkisbu b'mod aktar effikaċi, abbażi tar-rikonoxximent reċiproku ta' valuri komuni u l-ħolqien ta' spazju ta' paċi, sigurtà u prosperità; jilqa' b'mod partikolari l-impenn tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Unjoni li jaħdem u jippreżenta proġetti tal-UgħM fl-oqsma tad-demokrazija u s-soċjetà ċivili; jilqa' ż-żieda fil-baġit ġenerali tal-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali;

82.

Jinnota li l-element multilaterali tal-PEV għandu jservi biex jikkontribwixxi għat-tnedija effikaċi u rapida ta' proġetti tanġibbli tal-UgħM sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess kondiviż ta' żvilupp u integrazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-kofinanzjament ta' studji ta' fattibilità u l-appoġġ għal użu usa' ta' self konċessjonarju;

83.

Jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE jesploraw opportunitajiet għal interkonnessjoni istituzzjonali bejn il-PEV u l-politiki tal-viċinat ta' atturi reġjonali ewlenin, speċjalment it-Turkija; ifakkar fl-ambizzjoni ta' Ankara li tispira u tassisti tranżizzjonijiet demokratiċi u riformi soċjoekonomiċi fil-viċinat tan-Nofsinhar; jinnota li l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet Torok u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-istrumenti PEV tiġġenera effetti uniċi ta' sinerġija, speċjalment f'oqsma bħall-istabbiliment ta' istituzzjonijiet u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; jemmen li l-kooperazzjoni prattika kellha tiġi kumplementata minn djalogu strutturat bejn l-UE u t-Turkija sabiex jiġu kkoordinati l-politiki tal-viċinat rispettivi tagħhom; jirrakkomanda li offerta simili ta' kooperazzjoni fil-qafas tal-PEV għandha, bħala prinċipju, tiġi estiża għar-Russja u partijiet interessati oħra;

L-UE u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

84.

Ifakkar li r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti militari reġjonali, inklużi dawk imsejħa ffriżati, hija l-prekundizzjoni essenzjali għall-konsolidament tad-demokrazija, l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, il-prosperità u t-tkabbir ekonomiku, għalhekk għandha tkun tal-akbar interess għall-UE;

85.

Ifakkar li l-UE għandha tinvolvi ruħha aktar u tiżvolġi rwol aktar attiv, koerenti u kostruttiv fir-riżoluzzjoni ta' kunflitti reġjonali, fost l-oħrajn permezz tas-SEAE, billi tiżviluppa aktar miżuri għall-bini ta' fiduċja, rikonċiljazzjoni u medjazzjoni, billi tikkunsidra approċċi pragmatiċi u innovattivi ġodda, inkluża t-tnedija ta' strateġiji ta' komunikazzjoni pubblika fil-pajjiżi sħab, billi tippromwovi korpi ċivili Ewropej ta' paċi u azzjonijiet ta' medjazzjoni lokali, billi tappoġġa l-kultura ċivika - speċjalment it-taħriġ, l-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ - u d-djalogu bejn u fil-komunitajiet, billi tinvolvi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, billi tiżviluppa proġetti transkonfinali u billi ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien; ifakkar fl-importanza vitali li jissaħħu l-kooperazzjonijiet politiċi għall-iskop ta' sigurtà u biex jiġu miġġielda t-terroriżmu u l-forom individwali ta' estremiżmu;

86.

Jemmen li d-djalogu interkulturali u interreliġjuż huwa kruċjali biex itejjeb il-fehim reċiproku, ir-rispett, is-solidarjetà u t-tolleranza ma' u fost il-pajjiżi sħab tal-viċinat; jitlob sabiex l-istrumenti tal-PEV l-ġodda proposti jqiesu b'mod partikolari l-promozzjoni tagħhom;

87.

Fil-kuntest tal-konsegwenzi tar-rivoluzzjonijiet fit-Tramuntana tal-Afrika, jenfasizza l-importanza li jiġi provdut appoġġ għal ġustizzja tranżizzjonali u jħeġġeġ lill-pajjiżi sħab kollha jikkooperaw mal-ġustizzja internazzjonali, jiġifieri l-Qorti Kriminali Internazzjonali;

88.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jinżamm approċċ reġjonali u jilqa' d-deċiżjoni li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-UE kemm għall-Kawkasu t'Isfel u kemm għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, kif ukoll li tiġi stabbilita task force għan-Nofsinhar tal-Mediterran; huwa tal-fehma li task force simili għall-Kawkasu tan-Nofsinhar għandha tiġi kkunsidrata; jenfasizza l-ħtieġa biex jiġi żgurat li r-rwol proattiv tal-UE fit-taħditiet 5+2 dwar Transnistrja ikollu riżorsi adegwati, speċjalment mit-terminazzjoni tal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE;

89.

Jenfasizza li l-kunflitti reġjonali ma jistgħux jinftiehmu jekk ma jiġux ikkunsidrati fil-kuntest kulturali tagħhom; jappella għall-implimentazzjoni ta' strateġija koerenti, abbażi tal-istrateġija Blue Shield, li tagħti lill-kultura rwol fil-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-istabbiliment mill-ġdid tal-paċi;

90.

Jilqa' l-ħidma li l-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-aġenziji tal-OSKE u n-NU, iwettqu fuq il-post f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u wara kunflitt u fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-viċinat kollu kemm hu, speċifikament l-impenn li ilu stabbilit tal-UNRWA fir-rigward tar-rifuġjati Palestinjani;

91.

Jappoġġa l-azzjoni umanitarja u favur l-iżvilupp u l-paċi tal-UE fil-pajjiżi sħab tal-viċinat tal-Lvant, u b'mod partikolari l-kontribut importanti tal-Unjoni lill-UNRWA; jiddispjaċih madankollu li din l-azzjoni għad mhux qed tkun akkumpanjata mit-tisħiħ tal-Unjoni bħala attur politiku prinċipali fil-Lvant Nofsani; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħmlu minn kollox biex jagħtu piż politiku għall-preżenza u l-azzjoni tal-Unjoni fir-reġjun pari għall-impenn deċiżiv tagħha f'termini ta' għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp;

Dimensjoni parlamentari

92.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament Ewropew jiżvolġi rwol importanti, permezz tad-delegazzjonijiet parlamentari tiegħu u d-delegazzjonijiet tiegħu f'assemblej parlamentari, fit-tisħiħ tad-djalogu politiku u l-promozzjoni tal-libertajiet, ir-riformi demokratiċi u l-istat tad-dritt kompletament żviluppati fil-pajjiżi ġirien sħab u jenfasizza li dawn il-kuntatti jistgħu jkunu wkoll mod biex jiġi vvalutat jekk il-kriterji li ġejjin intlaħqux jew le, u biex tiġu adattata l-kooperazzjonijiet bilaterali u multilaterali fid-dawl tal-avvenimenti u l-progressi li saru;

93.

Jerġa' jafferma li l-assemblej parlamentari multilaterali, bħall-EURONEST u l-AP-UgħM, huma vetturi kruċjali għall-bini tal-fiduċja u l-koerenza bejn l-UE u l-pajjiżi sħab u fost il-pajjiżi sħab infushom, u għaldaqstant jikkontribwixxu bil-kbir biex jinkisbu l-objettivi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-Unjoni għall-Mediterran; jitlob lis-SEAE u lill-Kummissjoni jassoċjaw kemm jista' jkun lill-membri tal-EURONEST mal-istrutturi u l-pjattaformi multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-AP-UgħM tiġi rikonoxxuta bħala istituzzjoni parlamentari leġittima tal-UgħM; jenfasizza li segretarjat kompletament żviluppat se jagħti aktar koerenza lill-ħidma tal-EURONEST u tal-AP-UgħM u konsistenza mal-programmi tal-PEV ippjanati għad-dimensjoni tal-Lvant u reġjonali tan-Nofsinhar;

94.

Jitlob lill-KE tipprovdi appoġġ finanzjarju, tekniku u espert imsaħħaħ lill-amministrazzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-programm ta' Bini ta' Istituzzjonijiet Komprensiv biex isaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabilità tagħhom, li huwa kruċjali sabiex il-parlamenti jkollhom rwol xieraq fil-proċessi demokratiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

95.

Jikkonferma li huwa lest li jilqa' r-rappreżentanti tal-Parlament tal-Bjelorussja fil-EURONEST hekk kif l-elezzjonijiet parlamentari fil-Bjelorussja jibdew jitqiesu demokratiċi mill-komunità internazzjonali, inkluża l-OSKE;

Finanzjament

96.

Jilqa' l-proposta għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat il-ġdid u ż-żieda tal-finanzjament għall-PEV, kif mitlub fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu; jikkunsidra li d-distribuzzjoni tal-fondi għandha tkun flessibbli u xierqa għaż-żewġ reġjuni filwaqt li jinżamm il-bilanċ reġjonali, b'approċċ ibbażat fuq ir-rendiment u li jkun jiffoka fuq l-impenji u l-progress fir-rigward tar-riformi tal-pajjiżi sħab, iżda wkoll fuq il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet tagħhom; jinnota li l-flessibilità u s-semplifikazzjoni ulterjuri għandhom jirrispettaw id-dritt ta' skrutinju demokratiku u jkunu akkumpanjati b'aktar sorveljanza tal-infiq;

97.

Iqis li huwa importanti li jinżamm bilanċ raġonevoli bejn il-komponenti tal-Lvant u tan-Nofsinhar, speċjalment peress li l-pajjiżi ġirien tal-Lvant jinsabu fil-proċess li jimplimentaw programmi u riformi relatati mas-Sħubija tal-Lvant u għandhom perspettiva tal-UE; jemmen, madankollu, li dan il-bilanċ m'għandux jitqies li hu ffissat b'mod permanenti; jappoġġa bis-sħiħ il-prinċipju ta' għajnuna finanzjarja flessibbli, differenzjata u ibbażata fuq ir-rendiment, ibbażata fuq bżonnijiet reali, kapaċità ta' assorbiment u objettivi milħuqa;

98.

Iqis li r-rieżami tal-ENI għandu jkun konsistenti mal-evalwazzjoni attwali tal-MFF 2007-2013 u n-negozjati dwar il-perjodu wara l-2013, u għandu jitwettaq fil-kuntest tagħhom bl-għan li ma jerġgħux jinfetħu n-negozjati dwar il-finanzjament tal-politika tal-viċinat tul l-2012 u l-2013;

99.

Jitlob żieda sostanzjali fil-limitu massimu tal-Intestatura 4 tal-baġit tal-UE għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, minħabba li matul l-aħħar snin minkejja li sar xi progress fil-promozzjoni ta' kooperazzjoni mtejba u integrazzjoni ekonomika progressiva bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab, jeħtieġ li jsir aktar progress hekk kif jitfaċċaw sfidi ġodda u oqsma għall-kooperazzjoni;

100.

Jenfasizza li r-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet meħtieġa għaż-żieda fil-finanzjament għall-PEV għandha tkun ibbażata fuq prijoritajiet ċari u għalhekk m'għandhiex tkun askapitu tal-unika għodda, li għandha l-Unjoni, ta' rispons għall-kriżi u ta' konsolidament tal-paċi, l-Istrument għall-Istabilità, kif propost mill-Kummissjoni; jenfasizza li l-finanzjament tal-PEV m'għandux jintlaqat mill-krizi tad-dejn sovran attwali;

101.

Jiddispjaċih li perċentwal għoli tal-fondi disponibbli tal-PEV qed jintefqu fuq konsulenza minflok fuq proġetti u programmi u jitlob, f'dan ir-rigward, għal bilanċ mill-ġdid u malajr fl-użu tagħhom taħt l-istrument il-ġdid;

102.

Jenfasizza l-importanza, fil-każijiet fejn l-UE mmobilizzat għajnuna umanitarja, li jiġi żgurat li jkun hemm tranżizzjoni adattata bejn ir-riabilitazzjoni, ir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp, sabiex jinstab rimedju għal uħud mill-konsegwenzi qerrieda tar-rivoluzzjonijiet;

103.

Jikkunsidra li l-QKA jista' jiġi kkunsidrat bħala parti integrali tal-ENI; jissuġġerixxi li titqies l-idea li l-ġestjoni tal-fondi tal-ENI taqa' mill-ġdid taħt il-QKA jekk l-istati ma jirnexxilhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-finanzjament minħabba rendiment insodisfaċenti;

104.

Jenfasizza r-rwol kritiku tal-ENI fl-appoġġ għall-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, bħall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, billi jingħata finanzjament għad-dimensjoni esterna ta' dawn l-istrateġiji, b'mod partikolari l-attivitajiet li jinvolvu pajjiżi ġirien;

105.

Jenfasizza li l-allokazzjoni tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq għadd limitat ta' prijoritajiet iddefiniti b'mod ċar u objettivi li jistgħu jitkejlu, bi qbil mal-pajjiżi sħab, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tagħhom u abbażi ta' kundizzjonalità ċara u tal-progress li diġà sar; jenfasizza li l-appoġġ baġitarju għandu jintuża biss fejn ikun hemm il-garanziji għal ġestjoni baġitarja soda u li għandha tintuża l-firxa sħiħa tal-għodda disponibbli sabiex il-prijoritajiet jiġu riflessi b'mod aħjar; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni mtejba dwar l-akkwisti pubbliċi u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi PEV;

106.

Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ konsistenti fl-assistenza pprovduta lill-pajjiżi ġirien minn kull Stat Membru individwali tal-UE u mill-UE fil-qafas tal-PEV; hu favur kull mekkaniżmu li jgħin fil-koordinament u s-semplifikazzjoni tal-azzjoni tad-donaturi differenti tal-UE fil-pajjiżi tal-PEV, mingħajr ma jiżdiedu saffi burokratiċi bla bżonn;

107.

Jindika li minkejja l-għajnuna tista' taġixxi bħala ingranaġġ għall-pajjiżi tal-PEV, din mhijiex biżżejjed biex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli u dejjiemi; għalhekk jitlob lill-pajjiżi tal-PEV isaħħu u jimmobilizzaw ir-riżorsi nazzjonali tagħhom, jistabbilixxu sistemi ta' tassazzjoni trasparenti, jinvolvu s-settur privat, il-gvernijiet lokali u s-soċjetà ċivili fl-aġenda tal-PEV u jimmiraw għas-sjieda akbar tagħhom tal-proġetti tal-PEV;

108.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-pajjiżi membri tal-G8 li jżidu l-faċilitajiet ta' self għall-benefiċċju tal-pajjiżi tas-sħubija tan-Nofsinhar li jkunu bdew tranżizzjoni demokratika; iqis li l-impenji li ttieħdu fil-qafas tas-"Sħubija ta' Deauville" fis-27 ta' Mejju 2011 huma tali li jħeġġu l-mobilizzazzjoni finanzjarja għall-benefiċċju tad-demokrazija u tal-iżvilupp fil-pajjiżi sħab tal-Unjoni Ewropea;

109.

Jitlob, fid-dawl tar-Rebbiegħa Għarbija, kif ukoll tal-passi lura mid-demokrazija fi wħud mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, għal evalwazzjoni awtokritika speċifika tal-istrumenti finanzjarji użati fil-passat fl-ENPI, fir-rigward tal-funzjonament tagħhom fl-oqsma tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-governanza, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tal-bini ta' istituzzjonijiet u ta' appoġġ lis-soċjetà ċivili; jemmen li l-UE għandha tadotta approċċ ġdid li jtejjeb il-kooperazzjoni għall-prevenzjoni tal-kunflitti;

110.

Huwa tal-konvinzjoni soda li l-għajnuna finanzjarja lill-Awtorità Palestinjana u l-UNRWA għandhom ukoll ikunu eżaminati fil-kuntest ta' dan ir-rieżami u jkunu suġġetti għall-programmazzjoni fuq perjodu fit-tul, bħala parti integrali tal-Politika tal-Viċinat; ma jqisx validu l-argument li l-instabilità politika fir-reġjun u l-ispeċifiċitajiet tal-proċess tal-paċi jippermettu biss il-programmazzjoni proviżorja u t-tisħiħ każ b'każ;

111.

Jitlob, minħabba l-ħtiġijiet attwali urġenti, speċjalment fil-Viċinat tan-Nofsinhar, li jintlaħaq malajr ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta għat-tisħiħ tal-Istrument ta' Viċinat tul il-perjodu 2012-2013; jitlob, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex fil-pront iwettqu l-wegħdiet bilaterali tagħhom lill-Mediterran tan-Nofsinhar u lis-Sħubija tal-Lvant;

112.

Jinsisti li l-Kunsill għandu jadotta mingħajr dewmien ulterjuri l-proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-ENPI ppreżentat mill-Kummissjoni f'Mejju 2008 u adottat mill-Parlament fit-8 ta' Lulju 2008, li tkun tippermetti l-investiment mill-ġdid tal-fondi rritornati insegwitu ta' operazzjonijiet preċedenti; ifakkar li din il-miżura diġà hi meqjusa bħala fatta u hi riflessa fil-proposta għall-finanzjament tar-rieżami tal-PEV fil-baġit tal-2011-2013; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra modi alternattivi biex tiżgura li l-fondi ta' kapital tar-riskju addizzjonali jsiru disponibbli malajr kemm jista' jkun permezz tal-BEI, kemm għad-dimensjonijiet tan-Nofsinhar u kemm tal-Lvant;

113.

Jilqa' l-ħidma mwettqa mill-Bank Ewropew tal-Investiment, b'mod partikolari permezz tal-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija, u mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u jenfasizza l-importanza u l-ħtieġa ta' aktar sinerġiji mal-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali u internazzjonali oħra li huma wkoll attivi f'dawn il-pajjiżi; jappoġġa l-modifika tal-istatuti tal-BERŻ sabiex anki s-sħab tal-viċinat tan-Nofsinhar ikunu eliġibbli għall-assistenza tiegħu u jixtieq jiżgura li bejn il-BEI u l-BERŻ, li l-kapital tat-tnejn li huma huwa fil-parti l-kbira ta' oriġini Ewropea, tiġi stabbilita relazzjoni produttiva ta' kooperazzjoni, u mhux ibbażata fuq kompetizzjoni;

*

* *

114.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni, lis-SEAE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi tal-PEV u lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran.


(1)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0413.

(3)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 24.

(4)  ĠU L 221, 27.8.2011, p. 5.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0153.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0154.

(7)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.

(8)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.

(9)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 760.

(10)  ĠU C 285 E, 26.11.2009, p. 11.

(11)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 83.

(12)  ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 76.

(13)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 64.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2011)0025.

(15)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 126.

(16)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 136.

(17)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 81.

(18)  Testi adottati, P7_TA(2011)0038.

(19)  Testi adottati, P7_TA(2011)0064.

(20)  Testi adottati, P7_TA(2011)0095.

(21)  Testi adottati, P7_TA(2011)0386.

(22)  Testi adottati, P7_TA(2011)0387.

(23)  Testi adottati, P7_TA(2011)0239.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/45


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur

P7_TA(2011)0577

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (2010/2311(INI))

2013/C 168 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli relevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (1) u r-rapport ta' implimentazzjoni tiegħu tal-2008 (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (3) kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/919/ĠAI (4) u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha dwar il-protezzjoni u l-għajnuna lill-vittmi,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE kontra t-Terroriżmu (5),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra r-Radikalizzazzjoni u r-Reklutaġġ għat-Terroriżmu (6),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa Miftuħa u Sigura għas-Servizz u l-Protezzjoni taċ-Ċittadini (7), u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 April 2010 dwar “Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma” (COM(2010) 0171),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Europol dwar Is-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE għall-2011 (TE-SAT 2011),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2010 dwar il-linja politika tal-UE Kontra t-Terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (COM(2010)0386),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-24 ta' Novembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill – “Il-Politika tal-UE Kontra t-Terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (8)

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni dwar il-Politika tal-UE Kontra t-Terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (9),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura (COM(2010)0673),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1983 dwar il-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati Vjolenti (CETS Nru 116), il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2005 dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196), il-Linji Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2005 dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Attakki Terroristiċi, ir-Rakkomandazzjoni (2006)8 tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2006, dwar Assistenza lill-Vittmi tal-Kriminalità, u l-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni tal-2011 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (COM(2011)0275),

wara li kkunsidra r-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tas-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Green Paper bit-titlu: ‘Minn sfidi għal opportunitajiet: lejn qafas strateġiku komuni għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE’,

wara li kkunsidra d-diversi riżoluzzjonijiet relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Dicembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (10), u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0286/2011),

A.

billi wara l-attakki atroċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-ewwel deċennju tas-seklu 21 baqa' mmarkat mill-‘Ġlieda kontra t-Terroriżmu’, b'mod speċjali minħabba l-approċċ tal-Istati Uniti; billi minkejja li dawn l-attakki jew attakki oħra ta’ daqs simili ma seħħewx f'art Ewropea, l-ippjanar u t-tħejjija tagħhom seħħew parzjalment fl-Ewropa, u billi ħafna Ewropej ħassew li dawn kienu attakk fuq il-valuri tagħhom u fuq il-mod ta' għajxien tagħhom;

B.

billi l-Unjoni Ewropea qiegħda kulma jmur tkun fil-mira u anke vittma tat-terroriżmu fis-seklu 21 u qiegħda tħabbat wiċċha ma' theddida omnipreżenti;

C.

billi l-attentati terroristiċi gravi fl-UE sa mill-attentati tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti, inklużi l-attakki terroristiċi f'Madrid fl-2004 u l-attakki f’Londra fl-2005, ħallew impatt sinifikanti fuq is-sens ta' sigurtà komuni fost iċ-ċittadini tagħha;

D.

billi r-Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE tal-Europol għall-2011 (TE-SAT 2011) jindika li t-theddida ta’ attakki terroristiċi fl-UE għadha serja, u li r-rabtiet bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata donnu li qed jikbru, filwaqt li hemm tendenza li qed jonqsu l-attakki terroristiċi imwettqa minn, jew attribwiti lil, organizzazzjonijiet terroristiċi separatisti meta mqabbla mal-2006, minkejja li dawn għadhom il-parti l-kbira tal-attakki terroristiċi fl-UE;

E.

billi l-Programm ta' Stokkolma jidentifika żewġ theddidiet għas-sigurtà interna – it-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità organizzata – li f'ħafna każi, joperaw fl-istess oqsma ta' attività, bħal pereżempju t-traffikar tal-armi u tad-drogi;

F.

billi t-terroriżmu mhuwiex fenomenu reċenti; billi f'dawn l-aħħar deċennji t-terroriżmu ħa suriet ġodda bħaċ-ċiberterroriżmu, u billi n-netwerks terroristiċi saru iktar kumplessi f'termini ta' struttura, mezzi u finanzjament, u b'hekk it-theddida tat-terroriżmu saret dejjem iktar kumplessa; billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu dejjem kienet parti mill-isfera ta' kompetenza tal-Istati Membri u tal-azzjoni regolari tal-infurzar tal-liġi; billi l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 u dawk ta’ Madrid u ta’ Londra wasslu għal bidla fundamentali fil-perċezzjoni tal-fenomenu tat-terroriżmu u fil-metodi u fl-istrumenti użati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; u billi bħala konsegwenza ta’ dawn l-attakki, it-terroriżmu sar kwistjoni li teffettwa s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea kollha u mhux biss is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri, b’qafas legali differenti ħafna;

G.

billi, minħabba n-nuqqas ta’ definizzjonijiet internazzjonali mhux ambigwi tat-terroriżmu, l-UE ddefiniet ir-reati terroristiċi fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI;

H.

billi l-kooperazzjoni internazzjonali hija indispensabbli biex jitnaqqru l-bażijiet finanzjarji, loġistiċi u operattivi tat-terroriżmu;

I.

billi minkejja li l-esperjenzi tat-terroriżmu u l-livelli tat-theddid ivarjaw fl-Istati Membri tal-UE, hu meħtieġ approċċ komuni fil-livell tal-UE minħabba li l-attivitajiet terroristiċi spiss ikunu pan-Ewropej u minħabba li t-terroristi, meta jwettqu r-reati tagħhom, jisfruttaw id-diversità Ewropea f'termini leġiżlattivi u tal-kapaċitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-abolizzjoni tas-sorveljanza tal-fruntieri;

J.

billi ċ-ċittadini tal-UE u persuni oħra wkoll iridu garanzija tas-sikurezza u tas-sigurtà tagħhom fi ħdan l-UE u f'postijiet oħra, u l-UE għandha rwol importanti x'tiżvolġi f'dan ir-rigward;

K.

billi l-atti terroristiċi jipperikolaw id-drittijiet tal-bniedem, jheddu d-demokrazija, għandhom l-għan li joħolqu instabilità għal gvernijiet ikkostitwiti b’mod leġittimu, idgħajfu s-soċjetajiet ċivili pluralistiċi u jisfidaw l-ideal komuni li wieħed jgħix ħajtu mingħajr biża';

L.

billi l-għan tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu hu li jiġġieled l-għanijiet tat-terroriżmu u t-twettiq ta’ atti terroristiċi, liema atti jippruvaw jeqirdu t-tessut tas-soċjetajiet ħielsa, miftuħa u demokratiċi; billi l-għan ewlieni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandu jkun il-ħarsien u t-tisħiħ tat-tessut tas-soċjetajiet demokratiċi permezz tat-tisħiħ tal-libertajiet ċivili u l-iskrutinju demokratiku, billi tiġi żgurata s-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini Ewropej, billi jiġu identifikati u proċessati legalment il-partijiet responsabbli għat-twettiq tat-terroriżmu, u bl-għoti ta' rispons għall-konsegwenzi ta' attakk terroristiku permezz ta' politiki ta' inklużjoni, kooperazzjoni transkonfinali ġudizzjarja u tal-pulizija u strateġija effettiva u kkoordinata fil-livell tal-UE; billi l-effikaċja tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titkejjel ma’ dawn l-għanijiet; u billi l-approċċ tal-ġlieda kontra t-terroriżmu li għandu l-akbar ċans ta’ suċċess hu dak li jiffoka fuq il-prevenzjoni tal-estremiżmu u l-eskalazzjoni vjolenti;

M.

billi l-istrateġija kontra t-terroriżmu tal-Unjoni Ewropea għandha għaldaqstant tindirizza mhux biss il-konsegwenzi tat-terroriżmu, iżda wkoll il-kawżi tiegħu;

N.

billi l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti hija parti essenzjali mill-prevenzjoni u mir-rippressjoni tat-terroriżmu;

O.

billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu tfisser ġlieda kontra kull forma ta' terroriżmu, inkluż iċ-ċiberterroriżmu, in-narkoterroriżmu u l-interkonnessjoni tal-gruppi terroristiċi ma' attivitajiet kriminali multipli u fi ħdanhom, kif ukoll it-tattiki li t-terroriżmu juża biex jopera, bħall-finanzjament illeċitu, l-estorsjoni finanzjarja, il-ħasil ta' flus, u l-użu ta’ entitajiet jew istituzzjonijiet legali biex jaħbu warajhom l-operazzjonijiet ta' gruppi terroristiċi;

P.

billi t-terroriżmu huwa problema tal-Istat, u għalhekk huwa l-kompitu tal-istituzzjonijiet demokratiċi li jfasslu u jippreservaw il-linji essenzjali tal-politika kontra t-terroriżmu biex jinstab l-aktar kunsens politiku u soċjali wiesa' possibbli; billi l-ġlieda demokratika kontra t-terroriżmu, li neċessarjament tagħmel parti mill-istat kostituzzjonali u l-istat tad-dritt, hi kwistjoni tal-partiti politiċi kollha rappreżentati fl-istituzzjonijiet demokratiċi, kemm jekk huma fil-gvern kif ukoll jekk huma fl-oppożizzjoni; u għalhekk huwa rakkomandabbli li tinżamm id-definizzjoni tal-politika kontra t-terroriżmu, li skontha, f'kull soċjetà demokratika hija kwistjoni għall-gvernijiet, li tirriżulta mill-konfront leġittimu bejn il-partiti politiċi u għaldaqstant mill-kompetizzjoni elettorali;

Q.

billi huwa raġonevoli li jitkejlu l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-politiki kontra t-terroriżmu, billi min ifassal il-politiki għandu jkun jaf jekk id-deċiżjonijiet tiegħu hux qed ikollhom l-impatt mixtieq u ċ-ċittadini għandhom id-dritt iżommu lir-rappreżentanti eletti tagħhom responsabbli;

R.

billi għaxar snin wara l-attakki li ħasdu lid-dinja, wasal iż-żmien li nirriflettu dwar dak li ksibna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; billi l-evalwazzjoni tippermetti tfassil tal-politika aktar effiċjenti u effikaċi, u billi fkull demokrazija moderna d-deċiżjonijiet politiċi għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni u r-rieżami ta' sikwit;

S.

billi ftit li xejn sar biex jiġi valutat sa liema punt il-politiki tal-UE kontra t-terroriżmu laħqu l-objettivi ddikjarati; billi l-Parlament ripetutament appella għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-politiki tal-UE kontra t-terroriżmu, minħabba li l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni huma prekundizzjonijiet għat-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni ta' dawk li jfasslu l-politiki; u billi n-nuqqas ta' evalwazzjoni adegwata tal-politiki tal-UE kontra t-terroriżmu hu prinċipalment dovut għall-fatt li parti kbira minnha ssir fil-qasam tal-politiki tal-intelligence u tas-sigurtà, fejn hemm tradizzjoni ta' segretezza;

T.

billi l-għan tal-attentati terroristiċi ripetutament kien li jħallu kemm jista' jkun vittmi u jisfidaw il-kapaċitajiet istituzzjonali disponibbli;

U.

billi t-terroristi jimmiraw fuq persuni pajżana innoċenti sabiex jiksbu l-objettiv tagħhom li jxejnu d-demokrazija; billi l-persuni li ndarbu, sofrew danni jew tilfu lil xi persuna jew persuni li jħobbu f’attakki terroristiċi hu intitolati għall-appoġġ u s-solidarjetà tagħna, u li jirċievu riparazzjoni, kumpens u għajnuna;

V.

billi jeħtieġ li ssir ġustizzja, li l-ħatja jiġi proċessati legalment u li ma jkunx hemm impunità għar-reati terroristiċi, billi l-pożizzjoni tal-vittmi bħala xhieda fil-proċeduri ġudizzjarji teħtieġ attenzjoni speċjali;

W.

billi r-responsabbilizzazzjoni u r-responsabilità huma elementi essenzjali għal-leġitimità demokratika tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, filwaqt li l-iżbalji, l-azzjonijiet kontra l-liġi u l-ksur tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ jiġu investigati u pproċessati ġudizzjarjament;

X.

billi l-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom jirrispettaw id-drittijiet rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe miżura adottata f'dan il-qasam għandha impatt reċiproku fuq il-libertajiet ċivili;

Y.

billi s-sorveljanza tal-massa saret element ewlieni tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u billi l-ġbir fuq skala kbira ta’ data personali, it-teknoloġiji ta’ rilevament u identifikazzjoni, l-ittrekjar u l-ittraċċar, id-‘data mining’ u l-profilar, il-valutazzjoni tar-riskji u l-analiżi tal-imġiba huma kollha utilizzati għall-iskop tal-prevenzjoni tat-terroriżmu; billi dawn l-istrumenti jinvolvu r-riskju li l-oneru tal-prova jitpoġġa fuq iċ-ċittadin; billi l-effikaċja u r-rata ta' suċċess ta' dawn l-istrumenti għall-prevenzjoni tat-terroriżmu huma dubjużi; u billi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-aġenziji mhux adegwat;

Z.

billi l-awtoritajiet pubbliċi qed jagħmlu aktar u aktar użu mid-data miġbura għal skopijiet kummerċjali jew privati; billi l-kumpaniji privati f'diversi setturi huma obbligati jżommu u jipprovdu d-data personali mill-bażijiet tad-data tal-klijenti tagħhom; billi l-ispejjeż marbuta mal-ħżin u l-irkupru tad-data (kemm fuq livell ta' investimenti infrastrutturali kif ukoll ta’ spejjeż operattivi) huma konsiderevoli;

AA.

billi teżisti ħtieġa urġenti għal definizzjoni ġuridika uniformi tal-kunċett ta' profilar ibbażata fuq id-drittijiet fundamentali relevanti u fuq standards tal-protezzjoni tad-data biex titnaqqas l-inċertezza dwar liema attivitajiet huma projbiti u liema mhumiex;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jtenni li din trid tintrabat mal-istrateġija imminenti tal-UE dwar is-sigurtà interna; jiddispjaċih, madankollu, li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha hu kemmxejn dejjaq u limitat għall-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-politika miftehma u ma jkoprix il-politiki nazzjonali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-miżuri nazzjonali li jittrasponu politiki miftehma fil-livell Ewropew jew internazzjonali, kif ukoll il-fatt li ma sarx eżami aktar bir-reqqa dwar il-possibilità ta’ lakuni ġuridiċi jew is-sovrappożizzjoni jew irdoppjar possibbli tal-azzjonijiet u strumenti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu adottati fil-livell tal-UE; jisħaq fuq l-importanza ta' approċċ konsistenti, fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, għal inizjattivi adottati fil-qasam tas-sigurtà interna, b'referenza partikolari għat-terroriżmu u għall-kriminalità organizzata;

2.

Jiddeplora wkoll il-fatt li l-Komunikazzjoni ma tkoprix biżżejjed, u lanqas tiżviluppa f’aktar dettall, il-miżuri meħuda mid-Direttorati Ġenerali għajr il-JLS (bħalma huma TRAN, ENTER jew MARKT), u li din ma tagħtix idea ċara ta' kif jinteraġixxu l-miżuri u fejn hemm sovrappożizzjoni jew lakuni; hu tal-fehma li dawn il-livelli kollha jridu jitqiesu wkoll, għax il-miżuri Ewropej, nazzjonali u internazzjonali huma komplementari, u l-valutazzjoni ta' miżuri individwali ma tagħtix stampa sħiħa tal-impatt tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Ewropa;

3.

Jiddispjaċih li ntilfet l-opportunità biex jiġi spjegat il-mod ta’ kif ċerti strumenti tal-UE kontra t-terroriżmu - bħaż-żamma tad-data, ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) u l-Ftehim Swift - jintegraw ruħhom fl-istrateġija tal-UE kontra t-terroriżmu;

4.

Jemmen li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandha dejjem tkun il-boxxla tal-politiki tal-UE f'dan il-qasam, u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll f'kooperazzjoni ma' partijiet terzi u pajjiżi terzi;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi sħab tagħha jibbażaw l-istrateġija tagħhom għall-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali fuq l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza, barra minn hekk, li l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali għandhom l-ewwel nett ikunu mmirati lejn il-prevenzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi d-djalogu, it-tolleranza u l-fehim fost il-kulturi, iċ-ċiviltajiet u r-reliġjonijiet differenti;

6.

Ifakkar li l-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom jilħqu l-istandards stipulati f'dak li għandu x'jaqsam man-neċessità, l-effikaċja, il-proporzjonalità, il-libertajiet ċivili, l-istat tad-dritt u l-iskrutinju demokratiku u r-responsabbilizzazzjoni li l-Unjoni ħadet l-impenn li ssostni u tiżviluppa, u li l-valutazzjoni ta' jekk dawn l-istandards ikunux qed jintlaħqu għandha tkun parti integrali ta’ evalwazzjoni tal-isforzi kollha tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; iqis li dawn il-politiki jridu jiġu żviluppati skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-UE u, b’mod partikulari, għandhom jagħtu prijorità lir-rispett tad-drittijiet imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jerġa’ jafferma li miżuri restrittivi ta' konfiska, sekwestru u ffriżar tal-assi u tal-fondi marbuta ma' persuni fiżiċi jew ġuridiċi u organizzazzjonijiet involuti jew implikati f'attivitajiet terroristiċi, jistgħu ikunu siewja bħala għodda fil-ġlieda kontra terroriżmu, iżda dawn iridu jkunu konformi bis-sħiħ mal-Artikolu 75 TFUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

8.

Iqis li l-prevenzjoni, l-ittrekkjar u l-prosekuzzjoni ta’ attivitajiet terroristiċi huma politiki kruċjali fil-livell tal-UE u għandhom jagħmlu parti minn approċċ sistematiku li ma jkunx imsejjes fuq normi ta' emerġenza iżda fuq strateġija koerenti u bbażata fuq il-ħtiġijiet. Dawn il-politiki għandhom ikunu effikaċi mil-lat tal-objettivi tagħhom u ta’ effikaċja għan-nefqa, u jridu jevitaw id-duplikazzjoni tal-miżuri u l-użu ħażin tat-teknoloġiji jew tas-sistemi (function creep) min-naħa tal-istituzzjonijiet, aġenziji u entitajiet kompetenti;

9.

Jenfasizza l-fatt li l-evalwazzjoni ta' għaxar snin tal-politiki tal-UE kontra t-terroriżmu għandha tirriżulta f'objettivi politiċi ddefiniti b’mod ċar;

10.

Hu tal-fehma li t-terroriżmu huwa fenomenu li qed jevolvi b'mod kostanti u li għandu jiġi trattat permezz ta' politika kontra t-terroriżmu li tista' tindirizza dan il-fatt;

11.

Iqis id-deċiżjoni li jiġu approfonditi u żviluppati l-erba' oqsma ewlenin tal-istrateġija kontra t-terroriżmu – prevenzjoni, protezzjoni, segwiment u rispons – bħala waħda tajba;

12.

Jemmen li l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-attivitajiet terroristiċi għandhom ikunu bbażati fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fil-livell tal-UE, flimkien ma' skrutinju parlamentari sħiħ u tlestija kompluta u f’waqtha tal-pjan direzzjonali għal ġabra ta' garanziji proċedurali uniformi ta' livell għoli;

13.

Iqis li t-taħriġ u l-qawmien ta’ kuxjenza fost l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija jridu jkunu prijorità sabiex jitjieb l-istat ta’ tħejjija fl-Unjoni Ewropea kollha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

14.

F’dan ir-rigward, jindika l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-OLAF u ma’ aġenziji oħra tal-UE bħall-Europol, il-Eurojust u s-CEPOL;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bis-sħiħ il-ġabra ta' politiki u miżuri adottati kontra t-terroriżmu u tiffoka fuq sfidi futuri, bħar-riforma tal-Europol u tal-Eurojust fid-dawl tal-potenzjalitajiet ġodda li joffri t-Trattat ta' Lisbona, il-bżonn ta' standards uniformi għall-kisba tal-evidenza u t-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-implimentazzjoni sħiħa ta' skwadri investigattivi konġunti, qafas imsaħħaħ tal-UE għat-taħriġ ġudizzjaru u tal-pulizija, u politiki adegwati ta' inklużjoni u ta' integrazzjoni;

16.

Hu tal-fehma li l-miżuri kontra t-terroriżmu jridu jkunu proporzjonati mal-livell tat-theddida u li jridu jiġu aġġustati f’każ ta’ żieda jew tnaqqis fil-livell tat-theddida; jinnota li l-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, f’termini ta’ poteri u aġenziji governattivi ġodda, għandhom jitfasslu b’tali mod li jkunu jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu, skont is-sitwazzjoni;

17.

Ifakkar li kif enfasizzat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ huma l-aktar theddida fit-tul sinifikanti u kontinwa, u għaldaqstant huma l-fus li fuqhom għandha tiffoka l-UE fl-istrateġiji tagħha ta' prevenzjoni, biex tiġġieled kontra t-terroriżmu mill-bidu nett tal-katina; jenfasizza li l-investiment f'politiki kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni jikkostitwixxu strument kruċjali biex jiġu ttrattati u prevenuti r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta' terroristi potenzjali;

18.

Ifakkar fil-kontribut importanti ta’ ħafna NGOs u tas-soċjetà ċivili, spiss iffinanzjati mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, lejn l-iżvilupp soċjoekonomiku, il-bini tal-paċi, il-bini tan-nazzjonijiet u d-demokratizzazzjoni, li kollha huma essenzjali biex jiġu miġġielda r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ;

19.

Jitlob għall-ħolqien ta' strateġija komprensiva dwar l-interkonnessjoni bejn il-kriminalità, it-traffikar tad-drogi u t-terroriżmu organizzati fil-livell internazzjonali; u jinkoraġġixxi l-analiżi kontinwa ta’ tendenzi u karatteristiċi ġodda fid-diversifikazzjoni, ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, u dawk relatati mar-rwol ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali fil-finanzjament tat-terroriżmu;

20.

Jitlob, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprevjenu l-qawmien tal-estremiżmu;

21.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu estiżi u żviluppati s-sħubiji strateġiċi eżistenti u ġodda relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu ma' pajjiżi barra l-Ewropa, sakemm dawn is-sħubiji jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-kooperazzjoni strateġika bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti u jindika l-ħtieġa għall-kooperazzjoni mal-imsieħba l-oħra, filwaqt li jtenni l-importanza li l-Unjoni tagħti lill-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini u lid-drittijiet umani u ċivili tagħhom;

22.

Jissottolinja li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hija parti integrali mir-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi; jitlob għal żieda fil-finanzjament tal-miżuri li jgħinu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Istrument għall-Istabbiltà li jmiss sabiex jiġi evitat it-tkissir tal-istati; jaqbel, f'dan ir-rigward, li maż-żoni ta' prijorità huma n-Nofsinhar tal-Asja, b'mod partikolari l-Pakistan u l-Afganistan, ir-reġjun tas-Sahel (il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer), is-Somalja u l-Jemen; jilqa’ l-preżentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fir-reġjun tas-Sahel fil-21 ta’ Marzu 2011 u jistieden lill-Kunsill jadotta l-Istrateġija b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew; jilqa' l-inklużjoni tal-klawżoli dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-ftehimiet internazzjonali;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kunsill jimplimentaw b’ħeffa l-arranġamenti relatati mal-klawżola ta' solidarjetà introdotta permezz tat-Trattat ta' Lisbona;

24.

Jinsisti fuq l-importanza li jiġu ddefiniti sett uniformi ta’ standards għall-protezzjoni u l-appoġġ speċifiċi ta’ vittmi tat-terroriżmu, inklużi x-xhieda, anke fil-qafas tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (COM(2011)0275);

Evalwazzjoni u eżerċizzju ta’ mmappjar

25.

Jenfasizza li evalwazzjoni xierqa ta' għaxar snin ta' politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha tiffoka fuq analiżi dwar jekk il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u ġlieda kontra t-terroriżmu fl-UE kinux ibbażati fuq l-evidenza (u mhux fuq suppożizzjonijiet), immexxija mill-ħtiġiet, koerenti u part minn strateġija komprensiva tal-UE kontra t-terroriżmu, ibbażati fuq valutazzjoni profonda u kompluta, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tirrappurta lil Laqgħa Parlamentari Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-kumitati parlamentari nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta' kontra t-terroriżmu fi żmien 6 xhur wara li jkun ġie kkummissjonat l-istudju, b’referenzi u tislit minn rapporti li għandhom jintalbu mingħand organizzazzjonijiet u aġenziji relevanti bħall-Europol, il-Eurojust, l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti;

26.

Jiffavorixxi approċċ olistiku u komprensiv għall-politika tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fis-sura ta’ allinjament tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà u l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna u tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' koordinament eżistenti bejn l-istrutturi tal-Kunsill tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni, l-aġenziji u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; jenfasizza li l-intelligence tajba hi kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li l-UE qiegħda f’pożizzjoni tajba unika biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-intelligence bejn l-Istati Membri sakemm ikun hemm bażi legali xierqa għal kooperazzjoni tali, u li din tkun inkorporata fil-proċeduri regolari tat-teħid tad-deċiżjonijiet, iżda din trid tkun suġġetta għall-istess standards ta’ responsabbilizzazzjoni li japplikaw fl-Istati Membri; jindika li l-intelligence umana, apparti l-mezzi tekniċi kollha disponibbli, għadha indispensabbli għall-ġlieda kontra n-netwerks terroristiċi u l-prevenzjoni f’waqtha tal-attakki;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproduċi evalwazzjoni sħiħa u dettaljata, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Artikolu 70 TFUE, filwaqt li tinkludi mill-inqas il-punti li ġejjin:

(a)

Analiżi ċara tar-rispons għat-theddida terroristika, ibbażata fuq id-definizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżm, kif ukoll analiżi tal-qafas tal-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu biex tiġi indirizzata din it-theddida f'termini ta' effettività, lakuni fis-sigurtà, prevenzjoni, prosekuzzjoni u żieda fis-sigurtà fl-Ewropa, inkluża l-effettività tal-aġenziji tal-UE u l-proporzjonalità tagħhom;

(b)

Il-fatti, ċifri u xejriet relatati mal-attività terroristika u mal-attività tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(c)

Stampa ġenerali sħiħa tal-impatt akkumulat tal-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq il-libertajiet ċivili u d-drittijiet fundamentali, il-miżuri minn pajjiżi terzi b’impatt dirett fuq l-UE u l-miżuri kollha meħuda f’dan il-qasam marbuta mar-relazzjonijiet barranin, kif ukoll il-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-qrati nazzjonali;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tindika liema miżuri għandhom objettivi oltre mill-ġlieda kontra t-terroriżmu, jew fejn objettivi ulterjuri ġew miżjuda mal-iskop inizjali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (‘mission creep’ u ‘function creep’) bħall-infurzar tal-liġi, il-politiki ta’ immigrazzjoni, is-saħħa pubblika jew l-ordni pubbliku;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal mappa kompluta u ddettaljata tal-politiki kollha eżistenti tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Ewropa, b’fokus speċjali fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE u fuq kif din ġiet trasposta u implimentata fil-livell tal-UE; fl-istess ħin jistieden lill-Istati Membri jwettqu evalwazzjoni komprensiva tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu tagħhom, b'fokus partikolari fuq l-interazzjoni mal-politiki tal-UE, is-sovrapożizzjoni u l-lakuni, sabiex jikkooperaw aħjar fl-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE – fosthom billi jipprovdu tabelli ta’ korrelazzjoni li jidentifakaw liema dispożizzjonijiet ta’ liġijiet tal-Istati Membri jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ atti tal-UE u billi jipprovdu l-kontribut tagħhom fl-iskadenzi mogħtija, bħal fil-każ tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproduċi rapport sħiħ u dettaljat, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Artikolu 70 TFUE, dwar ir-riżorsi kollha li ntefqu mill-UE, l-Istati Membri tal-UE u l-kumpaniji privati f’miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, direttament jew indirettament, inklużi dawk il-miżuri mmirati speċifikament għal attivitajiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, għal personal, sistemi u bażijiet tad-data tal-IT relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjonit tad-data, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, għall-finanzjament ta’ riċerka relatata mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u l-iżvilupp tal-linji baġitarji relevanti tal-UE sa mill-2001, filwaqt li jiġu speċifikati wkoll ir-riżorsi allokati minn pajjiżi terzi lil dan il-qasam;

31.

Jitlob lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu humiex qed jiġu implimentati kif jixraq u tinforma regolarment lill-Parlament u lill-Kunsill dwar dak li jirriżulta mill-verifika;

32.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea twettaq studju dwar l-ispejjeż magħmula mis-settur privat għall-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u tagħti stampa ġenerali tas-setturi li qed jibbenefikaw mill-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

L-iskrutinju demokratiku u r-responsabbilizzazzjoni

33.

Jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju biex tistabbilixxi jekk il-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu humiex suġġetti għal skrutinju demokratiku effettiv, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Artikolu 70 TFUE, inklużi mill-inqas il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

valutazzjoni dettaljata li tistabbilixxi jekk il-parlamenti nazzjonali jew il-Parlament Ewropew kellhomx drittijiet sħaħ u l-mezzi ta' skrutinju, bħall-aċċess għat-tagħrif, żmien biżżejjed għal proċedura bir-reqqa, u drittijiet li jimmodifikaw il-proposti dwar miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, inklużi miżuri miftiehma f’korpi internazzjonali governattivi u nongovernattivi, attivitajiet nonleġiżlattivi tal-UE jew iffinanzjati mill-UE, bħal programmi ta’ riċerki u miżuri adottati minn pajjiżi terzi b’effett extraterritorjali fl-UE;

(b)

il-ħtieġa li r-rieżami tal-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jkun jinkludi test bir-reqqa tal-proporzjonalità;

(c)

l-għoti ta' stampa ġenerali tal-klassifikazzjoni tad-dokumenti, xejriet fl-użu tal-klassifikazzjoni, u data dwar l-aċċess mogħti lil dokumenti relatati mal-ġlieda kontra –t-terroriżmu;

(d)

stampa ġenerali tal-istrumenti għall-iskrutinju demokratiku tal-kooperazzjoni transkonfinali mill-aġenziji tal-intelligence, u b’mod aktar speċifiku tas-SitCen, il-Watch-Keeping Capability, il-Crisis Room, il-Clearing House tal-Kunsill, u l-Kumitat għas-Sigurtà Interna (COSI);

34.

Jitlob ukoll, fir-rigward tal-miżuri kontra t-terroriżmu, li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, filwaqt li niftakru li l-miżuri kollha ta' dan it-tip iridu jikkonformaw mal-liġi u mal-istat tad-dritt;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet legali kompetenti jinvestigaw kwalunkwe azzjoni kontra l-liġi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt internazzjonali u l-ordni legali fejn ikun hemm xi evidenza jew suspett ta’ azzjoni jew ksur tali, u jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li dawn jiġu rettifikati;

36.

Jistenna bil-ħerqa l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ segwitu tal-Kumitat TDIP tal-PE dwar l-allegati trasport u detenzjoni illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA, u jitlob li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet relevanti kollha tal-PE;

37.

Jenfasizza li l-UE għandha tgħin lill-Istati Uniti ssib soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjoni tal-għeluq ta’ Guantanamo u sabiex ikun żgurat li l-priġunieri jingħataw smigħ xieraq;

38.

F’dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, meta jkunu qed jirrevedu l-miżuri ta’ listi suwed (‘blacklisting’) u ta’ ffriżar tal-assi, jikkunsidraw b’mod partikolari l-pożizzjoni tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili, biex jiġi żgurat li l-NGOs ma jiġux elenkati ‘b’assoċjazzjoni’ u li ma jiġux imxekkla indebitament fil-ħidma tagħhom mal-organizzazzjonijiet sħab tagħhom;

39.

Hu konxju tal-appell tal-Kummissjoni kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-aħħar każ ta' Kadi v. il-Kummissjoni; jitlob lill-atturi kollha jwettqu reviżjoni dettaljata tar-reġim tas-sanzjonijiet u jiżguraw li huwa konformi għalkollox mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-istat tad-dritt, skont il-każistika relevanti kollha; hu tal-fehma li dawk li kienu fil-mira tas-sanzjonijiet għandhom jingħataw it-tagħrif li jissostanza għalfejn ġew fil-mira tas-sanzjonijiet u jkunu intitolati għal rimedju ġudizzjarju effettiv;

40.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill jinvestigaw il-ġbir ta’ data personali – jekk tali ġbir ikun sar – għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi mingħajr bażi ġuridika adegwata jew bl-applikazzjoni ta’ proċeduri irregolari jew saħansitra illegali;

Monitoraġġ u profilar

41.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq test obbligatorju tal-proporzjonalità u valutazzjoni sħiħa tal-impatt għal kull proposta li tinvolvi l-ġbir ta’ data personali fuq skala kbira, teknoloġiji ta’ rilevament u identifikazzjoni, trekjar u traċċar, “data mining” u profilar, valutazzjoni tar-riskji u analiżi tal-imġiba jew tekniki simili;

42.

Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-użu tad-data: il-ġbir tad-data għandu jkun permess biss wara li jkun intwera b’mod espliċitu li tali ġbir huwa meħtieġ, li ma hemmx sovrappożizzjoni potenzjali ma’ miżuri oħra eżistenti u li ma teżistix il-possibilità ta’ miżuri inqas intrużivi, u għandu jsir biss abbażi ta’ limitazzjoni stretta tal-iskop u minimizzazzjoni tad-data, u meta l-kondiviżjoni u l-ipproċessar tad-data jkunu tjiebu ħafna;

43.

Jitlob lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali jirrapportaw dwar il-livell ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali u tad-data personali fil-qasam tal-Politika tal-UE tal-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu;

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiċċaraw għalkollox id-diviżjoni tax-xogħol bejn il- Koordinatur għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u r-Rappreżentant Għoli;

45.

Jistieden lill-Koordinatur għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu jfassal rapport dwar l-użu tal-intelligence umana u l-kooperazzjoni tagħha mas-servizzi tal-intelligence barranin fil-politiki Ewropej tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

46.

Jitlob lill-Kummissjoni tniedi proposti għat-tisħiħ tal-ħarsien tal-libertajiet ċivili, it-trasparenza u l-iskrutinju demokratiku fil-kuntest tal-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, bħal titjib fl-aċċess għad-dokumenti permezz tal-ħolqien ta’ Att tal-UE dwar il-Libertà tal-Informazzjoni u tat-tisħiħ tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, il-KEPD u l-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29;

47.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, li ġiet emendata l-aħħar fl-2008, biex jogħla l-istandard tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, fosthom billi tiġi aġġornata d-definizzjoni ta’ offiżi terroristiċi, u biex id-Deċiżjoni tintrabat aħjar mal-istrumenti eżistenti tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-livell tal-UE, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora definizzjoni legali uniformi tal-kunċett ta’ profilar (profiling);

49.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas leġiżlattiv għall-ħarsien tad-data, inkluża l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, abbażi tal-Artikolu 16 TFUE u bla ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 39 TUE;

*

* *

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar - L-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell fit-12 ta' Diċembru 2003 u mfassla taħt ir-responsabilità tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Javier Solana

(2)  Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà - Nipprovdu Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel, S 407/08

(3)  ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(4)  ĠU L 330, 9.12.2008, p. 21.

(5)  Dokument tal-Kunsill 14469/4/2005.

(6)  Dokument tal-Kunsill 14781/1/2005. L-Istrateġija ġiet riveduta f'Novembru 2008. Dokument tal-Kunsill 15175/2008.

(7)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(8)  ĠU C 56, 22.2.2011, p. 2.

(9)  SOC 388 - CESE 800/2011.

(10)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(11)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/55


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan

P7_TA(2011)0578

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan (2011/2014(INI))

2013/C 168 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, partikularment ir-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 dwar l-Istabilizzazzjoni tal-Afganistan (1), ir-riżoluzzjoni tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan (2), ir-riżoluzzjoni tal-24 ta’ April 2009 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan (3), u r-riżoluzzjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 tat-23 ta’ April 2009 (5) u għas-sena finanzjarja 2008 tal-5 ta’ Mejju 2010 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi li qed jiżviluppaw (7),

wara li kkunsidra l-Konferenza ta’ Kabul fl-20 ta’ Lulju 2010, fejn id-donaturi qablu li jallinjaw il-programmi tagħhom aħjar u jimpenjaw irwieħhom għall-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna, kif ukoll il-Konferenza ta’ Londra fit-28 ta’ Jannar 2010 fejn id-donaturi qablu li jistabbilixxu Uffiċju ta’ Sorveljanza Suprema indipendenti u li jgħaddu aktar għajnuna għall-iżvilupp via l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan (GIRoA), bl-appoġġ ta’ riformi strutturali u baġitarji,

wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsjiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-7 ta’ Settembru 2010 u t-22 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 3/2011 tal-Qorti tal-Awdituri dwar ‘L-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f’pajjiżi milquta minn kunflitti’,

wara li kkunsidra r-rapporti ta’ awditjar tal-Ispettur Ġenerali Speċjali għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR),

wara li kkunsidra r-rapporti ta’ awditjar tal-Uffiċċju tar-Responsabbilizzazzjoni tal-Gvern tal-Istati Uniti (GAO) dwar l-Afganistan,

wara li kkunsidra r-rapporti ta’ awditjar tal-Ispettur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-Istati Uniti (USAID) dwar l-Afganistan,

wara li kkunsidra r-rapport finali lill-Kungress tal-Istati Uniti bit-titolu ‘Nitrasformaw l-Għoti tal-Kuntratti waqt Żminijiet ta' Gwerra’ tal-Kummissjoni dwar l-Għoti tal-Kuntratti fl-Iraq u l-Afganistan,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ liġi ta’ Uffiċċju Suprem tal-Awditjar Afgan,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Messiku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) dwar l-Indipendenza tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar, kif approvata fl-2007,

wara li kkunsidra l-‘Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Afganistan u l-Pakistan’, adottat mill-Kunsill fis-27 ta’ Ottubru 2009, u r-rapporti ta' implimentazzjoni tiegħu ippubblikati darbtejn f’sena,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/23 tal-Bord Eżekuttiv tal-Programm tal-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fond tal-Popolazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Uffiċċju tan- Nazzjonijiet Uniti għas-Servizzi tal-Proġetti adottata fis-sessjoni annwali tiegħu tal-2011 (mis-6 sas-17 ta’ Ġunju 2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0388/2011),

A.

billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan identifikat diversi kwistjonijiet li jqajmu tħassib fir-rigward tal-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan,

B.

billi, skont l-organizzazzjoni Integrity Watch, fl-Afganistan tħallsu aktar minn USD 1 biljun f’tixħim fl-2009,

C.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-effikaċja għan-nefqa tal-implimentazzjoni tal-Baġit Ġenerali tal-UE,

D.

billi l-prinċipji tar-responsabbilizzazzjoni u t-trasparenza tal-fondi pubbliċi huma fundamentali għad-demokrazija,

E.

billi l-Afganistan huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li qed jirċievu għajnuna ċivili mill-Baġit Ġenerali tal-UE,

F.

billi l-Kummissjoni Ewropea impenjat aktar minn EUR 2 biljun u ħarġet aktar minn EUR 1.8 biljun f’għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja għall-Afganistan sa mill-2002,

Benefiċċji u żvantaġġi tal-mezzi ta’ finanzjarjament differenti għall-għoti ta’ għajnuna lill-Afganistan

1.

Itenni li l-Kummissjoni tista’ tikkunsidra mezzi ta’ finanzjament differenti meta tonfoq il-fondi tal-UE fl-Afganistan; ifakkar li l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan (GIRoA) ma jirċevix appoġġ baġitarju (settorjali) dirett mill-Baġit Ġenerali tal-UE;

2.

Jinnota li kull wieħed minn dawn il-mezzi ta’ finanzjament għandu l-benefiċċji u l-iżvantaġġi speċifiċi tiegħu fir-rigward ta’ objettivi tal-infiq speċifiċi kif muri fit-tabella fin-nota spjegattiva;

3.

Hu tal-fehma li l-ebda mezz ta’ finanzjament m’għandu jiġi eskluż għax kollha għandhom benefiċċji u żvantaġġi speċifiċi; iqis li jeħtieġ li l-għajnuna tkun diversifikata biex il-ħtiġijiet individwali jiġu indirizzati permezz tal-mezz ta’ finanzjament adegwat;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tintroduċi appoġġ baġitarju dirett fl-Afganistan taħt kundizzjonijiet rigorużi u ddefiniti sew, hekk kif l-istabilità makroekonomika meħtieġa u ġestjoni finanzjarja affidabbli suffiċjenti jkunu fis-seħħ, għax dan hu l-aqwa strument għall-bini tal-kapaċità fl-amministrazzjoni Afgana; jemmen li dan jista’ jwassal għall-kisba ta’ riżultati sostenibbli b’orjentament fit-tul;

5.

Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kapaċità tal-ministerji tal-GIRoA, u jemmen li l-appoġġ baġitarju jista’ jibda b’ammonti limitati applikati taħt kundizzjonijiet rigorużi u ddefiniti sew; jinnota l-eżempju ta’ pajjiżi donaturi oħra li introduċew appoġġ baġitarju settorjali għal dawk il-ministerji Afgani li laħqu l-parametri referenzjarji għar-responsabbilizzazzjoni u t-trasparenza; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tintroduċi appoġġ baġitarju taħt kundizzjonijiet rigorużi u ddefiniti sew mhux biss fil-livell ċentrali imma wkoll dak provinċjali u lokali, hekk kif jintlaħqu il-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa, għax dan iżid l-iżvilupp tal-kapaċità fil-livelli governattivi kollha; jemmen li d-diversifikazzjoni koordinata tal-appoġġ baġitarju għal-livell amminstrattivi differenti ssaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni vis-à-vis dawk l-entitajiet u tagħmel lill-Kummissjoni aktar indipendenti fir-relazzjonijiet tagħha ma' kwalunkwe entità waħda; jinnota li din id-diversifikazzjoni m’għandhiex iddgħajjef ir-rwol u r-responsabilità tal-gvern ċentrali, u li għaldaqstant tirrikjedi l-approvazzjoni tiegħu;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni, fl-istess ħin, li l-appoġġ baġitarju potenzjali ġejjieni jkun jiddependi fuq kundizzjonijiet rigorużi u ddefiniti sew, li jkunu ċari u li jistgħu jitkejlu; hu tal-fehma li dawn l-objettivi jridu jimmiraw li jiksbu riżultati li jistgħu jiġu evalwati permezz ta’ indikaturi u parametri referenzjarji ddefiniti minn qabel dwar ir-responsabbilizzazzjoni u t-trasparenza; jenfasizza li mill-bidu għandhom jiġu ddefiniti xenarji ta' referenza li jivvalutaw il-progress futur; iqis li f’dan il-kuntest, il-mekkaniżmi sabiex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-frodi huma importantissmi; jistqarr li l-effikaċja ta' miżuri tal-politika tal-iżvilupp fil-pajjiżi sħab għandha tiġi ċċekkjata wkoll abbażi ta' kriterji lokali; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza fundamentali ta’ taħriġ għall-ħaddiema tas-servizz pubbliku, partikolarment il-forzi tas-sigurtà u l-pulizija;

7.

Itenni li l-Parlament għandu rwol ta’ sorveljanza u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi dawn il-passi b’mod trasparenti billi tagħmel disponibbli pubblikament:

il-ftehimiet konklużi mal-GIRoA;

il-linja ta’ referenza, l-indikaturi, il-miri, il-metodi ta’ kalkolu u s-sorsi tal-awditjar għall-valutazzjoni tal-progress u biex jiddeterminaw id-deċiżjonijiet għat-tqassim ta’ partijiet varjabbli u bbażati fuq il-prestazzjoni tal-appoġġ baġitarju potenzjali ġejjieni;

rapporti ċari u standardizzati li jivvalutaw il-progress – b’mod oġġettiv u trasparenti – abbażi tal-kriterji ddefiniti u, jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet għalfejn il-progress ma jkunx inkiseb skont il-pjanijiet inizjali;

Responsabbilizzazzjoni u sorveljanza tal-fondi tal-UE fl-Afganistan

Nuqqasijiet rappurtati mill-awdituri

8.

Jinnota r-rapport ta’ awditjar riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar il-fondi tal-UE mgħoddija permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f’pajjiżi milquta minn kunflitti, li jkopri wkoll l-Afganistan; jiddeplora n-nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-proġetti fl-Afganistan identifikati mill-QEA li huma:

nuqqasijiet fit-tfassil tal-proġetti li jwasslu għal proġetti mhux sostenibbli u mhux effettivi;

il-fatt li r-rapporti tal-Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Kummissjoni jaslu tard, huma ġenerali wisq, u jiffukaw fuq l-attivitajiet aktar milli fuq ir-riżultati u ma jippermettux lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni adegwata tal-effiċjenza ta’ proġett speċifiku;

dewmien frekwenti fil-proġetti li huwa l-frott ta’ skadenzi mhux realistiċi;

9.

Jinsab imħasseb dwar rapporti ta’ entitajiet oħra tal-awditjar bħall-Ispettur Ġenerali Speċjali għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR) tal-Istati Uniti, l-Uffiċċju tar-Responsabbilizzazzjoni tal-Gvern tal-Istati Uniti (GAO), il-Kummissjoni dwar l-Għoti tal-Kuntratti waqt Żminijiet ta’ Gwerra u l-Ispettur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-Istati Uniti (USAID), li identifikaw in-nuqqasijiet li ġejjin:

riskju kbir ta’ korruzzjoni u frodi fil-pajjiż kif juri l-iskandlu tal-Kabul Bank fil-passat riċenti u r-rapport finali tal-Kummissjoni dwar l-Għoti tal-Kuntratti waqt Żminijiet ta' Gwerra, li stima li bejn 5 u 9 % tal-għajnuna kollha tal-Istati Uniti li ntefqet fl-Iraq u l-Afganistan kienet suġġetta għal frodi; skont ir-rapport ta’ Integrity Watch ukoll, minn aktar minn USD 1 biljun f’tixħim imħallsa mill-Afganistan fl-2009, terz intuża biex jitħallsu bosta servizzi pubbliċi (dokumentazzjoni, edukazzjoni, saħħa), u s-servizz tal-pulizija kien l-aktar wieħed korrott;

nuqqas ta’ ħila min-naħa tal-parti l-kbira tal-ministerji Afgani li jagħtu u jġestixxu l-kuntratti minħabba rata għolja ta’ illiteriżmu u nuqqas ta’ taħriġ adegwat tal-persunal;

bażijiet tad-data mhux affidabbli tal-Pulizija Nazzjonali Afgana (ANP), b’ċifri li jvarjaw bejn 111 774 u 125 218 uffiċjal tal-pulizija. Dan iqajjem dubju dwar il-legalità u r-regolarità tas-salarji mħallsa lill-pulizija fl-Afganistan, li huwa l-objettiv ewlieni tal-Fond Fiduċjarju għall-Ordni Pubbliku fl-Afganistan (LOTFA), li hu l-akbar proġett finanzjat mill-UE;

riskju kbir ta’ ħela ta’ fondi kif evidenzjat mir-rapport finali tal-Kummissjoni dwar l-Għoti ta’ Kuntratti waqt Żminijiet ta’ Gwerra, li stima li bejn l-10 u l-20 % tal-għajnuna kollha mingħand l-Istati Uniti li ntefqet fl-Iraq u l-Afganistan ġiet moħlija;

sensiela ta’ sottokuntratturi li twassal għal dewmien u żieda fl-ispejjeż, tillimita l-eżerċizzju ta’ sorveljanza tal-kuntrattur oriġinali, u tillimita wkoll il-proporzjon ta’ Afgani li jgawdu minn dawn il-proġetti;

finanzjament ta’ proġetti għal tul qasir ta' żmien b'ċans limitat li jkunu sostenibbli għal tul ta' żmien;

nuqqas ta’ indipendenza totali tal-Uffiċċju ta’ Kontroll u Awditjar tal-Afganistan mill-GIRoA;

10.

Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha wkoll tqis in-nuqqasijiet identifikati mill-Istati Uniti u awdituri oħra mhux Ewropej li jindikaw ukoll fatturi ta’ riskju għall-proġetti ffinanzjati mill-UE, minħabba li ħafna minnhom huma l-istess jew tal-anqas simili;

Nindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati

11.

Jagħraf iċ-ċirkostanzi diffiċli li fihom il-Kummissjoni trid twassal l-għajnuna f'pajjiż li ilu għexieren ta’ snin milqut mill-gwerra; jenfasizza li l-kontrolli fil-post ikollhom isiru f’kundizzjonijiet diffiċli mil-lat ta’ sigurtà; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel kontrolli u verifiki alternattivi li xorta jistgħu jsiru fil-post fil-kundizzjonjiet tas-sigurtà attwali; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza n-nuqqasijiet identifikati u tiffinanzja l-proġetti jekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

sostenibilità finanzjarja u operattiva għal tul ta’ żmien;

titħeġġeġ is-sjieda Afgana tal-proġett sal-ogħla livell possibbli;

il-fattur tar-riskju tal-frodi u l-korruzzjoni jkun eliminat sal-ogħla livell possibbli;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika l-fatturi ta’ riskju involuti rigward il-korruzzjoni, il-frodi, is-sosteniblità tal-proġetti, is-sensiela ta’ sottokuntratturi u mezzi oħra ta’ ħela u ta’ użu ħażin tal-fondi; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tkompli tindirizza dawn il-kriterji adegwatament fil-ftehimiet għall-għotjiet u l-kuntratti kummerċjali u tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli;

13.

Jenfasizza l-importanza kruċjali għad-demokrazija li jkun hemm Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar li tkun indipendenti għalkollox – finanzjarjament u mil-lat operattiv – mill-eżekuttiv u li jkollha biżżejjed kapaċità u finanzi biex twettaq verifiki finanzjarji, tal-ottempranza u tal-prestazzjoni skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar;

14.

Jinsab imħasseb dwar rapporti minn diversi għejjun affidabbli u indipendenti li l-awtoritajiet Afgani fl-ogħla livell qed jostakolaw investigazzjonijiet tal-korruzzjoni minn prosekuturi Afgani kontra uffiċjali bħal pereżempju gvernaturi;

15.

Jiddeplora l-fatt li l-abbozz ta' leġiżlazzjoni ġdid dwar l-Uffiċċju ta' Kontroll u Awditjar xorta ma jagħtix lok għal indipendenza totali minħabba li, pereżempju, l-Awditur Ġenerali u d-deputat tiegħu jiġu maħtura mill-eżekuttiv, u mhux mil-leġiżlaturi; jindika li dan mhux konformi mad-Dikjarazzjoni tal-Messiku dwar l-Indipendenza tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tinsisti fuq l-indipendenza finanzjarja u operattiva totali tal-Uffiċċju ta’ Kontroll u Awditjar tal-Afganistan fil-leġiżlazzjoni u fuq it-tisħiħ tal-kapaċità; ifakkar lill-Kummissjoni li l-indipendenza totali, il-kapaċità suffiċjenti u l-finanzjament tal-Uffiċċju ta’ Kontroll u Awditjar għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet essenzjali għall-introduzzjoni ta’ appoġġ baġitarju dirett;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-idea li twettaq żjarat ta’ kontroll u monitoraġġ b’mod konġunt mal-Uffiċċju ta’ Kontroll u Awditjar tal-Afganistan; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li jiżdiedu l-iskambji reċiproċi tal-għarfien u tal-ħiliet tat-taħriġ tal-awditjar fost l-entitajiet konċernati; jemmen li dan hu ċans sabiex titjieb il-ħila li parti tifhem lill-parti l-oħra u sabiex tinbena l-kapaċità;

Titjib tar-responsabbilizzazzjoni tal-għajnuna mwassla permezz tal-Aġenziji tan-NU fl-Afganistan

17.

Ifakkar li wħud mill-aktar proġetti importanti ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-UE fl-Afganistan huma ġestiti u implimentati mill-Programm għall-Iżvilupp tan-NU (UNDP);

18.

Ifakkar li skont l-Artikolu 287(3) tat-TFUE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha d-dritt, jekk meħtieġ, li twettaq il-awditjar tagħha fil-post fil-bini ta' kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija li jiġġestixxi d-dħul jew l-infiq f’isem l-Unjoni;

19.

Ifakkar ukoll li l-Parlament talab ripetutament lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni ta’ proġetti ġestiti min-NU, b’mod speċjali l-fondi fiduċjarji ta' ħafna donaturi, pereżempju billi tiġi introdotta Stqarrija ta’ Assigurazzjoni;

20.

Jinnota d-deċiżjoni riċenti tal-Bord Eżekuttiv tal-Programm għall-Iżvilupp tan-NU (UNDP), il-Fond tal-Popolazzjoni tan-NU (UNFPA) u l-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-NU (UNOPS), adottata fis-sessjoni annwali 2011 tiegħu (6 sas-17 ta’ Ġunju 2011), li l-organizzazzjonijiet donaturi intergovernattivi bħall-istituzzjonijiet tal-UE jingħataw drittijiet ta’ aċċess għar-rapporti ta’ awditjar interni simili għad-drittijiet li għandhom l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti; jemmen, madankollu, li jeħtieġ isir aktar progress biex jitjieb ir-rappurtar dwar l-użu tal-fondi tal-UE billi tingħata informazzjoni dwar ir-riżultati aktar milli dwar l-azzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tistieden aġenziji oħra tan-NU jadottaw l-istess politika bħal tal-UNDP, UNFPA u l-UNOPS; jinnota b’sodisfazzjon li l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) ħa deċiżjoni li jsegwihom;

21.

Barra minn hekk, hu tal-fehma li għall-futur jinħtieġ approċċ aktar estiż sabiex ikun konformi għalkollox mat-talbiet ripetuti tal-Parlament għal aktar trasparenza u responsabbilizzazzjoni marbuta mal-effikaċja u l-effiċjenza; jitlob lill-QEA taħdem għal ftehim mal-aġenziji tan-NU biex isir qbil dwar standards tal-awditjar komuni li jirrispettaw għalkollox l-istandards internazzjonali tal-awditjar u li jwasslu għal Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni;

22.

Jiġbed l-attenzjoni fuq l-isforzi attwali tal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-responsabbilizzazzjoni u l-awditjar ta’ għajnuna mogħtija f’każijiet ta’ diżastri stabbilit fil-kuntest tal-INTOSAI u mmexxi minn Membru tal-QEA (8); jappoġġa ż-żewġ objettivi ewlenin tal-Grupp:

li jistabbilixxi gwida u prattika tajba fil-qasam tar-responsabbilizzazzjoni billi jipprovdi tagħrif trasparenti u standardizzat lill-partijiet interessati kollha (donaturi, benefiċjarji, organizzazzjonijiet internazzjonali, NGOs) bil-għan li finalment isawru mudell integrat wieħed tar-rappurtar;

li jistabbilixxi gwida u prattika tajba fil-qasam tal-awditjar bil-għan li finalment jissawwar kunċett tal-awditjar wieħed, u dan ikun ifisser li kull ewro jkun ġie awditjat darba, minn awditur estern li jkun kopra l-ħtiġijiet tal-assigurazzjoni tal-partijiet interessati kollha;

23.

Jilqa’ l-isforzi tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI, u jħeġġeġ lill-Grupp ta’ Ħidma jwettaq il-mandat tiegħu fl-iskadenza stipulata; hu tal-fehma li r-riżultati jistgħu wkoll jiġu applikati f’kuntest aktar ġenerali, minħabba li ħafna mill-isfidi fir-rigward tal-għajnuna relatati mad-diżastri jeżistu wkoll fil-każ tal-għajnuna għall-iżvilupp f’żoni milquta mill-kunflitti;

24.

Jemmen li dan hu mod xieraq ta’ kif jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi tar-responsabbilizzazzjoni bħal dawk li esperjenzaw l-aġenziji tan-NU;

25.

Jistieden lill-QEA u lill-uffiċċji relevanti tan-NU, għaldaqstant, biex jibdew djalogu bil-għan li tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet pendenti; jenfasizza l-benefiċċji ta’ reġim tal-awditjar wieħed f’dan il-kuntest, għax dan iżid l-effiċjenza tax-xogħol ta’ awditjar; jemmen li x-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI huwa relevanti ħafna f’dan il-kuntest u jistieden lill-QEA taħdem għal ftehim mal-uffiċċji tan-NU fuq din il-bażi;

26.

Ifakkar f’dan il-kuntest li l-Parlament ilu jitlob li jinħoloq fond fiduċjarju Ewropew b’diversi donaturi, u jiġbed l-attenzjoni fuq il-proposta tal-Kummissjoni li r-Regolament Finanzjarju rivedut (COM(2010)0815) għandu jipprovdu bażi legali li fuq din tkun tista’ toħloq il-fond benefiċjarju b’diversi donaturi tagħha stess; iqis li dan huwa mezz biex ikun żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ responsabbilizzazzjoni dment li l-aġenzija tan-NU li jiġġestixxu fondi benefiċjarji b’diversi donaturi mhux kollha jikkonformaw mal-istandards tal-UE għat-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni;

Koordinament tal-isforzi tal-għajnuna tal-komunità tad-donaturi

27.

Jinnota li l-effikaċja u l-koordinament tal-għajnuna tal-azzjoni tad-donaturi fl-Afganistan huma mfixkla sturtturalment mill-fatt li ħafna donaturi għandhom tendenza li jimmiraw għal riżultati għal żmien qasir mingħajr allinjament suffiċjenti mal-ħtiġijiet tal-GIRoA u tal-poplu tal-Afganistan; jinnota li l-preferenza ġeografika stretta marbuta mal-preżenza tat-truppi u mad-diviżjoni reġjonali min-naħa tal-pajjiżi donaturi ma jgħinux il-koordinament tad-donaturi, u jżidu r-riskju ta’ duplikazzjonijiet u ta’ ineffiċjenti tal-assistenza finanzjarja;

28.

Jinnota l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE fl-Afganistan u l-Pakistan, ir-rappurtar semestrali relatat, il-Blue Book 2009 tal-Kummissjoni Ewropea, li jinkludi l-għajnuna kollha mill-Baġit Ġenerali tal-UE u mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri, u l-ħatra riċenti – b’kariga doppja – tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE/Rappreżentant Speċjali tal-UE; jemmen li dawn huma passi tajba għal koordinament aħjar tal-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

29.

Jantiċipa li l-ħolqien tal-SEAE (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna) se jwassal għal koordinazzjoni u interazzjoni aħjar, kif ukoll trasparenza akbar fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-UE u użu aktar sostenibbli u effikaċi tal-fondi tal-UE fl-Afganistan; jistenna wkoll li r-responsabilitajiet fi ħdan id-Delegazzjoni tal-UE jkunu stabbiliti b’mod ċar;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel aktar sforzi biex tikkoordina l-għajnuna mhux biss mal-Istati Membri iżda wkoll mad-donaturi internazzjonali l-oħra, pereżempju billi jadottaw approċċi settorjali (SWAps) konġunti biex jikkumplimentaw l-approċċ ġeografiku; jenfasizza r-rwol importanti tal-Missjoni ta’ Assistenza fl-Afganistan tan-Nazzjonijiet Uniti (UNAMA) u tal-Ministeru tal-Finanzi Afgan f’dan il-kuntest;

31.

Jenfasizza l-fatt li l-investimenti tal-komunità internazzjonali fl-Afganistan iridu jkunu allinjati mal-ħtiġijiet tal-GIRoA u tal-poplu tal-Afganistan;

Titjib fir-rappurtar

32.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament talab lill-Kummissjoni (9) tissottomettilu rapport annwali dwar l-Afganistan li jkun jinkludi evalwazzjoni dettaljata tal-effikaċja u l-impatt tal-għajnuna, kif ukoll dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni li tidentifika b’mod ċar il-proporzjon ta’ għajnuna mmonitorjata, in-nuqqasijiet identifikati u l-miżuri meħuda; itenni din it-talba u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament li tippreżentalu rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna u l-kontroll tagħha fl-Afganistan;

33.

Iqis il-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni tal-użu tal-fondi tal-UE u li l-Istati Membri tal-UE u donaturi oħra jiġu megħjuna jevitaw żbalji komuni; jitlob, għaldaqstant lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli pubblikament ir-rapporti tal-Missjonijiet ta’ Monitoraġġ Orjentat fuq ir-Riżultati (ROM) tagħha, missjonijiet ta' awditjar mwettqa fuq fondi tal-UE mgħoddija permezz tal-aġenziji tan-NU u rapporti oħra ta' awditjar u ta’ evalwazzjoni;

Sfidi għall-ġejjieni

34.

Jinnota l-istqarrija riċenti tal-President tal-Istati Uniti li sas-sajf tal-2012 se jirtira madwar terz tat-truppi Amerikani u li sal-2014 se jgħaddi r-responsabilità lill-forzi tas-sigurtà Afgani; ifakkar l-importanza ta’ sitwazzjoni tas-sigurtà stabbli għal monitoraġġ tajjeb tal-fondi tal-UE, u li l-fatt li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan ħżienet diġà għamilha diffiċli għall-Kummissjoni u għall-organizzazzjonijiet l-oħra biex jagħmlu żjarat ta’ kontroll għall-għarrieda fl-Afganistan;

35.

Jenfasizza l-fatt li l-irtirar ta’ truppi jista’ jkollu effett negattiv fuq l-ekonomija tal-Afganistan; ifakkar li l-parti l-kbira tal-baġit Afgan u tal-PDG tal-Afganistan hija derivata minn għajnuna barranija; jinnota li l-irkupru ekonomiku huwa kruċjali għall-iżvilupp ġenerali tal-Afganistan; iqis li l-għajnuna ċivili għall-Afganistan se ssir iktar importanti b’riżultat tat-tnaqqis fl-għajnuna militari;

36.

Hu tal-fehma li dan jista’ wkoll jipprovdi opportunità biex ir-riżorsi skarsi disponibbli jiġu allokati lil dawk il-proġetti li għandhom l-akbar ċans li jiksbu riżultati għal żmien twil; itenni l-ħtieġa ta’ aktar sostenibilità ekonomika għall-proġetti, u jemmen li dan jevita l-pressjoni fuq id-donaturi biex iqassmu l-fondi disponibbli bħalissa u li dawk li jirċievu l-għajnuna jimplimentaw proġetti li ma jkollhomx perspettiva għal żmien twil;

37.

Hu tal-fehma li s-soċjetà ċivili u d-deputati parlamentari jeħtieġ li jkunu involuti f'kull stadju tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tar-riżultati, u li dan ir-rekwiżit għandu jkun kriterju deċiżiv ta' eliġibiltà għall-appoġġ baġitarju;

38.

Iqis li sforz kontinwu u ikbar mill-komunità internazzjonali biex titjieb il-kapaċità u l-indipendenza tal-ġudikatura huma essenzjali għall-futur tal-Afganistan; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan ir-rigward u jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv u sod mal-GIRaA sabiex ikun żgurat li ġudikatura effiċjenti u indipendenti tibqa’ objettiv komuni għall-atturi kollha involuti fl-iżvilupp tal-Afganistan;

39.

Jenfasizza li l-miżuri tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma parti importanti ħafna mill-proċess tal-paċi fl-Afganistan, meta wieħed jikkunsidra li l-korruzzjoni twassal biex jintilfu l-fondi, tillimita l-aċċess għas-servizzi pubbliċi bażiċi bħas-saħħa jew l-edukazzjoni u toħloq ostaklu enormi għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż; barra minn hekk il-korruzzjoni tnaqqas il-kunfidenza fis-settur pubbliku u l-gvern kif ukoll tipperikola b’mod serju l-istabilità nazzjonali; iħeġġeġ lill-UE biex tagħti attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni fit-twassil tal-għajnuna lill-Afganistan;

40.

Imħasseb ħafna dwar il-proporzjon kbir ta’ għajnuna internazzjonali mitlufa matul il-proċess ta’ distribuzzjoni u jinnota li hemm erba' kawżi għal dan: il-ħela, l-ispejjeż intermedjarji u ta’ sigurtà eċċessivi, il-kontijiet esaġerati u l-korruzzjoni; iħeġġeġ lill-UE tissorvelja l-ispejjeż u l-effikaċja tal-għajnuna kollha tal-UE lill-Afganistan, bil-għan li jkun żgurat li din tintuża b'mod aktar effiċjenti;

41.

Iqis li l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan hu sfida ġejjiena kbira għar-rikostruzzjoni tal-Afganistan u jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-komunità internazzjonali, strateġija li tiżgura s-sigurtà għall-Afganistan u li tistimula ekonomija awtosostenibbli, inter alia bl-għan li jkun possibbli kontrol xieraq fuq l-għajnuna;

42.

Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa huma meqjusa bħala kwistjonijiet kruċjali kemm fl-istrateġija tal-iżvilupp nazzjonali u fid-dokument dwar l-istrateġija nazzjonali 2007-2013 tal-Gvern Afgan, li jirreferu għall-integrazzjoni tal-ġeneru tal-ġejjieni;

Fehma mill-perspettiva tal-politika tal-affarijiet barranin

43.

Itenni l-impenn tal-UE li tkompli tappoġġa l-Afganistan; jenfasizza li l-għan ewlieni tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE lill-Afganistan għandu jkun li jgħin fl-iżvilupp sostenibbli fit-tul tal-pajjiż, inkluż titjib fl-istandards soċjoekonomiċi, jiffaċilita l-ħolqien tal-impjiegi u l-proliferazzjoni tal-SMEs, isaħħaħ il-qasam edukattiv, u jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza l-fatt li l-għajnuna għandha tiffaċilita aktar il-bini tal-kapaċità fl-amministrazzjoni pubblika, isaħħaħ l-istat tad-dritt u tnaqqas il-korruzzjoni, biex b'hekk tiffaċilita t-trasferiment tal-qasam tas-sigurtà lill-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan (GIRoA); jirrakkomanda li parti mill-għajnuna finanzjarja lill-Afganistan tkun allokata għall-pjan ta' ħames snin għat-tneħħija gradwali tal-kultivazzjoni tal-oppju billi tkun sostitwita minn uċuħ alternattivi; jenfasizza l-ħtieġa li tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni subreġjonali permezz ta’ assistenza fi kwistjonijiet ta' natura transkonfinali;

44.

Itenni l-ħtieġa urġenti li tiżdied l-effiċjenza tal-għajnuna, minħabba li ħafna indikaturi tal-iżvilupp għadhom mhumiex qed juru titjib sinifikanti, u l-korruzzjoni u l-katina twila tad-distribuzzjoni tal-għajnuna internazzjonali għadhom ostakoli ewlenin għall-forniment ta' servizzi essenzjali lill-poplu; jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jużaw l-istrumenti finanzjarji disponibbli, inkluż l-istrument futur tal-Fondi Fiduċjarji tal-UE meta dan jiġi stabbilit, b’mod effiċjenti li jiggarantixxi l-forniment ta’ servizzi essenzjali lill-popolazzjoni;

45.

Jinnota li l-maġġoranza tar-riżorsi għall-iżvilupp soċjoekonomiku fl-Afganistan tgħaddi mill-mekkaniżmu internazzjonali, iżda li proporzjon sinifikanti ta' din l-għajnuna ma tasalx għand dawk li għandhom jibbenefikaw minnha, in-nies tal-Afganistan; jirrimarka li l-UE, u b'mod partikulari l-Kummissjoni / is-SEAE għandu jkollhom rwol ewlieni fit-titjib tal-koordinazzjoni tad-donaturi f'kooperazzjoni mill-qrib ma' donaturi ewlenin oħra bħall-Istati Uniti u l-Ġappun, u jitlob li jsiru evalwazzjonijiet dettaljati tal-effiċjenza tal-għajnuna sabiex jitjiebu t-trasparenza u r-responsabilzzazzjoni tad-donaturi fl-għoti tal-għajnuna;

46.

Hu tal-fehma li l-Unjoni Ewropea, li hi waħda mid-donaturi ewlenin ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u umanitarja lill-Afganistan (aktar minn EUR 2 biljun bejn l-2002 u tmiem l-2010) għandha responsabilità partikolari biex tevalwa jekk dawk il-fondi hux qed jilħqu d-destinatarji li huma intenzjonati għalihom u jekk hux qed itejbulhom il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom;

47.

Jinsisti li, meta jintużaw l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħala mezz tal-għoti tal-għajnuna, is-SEAE u l-Kummissjoni jagħtu ħafna attenzjoni għall-eliminazzjoni tal-ħela, l-ispejjeż intermedjarji eċċessivi, l-ineffiċjenza, il-kontijiet esaġerati u l-korruzzjoni, u għandhom jinsistu fuq informazzjoni f'waqtha u adegwata dwar ir-riżultati u l-użu tal-fondi;

48.

Itenni t-talba tiegħu lill-UE biex twaqqaf bażi tad-data ċentralizzata, u tanalizza l-ispejjeż u l-impatt tal-għajnuna kollha tal-UE lill-Afganistan, billi n-nuqqas ta’ data aġġornata u affidabbli ddgħajjef l-effiċjenza tal-għajnuna u t-trasparenza;

49.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tintroduċi appoġġ baġitarju settorjali; jenfasizza, madankollu, li tali għajnuna għandha tkun strettament kundizzjonali, b'indikaturi tal-impatt li jistgħu jitkejlu, u tista' tintuża biss flimkien ma' miżuri għall-bini tal-kapaċità u f'amministrazzjonijiet li l-istrutturi organizzattivi u l-kapaċitajiet ta' ġestjoni finanzjarja tagħhom kienu evalwati kif suppost u meqjusa adegwati u trasparenti;

Fehma mill-perspettiva tal-politika tal-iżvilupp

50.

Jenfasizza li l-għoti ta’ għajnuna lil pajjiżi affettwati mill-kunflitti timplika li jkun ġie aċċettat livell sostanzjali ta’ riskju inerenti rigward ir-riżultati; jissottolinja li l-kooperazzjoni man-NU għamlitha possibbli li jinkisbu riżultati f’termini ta' żvilupp f’ambjent operattiv estremament diffiċli; jenfasizza, madankollu, li hemm bżonn ta’ aktar progress fit-tisħiħ tar-responsabbilizzazzjoni u t-trasparenza fil-konfront tal-UE bħala donatur ewlieni fis-sistema tan-NU;

51.

Jenfasizza li l-effikaċja tal-għajnuna lill-Afganistan tista' tittejjeb biss jekk issir bidla radikali fl-approċċ għall-problema tal-korruzzjoni fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni, li ilha tifni l-pajjiż mill-2001; jenfasizza li l-korruzzjoni fl-ogħla livell, li ġiet aċċettata impliċitament fl-ewwel snin wara l-2001, f'għajnejn in-nies Afgani issa qiegħda ddgħajjef b'mod kważi irriversibbli l-awtorità tal-istituzzjonijiet stabbiliti mill-kostituzzjoni Afgana; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa urġenti u assoluta li tinqata' din l-aċċettazzjoni tal-korruzzjoni u li jittieħdu passi biex ikun żgurat li s-sistema ġudizzjarja Afgana u l-Qorti tal-Awdituri Afgana jkunu jistgħu jindirizzaw bil-qawwa din il-problema maġġuri u jserrħu fuq l-Unjoni Ewropea bħala alleat b'saħħtu, kredibbli u sod li se jkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra din l-isfida li hija kruċjali għall-futur tal-pajjiż;

52.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiddefinixxu strateġija ċara għall-għoti ta’ għajnuna f’kuntest daqstant fraġli u ta' riskju kbir; jinnota li l-prinċipju ta' gwida tal-politika tal-iżvilupp tal-UE huwa li l-għajnuna trid tkun effikaċi; jenfasizza li ġestjoni tar-riskju adegwata hi essenzjali, u li dan ifisser li għandu jkun żgurat li biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani jkunu disponibbli sabiex jiggarantixxu monitoraġġ bir-reqqa tal-flussi ta’ għajnuna u valutazzjoni tar-riżultati;

53.

Jinnota l-impenn tad-donaturi li jgħaddu tal-anqas 50 % mill-għajnuna għall-iżvilupp permezz tal-baġit ewlieni tal-Gvern Afgan fi żmien sentejn; jenfasizza, madankollu, li l-appoġġ baġitarju jrid ikun akkumpanjat b'titjib tanġibbli tas-sitwazzjoni tal-governanza fil-pajjiż u iżjed fiduċja mid-donaturi fil-ġestjoni finanzjarja pubblika (PFM) Afgana, u jeħtieġ riformi urġenti u l-bini tal-kapaċità biex jissaħħu s-sistemi tal-PFM, titnaqqas il-korruzzjoni u tittejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta – filwaqt li tqis il-kapaċità finanzjarja tal-istituzzjonijiet Afgani u r-rata ta' progress fir-riformi ewlenin tal-PFM – jekk ministeri Afgani speċifiċi jew istituzzjonijiet oħra, inklużi dawk fil-livell deċentralizzat, jistgħux 'il quddiem isiru eliġibbli bħala riċevituri ta’ appoġġ baġitarju settorjali, u jekk iva, b’liema kundizzjonijiet;

54.

Jenfasizza r-responsabilità tal-awtoritajiet Afgani fir-rigward tal-iżvilupp strutturali u fit-tul; iħeġġeġ lill-gvern biex ikun involut aktar fir-rikostruzzjoni, fid-demokratizzazzjoni u fl-isforzi biex jittaffa l-faqar u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinkoraġġixxi lid-donaturi tal-UE joqogħdu partikolarment attenti għas-sostenibilità fit-tul tal-interventi tagħhom, billi jippromwovu s-sjieda Afgana, jinvestu b’mod sistematiku fil-bini tal-kapaċità u jevitaw proġetti individwali li jimmiraw għal riżultati fil-qasir biss; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżgurar tas-sjieda tal-proċess ta' rikostruzzjoni u s-sorveljanza kontra r-riskju ta' korruzzjoni;

55.

Jistieden, b’mod partikolari, lill-Gvern Afgan biex jiffoka fuq l-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali fis-settur pubbliku u jiżviluppa programm nazzjonali uniku għal riforma tal-amministrazzjoni pubblika (PAR); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu kollettivament favur il-PAR fid-djalogu tagħhom mal-gvern dwar il-politiki, u biex jappoġġjaw l-objettivi tal-gvern rigward il-PAR b’mod koordinat;

56.

Iħeġġeġ lill-UE tibqa’ impenjata għall-iżvilupp sostenibbli u fit-tul tal-Afganistan u biex tkompli tagħmel disponibbli riżorsi xierqa wara l-2014, meta r-responsabilità għas-sigurtà se tkun kollha kemm hi f’idejn l-awtoritajiet Afgani u donaturi oħra jistgħu jibdew inaqqsu l-fondi; f'dan il-kuntest, jitlob offerta b'saħħitha tal-UE li tenfasizza l-impenn tal-Unjoni għall-iżvilupp ta' sħubija fit-tul mal-Afganistan bil-ħsieb tal-Konferenza Internazzjonali dwar l-Afganistan f'Bonn fil-5 ta' Diċembru 2011; jitlob lill-UE tfittex sħab u donaturi barranin ġodda mis-soċjetà ċivili;

57.

Jissottolinja t-tnaqqis modest fl-imwiet fost iċ-ċivili mill-2010; jargumenta li mingħajr sigurtà domestika, reġjonali u ċivili msaħħa, l-iżvilupp se jkompli jinħonoq u n-nies se jibqgħu jmutu; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu s-sigurtà msaħħa bħala prerekwiżit għall-iżvilupp u jifformulaw il-politiki tagħhom tal-għajnuna skont din il-premessa;

58.

Jirrimarka li l-għajnuna għall-iżvilupp mill-UE għenet it-tisħiħ tal-mezzi ta’ azzjoni tan-nisa fl-Afganistan; jargumenta li żieda fil-parteċipazzjoni politika u ekonomika tan-nisa se ttejbilhom ħajjithom u tgħin biex tnaqqas ir-riskju li l-Afganistan jibqa' mgħaddas fil-kunflitt;

59.

Jargumenta li l-frammentazzjoni attwali tal-assistenza tad-donaturi qed ikollha impatt negattiv fuq l-effikaċja tal-għajnuna u qed tirriżulta fi strateġiji duplikati; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jikkoordinaw aħjar l-isforzi tagħhom ta' għajnuna;

60.

Jargumenta li waħda mill-kwistjonijiet l-aktar importanti li qed jaffaċċja l-Afganistan hija r-riforma tal-Armata Nazzjonali Afgana (ANA) u tal-Pulizija Nazzjonali Afgana (ANP); jindika li r-rati ta' prestazzjoni kemm tal-ANA kif ukoll tal-ANP mhumiex jilħqu l-miri miftiehma; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-assistenza tagħhom f'dan il-qasam billi jipprovdu uffiċjali tat-taħriġ u permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

*

* *

61.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Gvern u l-Parlamenti tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.


(1)  ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 11.

(2)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 87.

(3)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 57.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0490.

(5)  ĠU L 255, 26.9.2009.

(6)  ĠU L 252, 25.9.2010.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0317.

(8)  http://eca.europa.eu/portal/page/portal/intosai-aada/home

(9)  Paragrafu 40 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-15 ta' Jannar 2009 (ĠU C 46E, 24.2.2010, p. 93).


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/65


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Is-sitwazzjoni fis-Sirja

P7_TA(2011)0582

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja

2013/C 168 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikolari dik tas-27 ta' Ottubru 2011 (1) dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu u s-Sirja, b'mod partikolari dik tal-Komunitajiet Insara, tal-15 ta’ Settembru 2011 (2) dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, tas-27 ta’ Ottubru 2011 (3) dwar il-każ ta' Rafah Nached (4), u tas-7 ta' Lulju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u fl-Afrika ta’ Fuq,

wara li kkunsdira l-konklużjonijiet dwar is-Sirja tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-10 ta' Ottubru 2011, tal-14 ta' Novembru 2011 u tal-1 ta' Diċembru 2011 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2011 u tad-9 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar is-Sirja tat-8 ta' Ottubru 2011, tat-3 u tat-28 ta' Novembru 2011 u tat-2 ta' Diċembru 2011, u tal-kelliem tagħha tat-23 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fis-Sirja tat-22 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija Sirjana tat-2 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU Navi Pillay fit-18-il Sessjoni Speċjali Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li saret biex teżamina s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija Sirjana fit-2 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, tat-23 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija Sirjana, tat-22 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv dwar l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati, il-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kastig tad-delitt ta' ġenoċidju li s-Sirja aderiet għalihom,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Lega Għarbija dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja tas-27 ta' Awissu 2011, tas-16 ta' Ottubru 2011 u tat-12, tas-16 u tal-24 ta' Novembru 2011, il-Pjan ta' Azzjoni tagħha tat-2 ta' Novembru 2011 u s-sanzjonijiet tal-Lega Għarbija kontra s-Sirja adottati fis-27 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-30 ta' Novembru 2011 mill-gvern tar-Repubblika tat-Turkija li jimponi sanzjonijiet ekonomiċi fuq is-Sirja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-30 ta' Novembru 2011 mill-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika li talbet lill-gvern Sirjan sabiex immedjatament jieqaf juża forza eċċessiva kontra ċ-ċittadini u sabiex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta dwar ‧Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni‧ mill-Kummissjoni u l-VP/RGħ lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tal-25 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta’ Barċellona tas-27 u t-28 ta’ Novembru 1995 (id-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona) u d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit għall-Mediterran ta’ Pariġi nhar it-13 ta’ Lulju 2008, li s-Sirja ffirmat,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi skont l-estimi tan-NU, aktar minn 5 000 ruħ, inklużi iktar minn 300 tifel u tifla, inqatlu, ħafna persuni oħra ndarbu, aktar minn 14 000 ġew rappurtati detenuti, u għexieren ta’ eluf fittxew rifuġju f’pajjiżi ġirien jew ġew spustati internament sa minn Marzu 2011 fis-Sirja bħala riżultat tar-ripressjoni brutali mir-reġim kontra l-popolazzjoni tiegħu; billi, minkejja kundanna internazzjonali estiża, ir-ripressjonijiet vjolenti u l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet u mill-forzi militari u tas-sigurtà Sirjani kontra ċ-ċivili li mhumiex vjolenti għadhom għaddejjin u qed ikomplu jintensifikaw; billi huwa rrapportat li l-bliet u l-irħula tas-Sirja kollha qed jinżammu taħt assedju mill-forzi governattivi, mingħajr aċċess għall-ikel, provvisti mediċi jew mezzi tal-komunikazzjoni; billi bosta Sirjani qiegħdin jiffaċċaw sitwazzjoni umanitarja li kulma jmur sejra għall-agħar, kaġun tal-vjolenza u tal-ispostamenti;

B.

billi r-riformi u l-amnestiji mħabbra u mwegħda mill-President Bashar al-Assad fil-prattika ma seħħewx, u r-reġim tilef il-kredibilità kollha; billi l-Gvern Sirjan jirrikorri għall-Qorti Suprema ta' Sigurtà tal-Istat, qorti speċjali li ma tagħmilx parti mis-sistema ordinarja tal-ġustizzja kriminali, biex jipproċessa attivisti politiċi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-vjolenza hi akkumpanjata mill-azzjoni tar-reġim u dawk li jappoġġjawh bl-għan li jintensifikaw it-tensjonijiet settarji u tixwix tal-kunflitt interetniku u interreliġjuż fil-pajjiż;

C.

billi fl-20 ta' Novembru 2011, f' intervista ppubblikata mill-ġurnal Sunday Times u fis-7 ta' Diċembru 2011 f'intervista man-netwerk Amerikan ABC, il-President Sirjan Bashar al-Assad ċaħad li l-gvern tiegħu kellu politika ta' trattament aħrax fil-konfront tal-popolazzjoni u li huwa ma jħoss l-ebda sens ta' ħtija dwar ir-ripressjoni li ordna fuq ir-rewwixta li ilha għaddejja 10 xhur, minkejja rapporti ta' brutalità min-naħa tal-forzi tas-sigurtà;

D.

billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-2 ta’ Diċembru 2011 tikkundanna bil-qawwa l-ksur gravi, mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali – bħall-qtil, l-eżekuzzjoniji arbitrarja, il-persekuzzjoni, id-detenzjoni arbitrarja, għajbien furzat, tortura u trattament ħażin, u stupru u atti oħra ta’ vjolenza sesswali kontra ċ-ċivili, inklużi t-tfal, kif ukoll iċ-ċaħda u l-ostakolar ta' assistenza medika lill-midruba – mill-awtoritajiet u l-forzi militari u tas-sigurtà Sirjani, u tipproponi li jiġi stabbilit il-mandat ta’ rapporteur speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

E.

billi fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana huwa dokumentat ksur sistematiku u gravi mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali min-naħa tal-armata, tal-forzi tas-sigurtà u tal-milizji Sirjani favur il-gvern; billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta hi ferm imħassba li r-reati kontra l-umanità saru f'lokalitajiet differenti fis-Sirja; billi l-gvern Sirjan irrifjuta li jikkopera mal-Kummissjoni ta' Inkjesta; billi skont ir-rapport lin-NU tal-Kummissjoni ta' Inkjesta kien hemm diversi każijiet ta' diżerzjoni mill-militar u l-forzi armati sa mill-bidu tar-ripressjoni u dawn żdiedu fl-aħħar xhur;

F.

billi fl-istqarrija tagħha tat-2 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissarju Għoli tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU Navi Pillay wissiet li r-ripressjoni bla ħniena u kontinwa min-naħa tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ta' pajjiżu tista’ twassal il-pajjiż għal gwerra ċivili u inkoraġġiet ukoll lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jirreferi s-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali;

G.

billi l-awtoritajiet Sirjani għadhom qed jiċħdu l-aċċess lil ġurnalisti u osservaturi internazzjonali; billi rapporti minn rifuġjati Sirjani, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u immaġini meħuda minn telefoni ċellulari huma s-sors ewlieni ta' informazzjoni u ta' dokumentazzjoni tal-vjolazzjonijiet sistematiċi u mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem mill-armata u l-forzi tas-sigurtà Sirjani kontra ċivili kif ukoll tas-sitwazzjoni fis-Sirja inġenerali;

H.

billi fl-1 ta' Diċembru 2011 l-Unjoni Ewropea saħħet il-miżuri restrittivi tagħha kontra s-Sirja inklużi projbizzjonijiet addizzjonali tal-kummerċ għal kumpaniji u istituzzjonijiet finanzjarji bbażati fl-UE fir-rigward taż-żejt Sirjan u tas-settur finanzjarju, iffrizar ta' assi ġdid u projbizzjoni ta' vvjaġġar għal 11-il persuna u 12-il entità, embargo tal-armi, u b'mod partikulari projbizzjoni ta' esportazzjoni mill-UE lis-Sirja ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) li l-gvern kien juża biex jikser id-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini;

I.

billi sal-lum il-Kunsill/SEAE ma rnexxilux jilħaq ftehim dwar il-projbizzjoni għall-esportazzjoni tal-ICTs u jippubblika d-dettalji meħtieġa dwar it-tħabbira; billi kien hemm diversi rapporti dwar kumpaniji (bbażati) fl-UE li armaw lill-Gvern Sirjan b'teknoloġiji mfassla (speċifikament) biex jinterċettaw, jissorveljaw u jikkatalogaw it-traffiku fuq l-internet u l-komunikazzjoni bil-mowbajl fis-Sirja, li jaqbdu kemm traffiku domestiku kif ukoll dak internazzjonali; billi l-kumpaniji (bbażati) fl-UE bnew u operaw ċentri ta' monitoraġġ fis-Sirja stess u pprovdew assistenza teknika relatata lill-Gvern Sirjan;

J.

billi kemm l-ambaxxatur Franċiż għas-Sirja Eric Chevallier u kemm l-ambaxxatur tal-Istati Uniti għas-Sirja Robert Ford marru lura Damasku, bħala ġest intiż biex juri appoġġ sħiħ għall-ġlieda u t-talbiet tal-poplu Sirjan; billi ż-żewġ ambaxxaturi kienu irtirati f'Ottubru minħabba kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' attakki vjolenti kontra l-interessi Franċiżi;

K.

billi, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill reġa’ ħeġġeġ lill-oppożizzjoni Sirjana tistabbilixxi pjattaforma magħquda, ikkonferma li l-UE kienet se tkompli l-kuntatt ma’ membri rappreżentattivi tal-oppożizzjoni Sirjana li jirrispettaw il-prinċipju ta’ nonvjolenza, u laqa’ l-impenn tal-Kunsill Nazzjonali Sirjan f’dan ir-rigward;

L.

billi fit-22 ta' Novembru 2011 il-VP/RGħ Catherine Ashton iltaqat ma' rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali Sirjan u enfasizzat l-importanza ta' pjattaforma tal-oppożizzjoni politika inklużiva;

M.

billi Membri tal-Parlament Ewropew stabbilixxew djalogu u wettqu skambju ta’ fehmiet ma’ diversi rappreżentanti tal-oppożizzjoni Sirjana fl-eżilju u fil-pajjiż f’dawn l-aħħar xhur;

N.

billi l-kriżi fis-Sirja tikkostitwixxi theddida għall-istabilità u s-sigurtà fir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani;

O.

billi fis-16 ta’ Novembru 2011, il-Lega Għarbija ssospendiet is-sħubija tas-Sirja f'din l-organizzazzjoni reġjonali wara li din naqset li tonora t-termini ta' pjan ta' paċi tal-Lega Għarbija li kien jinvolvi li s-Sirja tirtira t-tankijiet minn bliet irrekwieti, twaqqaf l-attakki fuq id-dimostranti, tidħol fi djalogu mal-oppożizzjoni u tippermetti 500 osservatur tal-Lega Għarbija jidħlu fil-pajjiż biex jevalwaw is-sitwazzjoni fil-kamp; billi fis-27 ta' Novembru 2011, wara diversi ultimatum, il-Lega Għarbija approvat sanzjonijiet kontra s-Sirja, inkluż l-iffriżar tal-assi u embargo fuq l-investimenti;

P.

billi fit-30 ta' Novembru 2011 il-Gvern Tork impona sanzjonijiet ekonomiċi fuq is-Sirja, kif ukoll embargo tal-armi inkluż embargo fuq il-kunsinna ta' armi u tagħmir militari kif ukoll is-sospensjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni mas-Sirja sakemm ikun hemm gvern ġdid; billi fit-22 ta' Novembru 2011 il-Prim Ministru Tork appella lill-President Assad sabiex finalment jirriżenja; billi għexieren ta’ eluf ta’ rifuġjati Sirjani fittxew kenn fit-Turkija sa minn Marzu 2011;

Q.

imħasseb dwar l-aħbar irrappurtata minn ħafna sorsi li l-awtoritajiet tas-Sirja ordnaw l-espulsjoni ta' Dun Paolo dall'Oglio, l-Abbati tal-Monasteru Musa Mar fis-Sirja, u r-rebbieħ tal-ewwel Premju EuroMed Anna Lindh 2006 għad-Djalogu bejn il-Kulturi, u li hu magħruf sew għall-ħidma tiegħu għall-armonija inter-reliġjuża fil-pajjiż tul dawn l-aħħar tletin sena u għall-impenn tiegħu fl-isforzi għar-rikonċiljazzjoni interna, ibbażati fuq in-negozjazzjoni, u l-libertà tal-espressjoni; jappella lill-awtoritajiet Sirjani biex iżommu lura milli jagħmlu dan għaliex dan l-att jista' jdgħajjef id-djalogu li għaddej bejn Kristjani u Musulmani;

R.

billi fl-4 ta' Diċembru 2011 l-awtoritajiet Sirjani arrestaw lill-blogger Rażan Gazzawi fil-fruntiera bejn ir-Sirja u l-Ġordan hekk kif allegatament hi kienet sejra lejn il-kapitali tal-Ġordan, Amman, biex tieħu sehem f'workshop dwar il-libertà tal-istampa organizzat minn min jimpjegaha, iċ-Ċentru Sirjan għall-Midja u l-Libertà tal-Espressjoni;

1.

Jerġa’ jikkundanna bl-aktar mod qawwi r-ripressjoni brutali tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu, inklużi t-tfal; jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; itenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Sirjan fil-ġlieda nonvjolenti tiegħu għal-libertà, id-dinjità u d-demokrazija u jfaħħar il-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu, b’rigward speċjali għan-nisa li għandhom rwol kruċjali f’din il-ġlieda;

2.

Jinnota n-nuqqas tar-reġim Sirjan – u tal-President Bashar al-Assad, li għandu r-responsabilità finali bħala l-kap kostituzzjonali tal-Istat Sirjan, b'mod partikulari – li jottempera totalment għall-obbligi tiegħhu skont il-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jappella mill-ġdid għall-waqfien immedjat tar-repressjonijiet vjolenti kontra d-dimostranti paċifiċi u tal-vessazzjonijiet tal-familji tagħhom, għall-ħelsien tad-dimostranti, il-priġunieri politiċi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti kollha detenuti u aċċess sħiħ għall-pajjiż għall-organizzazzjonijiet internazzjonali umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għall-midja internazzjonali;

3.

Itenni t-talba tiegħu lill-President Bashar al-Assad u r-reġim tiegħu biex jirriżenjaw immedjatament sabiex jippermettu li seħħ tranżizzjoni demokratika fil-pajjiż;

4.

Jitlob li jsiru investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti minnufih tal-każijiet ta’ ksur estensiv, sistematiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Sirjani u mill-forzi militari u tas-sigurtà bil-għan li jiżguraw li dawk kollha responsabbli għal dawn l-atti, li jistgħu jammontaw għal delitti kontra l-umanità, jinżammu responsabbli mill-komunità internazzjonali;

5.

Jenfasizza l-appell li sar mill-opponenti u d-dimostranti Sirjani biex jintbagħtu osservaturi internazzjonali bħala deterrent kontra l-attakki kontra ċ-ċivili u biex ikun hemm aċċess sħiħ fil-pajjiż għall-organizzazzjonijiet umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali kif ukoll għall-midja internazzjonali;

6.

Jitlob li jkun hemm tranżizzjoni paċifika u ġenwina lejn id-demokrazija, li tissodisfa t-talbiet leġittimi tal-poplu Sirjan u li tkun imsejsa fuq proċess inklużiv ta’ djalogu politiku nazzjonali bil-parteċipazzjoni tal-forzi demokratiċi kollha u tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-forzi tal-oppożizzjoni jevitaw in-nasba tal-eskalazzjoni ulterjuri tal-vjolenza u l-militarizzazzjoni tas-sitwazzjoni fid-difiża tal-popolazzjoni; jesprimi tħassib serju li l-intimidazzjoni mill-awtoritajiet Sirjani tista' tkun estiża għall-attivisti tal-oppożizzjoni fl-eżilju u jitlob lill-Istati Membri tal-UE jqisu l-possibilità li jkeċċu lid-diplomatiċi Sirjani bbażati fl-UE involuti f'każijiet bħal dawn, jew jieħdu miżuri xierqa oħra;

7.

Jilqa' u jinkoraġġixxi l-isforzi li għaddejjin mill-oppożizzjoni Sirjana kemm fil-pajjiż u kemm barra minnu sabiex jistabbilixxu pjattaforma magħquda, sabiex ikomplu jaħdmu mal-komunità internazzjonali, b'mod partikolari mal-Lega Għarbija, u biex jaħdmu fuq viżjoni komuni għall-futur tas-Sirja u t-tranżizzjoni lejn sistema demokratika; ikompli jagħti jappoġġja l-Kunsill Nazzjonali Sirjan u jenfasizza kemm hu importani li l-oppożizzjoni Sirjana u l-Armata Libera Sirjana jimpenjaw ruħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jmantnu impenn ċar għall-approċċ paċifiku u inklużiv; jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimplimentawhom malajr kif ukoll isibu modi ġoddi kif isaħħu l-għajnuna mhux militari li jagħtu lil dawn il-forzi tal-oppożizzjoni;

8.

Jenfasizza mill-ġdid li l-Gvern Sirjan naqas li jerfa' r-responsabilità tiegħu li jħares il-poplu tiegħu, li jtemm immedjatament il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u li jwaqqaf kull attakk kontra ċ-ċivili; iqis li fid-dawl ta' dan in-nuqqas, il-komunità internazzjonali trid tieħu miżuri urġenti u xierqa;

9.

Jilqa' l-impenn tal-UE li tkompli tagħfas għal iktar pressjoni internazzjonali fuq ir-reġim Sirjan; jappoġġa bil-qawwa d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru u tal-1 ta' Diċembru 2011 li jimponi miżuri restrittivi ġodda fuq ir-reġim u jitlob li l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ikunu estiżi għall-familji u n-negozji li huma l-ikbar finanzjaturi tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun lesta li tadotta miżuri ulterjuri sabiex tgħin liċ-ċittadini Sirjani li qiegħdin jitħabtu għal futur demokratiku permezz ta' mezzi paċifiċi; jitlob, f'dan il-kuntest, iktar sanzjonijiet mill-UE, li jolqtu r-reġim Sirjan iżda jimminimizzaw l-impatti negattivi fuq il-popolazzjoni, sakemm tkompli r-ripressjoni, u jitlob ukoll li jinħolqu mekkaniżmi adegwati biex jiġu trattati l-emerġenzi umanitarji attwali u ġejjiena fil-pajjiż; jilqa’ u jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jiddikjaraw ukoll li l-UE tkun lesta tiżviluppa sħubija ġdida u ambizzjuża mas-Sirja fl-oqsma kollha ta’ interess reċiproku, fosthom billi timmobilizza l-assistenza u ssaħħaħ ir-rabtiet kummerċjali u ekonomiċi, malli jirreżenja l-President Bashar al-Assad u tibda tranżizzjoni ġenwina lejn id-demokrazija;

10.

Jilqa’ u jappoġġa r-riżoluzzjonijiet dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-22 ta' Novembru 2011, mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-2 ta' Diċembru 2011 u mit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-22 ta’ Novembru 2011 kif ukoll ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar is-Sirja tat-23 ta’ Novembru 2011; jitlob is-sospensjoni immedjata tas-sħubija tas-Sirja mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UNESCO;

11.

Jiddeplora l-fatt li s’issa l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma kellux il-ħila jagħti risposta xierqa għall-avvenimenti brutali li qed iseħħu fis-Sirja; itenni l-appell tiegħu lill-membri tal-KSNU, u lir-Russja u ċ-Ċina b'mod partikolari, li jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhpm u jiżguraw li l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem ikunu rrispettati fis-Sirja; ikompli jappoġġa l-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha f’dan il-qasam; fl-istess ħin iħeġġeġ lill-KSNU jirreferi d-delitti mwettqa mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu lill-Qorti Kriminali Internazzjonali;

12.

Jappoġġa bil-qawwa l-isforzi tal-Lega Għarbija biex iwaqqfu l-vjolenza u jippromwovu soluzzjoni politika fis-Sirja; jilqa' pożittivament il-proposta tal-Lega li tibgħat missjoni ta' osservazzjoni biex tipprovdi protezzjoni liċ-ċivili; huwa imħasseb bl-impenn skars li wrew l-awtoritajiet Sirjani fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni; jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Lega Għarbija li timponi sanzjonijiet kontra r-reġim Sirjan; jistieden lir-reġim Sirjan jastjeni minn kwalunkwe tentattiv, dirett jew indirett, biex jiddestabbilizza l-pajjiżi ġirien;

13.

Jitlob iktar kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja; jilqa' l-kundanna min-naħa tat-Turkija tar-reġim Sirjan, is-sanzjonijiet ekonomiċi li imponiet fuq dak ir-reġim u l-politika tagħha li żżomm il-fruntieri miftuħa għar-rifuġjati;

14.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tagħmel kull sforz biex tibda diskussjonijiet mat-Turkija, il-Lega Għarbija u l-oppożizzjoni Sirjana dwar il-modalitajiet tat-twaqqif ta' kurituri umanitarji fil-fruntieri Sirjani-Torok bl-għan tal-ħarsien tar-rifuġjati Sirjani u ċ-ċivili kollha li qed jippruvaw jitilqu mill-pajjiż biex jaħarbu r-ripressjoni militari li għaddejja bħalissa;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana, u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tat-Turkija.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0471.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0387.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0476.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0333.

(5)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/70


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Abbozz ta' Tabella ta' Valutazzjoni għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi

P7_TA(2011)0583

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst

2013/C 168 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika adottat fis-16 ta’ Novembru 2011, u b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2011 bl-isem “Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst” (SEC(2011)1361),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Ifakkar li l-mira ewlenija tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza li għadu kemm twaqqaf hija l-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari fiż-Żona tal-Euro; ifakkar li, skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011, fost il-miri l-oħra tal-mekkaniżmu previst hemm il-konverġenza sostnuta tal-prestazzjonijiet ekonmiċi tal-Istati Membri u l-koordinazzjoni aktar imqarrba tal-politiki ekonomiċi;

2.

Jenfasizza li, fid-dawl tal-qagħda ekonomika attwali, huwa essenzjali li l-qafas ta’ sorveljanza makroekonomika jibda jiffunzjona mill-aktar fis possibbli;

3.

Jemmen li l-effetti sekondarji potenzjali tal-politiki tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom jiġu identifikati u diskussi fi stadju bikri (eż. bħala parti mill-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir), u f’kull każ qabel l-adozzjoni tal-programmi ta’ konverġenza/stabbiltà kif ukoll warajha; jitlob lill-Kummissjoni tespliċita kif biħsiebha tittratta dwar l-effetti sekondarji fl-aktar verżjoni reċenti tagħha tat-tabella;

4.

Huwa tal-fehma li l-gvernijiet tal-Istati membri jeħtieġ li jkunu lesti jaġixxu rigward il-problemi potenzjali, minħabba li biss b’dawn il-mod jista’ jkun żgurat li l-qafas ta’ sorveljanza jkollu l-impatt mixtieq;

5.

Ifakkar fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevezjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (is-“six-pack”) (2), li stqarret li “s-sorveljanza makroekonomika tkopri l-pajjiżi b'defiċits u bilanċi faveroli fil-kontijiet kurrenti b'differenzazzjoni xierqa fir-rigward tal-urġenza tat-tweġibiet tal-politika u t-tip ta' azzjonijiet korrettivi meħtieġa”; jirrimarka li din id-dikjarazzjoni wittiet it-triq għal ftehim aħħari dwar is-“six-pack”; jistieden lill-Kummissjoni tibqa' kommessa għaliha bis-sħiħ; isostni li kwalunkwe konklużjoni li jista’ jilħaq il-Kunsill ma tistax tillimita d-drittijiet legali tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward;

6.

Jinnota li l-aktar livelli ta’ limitu indikattivi għall-indikaturi utilizzati fl-abbozz tat-Tabella huma jew livelli massimi jew minimi, anki jekk ir-Regolament jistqarr espliċitament li għandhom jiġu adottati sew livelli massimi kif ukoll minimi sakemm dan ma jkunx f’loku; jenfasizza, f’dak ir-rigward, li d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni ma fihx spjegazzjoni dwar kif mhuwiex f’loku li jiġu stabbiliti sew livelli massimi kif ukoll minimi għall-parti l-kbira ta’ dawn l-indikaturi;

7.

Jinnota li l-Kummissjoni ma qisitx l-elementi kollha speċifikati għall-qari ekonomiku tat-Tabella fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi dawn l-elementi kollha fil-qari ekonomiku tat-Tabella, partikolarment rigward l-impjiegi, il-muturi tal-produttività u r-rwol tal-enerġija;

8.

Jenfasizza li l-livell ta’ limitu magħżul għar-rata tal-qgħad ma jirnexxilux jindividwa żviluppi ta’ fluss, bħaż-żieda annwali f’dik ir-rata;

9.

Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummisjsoni li tipprovdi, sa tmiem l-2012 u fil-waqt għas-Semestru Ewropew sussegwenti, ġabra ġdida ta’ indikaturi u ta’ livelli ta’ limitu relatati għas-settur finanzjajru; jitlob lill-Kummissjoni tespliċita r-relazzjoni bejn tali indikaturi tas-settur finanzjarju u t-tabella prevista mir-regolament dwar il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS);

10.

Jirrimarka, bi rbit mal-istabbiliment ta’ tabelli makroekonimiċi futuri li jistgħu jinkludu firxa akbar ta’ indikaturi, li dawn jeħtieġ li jkunu bbażati fuq statistika uffiċjali, indipendenti u verifikabbli prodotta mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali;

11.

Jinnota li d-dokument ta’ ħidma tal-Kummisjsoni jiċċita l-“letteratura ekonomika disponibbli”, bla ma jipprovdi mqar referenza waħda; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni aktar kompluta tal-approċċ metodoloġiku tagħha, inklużi l-alternattivi differenti previsti, flimkien ma’ bibljografija komprensiva bħala sfond għat-Tabella;

12.

Jenfasizza li l-Kumitat ECON jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ pubbliku dwar id-disinn tat-Tabella qabel ma’ jagħti fehmietu rigward l-inkorporazzjoni ta’ indikaturi ġodda u dwar il-bdil tal-livelli ta’ limitu;

13.

Jisħaq li l-implimentazzjoni trasparenti ta’ dan l-istrument ġdid tal-politika hija tal-akbar importanza matul il-proċedura kollha, u, f’dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe kitbiet jew dokument ta’ ħidma dwar it-tabelli jkunu espliċitament u formalment indirizzati lill-PE u lill-Kunsill fuq bażi ugwali;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0424.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/72


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Żona Unika Ewropea tat-Trasport

P7_TA(2011)0584

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (2011/2096(INI))

2013/C 168 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-"White Paper" tal-Kummissjoni intitolata "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (COM(2011)0144),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2003 dwar il-"White Paper" tal-Kummissjoni "Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu” (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar "Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna" (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar futur sostenibbli għat-trasport (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Politika Marittima Integrata (IMP) – Evalwazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta' Koeżjoni tal-Kummissjoni u dwar l-Istrateġija għall-Politika ta' Koeżjoni wara l-2013 (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni b'enfasi partikolari fuq l-iskanners tas-sigurtà (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bit-titolu “In-Netwerk taċ-Ċittadini” COM(1995)0601) u ‘Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana” (COM(2009)0490),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn prezzijiet ġusti u effikaċi fit-trasport” (COM(1995)0691) tal-1995 u l-komunikazzjoni tagħha “it-trasport u s-CO2” (COM(1998)0204) tal-1998; u billi l-Kummissjoni għandha terġa' tippublika din tal-aħħar;

wara li kkunsidra l-Istrateġija UE 2020,

wara li kkunsidra l-acquis communautaire fil-qasam tat-trasport,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0425/2011),

A.

billi l-politika Ewropea tat-trasport tinfluwenza direttament liċ-ċittadini tal-UE f'diversi sitwazzjonijiet tal-ħajja u billi żona unika Ewropea ġenwina tat-trasport li telimina l-barrieri kollha bejn mezzi ta' trasport u sistemi nazzjonali u li m'għandhiex distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u dumping soċjali, tkun ta’ użu konsiderevoli għalihom;

B.

billi s-settur tat-trasport għandu importanza kbira għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, tar-reġjuni u l-bliet tagħha, peress li huwa jipproduċi madwar 5 % tal-prodott gross domestiku, jipprovdi madwarbi 10 miljun post tax-xogħol; billi huwa kruċjali li tinżamm il-kapaċità tal-UE tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni f'oqsma bħall-mobilità, it-trasport u l-loġistika, li huma deċiżivi għall-pożizzjoni tal-Ewropa bħala ċentru industrijali u ekonomiku u għall-pożizzjoni globali kompetittiva tagħha; billi impriżi żgħar u medji jilagħbu rwol partikolarment importanti fis-settur tat-trasport;

C.

billi l-politika futura Ewropea tat-trasport u tal-mobilità għandha tintegra l-miri 20-20-20 għall-perjodu sal-2020 bħala bażi primarja għat-teħid tad-deċiżjonijiet f'dan il-qasam,

D.

billi t-trasport jista’ jagħti kontribut sinifikanti għall-Istrateġija Ewropa 2020, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, ir-riċerka, l-enerġija, l-innovazzjoni u l-ambjent, fejn fil-qafas ta’ din l-istrateġija għandhom jissaħħu s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali b’mod aktar effikaċi u għandhom jiġu koordinati aktar;

E.

billi ċerti għanijiet tal-aħħar White Paper ma ġewx sodisfatti u b'hekk l-għanijiet stabbiliti hawnhekk għandhom jiġu rieżaminati u verifikati b'mod regolari;

F.

billi l-modi tat-trasport mhumiex f'kompetizzjoni bejniethom, iżda għandhom jikkumplimentaw lil xulxin fil-qafas tal- komodalità effikaċi, skont il-prinċipju bażiku ta' distribuzzjoni effikaċi modali ta' mezzi tat-trasport;

G.

billi l-miri ta’ trasferimenti modali ma jistgħux jintlaħqu permezz tal-liġi, iżda biss bl-isfruttar ta' infrastruttura li tiffunzjona, vantaġġi intrinsiċi u tal-punti tajbin u inċentivi;

H.

billi huwa essenzjali li jiġi żgurat l-iżvilupp b’suċċess tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), li n-netwerks tat-trasport tar-reġjuni kollha tal-UE jkunu mqabbda ma’ xulxin b’mod effikaċi u li jiġu eliminati d-diskrepanzi bejn il-livelli tal-iżvilupp infrastrutturali fl-Istati Membri tal-UE,

I.

billi s-settur tat-trasport u l-infrastruttura transkonfinali għadhom qed jiffaċċjaw bosta ostakli storiċi u ġeografiċi (il-wisa’ differenti tat-toroq jew l-ostakli impenetrabbli tar-ringieli tal-muntanji bħall-Alpi, il-Pirinej jew il-Karpazji) li jipproduċu ‘effetti transkonfinali’, li biċċa minnhom jistgħu jitneħħew faċilment u b’hekk għandhom jitneħħew kollha;

J.

billi d-differenzi bejn ir-reġjuni fl-Ewropa (is-sitwazzjoni periferali, l-infrastruttura, il-pajsaġġ, id-densità tal-popolazzjoni, is-sitwazzjoni soċjoekonomika) joħolqu problemi differenti ħafna li jirrikjedu soluzzjonijiet flessibli;

K.

billi l-ftuħ tas-swieq tat-trasport għandu jkun soġġett għall-iżvilupp tas-salvagwardji regolatorji kollha meħtieġa biex jiżguraw li dan se jwassal għal servizz ta’ kwalità ogħla, taħriġ u sitwazzjoni u kundizzjonijiet aħjar tal-impjiegi;

L.

billi l-UE għandha tistabbilixxi standards konsistenti għall-mezzi kollha tat-trasport, speċjalment dawk relatati mas-sikurezza, it-teknoloġija, il-protezzjoni ambjentali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, fejn jittieħed inkonsiderazzjoni l-fatt li f'setturi fejn japplikaw regoli de facto globali, ir-regolazzjoni effikaċi tista’ tinkiseb permezz tal-fora internazzjonali rilevanti;

M.

billi l-leġiżlazzjoni adottata fil-qasam tat-trasport għandha tiġi trasposta, implimentata u inforzata b'mod korrett, konsistenti u veloċi;

1.

Jilqa' l-"White Paper" 2011, iżda jistabbilixxi li għanijiet importanti tal-"White Paper" 2011 ma ġewx sodisfatti jew ġew sodisfatti biss parzjalment, u jissuġġerixxi:

li sal-2013 il-Kummissjoni, abbażi tar-rapport dwar is-sikurezza fit-toroq Ewropej 2011-2020 u filwaqt li żżomm mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandha tagħmel proposti speċifiċi, sabiex tnaqqas in-numru ta' mwiet u ta' persuni li jkorru b'mod serju fit-toroq b'50 % meta mqabbla mal-2010. Dawn il-proposti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-utenti tat-triq l-aktar vulnerabbli u għandhom jindikaw, f'kull każ, ir-riżultati mistennija fir-rigward tat-tnaqqis fl-inċidenti;

li sal-2014, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta li tippjana l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tat-tipi kollha tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri skont l-ispeċifiċità tagħhom, filwaqt li tevita l-ħlasijiet doppji u d-distorsjonijiet tas-suq. Id-dħul mill-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għandu jintuża għall-finanzjament tal-investiment fis-sikurezza, ir-riċerka, it-teknoloġiji ġodda, il-protezzjoni tal-klima u t-tnaqqis tal-istorbju fil-kuntest tal-mobbiltà sostenibbli u tal-infrastruttura;

2.

Jitlob li, sal-2013, il-Kummissjoni tressaq proposta dwar il-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol, biex tiffaċilita l-ħolqien ta’ suq tat-trasport Ewropew li jkun integrat ġenwinament u fl-istess ħin, iżżid l-attraenza tas-settur għall-impjegati; din il-proposta għandha tkun ibbażata fuq analiżi fid-dettall tas-sitwazzjoni attwali tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-mezzi kollha tat-trasport, fuq il-livell tal-armonizzazzjni bejn il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri u fuq il-valutazzjoni tal-impatt tal-iżviluppi tas-suq tax-xogħol tat-trasport matul il-perjodu sal-2020; din il-proposta għandha żżid l-impjiegi u għandha ttejjeb is-sitwazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport kollu u tieħu in kunsiderazzjoni t-teknoloġiji ġodda u s-servizzi loġistiċi li jistgħu jintużaw biex itejbu s-servizzi tat-trasport in ġenerali u b'mod partikolari għall-persuni b'diżabbiltà;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex sal-2013, abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, tissottometti analiżi koerenti u kwantitattiva tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-livell tal-infrastruttura, id-densità tan-netwerk tat-trasport u l-kwalità tas-servizzi tat-trasport fl-Istati Membri kollha tal-UE; dan se jipprovdi ġabra qasira tas-sitwazzjoni attwali fl-UE27, jenfasizza l-unugwaljanzi fl-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom u jagħti deskrizzjoni tal-mod kif fil-preżent tiġi iffinanzjata infrastruttura tat-trasport fil-mezzi kollha u tal-prijoritajiet futuri tal-investiment;

4.

Huwa konxju tal-kontribut kbir tas-settur tat-trasport għall-politika industrijali, għall-kompetittività u għall-bilanċ kummerċjali tal-UE; jinnota li fl-2009 l-esportazzjonijiet ta’ makkinarju u tagħmir fis-settur tat-trasport ammontaw għal EUR 454,7 biljun, jiġifieri għal 41,5 % tal-esportazzjonijiet kollha barra mill-UE27; barra minn hekk jinnota wkoll li fl-2009 l-UE rreġistrat l-ikbar bilanċi kummerċjali favorevoli tagħha fl-oqsma tal-makkinarji u t-tagħmir fis-settur tat-trasport (EUR 112,6 biljun) u fis-servizzi tat-trasport (EUR 21,5 biljun);

5.

Huwa favur l-għaxar għanijiet għal sistema ta' trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti u l-għanijiet stabbiliti fil-White Paper għall-2050 u l-2030, iżda jikkunsidra li huma meħtieġa dispożizzjonijiet aktar speċifiċi għall-perjodu taż-żmien sal-2020 rigward il-fondi – fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri rispettivi – u tal-isfidi ġenerali li jiffaċċja t-trasport fil-qasam tal-enerġija u f'dak ambjentali, u b'hekk jitlob lill-Kummissjoni tfassal regoli legali biex takkwista tnaqqis ta' 20 % f'emissjonijiet tas-CO2 u ta' GHGs oħra mit-trasport (filwaqt li l-figuri tal-1990 jservu bħala bażi ta' referenza), taħdem mal-imsieħba internazzjonali biex tfassal dispożizzjonijiet legali permezz ta' ftehimiet globali sabiex tilħaq l-għanijiet li ġejjin sal-2020 (filwaqt li l-figuri tal-2010 jservu bħala bażi ta' referenza), skont il-miri 20-20-20 u f'kooperazzjoni tas-sħab internazzjonali:

tnaqqis ta' 20 % f'emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport fit-toroq,

tnaqqis tal-istorbju u tal-konsum tal-enerġija ta' trasport fuq il-binarji b'20 %,

tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bl-ajru fl-ispazju tal-ajru Ewropew kollu bi 30 %,

tnaqqis uniformi ta' 30 % f'emissjonijiet tas-CO2 mal-Ewropa kollha u tal-pollutanti tat-trasport bil-merkanzija, fejn se tingħata kontribuzzjoni mill-ftehimiet tal-IMO dwar l-Indiċi ta' Effiċjenza Enerġetika u l-Pjan ta' Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika;

u jitlob biex l-għanijiet kollha msemmija f’dan il-paragrafu jiġu kkunsidrati bħala prijoritarji u għalhekk jiġu riveduti kull sena;

6.

Jenfasizza li l-għan għandu jkun li s-suq intern Ewropew tat-trasport jiġi kkompletat billi jkomplu jiġu miftuħa n-networks u s-swieq tat-trasport, billi jiġu kkunsidrati l-aspetti ekonomiċi, ta' impjiegi, ambjentali, soċjali u territorjali, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti dwar il-ftuħ ta' servizzi fis-swieq kollha tat-trasport ma jwasslux għal dumping soċjali, servizzi ta' kwalità aktar baxxa, monopolji jew oligopolji; jenfasizza li għad hemm bżonn urġenti ta’ linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat għall-portijiet.

7.

Jenfasizza l-potenzjal tat-trasport f'bosta żoni, u jinsisti dwar l-importanza ta' żona Ewropea unika ta' trasport, b'interkonnessjoni u interoperabbilità, ibbażata fuq il-ġestjoni tal-infrastruttura tat-trasport u fuq sistemi li jinkisbu bl-eliminazzjoni tal- "effetti konfinali" bejn l-Istati Membri fil-mezzi kollha tat-trasport, sabiex tijieb il-kompetittività u l-attraenza tal-Unjoni Ewropea kollha; jenfasizza l-importanza tal-koeżjoni territorjali u, b'mod partikolari, il-problemi ta' aċċessibilità li jiffaċċaw ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, reġjuni mingħajr kosta u dawk perifiċi u ta' konnessjonijiet tajbin bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien tagħhom;

8.

Jenfasizza li l-komodalità effiċjenti fit-trasport tal-mobilità tal-persuni u tal-merkanzija fis-sekwenza kollha tas-servizzi tat-trasport u loġistiċi, li tiġi mkejla f’termini tal-effikaċità ekonomika, tal-protezzjoni ambjentali, tas-sigurtà enerġetika, tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol, tas-sikurezza u tas-sigurtà, u li tieħu in kunsiderazzjoni l-koeżjoni territorjali u l-ambjent ġeografiku f'pajjiżi u reġjuni individwali, għandha tkun l-idea li tiggwida l-politika futura tat-trasport; huwa tal-fehma li l-mezzi tat-trasport għandhom jikkumplimentaw 'il xulxin u jinteraġixxu u li l-parametri mniżżla hawn fuq għandhom jintużaw biex jiddeterminaw id-distribuzzjoni attwali u futura fil-pajjiżi u r-reġjuni, skont il-possibilitajiet individwali tagħhom; jikkunsidra wkoll li l-użu ta' mezz sostenibbli ta' trasport għandu jiġi promoss b'mod sistematiku, anki għal distanzi qosra u medji;

9.

Jinnota l-livell għoli ta' dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili impurtati, li l-provvista tagħhom barra mill-Unjoni tinvolvi riskji kbar f'termini ta' sigurtà ekonomika tal-Unjoni u f'termini ta' flessibilità tal-alternattivi tal-politika esterna tagħha, u jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi u tkejjel b'mod regolari s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija esterna;

10.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport tal-Istati Membri l-ġodda, inkluża l-infrastruttura tat-toroq, sabiex tiġi stabbilita żona Ewropea unika tat-trasport u sabiex tikkonnettja n-networks tat-trasport tagħhom ma' dawk ta' pajjiżi ġirien; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-ħtiġijiet għall-ħolqien ta’ infrastruttura tat-trasport tal-Istati Membri l-ġodda fil-qafas finanzjarju multiannwali futur tagħha sabiex, sal-2025, l-infrastruttura tat-trasport tal-Istati Membri l-ġodda tkun laħqet il-livell tal-Istati Membri l-oħrajn;

11.

Jilqa' u jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-faċilità "Nikkollegaw l-Ewropa" u l-Inizjattiva dwar il-Bonds Proġettwali, u jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw in-network prinċipali, peress li l-kunċett TEN-T għandu jipprovdi numru limitat ta' proġetti sostenibbli b'valur miżjud Ewropew u b'fondi akbar u aktar realistiċi; iħeġġeġ biex:

L-Istati Membri jikkommettu ruħhom biex sal-2020 jeliminaw il-25 post ta' konġestjoni li huma magħrufa fiż-żona Ewropea tat-trasport u biex, jekk ikun meħtieġ, jippromwovu l-fatt li dawn jiġu billi jiżvuluppaw infrastrutturi intermodali fil-punt tat-tluq u tat-tmiem tal-vjaġġ, biex jagħtu prijorità lil proġetti transkonfinali bejn l-Istati Membri, mingħajr ma jittraskuraw il-konnessjonijiet mal-pajjiżi ġirien, u biex jissottomettu pjan approvat ta' fondi sal-2015;

il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li żżid l-istabilità tal-fondi tal-proġetti TEN-T, f'koordinazzjoni mal-politika reġjonali;

il-Kummissjoni għandha tikkommetti ruħha li tappoġġa mudelli u strumenti alternattivi ta’ finanzjament, li jinkludu bonds ta’ proġetti, u li tipprovdi għal aktar użu ta’ dawk ir-riżorsi biex jiffinanzjaw proġetti TEN-T meta tagħmel proposti biex jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni,

sabiex jiżgura l-effiċjenza fuq perjodu ta' żmien twil u l-viżibilità tal-azzjoni tal-UE fil-qafas tat-TEN-T, id-definizzjoni tal-prijoritajiet għandha tiġi kkunsidrata b’rabta mill-qrib mal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ fondi strutturali reġjonali u l-Istati Membri għandhom jiġu obbligati li jiżguraw finanzjament ta’ dawn il-proġetti lil hinn mill-perjodu stipulat tal-programmi multiannwali tal-UE;

il-prijorità tal-proġetti wara l-2015 tinżamm biss jekk l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet baġitarji vinkolanti li jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-kofinanzjament tal-UE għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju “użah jew titilfu”;

il-EuroVelo, in-netwerk Ewropew tar-rotta taċ-ċikliżmu fuq distanza twila, għandu jiġi inkluż fin-netwerk TEN-T

12.

Jenfasizza li bil-fatt li tiġi stabbilita infrastruttura tajba tat-trasport u livelli tajbin ta' aċċess għaliha, ir-reġjuni kollha se jsiru ekonomikament aktar b’saħħithom u aktar attraenti għall-investiment dirett, u b’hekk fuq żmien aktar fit-tul dan kollu jsaħħaħ kemm il-kompetittività tagħhom stess u kemm il-pożizzjoni kompetittiva tal-UE fit-totalità tagħha, filwaqt li jiġi żgurat li s-suq intern jiżviluppa kif suppost u jintlaħaq il-għan tal-koeżjoni territorjali;

13.

Jirrimarka li n-netwerks tat-trasport iwettqu rwol ewlieni fil-politiki tal-ippjanar tal-ispazji; jenfasizza l-importanza partikolari li għandhom l-infrastrutturi maġġuri tat-trasport, bħalma huma l-linji ferrovjarji ta’ veloċità kbira, biex jagħtu spinta lill-iżvilupp lokali; iqis li l-makroreġjuni u l-istrateġiji għall-iżvilupp tagħhom għandhom il-potenzjal li jwettqu rwol aktar attiv fl-implimentazzjoni ta' politika tat-trasport ikkoordinata, effikaċi u sostenibbli; ifakkar kemm hu importanti li jiġu mfassla, ippjanati u implimentati strateġiji konġunti tal-infrastrutturi tat-trasport, kif ukoll fil-ħtieġa li jitferrxu l-aħjar prattiki fil-qasam tat-trasport; jenfasizza li ċ-ċittadini u l-intrapriżi tal-UE se jkunu l-benefiċjarji diretti ta’ żona unika Ewropea tat-trasport li jkollha, bħala l-għanijiet tagħha, it-tnaqqis fil-ħin u r-riżorsi li jintużaw għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, u l-integrazzjoni aktar mill-qrib tas-swieq;

14.

Jinnota li l-istess standards ta' sigurtà, armonizzati fuq il-livell Ewropew, għandhom japplikaw għall-forom kollha ta' trasport tal-passiġġieri u merkanzija u jitlob li jkun hemm proposta għall-finanzjament tal-konformità mar-rekwiżit; huwa tal-fehma li, f'każ ta' trasport marittimu u trasport bl-ajru, il-koordinazzjoni internazzjonali għandha tkun prerekwiżit, u li għandhom jiġu riveduti r-regoli eżistenti u jekk ikun meħtieġ, jiġu riveduti sal-2015 u jiġu integrati progressivament fil-ftehimiet ma' terzi pajjiżi;

15.

Jenfasizza l-importanza ta' strateġija koerenti biex issir it-tranżizzjoni ta' enerġiji alternattivi u rinovabbli għat-trasport, u jenfasizza l-fatt li l-għanijiet stabbiliti jistgħu jiġu akkwistati permezz ta' taħlita ta' forom differenti ta' enerġija u l-metodi eżistenti għall-iffrankar tal-enerġija; jinnota li din it-tranżizzjoni teħtieġ infrastruttura speċifika u inċentivi korrispondenti u li l-għanijiet ta' tnaqqis għandhom jiġu formulati b'mod teknoloġikament newtrali;

16.

Jitlob biex sal-2015, il-proposta għall-mobilità tal-belt, fejn l-għajnuna ta’ proġetti, filwaqt li tħares is-sussidjarjetà, tkun tiddependi mill-pjanijiet sostenibbli ta’ mobilità ta' katina effikaċi ta’ persuni u ta’ merkanzija f'żoni urbani u mibnija li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-traffiku, tal-inċidenti, tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju, li tkun konformi mal-istandards u mal-objettivi tal-politika Ewropea tat-trasport, kif ukoll li tissodisfa l-bżonnijiet tal-ibliet u r-reġjuni ta’ madwar u ma toħloqx barrieri ġodda fis-suq; jipproponi l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-innovazzjoni u tar-riċerka dwar kunċetti sostenibbli tal-mobilità urbana;

17.

Jenfasizza li l-imġiba tal-utenti tat-trasport hija deċiżiva, u jitlob li jinħolqu inċentivi li jagħżlu mezzi ta' trasport u ta' mobilità sostenibbli u li jkunu fiżikament attivi, sikuri u tajbin għas-saħħa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, filwaqt li jħarsu s-sussidjarjetà, sal-2013 jissottomettu proposti għall-iżvilupp ta' inizjattivi li jippromwovu t-trasport pubbliku, il-mixi u l-użu tar-roti li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, speċjalment fil-bliet, bl-għan li jirduppjaw in-numru ta' utenti tagħhom; jikkunsidra li huwa importanti, għalhekk, li tiġi żviluppata infrastruttura sikura għal min jimxi u għaċ-ċiklisti, speċjalment fil-bliet, u għat-titjib tal-inter-operabilità bejn is-servizzi tat-trasport, il-promozzjoni tal-introduzzjoni ta' dokument uniku tat-trasport u sistema integrata ta' biljetti elettroniċi għall-ivvjaġġar multi-modali li torbot ukoll it-trasport fuq distanzi twal mat-trasport lokali; ifakkar li l-aċċessibilità u l-affordabiltà tat-trasport hija importanti ħafna għall-mobilità soċjali, u għandha tingħata aktar attenzjoni għar-rikonċiljazzjoni tal-għanijiet tas-sostenibilità mal-ħtiġijiet soċjali meta jkunu qed jitħejjew il-politiki tat-trasport tal-futur;

18.

Jemmen li r-regoli bażiċi dwar id-drittijiet tal-passiġġieri għandhom jiġu stabbiliti għall-mezzi kollha tat-trasport f'Karta tad-Drittijiet tal-Passiġġieri, li tkopri l-mezzi kollha tat-trasport, u b'hekk tistenna li mhux aktar tard mill-bidu tal-2012, il-Kummissjoni tressaq proposta li tieħu in kunsiderazzjoni kemm il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull mezz ta' trasport u l-esperjenza fil-passat u tinkludi kapitlu dwar id-drittijiet tal-passiġġieri b'diżabilitajiet; jitlob, fl-istess ħin, li jkun hemm interpretazzjoni uniformi u applikazzjoni konsistenti, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dawn id-drittijiet, fuq il-bażi ta' definizzjonijiet u linji gwida ċari, u trasparenza rigward il-ġestjoni tagħhom; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħlasijiet addizzjonali tal-mezzi kollha tat-trasport;

19.

Jenfasizza l-bżonn ta’ politika tat-trasport integrata għall-katina tal-valur tat-trasport u tal-loġistika kollha kemm hi biex jiġu indirizzati kif jixraq l-isfidi tat-trasport u tal-mobilità b’mod partikolari dawk li jkunu ġejjin minn żoni urbani; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni msaħħa fost dawk li jfasslu l-politika fl-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll djalogu u konsultazzjoni permanenti mal-industrija loġistika, mal-fornituri tas-servizzi tat-trasport u mal-konsumaturi f’forum Ewropew tal-loġistika u tal-mobilità;

20.

Jitlob li tingħata prijorità għall-iżvilupp tal-loġistika ħadra u għall-ġestjoni aħjar tal-mobilità;

21.

Jafferma li l-multimodalità sostenibbli għal-loġistika tal-passiġġieri u l-merkanzija titlob il-forniment tal-punti ta’ konnessjoni u terminals intermodali, ippjanar u loġistika integrati, kif ukoll edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali integrati;

22.

Jenfasizza li l-UE għandha tibqa' minn ta' quddiem fl-innovazzjoni teknoloġika sabiex tippromwovi l-effikaċja, is-sostenibilità u l-impjiegi; jitlob li jiġi provdut finanzjament għal programm ta' riċerka u żvilupp li għandu l-għan speċifiku ta' mobilità sostenibbli u sigura, bi strateġija ta' implimentazzjoni speċifika, skeda ta' żmien u kontroll finanzjarju effikaċi, bl-għan li:

iż-żamma tar-rwol ta' tmexxija tal-UE bħala ċentru ta' produzzjoni u riċerka għall-forom kollha tat-trasport, b'enfasi partikolari fuq id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, l-emissjonijiet aktar baxxi, it-tnaqqis tal-istorbju, is-sikurezza u s-sigurtà;

il-ħolqien ta' sistemi intelliġenti, interoperabbli u konnessi biex jappoġġaw is-SESAR, Galileo, il-GMES, L-ERTMS, is-Sistemi ta' Informazzjoni għax-Xmajjar, l-LRIT u l-ITS;

jinstabu soluzzjonijiet orjentati lejn il-prattika, bl-involviment ta’ grupp ta’ esperti ġejjin mill-oqsma tal-ekonomija, ix-xjenza, il-politika u mis-soċjetà;

titjieb is-sikurezza fit-toroq bit-tkomplija tal-inizjattiva Sikurezza-e u tiġi żviluppata l-infrastruttura li hija meħtieġa għall-introduzzjoni tas-sistema ta’ sejħiet ta’ emerġenza eCall, filwaqt li jiġu osservati r-regoli tal-protezzjoni tad-data;

23.

Huwa tal-fehma li għandhom jitnaqqsu l-ostakli burokratiċi għall-forom kollha tat-trasport u b’hekk jitlob li jkun hemm simplifikazzjoni aktar qawwija tad-dokumenti tat-trasport u l-loġistika, partikolarment għat-trasport tal-merkanzija u biex sal-2013 tiġi sottomessa proposta dwar l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti tal-merkanzija u tad-dokumenti elettroniċi, anki bil-ħsieb tal-promozzjoni tal-merkanzija multimodali;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm titjib u standardizzazzjoni ta' tagħmir ta’ kontroll, bħal pereżempju radars tal-veloċità u "on-board-units", kif ukoll tas-sistemi jew il-mezzi tal-komunikazzjoni u jitlob biex sal-2013 tiġi sottomessa proposta rigward ir-rikonoxximent reċiproku u għall-interoperabilità ta' dan l-apparat; jenfasizza l-bżonn ta' titjib fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-prosekuzzjonijiet transkonfinali u l-iżgurar ta' aktar konverġenza fl-applikazzjoni tal-istandards tas-sikurezza tat-toroq;

25.

Jenfasizza l-fatt li t-tibdiliet possibli fil-, u l-istandardizzazzjoni tal-unitajiet tal-ġarr, li jieħdu in kunsiderazzjoni l-unitajiet tal-ġarr użati fit-trasport globali u d-dimensjonijiet tal-vetturi tat-trasport, għandhom iservu biex jottimizzaw it-trasport multi-modali u joffru benefiċċji li jidhru fil-forma ta' ffrankar ta' fjuwils, nuqqas fl-emissjonijiet u titjib fis-sikurezza tat-toroq;

26.

Jipproponi li l-Istati Membri jawtorizzaw biss l-użu tas-Sistema Modulari Ewropea fuq ċerti rotot jekk l-infrastruttura eżistenti u r-rekwiżiti tas-sikurezza jippermettu dan u biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni;

27.

Jenfasizza l-importanza tad-diversi Aġenziji Ewropej tat-Trasport, u jitlob sforzi ġodda biex tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tagħhom;

28.

Jitlob lill-Istati Membri jappoġġaw u jaħdmu favur l-istabbiliment ta' livell ekwu bejn il-mezzi ta’ trasport kollha, u jappoġġawh, f’termini tat-tassazzjoni fuq l-enerġija u t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT);

29.

Jitlob li, rigward it-trasport fit-toroq, ikun hemm:

rivista oħra, sal-2013, tal-qafas regolatorju li jmexxi perjodi ta' sewqan u ta' serħan fit-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u l-implimentazzjoni tiegħu, u għall-armonizzazzjoni tal-interpretazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-infurzar, u li jieħu in kunsiderazzjoni l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-armonizzazzjoni tal-penalitajiet fis-settur tat-trasport fit-toroq; jemmen li hemm bżonn li jiġu armonizzati, fl-Unjoni Ewropea kollha, ir-restrizzjonijiet dwar it-trasport tal-merkanzija bil-baħar;

jiġu ssodisfati l-iskadenzi diġà stabbiliti u jingħataw spinta l-proġetti ta’ prijorità tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej;

ġeneralment sal-2020 jiżdiedu b’40 % l-postijiet sikuri għall-ipparkjar tat-trakkijiet fin-network trans-Ewropew tat-toroq (TERN) u jkun hemm titjib fil-kwalità tagħhom (standards ta' iġjene), meta mqabbla mal-valuri tal-2010,

il-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi tal-Istati Membri li jippromwovu l-ħolqien ta' flotta tat-trasport sikura u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent permezz ta' eżenzjonijiet fiskali;

il-Kummissjoni biex sa tmiem l-2013 tfassal rapport dwar il-qagħda tas-suq tat-trasport fit-toroq tal-Komunità li jkun jinkludi analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq, inkluż l-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi tal-professjoni, u valutazzjoni dwar jekk l-armonizzazzjoni tar-regoli fl-oqsma, inter alia, tal-infurzar u tal-ħlasijiet tal-utenti tat-toroq, kif ukoll tal-leġiżlazzjoni soċjali u ta' sikurezza, għamlitx progress tant li wieħed jara l-possibiltà ta' ftuħ ta' swieq domestiċi tat-trasport fit-toroq, inkluż l-eliminazzjoni tar-restrizzjoni fuq il-kabotaġġ;

jissaħħaħ it-taħriġ u t-taħriġ avanzat u l-aċċess għall-impjiegi minn persuni impjegati fit-trasport u minn professjonijiet konċernati, inklużi dawk li jipprovdu servizzi relatati mat-trasport għall-passiġġieri, sabiex ikun hemm titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u fis-salarji u sabiex is-settur isir iktar attraenti;

tiġi stabbilita metodoloġija standard tal-UE biex biha jiġi kkalkulat l-impront tal-karbonju, kif ukoll operazzjonijiet loġistiċi biex tiġi evitata l-proliferazzjoni tal-approċċi nazzjonali u appoġġ għall-inizjattivi tal-industrija biex jiġi promoss il-kalkolu tal-impront tal-karbonju speċjalment għat-trasport tal-merkanzija bit-triq;

30.

Jitlob li rigward in-navigazzjoni:

ikun hemm proposta li għandha tiġi mnedija sal-2013 dwar il-"Blue Belt", biex tiffaċilita l-formalitajiet għall-vapuri li joperaw bejn portijiet tal-UE u għall-iżvilupp tal-potenzjal tal-mogħdijiet tal-baħar billi jiġi stabbilit suq uniku ġenwin għat-trasport marittimu fl-UE skont il-leġiżlazzjoni ambjentali u tal-konservazzjoni tan-natura tal-preżent;

ikun hemm inizjattivi li jiżguraw li t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-kubrit mill-vapuri ma jirriżultax f’bidla modali lura;

tiġi introdotta politika Ewropea għal navigazzjoni bil-baħar fuq distanzi qosra u medji sabiex tintuża l-kapaċità żejda disponibbli fl-ilmijiet interni navigabbli u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport;

ikompli jiġi appoġġat il-programm NAIADES, f'konformità mal-leġiżlazzjoni diġà eżistenti dwar il-ħarsien tal-ambjent u tan-natura, kif ukoll programm li jsegwi biex jiżgura l-kontinwazzjoni tal-programm attwali NAIADES sa mill-2014,

issir proposta għaż-żieda ta’ 20 % tan-numru ta’ konnessjonijiet multimodali (pjattaformi) għall-ilmijiet navigabbli interni, il-portijiet interni u l-binarji sal-2020, meta mqabbla mal-valuri tal-2010, u l-appoġġ finanzjarju rispettiv, flimkien mal-estensjoni wara l-2013 tal-programm Marco Polo, sabiex isir użu effiċjenti tal-potenzjal tan-navigazzjoni;

skont il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għall-perjodu 2014-2020, għall-anqas 15 % tal-fondi TEN-T jiġi ddedikat għall-proġetti li jtejbu l-konnessjonijiet sostenibbli u multimodali tal-portijiet, tal-portijiet interni u tal-pjattaformi multimodali, b’enfasi fuq il-proġetti tat-trasport akkwatiku;

minħabba l-karattru internazzjonali tat-trasport marittimu, sal-2012 tinkiseb approssimazzjoni fit-taħriġ fin-navigazzjoni ma' standard internazzjonali u partikolarment, l-adozzjoni veloċi tal-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ ta' ħaddiema tal-port sabiex jiġu inkorporati l-emendi tal-2010 fil-liġi tal-UE l-emendi tal-Konvenzjoni dwar l-Istandards tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, is-sottomissjoni ta' proposta dwar l-għarfien reċiproku tal-kundizzjonijiet qafas dwar it-taħriġ għall-ħaddiema tal-port qabel tmiem l-2013, u l-abbozzar ta' strateġija għar-reklutaġġ ta' żgħażagħ lesti biex jitħarrġu fi professjonijiet marittimi,

31.

Jitlob li rigward it-trasport bl-ajru:

il-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni ta' Ajru Uniku Ewropew II, li fiha l-użu tas-SESAR se jilgħab rwol importanti u jitlob lill-Kummissjoni biex sal-2013 tipproponi proposta dwar it-tlestija ta' spazju uniku Ewropew permezz ta' tnaqqis fin-numru ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-arja,

il-Kummissjoni issaħħaħ il-koordinazzjoni bejn ir-Regolamenti ta’ Ajru Uniku u s-SESAR u l-proġetti Galileo kif ukoll l-inizjattivi Clean Sky, sabiex timplimenta b'mod aktar effikaċi miżuri ta' effiċjenza enerġetika u miżuri għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra,

kwalità tas-servizz, u koordinazzjoni ma' standards internazzjonali, biex jiġu prijoritizzati proposti oħra dwar il-liberalizzazzjoni tas-suq,

il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li sal-2012 jiġi aċċettat internazzjonalment in-negozju Ewropew fiċ-ċertifikati tal-emissjonijiet u b'hekk jiġu garantiti kundizzjonijiet ugwali internazzjonalment;

xogħol attiv dwar l-iżvilupp ta' "Checkpoint of the Future" għal verifiki tas-sigurtà tal-passiġġieri u l-merkanzija;

32.

Jitlob li rigward it-trasport fuq il-binarji:

il-Kummissjoni tassumi l-impenji tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport pubbliku lokali u tal-livelli eżistenti ta' servizz meta hija tipproponi aktar ftuħ tas-swieq, bl-għan li ttejjeb il-livelli attwali tas-servizz filwaqt li tiggarantixxi kompetizzjoni aktar ġusta u tipprevjeni d-dumping soċjali,

aktar promozzjoni ta' armonizzazzjoni teknika u interoperabilità bejn l-Istati Membri, u partikolarment l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-vetturi sal-2015, sabiex l-awtorizzazzjoni ma ddumx aktar minn xahrejn f'kundizzjonijiet finanzjarji trasparenti, u tibdiliet relevanti fil-kompetenzi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u l-finanzjament tagħha fl-2012,

jingħata impetu ġdid, b'mod maħsub sew, lill-infrastruttura ferrovjarja, lit-tnaqqis tal-istorbju u lill-pjan ta' azzjoni tal-ERTMS matul il-perjodu sal-2020,

il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, tissottometti proposta għal Direttiva li jkun fiha d-dispożizzjonijiet relatati mar-relazzjoni bejn l-immanniġġjar tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet tat-trasport, kif ukoll proposta għall-ftuħ tas-suq nazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li ma tnaqqasx il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u tissalvagwardja l-obbligi tas-servizz pubbliku,

l-indipendenza u tisħiħ tal-poteri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fl-interessi ta' linji ta' ferroviji aktar effikaċi, kooperazzjoni aktar mill-qrib bejniethom f'network Ewropew u s-sottomissjoni, sal-2014, ta' proposta tal-Kummissjoni biex tkompli tappoġġa dan l-għan u tistabbilixxi awtorità regolatorja Ewropea;

tingħata aktar importanza lit-taħriġ u t-taħriġ avanzat ibbażat fuq standards għoljin u li tingħata spinta lir-rikonoxximent transkonfinali taċ-ċertifikati u l-kwalifiki;

il-Kummissjoni biex tivvaluta l-impatt li kellu l-ftuħ tas-suq tal-merkanzija ferrovjarja fuq it-trasport permezz ta' vaguni iżolati u, jekk jirriżulta li l-volum ta' dan it-traffiku naqas, biex tissottometti, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, proposta li tippermetti l-Istati Membri jappoġġaw din l-attività, fid-dawl tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha;

33.

Jirrikonoxxi li l-industrija ferrovjarja Ewropea qed tkun dejjem iżjed vulnerabbli għall-kompetizzjoni fis-suq tal-UE minn fornituri ta’ pajjiżi terzi; jesprimi tħassib dwar l-ostakli sostanzjali li jipprevjenu lill-fornituri tal-UE milli jagħmlu offerti għal kuntratti pubbliċi f’pajjiżi li mhux membri fl-UE;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex, fl-istudji dwar l-impatt tal-proposti leġiżlattivi, tidentifika, tikkwantifika u tevalwa l-ħolqien “tal-impjieg ekoloġiku” kif ukoll tal-miżuri li jippromwovuh.

35.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippreżentaw strateġija konġunta ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u konsultazzjoni tal-atturi involuti kollha, inkluża, b'mod partikolari, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini konċernati, dwar il-ħtiġijiet, l-ippjanar, l-iżvilupp u l-finanzjament tal-infrastrutturi meħtieġa għat-tkabbir, il-mobilità, l-iżvilupp u l-impjiegi, b’konformità mal-impenji li huma parti mill-istrateġija Ewropa 2020.

36.

Fil-kunsiderazzjoni tal-fatt li l-korpi lokali u reġjonali għandhom kompetenzi sinifikanti fil-qasam tal-politika tat-trasport, jikkunsidra li jeħtieġ il-parteċipazzjoni tagħhom f’approċċ ta’ governanza mifrux fuq diversi livelli.

37.

Jitlob biex il-Kummissjoni kull sena tanalizza l-għanijiet tal-‘White Paper’, il-progress li sar u r-riżultati u tippreżenta rapport lill-Parlament, darba kull 5 snin, dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper;

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 43 E, 19.2.2004, p. 250.

(2)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 556.

(3)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 13.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0386.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0316.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0329.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0408.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/82


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fl-UE

P7_TA(2011)0585

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-UE (2011/2897(RSP))

2013/C 168 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-istrumenti tal-Unjoni Ewropea li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (KDF), b’mod partikolari l-Artikoli 4, 19, 47, 48 u 49 tagħha,

wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem u li jipprojbixxu t-tortura u trattament jew kastigi inumani jew degradanti oħra, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 5), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (Artikolu 7), il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra u l-Protokoll Fakultattiv għal dik il-Konvenzjoni dwar it-twaqqif ta’ sistema ta’ żjarat regolari minn korpi internazzjonali u nazzjonali f’postijiet ta’ detenzjoni,

wara li kkunsidra l-istrumenti tal-Kunsill tal-Ewropa li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tat-tortura u ta’ trattament jew kastigi inumani jew degradanti oħra, b’mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB) (Artikolu 3), il-protokolli għall-KEDB u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), il-Konvenzjoni Ewropea tal-1987 għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta’ Trattament jew Kastigi Inumani jew Degradanti, li stabbiliet il-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta’ Trattament jew Kastigi Inumani jew Degaradanti (KPT) u r-rapporti tal-KPT,

wara li kkunsidra l-istrumenti li jittrattaw b’mod aktar speċifiku d-drittijiet ta’ persuni li ġew imċaħħda mil-libertà tagħhom, b’mod partikolari: fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-regoli minimi standard dwar it-trattament tal-priġunieri u d-dikjarazzjonijiet u l-prinċipji adottati mill-Assemblea Ġenerali; fil-livell tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri, notevolment ir-Rakkomandazzjoni (2006)2 dwar ir-Regoli Ewropej dwar il-Ħabsijiet, ir-Rakkomandazzjoni (2006)13 dwar l-użu tal-arrest preventiv, il-kundizzjonijiet li fihom iseħħ u l-għoti ta’ salvagwardji kontra l-abbuż, ir-Rakkomandazzjoni (2008)11 dwar ir-regoli Ewropej għal ħatja minorenni suġġetti għal sanzjonijiet jew miżuri, ir-Rakkomandazzjoni (2010)1 dwar ir-Regoli tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-“Probation” (1) u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Jannar 1996 dwar il-kundizzjonijiet fqar fil-ħabsijiet fl-Unjoni Ewropea (2) u tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Unjoni Ewropea: titjib u pieni alternattivi (3), u t-talbiet ripetuti tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipproponu deċiżjoni qafas dwar id-drittijiet tal-priġunieri, kif tinsab fir-rakkomandazzjoni tiegħu tas-6 ta’ Novembru 2003 bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar salvagwardji proċedurali għall-persuni suspettati u l-imputati fi proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha (4), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2004 lill-Kunsill dwar id-drittijiet tal-priġunieri fl-Unjoni Ewropea (5) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-programm multi-annwali 2010 - 2014 dwar iż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (il-Programm ta' Stokkolma) (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (7),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tad-29 ta’ Awwissu 2006 dwar l-ordni Ewropea ta' superviżjoni ġudizzjarja fi proċeduri ta' qabel is-smigħ tal-kawża bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2006)0468),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta' aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta' komunikazzjoni mal-arrest (COM(2011)0326),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam tad-detenzjoni – It-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka fiż-żona ġudizzjarja Ewropea – tal-14 ta’ Ġunju 2011 (COM(2011)0327),

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-UE mressqa mill-gruppi ALDE, GUE/NGL, PPE, Verts/ALE u S&D, (O-000252/2011 - B7-0658/2011, O-000253/2011 - B7-0659/2011, O-000265/2011 - B7-0660/2011, O-000266/2011 - B7-0661/2011, O-000283/2011 - B7-0662/2011, O-000284/2011 - B7-0663/2011, O-000286/2011 - B7-0664/2011, O-000287/2011 - B7-0665/2011, O-000296/2011 - B7-0666/2011, O-000297/2011 - B7-0667/2011)

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea tat lilha nnifisha l-kompitu li tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u billi, skont l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b’mod li tidħol għal obbligi pożittivi li trid tissodisfa biex tonora dak l-impenn;

B.

billi l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u l-ġestjoni tal-ħabsijiet huma primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri, iżda billi n-nuqqasijiet, bħall-iffullar fil-ħabsijiet u allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin tad-detenuti, jistgħu jdgħajfu l-fiduċja li għandha tkun imsejsa fuqha l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji mill-Istati Membri tal-UE;

C.

billi l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali jeħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-istandards fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u l-approssimazzjoni neċessarja tad-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati u tad-drittijiet proċedurali fil-proċedimenti kriminali, ħaġa li hija kruċjali biex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, b’mod partikolari meta jitqies li n-numru ta’ ċittadini tal-Istati Membri miżmuma fi Stat Membru ieħor jista’ jiżdied konsegwenza ta’ din il-kooperazzjoni;

D.

billi l-popolazzjoni totali fil-ħabsijiet tal-UE fl-2009-2010 kienet stmata li hi 633 909 (9); billi l-Green Paper tal-Kummissjoni li fiha dik iċ-ċifra tagħti stampa allarmanti ta':

iffullar fil-ħabsijiet (10);

żieda fil-popolazzjoni fil-ħabsijiet;

żieda fin-numru ta’ ċittadini barranin miżmuma (11);

numri kbar ta’ persuni miżmuma taħt arrest preventiv (12);

detenuti b’diżordnijiet mentali u psikoloġiċi;

każi numerużi ta’ mwiet u suwiċidji (13);

E.

billi l-Artikolu 3 tal-KEDB u l-ġurisprudenza tal-QEDB jimponu fuq l-Istati Membri mhux biss obbligi negattivi, billi jipprojbixxulhom li jissoġġettaw lill-priġunieri għal trattament inuman jew degradanti, iżda anke obbligi pożittivi, billi jirrikjedu minnhom li jiżguraw li l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet ikunu konsistenti mad-dinjità tal-bniedem u li jitwettqu investigazzjonijiet dettaljati u effikaċi jekk dawn id-drittijiet jinkisru;

F.

billi f’xi Stati Membri, parti kbira mill-popolazzjoni tal-ħabsijiet hija magħmula minn persuni miżmuma taħt arrest preventiv; billi l-arrest preventiv huwa miżura ta’ eċċezzjoni u perjodi twal iżżejjed ta’ arrest preventiv għandhom effett ta’ ħsara fuq l-individwu, jistgħu jippreġudikaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u jmorru kontra l-valuri tal-UE (14); billi numru konsiderevoli ta’ Stati Membri ġew ripetutament kundannati mill-QEDB għal vjolazzjonijiet tal-KEDB fir-rigward tal-arrest preventiv;

G.

billi waħda mill-problemi li l-Istati Membri ta’ spiss jiġbdu l-attenzjoni dwarha hija n-nuqqas ta’ riżorsi disponibbli biex jitjiebu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet, u billi jista’ jkun neċessarju li tinħoloq intestatura baġitarja ġdida bil-ħsieb li jiġu mħeġġa jikkonformaw ma’ standards għoljin;

H.

billi kundizzjonijiet diċenti għall-priġunieri u l-għoti lilhom ta’ aċċess għal skemi maħsuba biex jippreparaw ruħhom biex jerġgħu lura fis-soċjetà jgħinu biex titnaqqas il-probabilità li jerġgħu jiksru l-liġi;

I.

billi l-Kunsill adotta riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet (li mhux dejjem jiġu implimentati mill-Istati Membri) rigward il-problema speċifika tad-dipendenza fuq id-drogi u t-tnaqqis tar-riskji relatati u li jittrattaw b’mod partikolari t-trattament tad-dipendenza fuq id-drogi fil-ħabs u barra minnu;

J.

billi 16-il Stat Membru biss irratifika l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, filwaqt li seba’ iffirmawh iżda għadhom ma rratifikawhx (15);

K.

billi xi Stati Membri jagħtu lill-membri parlamentari nazzjonali u lill-MEPs id-dritt li jżuru l-ħabsijiet, u billi l-PE talab li dak id-dritt jingħata lill-MEPs kollha fit-territorju kollu tal-UE (16);

L.

billi t-tfal huma f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli fir-rigward tad-detenzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-arrest preventiv;

M.

billi fit-30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill adotta pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, li huwa parti mill-Programm ta’ Stokkolma u li jistipula salvagwardji vitali li se jgħinu biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati fl-ispinta għal aktar kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-ġustizzja kriminali;

N.

billi l-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni – wara talba espliċita mill-Kunsill u kif previst fil-Programm ta’ Stokkolma u mitlub ripetutament mill-Parlament – bl-isem “It-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka fiż-żona ġudizzjarja Ewropea - Green Paper dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam tad-detenzjoni” (17), li tniedi eżerċizzju ta’ konsultazzjoni miftuħa għall-partijiet interessati biex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka fil-kooperazzjoni ġudizzjarja, tenfasizza r-rabtiet bejn il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u diversi strumenti tal-UE, bħall-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-Ordni Ewropea ta’ Superviżjoni Ġudizzjara, u tagħmilha ċara li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, l-arrest preventiv u s-sitwazzjoni tat-tfal f’detenzjoni huma kwistjonijiet li dwarhom l-UE tista’ tieħu inizjattivi;

1.

Jilqa’ bi pjaċir il-Green Paper tal-Kummissjoni; huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni allarmanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-UE u jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri urġenti biex jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tal-priġunieri, b’mod partikolari d-drittijiet ta’ persuni vulnerabbli, jiġu rispettati u protetti, u jqis li għandhom jiġu applikati standards komuni minimi ta’ detenzjoni fl-Istati Membri kollha (18);

2.

Jerġa’ jafferma li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni huma ta’ importanza ċentrali għall-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u jqis li huwa ta’ importanza kritika li jkun hemm bażi komuni ta’ fiduċja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali jissorveljaw is-sitwazzjoni fir-rigward il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-UE, u jappoġġaw lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-liġijiet u l-politiki tagħhom ikunu konsistenti mal-ogħla standards f’dan il-qasam (19);

4.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-UE jressqu proposta leġiżlattiva dwar id-drittijiet tal-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom, inklużi dawk identifikati mill-PE fir-riżoluzzjonijiet u fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu (20), u jiżviluppaw u jimplimentaw standards minimi għall-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, kif ukoll standards uniformi għal kumpens għal persuni miżmuma jew kundannati b’mod inġust; Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu l-kwistjoni fuq nett tal-aġenda politika tagħhom u jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex jindirizzaw is-sitwazzjoni;

5.

Itenni l-importanza li tingħata protezzjoni speċifika lid-detenuti ommijiet u lit-tfal tagħhom inkluż l-użu ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni fl-aħjar interess tat-tfal, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex b'mod attiv jippromwovu u jappoġġaw inizjattivi bħal dawn;

6.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati, notevolment id-drittijiet tad-difiża u l-aċċess għal avukat, u li d-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati jkunu garantiti, inkluż id-dritt li ma tkunx suġġett għal trattament inuman jew degradanti; Ifakkar, b’rabta ma’ dan, fl-importanza tal-proposta tal-Kummissjoni dwar id-dritt ta' aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta' komunikazzjoni mal-arrest;

7.

Jenfasizza li l-perċezzjoni ta’ kundizzjonijiet inadegwati ta’ detenzjoni, jew kundizzjonijiet li jirriskjaw li ma jissodisfawx l-istandards meħtieġa mir-Regoli Ewropej tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħabsijiet, jistgħu jkunu impediment għat-trasferiment ta’ priġunieri;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jallokaw riżorsi xierqa għar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-ħabsijiet, jipproteġu d-drittijiet tad-detenuti, jirriabilitaw b’suċċess u jħejju lid-detenuti għall-ħelsien u għall-integrazzjoni soċjali tagħhom, jipprovdu lill-pulizija u lill-persunal tal-ħabsijiet b’taħriġ ibbażat fuq prattiki kontemporanji tal-ġestjoni tal-ħabsijiet u fuq standards Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem, jissorveljaw priġunieri li jbatu minn diżordnijiet mentali u psikoloġiċi u joħolqu intestatura speċifika fil-baġit tal-UE bil-ħsieb li jiġu inkoraġġiti proġetti bħal dawn;

9.

Jerġa’ jafferma l-ħtieġa li jiġi promoss it-titjib tal-faċilitajiet tal-ħabsijiet fl-Istati Membri, biex jiġu provduti b’tagħmir tekniku xieraq u jitkabbar l-ispazju disponibbli, u biex isiru funzjonalment adattati għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tad-detenuti, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà;

10.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-arrest preventiv jibqa’ miżura ta’ eċċezzjoni li għandha tintuża taħt kundizzjonijiet stretti ta’ neċessità u proporzjonalità u għal perjodu limitat ta’ żmien, bi qbil mal-prinċipju fundamentali tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li ma tiġix imċaħħad mil-libertà; ifakkar li l-arrest preventiv għandu jiġi rieżaminat perjodikament minn awtorità ġudizzjarja u li l-alternattivi bħall-Ordni Ewropea ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja għandhom jintużaw f’każijiet transnazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar standards minimi f’dan il-qasam abbażi tal-Artikolu 82(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tal-KDF, tal-KEDB u tal-ġurisprudenza tal-QEDB;

11.

Jerġa’ jafferma l-ħtieġa li l-Istati Membri jonoraw l-impenji daħlu għalihom f’fora internazzjonali u Ewropej li jagħmlu użu akbar minn miżuri ta’ “probation” u sanzjonijiet li joffru alternattiva għall-priġunerija, inklużi deċiżjonijiet meħuda fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa (21);

12.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mis-CPT wara ż-żjarat fil-postijiet ta' detenzjoni tagħhom

13.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jipprevjenu s-suwiċidji fil-ħabsijiet u jwettqu investigazzjonijiet dettaljati u imparzjali fil-każijiet kollha fejn priġunier imut il-ħabs;

14.

Jisteiden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi ta’ adeżjoni jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti, li jistabbilixxi sistemi ta’ żjarat regolari minn korpi internazzjonali u nazzjonali f’postijiet ta’ detenzjoni u li jagħti lil dawn il-korpi l-kompitu li jżuru u jispezzjonaw ħabsijiet u jisimgħu appelli mill-priġunieri, kif ukoll li jfasslu rapport annwali pubbliku għall-parlamenti rilevanti; jinkoraġġixxi lill-Unjoni Ewropea tappella biex il-Protokoll Fakultattiv jiġi ffirmat u rratifikat bħala parti mill-politika tagħha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jikkollaboraw b’mod sħiħ ma’ dawn il-korpi u jappoġġawhom, inkluż b’riżorsi u fondi xierqa;

15.

Jemmen li għandhom jittieħdu miżuri fil-livell tal-UE biex jiġi garantit lill-membri parlamentari nazzjonali d-dritt li jżuru l-ħabsijiet u li dan id-dritt bl-istess mod jingħata lill-MEPs fit-territorju tal-UE;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-impatt tad-differenzi fid-dritt kriminali u d-dritt proċedurali dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istati Membri tal-UE u tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet, notevolment fir-rigward tar-rikors għal miżuri alternattivi, il-politiki ta’ kriminalizzazzjoni u ta’ dekriminalizzazzjoni, l-arrest preventiv, l-amnestija u s-sospensjoni tal-piena, notevolment fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-użu tad-drogi u l-ħatja minorenni;

17.

Jerġa’ jafferma l-importanza li jiġi żgurat li t-tfal jiġu trattati b’mod li jqis l-aħjar interessi tagħhom, inkluż li ma jinżammux mal-adulti u li jkollhom id-dritt li jżommu kuntatt mal-familji tagħhom;

18.

Iqis li kull tifel jew tifla mċaħħda mil-libertà tagħhom għandu jkollhom id-dritt għal aċċess fil-pront għal assistenza legali jew assistenza oħra xierqa, kif ukoll id-dritt li jikkontestaw il-legalità tal-privazzjoni tal-libertà quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra;

19.

Jemmen li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi nazzjonali ta' superviżjoni effikaċi u indipendenti għall-ħabsijiet u ċ-ċentri ta’ detenzjoni;

20.

Jappoġġa l-ħidma kontinwa tal-KPT u tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, kif ukoll iż-żjarat tagħhom fihom;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura, lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  Għal lista eżawrjenti tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam kriminali: http://www.coe.int/prison.

(2)  ĠU C 32, 5.2.1996, p. 102.

(3)  ĠU C 98, 9.4.1999, p. 299.

(4)  ĠU C 83 E, 2.4.2004, p. 180. Paragrafu 23: “Jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħaffu l-investigazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-priġunieri u tal-ħabsijiet fl-UE, bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva qafas dwar id-drittijiet tal-priġunieri u standards minimi komuni biex dawn id-drittijiet jiġu garantiti abbażi tal-Artikolu 6 TUE”. Ara wkoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Settembru 2003 dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2002), (ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 412), paragrafu 22: “Iqis, f’livell ġenerali, li għandhom isiru sforzi f’żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja biex jiġu mobilizzati l-kapaċitajiet Ewropej biex tittejjeb l-operazzjoni tas-sistema tal-pulizija u tal-ħabsijiet. pereżempju … billi titfassal deċiżjoni qafas dwar standards minimi biex jiġu protetti d-drittijiet tal-priġunieri fl-UE”.

(5)  ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 154.

(6)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 12. Fil-paragrafu 112 il-Parlament “Jitlob għall-ħolqien ta’ żona ta’ ġustizzja kriminali tal-UE bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, u l-ħtieġa li tinżamm il-koerenza tas-sistemi nazzjonali tal-liġi kriminali, li għandha tiġi żviluppata permezz ta’… standards minimi għall-kundizzjonijiet fil-ħabs u kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u sett komuni ta' drittijiet tal-priġunieri fl-UE …”.

(7)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27.

(9)  Data rrappurtata mill-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha dwar id-detenzjoni (COM(2011)0327); aktar data hija disponibbli mill-Kunsill tal-Ewropa, Spazju 1: http://www.coe.int/t/dghl/standardsetting/cdpc/Bureau%20documents/PC-CP(2011)3 %20E%20-%20SPACE%20I%202009.pdf; Spazju 2: http://www3.unil.ch/wpmu/space/files/2011/02/Council-of-Europe_SPACE-II-2009-E.pdf

(10)  Fl-UE l-medja hija 107.3; l-iffullar jikkonċerna 13-il Stat Membru, kif ukoll l-Ingilterra, Wales u l-Iskozja, bl-ogħla rati ta’ ffullar ikunu fil-Bulgarija (155.6), fl-Italja (153), f’Ċipru (150.5), fi Spanja (136.3) u fil-Greċja (129.6).

(11)  Il-medja tal-UE hija 21.7, bl-ogħla perċentwali fil-Lussemburgu (69.5), f’Ċipru (59.6), fl-Awstrija (45.8), fil-Greċja (43.9) u fil-Belġju (41.1).

(12)  Il-medja tal-UE hija 24.7, bl-ogħla perċentwali fil-Lussemburgu (47.2), fl-Italja (43.6) u f’Ċipru (38.4).

(13)  Ir-rapporti tal-KPT jiġbdu l-attenzjoni dwar il-persistenza ta’ ċerti problemi serji, bħat-trattament ħażin u l-fatt li l-faċilitajiet tal-ħabsijiet, l-attivitajiet u l-kura tas-saħħa mhumiex adattati.

(14)  Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, 2009/C295/01, 30 ta’ Novembru 2009.

(15)  Il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Isvezja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja rratifikaw; l-Awstrija, il-Belġju, il-Greċja, il-Finlandja, l-Irlanda, l-Italja u l-Portugall iffirmawh iżda ma rratifikawhx; sors: http://www.apt.ch/npm/OPCAT0911.pdf.

(16)  Ara, pereżempju, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 1998 dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Unjoni Ewropea: titjib u pieni alternattivi, paragrafu 41: “Jappella sabiex il-Membri tal-Parlament Ewropew ikollhom id-dritt li jżuru u jispezzjonaw il-ħabsijiet u ċ-ċentri ta’ detenzjoni għar-rifuġjati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea”.

(17)  COM(2011)0327; ara http://ec.europa.eu/justice/policies/criminal/procedural/docs/com_2011_327_en.pdf.

(18)  Bħar-Regoli Ewropej dwar il-Ħabsijiet adottati mill-Kunsill tal-Ewropa.

(19)  Bħall-istandards stabbiliti mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-KPT, mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza rilevanti tagħha, u l-kummenti tal-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kumitat kontra t-Tortura u tar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura.

(20)  Ara l-paragrafu 1(c) tar-rakkomandazzjoni tad-9 ta' Marzu 2004.

(21)  Bħar-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-istati membri dwar ir-Regoli tal-“Probation” tal-Kunsill tal-Ewropa.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/88


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea

P7_TA(2011)0587

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea

2013/C 168 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 45 u 47 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 15, 21, 29, 34 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-TFUE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar “Il-mobilità, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)” (COM(2007)0773),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-impatt tal-moviment ħieles tal-ħaddiema fil-kuntest tat-tkabbir tal-UE (COM(2008)0765),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010“Ittenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri” (COM(2010)0373),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ April 2006 dwar l-arranġamenti ta' tranżizzjoni li jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' ħaddiema fis-swieq tax-xogħol tal-UE (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill tal-11 ta' Novembru 2011 dwar il-Funzjonament tal-Arranġamenti Tranżitorji dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema mill-Bulgarija u r-Rumanija, (COM(2011)0729),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-identifikazzjoni tal-ostakoli li għad hemm għall-mobilità fis-suq intern tax-xogħol,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi d-dritt li dak li jkun imur jgħix u jaħdem fi Stat Membriu ieħor tal-Unjoni huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-UE, li jiggarantixxi trattament ugwali u protezzjoni kontra diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, element bażiku taċ-ċittadinanza tal-Unjoni rrikonoxxuta mit-Trattati; billi, madankollu, iċ-ċittadini ta’ żewġ Stati Membri għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli għall-eżerċizzju tad-dritt li jieħdu impjieg fit-territorju ta' Stat membru ieħor;

B.

billi, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2011, il-ħaddiema mobbli mir-Rumanija u l-Bulgarija kellhom impatt pożittiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri li jospitaw ħaddiema mobbli;

C.

billi ma ġie rrappurtat l-ebda effett negattiv f’dawk l-Istati membri li ma applikawx il-miżuri tranżitorji rigward il-moviment liberu tal-ħaddiema li joriġinaw minn Stati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007; billi għadd ta’ Stati membri ddeċidew li jkomplu japplikaw restrizzjonijiet tas-suq tax-xogħol għal ċittadini tar-Rumanija u tal-Bulgarja, aktar minħabba pressjoni politika milli bħala sforz ġustifikat biex jipprevjenu effetti negattivi possibbli fuq l-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tagħhom;

D.

billi, skont statistika reċenti, fi tmiem l-2010 l-ħaddiema mobbli mir-Rumanija u l-Bulgarija li jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor kienu jirrappreżentaw 0,6 % tal-popolazzjoni totali tal-UE;

E.

billi l-influssi ta' ħaddiema Rumeni u Bulgari kellhom effetti pożittivi fis-swieq tal-pajjiżi ospitanti, minħabba li dawk il-ħaddiema daħlu f’impjiegi jew setturi bi skarsezzi ta' ħaddiema;

F.

billi l-Kummissjoni, fl-aħħar Komunikazzjoni tagħha, iddikjarat li l-ħaddiema mobbli Rumeni u Bulgari x'aktarx li aktar ikunu fil-perjodu ekonomikament produttiv ta' ħajjithom miċ-ċittadini tal-pajjiżi ospitanti, abbażi tal-fatt li l-ħaddiema mobbli tal-UE-2 li għandhom anqas minn 35 sena jirrappreżentaw 65 % tal-migranti totali fl-età tax-xogħol, meta mqabbla ma' 34 % fl-UE-15;

G.

billi data reċenti tal-Eurostat turi li l-ħaddiema mobbli mir-Rumanija u l-Bulgarija m'għandhomx effetti sinifikanti fuq il-pagi u r-rati tal-qgħad tal-pajjiżi ospitanti;

H.

billi l-flussi tal-mobilità huma dterminati l-aktar mid-domanda għax-xogħol, u billi fi żminijiet ta' diverġenzi bejn id-domanda u l-offerta ta' xogħol fil-livell Ewropew, ostakli tranżitorji jistgħu jxekklu l-iżvilupp ekonomiku tal-kumpaniji Ewropej u jipperikolaw id-dritt tax-xogħol u tar-residenza fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

I.

billi l-ħaddiema Rumeni u Bulgari jaffaċċjaw restrizzjonijiet totali jew parzjali tal-libertà fundamentali tagħhom ta’ moviment, li jgawdu abbażi tal-prinċipju tat-trattament ugwali kif rikonoxxut mit-Trattati; u billi, fl-istess ħin, il-mobiità transkonfinai tal-ħaddiema fil-qafas tas- “servizzi” kulma jmur qed tieħu post il-moviment liberu tal-ħaddiema u tista' twassal għal kompetizzjoni inġusta rigward il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

J.

billi l-moviment liberu tal-ħaddiema jirrapreżenta eżempju soċjoekonomiku pożittiv, kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri, bħala pass importanti għall-integrazzjoni tal-UE, l-iżvilupp ekonomiku, il-koeżjoni soċjali, il-progress tal-individwi fix-xogħol, ipatti għall-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika u lill-Ewropa jagħmilha setgħa ekonomika aktar b'saħħitha lesta tilqa’ għall-isfidi tal-bidliet globali;

K.

billi l-iżviluppi reċenti tas-soċjetajiet tagħna, partikolarment minħabba l-bidla industrijali, il-globalizzazzjoni, xejriet ġodda tax-xogħol, il-bidla demografika u l-iżvilupp ta' mezzi tat-trasport, jirrikjedu livell ogħla ta' mobilità fost il-ħaddiema;

L.

billi l-mobilità fi ħdan l-UE hija vitali biex ikun żgurat li ċ-ċittadini Ewropej kollha jkollhom l-istess drittijiet u responsabbiltajiet;

M.

billi l-komunikazzjoni l-aktar riċenti tal-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li d-disturbi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali huma riżultat ta' diversi fatturi, bħalma huma l-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-problemi strutturali tas-suq tax-xogħol, u mhumiex dovuti għall-influssi ta' ħaddiema Rumeni u Bulgari;

N.

billi fl-2010 l-ħaddiema Rumeni u Bulgari rrappreżentaw biss 1 % ta’ dawk kollha qiegħda (ta’ etajiet bejn 15-il sena u 64 sena) fl-UE meta mqabbla ma' 4,1 % taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, b’tali mod li huwa ċar li ma kellhom l-ebda impatt fuq il-kriżi tas-suq tax-xogħol f’pajjiżi individwali;

O.

billi, fil-kuntest tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali fil-livell Ewropew, l-ammonti ta’ flus mibgħuta minn ħaddiema mobbli lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom jistgħu jkollhom effett nett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiżi minn fejn jintbagħtu;

P.

billi xi Stati membri ħabbru li biħsiebhom iżommu restrizzjonijiet fuq ħaddiema Bulgari u Rumeni sal-2014, u oħrajn ħabbru li se jiftħu s-swieq tax-xogħol tagħhom għall-ħaddiema kollha tal-UE;

1.

Huwa tal-fehma li l-mobilità tal-ħaddiema fl-UE ma tista' qatt titqies bħala theddida għas-swieq tax-xogħol nazzjonali;

2.

Jistieden lill-Istati Membri jabolixxu l-miżuri tranżitorji kollha li huma fis-seħħ, peress li m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika reali għar-restrizzjoni tad-dritt tax-xogħol u tar-residenza fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għar-Rumeni u l-Bulgari; huwa tal-fehma li dawn l-ostakli huma kontrproduċenti għaċ-ċittadini tal-UE; jitlob li l-klawsola ta’ preferenza tkun infurzata b’mod effikaċi fl-Unjoni kollha kemm hi;

3.

Jitlob lill-Kunsill japprova l-aktar rapport reċenti mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-Funzjonament tal-Arranġamenti Tranżitorji dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema mill-Bulgarija u mir-Rumanija (COM (2011)0729) u jitolbu jimxi fuq il-linja proposta huwa u jivvaluta jekk l-ostakli tranżitorji humiex miżura vallapena u meħtieġa;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi definizzjoni ċara tat-terminu “disturbi serji fis-swieq tax-xogħol jew theddida ta' tali disturbi”;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni tħejji ġabra ta' indikaturi ċari u metodoloġija aħjar imsejsa fuq indikaturi ekonomiċi u soċjali, li jistgħu jintużaw biex jiġi vvalutat hemmx ġustifikazzjoni ċara għal estensjoni tar-restrizzjonijiet totali jew parzjali imposti minn Stati Membri biex jilqgħu għad-disturbi negattivi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali tagħhom li jistgħu jiġu kkawżati mill-ħaddiema Rumeni u Bulgari, u jitlobha tapplika dan l-approċċ anke meta Stat Membru jitlob awtorizzazzjoni biex jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja;

6.

Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku, bl-aktar mod trasparenti, il-kriterji li skonthom Stat Membru jitħalla jżomm l-ostakli tranżitorji, fil-qies tal-effetti ta' deċiżjoni bħal din fuq l-ekonomija tal-UE u l-ġustifikazzjonijiet aċċettati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fir-rigward tal-interpretazzjoni stretta ta' derogi mil-libertajiet fundamentali;

7.

Huwa tal-fehma li l-Istati Membri li jżommu restrizzjonijiet bla ma jipprovdu ġustifikazzjoni ċara u trasparenti marbutin ma’ disturbi serji tas-suq tax-xogħol, bi qbil mas-sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, qed jiksru t-Trattati; jitlob lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-trattati, tiżgura l-ottemperanza mal-prinċipju tal-moviment liberu;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-perjodi tranżitorji restrittivi, b’tali mod li ċ-ċittadini Bulgari u Rumeni jkunu jistgħu jgawdu trattament ugwali kif rikonoxxut mit-Trattati, biex b'hekk tkun żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi u ma jitħalliex iseħħ dumping soċjali u ekonomiku;

9.

Jinnota li l-miżuri tranżitorji huma kontroproduċenti f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra min taparsi jaħdem għal rasu, ix-xogħol mhux dikjarat u l-impjieg irregolari, billi ħaddiema li ma jkollhomx dritt li jidħlu liberament fis-suq tax-xogħol regolari xi drabi jagħżlu li jaħdmu taparsi għal rashom jew f’xogħol irregolari, bir-riżultat li jbatu abbużi tad-drittijiet tax-xogħol tagħhom;

10.

Jistieden lill-UE-25 jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema qabel ma jiddeċiedu jtemmux jew jestendux ir-restrizzjonijiet totali jew parzjali tal-moviment liberu ta' ħaddiema mir-Rumanija u l-Bulgarija;

11.

Jistieden lill-Istati Membri li biħsiebhom iżommu r-restrizzjonijiet fuq is-suq tax-xogħol għal ħaddiema Rumeni u Bulgari biex jippreżentaw, b'mod ċar u trasparenti, ġustifikazzjoni sħiħa, bi qbil mal-kriterji u l-metodoloġija mfassla mill-Kummissjoni u sostanzjati b'argumenti u data konvinċenti, inklużi l-indikaturi soċjoekonomiċi rilevanti kollha, li jkunu wasslu għall-konklużjoni li l-mobilità ġeografika tagħti lok għal disturb kbir fis-suq nazzjonali tax-xogħol tagħhom;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0455,

(2)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.

(3)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 230.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/91


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
L-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali

P7_TA(2011)0588

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (2011/2008(INI))

2013/C 168 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCAs) konklużi bejn l-UE u l-Uzbekistan, ir-Repubblika Kirgiża, il-Kazakstan u t-Taġikistan, il-Ftehim Interim fuq il-Kummerċ u Affarijiet relatati mal-Kummerċ bejn il-Komunitajiet Ewropej u t-Turkmenistan, u l-PCA bejn l-UE u t-Turkmenistan, iffirmat nhar il-25 ta’ Mejju 1998, li għadu ma ġiex ratifikat,

wara li kkunsidra l-strateġija tal-UE għal Sħubija ġdida mal-Ażja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-21-22 ta’ Ġunju 2007 (1) u r-rapporti konġunti ta' progress magħmulin mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tat-24 ta' Ġunju 2008 (2) u tal-28 ta' Ġunju 2010 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ażja Ċentrali, b’mod partikolari dawk tal-20 ta’ Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (4), tas-6 ta’ Mejju 2010 (5) u tat-8 ta' Lulju 2010 (6) dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżstan, tal-11 ta’ Novembru 2010 wdar it-tisħiħ tal-OSCE – rwol għall-UE (7), tal-25 ta’ Novembru 2010 jismu ‘Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020’ (8), tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2009 u l-politika tal-UE dwar il-kwestjoni (9) u tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (10),

wara li kkunsidra l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem imnedija fl-2003 bl-iskop li jkunu promossi l-jeddijiet tal-bniedem u jingħata appoġġ għar-riforma penali, id-demokrazija, il-governanza t-tajba, il-libertà tal-istampa, l-istat tad-dritt, l-istrutturi ta’ sigurtà (pulizija, forzi armati) u l-prevenzjoni tal-kunflitti, u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (Regolament (KE) Nru 1889/2006) (11),

wara li kkunsidra l-laqgħat ministerjali biennali UE-Ażja Ċentrali li saru sa mill-2007 u l-Konferenzi Ministerjali UE-Ażja Ċentrali dwar il-kwestjonijiet tas-sigurtà li saru fl-2008 u fl-2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0338/2011),

A.

billi l-iżvilupp sostenibbli ta’ kull pajjiż jippresupponi l-ħarsien tal-jeddijiet tal-bniedem, it-twaqqif u l-implementazzjoni tal-valuri u istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat ta' dritt u l-libertajiet fundamentali, flimkien ma' governanza tajba u soċjetà ċivili f'saħħitha,

B.

billi hemm nuqqasijiet serji f'dak li jirrigwarda d-demokrazija, il-jeddijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali fl-istati tal-Ażja Ċentrali,

C.

billi kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-ħames pajjiżi tal-Ażja Ċentrali hija ta' interess strateġiku reċiproku għad-diversifikazzjoni u l-approfondiment tar-relazzjonijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi u għal użu sħiħ tal-potenzjal li l-ftehimiet ta’ sħubija joffru,

D.

billi l-Ażja Ċentrali għandha importanza sinifikanti għall-Unjoni Ewropea rigward il-potenzjal kummerċjali u s-sigurtà tal-enerġija u billi r-reġjun ġie milqut mill-kriżi finanzjarja u ekonomika globali riċenti,

E.

billi xi Stati Membri għandhom relazzjonijiet bilaterali b'saħħithom mal-Istati tal-Ażja Ċentrali, peress li huma sorsi ewlenin ta' investiment u kummerċ u billi l-UE teħtieġ approċċ konċertat u koerenti lejn ir-reġjun sabiex tevita nuqqas ta' fehim, irduppjar ta' kompiti u l-aktar importanti, il-bgħit ta' messaġġi kontradittorji,

F.

billi xi Stati tal-Ażja Ċentrali ħadu l-ewwel passi fi proċess twil ta’ demokratizzazzjoni li fih l-isforzi kontinwi u serji fil-governanza u l-kooperazzjoni reġjonali huma prerekwiżiti neċessarji għat-tegħlib tan-nuqqas persistenti li s’issa ma ħallewhom jirrealizzaw il-potenzjal politiku, soċjali u ekonomiku sħiħ tagħhom,

G.

billi l-SMEs huma r-rappreżentazzjoni tal-intraprenditorija u l-ispirtu ta' suq ħieles, u huma forza qawwija fl-istabbiliment tad-demokraziji,

H.

billi n-nuqqas ta’ fiduċja reċiproka jagħmel agħar it-tensjonijiet marbutin mal-kondiviżjoni tar-riżorsi naturali, jimmina l-kooperazzjoni reġjonali u jkattar ir-riskji tal-konfronti; billi, b’danakollu, il-problemi tad-disponibilità tal-ilma ġejjin aktar mill-ġestjoni ħażina u l-ħala tar-riżorsi tal-ilma milli minn defiċit kwantitattiv,

I.

billi l-UE u l-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali għandhom interess komuni fid-diversifikazzjoni tar-rotot tal-esportazzjoni u fil-kooperazzjoni dwar l-enerġija u s-sostenibbiltà ambjentali,

J.

billi t-tħassib dwar is-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun għandhom jinkludu mhux biss is-sigurtà tal-istat, iżda wkoll is-sigurtà tal-popolazzjonijiet permezz, fost l-oħrajn tar-rispett għall-jeddijiet tal-bniedem, l-għaxjien, l-ambjent u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi bażiċi,

L-impenn tal-UE

1.

Jissottolinja l-interess qawwi politiku u ekonomiku tal-UE fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali tagħha mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali fl-oqsma kollha tal-kooperazzjoni, bħal pereżempju l-istabilità, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun, ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, l-enerġija u l-konnessjonijiet tat-trasport, it-tisħiħ tad-djalogu fuq il-valuri universali bħalma huma d-demokrazija, ir-rispett lejn il-jeddijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, sfidi u theddid komuni, inklużi l-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u l-kummerċ fil-bnedmin;

2.

Jindika li l-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali tidentifika seba’ prijoritajiet iżda tipprovdi biss livell baxx ta’ riżorsi; josserva, b’rabta ma’ dan, li l-fondi ta’ għajnuna tal-UE huma limitati wisq biex l-UE jkun jista’ jkollha impatt fuq l-oqsma kollha tal-politika; iħeġġeġ lill-UE biex tiżviluppa viżjoni kollettiva u biex tiddefinixxi u tistabbilixxi aħjar il-prijoritajiet tagħha; jindika li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-istati tal-Ażja Ċentrali tista' trendi r-riżultati jekk kemm-il darba dawn l-istati jkunu konformi mal-istandards internazzjonali tad-demokrazija, tal-governanza, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem; bl-istess mod jindika li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE m'għandhiex tkun subordinata għal interessi ekonomiċi, tal-enerġija jew dawk tas-sigurtà;

3.

Iqis li l-UE jeħtieġ li żżomm livell għoli ta’ impenn fl-Ażja Ċentrali, billi ssawwar l-istrateġiji tagħha skont il-progress tal-Istati fir-reġjun; jisħaq dwar il-fat li l-livell u n-natura tal-impenn tal-UE għandhom ikunu ddifferenzjati u kundizzjonati, skont il-progress miżurabbli fl-oqsma tad-demokratizzazzjoni, il-jeddijiet tal-bniedem, il-governanza t-tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, l-istat tad-dritt u t-taqbida kontra l-korruzzjoni, billi toffri l-assistenza tagħha fejn tkun meħtieġa għat-trawwim ta’ dan il-progress, billi jkunu segwiti linji simili għall-prinċipji tal-politika tal-viċinat tal-UE (jiġifieri "iktar għal iktar");

4.

Jissottolinja l-bżonn li jiġi spjegat u promoss il-kunċett tal-UE tas-sigurtà u l-istabilità f'każ li jkun differenti minn tagħhom; jisħaq li l-UE għandha dmir tkun kritika fil-konfront tal-gvernijiet li jivvjolaw il-jeddijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħhom f'isem is-sigurtà nazzjonali;

5.

Jemmen li l-istrateġija futura tal-UE għall-Ażja Ċentrali għandha tislet tagħlimiet mir-riforma tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’termini ta' differenzjar, kuntatt bejn in-nies u iktar attenzjoni għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u għandha tqis ukoll il-kuntest ġeopolitiku usa’;

6.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma kontinwa tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-qasam tal-iżgurar ta’ livell għoli ta’ djalogu politiku mal-Istati tal-Asja Ċentrali; ifakkar li l-mandat tiegħu jipprovdu wkoll għall-impenn mas-soċjetà ċivili lokali u li dan huwa neċessarju għall-viżibilità akbar tal-UE; jitlob li d-djalogu politiku jkun imsejjes fuq valutazzjoni tal-ottemperanza min-naħa tal-Istati tal-Ażja Ċentrali mal-impenji tagħhom bħala membri tal-OSCE;

7.

Iqis li r-reviżjoni tal-Istrateġija tal-Ażja Ċentrali teħtieġ li tikkunsidra l-bżonn li tappoġġja l-objettivi tagħha b'riżorsi finanzjarji suffiċjenti u li tistabbilixxi skemi ta' distribuzzjoni adegwati li jirriflettu r-realtajiet ta' kull pajjiż fir-reġjun; iqis li minħabba restrizzjonijiet finanzjarji, għandha tingħata attenzjoni lil programmi għal tul ta' żmien medju u twil li jista’ jkollhom l-akbar impatt fuq l-iżvilupp tal-pajjiż, speċjalment dawk għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni,l- assistenza teknika fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-promozzjoni tan-negozji żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll is-sigurtà tal-ilma u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni tintegra b’mod viżibbli, jew tal-inqas tirrikonċilja l-aġendi normattivi, tekniċi u dawk ibbażati fuq l-interess għall-Ażja Ċentrali; ifakkar ukoll l-obbligi dwar il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp li tinsab fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jindika li l-implimentazzjoni tal-istrateġija tista’ tissaħħaħ, minn naħa, permezz ta’ koordinazzjoni interna msaħħa tal-UE u, min-naħa l-oħra, permezz ta’ impenn intensifikat ma’ donaturi internazzjonali u partijiet interessati reġjonali oħra;

10.

Jissuġġerixxi li l-approċċ reġjonali jiġi simplifikat permezz ta’ relazzjonijiet maċ-Ċina u r-Russja, bħala l-atturi ekonomiċi ewlenin fir-reġjun; huwa tal-fehma li l-approċċ lejn il-kwistjoni tal-enerġija mill-fjuwils fossili għandu jkun marbut mal-ipprogrammar tal-UE fir-reġjun tal-Kawkasu u tal-Baħar l-Iswed kif ukoll mat-Turkija;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrispetta bir-reqqa d-distinzjoni bejn il-programmi u l-attivitajiet eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u dawk li għandhom ikunu ffinanzjati minn strumenti finanzjarji oħra bħalma huma l-Istrument għall-Istabilità (IfS) jew l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija (EIDHR), partikolarment rigward il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, l-applikazzjoni mtejba tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

12.

Jenfasizza l-bżonn kontinwu għal djalogu regolari dwar il-jeddijiet tal-bniedem mal-ħames pajjiżi li huma, jiddispjaċih li l-progress globali in loco għadu skars u xi minn daqqiet saħansitra ġie reġistrat regress; iqis li l-eżistenza tad-djalogi dwar il-jeddijiet tal-bniedem ma għandhiex tintuża bħala skuża għall-esklużjoni tal-kwestjonijiet marbutin mal-jeddijiet tal-bniedem naxxenti f’oqsma oħrajn ta’ kooperazzjoni jew għalbiex ma jkun hemm impenn għal aktar azzjonijiet; jitlob li jkun hemm involviment sistematiku tal-NGOs u tal-atturi tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija ta’ dawn id-djalogi u li l-eżitu ta’ dawn id-djalogi għandu jsir pubbliku ħalli tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-effikaċja tagħhom u tal-impenn tal-partijiet;

13.

Itenni l-importanza li ma jiġux traskurati pajjiżi bi dħul medju, bħal dawk fl-Ażja Ċentrali, fil-kuntest tal-politika ta’ żvilupp tal-UE ġenerali u l-isforzi biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs), peress li sforzi ta’ żvilupp – speċjalment fil-kuntest ta’ tnaqqis fl-għajnuna għall-iżvilupp minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali – ta’ spiss jiffukaw fuq il-pajjiżi l-inqas żviluppati biex b’hekk jiġi injorat ir-reġjun tal-Ażja Ċentrali;

14.

Iqis li r-riżorsi limitati u l-ħafna ħtiġijiet tar-reġjun jeħtieġu li l-UE timmira b'mod rigoruż u tipprijoritizza l-assistenza tagħha, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti tal-korruzzjoni profonda u l-kompetenza amministrattiva insuffiċjenti dwar l-effikaċja tal-għajnuna tagħha; jitlob livelli konsistenti ta' għajnuna għall-iżvilupp li ntlaħaq ftehim dwarha bi flessibbiltà akbar fl-allokazzjoni u jappoġġja enfażi fuq l-għajnuna li trid tingħata lil Kirgiżistan u t-Taġikistan li għandhom l-akbar ħtiġijiet f'dan ir-rigward;

15.

Jesprimi, iżda, id-dubju tiegħu dwar l-użu tal-appoġġ baġitarju fil-Kirgiżistan u t-Taġikistan, speċjalment minħabba l-korruzzjoni estensiva li teżisti f’dawn il-pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar l-użu tal-appoġġ baġitarju f’dawn il-pajjiżi;

16.

Jappoġġja b’qawwa l-ftuħ ta’ delegazzjonijiet kompletament funzjonanti tal-UE fil-pajjiżi kollha tal-Ażja Ċentrali bħala mezz għat-tkabbir tal-preżenza u l-viżibilità tal-UE fir-reġjun u tal-kooperazzjoni fit-tul u tal-impenn mas-setturi kollha tas-soċjetà u għat-tkattir tal-progress għal komprensjoni aħjar u biex ifiġġu l-istat tad-dritt u r-rispett għall-jeddijiet tal-bniedem; huwa konvint li l-preżenza ta’ tali delegazzjonijiet tikkontribwixxi bil-kbir għall-ksib tal-objettivi tal-istrateġija u l-interessi tal-UE fir-reġjun; jinsisti li dawn il-missjonijiet ikollhom persunal xieraq bi speċjalisti fl-affarijiet politiċi, fl-ekonomija u fil-kummerċ, ħalli jinkisbu riżultati massimi u tiġi pprovduta assistenza effikaċi;

17.

Jirrakkomanda li fil-futur l-istrumenti TAIEX, ta’ Ġemellaġġ, u SIGMA jinfetħu għall-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali ħalli jappoġġjaw it-titjib tal-istandards u r-riformi neċessarji;

18.

Jinnota bi tħassib id-diffikultajiet li qed tiltaqa’ magħhom l-UE fl-impenn mas-soċjetà ċivili indipendenti fil-qasam tal-jeddijiet tal-bniedem u l-governanza t-tajba, u l-fastidju kontinwu tal-NGOs fir-reġjun; jitlob trasparenza akbar fl-allokazzjoni tal-finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-Istati Membri u r-riċevituri tiegħu, u għad-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri ħalli jkunu appoġġjati s-sħab mhux governattivi ġenwinament indipendenti ħalli jkunu megħjuna jkollhom rwol effettiv fl-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tas-soċjetà ċivili; huwa tal-fehma li l-promozzjoni kontinwa mill-UE tal-programmi mmirati lejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali hija għodda transkonfinali importanti biex jitrawmu l-fehim u l-kooperazzjoni bejn l-istati tar-reġjun;

19.

Jenfasizza l-importanza ta' partiti ta' oppożizzjoni li jaħdmu liberament fir-reġjun u jħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi kollha tal-Ażja Ċentrali jiggarantixxu l-libertà politika;

20.

Japprova li jkun hemm samits reġjonali regolari bejn l-UE u l-Ażja Ċentrali u jitlob li jiġi kkunsidrat l-istabbiliment futur possibbli ta' forum parlamentari UE-Ażja Ċentrali ad hoc fil-qafas tal-Kumitati Parlamentari eżistenti u l-laqgħat interparlamentari mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali bħala mezz ta’ valutazzjoni u kontribuzzjoni għall-kontenuti tat-taħditiet tas-samits; jissottolinja l-importanza tal-koperazzjoni parlamentari bilaterali u multilaterali regolari; jara f'dan ir-rigward il-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni bħala l-bażi istituzzjonali għall-iskambju parlamentari msaħħaħ li jipprovdi fehim u rispett reċiproku; għalhekk jappoġġja l-FSK mal-ħames pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali; jenfasizza l-importanza ta' impenn aktar attiv tal-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ tan-negozjati tal-ftehimiet ta' sħubija mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali u l-implimentazzjoni ta' dawk eżistenti;

21.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea tkompli tappoġġja r-riforma tas-settur pubbliku fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali permezz ta' assistenza adegwata teknika u finanzjarja sabiex jinkisbu strutturi amministrattivi stabbli, riformati u modernizzati fil-pajjiżi kollha kkonċernati;

Id-demokratizzazzjoni, il-jeddijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt

22.

Jinnota li, minkejja xi żviluppi kostituzzjonali jew ġuridiċi pożittivi seħħew fir-reġjun (l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fl-Uzbekistan, it-twaqqif tal-ombudsmen, xi riformi kostituzzjonali u fil-proċeduri ġudizzjarja, eċċ), is-sitwazzjoni globali fl-oqsma tal-jeddijiet tal-bniedem u tal-istat ta’ dritt għadha inkwetanti;

23.

Jappoġġja l-konklużjonijiet tad-dokument tal-OECD “Central Asia Competitiveness Outlook” ta’ Jannar 2011 u jinsab partikolarment imħasseb dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema kif ukoll in-nuqqas ta’ appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, u dwar is-sistema edukattiva, l-SMEs, ir-riformi tas-sjieda tal-art u l-politiki ta’ investiment għar-reġjun, li jeħtieġu diversifikazzjoni ekonomika akbar, li attwalment ċentrata fuq is-setturi tal-enerġija u tal-estrazzjoni mill-mini.

24.

Jitlob li jissaħħu d-djalogi tal-jeddijiet tal-bniedem ħalli jsiru aktar effettivi u orjentati aktar lejn ir-riżultati; jitlob f'dan ir-rigward involviment wiesa' tal-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ ta' dawn id-djalogi; iħeġġeġ lill-Kunsill u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jivvalutaw l-impatt tad-djalogi preċedenti, iqisu l-benchmarks fil-kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew fil-progress milħuq mill-istati fir-reġjun fil-qasam tal-jeddijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, u tal-effikaċja tal-proġetti ta' assistenza tal-UE mmirati lejn dan l-iskop;

25.

Jikkundanna kull użu tat-tortura u tar-restrizzjoni severa tal-mezzi tax-xandir u tal-libertà tal-espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni; iħeġġeġ lill-UE u lir-RGħ/VP tagħha jqanqlu pubblikament il-każijiet ta' priġunieri politiċi, difensuri tal-jeddijiet tal-bniedem u ġurnalisti mixħutin il-ħabs u jitlob li jkun hemm ir-rilaxx immedjat tagħhom;

26.

Japprezza ħafna l-ħidma tal-fondazzjonijiet politiċi li jipprovdu kooperazzjoni prattika fil-proċess ta' demokratizzazzjoni permezz ta' presenza fit-tul fuq il-post;

27.

Jara Inizjattiva tal-UE għall-Istat ta' Dritt bħala komponenti kjavi tal-kooperazzjoni mal-Istati tal-Ażja Ċentrali u japprova l-interazzjoni eżemplari bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-implementazzjoni tal-proġetti ta’ assistenza; jinnota li kien hemm ftit interazzjoni bejn il-proġetti u s-soċjetà ċivili lokali u li interazzjoni akbar mas-soċjetà ċivili, membri parlamentari, titjib tal-aċċess għall-informazzjoni dwar l-inizjattiva minn atturi tas-soċjetà ċivili lokali għandhom itejbu l-viżibilità, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-attivitajiet tiegħu f'konformità mal-objettivi aktar wiesgħa tal-UE għat-titjib tal-Istrateġija tal-Ażja Ċentrali deskritta fir-rapport ta' Progress Konġunt; jisħaq dwar il-ħtieġa li l-proġett tal-Pjattaforma tal-Istat tad-Dritt ikun jinkludi objettivi ċari u valutazzjoni trasparenti tal-implementazzjoni tiegħu u r-riżultati miksubin, filwaqt li jkun evitat kull tisħiħ tal-komponenti repressivi tal-forzi tas-sigurtà; jenfasizza li implementazzjoni xierqa tal-Inizjattiva teħtieġ li tkun waħda mill-kriterji ewlenin fl-allokazzjoni tal-għajnuna u l-appoġġ baġitarju;

L-edukazzjoni, it-tfal u l-iskambju nies-għal-nies

28.

Jissottolinja l-fatt li l-edukazzjoni hija l-pedament għal żvilupp demokratiku tas-soċjetà; jitlob għalhekk li jkun hemm kontinwazzjoni tal-isforzi għall-immodernizzar tas-settur tal-edukazzjoni pubblika, inkluża l-edukazzjoni fil-qasam tal-azjendi, u li jkunu bla ħlas u aċċessibbli, u għal intensifikazzjoni tal-Inizjattiva tal-Edukazzjoni, partikolarment l-iskambji akkademiċi internazzjonali tal-istudenti u l-għalliema, fil-kuntest usa' tal-appoġġ tal-kostruzzjoni ta' soċjetà ċivili msejsa fuq jeddijiet stabbli tal-bniedem u tax-xogħol fil-pajjiżi kollha tar-reġjun; jenfasizza li huwa essenzjali wkoll li jkunu promossi proċessi li jiżguraw il-parteċipazzjoni ta’ nisa u l-aċċess tagħhom fis-suq tax-xogħol;

29.

Jinnota li l-ħidma tal-UE fl-edukazzjoni u l-jeddijiet tal-bniedem għandha tiġi kkumplimentata bl-azzjonijiet u l-programmi mmirati lejn iż-żgħażagħ bħala l-gruppi l-aktar vulnerabbli ta' dawn is-soċjetajiet; f’dan il-kuntest jitlob li jkun hemm aktar appoġġ tal-UE għall-inizjattivi taż-żgħażagħ fir-reġjun, l-aktar għal dawk li jistgħu jnaqqsu r-radikalizzazzjoni li kulma jmur qed tikber u jippromwovu t-tolleranza bejn iż-żgħażagħ f'dawn il-pajjiżi;

30.

Jitlob lill-UE tkompli tappoġġja l-kuntatti bejn in-nies u skambji fl-oqsma tax-xjenza, in-negozju u l-edukazzjoni; f'dan il-kuntest, jinnota n-nuqqasijiet fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Edukazzjoni bejn l-UE u l-Asja Ċentrali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tal-UE tindirizzahom b'kooperazzjoni mill-qrib mal-ispeċjalisti tal-edukazzjoni u s-sħab tal-Asja Ċentrali;

31.

Jisħaq dwar il-preokkupazzjoni kontinwati tiegħu dwar is-sitwazzjoni tat-tfal, b’mod partikolari l-prevalenza tax-xogħol imġiegħel tat-tfal f'forom u gradi differenti, u l-ħtieġa li l-pajjiżi kollha fir-reġjun jimplementaw tabilħaqq l-impennji internazzjonali tagħhom, l-aktar dawk skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Jeddijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Età Minima u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta' Xogħol tat-Tfal;

Integrazzjoni ekonomika u tkabbir sostenibbli

32.

Jisħaq li l-istat ta’ dritt u l-progress ekonomiku huma interkonnessi; jirriafferma l-appoġġ tiegħu għad-diversifikazzjoni ekonomika tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, l-iżvilupp ta’ settur enerġetiku sostenibbli u konnessjonijiet imtejbin ta’ trasport li jġonġu r-riżorsi tal-Kaspju mas-suq Ewropew bħala mezz ta’ kif jinkiseb l-iżvilupp ekonomiku u t-tkabbir kostanti tal-PGD; jistieden lill-UE trawwem il-ħolqien ta’ klima ta' stabilità ekonomika permezz ta' qafas ġuridiku żgur u stabbli, u billi tissielet il-korruzzjoni u n-nepotiżmu, li hija ħaġa kruċjali fl-attrazzjoni tal-investiment barrani, billi trawwem l-innovazzjoni u tistimola l-imprenditorija privata tabilħaqq, inklużi l-mikrokrediti għal proġetti mibdijin minn nisa indipedenti, skont l-istandards soċjali, tax-xogħol u ambjentali internazzjonali;

33.

Jisħaq dwar il-ħtieġa li l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali jippromwovu u jappoġġjaw il-proliferazzjoni tal-SMEs bħala wieħed mill-elementi meħtieġa għall-iżvilupp tal-pajjiżi kkonċernati, u jisħaq li l-UE għandha tagħti l-akbar prijorità lil dan fl-assistenza li tagħti lill-SMEs u skont il-mandat tal-BIE għall-Ażja Ċentrali u tirrilassa r-rekwiżiti tal-viża għan-nies li jkun qed jivvjaġġaw mill-Ażja Ċentrali għan-negozju jew għat-tagħlim għoli, filwaqt li jkun promossi l-istandards internazzjonali tax-xogħol, l-ambjent u r-responsabbilità soċjali tal-kumpanniji; jemmen ukoll li għandha tiġi evitata kull prattika diskriminatorja fir-rigward tal-industriji Ewropej, inkluż is-settur ewlieni tal-akkwist pubbliku, u jistieden lill-UE tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-SMEs mill-UE u l-SMEs mill-Ażja Ċentrali;

34.

Jappoġġja integrazzjoni aktar b'saħħitha fl-ekonomija tad-dinja mill-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, partikolarment permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali u adeżjoni għad-WTO; jemmen li r-riformi strutturali mmirati lejn ekonomija tas-suq u l-aċċess għad-WTO huma vitali għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi u tar-reġjun u għall-integrazzjoni tar-reġjun fl-ekonomija dinjija;

35.

Jissottolinja l-fatt li l-integrazzjoni ekonomika internazzjonali u l-kooperazzjoni ekonomika reġjonali huma approċċi komplementari u għalhekk għandhom ikunu segwiti b’mod ġenwin fl-Ażja Ċentrali;

36.

Konxju mill-fatt li l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali hija dgħajfa; jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġiji kummerċjali differenzjati għal kull wieħed mill-ħames pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, skont il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom, u tħeġġeġ l-integrazzjoni intrareġjonali;

L-enerġija, l-ilma, l-ambjent

37.

Jissottolinja l-importanza tad-diversifikazzjoni tal-fornitura tal-enerġija u l-materja prima, l-aktar il-ħamrija rari, lejn l-UE u għas-swieq tal-esportazzjoni, u t-teknoloġiji u n-know-how għall-Ażja Ċentrali; iqis li huwa tal-ikbar importanza li l-proġetti ta’ kooperazzjoni enerġetika jkunu jinkludu ftehimiet għall-fornitura fit-tul, li jkun iħaddan il-prinċipji tas-sostenibilità ambjentali u tal-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi (EITI); jitlob lill-UE tippromwovi l-EITI u inizjattivi oħra bħal dawn fl-istati kollha tar-reġjun li għandhom riżorsi estrattivi sinifikanti;

38.

Jenfasizza l-importanza tal-enerġija fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali, bħala sors maġġuri ta' dħul għall-istati, kif ukoll bħala sors potenzjali ta' sigurtà tal-enerġija għall-UE;

39.

Jitlob lis-SEAE u lill-Kummissjoni jkomplu jappoġġjaw il-proġetti tal-enerġija, kif ukoll jrawmu l-komunikazzjoni lejn għanijiet importanti bħal pereżempju r-rotta Transkaspjana; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali fl-inizjattiva BAKU;

40.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni tal-enerġija mal-Kazakistan u t-Turkmenistan peress li hija ta' benefiċċju kemm għal dawn iż-żewġ Stati kif ukoll għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; jilqa', għalhekk, l-iffirmar ta’ memorandums ta’ ftehim mal-Kazakistan u t-Turkmenistan li jiddisponu għax-xiri ta' gass, kif ukoll il-passi meħuda fl-iżvilupp tal-Kuritur tan-Nofsinhar, speċjalment fil-forma tal-Proġett Nabucco; jindika madankollu li t-Turkmenistan għadha mhijiex membru tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI - Extractive Industries Transparency Initiative); jenfasizza għal darba oħra l-ħtieġa li titħeġġeġ aktar trasparenza fir-rigward tad-dħul minn riżorsi naturali; iħeġġeġ lill-UE biex, abbażi ta’ dan u permezz tad-djalogu tagħha dwar il-politika tal-enerġija, tappoġġja s-sħubija tat-Turkmenistan fl-EITI bil-ħsieb li jiġu integrati l-konsiderazzjonijiet ta’ governanza tajba fil-programmi tal-enerġija tal-UE;

41.

Minħabba n-nuqqas tal-elettriku li dejjem qed jiżdied fl-Ażja Ċentrali, jissottolinja l-opportunitajiet għas-sinerġija reġjonali, inkluż fis-settur promettenti tal-enerġija rinovabbli; jitlob lill-UE tipprovdi appoġġ politiku u assistenza teknika għall-inizjattivi f'dan il-qasam;

42.

Jinnota bi tħassib l-effett ħażin li kellha fl-Ażja Ċentrali l-kriżi finanzjarja globali u l-livelli ta' faqar li dejjem qed jiżdiedu; jemmen li t-triq lejn ħajja soċjali u politika b'saħħitha hija marbuta mal-prosperità ekonomika u li l-UE teħtieġ tindirizza l-iżvilupp tal-ekonomiji tal-Asja Ċentrali bħala parti ewlenija mill-istrateġija tagħha għar-reġjun; jitlob appoġġ imsaħħaħ għall-programmi ta' tnaqqis ta' faqar u jinnota l-importanza tal-investiment tal-BEI;

43.

Jinnota n-natura żbilanċjata ta' ċerti ekonomiji tal-Asja Ċentrali li jserrħu ħafna fuq ir-riżorsi naturali u jqis li d-diversifikazzjoni hija għan maġġuri għar-reġjun fuq perjodu ta' żmien medju u twil; jinnota f'dan il-kuntest l-importanza tal-programm ta' investiment fl-Ażja Ċentrali u jitlob li dan jiġi applikat fil-ħames pajjiżi kollha;

44.

Huwa tal-opinjoni li l-iżgurar ta' investiment mill-ġdid koerenti u komprensiv tad-dħul nazzjonali mir-riżorsi naturali huwa kruċjali għal żvilupp sostenibbli u għal kisba ta' żvilupp soċjali u ekonomiku wiesa';

45.

Huwa tal-fehma li r-riforma fis-settur tal-biedja hija tal-akbar importanza f’dak li għandu x’jaqsam b’mod partikolari mal-kisba tas-sigurtà tal-ikel, id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni, l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli taż-żerriegħa u t-tnaqqis tad-dipendenza mill-koltivazzjoni tal-qoton aktar milli uċuħ oħra, u mal-introduzzjoni ta' prattiki u tekniki avvanzati ta' ġestjoni tal-ilma, konservazzjoni tal-ilma u irrigazzjoni; jissottolinja barra minn hekk il-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' prattiki u tekniki avvanzati ta' ġestjoni tal-ilma, konservazzjoni tal-ilma u irrigazzjoni sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet; jitlob lill-Gvernijiet tal-Asja Ċentrali jieħdu f'idejhom it-tmexxija f'dan l-approċċ;

46.

Jenfasizza l-fatt li n-nuqqas ta’ enerġija (eż għat-tisħin u l-elettriku) qed jaggrava s-sitwazzjoni tan-nies foqra fil-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali; iħeġġeġ lill-UE, f’konformità mal-impenji tagħha dwar it-tibdil fil-klima, biex iżżid l-għajnuna tagħha fl-iżvilupp ta’ politika tal-enerġija sostenibbli, inkluż permezz tal-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tar-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli;

47.

Jisħaq li l-kwestjonijiet tal-ilma fir-reġjun jibqgħu waħda mill-għejun ewlenin ta’ tensjoni u kunflitt potenzjali u jissottolinja l-importanza ta' approċċ reġjonali sabiex ir-riżorsi komuni tal-ilma jiġu protetti u mmaniġġjati sew; b’mod partikolari, jinnota li l-proġetti ta’ enerġija idroelettrika u tar-riżorsi tal-ilma fl-istati qrib għajn ix-xmara, il-Kirgiżistan u t-Taġikistan wasslu għal żieda fit-tensjonijiet reġjonali mal-pajjiżi ‘il bogħod minn għajn ix-xmara fl-Asja Ċentrali; jitlob, f’dan il-kuntest, lill-pajjiżi fir-reġjun li għadhom m'għamlux hekk li jiffirmaw u jirratifikaw mingħajr aktar dewmien il-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u Århus u jrawmu l-involviment tal-atturi lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

48.

Jaċċentwa n-neċessità li jitwaqqaf qafas kredibbli u effettiv li fih il-pajjiżi fluvjali ta’ qrib għajn ix-xmara u dawk imbegħdin minnha jkunu jistgħu jitħaddtu u jiddeċiedu flimkien il-miżuri li għandhom jiġu addottati biex jittrattaw u jsolvu l-problemi tal-ilma fir-reġjun;

49.

Jilqa’ l-impenn akbar tal-banek Ewropej tal-iżvilupp fir-reġjun, u b’mod partikolari, l-estensjoni tal-mandat lill-BEI għall-Ażja Ċentrali b’fokus fuq il-kwestjonijiet ambjentali u tal-ilma; iħeġġeġ lill-banek tal-iżvilupp jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti mill-BERŻ billi ma jappoġġjawx impriżi li huma proprjetà tal-Istat f'pajjiżi fejn hemm ksur sistematiku tal-jeddijiet tal-bniedem;

50.

Iħeġġeġ lill-UE, fil-kuntest tal-iskarsezza tal-ilma reġjonali, iżżid l-għajnuna tagħha fil-qasam tal-ġestjoni tal-ilma fi ħdan l-ambitu tal-Inizjattiva tal-Ambjent u l-Ilma tal-UE u tesplora, bħala mod kif tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-enerġija fl-istati qrib għajn ix-xmara, alternattivi oħra għal enerġija solari u tar-riħ, li jistgħu jgħinu lill-komunitajiet rurali fuq skala iżgħar; jiddispjaċih li s’issa l-Proġett tal-Governanza tal-Ilma tal-UE huwa fil-biċċa l-kbira ffukata fuq il-kwalità tal-ilma li hija importanti iżda inqas rilevanti għas-sitwazzjoni fl-Ażja Ċentrali mill-kwistjonijiet tal-iskambju u l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-ilma;

51.

Iqis li l-perizja tiegħu fil-ġestjoni tar-riżorsi transnazzjonali tal-ilma u l-involviment eżistenti f’kooperazzjoni bilaterali għal pjanijiet nazzjonali integrati ta’ ġestjoni tal-ilma u kooperazzjoni multilaterali fil-proġett reġjonali tal-Governanza tal-Ilma u l-Fond Internazzjonali għall-Baħar Aral joħolqu opportunità għall-UE li tipprofila ruħha bħala medjatriċi u faċilitatriċi fil-kondiviżjoni tar-riżorsi tal-ilma bejn l-istati eqreb lejn l-għajn tax-xmara u dawk aktar imbegħdin (inkluż l-Afgansitan tat-Tramuntana) u l-promozzjoni tat-twaqqif ta’ ordni kooperattiv sostenibbli għall-governanza tal-ilma, rwol li l-ebda attur internazzjonali ieħor ma jrid jew jista’ jwettaq minkejja t-talbiet mill-pajjiżi kkonċernati;

Ġestjoni tas-sigurtà/fruntieri

52.

Jilqa' l-implimentazzjoni attwali taż-Żona Ħielsa minn Armi Nukleari tal-Ażja Ċentrali mill-ħames Repubbliki tal-Ażja Ċentrali; iqis li t-Trattat, bl-impennji vinkolanti tiegħu għad-diżarm nukleari mill-pajjiżi li qabel kellhom l-armi nukleari fit-territorju tagħhom u li għandhom ġirien b’armi nukleari, huma kontribut siewi għall-isforzi ħalli tinkiseb dinja ħielsa mill-armi nukleari u eżempju qawwi ta’ kooperazzjoni fin-non-proliferazzjoni;

53.

Jirrikonoxxi li ċ-ċaħda tal-jeddijiet u l-opportunitajiet bażiċi, li tiġi mill-assenza ta' demokrazija u stat ta' dritt, jista' jwassal għal sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà;

54.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-azzjonijiet immirati lejn it-trawwim ta’ kooperazzjoni reġjonali bħala mezz ewlieni ta’ kif ikunu indirizzati l-bosta problemi ta’ sigurtà, ġestjoni tar-riżorsi, etniċi, ambjentali u ta’ żvilupp kif ukoll it-taqbida kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu reliġjuż vjolenti fl-Istati konċernati; jappoġġja l-kontinwità u t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri BOMCA u l-programmi ta' azzjoni kontra d-drogi tal-CADAP;

55.

Jenfasizza li l-BOMCA u l-CADAP ma humiex iffinanzjati skont l-IfS, imma skont id-DCI; jenfasizza li, billi l-IfS huwa mfassal biex ikun flessibbli u biex ikun jista’ jwieġeb għal kriżijiet fiż-żmien qasir, filwaqt li jaħdem fuq l-isfidi tas-sigurtà transreġjonali fit-tul, ikun jagħmel sens li dawn il-programmi jitpoġġew taħt il-kappa tal-IfS;

56.

Jenfasizza li s-sigurtà reġjonali hija fl-interess kemm tal-UE kif ukoll ta' atturi oħra fil-qasam, jiġifieri l-Federazzjoni Russa, iċ-Ċina u l-Istati Uniti li huma kollha mħassba dwar l-istabilità tat-tkabbir u r-radikalizzazzjoni fir-reġjun kif ukoll dwar il-frunteri porużi mal-Afganistan u t-traffikar tad-drogi rilevanti;

57.

Jieħu nota tat-tisħib tal-Każakistan f’għaqda doganali mar-Russja u l-Belarus u jittama li l-iżvilupp ta’ din l-entità mhux se joħloq ostakli għall-kooperazzjoni reġjonali u mhux se jfixkel it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali mal-UE;

58.

Jissottolinja l-fatt li l-inklużjoni strutturali tal-Afganistan f'kooperazzjoni settorjali, speċjalment rigward il-ġestjoni tas-sigurtà/fruntieri, sigurtà tal-bniedem u l-ġestjoni tal-ilma hija kruċjali għall-garanzija tal-istabilità u s-sigurtà fir-reġjun; jitlob li jkun hemm intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni transfronterjali mal-Afganistan u jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm koerenza bejn l-approċċ tal-UE għall-Afganistan u l-istrateġija għall-Asja Ċentrali, b'mod partikolari rigward programmi u azzjoni ta’ trasport, enerġija, kummerċ u żvilupp

59.

Jitlob lill-UE tiffoka l-assistenza tagħha fuq il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin, kwestjonijiet li huma fost l-għejun ewlenin ta' nuqqas ta' stabilità fl-Asja Ċentrali li jistgħu jittieħdu fil-mira tal-isforzi tal-UE; jinnota bi tħassib l-iżvilupp ta' din il-kwistjoni fir-reġjun kollu u jitlob li sforzi transkonfinali jiġi suġġeriti u promossi mill-UE; jappoġġja l-organizzazzjoni tal-fora tal-Asja Ċentrali għall-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mad-drogi;

60.

Huwa mħasseb dwar il-problema doppja tal-opinjonijiet u movimenti fundamentalisti li qed jiżdiedu bħala effett residwu tas-sitwazzjoni fl-Afganistan iżda wkoll bħala reazzjoni għar-rekord problematiku inkwantu jeddijiet tal-bniedem u demokrazija tal-gvernijiet fir-reġjun; jinnota li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hija element importanti għall-istrateġija għall-Asja Ċentrali tal-UE;

61.

Jitlob li jingħata appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (SSR) fil-pajjiżi tal-Asja Ċentrali dwar l-aġendi politiċi tal-laqgħat mal-mexxejja tal-Asja Ċentrali u jħeġġeġ li jiġu investigati oqsma tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà li jistgħu jiġu appoġġjati fir-reġjun flimkien ma' ħidma eżistenti dwar l-istat tad-dritt u ġestjoni tal-fruntieri;

62.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-missjonijiet tal-OSKE u n-NU jaħdmu liberament fit-territorji tal-pajjiżi kkonċernati, għaliex dawn l-organizzazzjonijiet huma kruċjali għall-għoti ta' assistenza meħtieġa ħafna fir-riforma tas-settur tas-sigurtà;

Kwistjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż

63.

Jisħaq li l-paragrafi li ġejjin marbutin ma’ pajjiżi speċifiċi jenumeraw għadd ta’ kwestjonijiet importanti urġenti, imma ma jippruvax jagħtu analiżi komprensiva ta’ kull pajjiż;

Kazakistan

64.

Jitlob lir-RGħ/VP iżomm il-pressjoni fuq l-awtoritajiet Kazakin ħalli jżommu kompletament kelmithom li jtejbu l-elezzjonijiet u l-libertà tal-istampa li ħabbru qabelma ħadu l-presidenza tal-OSCE fl-2010, skont l-impenji kjavi tal-Istati Membri tal-OSCE u l-Pjan Nazzjonali għall-Jeddijiet tal-Bniedem adottat fl-2009 mill-Gvern Kazaki;

65.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-Kazakistan iżommu l-impenji u l-obbligi internazzjonali tagħhom, inklużi dawk li ħadu fil-kuntest tad-dimensjoni umana tal-OSKE;

66.

Jilqa’ l-aspirazzjonijiet tal-Kazakistan għal relazzjonijiet eqreb u mtejba mal-UE u t-tnedija reċenti ta’ negozjati għal FSK ġdid u mtejjeb bejn l-UE u l-Kazakistan u jisħaq li l-kooperazzjoni ekonomika għandha timxi id f’id mal-kooperazzjoni politika u għandha tkun imsejsa fuq ir-rieda politika li jkunu implementati u żammew valuri komuni kondiviżi; jistenna b’ħerqa, f’dan il-kuntest, li jkun hemm progress tanġibbli fl-oqsma tal-libertà tal-istampa, tal-libertà tal-espressjoni, tal-libertà tal-assoċjazzjoni u għaqda, u titjib fit-treġija tal-proċess elettoriali fl-elezzjonijiet leġiżlattivi li ġejjin, fl-2012;

67.

Jiddispjaċih li l-kontroll ġenerali tal-faċilitajiet tal-ħabs dan l-aħħar għadda minn taħt idejn il-Ministeru tal-Ġustizzja għall-Ministeru tal-Intern u jitlob lill-Gvern tal-Kazakistan jintensifika l-isforzi tiegħu biex jevita u jagħti rimedju għat-tortura u t-trattament inuman, krudili u degradanti;

68.

Iħeġġeġ lill-Kazakistan juri l-impenn imġedded tiegħu lill-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) billi jneħħi l-ostakli kollha ġuridiċi u regolatorji għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' din l-inizjattiva;

Il-Kirgiżstan

69.

Ifaħħar lill-Kirgiżistan għall-isforzi li qed jagħmel fir-riformi demokratiċi u ċ-ċaqliqa lejn sistema ġenwinament multipartitika; jittama li jinkiseb aktar progress fit-treġija tal-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin maħsubin għal aktar tard din is-sena; jindika li huma meħtieġa sforzi sostnuti għall-iżvilupp ta' demokrazija kompletament funzjonanti, u, jinnota li l-Kirgiżistan huwa wieħed mill-pajjiżi pilota għall-inizjattiva tal-UE ta' appoġġ għad-demokrazija, jitlob f'dan is-sens lill-UE tassisti lill-awtoritajiet Kirgiżi fil-qasam tal-bini tal-istituzzjonijiet, il-konsolidazzjoni tal-prattiki demokratiċi u t-taqbida kontra l-korruzzjoni u l-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fl-amministrazzjoni Kirgiża;

70.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern Kirgiż li jistabbilixxi Kummissjoni Speċjali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti (IIC) għall-investigazzjoni fil-ġrajjiet ta’ Ġunju 2010 fil-Kirgiżistan tan-Nofsinhar, u jitlob lill-awtoritajiet Kirgiżi jadottaw il-miżuri neċessarji għat-tafja tat-tensjonijiet interetniċi, it-tnaqqis tal-etno-nazzjonaliżmu, u għall-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni, għall-promozzjoni tad-djalogu kulturali u r-rispett għall-jeddijiet minoritarji u għat-taqbida kontra l-forom kollha tad-diskriminazzjoni fost l-oħrajn, billi jistabbilixxi riforma ġenwina ġudizzjarja u tal-pulizija bħala prerekwiżit għall-prevenzjoni tal-ksur tal-jeddijiet tal-bniedem bħal pereżempju t-tortura u forom oħra ta' abbuż mill-pulizija; jistieden lill-UE tfassal u timplementa programmi ta’ assistenza tal-UE flimkien mal-awtoritajiet u l-NGOs Kirgiżi, li jkollhom it-tir li jipprevjenu l-kunflitti, jseddqu r-rikonċiljazzjoni u jipprevjenu l-impunità;

Taġikistan

71.

Ifisser it-tħassib tiegħu għall-ineffiċjenza tal-assistenza għall-iżvilupp mogħtija mill-UE fil-pajjiż ġejja minn livell għoli ta' korruzzjoni, l-influwenza tal-kriminalità organizzata fuq il-governanza u l-frammentazzjoni reġjonali imminenti xprunata mill-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali mwiergħa; jitlob, għalhekk, li jkun hemm approċċ alternattiv imsejjes fuq is-sigurtà umana permezz ta’ kanali alternattivi ta’ assistenza;

72.

Jesprimi tħassib dwar rapporti ta' tortura fil-kustodja u n-nuqqas kontinwu ta' aċċess ta' osservaturi tas-soċjetà ċivili għall-postijiet ta' detenzjoni; jitlob li l-KISA u l-osservaturi internazzjonali jingħataw aċċess għall-ħabsijiet biex iżidu t-trasparenza u s-sorveljanza;

73.

Jirrakkomanda li l-Gvern Taġiki, f’dan is-sens, jagħmel bħala objettiv il-ksib tal-progress fl-oqsma msemmijin, billi dan iwassal għal titjib kbir u kostanti fil-gradwatorja tal-pajjiż fl-indiċijiet ta’ trasparenza, governanza u indiċi relevanti oħrajn imħejjin mill-organizzazzjonijiet internazzjonali; jitlob li jkun hemm kondizzjonalità stretta għall-għajnuna tal-UE permezz tal-istrutturi statali;

74.

Jistieden lill-UE tippromwovi u tgħin, permezz ta' studji ta' fattibilità, perizja teknika u, fejn ikun meħtieġ, self xieraq mill-BEI, l-iżvilupp ta' proġġeti ta' impjanti idroelettriċi fuq skala iżgħar imxerrdin tul il-kors tax-xmajjar, u enerġiji rinnovabbli alternattivi;

It-Turkmenistan

75.

Jilqa' l-leġiżlazzjoni adottata fil-qasam politiku, ekonomiku, soċjali u edukattiv, iżda jenfasizza li jeħtieġ li din tkun segwita minn miżuri komprensivi ta' implimentazzjoni; iħeġġeġ, f’dan is-sens, lill-Kunsill u lir-RGħ/VP jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet Turkmeni jimplementaw fis-sħiħ il-leġiżlazzjoni l-ġdida u jimpenjaw ruħhom b'mod aktar attiv mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali;

76.

Jitlob it-twettiq sħiħ tal-kondizzjonijiet magħmulin mill-Parlament Ewropew fi Frar 2008, jiġifieri b’mod partikolari l-aċċess liberu u mingħajr xkiel għall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi u l-priġunieri ta' kuxjenza kollha, l-abolizzjoni tal-impedimenti governattivi għall-ivvjaġġar, u l-possibilità li l-NGOs joperaw fil-pajjiż; iqis li dawn il-kondizzjonijiet jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex it-Turkmenistan jikkonforma mal-istandards internazzjonali li kien irratifika;

77.

Huwa partikolarment imħasseb li l-awtoritajiet attwali qed japplikaw b'mod sistematiku politiki ripressivi kontra kull forma ta' oppożizzjoni, NGOs indipendenti, attivisti tal-jeddijiet tal-bniedem; iqis li hu ta’ dispjaċir partikolari li d-djalogu mas-soċjetà ċivili fit-Turkmenistan irriżulta impossibbli;

L-Uzbekistan

78.

Jieħu nota tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ottubru 2009 li ġabu fi tmiemhom is-sanzjonijiet kollha kontra l-Uzbekistan u kkonfermaw id-disponibilità tal-UE li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ma' dal-pajjiż f'mod li jħaddan kollox; ifakkar li l-livell ta’ impenn jiddependi mill-progress magħmul min-naħa ta' Uzbekistan fl-oqsma tal-jeddijiet tal-bniedem, id-demokratizzazzjoni u l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra t-trafikkar tad-drogi, u jistenna li s-SEAE jiżviluppaw politika ta’ impenn Ewropew kritiku, kondizzjonat u koerenti mal-Uzbekistan;

79.

Itenni l-preokkupazzjoni tiegħu dwar ir-rapporti ta’ użu kontinwat ta’ xogħol tat-tfal forzat, l-aktar fil-qasam tal-biedja; jinnota t-tħassib tal-ILO, rappreżentanti tal-ħaddiema, impjegati u NGOs dwar l-użu kontinwu tal-impjieg sfurzat tat-tfal fl-industrija tal-qoton fl-Uzbekistan; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Uzbekistan jimpenjaw ruħhom mal-ILO u jagħtu lill-ILO aċċess mingħajr xkiel ħalli jimmonitorjaw il-għelejjel tal-qoton u li jiżviluppaw, jimplementaw u jimmonitorjaw politiki effettivi għall-eliminazzjoni tax-xogħol tat-tfal permanenti furzat; jitlob lill-Unjoni Ewropea tappoġġja lil-Gvern tal-Uzbekistan fl-isforzi tiegħu f'dan il-qasam;

80.

Huwa allarmat bid-deċiżjoni ta’ dan l-aħħar tal-awtoritajiet li jagħlqu l-uffiċċju tal-Human Rights Watch f’Taxkent, iffakarhom bl-obbligi tagħhom lejn l-OSKE u jitlobhom jippermettu l-aċċess u l-operazzjonijiet mingħajr xkiel min-naħa tal-NGOs nazzjonali u internazzjonali u monitoraġġ fil-pajjiż kollu;

*

* *

81.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Ażja Ċentrali, lill-OSKE u lill-presidenti, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Kazakistan, tar-Repubblika Kirgiża, tat-Taġikistan, tat-Turkmenistan u tal-Uzbekistan.


(1)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/librairie/PDF/EU_CtrlAsia_EN-RU.pdf

(2)  http://eeas.europa.eu/central_asia/docs/progress_report_0609_en.pdf

(3)  http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/10/st11/st11402.en10.pdf.

(4)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 49.

(5)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 80.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0283.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0399.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0441.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2010)0489.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2011)0334.

(11)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/102


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

P7_TA(2011)0589

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2011/2147(INI))

2013/C 168 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-preambolu u l-Artikoli 3 u 6 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 3, 6, 9, 20, 151, 152, 153, 154, 156, 159 u 168 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 27, 31, 32 u 33 tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea tat-3 ta' Mejju 1996, u b'mod partikolari l-Parti I u l-Artikolu 3 tal-Parti II tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Philadelphia tal-10 ta' Mejju 1944 dwar il-miri u l-għanijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ILO fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (direttiva qafas) u d-direttivi individwali tagħha (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE tal-10 ta' Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol: Strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol" (COM(2007)0062),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21" (COM(2008)0412),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas dwar l-istress fuq il-post tax-xogħol adottat mis-sħab soċjali (SEC(2011)0241),

wara li kkunsidra "EWROPA 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv"(COM(2010)2020), u l-objettiv ewlieni tagħha li żżid il-livelli ta' impjieg sa 75 % sal-aħħar tad-deċennju fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Frar 2005 dwar il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa Ewropej minn infezzjonijiet ġejjin mid-demm minħabba korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 intitolata "Promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (10),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) (11),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2011 intitolat "L-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol" (SEC(2011)0547),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0409/2011),

A.

billi d-dritt għas-saħħa huwa dritt fundamentali, u li kull ħaddiem jibbenefika mill-garanzija legali tal-kundizzjonijiet ta' impjieg li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu,

B.

billi l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li sal-2020, tikseb rata ta' impjieg ta' 75 % għas-sezzjoni tal-popolazzjoni li għandhom età bejn l-20 u l-64 sena, bi prijorità għall-impjieg ta' nisa, żgħażagħ, ħaddiema anzjani, ħaddiema ftit kwalifikati u immigranti legali, u li ttejjeb il-koeżjoni soċjali;

C.

billi l-iżvilupp teknoloġiku u l-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali qed ibidlu b'mod kostanti l-postijiet tax-xogħol u l-prattiki, u billi tweġibiet rapidi politiċi, amministrattivi u tekniċi huma għalhekk essenzjali sabiex jigarantixxu livell għoli ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

D.

billi l-prevenzjoni tar-riskji huwa essenzjali għat-tnaqqis ta' inċidenti u mard relatati max-xogħol; wara li kkunsidra l-impatt pożittiv ta' ġestjoni tajba tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kemm fil-livell nazzjonali u Ewropew kif ukoll għall-kumpaniji;

E.

billi l-prevenzjoni adegwata tal-ħaddiema tippromwovi min-naħa tagħha benessri, kwalità ta' xogħol u produttività; billi l-ispejjeż ta' mard u inċidenti fuq il-post tax-xogħol għall-impriżi u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, huma stmati li jlaħħqu 5,9 % (13) tal-PDG,

F.

billi, minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema, huwa mixtieq li titwal il-ħajja attiva ta' xogħol tal-ħaddiema akbar fl-età u billi l-miżuri li jippromwovu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom ikunu effettivi fil-futur qrib;

G.

billi l-protezzjoni ta' ħaddiema żgħażagħ tista' tipprevjeni problemi ta' saħħa relatati max-xogħol li jistgħu jseħħu aktar tard fil-ħajja;

H.

billi fis-settur tas-servizzi, ħaddiema żgħażagħ u nisa mhumiex biżżejjed koperti mill-politiki ta' reintegrazzjoni u taż-żamma tal-impjieg (14);

I.

billi l-esternalizzazzjoni tax-xogħol permezz ta' sottokuntrattar u xogħol temporanju jistgħu jinvolvu l-impjieg ta' ħaddiema bi ftit kwalifiki jew ħaddiema mhux iddikjarati u relazzjonijiet ta' xogħol inqas stretti, u dan jagħmilha iktar diffiċli li tiġi identifikata r-responsabbiltà fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS);

J.

billi d-Direttiva qafas 89/391/KEE tpoġġi r-responsabbiltà fuq min iħaddem biex tiġi stabbilita politika ta' prevenzjoni sistematika li tikkonċerna r-riskji kollha, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-ħaddiem, billi jiġi garantit li l-impjegati ma jbatux minn fatturi relatati max-xogħol, partikolarment minħabba bullying;

K.

billi inċidenti, MSDs u stress relatat max-xogħol huma l-oqsma ewlenin ta' tħassib għall-impriżi Ewropej rigward l-OHS (15);

L.

billi l-istrateġija 2020 tal-UE timmira għal rata globali tal-impjieg ta' 75 % tal-popolazzjoni ta' età bejn l-20 u l-64; billi l-ħaddiema li jsofru minn mard kroniku jew mard fit-tul ġeneralment ma jerġgħux immorru lura għal xogħolhom għalkemm saħħithom tkun tippermetti li jagħmlu dan;

M.

billi l-impatt li qed jiżdied tal-problema ta' saħħa kronika marbuta max-xogħol bħal pereżempju mard muskoluskeletali (MSD) u riskji psikosoċjali,

N.

billi riskji psiko-soċjali huma riskji relatati ma' stress, vjolenza simbolika u fastidju fuq il-post tax-xogħol; billi l-istress huwa marbut mal-insikurezza fl-impjieg, mal-kunflitti etiċi, ma' organizzazzjoni ħażina tax-xogħol (pereżempju l-pressjoni tal-iskadenzi jew ammont żejjed ta' xogħol), ma' kuntatt kunflittwali mal-klijent, ma' nuqqas ta' appoġġ fix-xogħol, mal-instabilità tar-relazzjonijiet professjonali, kif ukoll ma' żbilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata;

O.

wara li kkunsidra t-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-UE, it-tendenza lejn ħajja ta' xogħol itwal u l-ħtieġa li tiżdied l-aspetattiva ta' ħajja b'saħħitha; billi l-inugwaljanzi fl-esperjenza tal-ħajja fir-rigward tal-kategoriji soċjoprofessjonali u d-diffikultà fix-xogħol; billi, minbarra l-problemi skeletro-muskolari (MSDs), il-ħaddiema ta' 'l fuq minn 55 sena huma partikolarment sensittivi għall-kanċer, il-mard tal-qalb, il-problemi respiratorji u l-problemi tal-irqad (16);

P.

billi n-nuqqas ta' skeda ta' żmien regolari għall-ħaddiema f'impjiegi li jinvolvu xogħol ta' bil-lejl ħafna drabi jikkawża diffikultajiet li jistgħu jwasslu għal mard relatat max-xogħol;

Q.

billi 168 000 ċittadin Ewropew imutu kull sena minħabba inċidenti jew mard relatati max-xogħol (17) u 7 miljuni jweġġgħu f'inċidenti, u billi għadna ma ninsabux f'pożizzjoni li nevalwaw b'mod preċiż kemm l-inċidenti huma marbuta mal-użu ta' teknoloġiji ġodda u ma' forom oħra ta' xogħol,

R.

billi ġiex ippruvat li teżisti ebda rabta bejn in-numru ta' inċidenti u d-daqs tal-kumpanija; billi, madankollu, ir-rata tal-inċidenti tiddependi fuq it-tip ta' produzzjoni li impriża twettaq u s-settur li topera fih, il-grad ta' dipendenza huwa l-ogħla fis-setturi li jinvolvu xogħol manwali u fejn hemm relazzjoni stretta bejn il-bniedem u l-magni;

S.

billi l-iżvilupp teknoloġiku jinvolvi riskji ta' saħħa u sigurtà għall-ħaddiema li għandhom jiġu evalwati;

T.

billi l-kanċers huma l-kawża prinċipali tal-imwiet relatati max-xogħol, segwiti minn mard kardjovaskulari u respiratorji, filwaqt li l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma biss minorità żgħira tal-imwiet (18);

U.

billi n-nisa jirrappurtaw livell ogħla ta' problemi ta' saħħa relatati ma' xogħol b'paragun mal-irġiel irrispettivament mit-tip ta' xogħol (19); billi, għalhekk, miżuri ta' saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol jeħtieġu approċċ ibbażżat fuq is-sess u ċ-ċiklu tal-ħajja,

V.

billi n-nisa huma ugwalment, jekk mhux iktar, affettwati minn mard muskoskeletali, anke meta jaħdmu fis-settur tas-servizzi;

W.

billi n-nisa li qed jixjieħu huma partikolarment vulnerabbli għal mard relatat mal-età li għandu jiġi indirizzat b'mod xieraq fil-politiki tal-OHS;

X.

billi l-kapaċità riproduttiva tista' tkun f'periklu minħabba problemi ta' saħħa li jistgħu jinħolqu meta ġenituri futuri jew t-tfal li jkunu għandhom ma twieldux ikunu esposti għall-effetti tat-tniġġis ambjentali u fatturi ta' riskju preżenti fl-ambjent ta' xogħol;

Rieżami ta' nofs il-perjodu tal-Istrateġija

1.

Ifakkar li l-qafas Ewropew ta' referenza rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) ma jippermettix titjib awtomatiku tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, fatturi importanti għal dan it-titjib huma l-implimentazzjoni tajba fuq il-post, speċjalment permezz tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll il-mekkaniżmu ta' djalogu tripartitiku, il-ġbir u t-tqassim tad-dejta, il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u t-tqegħid f'netwerk ta' servizzi ta' taħriġ u ta' informazzjoni, u s-superviżjoni tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi malajr meta tinnota li sar ksur u, jekk ikun meħtieġ, issaħħaħ is-sanzjonijiet;

2.

Jinnota li l-għanijiet prinċipali tal-istrateġija Komunitarja 2007-2012 jinkludu kemm il-garanzija tal-implimentazzjoni adegwata tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll it-titjib u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali, inter alia permezz tal-implimentazzjoni ta' strumenti mhux vinkolanti; ifakkar għalhekk li, skont l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea ma għandhiex ħlief kompetenza konkorrenti mal-Istati Membri fil-qasam tal-impjiegi u f'dak tas-saħħa pubblika, u li fil-komunikazzjoni tal-2007, il-Kummissjoni Ewropea tinsisti fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali; jinsisti għalhekk dwar il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni Ewropea tiġi adattata b’mod koerenti għat-tibdiliet soċjali u li ma jsirx leġiżlar bla bżonn fil-livell Ewropew;

3.

Jiddeplora l-fatt li fl-2009 diversi Stati Membri ma ffukawx l-istrateġiji nazzjonali tagħhom fuq it-tliet prijoritajiet tal-istrateġija tal-UE: l-istress u l-"burn-out" fuq il-post tax-xogħol, RSI kif ukoll ir-riċerka u l-ġbir regolari ta' dejta dwar ir-riskji l-ġodda; iqis li l-istrateġiji nazzjonali għandhom jallokaw aktar sforzi u mezzi għall-prevenzjoni;

4.

Għandu l-fehma li l-adozzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għandhom jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċifika ta' kull Stat Membru, biex b'hekk jimmira s-setturi u l-kumpaniji l-aktar affettwati minn inċidenti okkupazzjonali;

5.

Iqis neċessarju li f'livell Ewropew kif ukoll nazzjonali, il-politiki tal-OHS isiru konsistenti ma' politiki pubbliċi oħrajn u li tal-ewwel jiġu integrati bis-sħiħ f'dawn tal-aħħar: saħħa, xogħol, industrija, riċerka, ambjent, trasport, sigurtà tat-toroq, edukazzjoni, enerġija, żvilupp reġjonali, kuntratti pubbliċi u suq intern; l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi implimentata fil-politiki kollha sabiex tirrifletti aħjar ir-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw il-ħaddiema nisa;

6.

Jinnota li – minbarra r-reputazzjoni tal-intrapriża u l-fatturi ekonomiċi – ir-rekwiżiti legali u t-talbiet tal-ħaddiema huma ż-żewġ fatturi ewlenin li jimmotivaw lill-ħaddiema biex jieħdu azzjoni;

7.

Jitlob, meta jingħataw kuntratti pubbliċi, li l-livelli ta' sigurtà u l-prattiki ta' prevenzjoni kontra l-inċidenti jiġu kkunsidrati iktar;

8.

Iqis li l-politika Ewropea dwar ir-riskji kimiċi, il-prevenzjoni tal-kanċers marbuta max-xogħol u l-protezzjoni tal-kapaċità ta' riproduzzjoni għandhom ikunu aktar ambizzjużi u reattivi;

9.

Jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni integrali ta' REACH u l-ħtieġa ta' sinerġija ħafna akbar bejn din u l-politiki tal-OHS kemm f'livell Ewropew kif ukoll fl-Istati Membri;

10.

Jitlob li l-istrateġija Ewropea li jmiss tistabbilixxi iktar għanijiet li jistgħu jitkejlu, akkumpanjati minn kalendarji vinkolanti u evalwazzjoni perjodika; jixtieq li l-għan ta' spettur tax-xogħol għal 10 000 ħaddiema, irrakkomandat mill-ILO, isir obbligatorju,

11.

Jirrimarka l-ekonomiji li saru minħabba l-kriżi ekonomika ma jridux ifissru li s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jintnesew u jenfasizza li baġits ta' awsterità u tnaqqis fl-infiq soċjali m'għandhomx ikunu ta' ħsara għall-azzjoni biex tippromwovi s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

12.

Jemmen li l-effetti ekonomiċi tal-kriżi u r-riċessjoni ekonomika qawwija f'ċerti Stati Membri m'għandhomx iservu bħala skuża għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni difettuża dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, jew ifixklu l-politiki ta' prevenzjoni kontra r-riskji relatati max-xogħol;

13.

Iqis li l-Istati Membri u l-impriżi għandhom jinvestu aktar fil-politiki ta' prevenzjoni tar-riskji u jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema f'dawn il-politiki; iqis li tali investiment jitħallas lura fil-forma ta' produttività mtejba tax-xogħol, żieda fil-kompetittività tal-intrapriżi u t-tnaqqis fl-ispejjeż tas-sigurtà soċjali u li, barra minn hekk, dan jippermetti li tiġi żgurata l-vijabilità tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali;

14.

Jemmen li politika ta' prevenzjoni tal-inċidenti li tkun ġenwinament effikaċi trid tibda mill-istadju tal-ippjanar sabiex tiżgura li s-sigurtà akbar li tirriżulta mill-innovazzjoni se testendi kemm għall-prodott kif ukoll għall-proċess kollu ta' produzzjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw u jħeġġu r-riċerka f'dan il-qasam;

15.

Jemmen li l-problema tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha tiġi ttrattata permezz tal-implimentazzjoni ta' strateġija fuq żewġ livelli, billi jsiru sforzi fil-ġlieda kontra r-riskji ambjentali u billi jsir titjib fil-post tax-xogħol mill-aspett psikosoċjali; iqis li s-suċċess ta' din l-istrateġija se jiddependi fil-parti l-kbira fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u tas-sħab soċjali f'livelli nazzjonali, lokali u fuq il-postijiet tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni ssegwi u ssaħħaħ id-diskussjonijiet u l-konsultazzjonijiet mas-sħab soċjali bl-għan li tikseb azzjoni konġunta u konċertata dwar kwistjonijiet partikolari;

16.

jenfasizza li l-istress fuq il-post tax-xogħol huwa rikonoxxut bħala ostaklu importanti għall-produttività fl-Ewropa; Jiddeplora ż-żieda dejjem tikber tal-patoloġiji u inċidenti dovuti għal problemi psikosoċjali fost il-ħaddiema; ifakkar l-inċidenza tas-suwiċidju fuq il-post tax-xogħol u l-impatt reali li n-nuqqas ta' sigurtà tax-xogħol ikollu fuq il-fattur tal-istress; jiddispjaċih bl-implimentazzjoni mhux ugwali fl-UE kollha tal-Ftehim Qafas dwar l-istress fuq il-post tax-xogħol tat-8 ta' Ottubru 2004; jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura li dan il-ftehim jiġi implimentat f'kull Stat Membru u jitlob lis-sħab soċjali jaħdmu iżjed biex iżidu l-għarfien u l-fehim tal-istress relatati max-xogħol fost min iħaddem, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom;

17.

Jinnota l-proliferazzjoni ta' forom ta' xogħol mhux standard (xogħol temporanju, staġonali, nhar ta' Ħadd, part time, xogħol mid-dar) li jeħtieġu approċċ speċifiku għall-protezzjoni tal-ħaddiema;

18.

Jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tagħti biżżejjed attenzjoni lill-approċċ ta' integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi meta titratta kwistjonijiet dwar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, jew fl-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew fil-valutazzjoni tagħha ta' nofs il-perjodu; għalhekk jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistieden li jsir il-preparament ta’ metodi uniċi ta’ analiżi tal-impatt fl-OHS fir-rigward tal-ispeċifiċità tas-sessi; jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-livell Komunitarju, tivverifika l-istatistiċi li juru l-ispeċifiċitajiet għal kull sess fir-rigward tal-mard professjonali, kemm jekk mortali kif ukoll jekk le; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw ir-riskji speċjali li qed jiffaċċjaw l-ħaddiema nisa fil-politiki ta' prevenzjoni u metodi ta' assessjar tar-riskji;

19.

Għandu l-fehma, li peress li r-rata tal-impjieg teħtieġ tiżdied b'medja annwali ta' madwar 1 % fl-UE, huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema akbar fl-età u/jew dawk b'diżabbiltajiet, u li l-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġi adattat għas-sitwazzjoni mibdula tagħhom;

20.

Jinnota li la s-settur pubbliku u lanqas dak privat m'huwa verament ippreparat biex jiffaċċja s-sitwazzjoni demografika u jqisu bħala possibbiltà l-impjieg ta' aktar nies b'diżabbiltajiet, bi problemi ta' saħħa fit-tul bħal pereżempju mard kroniku jew b'kapaċitajiet anqas ta' xogħol; jemmen li għanda titpoġġa enfażi akbar fuq l-aċċessibbiltà u s-sigurtà tal-impjiegi għal dawk il-ħaddiema;

21.

Jiddispjaċih minħabba d-dewmien tal-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida dwar il-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa rigward l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji kkaġunati mill-kampijiet elettromanjetiċi wara r-rapport tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE u jitlob li l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tiġi implimentata malajr wara l-adozzjoni tagħha;

22.

Iqis r-responsabbiltà soċjali korporattiva bħala mod importanti u effikaċi ta' kif jiġu garantiti kundizzjonijiet ta' xogħol aktar siguri u ambjent ta' xogħol aħjar u għalhekk jemmen li din ir-responsabbiltà għandha tiġi mħeġġa;

23.

Iqis neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE, l-ILO u d-WHO bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet għall-kompetizzjoni soċjali bejn il-ħaddiema Ewropej u dawk ta' pajjiżi terzi;

Ġbir ta' dejta statistika

24.

Jissottolinja li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa mezzi statistiċi speċifiċi għas-sess u l-età, sabiex tevalwa l-prevenzjoni mhux biss rigward inċidenti iżda wkoll rigward patoloġiji u l-persentaġġ tal-ħaddiema esposti għall-aġenti kimiċi, fiżiċi jew bijoloġiċi u għal sitwazzjonijiet perikolużi mil-lat tal-organizzazzjoni tax-xogħol;

25.

Jenfasizza l-importanza ta' miżuri bbażati fuq is-sess u approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja biex jeliminaw ir-riskju ta' irtirar kmieni minħabba problemi ta' saħħa;

26.

Jissottolinja d-diffikultajiet biex tinġabar id-dejta f'diversi Stati Membri; jitlob sabiex il-ħidma tal-aġenziji EU-OSHA u Eurofound (Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol) tiġi msaħħa u mxerrda ferm sew;

27.

Jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-saħħa u s-sigurtà tax-xogħol (UE-OSHA) tiġbor l-indikaturi nazzjonali rigward l-espożizzjoni għall-kanċers u teżamina mill-ġdid l-għarfien dwar l-espożizzjoni ta' ħaddiema li huma partikolarment vulnerabbli;

28.

Jissottolinja l-importanza ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Kumitati speċjali tal-Kummissjoni Ewropea, bħal pereżempju l-Kumitat tal-Ispetturi Anzjani tax-Xogħol u l-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għat-twettiq ta' riżultati aħjar u għall-preżentazzjoni ta' proposti;

29.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżviluppaw programm Ewropew ta’ sorveljanza tar-riskji relatati max-xogħol (b’mod partikolari l-problemi muskuloskeletali u psikosoċjali), li jkun ibbażat fuq indikaturi u definizzjonijiet tas-saħħa u għodod epidemjoloġiċi komuni għas-27 Stat Membru; jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ approċċ integrat għas-sorveljanza, li jqis fl-istess ħin it-triq professjonali tal-impjegati attwali u l-istat tas-saħħa ta’ min ikun irtira;

30.

Jinnota t-tnaqqis tan-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-UE u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kemm fil-fatt dan huwa dovut għal tnaqqis tal-livell ta' impjiegi u għall-bidla kontinwa lejn is-settur terzjarju; jixtieq li l-għanijiet stabbiliti f'livelli Ewropej u nazzjonali u l-evalwazzjoni tat-tlestija tagħhom jikkunsidraw iżjed din id-dimensjoni makroekonomika;

31.

Jieħu nota tar-riżultati tal-proġett "Scoreboard 2009" tal-Kummissjoni li juri l-prestazzjoni individwali tal-Istati Membri; iqis li jeħtieġ li jkopri l-oqsma kollha tal-istrateġija Ewropea 2007-2012; jiddispjaċih li l-eżattezza u s-suffiċjenza tad-dejta mhumiex dejjem ivverifikati imparzjalment u li d-dejta hija pprovduta b'mod fakultattiv; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li dejta affidabbli u komprensiva pprovduta mill-Istati Membri kollha u li d-dejta pprovduta tiġi kkontrollata minn awtoritajiet indipendenti f'livell nazzjonali;

32.

Jikkritika l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha ffissaw objettivi li jistgħu jitkejlu relatati mal-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-OHS, u li l-parti l-kbira fosthom ma ffissawx objettivi relatati mal-mard professjonali, il-problemi u l-mard relatati max-xogħol, il-fatturi ta' riskju professjonali jew is-setturi f'riskju għoli; jenfasizza li la r-rieżami ta' nofs it-terminu u lanqas is-scoreboard 2009 tal-istrateġija fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ma jagħtu informazzjoni solida dwar il-progress tal-Istati Membri f'dak li jikkonċerna l-uniku objettiv kwantifikat imħabbar fl-istrateġija tal-UE, jiġifieri tnaqqis b' 25 % tal-inċidenti tax-xogħol sal-2012; jitlob li r-rapporti ta' evalwazzjoni fil-ġejjieni jevalwaw b'mod iktar sodisfaċenti r-rispett konkret tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fl-Istati Membri;

33.

Jirrimarka li huwa importanti, l-ewwel u qabel kollox, li tingħata definizzjoni ċara lill-inċidenti u mard relatati max-xogħol, inklużi inċidenti matul l-ivvjaġġar (mid-dar sal-post tax-xogħol), apparti l-istress relatat max-xogħol, li għandhom jitkejlu skont indikaturi speċifiċi;

34.

Jemmen li jeħtieġ li tiġi studjata r-rabta bejn is-sofferenza fuq il-post tax-xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol, inkluż il-ħinijiet tax-xogħol; jitlob li jsiru investigazzjonijiet fil-problemi ta' saħħa li għandhom ikunu bbażati fuq approċċ olistiku li jkopri organizzazzjoni tax-xogħol, fatturi statistiċi u fraġilitajiet individwali;

35.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal u tipprovdi statistiċi li juru l-punt sa fejn ir-riċerka mmirata lejn il-prevenzjoni sa mill-fażi ta' ppjanar għandha impatt fuq it-tnaqqis fir-rati ta' inċidenti;

36.

Jiġbed l-attenzjoni dwar id-diffikultà li tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fir-rigward tal-ħaddiema li jwettqu attivitajiet mhux iddikjarati; għandu l-fehma li din l-inġustizzja tista' tiġi evitata biss permezz ta' kontrolli aktar stretti u sanzjonijiet xierqa u jħeġġeġ li jittieħdu miżuri qawwija kontra l-organizzazzjoni ta' tali attivitajiet; jissottolinja li l-OHS hija dritt tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiem u li dan id-dritt għandu jkun effettiv permezz tal-leġiżlazzjoni.

37.

Jirrimarka l-importanza tat-trasferiment tad-dejta xjentifika lill-industrija sabiex iwaqqfu riskji ġodda u emerġenti;

38.

Jinnota li l-pajjiżi Ewropej bil-livelli l-aktar baxxi ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma wkoll l-aktar kompetittivi (20); iqis li jeħtieġ li tinġabar dejta li tevalwa l-impatt ta' prevenzjoni tajba tar-riskji fuq il-kompetittività tal-impriżi;

39.

Jitlob lil UE-OSHA u Eurofound janalizzaw kawzi ta' irtirar kmieni fost in-nisa u l-irġiel;

40.

Jitlob lil UE-OSHA twettaq riċerka dwar ix-"xift doppju" fuq is-saħħa tal-ħaddiema nisa, jiġifieri meta n-nisa jridu jkomplu jaħdmu b'xogħol mhux imħallas f'darhom wara xogħol imħallas regolari u rikonuxxut;

41.

Jitlob skambju transkonfinali ta' informazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet nazzjonali fir-rigward ta' spezzjonijiet aktar effiċjenti meta l-ħaddiema jiġu trasferiti lejn Stati Membri oħra tal-UE;

Kultura ta' prevenzjoni

42.

Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' informazzjoni dwar ir-riskji u s-soluzzjonijiet fost l-impjegati, min iħaddem, is-sħab soċjali jew anke s-servizzi tas-saħħa; ifakkar fir-rwol pożittiv tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-impjegati f'dan ir-rigward;

43.

Jemmen li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jgħinu jtejbu l-OHS, speċjalment fl-SMEs u jekk ir-rappreżentazzjoni hija organizzata fuq bażi formali; iqis li l-parteċipazzjoni tal-impjegati hija fattur ewlieni ieħor ta' suċċess għall-ġestjoni tar-riskji tal-OHS (21);

44.

Ifakkar li l-OHS hija neċessarjament multidixxiplinarja, peress li hi tinkludi - b'mod partikolari - mediċina, sigurtà, ergonomija, tossikoloġija, iġjene industrijali u psikoloġija

45.

Iqis li huwa importanti li titjieb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti permezz ta' strumenti vinkolanti bħal pereżempju l-iskambju ta' prattiki tajba, kampanju ta' sensibilizzazzjoni u informazzjoni aħjar;

46.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ifasslu linji gwida dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li huma aktar faċli li jkunu applikati fil-prattika, mingħajr ma jipperikolaw ir-regoli dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol;

47.

Jirrimarka li madwar 50 % tal-ħaddiema tal-UE għad ma għandhomx aċċess għas-servizzi ta' prevenzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-SMEs u s-sottokuntrattar; Jenfasizza li l-biċċa l-kbira tas-servizzi eżistenti mhumiex multidixxiplinarji u li għadd minnhom ma jirriflettux b'mod xieraq il-ġerarkija tal-miżuri preventivi previsti fid-Direttiva Qafas; Iqis li l-ħaddiema kollha, kemm dawk tas-settur pubbliku kif ukoll dawk tas-settur privat, għandhom ikunu koperti minn arranġamenti ta' prevenzjoni tar-riskji kif ukoll politiki ta' prevenzjoni effikaċi, inklużi arranġamenti ta' aċċessibbiltà, korsijiet ta' taħriġ u laqgħat ta' ħidma għall-ħaddiema, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni ta' ħaddiema vulnerabbli, b'mod partikolari dawk li jkollhom jieħdu sehem fi skemi ta' attività obbligatorja mingħajr ma jkollhom il-kwalifiki neċessarji u mingħajr ma jkunu ngħataw taħriġ preċedenti; jemmen ukoll li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-forom il-ġodda ta' impjiegi sabiex il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' kontroll ikopru l-ħaddiema kollha irrispettivament mit-tip ta' xogħol imwettaq u l-modalitajiet tal-impjieg tagħhom; jispera li l-mira tkun ta' spettur ta' sigurtà għal kull 3 000 impjegat;

48.

Iqis li r-responsabbiltà soċjali korporattiva għandha rwol fil-promozzjoni tal-OHS;

49.

Iqis li l-indipendenza tas-servizzi ta' prevenzjoni lejn min iħaddem għandha tkun garantita; Iqis, fir-rigward tas-saħħa relatata max-xogħol, li l-monitoraġġ, twissijiet, għarfien espert dwar is-saħħa pubblika u l-pariri tajba relatati jistgħu jiġu trattati biss minn professjonisti indipendenti tas-saħħa; jiddispjaċih li l-ġestjoni tas-servizzi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol baqgħet fdata, f'ċerti Stati Membri, f'idejn assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem, li jaġixxu kemm bħala imħallef kif ukoll bħala konvenut; peress li l-laqgħat ġenerali tagħhom huma l-korpi reali li jieħdu d-deċiżjonijiet;

50.

Għandu l-fehma li l-progress tar-riċerka fis-settur tas-saħħa, il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi li dejjem jevolvu, l-iżviluppi fit-teknoloġiji l-ġodda u l-bidliet fis-suq tax-xogħol jeħtieġu viġilanza f'livell Ewropew u nazzjonali dwar l-emerġenza ta' riskji ġodda relatati max-xogħol u aġġornament f'waqtu tal-leġiżlazzjoni rilevanti, tal-qafas ta' implimentazzjoni tagħha u tal-lista ta' xogħlijiet iebsa u mhux tajbin għas-saħħa.

51.

Jirrimarka li l-ispetturi tax-xogħol għandhom rwol indispensabbli permezz tal-edukazzjoni, persważjoni u inkoraġġiment u fil-verifika tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u b'hekk fil-prevenzjoni, b'mod partikolari billi jiġi vverifikat ir-rispett ta' kundizzjonijiet diċenti ta' xogħol għall-gruppi ta' ħaddiema vulnerabbli jew il-professjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati b'mod mhux iddikjarat; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu standards għoljin għal dak li jirrigwarda t-taħriġ tal-ispetturi tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-livelli tal-persunal, u r-riżorsi disponibbli għall-ispetturi tax-xogħol sabiex jilħqu l-mira ta' spettur għal kull 10 000 impjegat, kif rakkomandat mill-ILO; iħeġġeġ it-tisħiħ tas-sanzjonijiet kontra l-impriżi li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom dwar id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u jqis li l-penali f'tali każijiet jeħtieġ li jkunu effikaċi, proporzjonali u disważivi.

52.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-piż tal-burokrazija u l-istruttura kumplessa tal-mekkaniżmi tal-kontroll tal-istat għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għall-ispezzjonijiet tax-xogħol, billi jsaħħu d-dinamiċi tagħhom u jissimplifikaw proċeduri interni li jieħdu ħafna ħin bl-għan li jimplimentaw kontrolli aktar numerużi u aktar effikaċi;

53.

Jitlob lill-Istati Membri jeżerċitaw kontroll aktar rigoruż fuq in-nuqqas ta' dikjarazzjoni ta' inċidenti fuq ix-xogħol;

54.

jitlob lill-Kummissjoni tipproponi direttiva li tipproteġi l-individwi li b'mod leġittimu jwissu lill-OHS b'riskji mhux magħrufa, speċjalment billi jinnotifikaw l-ispettorat tax-xogħol xieraq; dawn l-individwi għandhom jiġu protetti sabiex tiġi evitata kull pressjoni li ssir fuqhom (theddid ta' tkeċċija, eċċ); f'dan ir-rigward jitlob lill-Kummissjoni ttemm l-elenkar f'lista sewda ta' tali ħaddiema billi tiżgura li tali ksur ta' dritt fundamentali tax-xogħol jiġi evitat permezz ta' sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u disważivi;

55.

Jitlob li l-prevenzjoni ta' problemi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tingħata l-istess attenzjoni kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku; ifakkar li l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni huwa vinkolanti;

56.

Jiddeplora n-nuqqas ċerti Stati Membri milli jikkoordinaw politiki pubbliċi dwar is-saħħa relatata max-xogħol;

57.

Jitlob lill-Istati Membri jsegwu eżaminazzjonijiet mediċi perjodiċi b'mod aktar effikaċi u jevalwaw ir-riżultati tagħhom, sabiex jiżguraw li l-istat ta' saħħa tal-ħaddiema tkun konformi mad-domandi tal-post tax-xogħol;

58.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal sett ta' prattiki tajba f'dan il-qasam; jenfasizza li huwa neċessarju li l-Istati Membri jistabbilixxu skambji tal-aħjar prattiki sabiex tiżdied l-effikaċja fuq il-post tax-xogħol;

59.

Jemmen li l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati fir-riċerka dwar riskji ġodda u fl-introduzzjoni ta' prattiki ġodda li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni b'mod aktar effettiv tar-regoli ta' sigurtà, permezz tas-Seba' Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni;

60.

Iqis li l-valutazzjoni tar-riskji għandha tkun multidixxiplinarja u bbażata fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema;

61.

Jinnota li l-valutazzjoni tar-riskji titwettaq fil-maġġoranza tal-kumpaniji, għalkemm din issir xi ftit inqas f'impriżi żgħar u f'ċerti Stati Membri (22);

62.

Iqis li l-SMEs mhumiex minnhom infushom anqas siguri iżda li r-riskji huma pjutost marbuta ma' organizzazzjoni tax-xogħol ineffikaċi kif ukoll mar-riżorsi anqas sostanzjali maħsuba għall-OHS; jemmen li l-SMEs jeħtieġ li jiġu megħjuna jistabbilixxu l-politiki tagħhom ta' prevenzjoni tar-riskji; jirrimarka l-użu tal-OiRA u inizjattivi simili u tal-inċentivi ekonomiċi; jistieden l-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki tagħhom;

63.

Iqis importanti li l-awtorità pubblika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mas-saħħa u s-sikurezza fl-Istati Membri tagħmel dak li tista' sabiex tevalwa u tnaqqas ir-riskji kollha u tiżgura li l-ħaddiema jkunu protetti b'mod xieraq; iqis importanti li l-SMEs jiġu megħjuna jistabbilixxu l-politiki tagħhom ta' prevenzjoni tar-riskji; jissottolinja r-rwol pożittiv ta' inizjattivi sempliċi, mingħajr ħlas u mmirati, bħal pereżempju l-OiRa; jemmen li l-valutazzjoni tar-riskji f'livell tal-kumpanija għandha titwettaq f'intervalli regolari u tkun aġġustata gradwalment sabiex jiġu kkunsidrati ċirkostanzi ġodda u riskji emerġenti;

64.

Jirrimarka li kampanji ta' informazzjoni u għarfien huma essenzjali sabiex jwissu kumpaniji - inklużi l-SMEs - dwar riskji u jiżguraw li jwettqu l-miżuri ta' prevenzjoni neċessarji;

65.

Jitħasseb dwar l-impatt tas-sottokuntrattar, pereżempju fil-qasam tal-installazzjonijiet nukleari ċivili u militari, u jissottolinja li kull min iħaddem, inkluż is-sottokuntrattur, għandu responsabbiltà lejn l-impjegati tiegħu u li miżuri ta' prevenzjoni għandhom jindirizzaw dawn l-impjegati;

66.

Iqis li l-ħaddiema kollha, u b'mod partikolari l-ħaddiema temporanji u part time u dawk b'kuntratt, jeħtieġu taħriġ speċifiku u aġġornat dwar is-saħħa sabiex jitjiebu l-livelli ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol; huwa mħasseb dwar in-numru li dejjem qed jikber tal-mard relatat mal-istress u jinnota n-nuqqas ta' edukazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istress fuq il-post tax-xogħol; jitlob li jsiru azzjonijiet ta' prevenzjoni għal kulħadd, iżda partikolarment għaż-żgħażagħ, bl-involviment tas-sħab soċjali, fil-forma ta' korsijiet ta' taħriġ dwar il-ġestjoni tal-istress, li għandhom jinkludu ħiliet soċjali, komunikazzjoni interpersonali u l-abilità li wieħed ilaħħaq ma' sitwazzjonijiet ta' kunflitt u fil-forma ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-iskola u fil-post tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu aktar użu effikaċi tal-Fond Soċjali Ewropew għal dan l-għan;

67.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fix-xjenza tax-xogħol; jixtieq aktar riċerka fil-livelli tal-UE u nazzjonali dwar dan is-suġġett;

68.

Jenfasizza li l-ostakoli ewlenin għall-konsiderazzjoni dwar ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol huma s-sensittività perċepita dwar il-kwistjoni, in-nuqqas ta’ għarfien, in-nuqqas ta’ riżorsi u n-nuqqas ta' għarfien speċjalizzat (23);

69.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp tal-istandards Ewropej tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-inkjesti fuq il-kawżi tal-inċidenti tax-xogħol, kif ukoll f’dak li hu skambju ta’ prattiki tajba;

70.

Jitlob lill-Istati Membri jinkorporaw l-OHS mill-bidu tat-taħriġ u sussegwentement bħala parti mill-edukazzjoni tul il-ħajja; iqis li ta' min jagħmel l-edukazzjoni dwar ir-riskji obbligatorja f'xi oqsma tat-teknoloġija, xjentifiċi, artistiċi u sportivi, kif wkoll fil-korsijiet ta' taħriġ dwar ġestjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw l-OHS fil-korsijiet tal-università, sabiex ikunu konxji minnha l-inġiniera, il-periti, l-irġiel u n-nisa fin-negozju, il-maniġers eċċ. futuri;

71.

Jemmen li sabiex jitnaqqas l-istress fuq ix-xogħol, taħriġ speċjalizzat dwar xogħol f'kundizzjonijiet ta' stress għandu jiġi introdott u żviluppat, kif ukoll laqgħat ta' ħidma dwar ħidma fi grupp u t-titjib tal-integrazzjoni ta' grupp partikolari ta' ħaddiema;

72.

Jitlob lill-Istati Membri jivvalutaw il-kwalità tat-taħriġ tal-maniġers għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol u jappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki tagħhom;

73.

Isostni li programmi ta' taħriġ jeħtieġ li jiġu appoġġati permezz ta' koordinazzjoni aħjar tal-politiki ta' Komunità u li programmi eżistenti għandhom jiġu intensifikati, bl-għan li jsegwu politiki ta' prevenzjoni tar-riskji b'kunsiderazzjoni tal-esperjenzi lokali, reġjonali u nazzjonali;

74.

Jenfasizza li l-emerġenza ta' tipi ġodda ta' xogħlijiet (pereżempju xogħlijiet ekoloġiċi) hija sors ta' opportunitajiet ġodda biex jipproteġu lill-ħaddiema (24) u jadattaw it-taħriġ professjonali;

75.

Iqis li sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' mard fit-tul, għandha tiġi żgurata konformità stretta mal-leġiżlazzjoni dwar il-liv għall-mard u l-liv għall-maternità, peress li l-pressjoni eżerċitata minn min iħaddem matul dan il-perjodu tista' twassal għall-estensjoni ta' dan il-liv;

76.

Ifakkar li l-post tax-xogħol għandu jitqies bħala l-aħjar pjattaforma għall-istrateġiji ta’ prevenzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, li jittrattaw kemm mard li jittieħed u kemm mard li ma jitteħidx, u li dawk li jħaddmu, l-organizzazzjonijiet tal-impjegati u sħab soċjali l-oħra għandhom rwol importanti xi jwettqu fil-promozzjoni tal-modi ta’ ħajja tajba għas-saħħa u tal-għarfien dwar is-saħħa fil-popolazzjoni attiva;

77.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa u jnaqqsu d-disparitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u mal-aċċess għas-servizzi bil-għan li jitjiebu s-saħħa tal-ħaddiema, il-prevenzjoni u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

Ħaddiema vulnerabbli u riskji speċifiċi

78.

Jissottolinja li - apparti l-ħaddiema li jagħmlu xogħol stressanti - il-migranti, iż-żgħażagħ, in-nies avvanzati fl-età, in-nisa li jinsabu fl-età li fiha jista’ jkollhom it-tfal, il-persuni b'diżabilità, il-membri ta' minoranzi etniċi, il-ħaddiema ftit kwalifikati u l-ħaddiema li ilhom qiegħda żmien li jidħlu lura fis-suq tax-xogħol huma kategoriji li jinsabu partikolarment f'riskju; jissottolinja li għandu jkun hemm inċentivi għal applikazzjoni aktar effikaċi tar-regoli dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, speċjalment għal dawn il-kategoriji; iqis li qabel ma dawn il-ħaddiema jirritornaw għax-xogħol, hu meħtieġ taħriġ speċjali minn qabel;

79.

Jinnota li ħaddiema żgħażagħ bejn l-età ta' 15 u 24 sena jinsabu f'riskju ta' korriment partikolarment għoli (25), u li l-konsegwenzi fit-tul ta' mard jew korriment f'età żgħira jistgħu jkunu sinifikanti; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa tal-inkorporazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fil-programmi eżistenti tal-UE, pereżempju “Żgħażagħ mobbli”;

80.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw il-proċess ta' bidla demografika billi jadattaw aħjar il-miżuri ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-bżonnijiet ta' ħaddiema akbar fl-età; jenfasizza l-effetti pożittivi tat-tagħlim tul il-ħajja biex tinżamm ħajja l-motivazzjoni għax-xogħol, kif ukoll ta' miżuri li jantiċipaw inqas saħħa fiżika, bħal postijiet tax-xogħol ergonomiċi; jenfasizza li ftehim ta' qafas bejn is-sieħba soċjali jkun impuls kostruttiv;

81.

Jemmen li ħaddiema mingħajr kwalifiki u dawk li ilhom qiegħda m'għandhomx jiġu impjegati mingħajr it-taħriġ preliminari neċessarju dwar ir-riskji ta' saħħa u sigurtà relatati max-xogħol;

82.

Huwa mħasseb dwar iż-żieda ta' arranġamenti mhux normali ta' xogħol bħal pereżempju x-xogħol part time, xogħol mid-dar, ħinijiet maqsuma, nhar ta' Ħadd u xogħol ta' bilejl meta jiġu infurzati tali arranġamenti ta' xogħol; jitlob li jiġu vvalutati r-riskji li jinqalgħu minħabba arranġamenti ta' xogħol infurzati u xogħlijiet multipli, speċjalment għan-nisa, iżda jinnota li meta dawn jintgħażlu b'mod volontarju, dawn l-arranġamenti jistgħu jintlaqgħu tajjeb mill-ħaddiema;

83.

Jiddeplora n-nuqqas ta' inizjattivi li jitrattaw is-sitwazzjonijiet ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom, temporanji, domestiċi jew b'kuntratt ta' żmien qasir, peress li huma wkoll għandhom jibbenefikaw mid-dritt li jkollhom l-OHS tagħhom;

84.

Jirrimarka li forom ta' impjieg temporanju huma mifruxa f'setturi bħal pereżempju l-kostruzzjoni u l-agrikoltura, fejn hemm numru għoli ta' inċidenti u mard relatat max-xogħol, u fis-setturi tas-servizzi, fejn l-għarfien huwa limitat (26);

85.

Iqis li l-miżuri biex iħeġġu x-xogħol part time għall-ħaddiema akbar fl-età jistgħu jipprovdu bidla progressiva lejn l-irtirar u jsaħħu l-benessri u l-kapaċitajiet ta' ħaddiema ixjeħ;

86.

Itenni r-rakkomandazzjoni tar-rapport Ewropew HIRES li ħaddiema temporanji u impjegati tal-kumpaniji għandhom jingħataw l-istess drittijiet għall-promozzjoni tas-saħħa fejn it-tip tax-xogħol ikun xogħol fit-tul immexxi minn min iħaddem.

87.

Jissottolinja li l-irġiel u n-nisa jintlaqtu b'mod differenti mir-riskji marbuta max-xogħol kemm jekk ikunu psikosoċjali kemm jekk ikunu fiżiċi (partikolarment dawk muskoloskeletali); ifakkar għalhekk li wieħed jista’ jistabbilixxi rabta bejn il-kuntratti prekarji, partikolarment dawk temporanji u part-time, u ż-żieda fir-riskji fiżiċi u psikosoċjali marbuta max-xogħol; għal din ir-raġuni jistieden lill-Istati Membri jqisu d-dimensjoni tas-sessi u r-riskji marbuta mal-kuntratti differenti tax-xogħol fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom;

88.

Jinsab imħasseb minħabba li ma hemmx biżżejjed evalwazzjonijiet tar-riskji li għalihom huma esposti n-nisa tqal fuq il-post tax-xogħol; jitlob li ssir riċerka dettaljata dwar l-effetti tal-espożizzjoni ta' nisa tqal għal ċerti kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol (pereżempju l-espożizzjoni għal aġenti kimiċi, ir-radjazzjoni jonizzanti, il-mewġiet elettromanjetiċi, l-istress, is-sħana eċċessiva, it-tqandil ta' piżijiet eċċessivi eċċ.); f'dan ir-rigward, jitlob li jiġu studjati l-korrelazzjonijiet bejn, minn naħa, il-korrimenti tat-tqala, il-kumplikazzjonijiet tat-twelid, it-tfal li jitwieldu bi problemi tas-saħħa u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma ta' riskju għan-nisa tqal;

89.

Jitlob valutazzjoni tal-impatt tar-riskji potenzjali tat-teknoloġiji ġodda, sustanzi dannużi u fatturi ta' riskji inkluż l-organizzazzjoni tax-xgħol fuq il-post tax-xogħol; jemmen li aktar riċerka, skambju ta' għarfien u applikazzjoni prattika tar-riżultati jgħinu fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni aħjar ta' riskji potenzjali ġodda; jitlob li jsiru azzjonijiet leġiżlattivi biex jiżguraw li nanomaterjali jkunu koperti bis-sħiħ minn regolamenti tal-OHS Ewropej attwali;

90.

Jikkunsidra li t-tul eċċessiv ta' xogħol u perjodi mhux biżżejjed ta' mistrieħ, flimkien ma’ obbligi sproporzjonati ta’ prestazzjoni, jikkostitwixxu fattur maġġuri ta' żieda tal-livell ta' inċidenti u mard relatati max-xogħol; jenfasizza li dawn id-dispożizzjonijiet jiksru prinċipji fundamentali tal-OHS; jitlob li jsir bilanċ sodisfaċenti bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja; jistieden lill-Istati Membri japplikaw bis-sħiħ id-Direttiva 2003/88/KE,

91.

Għandu l-fehma li hemm bżonn urġenti għal rieżami xjentifiku konklussiv tal-effetti tax-xogħol tal-Ħadd fuq is-saħħa tal-ħaddiema; iqis li l-Kummissjoni għandha titlob fil-futur qrib li jsir studju newtrali li janalizza r-riżultati attwali kollha biex jinstiltu konklużjonijiet xjentifikament solidi;

92.

Jiddeplora l-fatt li fil-livell Ewropew ma teżistix definizzjoni komuni u unika tal-fenomenu tal-fastidju morali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol li jkunu effikaċi u bbażati fuq definizzjoni tal-fastidju morali li tkun komuni għas-27 Stat Membru;

93.

Għandu l-fehma li l-istress li ħafna drabi jkun ikkawżat mill-bullying fuq il-post tax-xogħol huwa fattur li jżid l-mard muskoskeletali u r-riskji psikosoċjali u dawn il-fatturi għandhom ikunu soġġetti għal studju profond min-naħa tal-Kummissjoni

94.

Jixtieq li l-proposta leġiżlattiva futura dwar il-mard muskoluskeletali jkopru l-ħaddiema kollha;

95.

Huwa favur l-inizzjattiva leġiżlattiva għall-protezzjoni tal-ħaddiema mid-duħħan tat-tabakk waqt ix-xogħol, peress li attwalment mhijiex garantita protezzjoni komprensiva;

96.

Jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposta lill-Parlament u lill-Kunsill fl-2012 bl-għan li tipprojbixxi t-tipjip kullimkien fuq il-post tax-xogħol, inklużi stabbilimenti ġewwa tal-ikel, fuq it-trasport pubbliku kollu u fil-bini magħluq pubbliku kollu fl-UE kollha;

97.

Jitlob lill-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni wiesgħa dwar il-lista ta' mard relatat max-xogħol mas-sħab soċjali Ewropej bbażata fuq analiżi xjentifika u medika dettaljata tal-oqsma ewlenin perikolużi rikonoxxuti llum (partikolarment mard mentali u asbestos); jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-benefiċċji potenzjali għas-saħħa tal-ħaddiema li r-Rakkomandazzjoni 2003/670/KE dwar l-iskeda Ewropa tal-mard relatat max-xogħol tiġi aġġornata u ssir obbligatorja;

98.

Jemmen li riċerka addizzjonali hija meħtieġa sabiex jiġu determinati l-effetti tas-saħħa ta' xogħlijiet partikolari, inklużi fit-tul, sabiex - fejn ikun possibbli - jevitaw każijiet fejn il-bidu ta' mard jseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tax-xogħol; jemmen li l-prijoritajiet l-aktar urġenti tas-sħab soċjali għandhom jiġu kkunsidrati meta jiddeterminaw xogħlijiet li jirrikjedu aktar riċerka dwar is-saħħa u s-sigurtà;

99.

Jitlob lill-Kummissjoni, jekk studji ġodda jew ix-xjenza jagħtu prova li ċerti xogħlijiet għandhom riskji għoljin ta' saħħa u sigurtà, immedjatament tieħu l-miżuri xierqa biex tipproteġi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

100.

Iqis li r-rijabilitazzjoni u impjieg mill-ġdid wara marda jew inċident huma essenzjali u għandhom għalhekk jiġu mħeġġa;

101.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw mill-aktar fis id-Direttiva 2010/32/UE dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa u jiggarantixxu livell ta’ ħarsien massimu lill-pazjenti u lil dawk li jieħdu ħsiebhom li huma esposti għall-infezzjonijiet marbuta mal-kura tas-saħħa;

102.

Huwa allarmat dwar in-numru persistenti ta' kanċers assoċjati mal-eżerċizzju ta' attività professjonali; jiddispjaċih li numru kbir ta' ħaddiema għadhom esposti għall-perikli tal-asbestos; partikolarment fil-manutenzjoni u d-dekontaminazzjoni tas-setturi; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni torganizza sessjoni ta' smigħ dwar kif għandhom jiġu trattati l-problemi kbar tal-OHS relatati ma' asbestos eżistenti fil-bini u kostruzzjonijiet oħra bħall-vapuri, ferroviji u makkinarji; jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jimxu 'l quddiem bit-tneħħija tal-asbestos, pereżempju billi jiġu intraċati asbestos bil-bini u jipprovdu għat-tneħħija sigura tal-asbestos;

103.

jenfasizza l-valur miżjud tal-politika tal-Unjoni dwar il-kimiki u l-potenzjal għal titjib li għandu jkun użat sabiex jipprevjeni kanċers relatati max-xogħol;

104.

Jenfasizza li riskji minn karċinoġeni jaffettwaw prinċipalment lill-ħaddiema fis-setturi industrijali, tas-snajja u agrikoli, flimkien man-nisa fis-setturi tas-servizzi li huma ripetutament esposti għalihom (27); jitlob li ssir valutazzjoni tal-impatt dwar l-espożizzjoni tal-ħaddiema agrikoli għall-kimiki;

105.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jgħaġġlu l-implimentazzjoni tar-REACH, u b'mod partikolari s-sostituzzjoni tas-sustanzi kimiċi li huma l-aktar ta' tħassib;

106.

Iqis li l-istrateġija ġdida tal-Komunità għandha tiffoka fuq l-użu potenzjali tar-REACH għat-titjib tal-protezzjoni tal-ħaddiema minn perikli kimiċi, sforz imġedded għall-prevenzjoni ta' mard rekatat max-xogħol u titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema, tisħiħ tar-responsabbiltajiet ta' monitoraġġ u nfurzar ta' spettorati fuq ix-xogħol u l-parteċipazjoni tal-ħaddiema fit-tfassil, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' politiki ta' prevenzjoni, titjib tar-rikonoxximent ta' mard relatat max-xogħol u l-indirizzar ta' fatturi bħal flessibilità, nuqqas ta' sikurezza u ssekondar ta' kuntratti, eċċ. bħala ostakoli għall-prevenzjoni xierqa tar-riskju.

107.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel proposta ta' reviżjoni tad-Direttiva 2004/37/KE dwar is-sustanzi kanċeroġeni qabel l-aħħar tal-2012 sabiex testendi l-ambitu tagħha biex tinkludi s-sustanzi reprotossiċi f'analoġija mas-sustanzi li huma l-aktar ta' tħassib taħt REACH u ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sostizzjoni; jitlob li ssir rabta mas-saħħa riproduttiva;

108.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'leġiżlazzjoni futura dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fejn applikabbli, tippromwovi l-użu ta' teknoloġiji li jnaqqsu r-riskji minn sustanzi perikolużi f'każ ta' inċidenti marbuta max-xogħol u, fejn ikun possibbli, biex dawn it-teknoloġiji jissostitwixxu l-użu tas-sustanzi kimiċi u radjuattivi;

109.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproponu miżuri biex il-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġu adattati aħjar għall-bżonnijiet ta' dawk li jsofru minn kanċer jew mard ieħor relatat max-xogħol u mard kroniku;

110.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tevita li jiġi kompromess il-livell ta' protezzjoni miksub fid-direttivi Ewropej tal-OHS meta teżamina l-possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

*

* *

111.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali u l-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(3)  ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.

(4)  ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21.

(5)  ĠU L 134, 1.6.2010, p. 66.

(6)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 400.

(7)  ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 754.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.

(9)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 14.

(10)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 176.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2011)0332.

(12)  ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 138.

(13)  Il-Gvern Awstraljan: The Cost of Work-Related Injury and Illness for Australian Employers, Workers and the Community. Australian Safety and Compensation Council, Commonwealth of Australia 2009, 41 p., Marzu 2009.

(14)  EU-OSHA, ‘Young Workers – Facts and Figures’ (http://osha.europa.eu/en/publications/reports/7606507/view) and the related fact sheet (http://osha.europa.eu/en/publications/factsheets/70), 2007; ‘Facts and Figures – Musculoskeletal disorders’, 2010 (http://osha.europa.eu/en/publications/reports/TERO09009ENC/view); and ‘Facts and Figures – The Transport Sector’, 2011

(15)  EU-OSHA, Stħarriġ Esener 2009, http://osha.europa.eu/sub/esener/en/front-page/document_view?set_language=en

(16)  EUROFOUND ‘Working conditions of an ageing workforce’

(17)  Hämäläinen P, Saarela KL, Takala J: Global trend according to estimated number of occupational accidents and fatal work-related diseases at region and country level. Journal of Safety Research 40 (2009) 125–139. Elsevier B.V.

(18)  International Labour Organisation, 2005, stima għall-EU27; http://www.ilo.org/public/english/protection/safework/wdcongrs17/index.htm.

(19)  Occupational health and safety risks for the most vulnerable workers, EP Policy Department A, Economic and Scientific Policy, 2011, p. 40

(20)  EU-OSHA and World Economic Forum 2011.

(21)  EU-OSHA, stħarriġ ESENER.

(22)  EU-OSHA, stħarriġ ESENER.

(23)  UE-OSHA, stħarriġ ESENER.

(24)  UU-OSHA, Foresight of new and emerging risks to occupational safety and health associated with new technologies in green jobs by 2020, Phase 1: (http://osha.europa.eu/en/publications/reports/foresight-green-jobs-drivers-change_TERO11001ENN/view) and Phase 2 (http://osha.europa.eu/en/publications/reports/foresight-green-jobs-key-technologies/view; and NIOSH http://www.cdc.gov/niosh/topics/PtD/greenjobs.html

(25)  Verjans M., de Broeck V., Eckelaert L., OSH in figures: Young workers - Facts and figures, European Agency for Safety and Health at work, European Risk Observatory Report, Luxembourg, 2007, p. 133

(26)  Health and safety at work in Europe (1999-2007) – a statistical portrait (http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_OFFPUB/KS-31-09-290/EN/KS-31-09-290-EN.PDF); Causes and circumstances of accidents at work in the EU, European Commission 2008, http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/product_details/publication?p_product_code=KS-SF-09-063

(27)  ETUI, 2010, http://hesa.etui-rehs.org/uk/publications/pub54.htm


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/117


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Azerbajġan, b'mod partikolari l-każ ta' Rafig Tagi

P7_TA(2011)0590

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-Azerbajġan, b'mod partikolari il-każ ta' Rafig Tagi

2013/C 168 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Azerbajġan, b'mod partikolari dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-Tieni Samit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fid-29 u t-30 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni bejn il-KE u l-Azerbajġan li daħlet fis-seħħ fl-1999,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 mill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-tnax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Koperazzjoni UE-Azerbajġan li saret fi Brussell fil-25 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Rafig Tagi, kittieb u ġurnalista prominenti Azerbajġani, miet f’Baku fit-23 ta’ Novembru 2011 minn ġrieħi li ġarrab b’sikkina waqt attakk brutali li seħħ erbat ijiem qabel;

B.

billi l-Gvern Azerbajġani fetaħ investigazzjoni kriminali dwar dan l-attakk;

C.

billi ġie rappurtat li Rafig Tagi kien irċieva theddid ta’ mewt fil-ġimgħat qabel l-attakk, li aktarx sar b’ritaljazzjoni għal artikolu, fost artikoli oħra, ippubblikati fil-websajt Radio Azadlyq (Libertà) fl-10 ta’ Novembru 2011, li fih ikkritika l-Gvern Iranjan attwali;

D.

billi Rafig Tagi skonta sentenza ta’ priġunerija wara li nstab ħati, f’Mejju 2007, ta’ akkużi li xewwex il-mibegħda reliġjuża, akkużi msejsa fuq artikolu li kien kiteb fil-Ġurnal SanatAya, fejn argumenta li l-valuri Iżlamiċi kienu qed iwaqqfu l-integrazzjoni tal-Azerbajġan fi strutturi Ewropej u jxekklu l-progress demokratiku tiegħu;

E.

billi kjeriku ewlieni Iranjan, il-Gran Ayatollah Fazel Lankarani, ħareġ il-fatwa għall-qtil ta’ Rafig Tagi wara li dan tal-aħħar ippubblika l-artikolu msemmi; billi l-fatwa talbet ukoll li jinqatel Samir Sadagatoglu, l-editur tal-ġurnal Sanat;

F.

billi l-awtoritajiet Iranjani qatt ma kkundannaw din il-fatwa, li donnu li hi tixwixa għall-qtil, u lanqas ma ċċaraw li kwalunkwe persuna suspettata b'tixwix, ippjanar, twettiq jew kompliċità f’attakki fuq Rafig Tagi jew Samir Sadagatoglu għandha tiġi proċessata legalment;

G.

billi l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li jissorvelja l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, (ICCPR), li l-Iran huwa firmatarju tiegħu, riċentement esprima tħassib dwar l-Artikolu 226 tal-Kodiċi Kriminali Iranjana, li jgħid: ‘il-qtil jirriżulta f’ritaljazzjoni sakemm il-persuna maqtula ma kienx ħaqqha tmut skont il-liġi Iżlamika’; billi l-fatwi jintużaw biex jiġġustifikaw il- fatt li persuna ‘ħaqqha tmut’;

H.

billi l-awtoritajiet tal-Azerbajġan qatt ma kkundannaw b’mod ċar il-fatwa u t-theddid ta’ mewt pubbliku li rċieva Rafig Tagi waqt il-proċess tiegħu għal ‘malafama tar-reliġjon’ fl-2007; billi anke l-mewt tiegħu ngħatat attenzjoni minima fuq it-televiżjoni kkontrollat mill-istat u l-awtoritajiet għadhom ma kkundannawx il-qtil tiegħu pubblikament;

I.

billi l-awtoritajiet Azerbajġani għandhom fama ħażina rigward investigazzjonijiet ta' attakki kontra ġurnalisti, u dan jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għall-klima ta' biża' u impunità li qed tinfirex fost ix-xena tal-midja fis-snin riċenti;

J.

billi l-Azerbajġan qed jipparteċipa b'mod attiv fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u fis-Sħubija tal-Lvant, u billi l-Azerbajġan huwa membru fundatur tal-Euronest u hu impenjat li jirrispetta d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, li huma valuri ċentrali ta' dawn iż-żewġ inizjattivi;

K.

billi l-Azerbajġan se jingħata siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għall-perjodu 2012-2013, u ħa l-impenn li jirrispetta l-valuri espressi fil-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

L.

billi l-Azerbajġan hu membru tal-Kunsill tal-Ewropa u jagħmel parti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u ukoll firmatarju ta' numru ta' trattati internazzjonali oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

M.

billi l-Azerbajġan impenja ruħu li jirrispetta d-drittijiet tal-binedem bħala parti mill-valuri ewlenin Ewropej fil-qafas tas-sħubija tiegħu fil-Kunsill tal-Ewropa, l-OSCE, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, u d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta’ Praga;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-qtil ta’ Rafig Tagi u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sigurtà ta’ Samir Sadagatoglu; jinsab diżappuntat li l-awtoritajiet Azerbajġani naqsu milli jikkundannaw il-qtil ta’ Rafig Tagi u jiżguraw kuxjenza pubblika tal-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-mewt tiegħu;

2.

Jilqa’ l-pass tal-Gvern Azerbajġani li joħloq grupp ta’ ħidma speċjali biex jinvestiga l-qtil ta’ Rafig Tagi; jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani jiżguraw li l-investigazzjoni ssir bir-reqqa u tkun effettiva, u li l-awturi jiġu proċessati mill-qrati skont l-istandards internazzjonali ta’ proċessi ġusti;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipproteġu l-ħajja u s-sigurtà ta’ Samir Sadagatoglu;

4.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ICCPR jipprevedi l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, inkluż kritika tar-reliġjonijiet jew sistemi ta’ twemmin; jenfasizza li d-dritt għal-libertà tal-kelma, sew elettronika jew le, hu fundamentali għal soċjetà demokratika kif ukoll għall-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ drittijiet oħra; jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani biex jieqfu jabbużaw mil-liġi kriminali biex joħonqu d-dibattitu ħieles dwar ir-reliġjon;

5.

Itenni li l-aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-aċċess mhux ċensurat għall-internet (libertà tal-internet) huma drittijiet universali u huma indispensabbli għad-drittijiet tal-bniedem bħall-espressjoni ħielsa u l-aċċess għall-informazzjoni, kif ukoll sabiex jiżguraw it-trasparenza u r-responsabbilizzazzjoni fil-ħajja pubblika;

6.

Jinsisti li t-theddid u t-tixwix għall-vjolenza kontra individwi li jesprimu opinjonijiet li jitqiesu ‘offensivi’ minn xi segwaċi ta’ reliġjonijiet jew sistemi ta’ twemmin huma totalment inaċċettabbli, li l-persuni responsabbli għal tali theddid u tixwix iridu jiġu proċessati legalment, u li l-libertà tal-espressjoni u s-sigurtà tal-individwi mhedda jridu jiġu garantiti għalkollox;

7.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jneħħu l-kunċett ta’ ‘ħaqqha l-mewt’ mill-Kodiċi Kriminali riveduta li qed tiġi diskussa bħalissa fil-parlament tal-Iran; jinsab imħasseb ħafna li l-fatt li jeżistu fatwi li jitolbu l-qtil ta’ individwu jista’ jintuża bħala difiża fil-qrati Iranjani minn individwi akkużati bi qtil, għar-raġuni li l-vittma ‘kien ħaqqha tmut’; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw li kull minn ikun suspettat b’tixwix, ippjanar, twettiq jew kompliċità fi qtil, kemm jekk il-qtil jitwettaq fl-Iran u kemm jekk x’imkien ieħor, jiġi proċessat legalment fi proċess li jirrispetta għalkollox l-istandards internazzjonali ta’ proċessi ġusti;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani joffru l-koperazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet Azerbajġani waqt l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Rafig Tagi, u jiżguraw li l-kjeriċi Iranjani ma jitolbu l-qtil ta’ ħadd, la fl-Iran u lanqas f’xi pajjiż ieħor;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet Azerbajġani juru l-impenn ġenwin tagħhom għad-drittijiet tal-bniedem u jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u fil-kuntest tal-Euronest, is-Sħubija tal-Lvant jew kwalunkwe Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur mal-UE, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-dritt għall-ħajja u l-libertà tal-espressjoni;

10.

Jiddeplora l-fatt li l-awtoritajiet Azerbajġani ma tawx viża lir-rapporteur dwar il-priġunieri politiċi tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lill-Gvern tal-Azerbajġan jippermetti lir-rapporteur iżur il-pajjiż biex jinvestiga s-sitwazzjoni tal-allegati priġunieri politiċi;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Azerbajġan u tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/119


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan

P7_TA(2011)0591

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan

2013/C 168 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-Pakistan, b’mod partikolari dik tal-20 ta’ Jannar 2011 (1) u dawk tal-20 ta’ Mejju 2010 (2) u tat-12 ta’ Lulju 2007 (3), tal-25 ta’ Ottubru 2007 (4) u tal-15 ta’ Novembru 2007 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, b’mod partikolari dawk tal-24 ta’ April 2009 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan (6) u tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill adotatti fis-16 ta' Novembru 2009 dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, li fihom il-Kunsill enfasizza l-importanza strateġika ta' din il-libertà u tal-ġlieda kontra l-intolleranza reliġjuża,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew twemmin, adottati fil-21 ta' Frar 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Pakistan tal-4 ta' Ġunju 2010, li fiha ż-żewġ partijiet reġgħu stqarru d-determinazzjoni tagħhom sabiex jindirizzaw flimkien kwistjonijiet ta' sigurtà reġjonali u globali, li jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u li jikkooperaw flimkien sabiex isaħħu aktar il-gvern u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Pakistan,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pakistan u dwar l-Afganistan tat-18 ta' Lulju 2011 u tal-14 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar il-leġiżlazzjoni proposta dwar iċ-ċentri ta’ akkoljenza tan-nisa fl-Afganistan tal-5 ta’ Diċembru 2011, tal-20 ta’ Frar 2011 u tal-15 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali tal-5 Diċembru 2011 f’Bonn,

wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 (UDHR),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979 u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1981 dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha tal-Intolleranza u tad-Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u r-riżoluzzjoni 1888 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, li jenfasizzaw ir-responsabbiltà tal-istati kollha li jtemmu l-impunità u li jħarrku dawk responsabbli għal delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, inklużi dawk relatati ma’ vjolenza sesswali u vjolenza oħra kontra n-nisa u t-tfajliet,

wara li kkunsidra d-Dokument li jagħti l-Pożizzjoni tan-Netwerk tan-Nisa Afgani tas-6 ta’ Ottubru 2011 fi tħejjija għall-Konferenza ta’ Bonn,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, għalkemm is-sitwazzjonijiet fl-Afganistan u fil-Pakistan huma differenti u ta’ rilevanza indipendenti, kemm il-vjolenza fiżika kif ukoll dik morali kontra n-nisa għadha fost il-vjolazzjonijiet il-kbar tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtati fl-Afganistan u fil-Pakistan, b’mod partikolari f’ċerti reġjuni;

B.

Billi n-nisa u t-tfajliet ta’ spiss għadhom jiffaċċjaw attakki bl-aċtu u vjolenza domestika, traffikar, żwiġijiet furzati, inklużi żwiġijiet ta’ tfal, u jiġu skambjati biex jiġu solvuti tilwimiet; billi l-pulizija, il-qrati u uffiċjali oħra tas-settur tal-ġustizzja rari jindirizzaw l-ilmenti ta’ abbuż tan-nisa, inklużi s-swat, l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali, u dawk li jaħarbu dawn is-sofferenzi jistgħu anke jsibu ruħhom il-ħabs;

C.

billi, fil-parti l-kbira tal-każijiet, dawk li jwettqu l-vjolenza kontra n-nisa ma jiġux ikkastigati;

D.

billi l-applikazzjoni ta’ xi liġijiet, notevolment tal-liġijiet tal-familja, iwassal sabiex id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa jiġu vvjolati;

E.

billi l-Gvern tal-Afganistan għadda l-liġi dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa f’Awwissu 2009 u l-Kunsill Afgan tal-Ministri approva regolament dwar iċ-ċentri ta’ protezzjoni tan-nisa fil-5 ta’ Settembru 2011;

F.

billi ntlaħaq progress mill-2001 fir-rigward tas-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan f’diversi oqsma bħas-saħħa, l-edukazzjoni u r-rwol tan-nisa fil-politika fil-livelli nazzjonali u reġjonali u fis-soċjetà ċivili;

G.

billi l-Afganistan huwa firmatarju ta’ bosta konvenzjonijiet internazzjonali, partikolarment il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, u billi l-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni Afgana jistipula li l-irġiel u n-nisa għandhom drittijiet u dmirijiet ugwali quddiem il-liġi;

H.

billi, madankollu, is-sitwazzjoni tan-nisa Afgani għadha preokkupanti, peress li r-rata ta’ mortalità tal-ommijiet matul it-tqala u l-ħlas u r-rata tal-mortalità tat-tfal fl-Afganistan għadhom fost l-ogħla fid-dinja;

I.

billi f’xi żoni tal-Afganistan li huma taħt il-kontroll ta’ gruppi insurrezzjonisti jseħħu anke eżekuzzjonijiet permezz tat-tħaġġir bl-iskuża tal-“Liġi tax-Xarija”, kif ġara lil mara u lil bintha f’Ghazni fit-12 ta’ Novembru 2011;

J.

billi l-prattika ta’ “baad” – il-bejgħ ta’ mara jew tfajla bħala kumpens għal delitt jew bħala kastig deċiż mill-Jirga lokali – għadha tintuża, għalkemm hija meqjusa reat kriminali skont l-Artikolu 517 tal-kodiċi penali Afgan;

K.

billi l-irtirar imminenti tal-qawwiet tal-Punent mill-Afganistan jirriskja li jipperikola l-progress li sar fl-emanċipazzjoni tan-nisa, peress li t-Taliban jista’ jerġa’ jieħu l-kontroll tat-territorji fejn in-nisa qed jeżerċitaw b’mod ħieles id-drittijiet ġodda tagħhom;

L.

billi f’żoni kkontrollati mill-gvern in-nisa għandhom aċċess akbar għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għal opportunitajiet ta’ xogħol, iżda f’żoni affettwati ħafna minn gruppi insurrezzjonisti n-nisa jaffaċċjaw diskriminazzjoni sinifikanti f’termini ta’ aċċess għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għal opportunitajiet ekonomiċi u kulturali;

M.

billi, b’mod partikolari f’ċerti reġjuni, l-awtoritajiet Pakistani juru wkoll nuqqas inkwetanti li jagħtu protezzjoni lill-minoranzi u lin-nisa kontra l-inġustizzja soċjali, kif ġie enfasizzat minn sentenzi tal-qrati bħad-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Pakistan tal-21 ta’ April 2011, li ħelset is-sitt irġiel kollha ħlief wieħed li kienu akkużati li stupraw fi grupp lil Mukhtar Mai;

N.

billi fl-2002 il-pubbliku kemm fil-Pakistan kif ukoll barra l-pajjiż kien ixxokkjat mill-każ ta’ Mukhtar Mai, li ġiet stuprata minn grupp fuq ordni tal-kunsill tal-villaġġ bħala tpattija għall-kondotta allegatament ħażina ta’ ħuha u li rnexxielha tiddenunzja lill-aggressuri tagħha fil-qrati inferjuri;

O.

billi l-NGO Asia Human Rights Commission (AHRC) jenfasizza żieda allarmanti fil-Pakistan, speċjalment fil-provinċja ta’ Punjab, fin-numru ta’ nisa nsara li qed jiġu stuprati biex jiġu mġiegħla jikkonvertu għall-Iżlam, u diversi każijiet ta’ tfajliet żgħar insara li qed jinħatfu, jiġu stuprati u jinqatlu;

P.

billi l-eżempju traġiku ta’ Uzma Ayub, li nħatfet sena ilu, inżammet priġuniera u ġiet stuprata ripetutament minn bosta membri tal-forza tal-pulizija, turi nuqqas ta’ rispett inkwetanti għall-istat tad-dritt, peress li l-membri tal-familja tal-uffiċjali arrestati qatlu ħu l-vittma meta Ayub irrifjutat ftehim milħuq barra l-qrati;

Q.

billi wara l-kolp ta’ stat militari fl-1977 fil-Pakistan, id-dritt fundamentali li tkun ħieles minn diskriminazzjoni abbażi tas-sess kif garantit fil-Kostituzzjoni tal-1973 ġie sospiż;

R.

billi ddaħħlet serje ta’ liġijiet fil-Pakistan li jikkodifikaw l-istatus tan-nisa bħala subordinati quddiem il-liġi u f’xi każijiet jagħtu lix-xhieda tagħhom nofs il-piż li tingħata lil dik ta’ raġel, inklużi l-Ordinanzi Hudood u l-Liġi tal-Evidenza, li jiksru l-istatus u d-drittijiet tan-nisa;

S.

billi jeżistu numru ta’ liġijiet diskriminatorji oħra kontra n-nisa fil-Pakistan, inklużi l-Ordinanza tal-Liġi tal-Familja Musulmana, l-Att dwar il-Qorti tal-Familja tal-Punent tal-Pakistan, l-Att dwar ir-Restrizzjoni taż-Żwieġ tat-Tfal, l-Att dwar id-Dota tal-Punent tal-Pakistan (Projbizzjoni tal-wiri tagħhom) u l-Att dwar id-Dota u l-Wegħdiet ta’ Żwieġ (Restrizzjoni);

T.

billi l-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha favur il-bini ta’ sħubija b’saħħitha fit-tul ibbażata fuq l-interessi reċiproċi u l-valuri kondiviżi mal-Pakistan, l-appoġġ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-gvern ċivili tal-Pakistan, kif ukoll tas-soċjetà ċivili;

U.

billi l-UE, filwaqt li lesta tkompli bil-kooperazzjoni, tistenna mill-Pakistan li jirrispetta l-impenji internazzjonali tiegħu, b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa;

V.

billi l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili huma prinċipji u miri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi komuni għar-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi; billi l-għajnuna tal-UE għall-kummerċ u l-iżvilupp tiddependi mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi;

1.

Huwa mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfajliet u r-rapporti ripetuti ta’ vjolazzjonijiet brutali tad-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan; Jenfasizza li għandha tingħata b’urġenza attenzjoni internazzjonali aktar mill-qrib lis-sitwazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet f’dawk il-pajjiżi;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill, kif ukoll lill-komunità internazzjonali, iżidu b’mod sinifikanti l-fondi maħsuba għall-isforzi biex in-nisa jiġu protetti mill-istupru, mill-abbuż u mill-vjolenza domestika u biex jiddefinixxu miżuri prattiċi biex jappoġġaw il-movimenti tas-soċjetà ċivili kontra l-leġiżlazzjoni diskriminatorja;

3.

Jinsisti li d-drittijiet tan-nisa jiġu indirizzati b’mod espliċitu fid-djalogi kollha tad-drittijiet tal-bniedem, u b’mod partikolari l-kwistjoni tal-ġlieda kontra u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet, inklużi l-forom kollha ta’ prattiki tradizzjonali jew konswetudinarji li huma ta’ ħsara, iż-żwieġ qabel iż-żmien jew furzat, il-vjolenza domestika u l-qtil tan-nisa, u bl-istess mod jinsisti li tiġi miċħuda l-invokazzjoni ta’ kwalunkwe konswetudini, tradizzjoni jew kunsiderazzjoni reliġjuża jew ta’ kwalunkwe tip ieħor biex wieħed ma jaqdix id-dmir li jelimina din il-brutalità;

L-Afganistan

4.

Irodd ħajr lin-nisa Afgani li għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp u fit-tkabbir tan-nazzjon; huwa tal-fehma li l-avvanzi li saru f’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huma essenzjali biex jinbena l-futur tal-pajjiż;

5.

Jilqa’ bi pjaċir l-iżviluppi pożittivi fil-forma tal-ħatriet ta’ nisa f’pożizzjonijiet politiċi u amministrattivi ta’ grad għoli fl-Afganistan, bħal dik tas-Sa Sarabi bħala Gvernatur ta’ Bamyan; jinkoraġġixxi lill-Gvern Afgan ikompli bl-isforzi tiegħu biex iżid in-numru ta’ nisa li jeżerċitaw responsabilitajiet pubbliċi, b’mod partikolari fl-amministrazzjoni provinċjali;

6.

Jilqa’ bi pjaċir id-deċiżjoni riċenti tal-President Karzai li jagħti l-maħfra lil Gulnaz, vittma ta’ stupru li kienet intbagħtet il-ħabs għal adulterju; jistieden lill-gvern itemm il-prattika li jibgħat il-ħabs nisa li jippruvaw jaħarbu minn sitwazzjonijiet abbużivi, u minflok iżid in-numru ta’ ċentri ta’ akkoljenza għan-nisa u t-tfal fil-pajjiż, u jħeġġeġ lill-UE tagħti appoġġ permanenti għal dawn il-faċilitajiet;

7.

Jirrikonoxxi li, mill-waqgħa tar-reġim tat-Taliban, intlaħaq progress sinifikanti fir-rigward tas-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan; Jinnota t-tfaċċar mill-ġdid tal-biża’ ta’ deterjorazzjoni possibbli fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tan-nissa fl-Afganistan wara t-tluq tal-forzi alleati previst għall-2014;

8.

Jenfasizza l-fatt li r-rata tal-mortalità tal-ommijiet fl-Afganistan għadha fost l-ogħla fid-dinja, iżda jinnota b’sodisfazzjon xejra pożittiva murija mill-Istħarriġ riċenti tal-Mortalità fl-Afganistan (2010) imwettaq mill-Ministeru Afgan għas-Saħħa u ffinanzjat u appoġġat minn bosta organizzazzjonijiet internazzjonali, skont liema stħarriġ ir-rata tal-mortalità tal-ommijiet fl-Afganistan naqas għal inqas minn 500 mewt għal kull 100 000 twelid ta’ trabi ħajjin; Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri, lis-sħab internazzjonali u lill-NGOs iżommu ffukar partikolari fuq is-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal meta jimplimentaw proġetti fl-Afganistan;

9.

Jilqa’ bi pjaċir l-impenn imtenni mill-Afganistan, fil-konklużjonijiet tal-konferenza Bonn II, li "jkompli jibni soċjetà stabbli u demokratika, ibbażata fuq l-istat tad-dritt, fejn id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tiegħu, inkluża l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, ikunu garantiti skont il-Kostituzzjoni" kif ukoll li jirrispetta “l-obbligi kollha tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem”; jilqa’ bi pjaċir ukoll l-impenn tal-komunità internazzjonali li “tappoġġa l-progress tal-Afganistan f’din id-direzzjoni”s;

10.

Jistieden lill-Parlament Afgan u lill-Ministeru Afgan tal-Ġustizzja biex jirrevokaw il-liġijiet kollha li jikkawżaw diskriminazzjoni kontra n-nisa, jew li fihom elementi ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u li jiksru t-Trattati Internazzjonali ffirmati mill-Afganistan;

11.

Jemmen li l-impenn favur id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett tagħhom, partikolarment id-drittijiet tan-nisa, huma essenzjali għall-iżvilupp demokratiku tal-Afganistan;

12.

Huwa mħasseb serjament li, minkejja l-progress kollu li sar, in-nisa u t-tfajliet Afgani għadhom ikunu vittmi ta’ vjolenza domestika, traffikar, żwiġijiet furzati, inklużi żwiġijiet ta’ tfal, u jiġu skambjati biex jiġu solvuti tilwimiet; Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Afgani jiżguraw li l-pulizija, il-qrati u uffiċjali oħra tas-settur tal-ġustizzja jagħtu segwitu lill-ilmenti ta’ abbuż tan-nisa, inklużi s-swat, l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali;

13.

Huwa partikolarment imħasseb dwar il-fatt li n-nisa f’żoni kkontrollati mit-Taliban jew minn gruppi insurrezzjonisti oħrajn għadhom jaffaċċjaw ikkastigar permezz tat-tħaġġir jew l-isfigurazzjoni meta jiġu akkużati li jiksru l-kodiċi soċjali repressivi tat-Talibani;

14.

Jirrikonoxxi li l-ugwaljanza għan-nisa hija prinċipju li ġie minqux fil-Kostituzzjoni l-ġdida tal-Afganistan; jitlob li tiġi eżaminata mill-ġdid il-liġi dwar l-istatus personali tan-nisa Xiti fl-Afganistan li, minkejja xi emendi, tikkontradixxi l-prinċipji tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta’ Diskriminazzjoni u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

15.

Itenni li l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha għar-rikostruzzjoni tal-Afganistan għandu jinkludi miżuri konkreti biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa biex jissaħħaħ ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

16.

Jistieden lill-awtoritajiet Afgani jeliminaw il-prattika inumana tal-“baad” u jieħdu miżuri urġenti biex jimplimentaw b’mod sħiħ il-liġi tal-2009, li tipprevedi sentenzi penali ta’ massimu ta’ għaxar snin għall-ħatja;

17.

Jistieden lil-Gvern Afgan, biex jipproteġi aħjar id-drittijiet tan-nisa u jevita kundizzjonijiet diskriminatorji, jemenda l-leġiżlazzjoni eżistenti u l-kodiċi penali; jenfasizza li t-taħditiet ta’ paċi m’għandhom fl-ebda ċirkostanza jwasslu għal telf tad-drittijiet miksuba min-nisa f’dawn l-aħħar snin;

18.

Jinsisti li l-kontribut essenzjali tan-nisa għas-soluzzjoni tal-kunflitti fil-familji u fil-komunità għandu jsir użu tajjeb minnu, u li n-numru ta’ siġġijiet għan-nisa fil-Kunsill Għoli għall-Paċi u fil-Kunsilli Provinċjali għall-Paċi għandu jiżdied b’mod konsiderevoli;

Il-Pakistan

19.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-trattament tal-kawżi ġudizzjarji kontra Asia Bibi, Mukhtar Mai u Uzma Ayub, ħaġa li tista’ tnaqqar iktar mill-fiduċja fis-sistema tal-ġustizzja tal-Pakistan u tqawwi qalb dawk li jittantaw jiksru d-drittijiet tan-nisa u ta’ gruppi oħra li jinsabu f’riskju;

20.

Iħeġġeġ lill-Gvern Pakistani jibda jħaddem mekkaniżmi li jippermettu lill-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali jissorveljaw it-tmexxija ta’ kunsilli informali tal-villaġġi u tribali u jintervjenu f’każijiet fejn dawn ikunu aġixxew lil hinn mill-awtorità tagħhom;

21.

Jistieden lill-Gvern Pakistani jerġa’ jistabbilixxi d-drittijiet fundamentali minquxa fil-Kostituzzjoni tal-1973, inkluż id-dritt li tkun ħieles minn diskriminazzjoni abbażi ta’ sess;

22.

Iħeġġeġ lill-gvern jerġa’ jeżamina l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa li ddaħħlet wara l-kolp ta’ stat militari, b’mod partikolari l-Ordinanzi Hudood u l-Liġi tal-Evidenza, li jiksru l-istatus u d-drittijiet tan-nisa, billi jagħmluhom subordinati quddiem il-liġi;

23.

Jilqa’ bi pjaċir l-introduzzjoni riċenti ta’ abbozz ta’ liġi fl-Assemblea Nazzjonali biex il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Istatus tan-Nisa tinbidel f’korp awtonomu għall-emanċipazzjoni tan-nisa u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u jappoġġa l-isforzi biex jiġi żgurat li tgħaddi l-liġi għall-ħolqien ta’ Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem;

24.

Jilqa’ bi pjaċir l-approvazzjoni riċenti, kemm mis-Senat kif ukoll mill-Assemblea Nazzjonali, ta’ żewġ liġijiet importanti biex jiġu protetti n-nisa, jiġifieri l-Liġi tal-2010 dwar il-Kontroll tal-Aċtu u l-Prevenzjoni tad-Delitti bl-Aċtu u l-Liġi tal-2008 dwar il-Prevenzjoni ta’ Prattiki Kontra n-Nisa (Emenda tal-Liġi Kriminali), u jappoġġa l-ħolqien ta’ kummissjoni ta’ implimentazzjoni biex tissorvelja l-applikazzjoni rapida ta’ dawn il-liġijiet;

25.

Iqis li ta’ min jiddispjaċih, madankollu, dwar il-fatt li s-Senat ħalla l-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika taqa’ għalkemm l-Assemblea Nazzjonali għaddietha fl-2009; jemmen li huwa neċessarju, u fl-ispirtu tal-leġiżlazzjoni favur in-nisa li għaddiet dan l-aħħar, li l-Liġi terġa’ tiddaħħal u tiġi adottata malajr biex tiġi miġġielda l-vjolenza domestika;

26.

Jistieden lill-gvern jerġa’ jeżamina n-numru ta’ liġijiet diskriminatorji oħra kontra n-nisa, jiġifieri l-Ordinanza tal-Liġi tal-Familja Musulmana, l-Att dwar il-Qorti tal-Familja tal-Punent tal-Pakistan, l-Att dwar ir-Restrizzjoni taż-Żwieġ tat-Tfal, l-Att dwar id-Dota tal-Punent tal-Pakistan (Projbizzjoni tal-Wiri tagħhom), l-Att dwar id-Dota u l-Wegħdiet ta’ Żwieġ (Restrizzjoni), l-Ordinanzi Hudood, l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-1951 u l-Liġi tal-Evidenza tal-1984;

27.

Itenni l-appell tiegħu lill-gvern biex iwettaq rieżami dettaljat tal-liġijiet dwar l-atti blasfemi u l-applikazzjoni attwali tagħhom kif ukoll, fost l-oħrajn, tal-Artikolu 295 C tal-Kodiċi Penali, li jipprevedi piena tal-mewt mandatorja għal kull min jinstab ħati ta' atti blasfemi u, sadanittant, jimplimenta l-emendi diġà suġġeriti;

28.

Iħeġġeġ lill-gvern iħarrek lil dawk li jxewxu għall-vjolenza, b’mod partikolari dawk li jitolbu u, f'xi każijiet, joffru rikompensi għall-mewt ta’ individwi u gruppi li ma jaqblux magħhom, u jieħu aktar miżuri biex jiffaċilita d-dibattitu dwar din il-kwistjoni;

29.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pakistani jieħdu azzjoni deċiżiva biex jeliminaw il-qtil tal-“unur”; jiddikjara li s-sistema ġudizzjarja tal-Pakistan għandha tikkastiga lil dawk misjuba ħatja ta’ atti bħal dawn;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipproponu u jimplimentaw programmi edukattivi ffukati fuq it-titjib tal-ħiliet tal-qari u l-kitba u l-edukazzjoni tan-nisa fil-Pakistan;

31.

Jitlob lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE biex jinkludu l-kwistjoni tat-tolleranza reliġjuża fis-soċjetà fid-djalogu politiku tagħhom mal-Pakistan, ġaladarba din hija ta' importanza ċentrali fil-ġlieda għat-tul kontra l-estremiżmu reliġjuż;

32.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE biex jinsistu li l-Gvern tal-Pakistan jirrispetta l-klawsola rigward id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem minquxa fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan; itenni l-appell tiegħu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex iressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni u dwar il-klawsola tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

*

* *

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill- parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Afganistan u tal-Pakistan.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0026.

(2)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 147.

(3)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 583.

(4)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 666.

(5)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 434.

(6)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 57.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0490.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0489.

(9)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 33.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/126


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Tuneżija: il-każ ta' Zakaria Bouguira

P7_TA(2011)0592

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tuneżija: il-każ ta’ Zacharia Bouguira

2013/C 168 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tuneżija, b'mod partikolari dik tas-3 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-25 ta' Mejju 2011 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni bit-titolu ‧Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni‧ (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tat-28 u d-29 ta’ Settembru 2011 tat-Task Force UE-Tuneżija,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattament Krudili, Diżuman jew Degradanti Ieħor u l-Protokoll Fakultattiv tagħha,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikulari l-Artikoli 7 u 9 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fit-13 ta’ Novembru 2011, fl-Ajruport Tunis-Carthage, Zacharia Bouguira, student tal-mediċina mit-Tuneżija, kien xhieda ta’ atti pubbliċi ta’ vjolenza mwettqa mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi kontra grupp ta’ żgħażagħ Marokkini li kienu għall-finali tat-Tazza taċ-Champions Afrikana bejn Wydad Casablanca u Esperance Sportive de Tunis;

B.

billi, minħabba l-vjolenza estrema tal-attakk tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fuq 13-il Marokkin, li kellhom idejhom marbuta u ma setgħux jiċċaqalqu, Zacharia Bouguira beda jiffilmja li kien qed jiġri bil-mowbajl tiegħu bl-intenzjoni li jitfa’ l-vidjow fuq l-internet bl-għan li tiġi fit-tmiem din it-tip ta’ impunità li kienet mifruxa matul iż-żmien ta' Ben Ali u b'hekk jgħin jibni Tuneżija demokratika bbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

C.

billi Zacharia Bouguira kien immedjatament imwaqqaf milli jiffilmja minn gwardja tas-sigurtà u ż-żagħżugħ issawwat b’mod vjolent minn madwar 20 pulizija u mehud f’għassa tal-pulizija fil-periferija tal-ajruport mal-grupp ta’ żgħażagħ Marokkini;

D.

billi Zacharia Bouguira nżamm f’detenzjoni arbitrarja u matul dan iż-żmien kien suġġett għal atti ripetuti ta’ vjolenza u intimidazzjoni li jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu trattament diżuman u degradanti; billi, waqt li kien arrestat, iż-żagħżugħ kien xhieda wkoll tal-kundizzjonijiet li fihom kienu miżmuma l-Marokkini żgħażagħ l-oħra u t-trattament diżuman u degradanti li kienu suġġetti għalih;

E.

billi wara l-intervent tal-iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu quddiem l-istazzjon tal-pulizija ta' mal-fruntiera, il-ġurnalisti mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni Tuneżini Al Wataniya, Hannibal u Nesma ntbagħtu fuq il-post u xandru news flash fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ Novembru 2011 jiġġustifikaw l-arrest ta’ grupp ta’ supporters Tuneżini żgħażagħ abbażi tal-fatt li allegatament wettqu atti ta’ vandaliżmu fis-sala tat-tluq tal-ajruport;

F.

billi Zacharia Bouguira ġie rilaxxat wara l-intervent ta' ommu u l-avukat tagħha, li marru fil-post fejn kien qed jinżamm; billi disgħa mit-13-il supporter Marokkin inżammu taħt arrest bejn it-13 u l-21 ta’ Novembru 2011 u ġew trasferiti għall-ħabs ta’ Bouchoucha u Morniaga;

G.

billi fis-17 ta’ Novembru 2011 Zacharia Bouguira ressaq quddiem l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali domanda ta’ denunċja għal tortura kontra l-membri tal-forzi tas-sigurtà involuti u l-Ministeru tal-Intern, u billi ġie interrogat mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fit-8 ta' Diċembru 2011;

H.

billi avukati Tuneżini u organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jinnutaw li, minkejja l-waqgħa tar-reġim ta’ Ben Ali, il-membri tal-pubbliku għadhom regolarment suġġetti għal atti ta' vjolenza u prattiċi brutali min-naħa tal-forzi tas-sigurtà, fi ksur tal-impenji internazzjonali ffirmati dan l-aħħar mit-Tuneżija fir-rigward tad-Drittijiet tal-Bniedem;

I.

billi l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi kif ukoll l-azzjoni kontra t-tortura u l-impunità huma ta’ importanza essenzjali fil-bini ta’ Stat ġenwinament ibbażat fuq l-istat ta’ dritt, u billi l-iżgurar tar-rispett għal dawn il-prinċipji fundamentali jrid ikun ta’ tħassib ċentrali għall-Gvern Tuneżin futur meta jiddeċiedi liema riformi għandhom jingħataw prijorità, kif ukoll għall-Assemblea Kostitwenti tal-pajjiż;

J.

billi s-simpatizzanti tal-ex RCD għadhom preżenti u attivi sew fi ħdan il-Ministeri tal-Intern u tal-Ġustizzja;

K.

billi hu essenzjali, wara snin ta' oppressjoni, li tkun restawrata r-rabta ta’ fiduċja bejn il-pubbliku u l-awtoritajiet, b'mod partikolari l-forzi tas-sigurtà u l-ġudikatura, u billi hemm sejħiet pubbliċi regolari għal bidla radikali fir-rigward tal-prattiki tal-passat u jisħaq fuq ir-rispett tar-regoli bażiċi ta’ Stat demokratiku;

L.

billi hu essenzjali, jekk għandu jitwieled stat Tuneżin bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u biex ir-Rebbiegħa Għarbija tkun ta’ suċċess u twassal għal bidliet fit-tul, li din u każijiet oħra ta’ tortura, trattament jew pieni diżumani u degradanti jiġu kkastigati b'mod ġust u trasparenti u biex tiġieb fit-tmiem l-impunità għal reati bħal dawn;

1.

Jilqa’ l-impenji internazzjonali mwettqa mit-Tuneżija sa mit-tmiem tar-reġim ta' Ben Ali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-mekkaniżmi u l-proċeduri speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament diżuman u degradanti; iħeġġeġ għalhekk lill-awtoritajiet Tuneżini biex jiggarantixxu lil Zacharia Bouguira d-dritt għal proċess ġudizzjarju konformi mal-istandards internazzjonali, sabiex jitfa' dawl fuq il-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem li hu kien vittma tagħhom u biex dawk li wettqu dawn l-atti jiġu mħarrka; jitlob ukoll li jiġu investigati l-vjolazzjoni tad-drittijiet tat-tlettax-il ċittadin Marokkin;

2.

Jilqa’ r-ratifika mit-Tuneżija fid-29 ta' Ġunju 2011 tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura, kif ukoll ir-ratifika tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha Kontra l-Għajbien Sfurzat u tal-ewwel Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

3.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGĦ) u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iżommuh infurmat fir-rigward tal-passi meħuda mill-awtoritajiet Tuneżini u l-azzjoni li tittieħed dwan dan;

4.

Huwa konxju mill-isfidi li se tħabbat wiċċha magħhom it-Tuneżija matul il-proċess ta’ tranżizzjoni; jistieden lill-Gvern Tuneżin u l-Assemblea Kostitwenti, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins interessati biex mingħajr dewmien jimpenjaw ruħhom fi proċess ta’ riforma irreversibbli li jirrigwarda b’mod partikolari s-settur tas-sigurtà, b’referenza speċifika għas-sistemi tal-pulizija u tal-ġustizzja, u biex tkun garantita l-indipendenza tal-ġudikatura u l-libertà u l-indipendenza tal-istampa u tal-midja, sabiex tiġi stabbilita demokrazija soda u sostenibbli;

5.

Iqis li r-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-impunità huma ħidmiet essenzjali li għandhom jibdew mingħajr dewmien, u jqis li huwa biss meta dawn il-ħidmiet jiġu finalizzati li jkun possibbli li jiġi stabbilit stat vijabbli bbażat fuq l-istat ta’ dritt u jinbeda proċess ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali; hu tal-fehma li t-trasformazzjoni tal-pulizija minn korp li jiffoka fuq l-ordni pubbliku u l-kontroll għal wieħed li jiffoka fuq il-ħarsien tal-individwi u l-proprjetà hi parti essenzjali tat-tranżizzjoni demokratika; jitlob għalhekk li din ir-riforma titwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu f’dan il-qasam;

6.

Itenni l-appoġġ u r-rabta tiegħu għall-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Tuneżin favur id-demokrazija u jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żamma b'suċċess tal-ewwel elezzjonijiet liberi fit-23 ta' Ottubru 2011, li huma l-ewwel elezzjonijiet li rriżultaw mill-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija, fejn l-Assemblea Kostitwenti issa għandha l-ħidma storika li toħloq il-pedamenti għal Stat ibbażat fuq prinċipji demokratiċi, fuq l-istat ta' dritt u fuq il-libertajiet fundamentali;

7.

Jenfasizza li d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, sew offline kif ukoll onlajn, hija ta’ importanza fundamentali għal soċjetà libera u demokratika kif ukoll għall-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ drittijiet oħra; jenfasizza li aċċess ħieles għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni kif ukoll l-aċċess mingħajr ċensura għall-internet (il-libertà tal-internet) huma drittijiet universali u huma indispensabbli għall-iżgurar tat-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni fil-ħajja pubblika;

8.

Jistieden lill-VP/RGħ, lill-SEAE u lill-Kummissjoni biex ikomplu jappoġġaw it-Tuneżija matul dan il-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika billi jagħtu prijorità lit-tfassil, f’konformità mal-obejttivi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat il-ġdida, programm ta’ appoġġ fis-settur tas-sikurezza u b’mod partikolari tal-pulizija, u programm li jappoġġa r-riforma tas-sistema ġudizzjarja bħala parti mill-proċess ta’ riforma mmexxi mill-gvern, u li jinkludi mekkaniżmu għal konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet min-naħa tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-SEAE jiżgura li l-Parlament ikun infurmat kif xieraq bil-progress tan-negozjati attwali tal-pjan ta’ azzjoni l-ġdid UE-Tuneżija kif ukoll bil-ħidma tat-Task Force UE-Tuneżija;

9.

Jistieden lill-Gvern Tuneżin u lill-Assemblea Kostitwenti biex iqisu l-ħolqien, skont l-istandards internazzjonali, u b’mod partikolari l-Prinċipji ta’ Pariġi, ta’ Kunsill Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem imsaħħaħ b’mekkaniżmi li jiddefendu u jħarsu kontra l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u bl-abilità li jaċċetta applikazzjonijiet individwali u jwettaq investigazzjonijiet indipendenti;

10.

Jilqa’ r-rapport tal-kummissjoni nazzjonali li tinvestiga każijiet ta' frodi u korruzzjoni (CNICM), li fl-aħħar ġie ppubblikat fil-11 ta' Novembru 2011, u jikkunsidra li huwa essenzjali għall-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport li tittieħed azzjoni fuqu, sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jinvestigaw sew it-300 każijiet mgħoddija lilhom, li nofshom jinvolvu ċ-ċirku ta' ġewwa tal-ex President; jenfasizza li l-konklużjonijiet tss-CNICM jikkostitwixxu wkoll kontribuzzjoni importanti għax-xogħol tal-Assemblea Kostitwenti eletta dan l-aħħar, xogħol li beda fit-22 ta’ Novembru 2011, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-kostituzzjoni l-ġdida trid tagħmel qatgħa vera minn mal-era ta' Ben Ali;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-SEAE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tat-Tuneżija, lill-Gvern tat-Tuneżija u lill-Assemblea Ġenerali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0038.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0154.

(3)  ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/129


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
L-appoġġ ta’ Jum Internazzjonali tal-Bniet

P7_TA(2011)0593

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-appoġġ ta’ Jum Internazzjonali tal-Bniet

2013/C 168 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

filwaqt li jfakkar il-100 anniversarju tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa, li twaqqaf fl-1911 biex jirrikonoxxi u jfakkar il-kisbiet soċjali, politiċi u ekonomiċi tan-nisa,

B.

filwaqt li jfakkar id-deċiżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1975, li t-8 ta’ Marzu jintgħażel bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-ġurnata meta jiġu ċċelebrati l-kontributi tan-nisa fid-dinja kollha,

C.

filwaqt li jirrikonoxxi li fid-dinja kollha r-riċerka wriet li hu iktar probabbli li l-bniet isofru iktar minn nutrizzjoni ħażina, jiġu soġġetti għall-vjolenza jew intimidazzjoni; jiġu traffikati, jinbiegħu jew mġiegħla fil-kummerċ tas-sess; jiġu mġiegħla fi żwieġ kmieni; jiġu infettati bil-marda tal-HIV jew isofru minn kundizzjonijiet li jheddulhom ħajjithom minn tqala li ma kinitx b’għażla tagħhom,

1.

Jappoġġa l-proposta li se ssir mill-Kanada waqt l-Assemblea Ġenerali ta’ din is-sena għal Riżoluzzjoni tan-NU li tipproklama li t-22 ta’ Settembru hu l-Jum Internazzjonali tal-Bniet;

2.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġa r-Riżoluzzjoni tan-NU għal Jum Internazzjonali tal-Bniet;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tal-15 ta' Diċembru 2011 (P7_PV(2011)12-15(ANN1)).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/130


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati

P7_TA(2011)0570

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati (2011/2838(RSO))

2013/C 168 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati parlamentari (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi hemm ħtieġa ta' kontinwità fil-ħidma tiegħu,

B.

billi, wara d-dħul fis-seħħ tal-protokoll li jemenda l-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji, il-Membri l-ġodda huma intitolati jkollhom siġġu fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu filwaqt li jgawdu mid-drittijiet tagħhom kollha,

1.

Iddeċieda li jemenda n-numru ta’ membri tal-kumitati parlamentari kif ġej:

 

Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 76 membru

 

Kumitat għall-Iżvilupp: 30 membru

 

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 29 membru

 

Kumitat għall-Baġit: 44 membru

 

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru

 

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 48 membru

 

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 51 membru

 

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 68 membru

 

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 60 membru

 

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 41 membru

 

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 46 membru

 

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 50 membru

 

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 44 membru

 

Kumitat għas-Sajd: 24 membru

 

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 32 membru

 

Kumitati għall-Affarijiet Legali: 25 membru

 

Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru

 

Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 25 membru

 

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru

 

Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru

u li jemenda n-numru ta’ membri tas-sottokumitati parlamentari kif ġej:

 

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 31 membru

 

Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 31 membru

2.

Iddeċieda, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jistgħu jkollhom sa erba' viċi-presidenti;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


(1)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 34.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/132


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, taddelegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali

P7_TA(2011)0571

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni kif ukoll tal-Assembleji Parlamentari multilaterali (2011/2839(RSO))

2013/C 168 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tal-Assembleji parlamentari multilaterali (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi hemm ħtieġa ta' kontinwità fil-ħidma tiegħu,

B.

billi, wara d-dħul fis-seħħ tal-protokoll li jemenda l-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji, il-Membri l-ġodda huma intitolati jkollhom siġġu fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu filwaqt li jgawdu mid-drittijiet tagħhom kollha,

1.

Iddeċieda jemenda n-numru ta’ Membri fid-delegazzjonijiet interparlamentari kif ġej:

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija (18-il membru)

 

Delagazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja (28 membru)

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana (17-il membru)

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet man-Nofsinhar tal-Affrika (17-il membru)

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


(1)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 36.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/133


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013, biex tindirizza ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali tal-proġett ITER

P7_TA(2011)0547

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, sabiex tindirizza l-ħtiġijiet addizzjonali ta' finanzjament tal-proġett tal-ITER (COM(2011)0226 - C7-0108/2011 - 2011/2080(ACI))

2013/C 168 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0226),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006) (1),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet Konġunti tat-trilogu baġitarju li sar fl-1 ta’ Diċembru 2011 (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal/Kumistat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0433/2011),

A.

billi meħtieġa EUR 1 300 miljun addizzjonali f'approprjazzjonijiet għall-impenji mill-baġit tal-Unjoni għall-proġett ITER 2012-2013;

B.

billi fil-laqgħa tat-trilogu baġitarju tal-1 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu dwar il-modalitajiet biex jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-proġett ITER;

C.

billi dak jeħtieġ rieżami tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jgħolli l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-subintestatura 1a b’EUR 650 miljun għas-sena 2012 u b’EUR 190 miljun għas-sena 2013 fi prezzijiet attwali;

D.

billi jqis li d-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 Mejju 2006 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-regolament il-ġdid li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali jidħol fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli li saru obsoleti wara d-dħul fis-Seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;

E.

billi jiddeplora l-fatt li interpretazzjonijiet differenti, limitazzjonijiet legali u impenji li jorbtu żammew lill-Kunsill milli jidħol malajr f’negozjati politiċi reali mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja;

F.

billi kien hemm koperazzjoni kostruttiva bejn id-delegazzjonijiet taż-żewġ fegħat tal-awtorità baġitarja matul it-trilogu;

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa għal din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jisħaq li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-Konklużjonijiet Konġunti tat-trilogu tal-baġit li sar fl-1 ta' Diċembru 2011 fis-sħuħija tagħhom;

3.

Jisgħobbih ħafna għall-istqarrija unilaterali inkluża fil-minuti tal-Kunsill minn sitt Stati Membri maħsuba biex tagħmel interpretazzjoni preġudikata tal-Konklużjonijiet Konġunti;

4.

Isejjaħ lill-Kunsill biex jirrispetta bis-sħiħ il-Konklużjonijiet Konġunti; ifakkar lill-Kunsill bil-qbil tiegħu li jagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju (3) u fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 sabiex jagħmel disponibbli fil-limiti massimi tal-approprijazzjijiet ta' impenn tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali l-ammont ta' EUR 360 miljun fil-proċedura tal-baġit tal-2013; jistqarr li inkella il-Parlament ma jistax jiggarantixxi li jaqbel ma' dak l-ammont;

5.

Iħeġġeġ lill-Kunnissjoni biex tuża bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju u fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 meta tagħmel proposti konkreti fuq l-ammont ta' EUR 360 miljun fl-Abbozz tal-baġit 2013;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inklużi l-annessi, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Annessi ma' din ir-riżoluzzjoni

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS I

KONKLUŻJONIJIET KONĠUNTI DWAR L-IFFINANZJAR TAL-ITER

Trilogu tal-1 ta' Diċembru 2011

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jtennu l-importanza li huma jagħtu lill-proġett ITER għall-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-proposta tal-Kummissjoni (1) li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali fir-rigward tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex jipprovdi EUR 1 300 miljun addizzjonali f’approprjazzjonijiet għall-impenji mill-baġit tal-UE li huma meħtieġa għall-proġett ITER fl-2012 -2013.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u lill-Kummissjoni qablu li jkopru l-iswpiża addizzjonali ta’ EUR 1 300 miljun tal-proġett ITER fl-2012-2013 kif ġej:

EUR 100 miljun diġà inklużi fil-baġit 2012 fil-linji baġitarji tal-ITER;

EUR 360 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji se jkunu disponibbli fil-proċedura baġitarja tal-2013 fi ħdan il-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-MFF biex b’hekk isir użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fil-IIA tas-17 Mejju 2006, eskluż kwalunkwe rieżami addizzjonali li għandu x’jaqsam mal-ITER fl-MFF;

Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-Intesatura 1a għas-snin 2012 u 2013 se jiżdiedu bis-somma ta' EUR 840 miljun, li minnhom EUR 650 miljun fl-2012 u EUR 190 miljun fl-2013. Din iż-żieda se tiġi kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-Intestatura 2 (EUR 450 miljun għas-sena 2011) u tal-Intestatura 5 (EUR 243 miljun għas-sena 2011 u EUR 147 miljun għas-sena 2012);

Il-limitu massimu tal-2013 fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet totali se jiżdied b'EUR 580 miljun ikkumpensat bi tnaqqis korrispondenti fil-limitu massimu tal-2011.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jadottaw ir-rieżami msemmi hawn fuq tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 qabel tmiem l-2011, skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti dwar l-ammont ta' EUR 360 miljun fl-Abbozz ta' Baġit 2013.


(1)  COM(2011)0226 tal-20 ta’ April 2011.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS II

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, biex jindirizza ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali tal-proġett tal-ITER

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/5/UE.)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/135


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 - Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Spanja u Italja

P7_TA(2011)0548

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17632/2011 – C7-0442/2011 – 2011/2301(BUD))

2013/C 168 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (3),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Novembru 2011 (COM(2011)0796),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011, stabbilit mill-Kunsill fit-30 ta’ Novembru 2011 (17632/2011 – C7-0442/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0436/2011),

A.

billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7/2011 għall-baġit ġenerali tal-2011 għandu l-għan li jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għal ammont ta' EUR 38 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet sabiex jittaffu l-effetti tat-terremot li laqgħat lill-Murcia, fi Spanja, u tal-għargħar fir-reġjun tal-Veneto, fl-Italja,

B.

billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2011,

C.

billi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa mal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 ipprevediet it-tressiq ta’ baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2011 jirriżultaw li mhumiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa,

D.

billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja ħadu l-impenn, permezz tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 (4) adottat fid-19 ta' Novembru 2011 waqt kumitat ta' konċiljazzjoni, li jieħdu deċiżjoni qabel l-aħħar tal-2011,

E.

billi fl-istess Dikjarazzjoni Konġunta, il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar il-finanzjament tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 permezz ta' riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet minn programmi għall-iżvilupp rurali,

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011;

2.

Jikkunsidra ta' importanza kbira li l-għajnuna finanzjarja permezz tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għal dawk affetwati minn katastrofi naturali tiġi rilaxxata malajr, u għaldaqstant huwa mħasseb ħafna li fil-każ tal-għargħar fir-reġjun tal-Veneto, il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE se tkun effettiva biss 13-il xahar wara x-xita torrenzjali tal-aħħar t'Ottubru 2010;

3.

Jistieden lill-partijiet involuti kollha fl-Istati Membri, jiġifieri kemm dawk fuq livell lokali u kemm dawk fuq livell reġjonali, u lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-koordinazzjoni għal applikazzjonijiet potenzjali futuri għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bil-għan li jgħaġġlu, kemm jista' jkun, il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE;

4.

Jenfasizza f'dak ir-rigward u fil-każ speċifiku indirizzat fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011, li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qed jieħdu d-deċiżjoni rispettiva tagħhom bl-akbar urġenza sabiex jiggarantixxu li l-assistenza titwassal malajr fir-reġjuni affetwati;

5.

Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 7/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 68, 15.3.2011, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0521.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/137


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fondi ta' Solidarjetà tal-UE: Spanja (it-Terremot ta' Lorca) u l-Italja

P7_TA(2011)0549

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (COM(2011)0792 – C7-0424/2011 – 2011/2300(BUD))

2013/C 168 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0792 – C7-0424/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1)(Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0437/2011),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm possibilità ta’ riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/6/UE.)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/138


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/002 Trentino-Alto Adige/Südtirol - Kostruzzjoni ta' binjiet / L-Italja

P7_TA(2011)0550

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet mill-Italja) (COM(2011)0480 – C7-0384/2011 – 2011/2279(BUD))

2013/C 168 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0480 – C7-0384/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0438/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali individwali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħin fir-reintegrazzjoni fit-tul tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Italja talbet għajnuna fir-rigward ta’ każ li jikkonċerna 643 sensja, li 528 minnhom għandhom jingħataw l-għajnuna, fi 323 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 ("Kostruzzjoni ta' binjiet") (3) fir-reġjun NUTS II tat-Trentino-Alto Adige/Südtirol (ITD1 u ITD2) fl-Italja,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet li ġejjin tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza u trasparenza;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fit-tul fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, b'mod partikulari l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u l-anqas ikkwalifikati;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġja r-reintegrazzjoni fix-xogħol ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra dan jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri għas-suq tax-xogħol attivi li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi; jiddeplora l-fatt li l-FEG jista’ jipprovdi inċentivi għall-kumpaniji sabiex jissostitwixxu l-ħaddiema kuntrattwali tagħhom b’ħaddiema oħra impjegati b’mod aktar flessibbli u għal terminu ta' żmien qasir;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-kompatibilità u l-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jinnota li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li jistgħu jkunu ta' detriment għall-ilħuq tad-diversi objettivi tal-politiki;

6.

Jilqa' favorevolment it-tisħiħ previst tal-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG b’EUR 50 000 000 permezz tal-baġit emendatorju Nru 3/2011, li se jintuża biex ikopri l-ammont meħtieġ għal din l-applikazzjoni;

7.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.).


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/002 IT/Trentino-Alto Adige/Südtirol Kostruzzjoni ta' binjiet mill-Italja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/7/UE.)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/140


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali ***I

P7_TA(2011)0551

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (COM(2010)0392 – C7-0189/2010 – 2010/0215(COD))

2013/C 168 E/25

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0392),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0189/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet preżentati mill-Parlament Grieg, mill-Kungress tad-Deputati Spanjol, mis-Senat Taljan u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz tal-att leġislattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill,, permezz tal-ittra tas-16 ta' Novembru 2011 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0408/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 48.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0215

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/13/UE)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/141


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur K. PINXTEN - BE)

P7_TA(2011)0552

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0349/2011 – 2011/0814(NLE))

2013/C 168 E/26

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0349/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0417/2011),

A.

billi Karel Pinxten jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Karel Pinxten bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/142


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H. OTBO - DK)

P7_TA(2011)0553

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Henrik Otbo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0345/2011 – 2011/0810(NLE))

2013/C 168 E/27

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0345/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta' Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat innominat mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0416/2011),

A.

billi Henrik Otbo jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Henrik Otbo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/142


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur J-F. CORONA RAMÓN - ES)

P7_TA(2011)0554

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Juan-Francisco Corona Ramón bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0343/2011 – 2011/0808(NLE))

2013/C 168 E/28

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0343/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0422/2011),

A.

billi Juan-Francisco Corona Ramón jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta’ Juan-Francisco Corona Ramón bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/143


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur V. ITÄLÄ - FI)

P7_TA(2011)0555

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Ville Itälä bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0346/2011 – 2011/0811(NLE))

2013/C 168 E/29

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0346/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu ta’ 23 ta' Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0418/2011),

A.

billi Ville Itälä jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta' Ville Itälä bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/144


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur K. CARDIFF - IE)

P7_TA(2011)0556

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Kevin Cardiff bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0347/2011 – 2011/0812(NLE))

2013/C 168 E/30

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0347/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011 il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0419/2011),

A.

billi Kevin Cardiff jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta mill-Kunsill għall-ħatra ta' Kevin Cardiff bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/144


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur P. RUSSO - IT)

P7_TA(2011)0557

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0348/2011 – 2011/0813(NLE))

2013/C 168 E/31

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0348/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-innominat għall-postazzjoni fil-Qorti tal-Awdituri nominat mill-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0420/2011),

A.

billi Pietro Russo jissodisfa il-kundizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Pietro Russo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/145


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur V. CALDEIRA - PT)

P7_TA(2011)0558

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Vítor Manuel da Silva Caldeira bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0344/2011 – 2011/0809(NLE))

2013/C 168 E/32

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0344/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0423/2011),

A.

billi Vítor Manuel da Silva Caldeira jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Vítor Manuel da Silva Caldeira bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/146


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H.G. WESSBERG - SE)

P7_TA(2011)0559

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar in-nomina ta’ Hans Gustaf Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0342/2011 – 2011/0807(NLE))

2013/C 168 E/33

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0342/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0415/2011),

A.

billi H.G. Wessberg jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta’ Hans Gustaf Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/146


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
L-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni ***II

P7_TA(2011)0560

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (15571/1/2011 – C7-0452/2011 – 2010/0802(COD))

2013/C 168 E/34

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15571/1/2011 – C7-0452/2011),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar l-inizjattiva li ħarġet minn grupp ta’ Stati Membri li tressqet lill-Parlament u lill-Kunsill (00002/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 82(1) (a) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0435/2011),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati tal-14.12.2010, P7_TA(2010)0470.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-approċċ komprensiv għall-kwestjoni tar-rikonoxximent ta' miżuri ta' protezzjoni

Il-Kunsill jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, bħala strument importanti tal-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità fl-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li jqis il-fatt li din id-Direttiva hija ffukata fuq il-miżuri ta' protezzjoni meħuda f'materji kriminali, u fid-dawl tat-tradizzjonijiet legali differenti fl-Istati Membri f'dan il-qasam, il-Kunsill jinsab konxju li fil-futur dan l-istrument ser ikollu jiġi kkumplementat b'mekkaniżmu simili għar-rikonoxximent komuni tal-miżuri ta' protezzjoni meħuda f'materji ċivili.

F'dan ir-rigward, il-Kunsill ifakkar li l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni fit-18 ta' Mejju 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent komuni tal-miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili qed tiġi attwalment eżaminata fil-korpi preparatorji tal-Kunsill.

F'konformità mar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet u tal-protezzjoni tal-vittmi, b'mod partikolari fi proċedimenti kriminali (ara l-Miżura "C"), il-Kunsill jorbot lilu nnifsu li jkompli jeżamina din il-proposta bħala kwestjoni ta' prijorità. Jorbot lilu nnifsu wkoll li jiżgura li dan l-istrument ikun jikkomplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, biex b'hekk il-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ strumenti jkun jippermetti l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, irrispettivament mill-karattru tas-sistemi nazzjonali tagħhom, b'rispett għall-akbar għadd possibbli ta' miżuri ta' protezzjoni għall-vittmi.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/148


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol ***II

P7_TA(2011)0561

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni fl-ewwel qari adottata mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru (13036/3/2011 – C7-0451/2011 – 2007/0229(COD))

2013/C 168 E/35

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13036/3/2011 – C7–0451/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Ġunju 2008 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0638),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deliberazzjoni komuni mill-kumitat responsabbli, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-kumitat assoċjat, il-Kumitat għall-Impjieg u għall-Affarijiet Soċjali, nhar il-5 ta’ Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0434/2011),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 114.

(2)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 20.

(3)  Testi adottati tal-24.3.2011, P7_TA(2011)0115.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/149


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Żona koperta mill-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ***II

P7_TA(2011)0562

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (12607/2/2011 – C7-0370/2011 – 2009/0129(COD))

2013/C 168 E/36

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (12607/2/2011 – C7-0370/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2010 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0477),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0392/2011),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.

(2)  Testi adottati tat-8.3.2011, P7_TA(2011)0079.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/150


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet ***II

P7_TA(2011)0563

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta’ mikroentitajiet (10765/1/2011 – C7-0323/2011 – 2009/0035(COD))

2013/C 168 E/37

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10765/1/2011 – C7–0323/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Lulju 2009 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0083),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsdira l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0393/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 67.

(2)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 111.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
P7_TC2-COD(2009)0035

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2012/6/UE.)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/151


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja għal xi Stati Membri f'diffikultajiet kbar jew li hemm ir-riskju li jsibu ruħhom f'diffikultajiet kbar fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom ***I

P7_TA(2011)0564

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet (COM(2011)0481 – C7-0218/2011 – 2011/0209(COD))

2013/C 168 E/38

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0481),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0218/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0405/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0209

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1312/2011.)


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/152


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) ***I

P7_TA(2011)0566

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (COM(2011)0446 – C7-0208/2011 – 2011/0193(COD))

2013/C 168 E/39

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0446),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0208/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0397/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0193

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lli jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 153/2012.)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/153


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Il-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I

P7_TA(2011)0567

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem (COM(2010)0490 – C7-0278/2010 – 2010/0254(COD))

2013/C 168 E/40

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0490,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0278/2010),

wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0224/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 84, 17.3.2011, p. 45.


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0254

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/12/UE).


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/154


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
L-użu tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ ***I

P7_TA(2011)0568

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti ta' fosfru oħra fid-diterġenti domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ (COM(2010)0597 – C7-0356/2010 – 2010/0298(COD))

2013/C 168 E/41

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0597),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0356/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Novembru 2011 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0246/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 71.


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0298

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti ▐ tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti għall-konsumatur

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 259/2012).


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/155


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Marokk ***

P7_TA(2011)0569

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (11226/2011 – C7-0201/2011 – 2011/0139(NLE))

2013/C 168 E/42

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11226/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (11225/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0201/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd dwar l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0394/2011),

1.

Jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jinforma lill-Kunsill li l-Protokoll ma jistax jiġi konkluż;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/155


L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011
Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew: Is-Sur Coeuré

P7_TA(2011)0572

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (17227/2011 – C7-0459/2011 – 2011/0819(NLE))

2013/C 168 E/43

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011 (17227/2011),

wara li kkunsidra t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0459/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0443/2011),

A.

billi, permezz ta’ ittra bid-data tal-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Benoît Coeuré bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' kariga ta’ tmien snin;

B.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad evalwa l-kredenzjali tal-persuna nnominata, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fid-dawl tal-ħtieġa ta' indipendenza sħiħa tal-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 130 tat-TFUE, u billi fit-twettiq ta' din l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat, kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju bil-miktub li kien intbagħatlu;

C.

billi l-kumitat imbagħad kellu smigħ ta' siegħa u nofs mal-persuna nnominata fit-12 ta' Diċembru 2011, li fiha għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-kumitat;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Benoît Coeuré bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/157


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza)

P7_TA(2011)0579

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza) (COM(2011)0420 – C7-0193/2011 – 2011/2158(BUD))

2013/C 168 E/44

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0420 – C7-0193/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (1) (L-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0396/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

D.

billi Franza talbet għall-għajnuna fir-rigward ta' każ li jikkonċerna 4 445 sensja, li 3 582 minnhom ġew identifikati għall-għajnuna, fi ħdan l-intrapriża Renault s.a.s u sebgħa mill-fornituri tagħha mill-industrija awtomobilistika,

E.

billi l-applikazzjoni ta' Franza ma tkoprix il-ħaddiema tar-Renault li għażlu l-iskema ta' rtirar kmieni u li għaliha ma setgħatx għalhekk tkun allokata l-għajnuna tal-FEG skont ir-Regolament (KE) Nru. 1927/2006, iżda li raw tibdil fid-drittijiet tal-pensjoni tagħhom bir-riforma għall-pensjonijiet li daħlet fis-seħħ sadattant; billi l-isforzi li saru mill-partijiet kollha involuti għas-sejba ta' soluzzjoni vijabbli sabiex dawk l-eks ħaddiema tar-Renault ikunu jistgħu jikkumplimentaw id-drittijiet għall-pensjoni tagħhom għandhom ikunu innutati; billi f'dan ir-rigward, l-isforzi li saru mill-gvern Franċiż, kif ukoll l-impenn bil-miktub li sar mir-Renault għandhom ikunu enfasizzati; billi d-djalogu kostruttiv bejn il-partijiet kollha kkonċernati għandu jitkompla sakemm tinstab soluzzjoni sodisfaċenti;

F.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżami imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG; jieħu nota madankollu, tal-perjodu twil ta' valutazzjoni fir-rigward ta' din l-applikazzjoni partikulari għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għar-Renault s.a.s. u sebgħa mill-fornituri tagħha;

2.

Jinnota li l-ewwel riżultati fuq l-effiċjenza tal-miżuri intiżi għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom ikunu disponibbli dalwaqt. jinnota li r-rati ta' suċċess huma indikatur prinċipali tal-effiċjenza tal-fond u jitlob mill-Kummissjoni monitoraġġ u direzzjoni b'saħħithom u mill-qrib sabiex jiġi żgurat li t-taħriġ provdut jimxi max-xejriet ekonomiċi lokali;

3.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEG jista' jkollu fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, fis-suq tax-xogħol;

4.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

5.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

6.

Jinnota li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu;

7.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/019 FR/Renault minn Franza)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/16/UE.)


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/159


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ***I

P7_TA(2011)0580

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill regarding public access to European Parliament, Council and Commission documents (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD))

2013/C 168 E/45

(Proċedura leġislattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0229),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 255(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0184/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41 u 42 tagħha,

wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni ta’ atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0426/2011),

A.

Billi, skont il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jikkunsidra li l-proċedura 2011/0073(COD) skadiet minħabba l-inkorporazzjoni fil-proċedura 2008/0090(COD) tal-kontenuti tal-proposta tal-Kummissjoni (COM(2011)0137);

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2008)0090

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jiddefinixxi l-prinċipji u l-limiti ġenerali li jiggvernaw id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni [Em. 1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Numru ta' bidliet sostanttivi għandhom isiru lir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (2) Dan id-dokument għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat emendat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għal aċċess għad-dokumenti jkopri l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna, u b'hekk irid isir tibdil sostanzjali fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3), u f'dan għandhom jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni inizjali tar-Regolament imsemmi hawn fuq kif ukoll il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. [Em. 2]

(2)

It-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 1 TUE jħaddan fih il-kunċett ta' trasparenza, billi jgħid li t-Trattat huwa stadju ġdid fil-proċess tal-ħluq ta' għaqda dejjem eqreb fost il-popli ta' l-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu bl-aktar mod miftuħ, u l-eqreb liċ-ċittadin, possibbli.

(3)

It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u tiżgura li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija , kif deskritti fl-Artikoli 9 sa 12 TUE, u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-UE TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (Il-Karta) . [Em. 3]

(3a)

It-trasparenza għandha wkoll issaħħaħ il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kif provdut fl-Artikolu 41 tal-Karta u fl-Artikolu 298 TFUE. Il-proċeduri amministrattivi interni għandhom jiġu definiti skont dan u riżorsi finanzjarji u umani adegwati għandhom ikunu disponibbli biex jitwettaq fil-prattika l-prinċipju tal-ftuħ. [Em. 4]

(3b)

Il-ftuħ iżid il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għaliex jikkontribwixxi għall-għarfien tagħhom tal-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u tad-drittijiet tagħhom skont dawn. Il-ftuħ iġib miegħu wkoll iktar trasparenza fl-implimentazzjoni ta' proċeduri amministrattivi u leġislattivi. [Em. 5]

(3c)

Billi jenfasizza l-importanza normattiva tal-prinċipju tat-trasparenza, dan ir-Regolament isaħħaħ il-kultura tal-Unjoni tal-istat tad-dritt u għalhekk jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tal-kriminalità u tal-imġieba kriminali. [Em. 6]

(4)

Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta' l-aċċess pubbliku għal dokumenti ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li sar applikabbli fit-3 ta' Diċembru 2001 (4) [Em. 7]

(5)

L-ewwel evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 saret f'rapport ippubblikat fit-30 Jannar 2004 (5) Fid-9 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċess li jwassal għal reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 F'Reżoluzzjoni adottata fl-4 ta' April 2006, il-Parlament Ewropew sejjaħ lil-Kummissjoni biex tissottometti proposti għall-emenda ta' dan ir-Regolament (6). Fit-18 ta' April 2007, il-Kummissjoni ppubblikat ‧Green Paper‧ dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (7) u bdiet konsultazzjoni pubblika. [Em. 8]

(6)

Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt ta' l-aċċess tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-pinċipji ġenerali li jiggvernaw fuq l-eċċezzjonijiet għal dan l-aċċess skond l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE. għal raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat skont l-Artikolu 15(3) TFUE u f' konformita' mad-dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 15(1) TFUE . Għalhekk, ir-regoli l-oħra kollha tal-Unjoni għandhom ikunu konformi magħhom, soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward biss tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew għall-Investiment meta jkunu qed iwettqu kompiti mhux amministrattivi. [Em. 9]

(7)

Peress li l-kwistjoni ta' l-aċċess għad-dokumenti m'hijiex koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom, kif ġie espress diġa' fid-Dikjarazzjoni Nru 41, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam, jqisu dan ir-Regolament bħala gwida fir-rigward ta' dokumenti dwar l-attivitajiet koperti minn dak it-Trattat.

(9)

Fis-6 ta' Settembru 2006, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji (8). Fir-rigward ta' l-aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni ambjentali, dan ir-Regolament għandu jkun konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

(10)

Kwalunkwe data personali inkluża fil-Kuntratt għandha tiġi proċessata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data  (9). L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jittrattaw data personali b'konformità mad-drittijiet tas-suġġetti ta' din id-data, kif definiti fl-Artikolu 16 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 8 tal-Karta, fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. [Em. 10]

(11)

Regoli ċari għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kxif ta' dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri u ta' dokumenti ta' partijiet terzi li huma parti minn fajls ta' proċeduri ġudizzjarji jew li jkunu nġabru mill-istituzzjonijiet , korpi, uffiċċji u aġenziji permezz ta' poteri speċifiċi ta' investigazzjoni mogħtija lilhom mill-liġi ta' l-UE tal-Unjoni . [Em. 11]

(12)

Bi qbil mal-Artikolu 15(3) TFUE, għandu jingħata aktaraċċess sħiħ għal dokumenti f'każijiet fejn , skont it-Trattati, l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġislattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm l-effettivita' tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet. Dawn id-dokumenti għandhom isiru direttament aċċessibbli bl-aktar mod possibbli skont l-Artikolu 290 TFUE, u s-setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE meta jkunu qed jiġu adottati miżuri bi skop ġenerali. Dokumenti leġislattivi ta' tħejjija u l-informazzjoni kollha relatata dwar id-diveri fażijiet tal-proċedura interistituzzjonali, bħad-dokumenti tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri li jaġixxu bħala Membri tal-Kunsill u d-dokumenti tat-trilogu tal-ewwel qari, fil-prinċipju għandhom ikunu disponibbli minnufih u aċċessibbli direttament għall-pubbliku permezz tal-internet . [Em. 12]

(12a)

It-testi leġislattivi għandhom jitfasslu b'mod ċar u li jinftiehem u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 13]

(12b)

Il-prattiki tal-leġislazzjoni aħjar, il-mudelli u t-tekniki tal-abbozzar li jinqasmu mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiġu miftiehma mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 295 TFUE u ma' dan ir-Regolament u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex jittejjeb il-prinċipju tat-“trasparenza deliberata” u dak taċ-ċarezza legali tad-dokumenti tal-Unjoni. [Em. 14]

(12c)

Dokumenti relatati ma' proċeduri mhux leġislattivi, bħalma huma miżuri vinkolanti jew miżuri li jittrattaw l-organizzazzjoni interna, l-atti amministrattivi jew baġitarji, jew ta' natura politika (bħalma huma l-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet) għandhom ikunu aċċessibbli b'mod faċli, meta dan ikun possibbli, bi qbil mal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta. [Em. 15]

(12d)

Għal kull kategorija ta' dokumenti, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija responsabbli għandhom jagħmlu aċċessibbli għaċ-ċittadini l-ammont ta’ xogħol tal-proċeduri interni li jrid jiġi segwit, liema unitajiet organizzattivi jkunu responsabbli, kif ukoll ir-responsabilità tagħhom, l-iskadenzi ffissati u l-uffiċċju li jrid jiġi kkuntattjat. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew. Dawn, bi qbil mal-Artikolu 295 TFUE, għandhom jaqblu dwar linji gwida komuni dwar kif kull unità organizzattiva għandha tirreġistra d-dokumenti interni, tikklassifikahom f'każ ta' preġudizzju possibbli lill-interessi tal-Unjoni u tarkivjahom għal bżonnijiet temporanji jew storiċi skont il-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament. Huma, b'mod konsistenti u kkoordinat, għandhom jinformaw lill-pubbliku dwar miżuri adottati biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u sabiex tħarreġ l-impjegati tagħha biex jgħinu liċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. [Em. 16]

(13)

It-trasparenza fil-proċess leġislattiv hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiddessiminaw b'mod attiv dokumenti li huma parti mill-proċess leġislattiv u jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom ma' applikanti potenzjali . L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jagħmlu awtomatikament aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit tagħhom kemm jista' jkun kategoriji ta' dokumenti. It-tixrid attiv ta' dokumenti għandu jiġi mħeġġeġ f'oqsma oħra. [Em. 17]

(13a)

Sabiex jiżdiedu l-ftuħ u t-trasparenza fil-proċessi leġislattivi, għandu jintlaħaq ftehim dwar reġistru interistituzzjonali ta' dawk li jillobbjaw u ta' partijiet interessati oħra fost l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji. [Em. 18]

(15)

Xi dokumenti għandhom jingħataw trattament speċjali, minħabba l-kontenut sensittiv ħafna tagħhom. Arranġamenti sabiex il-Parlament Ewropew jiġi avżat dwar il-kontenut ta' dawn id-dokumenti għandhom isiru permezz ta' ftehim bejn l-instituzzjonijiet. [Em. 19]

(16)

Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol ta' l-istituzzjonijiet tagħhom . F'dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-Dikjarazzjoni Nru 35, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam jipprovdi liStat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li lill-istituzzjonijiet korpi, uffiċċji jew aġenziji biex ma jikkommunikawx lil partijiet terzi minbarra l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji nnifishom dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel. [Em. 20]

(16a)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea speċifikat li r-rekwiżit li l-Istati Membri jiġu kkonsultati fir-rigward ta’ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti li joriġinaw minnhom ma jagħtihomx id-dritt ta’ veto, jew id-dritt li jinvokaw liġijiet jew dispożizzjonijiet nazzjonali, u li l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li tirċievi talba tista’ tiċħad aċċess biss fuq bażi ta’ eċċezzjonijiet għal dan ir-Regolament (10). [Em. 21]

(17)

Bħala prinċipju, kull dokumenti ta' l-istituzzjonijiet Id-dokumenti kollha tal-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, bħala Eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju għandhom isiru biex jiġu protetti xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsuL-istituzzjonijiet għandhom ikollhom id-dritt li jħarsu l-konsultazzjonijiet u deliberazzjonijiet interni tagħhom fejn meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw is-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom. , iżda eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu regolati minn sistema trasparenti ta' regoli u proċeduri, u l-objettiv ġenerali għandu jkun l-implimentazzjoni tad-dritt fundamentali taċ-ċittadini għal aċċess . Meta jagħmlu stima ta' l-eċċezzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali, f'kull qasam ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni. [Em. 22]

(18)

Ir-regoli kollha dwar l-aċċess għal dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom ikunu skond dan ir-Regolament. Minħabba l-fatt li dan ir-Regolament jimplimenta direttament l-Artikolu 15 TFUE kif ukoll l-Artikolu 42 tal-Karta, il-prinċipji u l-limiti ddefiniti għall-aċċes għad-dokumenti għandu jkollhom preċedenza fuq kwalunkwe regola, miżura jew prattika adottata skont bażi legali differenti minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija u li jintroduċu eċċezzjonijiet addizzjonali jew iktar stretti minn dawk previsti f'dan ir-Regolament. [Em. 23]

(19)

Sabiex il-ħarsien tad-dritt ta' l-aċċess jiġi żgurat, għandha tiġi applikata proċedura amministrattiva b'żewġ stadji, flimkien mal-possibbilta' ta' proċedimenti fil-qrati jew ta' lmenti lill-Ombudsman Ewropew.

(20)

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar id-dispożizzjonijiet fis-seħħ u sabiex iħarrġu l-impjegati tagħhom biex jgħinu liċ-ċittadini jeserċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jagħtu aċċess għal reġistru ta' dokumenti sabiex jgħinu liċ-ċittadin jeżerċita dawn id-drittijiet.

(21)

Għalkemm l-emenda ta' liġijiet nazzjonali dwar aċċess għal dokumenti m'hijiex l-iskop jew l-effett ta' dan ir-Regolament, permezz tal-prinċipju ta' kooperazzjoni leali li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jaraw li ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u għandhom iħarsu r-regoli ta' sigurtà ta' l-istituzzjonijiet.

(22)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess għal dokumenti fis-seħħ għall-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-korpi investigattivi. [Em. 24]

(23)

B'konformità ma' l-Artikolu 255(3) tat-Trattat ta' l-UE mal-Artikolu 15(3) TFUE , u mal-prinċipji u r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament, , l-istituzzjonijiettistipula proviżjonijiet , korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha tagħhom fir-regoli ta' proċedura tagħha tagħhom, kif ukoll dokumenti relatati mal-kompiti amministrattivi tagħhom, [Em. 25]

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Iskop

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa:

(a)

li jfisser , f'konformita' mal-Artikolu 15 TFUE, il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni sabiex tagħti lill-pubbliku l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn; [Em. 26]

(b)

li jistabbilixxi regoli li jiżguraw l-akbar faċilità fl-eżerċizzju ta' dan id-dritt;

(ċ)

li jimmpromwovi prattika amministrattiva trasparenti u tajba fl-aċċess sabiex jittejjeb l-aċċess għad-dokumenti , u b'mod partikolari l-għanijiet aħħarin ta' iktar trasparenza, affidabilità u demokrazija . [Em. 27]

Artikolu 2

Benefiċjarji u skop

1.   Kull persuna naturali jew legali jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni legali jew naturali għandu jkollu d-dritt jkollha d-dritt ta' aċċess għad-dokument ta' l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni , bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament se japplika għad dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità, f'kull qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skond l-Artikolu 12.

4.   Dokumenti sensittivi mfissra fl-Artikolu 9(1) għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċjali skond dak l-Artikolu.

5.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal dokumenti sottomessi lill-Qrati minn partijiet oħra barra l-istituzzjonijiet

6.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet speċifiċi ta' l-aċċess għal partijiet interessati stabbiliti mil-liġi ta' l-EU, id-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl amministrattiv ta' investigazzjoni jew tal-proċeduri li jikkonċernaw att ta' ambitu individwali m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku sakemm l-investigazzjoni tkun ingħalqet jew l-att ikun sar definittiv. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku.

7.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet forsi minħabba strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti ta' l-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom. [Em. 28]

Artikolu 2a

L-iskop

1.     Dan ir-Regolament għandu japplika għad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, jiġifieri d-dokumenti mfassla jew irċevuti minnhom u fil-pussess tagħhom, fl-oqsma kollha tal-attività tal-Unjoni. Dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment, għandu japplika biss meta jeżerċitaw il-kompiti amministrattivi tagħhom.

2.     Id-dokumenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku jew f'forma elettronika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'reġistru uffiċjali ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, jew inkella wara applikazzjoni bil-miktub. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġislattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 12.

3.     Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet imsaħħa ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jistgħu joħorġu minn strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti tal-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom jew mil-liġi tal-Istati Membri. [Em. 29]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(a)

«dokument» tfisser kwalunkwe kontenut ikun ta' data jkun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) dwar kwistjoni marbuta li taqa' fl-isfera ta' responsabilità ta' istituzzjonimħejjija minn xi istituzzjoni u trażmessa formalment lil reċipjent wieħed jew aktar jew irreġistrat b'mod ieħor, jew irċevut minn xi istituzzjoni, , korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni. Data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi ta' l-iproċessar u ta' irkupru huma , inklużi sistemi esterni użati għall-ħidma tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jitqiesu bħala dokumenti , partikolarment jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw l-għodda kwalunkwe għodda raġonevoli elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema kkonċernata. Istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jkunu biħsiebhom joħolqu sistema ġdida li taħżen f'forma elettronika, jew ibiddlu b'mod sostanzjali sistema eżistenti, għandhom jevalwaw l-impatt probabbli fuq id-dritt ta' aċċess, jiżguraw li jiġi garantit id-dritt ta' aċċess bħala dritt fundamentali u għandhom jaġixxu sabiex jippromwovu l-objettiv tat-trasparenza. Il-funzjonijiet tal-irkupru tal-informazzjoni maħżuna f’sistemi ta’ ħżin elettroniku għandhom jiġu adattati sabiex jiġu ssodisfatti talbiet mill-pubbliku ;

(aa)

"dokumenti klassifikati"tfisser dokumenti li jkunu ġew klassifikati totalment jew parzjalment f' konformita' mal-Artikolu 3a(1) ta' dan ir-Regolament;

(ab)

"atti leġislattivi'", għandha tinkludi dokumenti mfassla jew irċevuti matul proċeduri leġislattivi għall-adozzjoni ta' atti leġislattivi, inkluż miżuri ta' applikazzjoni ġenerali taħt setgħat delegati u implimentattivi, u atti ta' applikazzjoni ġenerali li jkunu vinkolanti legalment fl-Istati Membri jew għalihom;

(ac)

"kompiti amministrattivi"tfisser miżuri li jittrattaw kwistjonijiet organizzattivi, amministrattivi jew baġitarji interni għall-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati;

(ad)

"sistema ta' arkivju" tfisser għodda jew proċedura tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għall-ġestjoni b'mod strutturat tal-arkivjar tad-dokumenti kollha tagħhom li jirreferu għal proċedura pendenti jew li ġiet konkluża reċentement;

(ae)

"arkivji storiċi'" tfisser dik il-parti tal-arkivji tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li tkun intgħażlet, skont it-termini stipulati fil-punt (a), sabiex tinżamm b'mod permanenti.

Lista dettaljata tal-kategoriji kollha tal-atti koperti mid-definizzjonijiet f'punti (a) sa (ac) għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-siti tal-internet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, li wkoll għandhom jaqblu u jippubblikaw il-kriterji komuni tagħhom għall-arkivjar;

(b)

"parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni , korp, uffiċċju jew aġenzija involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi Komunitarji oħrajn tal-Unjoni , istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji tal-Unjoni u korpi u pajjiżi terzi. [Em. 30]

Artikolu 3a

Proċedura għall-klassifikazzjoni u d-deklassifikazzjoni tad-dokumenti

1.     Meta jkun hemm raġunijiet ta' politika pubblika skont l-Artikolu 4(1), u mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandhom jikklassifikaw dokument jekk l-iżvelar tiegħu jdgħajjef il-ħarsien tal-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha, partikolarment fi kwistjonijiet ta' sigurtà pubblika, difiża u kwistjonijiet militari. Dokument jista' jkun kklassifikat b'mod parzjali jew totali. Id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati kif ġej:

(a)     "SIGRIET ĦAFNA UE" :

din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jippreġudika b'mod eċċezzjonalment gravi l-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha;

(b)     "SIGRIET UE" :

din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jwassal għal ħsara gravi fl-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha;

(c)     "KUNFIDENZJALI UE" :

din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha;

(d)     "RISTRETT UE" :

din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha.

2.     Id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati biss meta jkun meħtieġ. Jekk ikun possibbli, l-awturi għandhom jispeċifikaw fid-dokumenti kklassifikati data jew perjodu li permezz tiegħu jew sa tmiemu l-kontenut ikun jista' jaqa' livell jew ma jibqax ikklassifikat. Inkella, huma għandhom jirrevedu d-dokumenti, mill-inqas kull ħames snin, sabiex jiġi żgurat li l-klassifikazzjoni oriġinali tibqa' meħtieġa. Il-klassifikazzjoni għandha tkun indikata b'mod ċar u korrett, u għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien li fih l-informazzjoni tkun teħtieġ il-protezzjoni. Ir-responsabilità għall-ikklassifikar tad-dokumenti u għal kwalunkwe tnaqqis sussegwenti fil-livell tal-klassifikazzjoni jew għat-tneħħija tal-klassifikazzjoni hija f'idejn l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li minnha oriġinat dik l-informazzjoni jew f'idejn dik li tkun irċeviet id-dokument ikklassifikat minn parti terza jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra.

3.     Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, dokumenti kklassifikati għandhom jingħataw lil partijiet terzi meta jkun hemm il-kunsens tal-awtur. Meta iżjed minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija waħda jkunu involuti fl-ipproċessar ta' dokument ikklassifikat, għandha tingħata l-istess klassifikazzjoni u għandha tinbeda medjazzjoni jekk huma jkollhom apprezzament differenti tal-protezzjoni meħtieġa. Dokumenti li jikkonċernaw il-proċeduri leġislattivi m'għandhomx jiġu kklassifikati; miżuri implimentattivi għandhom jiġu kklassifikati qabel l-adozzjoni tagħhom sakemm il-klassifikazzjoni tkun neċessarja u jkollha l-għan li tevita li jkun hemm effett negattiv fuq il-miżura nnifisha. Ftehimiet internazzjonali li jittrattaw l-iskambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u li jkunu konklużi f'isem l-Unjoni mgħandhomx jagħtu xi dritt lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwaqqfu lill-Parlament Ewropew milli jkollu aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali.

4.     Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti sensittivi taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu pproċessati biss minn persuni li għandhom dritt isiru jafu dwar dawk id-dokumenti. Dawk il-persuni għandhom ukoll jevalwaw liema referenzi għal dokumenti klassifikati jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku.

5.     Dokumenti kklassifikati għandhom jiddaħħlu f'reġistru ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, jew jinħarġu minnu, bil-kunsens tal-awtur.

6.     Istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jiddeċiedu li ma jagħtux aċċess għal dokument ikklassifikat għandhom jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-interessi mħarsa mill-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1).

7.     Mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, meta jiġu ttrattati l-applikazzjonijiet għal dokumenti kklassifikati tal-Unjoni, ikunu osservati l-prinċipji stipulati f'dan ir-Regolament.

8.     Ir-regoli tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li jikkonċernaw dokumenti kklassifikati għandhom isiru pubbliċi. [Em. 31]

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet

1.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta'l-interess pubbliku fir-rigward ta':

(a)

sigurtà pubblika li tinkludi s-sigurtà ta' persuni naturali jew persuni legali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha ; [Em. 32]

(b)

il-kwistjonijiet militari u tad-difiża;

(c)

ir-relazzjonijiet internazzjonali;

(d)

il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità tal-Unjoni jew ta' Stat Membru; [Em. 33]

(e)

l-ambjent, bhal siti għat-tgħammir ta' speċi rari.

2.   L-istituzzjonijiet , korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta': [Em. 34]

(a)

interessi kummerċjali u ta' persuna naturali jew legali;

(b)

drittijiet dwar proprjetà intelletwali;

(c)

konsultazzjoni legali u qorti arbitraġġ u dwar proċeduri għall-arranġament ta' tilwim tal-qorti ; [Em. 35]

(d)

l-għan ta’ l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-verifiki;

(e)

l-oġġettività u l-impazjalità l-imparzjalità tal-proċeduri ta' għazla akkwist pubbliku sakemm tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati li toffri kuntratt, jew fi proċediment ta' Bord ta' Għażla li jwasslu għar-reklutaġġ ta' persunal sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' ħatra . [Em. 36]

3.   Aċċess għad-dokumenti li ġejjin, imfassla minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziia għal użu intern jew irċevuti minnhom b'rabta ma' kwistjoni fejn ma jkunux għadhom ħadu deċiżjoni għandu jiġi rifjutat biss jekk l-iżvelar tad-dokumenti tad-dokumenti jdgħajjef idgħajjef u b'mod ċar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijietta' l-istituzzjonijiet , minħabba l-kontenut tagħhom u ċ-ċirkostanzi oġġettivi tas-sitwazzjoni .

(a)

id-dokumenti relatati mal-materja fejn id-deċiżjoni tkun għada ma tteħditx;

(b)

dokumenti li fihom opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat [Em. 37]

4.   L-eċċezzjonijiet Meta jkun qed jitfittex bilanċ bejn l-interess pubbliku tal-iżvelar taħt il-paragrafi (2) u (1) sa (3) se japplikaw sakemm ikun hemminteress kbir mill-pubbliku għall-kxif), Fir-rigward ta' paragrafi 2(a) interess kbir mill-pubbliku għall-kxif se jitqies li jeżisti fejn l-informazzjoni mitluba hija relatata ma emissjonijiet fl-ambjent. interess pubbliku superjuri fil-kxif se jitqies li jeżisti fejn id-dokument mitlub ikun relatat mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt, il-ġestjoni fis-sod tal-fondi pubbliċi jew id-dritt lio wieħed jgħix f'ambjent b'saħħtu, inkluż f' termini tal-l-emissjonijiet fl-ambjent. Istituzzjonjieti, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jużaw waħda minn l-eċċezzjonijiet għandhom iwettqu evalwazzjoni oġġettiva u individwali u juru li r-riskju għall-interess protett huwa reali u mhux purament ipotetiku, u għandhom jiddefinixxu kif l-aċċess għad-dokument in kwistjoni jista' jipperikola b'mod speċifiku u effettiv l-interess protett. [Em. 38]

4a.     Dokumenti li l-iżvelar tagħhom jippreżenta riskju għall-ħarsien tal-ambjent, bħal dawk relatati mas-siti tat-tgħammir ta' speċji rari, għandhom jiġu żvelati biss bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006. [Em. 39]

5.   L-ismijiet, it-titoli u l-funzjonijiet ta' dawk li huma uffiċjali pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta' interess b'konessjoni ma' l-attivitajiet professjonli tagħhom għandhom jinkixfu sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, il-kxif ikun se jaffettwa b'mod ħażina l-persuni konċernati. Data personali oħra għandha tinkixef skond il-kondizzjonijiet fir-rigward ta' l-ipproċessar illegali ta' data bħal din stipulata mil-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali. Data personali m'għandhiex tiġi mikxufa jekk kxif ta' dan it-tip ikun ta' ħsara għall-privatezza jew l-integrità tal-persuna kkonċernata. Ħsara bħal din m'għandhiex titqies bħala li tkun saret jekk:

id-data tkun relatata biss mal-attivitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-kxif ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna;

id-data tkun relatata biss ma' persuna pubblika sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna jew fuq persuni oħra konnessi miegħu jew magħha;

id-data tkun diġà ġiet ippublikata bil-kunsens tal-persuna kkonċernata.

Id-data personali għandha madankollu tiġi żvelata jekk interess pubbliku ta’ importanza superjuri jirrikjedi l-iżvelar. F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata għandha tiġi rikjesta li tispeċifika l-interess pubbliku. Għandhom jagħtu raġunijiet dwar għalfejn, fil-każ speċifiku, l-interess pubbliku jipprevali fuq l-interessi tal-persuna kkonċernata.

Meta istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tiċħad l-aċċess għal dokument fuq il-bażi ta' dan il-paragrafu, għandha tqis jekk ikunx possibbli li jingħata aċċess parzjali għal dak id-dokument. [Em. 40]

6.   Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu mikxufin.

7.   L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għad-dokumenti trażmessi fi ħdan il-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att leġislattiv jew att delegat jew implimentattiv b'applikazzjoni ġenerali. L-eċċezzjonijiet lanqas m' għandhom japplikaw għal dokumenti provduti lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għall-iskop li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politiki mil-lobbyists jew partijiet oħra interessati. L-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat mill-kontenut fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument u fi kwalunkwe każ . L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar il-protezzjoni ta' data personali jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu. [Em. 41]

7a.     Istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji jistgħu jagħtu aċċess privileġġjat għad-dokumenti koperti mill-paragrafi (1) sa (3) għal skopijiet ta' riċerka. Jekk jingħata aċċess privileġġjat, l-informazzjoni għandha biss tiġi rilaxxata soġġetta għal restrizzjonijiet adegwati rigward l-użu tagħha. [Em. 42]

Artikolu 5

Konsultazzjonijiet Konsultazzjoni ta' partijiet terzi

1.   Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jikkonsultaw mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni li hemm referenza għaliha, fl-Artikolu 4 jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf.

2.   Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fi ħdan il-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv delegat jew implimentattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati f'każ ta' dubju dwar jekk id-dokument ikunx kopert minn waħda mill-eċċezzjonijiet . L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li jostakolaw il-kxif tad-dokument u tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-opinjoni tagħha dwar jekk l-eċċezzjonijiet ikoprux id-dokument ikkonċernat. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru sakemm huma bbażati fuq l-eċċezzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

3.   Meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li joriġina minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jekk m'huwiex ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf, l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma' l-istituzzjoni lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija involuti sabiex jieħu deċiżjoni li ma jipperikolax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati. [Em. 43]

Artikolu 5a

Atti leġislattivi

1.     F' konformita' mal-prinċipji demokratiċi stipulati fl-Artikoli 9 sa 12 TUE, u mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-kapaċità leġislattiva tagħhom, inkluż taħt setgħat delegati u implimentattivi, kif ukoll Stati Membri meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala Membri tal-Kunsill, għandom jippermettu l-ikbar aċċess possibbli għal dokumenti marbuta mal-attivitajiet tagħhom.

2.     Dokumenti relatati mal-programmi leġislattivi, mal-konsultazzjonijiet preliminari mas-soċjetà ċivili, mal-evalwazzjonijiet tal-impatt u ma' kwalunkwe dokumenti preparatorji, kif ukoll dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni marbuta ma' proċedura leġislattiva għandhom ikunu aċċessibbli fuq sit interistituzzjonali li jkun faċli biex jintuża u li jkun ikkoordinat u ppubblikati f'serje elettronika speċjali ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.     Matul il-proċedura leġislattiva, kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija assoċjati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni għandhom jippubblikaw id-dokumenti preparatorji tagħhom u l-informazzjoni relatata kollha, inklużi l-opinjonijiet legali, f'serje speċjali ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq sit tal-internet komuni li jirriproduċi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-proċedura kkonċernata.

4.     Ladarba jiġu adottati, l-atti leġislattivi għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif previst mill-Artikolu 13. [Em. 44]

Artikolu 6

Applikazzjonijiet

1.   Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru f'xi forma miktuba, inkluż il-forma elettronika, f'waħda mill-ilsna msemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE u b'mod preċiż biżżejjed sabiex tgħin lill-istituzzjoni ssib id-dokumentfl-Artikolu 55(1) TUE. L-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni. [Em. 45]

2.   Jekk applikazzjoni m'hijiex preċiża biżżejjed, jew id-dokumenti mitlubin ma' jistgħux jiġu identifikati faċilment, l-istituzzjoni għandha titlob l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati fi żmien 15-il jum ta' ħidma għandhom jitlobu lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandhom jgħinu lill-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, jagħtu tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti l-limiti taż-żmien provduti taħt l-Artikoli 7 u 8 se jibdew meta l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunu rċevew il-kjarifikazzjonijiet mitlubin. [Em. 46]

3.   Fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tista' tkellem lill-applikant b'mod informali, sabiex isibu soluzzjoni imparzjali.

4.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jagħtu tagħrif u għajnuna lil ċittadini dwar kif u fejn l-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti jistgħu jsiru.

Artikolu 7

Proċessar ta' applikazzjonijiet fil-bidu

1.   Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Għandha tintbagħat ittra ta' rċevuta lill-applikant. Sa' 15-il jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati għandhom jew jagħtu aċċess għad-dokument mitlub u jagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, f'tweġiba bil-miktub, jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u javżaw l-applikant dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jagħmel jew tagħmel applikazzjoni konfermatorja skond il-paragrafu 4.

2.   F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi darba biss għal perjodu massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. [Em. 47]

3.   Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati għandhom jinnotifikaw lill-applikant jekk, u fil-każ meta, aktarx ikun possibbli aċċess parzjali jew sħiħ f’xi żmien fil-ġejjieni.

l-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati , jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. [Em. 48]

4.   Nuqqas mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jwieġbu fit-terminu preskritt jagħti d-dritt lill-applikant li jagħmel applikazzjoni konfermatorja.

4a.     L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jaħtru persuna inkarigata li tikkontrolla li l-iskadenzi kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu rispettati. [Em. 49]

Artikolu 8

L-ipproċessar ta' applikazzjonijiet konfermatorji

1.   Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Sa żmien 30 jum utli massimu ta' 15-il jum ta' xogħol mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni , korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati għandhom jew jagħtu l-aċċess għad-dokument mitlub u jagħtu aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni , korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati għandhom javżaw l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha. [Em. 50]

2.   F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi darba biss għal perjodu massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. [Em. 51]

3.   Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista' jiftaħ proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kontra l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija u / jew jagħmel ilment lill-Ombudsman Ewropew, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 263 u 228 TFUE, rispettivament.

4.   Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġeb istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jwieġbu fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u għandu jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċeduri fil-qrati kontra l-istituzzjoni, korp, uffiċju jew aġenzija u/jew jagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE tat-Trattati . [Em. 52]

Artikolu 8a

Applikazzjonijiet ġodda

Jekk, wara li jirċievi d-dokumenti, l-applikant jixtieq jikseb dokumenti ulterjuri mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, dik it-talba għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida f’konformità mal-Artikoli 7 u 8. [Am. 53]

Artikolu 9

Trattament ta' dokumenti sensittivi

1.   Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skond ir-regoli ta' l-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża.

2.   Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti sensittivi taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu pproċessati biss minn persuni li għandhom dritt isiru jafu dwar dawk id-dokumenti. Dawn il-persuni għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), jagħmlu stima dwar liema referenzi għal dokumenti sensittivi jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku.

3.   Dokumenti sensittivi għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru jew mikxufin biss bil-kunsens ta' mingħand min ġejjin.

4.   Istituzzjoni li tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess għal dokument sensittiv għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jagħmilx ħsara l-interessi mħarsa fl-Artikolu 4.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal dokumenti sensittivi jitħarsu l-prinċipji f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4.

6.   Ir-regoli ta' l-istituzzjonijiet dwar dokumenti sensittivi għandhom isiru pubbliċi.

7.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skond l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet. [Em. 54]

Artikolu 10

Aċċess wara applikazzjoni

1.   L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jarhom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skond il-preferenza ta' l-applikant.

2.   Jekk dokument huwa disponibbli għall-pubbliku u huwa faċilment aċċessibbli lill-applikant, l-istituzzjoni, korp, uffiċju jew aġenzija tista' taderixxi ma' l-obbligazzjoni li tagħti l-aċċess billi tispjega lill-applikant kif jista' jikseb id-dokument mitlub.

3.   Id-dokumenti għandhom jiġu forniti f'verżjoni u format eżistenti (inklużi dawk elettroniċi jew f'format alternattiva bħal Braille, tipa kbira jew tejp) b'kull kunsiderazzjoni tal-preferenza ta' l-applikant.

3a.     Il-kontenut ta' dokument għandu jkun disponibbli mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-indeboliment tal-vista, ta' lingwa ta' ħidma jew ta' pjattaforma ta' sistema operattiva. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jipprovdu għal aċċess reali min-naħa ta' applikant għall-kontenut ta' dokumenti mingħajr diskriminazzjoni teknika. [Em. 55]

4.   L-applikant jista' jkun mitluba ħallas l-ispiża tal-produzzjoni u ta' l-impustar tal-kopji. Tali ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża fil-fatt tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn 20 paġna A4 50 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn. [Em. 56]

5.   Dan ir-Regolament m'għandux jidderoga mill-modalitajiet speċifiċi li jigvernaw l-aċċess stipulat fil-ligi nazzjonali jew ta' l-Unjoni bhal ħlas ta' imposta.

Artikolu 11

Reġistri

1.   Sabiex id-drittijiet taċ-ċittadin taħt dan ir-Regolament isiru effettivi, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jagħtu aċċess pubbliku lil reġistru ta' dokumenti. Aċċess lir-reġistru għandu jingħata fil-forma elettronika. Referenzi għal dokumenti għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mingħajr dewmien.

2.   Għal kull dokument, ir-reġistru għandhom jkollu numru ta' referenza (inkluż, fejn japplika, ir-referenza interistituzzjonali), il-materja u/jew deskrizzjoni fil-qosor tal-kontentu tad-dokument u d-data meta ġie rċevut jew miktub u reġistrat fir-reġistru. Referenzi għandhom isiru f'manjiera li ma jfixklux il-ħarsien ta' l-interessi fl-Artikolu 4.

3.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sat-3 Ġunju 2002 interfaċċa komuni għar-reġistri istituzzjonali ħalli jkun żgurat il-koordinament bejn ir-reġistri . [Em. 57]

Artikolu 12

Aċċess dirett għal dokumenti

1.   Dokumenti L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jagħmlu d-dokumenti kollha disponibbli b’mod dirett għall-pubbliku f’forma elettronika jew permezz ta’ reġistru, b’mod partikulari dawk miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legislattivi ta' l-UE tal-Unjoni , jew atti delegati jew ta' implimtazzjoni ta' applikazzjoni ġenerali se bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku. [Em. 58]

2.   Fejn possibbli, dokumenti oħra, partikolarment dokumenti dwar l-iżvilupp ta' politika jew strateġija, se ikunu direttament aċċessibbli f'forma elettronika.

3.   Meta aċċess dirett ma jingħatax permezz tar-reġistru, ir-reġistratur għandu, sa fejn hu possibbli, jindika fejn ikun id-dokument.

4.   DokumentiL-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jiddefinixxu fir-regoli tal-proċedura tagħhom liema kateġoriji oħra ta' dokumenti huma għandhom isiru direttament aċċessibli mill-pubbliku b'mod proattiv lill-pubbliku . [Em. 59]

Artikolu 13

Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali

1.   Flimkien ma' l-atti msemmija fl-Artikolu 297(1) u (2) TFUE, id-dokumenti li ġejjin, bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

proposti tal-Kummissjoni u inizjattivi ta' grupp ta' Stati Membri abbażi tal-Artikolu 76 TFUE;

(b)

pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skond il-proċedura msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE fl-Artikolu 294 TFUE u r-raġunijiet għal dawk il-pożizzjonijiet, kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri; [Em. 60]

(c)

atti adottati f'konformita' mal-Artikolu 25 TUE;

(f)

ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità jew skond l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-UE. mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 207 u 218 TFUE . [Em. 61]

2.   Sa fejn hu possibbli, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali:

(a)

inizjattivi lill-Kunsill minn Stat Membru jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika tas-Siġurta.skont l-Artikolu 30 TUE;

(c)

atti ħlief dawk msemmija fl-Artikolu 297(1) u (2) TFUE, rakomandazzjonijiet u opinjonijiet.

3.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji jistagħu fir-regoli tal-proċedura tagħoma jistabbilixxu liema aktar dokumenti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Tagħrif

1.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex javżaw l-pubbliku dwar id-drittijiet li għandhom taħt dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji fl-għotja ta' tagħrif liċ-ċittadini.

Artikolu 14a

Uffiċjal għall-Informazzjoni

1.     Kull unità amministrattiva ġenerali f'kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija għandha taħtar Uffiċjal għall-Informazzjoni li għandu jkun responsabbli biex jiġu żgurati l-konformità ma' dan ir-Regolament u prattika amministrattiva tajba f'dik l-unità amministrattiva.

2.     L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jiddetermina liema informazzjoni jkun jaqbel li tingħata lill-pubbliku rigward:

(a)

l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-prattika tajba;

u għandu jiżgura t-tixrid ta' dik l-informazzjoni b'mod u manjiera xierqa.

3.     L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jevalwa jekk is-servizzi fl-unità amministrattiva ġenerali tiegħu jew tagħha jsegwux prattika tajba.

4.     L-Uffiċjal għall-Informazzjoni jista' jirreferi persuna li jkollha bżonn l-informazzjoni għand unità amministrattiva ġenerali oħra jekk l-informazzjoni msemmija ma tkunx responsabilità tal-unità tiegħu iżda tkun responsabilità ta' unità differenti fl-istess istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, sakemm l-unità l-oħra kkonċernata jkollha tali informazzjoni. [Em. 62]

Artikolu 14b

Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u miftuħa

Fi-perjodu tranżitorju qabel l-adozzjoni tar-regoli kif stipulati fl-Artikolu 298 TFUE u fuq bażi tar-rekwiżiti tal-Artikolu 41 tal-Karta, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, fuq il-bażi tal-Kodiċi ta' Mġieba Amministrattiva Tajba, għandhom jadottaw u jippubblikaw linji gwida ġenerali dwar il-portata tal-obbligi ta' kunfidenzjalità u tas-sigritezza professjonali stipulati fl-Artikolu 339 TFUE, l-obbligi fir-rigward ta' amminstrazzjoni soda u trasparenti u l-protezzjoni tad-data personali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (11). Dawn il-linji gwida għandhom jiddefinixxu wkoll is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament skont ir-Regolamenti tal-Istaff tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropej u r-regoli interni tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji. [Em. 63]

Artikolu 15

Prattika amministrattiva għat-trasparenza fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji fl-istituzzjonijiet [Em. 64]

1.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċiltaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' l-aċċess garantit minn dan ir-Regolament.

1a.     L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini, b'mod ġust u trasparenti, dwar l-organigramma tagħhom billi jindikaw ir-responsabilità tal-unitajiet interni tagħhom, il-fluss tax-xogħol intern u l-iskadenzi indikattivi tal-proċeduri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, u s-servizzi li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirreferu għalihom biex jingħataw appoġġ, informazzjoni jew rimedju amministrattiv. [Em. 65]

2.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom iwaqqfu kumitat interistituzzjonali sabiex jeżamina l-aħjar prattika, jindirizza kunflitti li jistgħu jinqalgħu u jiddiskuti żvilupp futuri dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti.

2a.     Id-dokumenti relatati mal-baġit tal-Unjoni Ewropea, l-implimentazzjoni tiegħu u l-benefiċjarji tal-fondi u l-allokazzjonijiet tal-Unjoni għandha tiġi ppubblikata u tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini.

Dawn id-dokumenti għandhom ukoll ikunu aċċessibbli f'sit tal-Internet u bażi tad-data speċifiċi, u f'bażi tad-data li tittratta t-trasparenza finanzjarja fl-Unjoni. [Em. 66]

Artikolu 16

Riproduzzjoni ta' dokumenti

Dan ir-Regolament se jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tikseb kopji ta' dokumenti jewtirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati. [Em. 67]

Artikolu 17

Rapporti

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jippubblikaw ta' kull sena rapport għas-sena ta' qabel inklużi n-numru ta' każijiet fejn l-aċċess għal dokumenti ġie rifjutat, ir-raġunijiet għal dawn ir-rifjuti u n-numru ta' dokumenti sensittivi mhux reġistrati fir-reġistru.

1a.

Sa mhux aktar tard mill-… (12), il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet, li jinkludu, jekk ikunu xierqa, proposti għar-rieżami ta' dan ir-Regolament li jkunu meħtieġa minħabba bidliet fis-sitwazzjoni attwali u programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji. [Em. 69]

Artikolu 18

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa mħassar b'effett mill-[…].

Ir-referenzi għar-Regolament rrevokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

The President

Għall-Kunsill

The President


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2011.

(2)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43 .

(3)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(4)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(5)  KUMM(2004) 45.

(6)  [ …]

(7)  KUMM(2007) 185.

(8)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.

(9)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(10)   Sentenza tat-18 ta' Diċembru 2007 fil-kawża C-64/05 P, L-Isvezja vs. Il-Kummissjoni, ECR 2007 p. I-11389.

(11)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(12)  Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI (1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(7)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1) (a)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1) (b)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(7)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5

Artikolu 5(3)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17(1)

Artikolu 17

Artikolu 17(2)

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Anness


(1)  It-tabella ta' korrelazzjoni tiġi aġġornata matul ir-reviżjoni tal-att finali mill-ġuristi lingwisti.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/178


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà ***I

P7_TA(2011)0581

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] (COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD))

2013/C 168 E/46

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0611),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0343/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0372/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jenfasizza li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (2) għandu japplika għall-estensjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; jenfasizza li kull deċiżjoni tal-awtorità leġislattiva favur din it-tip ta' estensjoni ta' dawn il-kompiti għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 68.

(2)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Il-Ħamis 15 ta' Diċembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0303

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) , li ġie adottat wara d-diżastru tat-tanker taż-żejt ‚Erika’ u t-tniġġis taż-żejt devastanti li huwa ħoloq, stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis mill-bastimenti. [Em. 1]

(1a)

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 ġie emendat wara d-diżastru tat-tanker taż-żejt “Prestige”, b’tali mod li żdiedu l-kompetenzi tal-Aġenzija fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis. [Em. 2]

(2)

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-2007 il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija (minn hawn ’l isfel imsejjaħ Bord Amministrattiv) kkummissjona ikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, f’Ġunju 2008 huwa ħareġ rakkomandazzjonijiet rigward bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-Aġenzija , fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha u fil-prattiki ta’ ħidma tagħha. [Em. 3]

(3)

Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali li huwa adotta f’Marzu 2010 , uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Filwaqt li tikkonċentra fuq il-missjonijiet ta’ prijorità tagħha relatati mas-sigurtà marittima, l-Aġenzija għandha, barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji tal-Unjoni, huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit u biex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni . Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali Il-ħtiġijiet f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu għandhom kemm jista’ jkun ikunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna. [Em. 4]

(3a)

Din ir-riallokazzjoni għandha tkun ikkoordinata mal-aġenziji fl-Istati Membri. [Em. 5]

(3b)

L-Aġenzija diġà wriet li ċerti kompiti, bħas-sistemi ta’ monitoraġġ satellitari, jistgħu jsiru b’mod aktar effiċjenti fil-livell Ewropew. Meta dawn is-sistemi jistgħu jiġu applikati għall-appoġġ ta’ objettivi politiċi oħrajn, dan joffri l-possibilità lill-Istati Membri li jiffrankaw mill-baġits nazzjonali tagħhom u jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew ġenwin. [Em. 6]

(3c)

Sabiex il-kompiti l-ġodda fdati lill-Aġenzija b’dan ir-Regolament jitwettqu korrettament, jeħtieġ li jkun hemm żieda, anke jekk żgħira, fir-riżorsi tagħha. Dan se jirrikjedi li tingħata attenzjoni partikolari lil dan il-punt matul il-proċedura baġitarja. [Em. 7]

(4)

Uħud mid-dispożizzjonijiet dwar il-governanza speċifika tal-Aġezija għandhom jiġu ċċarati. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni r-responsabbiltà speċjali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni stabbilita fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem TFUE), il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-politika lill-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ l-istatus legali tal-Aġenzija u l-indipendenza tad-Direttur Eżekuttiv tagħha kif ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

(4a)

Il-ħatriet tal-Bord Amministrattiv għandhom iqisu bis-sħiħ l-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi. L-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President ukoll għandha ssegwi dan l-objettiv, kif ukoll l-għażla tar-rappreżentanti minn pajjiżi terzi. [Em. 8]

(5)

L-Aġenzija għandha taġixxi fl-interess tal-Unjoni u ssegwi l-linji gwida tal-Kummissjoni . Dan għandu jinkludi li l-Aġenzija tkun tista’ taġixxi barra mit-territorju tal-Unjoni fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha , filwaqt li tippromwovi politika ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni permezz ta’ kooperazzjoni teknika u xjentifika mal-pajjiżi terzi . [Em. 9]

(5a)

L-Aġenzija tappoġġja, fuq talba ta’ Stat Membru, u permezz ta’ mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, il-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, inkluż dak ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fil-baħar. F’każ ta’ tniġġis marittimu f’pajjiż terz, hija għandha tintervjeni fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea. [Em. 10]

(6)

L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. Fl-estensjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-kompiti jkunu deskritti b’mod ċar u preċiż, u li ma jkunx hemm duplikazzjoni u li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni. [Em. 11]

(6a)

Fid-dawl tal-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda u servizzi innovattivi u tat-titjib tal-applikazzjonijiet diġà eżistenti, ibbażati fuq l-istabbiliment ta’ spazju marittimu Ewropew mingħajr konfini, l-Aġenzija għandha tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-programmi EGNOS, Galileo u GMES. [Em. 12]

(7)

Wara li skada l-qafas tal-Unjoni għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tniġġis marittimu aċċidentali jew deliberat stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Aġenzija għandha tkompli wħud mill-attivitajiet li wettqet preċedentement taħt il-qafas skadut billi tagħmel użu, b’mod partikolari, mill-kompetenza fi ħdan il-Grupp Tekniku Konsultattiv għall-istat ta’ tħejjija u għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu.

(7a)

L-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri b’informazzjoni dettaljata dwar il-każi ta’ tniġġis minn vapuri biex tippermettilhom iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tas-7 ta’ Settembru 2005 Kunsill dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (5). Madankollu, l-effikaċja tal-infurzar u tas-sanzjonijiet tvarja ħafna minkejja li t-tniġġis ta’ dan it-tip potenzjalment jista’ jispiċċa f’ilmijiet nazzjonali oħrajn. [Em. 13]

(8)

Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru r-reazzjoni għat-tniġġis t-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Dan ir-rwol addizzjonali, li joffri valur miżjud Ewropew billi juża l-għarfien u l-kompetenza eżistenti tal-Aġenzija, għandu jkun akkumpanjat mir-riżorsi finanzjarji u tal-persunal xierqa. [Em. 14]

(8a)

B’mod partikulari, is-sistema CleanSeaNet, li attwalment tintuża biex tipprovdi provi fotografiċi tat-tixrid taż-żejt minn bastimenti, għandha tintuża wkoll biex jiġi identifikat u rreġistrat it-tixrid mill-installazzjonijiet mal-kosta u lil hinn mix-xtut. [Em. 15]

(8b)

Biex jinkiseb suq intern, għandu jiġi ottimizzat ir-rikors għall-kabotaġġ marittimu u għandhom jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-bastimenti. Il-proġett “Blue Belt” jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-formalitajiet tar-rappurtar applikabbli għall-bastimenti kummerċjali meta jkunu deħlin jew ħerġin mill-portijiet tal-Istati Membri. [Em. 16]

(9)

L-Unjoni stabbiliet strateġija komprensiva għat-trasport marittimu sal-2018, li tinkludi l-kunċett marittimu-e. Barra minn hekk, qed tiżviluppa netwerk ta’ sorveljanza marittima tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha sistemi u applikazzjonijiet marittimi disponibbli li huma ta’ interess għat-twettiq ta’ dawn il-politiki u b’mod partikolari għall-proġett „Blue Belt” . Għalhekk, l-Aġenzija għandha tqiegħed is-sistemi u d-data għad-dispożizzjoni tas-sħab interessati. [Em. 17]

(9a)

Għal fini tal-kontribuzzjoni għall-istabbiliment ta’ Spazju Marittimu Ewropew u sabiex tiġi megħjuna l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar, għandhom jinħolqu sinerġiji bejn l-awtoritajiet inklużi servizzi tal-gwardja tal-kosta. [Em. 18]

(9b)

L-Aġenzija tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-UE marittima elettronika, bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza tas-settur marittimu permezz tal-aqwa użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, bla ħsara għall-oqsma ta’ responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti. [Em. 19]

(9c)

Meta titqies l-importanza li l-Ewropa tkompli tiġbed baħħara ġodda ta’ kwalità għolja biex tissostitwixxi l-ġenerazzjoni li se tirtira, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tagħhom tat-taħriġ marittimu. B’mod partikolari għandha taħdem biex taqsam l-aħjar prattika u tiffaċilita skambji bejn istituzzjonijiet ta’ taħriġ marittimu bbażati fuq il-mudell tal-Erasmus. [Em. 20]

(10)

L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ data dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-Unjoni li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-Unjoni rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta l-operazzjonijiet relatati mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, u b’hekk tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni u prattiki tajba bejn id-diversi servizzi tal-gwardja tal-kosta . Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-data tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika pereżempju dwar il-piraterija u dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u tat-trasport tagħhom . [Em. 21]

(10a)

Biex jiġi miġġieled ir-riskju tal-piraterija li żdied fil-Golf ta’Aden u fil-Punent tal-Oċean Indjan, l-Aġenzija għandha tikkomunika lill-Operazzjoni Atalanta tal-Forza Navali tal-UE l-pożizzjoni preċiża tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE li jkunu qed ibaħħru f’dawn iż-żoni li huma magħrufa bħala żoni ta’ periklu kbir. Sal-lum, mhux l-Istati Membri kollha taw l-approvazzjoni tagħhom għal din l-attività. Dan ir-Regolament għandu jobbligahom jagħmlu dan, biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija fil-ġlieda kontra l-piraterija. [Em. 22]

(11)

Is-sistemi, l-applikazzjonijiet, il-kompetenza u d-data tal-Aġenzija huma wkoll ta’ rilevanza biex tagħti kontribuzzjoni għall-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marittimi skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (6), speċjalment bl-elementi relatati mat-tbaħħir tagħha bħall-ilma tas-saborra, iż-żibel marittimu u l-ħsejjes taħt l-ilma.

(11a)

Fil-qasam tal-kontroll tal-istat tal-port, l-Unjoni qed taħdem mill-qrib mal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port. Sabiex l-effiċjenza tiġi mmassimizzata, l-Aġenzija u s-Segretarjat tal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port għandhom jikkoperaw mill-aktar qrib possibbli, waqt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-alternattivi kollha għal kisbiet ulterjuri fl-effiċjenza. [Em. 23]

(11b)

Il-kompetenza tal-Aġenzija fl-oqsma tat-tniġġis u r-rispons għall-inċidenti fl-ambjent marittimu tista’ wkoll tkun prezzjuża fl-iżvilupp ta’ gwida dwar l-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. L-Aġenzija għandha għalhekk tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri f’dan ix-xogħol. [Em. 24]

(12)

L-Aġenzija twettaq spezzjonijiet sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni. Ir-rwoli tal-Aġenzija, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar.

(13)

Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni tal-metodi biex jippreparaw mill-iktar fis possibbli l-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija rigward l-ispezzjonijiet. Sakemm il-miżuri li jikkonċernaw dawk il-metodi ta’ ħidma ma jkunux daħlu fis-seħħ, l-Aġenzija għandha ssegwi l-prattika eżistenti għat-twettiq tal-ispezzjonijiet. [Em. 25]

(14)

Sabiex jiġu adottati r-rekwiżiti għall-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-ispezzjonijiet għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [1999/468/KE] tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni , is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni  (7). [Em. 26]

(14a)

Dawn il-miżuri kollha, kif ukoll l-azzjoni tal-Aġenzija, b’koordinazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandhom jaħdmu favur l-iżvilupp ta’ dak li tabilħaqq ikun spazju marittimu Ewropew. [Em. 27]

(14b)

Għandhom jitqiesu r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) (Regolament Finanzjarju), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, u l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (9), u b’mod partikolari l-punt 47 tiegħu. [Em. 28]

(15)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1406/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikoli 1 sa 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

"Artikolu 1

Għanijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“l-Aġenzija”). L-Aġenzija għandha taġixxi fl-interess tal-Unjoni.

2.   L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa kif ukoll b’livell għoli ta’ kompetenza, sabiex tgħinhom japplikaw il-leġislazzjoni tal-Unjoni b’mod xieraq fl-oqsma tas-sikurezza bl-għan li jiżguraw livell ta’ sigurtà marittima , tas-sigurtà marittima u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti, sabiex għoli , uniformi u effiċjenti, permezz tal-użu tal-kapaċitajiet eżistenti tagħhom ta’ assistenza, billi jipprevjenu u jiffaċċjaw it-tniġġis marittimu, inkluż minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fil-baħar, jiżviluppaw spazju marittimu Ewropew mingħajr ostakoli, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha u jevalwaw l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti. [Em. 29]

3.   L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’assistenza teknika u xjentifika fil-qasam tat-tniġġis marittimu aċċidentali jew deliberat u għandha tappoġġja, meta tintalab tagħmel dan, b’mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, il-mekkaniżmi ta’ reazzjoni għat-tniġġis tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati ta’ mal-kosta li jkollhom stabbiliti mekkaniżmi ta’ reazzjoni għat-tniġġis xierqa u filwaqt li tirrispetta l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam. Hija għandha taġixxi b’appoġġ għall-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat- 8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (10)  (11).

Artikolu 2

Il-kompiti tal-Aġenzija

1.   Sabiex ikun żgurat li L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jikkostitwixxu r-responsabilitajiet ewlenin tal-Aġenzija u għandhom jintlaħqu b’mod xieraq, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ billi jitqiesu bħala prijorità. L-attribuzzjoni lill-Aġenzija tal-kompiti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu fl-oqsma tas-sikurezza marittima u tas-sigurtà marittima, tal-prevenzjoni għandha tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-isforzi u għandha tkun soġġetta għall-prestazzjoni xierqa tal-kompiti b’rabta mas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-prevenzjoni ta’ u r-reazzjoni għat tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni . [Em. 30]

2.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni:

(a)

fil-ħidma preparatorja għall-aġġornament u għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari f’konformità mal-iżvilupp tal-leġislazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sigurta’ u s-sikurezza marittima;

(b)

fl-implimentazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari billi twettaq spezzjonijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u billi tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti ta’ spezzjoni assenjati lilha skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (12); hija tista’ tindirizza suġġerimenti lill-Kummissjoni għal kwalunkwe titjib possibbli tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

(ba)

fil-forniment ta’ assistenza teknika lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti ta’ monitoraġġ assenjati lilha skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (13); [Em. 31]

(c)

fl-għoti tal-assistenza teknika fl-aġġornament u l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tieħu sehem fil-ħidma tal-korpi tekniċi tal-IMO, tal-ILO, tal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali rilevanti oħrajn; [Em. 32]

(d)

fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-kompiti tal-Aġenzija , partikolarment dawk fil-qasam tas-sigurtà marittima bħall-Awtostradi tal-Baħar, l-ispazju marittimu Ewropew mingħajr ostakoli, il-proġett „Blue Belt”, il-qasam marittimu-e, il-passaġġi interni tal-ilma, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marittima, it-tibdil fil-klima u fl-analiżi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut fil-baħar u l-ġlieda kontra t-tniġġis ; [Em. 33]

(da)

fl-iskambju ta’ informazzjoni rigward kwalunkwe politika oħra li tista’ tkun adegwata meta jitqiesu l-qasam ta’ kompetenza u l-għarfien espert tagħha; [Em. 34]

(e)

fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni relatati mal-kompiti tal-Aġenzija bħall- “Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà” (GMES) u l-programmi ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew;

(ea)

fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika li ttejjeb il-kwalità tat-taħriġ lill-baħħara Ewropej, u fil-promozzjoni ta’ karrieri marittimi, billi titqies id-domanda għal xogħol ikkwalifikat ħafna fis-settur marittimu tal-UE; [Em. 35]

(f)

fl-analiżi tal-proġetti ta’ riċerka li għadhom għaddejjin u li tlestew li huma rilevanti għall-oqsma ta’ attività tal-Aġenzija; dan għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ miżuri regolatorji ta’ segwitu possibbli li jirriżultaw minn proġetti speċifiċi ta’ riċerka u l-identifikazzjoni ta’ temi u ta’ prijoritajiet prinċipali għal iktar riċerka fuq il-livell tal-UE; [Em. 36]

(fa)

fl-iżvilupp ta’ rekwiżiti jew kwalunkwe gwida relatata mal-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass fl-ambjent marittimu u, b’mod partikolari, l-aspetti ambjentali u tal-protezzjoni ċivili tagħha; [Em. 37]

(g)

fit-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu assenjat lilha mil-leġislazzjoni eżistenti u futura tal-Unjoni fil-qasam rilevanti.

3.   L-Aġenzija għandha taħdem mal-Istati Membri sabiex:

(a)

torganizza, fejn ikun xieraq, attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti f’oqsma li huma r-responsabbiltà tal-Istat tal-port, tal-Istat tal-bandiera u tal-Istat ta’ mal-kosta;

(b)

tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi, inkluż l-għoti ta’ servizzi rilevanti u tipprovdi assistenza teknika relatata mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni;

(ba)

tappoġġa l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta’ ċertifikazzjoni f’isem l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istat tal-Bandiera (14); [Em. 38]

(bb)

tgħin lill-Kummissjoni biex twettaq il-kompiti previsti fl-Artikoli 3, 5, 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (15), u tagħtiha pariri dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament; [Em. 39]

(c)

tappoġġja b’mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom, l-azzjonijiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis tagħhom f’każ ta’ tniġġis marittimu aċċidentali jew deliberat, meta tkun tressqet talba ta’ din ix-xorta; f’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istat Membru affetwat billi tipprovdi mezzi tekniċi xierqa, li l-operazzjonijiet ta’ tindif qed isiru taħt ir-responsabbiltà tiegħu; [Em. 40]

(ca)

tiġbor u tanalizza d-data dwar il-kwalifiki u l-impjiegi tal-baħħara bl-għan li tkun tista’ ssir il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fit-taħriġ tal-baħħara fil-livell Ewropew; [Em. 41]

(cb)

tippermetti l-koordinazzjoni xierqa tal-akkademji ta’ taħriġ bl-għan li jiġu armonizzati l-programmi ta’ taħriġ; [Em. 42]

(cc)

tiffaċilita l-ħolqien ta’ sistema ta’ skambji tat-tip Erasmus bejn l-akkademji għat-taħriġ marittimu; [Em. 43]

(cd)

tikkontribwixxi bl-għarfien tekniku tagħha fil-qasam tal-bini tal-bastimenti u ta’ kwalunkwe attività oħra relatata mat-traffiku marittimu li tiġġustifikah, biex jiġi żviluppat l-użu ta’ teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà. [Em. 44]

4.   L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’dan li ġej:

(a)

fil-qasam tal-monitoraġġ tat-traffiku, l-Aġenzija għandha b’mod partikolari tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati ta’ xtut ix-xmajjar fiż-żoni ta’ tbaħħir kkonċernati fl-oqsma koperti mid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (16) kif ukoll tiżviluppa u topera kwalunkwe sistema ta’ informazzjoni meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dik id-Direttiva. Barra minn hekk, għandha tagħti kontribuzzjoni għall-iżvilupp tal-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni għad-dominju marittimu tal-UE;

(aa)

fl-appoġġ tagħha tal-azzjonijiet li jwettqu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffiku illegali u l-piraterija, billi tipprovdi data u informazzjoni li jistgħu jiffaċilitaw l-operazzjonijiet u, b’mod partikolari, billi tagħmel użu mis-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika tagħha u mill-immaġni satellitari; [Em. 45]

(ab)

tiżviluppa u timplimenta politika makroreġjonali tal-Unjoni b’rabta mal-oqsma ta’ attività tal-Aġenzija; [Em. 46]

(b)

rigward l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi skont id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu (17), l-Aġenzija , jekk tintalab tagħmel dan mill-Istati Membri kompetenti, għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-twettiq tal-investigazzjonijiet relatati ma’ aċċidenti marittimi serji u għandha twettaq analiżi tar-rapporti dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti sabiex ikun identifikat il-valur miżjud fuq il-livell tal-UE f’termini tal-lezzjonijiet li għandhom jiġu mitgħallma . F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tkun mistiedna tassisti lill-Istati Membri matul l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-aċċidenti li għandhom x’jaqsmu mal-installazzjonijiet marittimi (mal-kosta u fil-baħar), inkluż inċidenti li jaffettwaw l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna jikkooperaw b’mod sħiħ u kemm jista’ jkun f’waqtu mal-Aġenzija ; [Em. 47]

(ba)

rigward it-tixrid taż-żejt minn installazzjonijiet lil hinn mix-xtut, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi tuża s-servizz CleanSeaNet tagħha għall-monitoraġġ tal-firxa u l-impatt ambjentali ta’ tixrid ta’ dan it-tip; [Em. 48]

(bb)

fir-rigward tal-installazzjonijiet fil-baħar taż-żejt u tal-gass, fil-valutazzjoni tal-arranġamenti tal-Istati Membri dwar pjanijiet ta’ azzjoni f’każijiet urġenti u ta’ tħejjija f’każ ta’ urġenza, u fil-koordinazzjoni tar-reazzjoni għat-tniġġis biż-żejt f’każ ta’ inċident; [Em. 49]

(bc)

fir-rigward tal-installazzjonijiet fil-baħar, fl-iżgurar ta’ monitoraġġ indipendenti minn partijiet terzi ta’ aspetti marittimi relatati mas-sikurezza, il-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ippjanar ta’ kontinġenza; [Em. 50]

(c)

meta tipprovdi statistiċi, informazzjoni u data oġġettiva, affidabbli u paragunabbli, l-Aġenzija għandha tagħti possibbiltà lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jtejbu l-azzjonijiet tagħhom u jevalwaw l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-miżuri eżistenti. Kompiti ta’ din ix-xorta għandhom jinkludu l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni tad-data teknika, l-użu sistematiku tal-bażijiet tad-data eżistenti, fost l-oħrajn billi jiddakkru minn xulxin u, fejn ikun xieraq, l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-data addizzjonali. Fuq il-bażi tad-data miġbura, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-bastimenti skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (18). L-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom sabiex itejbu l-identifikazzjoni u l-insegwiment tal-bastimenti li jagħmlu rimi illegali fil-kuntest tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (19). [Em. 51]

4a.     L-Aġenzija għandha tikkompila sommarju annwali tal-’inċidenti marittimi’ li għandu jinkludi ‧aċċidenti perikolużi‧ u ‘kważi aċċidenti’, ibbażat fuq data sottomessa mill-korpijiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri. Dan is-sommarju għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kull sena. [Em. 91]

5.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika rigward l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti tal-UE lill-Istati li japplikaw biex jissieħbu fl-Unjoni, lill-pajjiżi kollha sħab tal-Viċinat Ewropew , kif u meta applikabbli, u lill-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port. [Em. 53]

Fuq talba tal-Kummissjoni wkoll, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza f’każ ta’ tniġġis marittimu aċċidentali jew deliberat li jaffetwa lil dawn l-Istati, permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom b’mod simili għall-kundizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kif inhu msemmi fil-paragrafu (3)(c) ta’ dan l-Artikolu.

Dawn il-kompiti għandhom jiġu kkoordinati mal-programmi reġjonali ta’ kooperazzjoni eżistenti u għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, l-organizzazzjoni tal-attivitajiet rilevanti ta’ taħriġ.

Artikolu 3

Spezzjonijiet

1.   Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha u sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-Trattati u b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u twettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri , fuq talba tal-Kummissjoni . [Em. 54]

L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ħidmet il-persunal tal-Aġenzija.

Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet f’isem il-Kummissjoni f’pajjiżi terzi kif inhu mitlub mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari rigward organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009, kif ukoll it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (20).

2.   Il-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija sabiex jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2) fl-Artikolu 23 . [Em. 55]

3.   Fejn ikun xieraq, u jkun xi jkun il-każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-miżuri stabbiliti. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kummissjoni għal iktar diskussjonijiet mal-Istati Membri , u għandha tagħmilha disponibbli għall-pubbliku f’format li jkun faċilment aċċessibbli, inkluż fil-forma elettronika . [Em. 56]

(2)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, bil-qbil u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex il-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu bl-iktar mod effiċjenti u effettiv , billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni man-netwerks reġjonali u nazzjonali eżistenti diġà involuti fil-miżuri ta’ prevenzjoni . u billi jiġi definit l-ambitu preċiż tal-attivitajiet taċ-ċentru reġjonali filwaqt li jiġu evitati spejjeż finanzjarji mhux neċessarji . [Em. 57]

4.   L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. F’isem l-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma’ korpi oħrajn li jaħdmu fl-oqsma tal-attivitajiet tal-Aġenzija wara li jkun informa lill-Bord Amministrattiv.”

(3)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(-a)

il-punt b għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

"(b)

jadotta r-rapport annwali fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija u jgħaddih l-iktar tard sal-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri.

Kull sena l-Aġenzija għandha tgħaddi kull informazzjoni fir-rigward tar-riżultati tal-proċeduri tal-kalkoli lill-awtorità tal-baġit.";
[Em. 58]

(a)

il-punt (c) għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

jeżamina, fil-qafas tal-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma, talbiet mingħand l-Istati Membri għal assistenza teknika, kif inhu msemmi fl-Artikolu 2(3);

(ca)

jadotta strateġija multiannwali għall-Aġenzija li tkopri perjodu ta’ ħames snin bil-quddiem fejn jieħu inkunsiderazzjoni l-opinjoni l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni; [Em. 59]

(cb)

jadotta l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija;”

(b)

Il-punt (g) għandu jitħassar;

(ba)

Il-punt h jinbidel b’ dan li ġej:

"(h)

iwettaq dmirijietu f’relazzjoni mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 18, 19 u 21 u jissorvelja u jiżgura segwitu adegwat tar-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet li joriġinaw mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet ta’ audit, kemm dawk interni, kif ukoll dawk esterni;";

[Em. 60]

(c)

Il-punt (i) għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

‧(i)

jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Kapijiet tad-Dipartimenti msemmija fl-Artikolu 16;”;

(d)

Il-punt (l) għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

jirrivedi l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat imsemmi fil-punt (k) u l-impenji baġitarji pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar l-iffinanzjar pluriannwali ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis mill-vapuri (21).

(3a)

L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1, is-subparagrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

„Il-Membri tal-Bord għandhom jinħatru abbażi tal-levell ta’ esperjenza rilevanti tagħhom fil-kamp tas-sigurtà marittima, tas-sikurezza marittima u tar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Huma għandu jkollhom ukoll esperjenza u kompetenzi tekniċi fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja inġenerali, tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi umani. [Em. 61]

Il-Membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-obbligi u dikjarazzjoni bil-miktub li tindika kwalunkwe interess dirett jew indirett li għandu jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Huma għandhom f’kull laqgħa jiddikjaraw kull interess li jista’ jitqies ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom f’rabta mal-punti fuq l-aġenda u jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u fil-votazzjonijiet dwar dawk il-punti.”;

[Em. 62]

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’ dan li ġej:

"3.     It-terminu tal-kariga huwa ta’ erba’ snin. It-terminu tal-mandat jista’ jiġġedded darba. [Em. 63]

4.     Meta approprjat, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 17(2). Parteċipazzjoni ta’ dan it-tip m’għandhiex taffettwa s-sehem ta’ voti tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni fuq il-Bord Amministrattiv. "

[Em. 64]

(3b)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1a għandu jkun miżjud:

" 1a.     L-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tinżamm ukoll fl-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President."

[Em. 88]

(3c)

Fl-Artikolu 14, fil-paragrafu 2, is-subparagragfu 1 jinbidel b’ dan li ġej:

" 2.     75 fil-mija tal-voti totali għandha tiġi diviża b’mod ugwali bejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-25 fil-mija li jibqa’ tal-vot totali għandu jiġi diviż b’mod ugwali fost ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija m’għandux jivvota.".

[Em. 65]

(4)

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

għandu /ha jipprepara /tipprepara l-istrateġija multiannwali tal-Aġenzija u jressaqha /tressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew għall-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti; [Em. 66]

(aa)

għandu /ha jipprepara /tipprepara l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija u jressqu /tressqu quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew ; [Em. 67]

(ab)

għandu /ha jipprepara /tipprepara l-programm ta’ ħidma annwali , filwaqt li jindika/tindika r-riżorsi umani u finanzjarji li ġew antiċipati u allokati għal kull attività, u l-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija, u jressaqhom /tressaqhom quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni mill-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti. Huwa/hija għandu/ha jwieġeb/twieġeb b’mod pożittiv għal kull stedina mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jippreżenta/tippreżenta u jagħmel/tagħmel skambju ta’ fehmiet dwar il-programm annwali tax-xogħol. Huwa /hija għandu /ha jieħu /tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom Huwa għandu u jirrispondi /tirrispondi għal kwalunkwe talba għal assistenza mingħand Stat Membru skont l-Artikolu 10(2)(c); [Em. 68]

(b)

għandu /ha jiddeċiedi /tiddeċiedi li jwettaq /twettaq l-ispezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-istess Artikolu 3. Huwa /hija għandu/ha jikkoopera /tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2);”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (d) għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għandu /ha jorganizza /torganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ tkun tista’ jipparaguna /tipparaguna l-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet u mal-kompiti tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa/hija għandu/ha jistabbilixxi/tistabbilixxi, bi ftehim mal-Kummissjoni, l-indikaturi ta’ prestazzjoni li huma adattati sabiex jippermettu l-valutazzjoni effikaċi tar-riżultati akkwistati. Huwa /hija għandu /ha jiżgura ruħu /tiżgura ruħha li l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija se tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Fuq din il-bażi, kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv. Ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni apposta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija u għandu jagħti aġġornament tal-istatus tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dak il-pjan. Huwa /hija għandu /ha jistabbilixxi /tistabbilixxi proċeduri regolari ta’ evalwazzjoni li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;”;

[Em. 70]

(c)

Fil-paragrafu 2, il-punt (g) għandu jitħassar;

(d)

Il-paragrafu (3) għandu jitħassar.

(5)

L-Artikolu 16 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 16

Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Kapijiet tad-Dipartimenti

1.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. L-opinjoni tiegħu, jekk ikun hemm waħda, għandha titqies qabel il-ħatra formali. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot. [Em. 71]

2.   Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni r-rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal mhux ikar minn tliet ħames snin. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, huwa/hija j/tista’ j/tiġi mistieden/mistiedna j/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u j/twieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu/ha l-membri tiegħu. L-opinjoni tiegħu, jekk ikun hemm waħda, għandha titqies qabel il-ħatra formali. Jekk il-mandat ma jkunx estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu/ha j/tibqa’ fil-kariga tiegħu/tagħha sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu/tagħha. [Em. 72]

3.   Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jkun assistit minn Kap ta’ Dipartiment wieħed jew iktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, wieħed mill-Kapijiet tad-Dipartimenti għandu jeħodlu postu.

4.   Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru, filwaqt li jiġi rrispettat il-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa, fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza professjonali rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru jew jitkeċċew mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun irċieva opinjoni pożitiva mingħand il-Bord Amministrattiv.”.

[Em. 90 u 73]

(6)

L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-ħlasijiet u t-tariffi għall-pubblikazzjonijiet, għat-taħriġ u/jew għal kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija.”;

(b)

paragrafu 3 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

" 3.     Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni ta’ stimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, fuq il-bażi ta’ bbaġittjar ibbażat fuq l-attività, u għandu jgħaddiha lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma’ abbozz bit-tabella tal-persunal. ";

[Em. 74]

(c)

paragrafi 7 u 8 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"7.     Id-dikjarazzjoni tal-istimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn “il quddiem imsejjah l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

8.     Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont ta’ sussidju li se jkun mitlub mill-baġit ġenerali, li se tressaq quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 314 tat-TFUE, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ u ġustifikazzjoni ta’ kull differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-istimi tal-Aġenzija u s-sussidju li se jkun mitlub mill-baġit ġenerali.”;

Em. 75]

(d)

paragrafu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"10.     Il-baġit għandu jkun addottat mill-Bord Amministrattiv. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, se jkun aġġustat skont hekk, flimkien mal-programm annwali tal-ħidma.".

[Em. 76]

(7)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   F’intervalli regolari u għall-inqas kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament , filwaqt li jivvaluta r-rilevanza, l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tagħha . Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tikkunsidraha rilevanti għal dik l-evalwazzjoni. [Em. 77]

2.     Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-utilità, ir-rilevanza, il-valur miżjud li ġie akkwistat u l-effiċenza tal-Aġenzija u l-prattiki tal-ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali. Hija għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibli li timmodifika jew testendi l-kompiti tal-Aġenzija jew li ttemm l-attivitajiet tagħha jekk ir-rwol tagħha jsir superfluwu. ".

[Em. 78]

(7a)

Jidaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 22a

Studju dwar il-fattibilità

Fi żmien … (22) sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill studju dwar il-fattibilità ta’ sistema ta’ koordinazzjoni tas-servizzi nazzjonali tal-gwardja tal-kosta, li juri l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ tali sistema.

Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva. [Em. 79]

Artikolu 22b

Rapport dwar il-progress

Fi żmien … (23) [tliet] snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistipula kif l-Aġenzija wettqet r-responsabilitajiet addizzjonali assenjati minn dan ir-Regolament u l-każ biex l-objettivi u l-kompiti tagħha jkomplu jiġu estiżi. B’mod partikolari, dan ir-rapport għandu jinkludi:

(a)

analiżi tal-kisbiet fl-effikaċja li twettqu permezz ta’ integrazzjoni akbar tal-Aġenzija u l-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port;

(b)

informazzjoni dwar l-effikaċja u l-konsistenza tal-infurzar tad-Direttiva 2005/35/KE min-naħa tal-Istati Membri u informazzjoni statistika dettaljata dwar is-sanzjonijiet li ġew applikati.

Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

[Em. 80]

(8)

L-Artikolu 23 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 23

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assista mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (24) tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 23a dwar il-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija sabiex jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija skont l-Artikolu 3(1) . [Em. 81]

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Em. 82]

(8a)

Jidaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 23a

Eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din il-proroga sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi kwalunkwe waqt. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar ’il quddiem li tiġi speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet espressi la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ [xahrejn] min-notifika dwar l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi prorogat b’xahrejn."

[Em. 83]

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 68.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011.

(3)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 1.

(5)   ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.

(6)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(7)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(10)   ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(11)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(12)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(13)   ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28.

(14)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.

(15)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(16)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(17)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.

(18)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.

(19)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.

(20)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33."

(21)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1.”.

(22)  

(+)

Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(23)  

(++)

Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament "

(24)   ĠU L 324, 29.11.2002, p 1 .”


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/195


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2011
Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Uzbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti

P7_TA(2011)0586

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/2010 – C7-0097/2011 – 2010/0323(NLE))

2013/C 168 E/47

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16384/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0097/2011),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 (1), tas-26 ta' Ottubru 2006 (2), tas-27 ta' Ottubru 2005 (3) u tad-9 ta' Ġunju 2005 (4) dwar l-Uzbekistan, tat-12 ta' Marzu 1999 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Uzbekistan (5) (FSK), tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar id-dimensjoni esterna tal-politika soċjali, il-promozzjoni tal-istandards tax-xogħol u dawk soċjali u r-responsabbiltà soċjali korporattiva Ewropea (6) u tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet Kummerċjali Internazzjonali (7),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Uzbekistan dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili (8) u d-deċiżjoni tal-Kunsill 2000/804/KE tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta' kummerċ ta' prodotti tessili ma' ċerti pajjiżi terzi (inkluż l-Uzbekistan) (9),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra (10) u b’mod partikolari l-Artikolu 16, li jiddikjara li ‧dan it-Titlu m'għandux japplika għall-kummerċ ta' prodotti tessili li jaqgħu taħt Kapitli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Kombinata. Il-kummerċ ta’ dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, inizjalat fl-4 ta' Diċembru 1995 u applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1996‧,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Uzbekistan, bħalma huma dawk tal-25 ta' Ottubru 2010 (11), tas-27 ta' Ottubru 2009 (12), tas-16 ta' Diċembru 2008 (13), tas-27 ta' Ottubru 2008 (14), tat-13 ta' Ottubru 2008 (15), tad-29 ta' April 2008 (16), fejn tqajjem tħassib fuq id-drittijiet tal-bniedem, id-demokratizzazzjoni u l-istat tad-dritt fl-Uzbekistan,

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2005 (17) u 2010 (18)), l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (2006) (19), l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (2010) (20), l-osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (2006) (21), ir-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar ir-Reviżjoni Perjodika Universali dwar l-Uzbekistan (2009) (22), u r-Rapport tal-Kumitat tal-Konferenza tak-ILO dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards (2010) (23), ir-Rapport tal-Kumitat tal-ILO ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet dwar il-Konvenzjoni tal-Agħar Forom ta' Xogħol tat-Tfal (2010 (24) u 2011 (25)) u r-Rapport tal-Kumitat tal-ILO ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet dwar il-Konvenzjoni tat-Tneħħija ta' Xogħol Forzat (2010 (26) u 2011 (27)), li lkoll jesprimu tħassib għal dak li għandu x'jaqsam mal-użu kontinwu tax-xogħol tat-tfal fl-Uzbekistan,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-'Promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd: Il-Kontribuzzjoni tal-UE għall-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti fid-dinja' (COM(2006)0249),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar 'Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE' (COM(2008)0055) kif ukoll id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra x-xogħol tat-tfal (SEC(2010)0037),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ix-xogħol tat-tfal tal-14 ta' Ġunju 2010 u t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex isir studju u jsir rapport qabel tmiem l-2011 dwar l-agħar forma ta' xogħol tat-tfal u kummerċ, waqt li titqies l-esperjenza internazzjonali u l-opinjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti' (28),

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol tal-1973 (Nru 138) (29), u l-Konvenzjoni rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-eliminazzjoni tal-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal (Nru 182) (30), li ġew ratifikati mill-Uzbekistan fl-2009 u l-2008 rispettivament u li ġew segwiti mill-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni fl-Uzbekistan,

wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 (31) (Regolamet SPĠ) kif ukoll l-Artikolu 19 tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (COM(2011)0241),

wara li kkunsidra t-talbiet minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (32) varji u minn trejdjunjins (33) għal investigazzjonijiet dwar il-preferenzi tal-SPĠ għall-Uzbeksitan,

wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv DCI tal-Asja Ċentrali 2011-2013 (34),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0427/2011),

A.

billi t-tessuti huma esklużi mill-FSK u kienu minflok regolati minn ftehim bilaterali li skada fl-2005, bir-riżultat li nħolqot inċertezza għall-esportaturi tal-Unjoni, minħabba li l-Uzbekistan (li mhux membru tal-WTO) jista' jżid it-tariffi tal-importazzjoni filwaqt li l-Unjoni tagħti trattament tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit (NAF) (rigward it-tariffi) lil kull pajjiżi tad-dinja,

B.

billi l-Protokoll għandu l-għan li jinkludi t-tessuti fil-FSK, li se jwassal biex iż-żewġ partijiet jagħtu lil xulxin l-istatus ta' NAF, bir-riżultat li tintemm l-inċertezza legali għall-esportaturi tat-tessuti tal-UE,

C.

billi l-Unjoni preċedentement kienet irratifikat din l-inċertezza legali għall-esportaturi tat-tessuti tal-Unjoni permezz tal-emendi tal-FSK ma' diversi pajjiżi (eż. l-Azerbajġan fl-2007 u l-Kazakistan fl-2008),

D.

billi l-Artikolu 2 tal-FSK mal-Uzbekistan jiddikjara li “Rispett għad-demokrazija, prinċipji ta' liġi internazzjonali u drittijiet tal-bniedem kif imfissra b'mod partikolari fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta' Helsinki u l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, inklużi dawk imħabbra fid-dokumenti tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE, isostnu l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxu elementi essenzali tas-sħubija u ta' dan il-Ftehim”.

E.

billi l-Kunsill iddikjara fil-25 ta' Ottubru 2010 li ‧huwa jibqa‧ mħasseb serjament bis-sitwazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokratizzazzjoni u l-istat tad-dritt fl-Uzbekistan',

F.

billi l-Gvern tal-Uzbekistan jinsab fil-proċess li jieħu passi importanti biex jikseb id-demokrazija,

G.

billi l-Gvern tal-Uzbekistan jaġixxi kuntrarju għall-eżitu tal-laqgħa ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Asja Ċentrali li saret f’Taxkent fis-7 ta’ April 2011, fejn "il-partijiet fakkru li l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili b’saħħitha jikkostitwixxi parti integrali mill-iżvilupp demokratiku",

H.

billi l-Uzbekistan wiret sistema agrikola mmexxija mill-istat li fil-biċċa tagħha żammha mingħajr ma għamlilha riformi; billi pajiżi oħra fl-istess reġjun, bħalma hu l-Kazakistan u sa ċertu punt it-Taġikistan, qed jimmodernizzaw l-agrikoltura tagħhom u qed jindirizzaw ħafna mill-problemi (35); billi riforma agrarja ġenwina u l-mekkanizzazzjoni se jnaqqsu konsiderevolment l-inċidenza tax-xogħol furzat tat-tfal u l-ħela tal-ilma u se jagħmlu l-azjendi tal-biedja aktar profittabbli,

I.

billi l-bdiewa Uzbeki jistgħu uffiċjalment ikunu operaturi liberi imma jieħdu l-art tagħhom b'ċens, jixtru l-fertilizzant tagħhom u huma meħtieġa li jilħqu ċerti kwoti, kollha mill-gvern; billi l-gvern jixtri l-qoton tiegħu bi prezz fiss u jaqla’ ammonti konsiderevoli ta’ flus mill-bejgħ tal-qoton għall-prezz ħafna ogħla tas-suq dinji,

J.

billi l-Presidenza tal-Kunsill fakkret fid-dikjarazzjoni tal-Unjoni fl-ILO f'Ġunju 2011 'l-allegazzjonijiet dokumentati fid-dettall u l-kunsens wiesa' bejn il-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, l-UNICEF, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' min iħaddem u l-ħaddiema u l-NGOs iddikjaraw li, minkejja l-impenji legali magħmula mill-Gvern tal-Uzbekistan biex jispiċċa x-xogħol furzat tat-tfal, fil-prattika, sena wara sena numru maħsub ta' 0.5 sa 1.5 miljuni ta' tfal li għandhom l-età għall-iskola għadhom sfurzati jieħdu sehem fix-xogħol perikoluż tal-ħsad tal-qoton għal massimu ta' tliet xhur kull sena',

K.

billi l-iskejjel huma magħluqin fi żmien il-ħsad fil-ħarifa, bir-riżultat li l-edukazzjoni hija mfixkla,

L.

billi t-tfal, l-għalliema tagħhom u l-ġenituri jirriskjaw li jkunu kkasitgati jekk ma jobdux,

M.

billi l-Gvern tal-Uzbekistan iddikjara li 'hija ħaġa tradizzjonali li t tfal li huma ikbar fl-età jassistu fin-negozji tal-familja', u li 'l-allegazzjonijiet dwar ix-xogħol furzat kullimkien fl-agrikoltura m'għandhomx bażi' (36),

N.

billi osservaturi internazzjonali indipendenti ġabru evidenza tat-tħaddim furzat u b’mod partikolari t-tħaddim furzat tat-tfal bħala prattika sistematika u organizzata li għandha pressjonijiet fuq l-għalliema u l-familji bil-parteċipazzjoni tal-forzi tal-pulizija u tas-sigurtà;

O.

billi sa issa l-Gvern tal-Uzbekistan irrifjuta l-aċċess għal missjonijiet ta' monitoraġġ indipendenti li l-għan tagħhom kien li joħorġu l-fatti u jipprovdu tagħrif dwar kemm idum il-perjodu tal-ħsad tal-ħarifa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fir-rigward tas-saħħa tal-istudenti, l-età tagħhom u fejn ikun relevanti r-riskju tal-kastigi f'każ ta' diżubbidjenza,

P.

billi skont il-Kummissjoni l-esportazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ mill-Unjoni lejn l-Uzbekistan jammontaw għal 0,05 % tal-esportazzjonijiet li tagħmel l-Unjoni ta’ tessuti u ħwejjeġ,

Q.

billi l-Unjoni hija waħda mill-importaturi ewlenin tal-qoton mill-Uzbekistan, li l-estimi dwar dan ivarjaw minn importazzjoni ta' 6 (37) sa 23 % (38) tal-esportazzjonijiet tal-qoton Uzbeki f'dawn l-aħħar għaxar snin,

R.

billi, fuq il-bażi tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, l-Unjoni għandha r-responsabilità morali li tuża l-influwenza tagħha, bħala waħda mis-sħab kummerċjali ewlenin u importatriċi ewlenija tal-qoton mill-Uzbekistan, li twaqqaf l-użu tax-xogħol furzat tat-tral f’dan il-pajjiż; billi, għalhekk, il-Protokoll ma jistax jiġi trattat bħala ftehim purament tekniku, ladarba jitqajjem tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħalma hu x-xogħol furzat tat-tfal, speċjalment fir-rigward tal-ħsad tal-qoton,

S.

billi l-kummerċ internazzjonali ġust u miftuħ jeħtieġ kompetizzjoni bl-istess kundizzjonijiet u l-fatturi ekonomiċi li jiddeterminaw il-prezzijiet tal-prodotti esportati lejn l-Unjoni m’għandhomx jiġu mfixkla minn prattiki li huma kuntrarji għall-prinċipji bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tat-tfal;

T.

billi ħafna bejjiegħa bl-imnut tat-tessuti, inklużi wħud Ewropej, iddeċidew li mhux se jixtru aktar qoton mill-Uzbekistan u se jinnotifikaw lill-fornituri kollha tagħhom dwar dan l-impenn (39),

U.

billi l-Kunsill iddikjara l-konklużjonijiet tiegħu dwar ix-xogħol tat-tfal tal-14 ta' Ġunju 2010 li huwa konxju għalkollox mir-rwol u r-responsabilitajiet tal-Unjoni fil-ġlieda biex jintemm ix-xogħol tat-tfal,

V.

billi l-President tal-Kummissji Barroso ħeġġeġ lill-President Uzbek Islam Karimov biex jippermetti lill-ILO tibgħat missjoni ta' monitoraġġ fil-pajjiż biex tindirizza l-kwestjoni ta' kwalunkwe prattika li għad fadal tax-xogħol tat-tfal' (40),

W.

billi l-assistenza tal-UE għall-Uzbekistan fil-qafas tal-istrateġija tal-UE mal-Asja Ċentrali sa issa tat ftit attenzjoni lir-riforma agrikola,

X.

billi l-Kummissjoni qed tinsisti strettament fuq il-missjonijiet ta' monitoraġġ mill-ILO bħala l-unika entità relevanti ta' monitoraġġ fil-kuntest tal-investigazzjonijiet ta' referenzi ta' SPĠ li ġew irtirati temporanjament, filwaqt li jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li titneħħa din it-talba fil-kuntest tar-revżjoni tar-Regolament SPĠ,

Y.

billi l-ilma huwa riżorsa importanti fis-seklu 21 u għaldaqstant il-preservazzjoni tal-ilma għandha tkun prijorità; billi l-produzzjoni tal-qoton fl-Uzbekistan ikkawżat tnaqqis gravi tal-volum tal-Baħar Aral bejn l-1990 u l-2008, minħabba standards ambjentali ħżiena u infrastruttura tas-saqi ineffiċjenti,

1.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(i)

Jikkundannaw bil-qawwa t-tħaddim furzat tat-tfal fl-Uzbekistan;

(ii)

Jappoġġjaw bis-saħħa t-talba tal-ILO lill-Gvern tal-Uzbekistan biex jaċċetta missjoni ta' osservazzjoni tripartitika ta' livell għoli li jkollha l-libertà sħiħa tal-moviment u aċċess f'waqtu għall-postijiet u l-partijiet relevanti kollha, inkluż fl-għelieqi tal-qoton, sabiex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-ILO;

(iii)

Jindikaw kemm hu importanti li jkun hemm osservaturi internazzjonali biex jimmoniterjaw l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tax-xogħol furzat fl-Uzbekistan, kif ukoll f’pajjiżi oħra fir-reġjun;

(iv)

Iħeġġu lill-President tal-Uzbekistan Islam Karimov iħalli missjoni ta’ monitoraġġ tal-ILO tidħol fil-pajjiż ħalli tindirizza l-kwestjoni tal-prattiki tat-tħaddim furzat tat-tfal;

(v)

Iħeġġu lill-Gvern tal-Uzbekistan jippermetti missjoni ta' monitoraġġ tal-ILO u jiżgura li l-prattika tat-tħaddim furzat u tat-tħaddim furzat tat-tfal hija effettivament fil-proċess li tiġi eradikata fuq livell nazzjonali, fuq livell tal-viloyat u fuq livell lokali;

(vi)

Ifakkru lill-awtoritajiet tal-Uzbekistan li minkejja l-fatt li l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem huma inklużi fit-test tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Uzbekistan u li l-Uzbekistan iffirmat u rratifikat il-maġġoranza tal-konvenzjonijiet tan-NU fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ċivili u politiċi u d-drittijiet tat-tfal, dan is-sett formali ta’ atti legali għad irid jiġi implimentat b'mod effikaċi;

(vii)

Jikkontribwixxu permezz ta' djalogu dwar politiki u permezz ta' programmi ta' assistenza għal riformi orjentati lejn is-suq tas-settur agrikolu tal-Uzbekistan; joffru assistenza mill-Unjoni għat-tranżizzjoni, fl-aħħarnett, għal settur tal-biedja li jkun privatizzat u liberalizzat fl-Uzbekistan, skont l-iżviluppi li qed iseħħu fil-pajjiżi ġirien;

(viii)

Jiżguraw li l-ħidma biex tintemm il-prattika tat-tħaddim furzat tat-tfal fil-produzzjoni tal-qoton se tkun prijorità tal-istrateġija tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem fid-Delegazzjoni tal-Unjoni f'Taxkent; jinsisti li din għandha tkun riflessa fil-politika, fil-monitoraġġ, fir-rappurtar, fil-provvediment ta’ persunal u fl-assistenza finanzjarja;

(ix)

Li l-Kummissjoni għandha tistudja u jekk ikun xieraq tressaq quddiem il-Parlament Ewropew proposta leġiżlattiva dwar mekkaniżmu ta’ traċċabilità effikaċi għall-merkanzija li qed tiġi prodotta permezz tax-xogħol furzat tat-tfal;

(x)

Jappoġġaw it-talba tal-Parlament lin-negozjanti u lill-bejjiegħa bl-imnut tal-qoton biex ma jkomplux jixtru l-qoton prodott mit-tħaddim furzat tat-tfal mill-Uzbekistan u biex jinformaw lill-konsumaturi u lill-fornituri tagħhom kollha dwar dan l-impenn;

(xi)

Jekk il-korpi ta’ monitoraġġ tal-ILO jikkonkludu li jeżisti ksur serju u sistematiku tal-obbligi tal-Uzbekistan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra tagħtix bidu għal investigazzjoni dwar l-irtirar temporanju tal-SPĠ jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra kollha; u jenfasizza li meta tkun qed twettaq dan il-Kummissjoni tkun qiegħda sempliċement tinforza r-regoli eżistenti tas-SPĠ tal-Unjoni, u jenfasizza l-importanza li tintwera konsistenza fl-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli;

(xii)

Ifissru fil-qosor l-importanza tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Uzbekistan fuq il-bażi tal-FSK u l-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu; itennu l-impenn tal-Unjoni li tkompli u tapprofondixxi r-relazzjonijiet bilaterali, li jinkludu l-kummerċ, kif ukoll l-oqsma kollha relatati mal-prinċipji demokratiċi, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

(xiii)

Jagħtu kontribut b’mod attiv għat-titjib tas-sitwazzjoni soċjali, ekonomika u tad-drittijiet tal-bniedem tal-popolazzjoni tal-Uzbekistan billi jippromwovu approċċ minn isfel ’il fuq u billi jappoġġaw organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-midja ħalli jintlaħaq proċess ta’ demokratizzazzjoni sostenibbli;

(xiv)

Jipprovdu lill-Parlament regolarment informazzjoni sostanzjali dwar is-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, speċjalment fir-rigward tal-eradikazzjoni tat-tħaddim furzat tat-tfal;

2.

Jikkonkludi li l-Parlament se jikkunsidra biss il-kunsens jekk l-osservaturi tal-ILO, ikunu ngħataw aċċess mill-awtoritajiet Uzbeki biex iwettqu monitoraġġ mill-qrib u mingħajr xkiel u jkunu kkonfermaw li ġew implimentati riformi konkreti u taw riżultati sostanzjali b'tali mod li l-prattika tat-taħddim furzat u t-tħaddim furzat tat-tfal hija effettivament fil-proċess li tiġi eradikata fuq livell nazzjonali, fuq il-livell tal-viloyat u fuq il-livell lokali.

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jitkomplew id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni u l-Kunsill.

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Parlament tal-Uzbekistan.


(1)  ĠU C 282 E, 06.11.2008, p. 478.

(2)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 466.

(3)  ĠU C 272 E, 09.11.2006, p. 456.

(4)  ĠU C 124 E, 25.05.2006, p. 422.

(5)  ĠU C 175 E, 21.06.1999, p. 432.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0260.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0434.

(8)  ĠU L 123, 17.5.1994, p. 745.

(9)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 63.

(10)  ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3.

(11)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/MT/foraff/117329.pdf

(12)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/mt/gena/110783.pdf

(13)  http://ec.europa.eu/sport/information-center/doc/timeline/european_council_12-12-2008_conclusions_mt.pdf

(14)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/mt/gena/110783.pdf

(15)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/103295.pdf

(16)  http://www.eu2008.si/si/News_and_Documents/Council_Conclusions/April/0428_GAERC4.pdf

(17)  L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, it-Taqsira tal-Konvenzjoni: CCPR, Osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem: L-Uzbekistan. 26/04/2005. (CCPR/CO/83/UZB. (Osservazzjonijiet Konklużivi/Kummenti)), http://www.unhchr.ch/tbs/doc.nsf/(Symbol)/CCPR.CO.83.UZB.En?Opendocument

(18)  United Nations, International Covenant on Civil and Political Rights, Distr. General, CCPR/C/UZB/CO/3/UZB 25 March 2010, Concluding observations of the Human Rights Committee, Uzbekistan, (Nazzjonijiet Uniti, Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, Distr. Ġenerali, CCPR/C/UZB/CO/3/UZB 25 ta’ Marzu 2010, Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, Uzbekistan,

www2.ohchr.org/english/bodies/hrc/docs/co/Uzbekistan98_AUV.doc)

(19)  http://www.unhchr.ch/tbs/doc.nsf/%28Symbol%29/E.C.12.UZB.CO.1.En?Opendocument

(20)  In-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, CEDAW/C/UZB/CO/4, Distr.: Ġenerali l-5 ta' Frar 2010, Osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, l-Uzbekistan, (http://www2.ohchr.org/english/bodies/cedaw/docs/co/CEDAW-C-UZB-CO-4.pdf)

(21)  L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Osservazzjonijiet konklużivi: L-Uzbekistan. 02/06/2006. (CCPR/CO/2/UZB), http://www.unhchr.ch/tbs/doc.nsf/(Symbol)/CCPR.CO.83.UZB.En?Opendocument

(22)  http://lib.ohchr.org/HRBodies/UPR/Documents/Session3/UZ/A_HRC_10_82_Add1_Uzbekistan_E.pdf

(23)  L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, ir-Rapport tal-2010 tal-Kumitat tal-Konferenza dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards, id-99 Sessjoni, Geneva, 2010, (http://www.ilo.org/global/standards/applying-and-promoting-international-labour-standards/conference-committee-on-the-application-of-standards/lang–en/index.htm)

(24)  Il-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, id-99 Sessjoni, 2010, Rapport tal-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet, (http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ed_norm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_123424.pdf)

(25)  Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, il-100 Sessjoni, 2011, Rapport tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Applikazzjoni ta’ Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet (ILC. 100/III/1A), (http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ed_norm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_151556.pdf)

(26)  http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ed_norm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_123424.pdf

(27)  http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ed_norm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_151556.pdf

(28)  Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ix-xogħol tat-tfal, it-3023 laqgħa tal-Kunsill tal-Affararijiet Barranin, il-Lussemburgu, l-14 ta' Ġunju 2010, (http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/115180.pdf)

(29)  Il-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol (Nota: Data tad-dħul fis-seħħ: 19.6.1976.) Convention:C138, Geneva 26.6.1973, (http://www.ilo.org/ilolex/cgi-lex/convde.pl?C138)

(30)  Il-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, C182 Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999, Geneva 17.6.1999, (http://www.ilo.org/ilolex/cgi-lex/convde.pl?C182)

(31)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(32)  Business Social Compliance Initiative (Inizjattiva tal-Konformità Soċjali tal-Kummerċ), C.W.F Children Worldwide Fashion (Moda Dinjija tat-Tfal), Anti-Slavery International (Antiskjavitù Internazzjonali), Uzbek-German Forum for Human Rights (Forum bejn l-Uzbekistan u l-Ġermanja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem) u Ethical Trading Initiative (Inizjattiva ta’ Kummerċ Etiku)

(33)  l-ITUC-ETUC

(34)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni, id-Direttorat għall-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu ta' Isfel, ir-Repubbliki tal-Asja Ċentrali, il-Programm Indikattiv DCI 2011-2013, paġna 54, (http://www.eeas.europa.eu/central_asia/docs/2010_ca_mtr_en.pdf)

(35)  What has changed? (Xi nbidel?) School of Oriental and African Studies, University of London, November 2010 (L-Iskola tal-Istudji Orjentali u Afrikani, l-Università ta' Londra, Novembru 2010), (http://www.soas.ac.uk/cccac/centres-publications/file64329.pdf)

(36)  2011 ILO Report of the Committee of Experts on the Application of Conventions and Recommendations, page 429 (Rapport tal-ILO tal-2011mill-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni ta' Konvenzjonijiet u Rakkomandazzjonijiet, paġna 429), (http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ed_norm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_123424.pdf)

(37)  Sors: Id-DĠ Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

(38)  http://unctad.org/infocomm/anglais/cotton/market.htm

(39)  International Labor Rights Forum (Forum Internazzjonali dwar id-Drittijiet tax-Xogħol), http://www.laborrights.org/stop-child-forced-labor/cotton-campaign/company-response-to-forced-child-labor-in-uzbek-cotton)

(40)  Dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso wara l-laqgħa tiegħu mal-President tal-Uzbekistan Islam Karimov, (http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/11/40&type=HTML)