ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.168.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 168

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
14 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 168/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6871 – Mohawk Industries/Spano Invest) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 168/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja

2

2013/C 168/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ għall-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ

5

2013/C 168/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-karrieri doppji għall-atleti

10

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 168/05

Rata tal-kambju tal-euro

13

2013/C 168/06

Proġett konġunt SESAR – Baġit 2013 u pjan ta’ stabbiliment tal-persunal

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 168/07

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Kawża AT.39398 – VISA MIF ( 1 )

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 168/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6871 – Mohawk Industries/Spano Invest)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 168/01

Fit-23 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6871. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/2


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja

2013/C 168/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FIL-KUNTEST TA':

1.

L-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.

L-Istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari, il-mira ewlenija li jiżdied il-proporzjon ta' persuni ta' bejn it-30 u l-34 sena li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti għal mill-inqas 40 %.

3.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxu qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (1) li identifikaw il-promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva bħala wieħed mill-erba' objettivi strateġiċi tiegħu u li enfasizzaw li l-politika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tippermetti liċ-ċittadini kollha, irrispettivament miċ-ċirkostanzi personali, soċjali jew ekonomiċi tagħhom, jiksbu, jaġġornaw u jiżviluppaw tul ħajjithom kemm ħiliet speċifiċi għall-impjieg kif ukoll ħiliet u kompetenzi prinċipali.

4.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ (2), li enfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, kif ukoll l-ekwità fit-trattament u eżiti li jkunu indipendenti mill-isfond soċjoekonomiku u fatturi oħra li jistgħu jwasslu għal żvantaġġ edukattiv, u li rrikonoxxew il-ħsieb ekonomiku u soċjali biex jogħlew il-livelli ġenerali ta' kisba fl-edukazzjoni u biex jiġu żviluppati livelli għolja ta' ħiliet u nnotaw li l-forniment ta' ħiliet u kompetenzi prinċipali għal kulħadd ser ikollu rwol kruċjali fit-titjib tal-impjegabbiltà taċ-ċittadini, l-inklużjoni soċjali u s-sodisfazzjon personali.

5.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja (3), li stiednu lill-Istati Membri biex jippromwovu l-iżvilupp sistematiku ta' strateġiji effettivi sabiex jiġi żgurat aċċess għall-gruppi sottorappreżentati u jżidu l-isforzi sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-rati ta’ tluq bikri mill-edukazzjoni għolja billi jittejbu l-kwalità, ir-rilevanza u l-attraenza tal-korsijiet, b'mod partikolari permezz ta’ tagħlim iċċentrat fuq l-istudent u billi jiġu pprovduti appoġġ, gwida u pariri rilevanti wara li jibdew l-edukazzjoni għolja.

6.

Il-Komunikazzjoni ta' Bukarest mill-Ministri li attendew il-Konferenza Ministerjali tal-Proċess ta' Bolonja tas-26 u s-27 ta' April 2012, li fiha qablu li jadottaw miżuri nazzjonali biex jitwessa' l-aċċess b'mod ġenerali għal edukazzjoni għolja ta' kwalità u tennew l-objettiv li l-istudenti li jibdew u jtemmu l-edukazzjoni għolja għandhom jirriflettu d-diversità tal-popolazzjonijiet tal-Ewropa, flimkien mat-trattament speċifiku tad-dimensjoni soċjali fl-edukazzjoni għolja fir-rapport ta' implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja tal-2012, li jeżamina l-informazzjoni ta' statistika disponibbli dwar l-impatt tal-isfond tal-istudenti fuq il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja u l-approċċi ta' politika differenti biex iwessgħu l-aċċess.

7.

Il-Komunikazzjoni tal-20 ta' Novembru 2012 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar  (4), li fid-dokument ta' ħidma tal-persunal (5) li jakkumpanjah jippromwovi l-iżvilupp u t-tisħiħ ta' sħubijiet u ta' mogħdijiet flessibbli għall-iżvilupp tal-ħiliet tul il-ħajja.

8.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012, dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (6), fejn l-Istati Membri qablu li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-validazzjoni ta' dan it-tagħlim, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-individwi jingħataw l-opportunità li jużaw dak li jkunu tgħallmu barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali għall-karrieri tagħhom kif ukoll għall-għan ta' tagħlim ulterjuri, inkluż fl-edukazzjoni għolja.

9.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013, li jidentifika l-edukazzjoni bħala xprun fundamentali għat-tkabbir u l-kompetittività, flimkien mal-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp, u jissottolinja r-rwol fundamentali tal-investimenti fil-kapital uman għat-trattament tal-qgħad u t-tħejjija għall-irkupru ekonomiku.

10.

L-attività ta' tagħlim bejn il-pari tal-ET 2020 dwar il-politiki u l-prattiki biex jitnaqqas it-tluq bikri u jkun hemm titjib fir-rati ta' tlestija tal-edukazzjoni għolja, li saret fi Praga f'Marzu 2013, li ffukat fuq l-approċċi fil-livell nazzjonali, istituzzjonali u Ewropew biex ikun hemm titjib fir-rati ta' tlestija u biex ir-realtajiet istituzzjonali jiġu adattati għal korp studentesk b'aktar diversità, b'sostenn mill-evidenza u l-analiżi.

JAQBEL LI:

1.

Filwaqt li l-isfidi li qed taffaċja l-Ewropa llum ma jistgħux jiġu solvuti biss bl-edukazzjoni u t-taħriġ weħidhom, huwa kruċjali kemm f'termini ekonomiċi kif ukoll soċjali li n-nies jiġu mgħammra bil-ħiliet u l-kompetenzi ta' livell għoli li teħtieġ l-Ewropa, inkluż b'impenn biex jiġi żgurat aċċess aktar ekwu għall-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-tlestija tagħha. Għad hemm wisq individwi kapaċi li ma jipparteċipawx fl-edukazzjoni għolja għal raġunijiet soċjali, kulturali jew ekonomiċi jew minħabba n-nuqqas ta' sistemi suffiċjenti ta' appoġġ u gwida.

2.

L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-ħidma għat-tkabbir sostenibbli, inkluż permezz ta' riċerka u innovazzjoni msaħħa, jiddependu dejjem aktar fuq il-kapaċità tagħha li tiżviluppa l-ħiliet taċ-ċittadini kollha tagħha, li turi l-interdipendenza tal-objettivi soċjali u ekonomiċi. B'mod parallel mal-isforzi biex jiġu mtejba l-ħiliet permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja ta' kwalità u t-tagħlim tul il-ħajja għandhom ukoll rwol kruċjali fit-tisħiħ tal-impjegabbiltà u biex tiżdied il-kompetittività, waqt li fl-istess ħin jippromwovu l-iżvilupp personali u professjonali tal-istudenti u l-gradwati, u jistimulaw is-solidarjetà soċjali u l-impenn ċiviku.

3.

Il-Proċess ta' Bolonja kif ukoll l-iżvilupp sussegwenti ta' Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA), l-aġenda tal-UE għall-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja u l-Istrateġija Ewropa 2020 kollha juru li l-kooperazzjoni Ewropea u r-risponsi ta' politika kondiviżi għandhom kontribut siewi x'jagħtu fl-affrontar ta' sfidi komuni permezz ta' skambju ta' prassi tajba, analiżi tal-politika komparattiva bbażata fuq l-evidenza u l-provvista ta' appoġġ finanzjarju, kif ukoll permezz ta' għajnuna biex jiġu pprovduti mekkaniżmi sostenibbli li jiffaċilitaw mobbiltà akbar ta' gruppi diversi ta' studenti.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, B'KONSIDERAZZJONI DEBITA GĦAS-SUSSIDJARJETÀ U L-AWTONOMIJA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-EDUKAZZJONI GĦOLJA, BIEX:

1.

Jadottaw objettivi nazzjonali, li huma maħsuba biex iżidu l-aċċess, il-parteċipazzjoni u r-rati ta' tlestija ta' gruppi sottorappreżentati u żvantaġġati fl-edukazzjoni għolja, bil-ħsieb li jimxu 'l quddiem lejn l-għan tal-Proċess ta' Bolonja li l-istudenti li jibdew, jipparteċipaw fi u jtemmu l-edukazzjoni għolja fil-livelli kollha għandhom jirriflettu d-diversità tal-popolazzjonijiet tal-Istati Membri.

2.

Jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn fornituri tal-edukazzjoni fil-livelli kollha, inkluzi dawk li jipprovdu tagħlim mhux formali u informali, u partijiet interessati rilevanti oħra, sabiex jidentifikaw il-gruppi partikolari li jistgħu jkunu sottorappreżentati fl-edukazzjoni għolja, kif ukoll jippromwovu parteċipazzjoni akbar ta' gruppi sottorappreżentati fi ħdan il-professjoni tal-għalliema nfisha fis-setturi kollha tal-edukazzjoni.

3.

Jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' strateġiji proattivi u strutturi relatati fil-livell istituzzjonali, inkluż attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, l-għoti ta' informazzjoni dwar opportunitajiet u eżiti edukattivi u dawk relatati mas-suq tax-xogħol, gwida dwar l-għażla adegwata tal-korsijiet, konsulenza u gwida bejn il-pari u servizzi ta' appoġġ.

4.

Jippromwovu l-permeabbiltà u l-iżvilupp ta' toroq ta' progressjoni flessibbli u trasparenti għall-edukazzjoni għolja, b'mod partikolari mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u mit-tagħlim mhux formali u informali, ffaċilitat mill-għodod ta' trasparenza bħal oqfsa nazzjonali ta' kwalifiki marbuta mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.

5.

Iżidu l-opportunitajiet għat-tagħlim flessibbli billi jiddiversifikaw il-mod kif jitwassal il-kontenut tat-tagħlim, pereżempju billi jadottaw approċċi ċċentrati fuq l-istudenti għat-tagħlim mogħti u miksub, billi jestendu l-għoti ta' tagħlim part-time, billi jiżviluppaw apprentistati bbażati fuq kreditu, billi jimmodularizzaw programmi u tagħlim mill-bogħod permezz tal-użu tal-ICT u billi jiżviluppaw riżorsi edukattivi miftuħa b'garanzija ta' kwalità tajba.

6.

Jesploraw kif il-mekkaniżmi ta' finanzjament jistgħu jipprovdu inċentivi għall-istituzzjonijiet biex jiżviluppaw u jagħtu opportunitajiet ta' tagħlim flessibbli u b'garanzija ta' kwalità.

7.

Jeżaminaw kif l-istruttura globali tal-finanzjament istituzzjonali u tal-appoġġ finanzjarju għall-istudenti tħalli impatti fuq il-parteċipazzjoni ta' gruppi sottorappreżentati u ta' dawk żvantaġġati fl-edukazzjoni għolja u jikkunsidraw kif l-aħjar jiġi mmirat l-appoġġ finanzjarju biex itejjeb l-aċċess, il-parteċipazzjoni u r-rati ta' tlestija.

8.

Jaħdmu flimkien mal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u partijiet interessati rilevanti oħra biex iżidu r-rati ta' tlestija tal-edukazzjoni għolja billi jtejbu l-kwalità tal-proċess ta' tagħlim mogħti u miksub, b'mod partikolari permezz ta' aktar flessibbiltà fit-twassil u bl-għoti ta' appoġġ rilevanti wara li tinbeda l-edukazzjoni għolja, u billi titjieb l-attraenza tal-korsijiet u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol.

9.

Jeżaminaw u jfittxu li jnaqqsu kwalunkwe differenza reġjonali u ġeografika fl-Istati Membri f'termini ta' aċċess għal, parteċipazzjoni fi, u t-tlestija tal-edukazzjoni għolja.

10.

Jinvolvu ruħhom fil-ġbir sistematiku ta' data komparabbli rilevanti – filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu tar-riżorsi eżistenti – sabiex titjieb il-bażi ta' evidenza għall-iżvilupp tal-politika u sabiex jippermettu l-monitoraġġ effettiv tal-objettivi nazzjonali dwar l-aċċess, il-parteċipazzjoni u r-rati ta' tlestija fl-edukazzjoni għolja fost gruppi sottorappreżentati u żvantaġġati.

JILQA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:

Issaħħaħ il-bażi tal-evidenza għall-Ewropa 2020 b'appoġġ għall-azzjoni tal-Istati membri biex iżidu l-aċċess, il-parteċipazzjoni u r-rati ta' tlestija fl-edukazzjoni għolja billi:

(a)

tibda studju ta' tfassil tal-politiki dwar l-aċċess u r-rati ta' tluq bikri mill-iskola u t-tlestija fl-edukazzjoni għolja bil-ħsieb li tiġi analizzata l-effettività ta' approċċi nazzjonali u istituzzjonali differenti u kif fatturi strutturali, istituzzjonali, personali, soċjokulturali u soċjoekonomiċi, jinfluwenzaw it-tluq bikri u t-tlestija;

(b)

issegwi ħidma konġunta mal-Eurostat dwar studju ta' fattibbiltà biex ikun hemm titjib fil-metodoloġija għall-ġbir ta' data amministrattiva dwar it-tul tal-istudji u r-rati ta' tlestija fl-edukazzjoni għolja;

(c)

tiżviluppa studju dwar l-influwenza ta' mudelli differenti ta' finanzjament, jew ta' kondiviżjoni tal-ispejjeż, fuq l-effettività, l-effiċjenza u l-ekwità tal-edukazzjoni għolja f'konformità mal-impenji fl-aġenda tal-2011 għall-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja (7).

U JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

Iwettqu l-ħidma fuq id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja, pereżempju billi jiżviluppaw it-tagħlim bejn il-pari u l-analiżi tal-politika bbażata fuq l-evidenza dwar dan is-suġġett permezz tal-użu tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni, kif ukoll permezz ta' ħidma fi ħdan il-Proċess ta' Bologna u mal-korpi adegwati u bl-inizjattivi eżistenti.

2.

Jużaw ir-riżultati u l-eżiti tal-istudji u ta' ħidma oħra li qed twettaq il-Kummissjoni u sorsi oħra rilevanti bħala bażi għal aktar dibattitu u konsiderazzjoni tal-politika fl-eżami ta' kwistjonijiet ta' aċċess, parteċipazzjoni, tlestija u l-impatt ta' mudelli differenti ta' finanzjament fir-rigward tal-edukazzjoni għolja.

3.

Isaħħu s-sinerġiji bejn l-UE u l-Proċess ta' Bolonja fit-twettiq tad-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja bl-aħjar użu tal-appoġġ finanzjarju taħt il-programm tal-Unjoni ta' wara l-2013 fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

4.

Jużaw l-appoġġ finanzjarju taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-għoti ta' opportunitajiet immirati fl-edukazzjoni għolja għal żgħażagħ żvantaġġati u bla xogħol taħt l-età ta' 25 sena, sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu ħiliet speċifiċi għall-impjieg.


(1)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(2)  ĠU C 135, 26.5.2010, p. 2.

(3)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 36.

(4)  14871/12.

(5)  14871/12 ADD 6.

(6)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(7)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/5


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ għall-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ

2013/C 168/03

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:

WAQT LI JFAKKRU FL-ISFOND POLITIKU GĦAL DIN IL-KWISTJONI, B'MOD PARTIKOLARI:

1.

Il-kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (1) li tidentifika l-benesseri u l-inklużjoni soċjali bħala tnejn mit-tmien oqsma ta' azzjoni tagħha u tenfasizza l-appoġġ u l-iżvilupp tal-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala rispons transsettorjali biex jintlaħqu l-objettivi ġeneali tal-Qafas; u li tirrakkomanda fokus miżjud fuq l-inklużjoni soċjali, is-saħħa u l-benesseri taż-żgħażagħ.

2.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020” kif approvata mill-Kunsill Ewropew li jirrikonoxxi r-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala fornitur ta' opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali liż-żgħażagħ kollha.

3.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (2).

4.

Il-Konklużjonijiet Konġunti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ organizzata mill-Presidenza Irlandiża, 11-13 ta' Marzu, 2013 (3).

WAQT LI JIBNU FUQ:

5.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, mlaqqgħin fil-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010, dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ li tappella għal fehim aħjar tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u rwol imsaħħaħ, speċifikament fir-rigward tal-promozzjoni, l-appoġġ u l-iżvilupp tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fuq firxa ta' livelli.

JIRRIKONOXXU LI:

6.

Iż-żgħażagħ jikkontribbwixxu b'mod attiv għall-infrastruttura soċjali u għall-vitalità tal-komunitajiet, kemm dawk ġeografiċi kif ukoll komunitajiet ta' interess. Iż-żgħażagħ jinkludu popolazzjoni diversa u dinamika b'realtajiet, ħtiġijiet, talbiet u aspirazzjonijiet differenti. Id-demografija, il-bijografija, id-diversità, it-transizzjonijiet u l-opportunitajiet huma kwistjonijiet li jkollhom impatt dirett fuq iż-żgħażagħ, u xi drabi jiddefinixxuhom. Għalhekk, il-politika dwar iż-żgħażagħ għandha tkun waħda li tirrifletti u twieġeb għal dawn il-kwistjonijiet, tkun waħda li tagħti kemm possibilitajiet kif ukoll l-abbiltà u tippromwovi opportunitajiet indaqs liż-żgħażagħ kollha.

7.

Il-“ħidma fost iż-żgħażagħ” huwa terminu wiesa' li jkopri ambitu wiesa' ta' attivitajiet ta' natura soċjali, kulturali, edukattiva jew politika minn, ma', u għaż-żgħażagħ. Aktar ma jmur, attivitajiet bħal dawn qed jinkludu wkoll l-isport u servizzi għaż-żgħażagħ. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tappartjeni għall-qasam tal-edukazzjoni “barra mill-iskola”, kif ukoll għal attivitajiet speċifiċi tal-ħin liberu ġestiti minn mexxejja taż-żgħażagħ u ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ, professjonali jew volontarji. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija organizzata b'modi differenti (minn organizzazzjonijiet immexxija miż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, gruppi informali jew permezz ta' servizzi taż-żgħażagħ u awtoritajiet pubbliċi). Din issir f'diversi forom u modi (pereżempju aċċess miftuħ, abbażi ta' gruppi, abbażi ta' programmi, ta' sensibilizzazzjoni u b'mod separat) u hija mogħtija forma fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

8.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tiffoka fuq l-iżvilupp personali u soċjali taż-żgħażagħ u għandha portata estiża li tilħaq u tinvolvi liż-żgħażagħ abbażi tal-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom u tieħu kont tal-ambjent tagħhom. Tali kopertura u portata tikkumplimenta reazzjonijiet politiċi oħra għaż-żgħażagħ u għalhekk il-ħidma fost iż-żgħażagħ tista' toffri liż-żgħażagħ punti ta' kuntatt, assoċjazzjoni u progress.

9.

L-inklużjoni soċjali tirrikjedi appoċċ komprensiv u trans-settorjali biex tiġi indirizzata n-natura multidimensjonali tal-marġinalizzazzjoni u l-esklużjoni fis-soċjetà.

10.

Il-ħidma fost iż-żagħżagħ għandha rwol importanti fil-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u fit-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali. Il-ħidma fost iż-żagħżagħ toffri spazji u opportunitajiet ta' żvilupp għaż-żgħażagħ kollha u “hija bbażata fuq proċess ta' tagħlim mhux formali u informali (4) u fuq parteċipazzjoni volontarja” (5).

11.

Il-ħidma fost iż-żagħżagħ u inizjattivi taż-żagħżagħ effettivi jfittxu li jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ u jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà. Hija tipprovdihom b'ħiliet, kompetenzi u esperjenzi għall-ħajja, u b'hekk timmassimizza l-fatturi protettivi li jsaħħu l-iżvilupp, il-benesseri, l-awtonomija u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha, inklużi dawk b'anqas opportunitajiet.

12.

Il-ħidma ta' kwalità fost iż-żagħżagħ hija impenn biex kontinwament jiġi żgurat u mtejjeb l-aqwa provvediment u prattika għaż-żagħżagħ. Huma l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, is-servizzi taż-żgħażagħ u l-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ li qed jaħdmu mal-partijiet interessati rilevanti li għandhom jippjanaw u jwettqu l-attivitajiet u l-programmi li huma rilevanti u jwieġbu għall-interessi, il-ħtiġijiet u l-esperjenzi taż-żgħażagħ, u li huma bbażati fuq l-evidenza u li jikkonċentraw fuq l-eżiti. Ir-riżultat ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ għandu jkun li ż-żgħażagħ jieħdu l-akbar benefiċċju mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma fost iż-żgħażagħ.

JIKKUNSIDRAW LI:

13.

L-Inklużjoni Soċjali għandha takkomoda u tinkludi liż-żgħażagħ kollha u l-kwistjonijiet li huma jiffaċċjaw, b'enfasi speċjali fuq dawk b'anqas opportunitajiet.

Il-potenzjal tal-ħidma fost iż-żgħażagħ li tikkontribwixxi għall-objettivi politiċi inkluża l-inklużjoni soċjali jista' jiġi aktar ottimizzat permezz ta' approċċ ikkonċentrat fuq il-kwalità u bbażat fuq l-evidenza li jpoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ippjanar u t-twettiq tal-forniment tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Dan l-approċċ jappoġġa l-parteċipazzjoni, l-iżvilupp u l-progressjoni taż-żgħażagħ b'mod li jafferma l-qawwiet tagħhom, iżid ir-reżlijenza u l-kompetenzi u jirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom biex jibnu kapital individwali, komunali u soċjali. Il-ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ hija tema universali li hija ta' ġid għaż-żgħażagħ, ittejjeb il-prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, u tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika usa'.

(a)

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tinvolvi liż-żgħażagħ matul perijodu ta' żvilupp sinifikanti fil-ħajja tagħhom, u għalhekk hija idealment pożizzjonata biex ittejjeb l-iżvilupp (personali, soċjali, edukattiv, vokazzjonali u okkupazzjonali), il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ.

(b)

Il-ħidma fost iż-żagħżagħ toffri esperjenzi u opportunitajiet għaż-żgħażagħ kollha u topera kemm bħala attività ta' aċċess miftuħ kif ukoll bħala appoġġ maħsub li jista' jtejjeb il-kompetenzi taż-żgħażagħ filwaqt li jindirizza l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom, u jista' jkollha rwol partikolari għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u dawk iż-żgħażagħ li mhumiex f’impjieg, fl-edukazzjoni jew f’taħriġ (NEETs).

(c)

L-organizzazzjoni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ hija diversa. Din ir-rikkezza u d-divesità (settorjali, organizzazzjonali u tematika) għandha tiġi rikonoxxuta.

(d)

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ għandu jkollha pożizzjoni definita ċara dwar il-kontinwazzjoni tal-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja u għandha tkopri l-oqsma ta' tagħlim mhux formali u informali. Din il-pożizzjoni għandha tagħraf il-potenzjal li għandha l-ħidma fost iż-żgħażagħ biex il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ jintlaħqu saħansitra aktar minn kemm jintaħqu attwalment, u tagħti valur lir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex tinbena soċjetà inklużiva.

(e)

Approċċ ta' kwalità bbażat fuq l-evidenza jista' jkun għodda importanti biex tisaħħaħ l-aċċessibbiltà, il-viżibbiltà, l-impatt u l-effettività tal-politika u l-provvediment tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.

(f)

Il-ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ tista' tinkludi sistemi ta' evalwazzjoni adatti, ibbażati fuq awto-evalwazzjoni jew evalwazzjoni bejn il-pari, u fejn fattibbli, validati b'evalwazzjoni esterna. Tali sistemi jgħinu organizzazzjonijiet, programmi u attivitajiet ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, u jistgħu jtejbu l-kapaċità u l-effettività organizzazzjonali, u jipprovdu ċarezza lill-pubbliku rigward l-offerta u l-impatt tal-ħidma fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.

(g)

Sistemi ta' kwalità jiżguraw li l-vuċi taż-żgħażagħ hija ċentrali fit-tfassil u t-twettiq tal-ħidma fost iż-żgħażagħ li l-organizzazzjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet jwieġbu u huma rilevanti għall-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ.

(h)

Sistemi ta' kwalità jgħinu lill-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ itejbu l-iżvilupp tal-prattika u l-ħiliet tagħhom billi joħolqu struttura u spazju għar-riflessjoni, id-djalogu u l-azzjoni.

(i)

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ, permezz tal-enfasi tagħha fuq l-iżvilupp personali u dak soċjali, tikkontribwixxi għal firxa ta' eżiti politiċi għaż-żgħażagħ, l-aktar notevoli fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa, l-impjiegi, u l-parteċipazzjoni fil-kultura u l-isport. Waqt li jiġu rikonoxxuti l-funzjonijiet distintivi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, tista' ssir enfasi akbar fuq l-identifikazzjoni tal-kontribut li tista' tagħti l-ħidma fost iż-żgħażagħ f'dawn l-oqsma usa' ta' politika.

JIDENTIFIKAW Il-PRIJORITAJIET LI ĠEJJIN BIEX TIĠI ŻGURATA U MTEJBA ĦIDMA TA' KWALITÀ FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ GĦALL-IŻVILUPP, IL-BENESSERI U L-INKLUŻJONI SOĊJALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ:

14.

Bil-għan li jiġi żgurat li l-ħidma fost iż-żgħażagħ tkun rilevanti u twieġeb kemm għall-interessi kif ukoll għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u biex jiġi ottimizzat ir-rwol tagħha fil-kontribut għall-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali tagħhom, ġew identifikati l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)

Il-promozzjoni tal-pożizzjoni kumplementari tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-ispettru tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja bil-għan li jkabbar l-esperjenza taż-żgħażagħ u jagħtihom l-għodda għall-ħajja.

(b)

L-appoġġ ta' allinjament akbar tal-politika taż-żgħażagħ (kif jiġu stabbiliti l-prijoritajiet), il-provvediment (kif jiġu organizzati l-organizzazzjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet), u l-prattika (kif jitwettqu l-organizzazzjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet) billi jiġu enfasizzati kollaborazzjoni aktar mill-qrib u skambju ta' għarfien bejn il-politika, ir-riċerika, il-prattika u l-komunitajiet taż-żgħażagħ biex jiġi żgurat rispons tal-ħidma fost iż-żgħażagħ aktar ikkordinat u bbażat fuq l-evidenza.

(c)

Il-promozzjoni ta' mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-ħidma fost iż-żgħażagħ tkun ibbażata fuq il-kwalità, ikkonċentrata fuq ir-riżultati u bbażata fuq l-evidenza.

(d)

L-iżvilupp ta' oqfsa ta' appoġġ ta' kwalità, inkluż għodod ta' valutazzjoni, għall-użu tal-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala mezz li jimmassimizza l-impatt tal-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ. Oqfsa bħal dawn għandhom jiġu implimentati, appoġġati u kkomunikati kif adatt u jinvolvu lill-partijiet interessati kollha inkluż iż-żgħażagħ.

(e)

Ħidma li tiżgura li inizjattivi ta' ħidma fost iż-żgħażagħ (provvediment u prattika) jiġu infurmati bil-vuċi u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ stess, u b'hekk jipprovdu spazju inklużiv għaż-żgħażagħ biex jiżviluppaw u jingħataw is-setgħa.

(f)

Filwaqt li jiġu rispettati l-integrità u l-impatt distintivi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, jiġu determinati u rikonoxxuti l-ħiliet personali, soċjali u professjonali u l-kompetenzi li ġejjin mill-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħidma fost iż-żgħażagħ biex ikun jidher l-impatt tal-ħidma fost iż-żgħażagħ f'oqsma ta' politika relatati u jiġu prattikati d-dixxiplini.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI FL-AMBITU TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U B'RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ:

15.

Jippromwovu, permezz tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni, tisħiħ tar-relazzjonijiet, kemm fil-politika u l-prattika, ma' oqsma relatati maż-żgħażagħ bħas-Saħħa, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, l-Impjiegi, il-Kultura u l-Isport.

16.

Jippromwovu, fil-provvediment u l-prattika tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, enfasi fuq il-kwalità u l-kisba ta' riżultati tal-ħidma fost iż-żgħażagħ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ.

17.

Jappoġġaw kollaborazzjoni akbar fost l-atturi interessati kollha tal-ħidma fost iż-żgħażagħ (b'mod partikolari r-riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, prattikanti u żgħażagħ) biex jiddeterminaw l-impatt ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ, għaż-żgħażagħ innifishom, is-settur taż-żgħażagħ u oqsma ta' politika relatati pereżempju permezz tal-iżvilupp tal-evidenza tal-impatt tal-ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ u billi jiġu ffaċilitati u mtejba r-rikonoxximent u l-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali fil-livelli nazzjonali u tal-UE.

18.

Jinkoraġġixxu u jappoġġaw liż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni, is-soċjetà ċivili u inizjattivi ta' kwalità għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-ħajja demokratika u jagħmlu użu minn għodod eżistenti u ġodda biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika, u b'hekk itejbu l-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali tagħhom.

19.

Permezz ta' opportunitajiet u programmi ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ, jippromwovu t-tagħlim esperjenzali u l-iżvilupp tal-ħiliet, inkluż ħiliet trasferibbli għaż-żgħażagħ, u r-rikonoxximent u l-validazzjoni ta' dawn il-ħiliet u l-kompetenzi.

20.

Jappoġġaw is-settur taż-żgħażagħ fl-iżvilupp tal-istrutturi, il-metodi ta' ħidma u l-kanali ta' komunikazzjoni tiegħu sabiex isir kuntatt ma' aktar żgħażagħ, speċjalment dawk fir-riskju ta' esklużjoni soċjali.

21.

Jistimulaw u jappoġġaw involviment immexxi mill-voluntieri fil-provvediment taż-żgħażagħ għall-promozzjoni tad-diversità, l-inklużjoni soċjali u l-bini tal-kapital soċjali.

22.

Jippromwovu l-kontribut ta' ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ billi jżidu l-opportunitajiet ta' fondi biex tiġi appoġġata ħidma effettiva fost iż-żgħażagħ.

23.

Iħeġġu, permezz tal-programmi rilevanti, pjattaformi u repożitorji tar-riżorsi, l-iskambju Ewropew u internazzjonali ta' prattiki tajbin, it-taħriġ, il-kisba ta' ħiliet u t-tagħlim mill-pari b'rabta ma' ħidma fost iż-żgħażagħ ikkonċentrata fuq il-ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ.

24.

Tistabbilixxi grupp tematiku ta' esperti biex jeżamina sistemi ta' kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri tal-UE bil-ħsieb li jiġi esplorat kif jistgħu jiġu żviluppati indikaturi jew oqfsa komuni. Il-ħidma ta' dan il-grupp ser tkun infurmata mill-istudju li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea. Dan ser jilħaq il-qofol tiegħu f'rapport li jiddeskrivi r-rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu ppreżentati fil-Grupp ta' Ħidma dwar iż-Żgħażagħ. Abbozz ta' deskrizzjoni tat-termini ta' referenza ssuġġeriti u s-sħubija ta' dan il-grupp tematiku ta' esperti jinsab fl-Anness.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX:

25.

Tfittex li tibni fuq is-sejbiet tal-istudju li jmiss tagħha dwar is-siwi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-identifikazzjoni ta' liema inizjattivi huma meħtieġa għall-promozzjoni ta' ħidma fost iż-żgħażagħ bbażata fuq il-kwalità u effettiva.

26.

Tqis studji ta' riċerka u inizjattivi oħrajn f'dan il-qasam. Ixxerred is-sejbiet u tiżviluppa tagħlim għall-politika, ir-riċerka, il-prattika u l-komunitajiet taż-żgħażagħ, kif ukoll għal oqsma ta' politika relatati.

27.

Tikkunsidra segwitu adatt għall-istudju li jmiss dwar il-valur tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-eżitu tal-grupp tematiku ta' esperti dwar ħidma ta' kwalità fost iż-żgħażagħ.


(1)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1) u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-2012 dwar l-implimentazzjoni u l-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2010-2018) (ĠU C 394, 20.12.2012, p. 5).

(2)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(3)  7808/13.

(4)  Tagħlim mhux formali u tagħlim informali kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012).

(5)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010, dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ, paġna 3.


ANNESS

Abbozz ta' termini ta' referenza u kriterji ta' sħubija ssuġġeriti għall-grupp tematiku ta' esperti li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri Ewropej u l-Kummissjoni

Fini

Li jiġu eżaminati s-sistemi ta' kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri tal-UE u jiġi esplorat kif jistgħu jiġu żviluppati indikaturi jew oqfsa komuni. Dan ser jinkludi deskrizzjoni tal-prattika, il-proċess u l-prodott tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-impatt tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-involviment, l-iżvilupp u l-progress taż-żgħażagħ.

Sħubija

Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'dan il-grupp tematiku ta' esperti ser tkun volontarja. L-Istati Membri jistgħu jissieħbu f'kull ħin.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw, permezz tal-Kummissjoni, individwi b'esperjenza u għarfien espert fil-qasam tematiku. Dawk nominati ser jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali u atturi interessati oħrajn jiġu mgħarrfa bil-progress tal-grupp ta' esperti.

Il-grupp tematiku ta' esperti jista' jistieden nominati addizzjonali għall-grupp jekk meħtieġ.

Il-grupp tematiku ta' esperti jista' wkoll jistieden rappreżentanti ta' partijiet interessati u rappreżentanti żgħażagħ minn pajjiżi mhux tal-UE fil-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jew programmi sussegwenti kif tikkunsidra adatt.

Proċeduri ta' Ħidma

Il-ħidma tal-grupp tematiku ta' esperti ser jikkonċentra fuq il-kompitu u jkun marbut biż-żmien (mhux aktar minn 18-il xahar). Termini ta' referenza dettaljati u programm ta' ħidma konċiż b'riżultati li jistgħu jitkejlu u jinkisbu ser jiġu żviluppati mill-grupp.

Ser jiġu nominati president u kopresident mill-grupp fil-laqgħa inizjali tal-grupp tematiku ta' esperti.

Il-laqgħat kollha ser isiru fi Brussell; madankollu l-Istati Membri jistgħu jospitaw laqgħat okkażjonali, jekk mixtieq.

Il-Kummissjoni ser tagħti appoġġ loġistiku, segretarjali u ta' għarfien espert fl-istabbiliment u t-tmexxija tal-grupp ta' esperti.

Il-grupp ser jagħti aġġornamenti regolari fil-Grupp ta' Ħidma dwar iż-Żgħażagħ rigward il-progress.

Ser jiġi ppreżentat rapport finali tal-grupp espert lill-Grupp ta' Ħidma dwar iż-Żgħażagħ, inklużi rakkomandazzjonijiet, biex jinforma l-iżvilupp tal-politika u l-provvediment ta' ħidma fost iż-żgħażagħ.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/10


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-karrieri doppji għall-atleti

2013/C 168/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

FILWAQT LI JFAKKRU:

Li l-Kunsill fl-20 ta' Mejju 2011 stabbilixxa Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport għall-2011-2014 li enfasizza r-rwol tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki fl-isport u ħoloq il-Grupp ta' Esperti “Edukazzjoni u Taħriġ fl-Isport” biex iħejji proposta għal linji gwida Ewropej dwar il-karrieri doppji.

FILWAQT LI JILQGĦU:

Il-“Linji Gwida tal-UE dwar il-Karrieri Doppji tal-Atleti” li tħejjew mill-Istati Membri u l-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ fl-Isport fuq proposta mill-grupp ad-hoc ta' esperti dwar il-karrieri doppji u li jinkoraġġixxu għadd ta' azzjonijiet ta' politika b'appoġġ għal karrieri doppji fl-isport (1).

FILWAQT LI JQISU LI:

1.

Għall-iskopijiet ta' dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, it-terminu “atleta” għandu jinftiehem bħala “atleta ta' talent” jew “atleta mill-aqwa”, kemm maskili kif ukoll femminili, inklużi atleti b'diżabbiltà biex tiġi rrispettata l-konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà.

It-terminu “atleta ta' talent” għandu jinftiehem li jfisser atleta rikonoxxut minn organizzazzjoni sportiva, korp governattiv jew l-istat bħala atleta li għandu l-potenzjal jiżvilupp karriera mill-aqwa fl-isport.

It-terminu “atleta mill-aqwa” għandu jinftiehem li jfisser atleta li għandu kuntratt professjonali ma' impjegat fil-qasam tal-isport jew organizzazzjoni sportiva, jew li għandu status rikonoxxut minn organizzazzjoni sportiva, korp governattiv jew l-istat bħala atleta mill-aqwa abbażi ta' suċċess u kisbiet ippruvati.

2.

It-terminu “karriera doppja” għandu jinftiehem li jfisser li atleta jista' jorbot, mingħajr sforz personali mhux raġonevoli, il-karriera sportiva tiegħu mal-edukazzjoni u/jew ix-xogħol b'mod flessibbli permezz ta' taħriġ ta' kwalità għolja sabiex jitħarsu l-interessi morali, tas-saħħa, edukattivi u professjonali tiegħu, mingħajr ma jiġi kompromess l-ebda mill-objettivi, b'fokus partikolari fuq l-edukazzjoni formali kontinwa ta' atleti żgħażagħ.

3.

Il-kisba sportiva ta' livell għoli għandha tkun tista' tintrabat mal-edukazzjoni u karriera, li fiha l-atleti jkunu jistgħu jisfruttaw il-ħiliet tagħhom biex jikkontribwixxu aktar fis-soċjetà. L-atleti jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi permezz tal-involviment tagħhom fl-isport; ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali (2) tipprovdi opportunità biex l-Istati Membri jirrikonixxuhom u jivvalidawhom.

4.

Il-promozzjoni ta' karrieri doppji ta' atleti tikkontribwixxi għal diversi għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (3) (prevenzjoni ta' tluq bikri mill-iskola, aktar gradwati fl-edukazzjoni għolja, aktar impjegabbiltà ogħla) u tagħmel il-politiki dwar l-isport aktar effiċjenti billi aktar atleti jinżammu fis-sistema sportiva.

5.

L-atleti qegħdin dejjem aktar jitħarrġu u/jew jikkompetu regolarment barra minn pajjiżhom li jagħmel ir-rabta ta' karriera sportiva mal-iskola, l-istudju jew il-karriera barra l-isport aktar kumplessa. Dawn l-atleti jirrappreżentaw waħda mill-aktar partijiet internazzjonalment mobbli tal-popolazzjoni Ewropea.

6.

L-atleti huma ta' kontribut importanti għall-immaġni tal-isport u l-attività fiżika, jikkomunikaw valuri pożittivi lis-soċjetà bħall-ekwità u d-dedikazzjoni għall-kisba u jservu bħala mudelli biex jingħaqdu atleti żgħażagħ. Barra minn hekk, huma rappreżentanti importanti ta' pajjiżhom. F'dan il-kuntest, l-organizzazzjonijiet sportivi u l-gvernijiet għandhom ir-responsabbiltà li jippermettu lill-atleti jirnexxu f'karriera doppja biex jiżguraw li ma jkunux żvantaġġati wara l-karriera sportiva tagħhom tkun spiċċat (4).

7.

L-isport għat-tfal għandu dejjem jitwettaq f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-involviment tat-tfal bi tħejjija għal sport ta' livell għoli ma jxekkilx jew ma jkunx ta' detriment għall-benessri fiżiku, soċjali jew emozjonali tagħhom (4).

8.

L-isfidi prinċipali fir-rigward tal-kwalità tal-edukazzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-atleti involuti fi sport ta' livell għoli fl-Ewropa huma:

Is-salvagwardja tal-iżvilupp ta' atleti, speċjalment inkluż fi sport bi speċjalizzazzjoni bikrija (imwettaq f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal) u ta' żgħażagħ fl-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

Il-bilanċ bejn it-taħriġ u l-edukazzjoni fl-isport u, fi stadju aktar tard tal-ħajja, l-ekwilibriju bejn it-taħriġ fl-isport u l-impjieg;

Il-fażi tat-tmiem tal-karriera sportiva ta' atleti, inklużi dawk li jitilqu mis-sistema sportiva aktar kmieni milli ppjanat (4).

9.

Sabiex jikkompetu f'livell għoli, għadd sostanzjali ta' atleti huma sfurzati li jissupplimentaw il-finanzjament tal-isport tagħhom, spiss permezz ta' appoġġ mill-familja, self għall-istudenti jew permezz ta' impjiegi part-time jew full-time. Xi atleti ma jibqgħux fl-isport minħabba li l-karrieri sportivi tagħhom jkunu diffiċli li tintrabat mal-edukazzjoni u/jew ix-xogħol.

10.

Hemm benefiċċji sostanzjali għal atleti li jkunu jistgħu jorbtu l-karriera sportiva mal-edukazzjoni u/jew ix-xogħol, inklużi benefiċċji relatati mas-saħħa (eż. stil ta' ħajja ekwilibrat u inqas stress), benefiċċji ta' żvilupp (eż. żvilupp ta' ħiliet applikabbli fl-isport, edukazzjoni u sferi oħra tal-ħajja), benefiċċji soċjali (netwerks soċjali mifruxa u sistemi ta' appoġġ soċjali), u prospetti msaħħa ta' impjiegi fil-ġejjieni.

F'DAN IL-KUNTEST, JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE, L-ORGANIZZAZZJONIJIET SPORTIVI U L-PARTIJIET INTERESSATI, WAQT LI JAĠIXXU FIL-KOMPETENZI U L-OQSMA TA' RESPONSABBILTÀ TAGĦHOM B'KONT MEĦUD TAL-AWTONOMIJA TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET SPORTIVI BIEX:

1.

Abbażi tal-prinċipji li jinsabu fil-Linji Gwida tal-UE dwar il-Karrieri Doppji tal-Atleti, jiżviluppaw qafas ta' politika u/jew linji gwida nazzjonali għal karrieri doppji li jinvolvu l-partijiet interessati prinċipali eż. ministeri tal-isport, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjiegi, id-difiża, iż-żgħażagħ, l-affarijiet interni u l-finanzi u oħrajn, l-organizzazzjonijiet sportivi, korpi governattivi, l-istituzzjonijiet edukattivi, in-negozji, il-kmamar tal-kummerċ u x-xogħol u l-korpi rappreżentattivi tal-atleti.

2.

Jippromwovu l-kooperazzjoni u ftehimiet fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' karrieri doppji bejn il-partijiet interessanti rilevanti kollha.

3.

Jinkoraġġixxu kooperazzjoni transettorjali u jappoġġaw miżuri innovattivi u riċerka bl-għan li jiġu identifikati u solvuti l-problemi li jaffaċċjaw l-atleti kemm fl-edukazzjoni kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.

4.

Jippromwovu l-iskambju ta' prattika tajba u esperjenza f'karrieri doppji fost l-Istati Membri fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali.

5.

Jiżguraw li l-miżuri b'appoġġ għal karrieri doppji, fejn jeżistu, jiġu applikati ugwalment għal atleti rġiel u nisa u b'kont meħud tal-bżonnijiet speċjali ta' atleti b'diżabbiltà.

6.

Jinkoraġġixxu organizzazzjonijiet sportivi u istituzzjonijiet edukattivi biex jiżguraw li persunal kwalifikat jew imħarreġ adegwatament biss jaħdem jew jivvolontarja b'appoġġ għal atleti li jkollhom karriera doppja.

7.

Jippromwovu l-użu ta' standards ta' kwalità f'akkademji sportivi u ċentri ta' taħriġ ta' prestazzjoni għolja pereżempju fir-rigward ta' persunal b'karrieri doppji, arranġamenti ta' sigurtà u sikurezza u trasparenza rigward id-drittijiet tal-atleti.

8.

Rigward l-edukazzjoni għall-atleti:

Jippermettu toroq adattati għal atleti fi ħdan l-oqfsa ta' politika u/jew legali relatati biex jorbtu l-attivitajiet sportivi tagħhom mal-edukazzjoni, possibbilment fil-kuntest ta' netwerks ta' istituzzjonijiet edukattivi. Ċikli akkedemiċi adattati, toroq ta' tagħlim individwali, tagħlim mill-bogħod u tagħlim elettroniku, tagħlim supplementari u flessibbiltà fl-iskedi ta' żmien tal-eżamijiet jistgħu jkunu ta' għajnuna f'dan ir-rigward.

Jikkunsidraw il-benefiċċji tal-ħolqien ta' sistema ta' akkreditament ta' kwalità fil-livell nazzjonali għal servizzi ta' karrieri doppji f'ċentri ta' taħriġ, skejjel sportivi, akkademji sportivi, klabbs sportivi, federazzjonijiet sportivi u/jew Universitajiet.

Jikkunsidraw li jappoġġaw istituzzjonijiet edukattivi fil-livell nazzjonali u bejn l-Istati Membri biex jikkooperaw f'rabta mal-programmi edukattivi adattati u x-xogħol bħala kwistjoni ta' prijorità biex jistabbilixxu ekwivalenza bejn il-livelli ta' kwalifiki, kif deskritt fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.

Jikkunsidraw miżuri li jiffaċilitaw u jippromwovu l-mobbiltà ġeografika tal-atleti biex ikunu jistgħu jorbtu l-karrieri sportivi tagħhom ma' programmi edukattivi barra mill-pajjiż.

Jippromwovu l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ u/jew kwalifiki fis-settur sportiv għal atleti, permezz ta' relazzjonijiet ta' inkoraġġiment bejn il-fornituri tal-edukazzjoni vokazzjonali u l-organizzazzjoni sportiva.

Ikomplu jaħdmu permezz tal-Oqfsa ta' Kwalifiki Nazzjonali (NQFs) biex jallinjaw korsijiet sportivi, kwalifiki u ċertifikazzjoni għal professjonijiet f'servizzi ta' appoġġ għall-karrieri doppji mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK).

9.

Rigward ix-xogħol għall-atleti:

Jappoġġaw avvenimenti speċifiċi (seminars, konferenzi, workshops, avvenimenti ta' netwerking, swieq tax-xogħol) għal atleti waqt li ssir enfasi fuq l-importanza tal-karriera doppja u dawn jiġu infurmati bis-servizzi u l-appoġġ disponibbli rilevanti għax-xogħol.

Jikkunsidraw l-istabbiliment ta' programmi speċifiċi għal karrieri doppji għal atleti li jaħdmu fis-servizzi pubbliċi, li jservu wkoll bħala eżempju tal-aħjar prattika għal impjegati oħra.

Jikkunsidraw il-potenzjal għal miżuri li jirrimedjaw għall-iżvantaġġi li atleti jistgħu jaffaċċjaw fir-rigward tal-parteċipazzjoni irregolari tagħhom fis-suq tax-xogħol.

Jippromwovu gwida u appoġġ għal atleti mill-aqwa li jkunu ser jirtiraw sabiex huma jkunu jistgħu jħejju għal, jinizjaw u jiżviluppaw karriera fis-suq usa' tax-xogħol meta l-karriera sportiva tagħhom tintemm.

Jinkludu l-karrieri doppji fuq l-aġenda ta' djalogu soċjali fil-livell nazzjonali tal-UE.

10.

Rigward is-saħħa tal-atleti:

Jikkunsidraw li jappoġġaw, fejn adatt, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet sportivi, tas-saħħa u edukattivi biex tingħata assistenza fis-saħħa u psikoloġika lil atleti permezz ta' programmi edukattivi fl-oqsma tal-ħiliet għall-ħajja, għajxien b'saħħtu, nutrizzjoni, prevenzjoni mill-feriti u tekniki ta' rkupru, b'kunsiderazzjoni b'mod speċjali għall-integrità morali tal-minorenni u t-tranżizzjoni fi tmiem il-karriera sportiva.

L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u l-fornituri ta' assigurazzjoni privata huma mistiedna jikkunsidraw, kif adatt, mekkaniżmi ta' assigurazzjoni li jipprovdu lil min iħaddem, lill-ħaddiema-atleti u lill-atleti rtirati żieda fil-protezzjoni tal-impjegati fir-rigward ta' feriti relatati mal-isport, b'kunsiderazzjoni speċjali lit-tranżizzjoni fit-tmiem ta' karriera sportiva.

11.

Rigward il-finanzi tal-atleti:

Jesploraw, fejn adatt, l-istabbiliment, jew l-iżvilupp ulterjuri, ta' sistemi ta' appoġġ finanzjarju għal atleti-studenti li jirrifletti l-istadji differenti ta' karriera doppja.

Jikkunisdraw, fejn adatt, l-iżvilupp ta' boroż ta' studju speċifiċi għal karrieri doppji f'istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ li jippermettu lill-atleti jorbtu flimkien l-edukazzjoni u l-isport. Dawn il-boroż ta' studju jistgħu jikkonsistu minn assistenza finanzjarja għal ċerti spejjeż relatati mal-isport, ħlas ta' miżati ta' tagħlim għal programmi speċifiċi edukattivi jew servizzi ta' appoġġ, b'kunsiderazzjoni speċjali lit-transizzjoni fit-tmiem ta' karriera sportiva.

FILWAQT LI JQISU L-AWTONOMIJA TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET SPORTIVI JAPPELLAW LILL-ORGANIZZAZZJONIJIET SPORTIVI BIEX:

1.

Jiżguraw l-appoġġ għas-suċċess ta' karrieri doppji ta' atleti fil-livelli interni kollha (pereżempju billi jinħatru konsultenti kwalifkati biex jassistu l-atleti mill-bidu sat-tmiem tal-karriera sportiva tagħhom; billi trainers u persunal ta' appoġġ responsabbli jieħdu kont tal-ħtiġijiet tal-edukazzjoni u/jew tax-xogħol; billi avvenimenti sportivi nazzjonali u internazzjonali jiġu skedati b'mod li jieħu kont tal-ħtiġijiet tal-edukazzjoni u/jew tax-xogħol tal-atleti u billi l-atleti jiġu mħarsa minn sforz eċċessiv (5).

2.

Jiżviluppaw, imexxu jew jipparteċipaw bis-sħiħ fin-netwerks u l-mekkaniżmi stabbiliti fl-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet sportivi pubbliċi biex jiżviluppaw u jimplimentaw servizzi ta' karrieri doppji għal atleti.

3.

Jikkunsidraw in-nomina ta' “ambaxxaturi ta' atleti b'karriera doppja” biex juru li huwa possibbli li wieħed ikollu suċċess fl-ogħla livell fl-isport, filwaqt li jkollu wkoll suċċess fl-edukazzjoni u/jew ix-xogħol.

4.

Jikkooperaw mal-kmamar ta' kummerċ u xogħol u negozji biex titqajjem kuxjenza dwar liema attributi pożittivi u vantaġġi atleti jista' jkollhom għal min iħaddem filwaqt li jinkoraġġixxu arranġamenti ta' xogħol flessibbli għall-atleti.

5.

Jinkoraġġixxu n-negozjar ta' ftehimiet ta' sponsorizzazzjoni ma' kumpanniji li jippermettu li atleti ikollhom aċċess għal esperjenza ta' xogħol, reklutaġġ privileġġat u arranġamenti ta' xogħol flessibbli fil-kumpannija li tisponsorizza jew il-kumpanniji sħab tagħha.

6.

Jinvolvu, fejn adatt, kopri rappreżentattivi tal-atleti fl-iżvilupp ta' politika u azzjonijiet fil-qasam tal-karrieri doppji.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:

1.

Abbażi tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Karrieri Doppji tal-Atleti, tikkunsidra segwitu adegwat fil-qafas tat-tieni pjan ta' ħidma dwar l-Isport tal-Kunsill, inklużi billi tħares lejn modi biex titkejjel l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' politika fil-qasam tal-karrieri doppji fl-UE kollha, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fuq bażi volontarja.

2.

Tipprovdi appoġġ għan-netwerks tal-karrieri doppji, li jġibu flimkien assoċjazzjonijiet ta' atleti, negozji u kmamar ta' kummerċ u xogħol, organizzazzjonijiet sportivi, istituzzjonijiet edukattivi, awtoritajiet nazzjonali u lokali u kowċijiet biex jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattika fil-livell tal-UE.

3.

Tippromwovi u tappoġġa l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-UE fir-rigward tal-karrieri doppji ta' atleti, fost l-oħrajn permezz tal-appoġġ għal proġetti u t-tixrid tar-riżultati tagħhom taħt skemi u programmi ta' finanzjament rilevanti.

4.

Tappoġġa sistema ta' monitoraġġ u/jew ta' riċerka abbażi tad-dimensjoni internazzjonali ta' programmi għal karrieri doppji, partikolarment rigward l-effetti ta' tranżizzjonijiet fil-ħajja tal-atleti, is-salvagwardja tal-iżvilupp ta' atleti fi sport bi speċjalizzazzjoni bikrija, l-effettività tal-miżuri u tas-servizzi ta' appoġġ fl-Istati Membru u l-proċess ta' dħul mill-ġdid ta' atleti mill-aqwa fis-suq tax-xogħol.

5.

Tappoġġa l-iżvilupp ta' sett ta' rekwiżiti ta' kwalità minimi fil-livell Ewropew b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati f'dan il-qasam, li jistgħu jaħdmu bħala punt ta' referenza għal servizzi u faċilitajiet nazzjonali għal karrieri doppji, billi jipprovdu trasparenza u garanziji tal-kwalità is-sikurezza u s-sigurtà għall-atleti, inkluż l-atleti barra mill-pajjiż.


(1)  Dok. 17208/12.

(2)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(3)  COM(2010) 2020 finali.

(4)  Riżerva ta' skrutinju minn IT.

(5)  Riżerva ta' skrutinju minn IT.


Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Ġunju 2013

2013/C 168/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3315

JPY

Yen Ġappuniż

125,36

DKK

Krona Daniża

7,4591

GBP

Lira Sterlina

0,84950

SEK

Krona Żvediża

8,6765

CHF

Frank Żvizzeru

1,2290

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6770

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,728

HUF

Forint Ungeriż

294,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7019

PLN

Zloty Pollakk

4,2645

RON

Leu Rumen

4,4715

TRY

Lira Turka

2,4897

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3919

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3541

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3387

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6696

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6669

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 510,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,2293

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1680

HRK

Kuna Kroata

7,4725

IDR

Rupiah Indoneżjan

13 155,71

MYR

Ringgit Malażjan

4,1712

PHP

Peso Filippin

57,224

RUB

Rouble Russu

42,7500

THB

Baht Tajlandiż

40,997

BRL

Real Brażiljan

2,8511

MXN

Peso Messikan

17,1166

INR

Rupi Indjan

77,3400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/14


PROĠETT KONĠUNT SESAR

BAĠIT 2013 U PJAN TA’ STABBILIMENT TAL-PERSUNAL

2013/C 168/06

BAĠIT 2013

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL

(iċ-ċifri kollha f'Euro)

Titolu/Kapitolu

L-istimi tal-programm

Set '09

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

1.

Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea

700 000 000

109 994 680

110 123 600

110 123 600

59 881 720

18 000 000

91 170 000

69 713 000

91 631 020

1.1.

Is-Seba' Programm Qafas ta' Riċerka u Żvilupp

350 000 000

59 994 680

60 123 600

60 123 600

59 881 720

9 000 000

46 170 000

34 887 000

46 631 020

1.2.

Programm tan-Netwerk Trans-Ewropew

350 000 000

50 000 000

50 000 000

50 000 000

 

9 000 000

45 000 000

34 826 000

45 000 000

2.

Kontribuzzjoni mill-Eurocontrol

165 000 000

21 007 543

14 456 000

41 456 000

12 790 000

11 165 408

14 456 000

34 418 200

12 790 000

2.1.

kontribuzzjoni fi flus kontanti

165 000 000

21 007 543

14 456 000

41 456 000

12 790 000

11 165 408

14 456 000

34 418 200

12 790 000

3.

Kontribuzzjonijiet minn Membri Oħrajn

30 774 983

4 842 725

4 396 426

4 396 426

4 246 361

4 599 776

4 396 426

4 396 426

4 246 361

3.1.

kontribuzzjoni fi flus kontanti

30 774 983

4 842 725

4 396 426

4 396 426

4 246 361

4 599 776

4 396 426

4 396 426

4 246 361

4.

Dħul Ieħor

 

56 747

100 000

100 000

100 000

206 283

100 000

100 000

100 000

4.1.

Dħul Minn Imgħaxijiet

 

56 747

400 000

400 000

400 000

636 640

400 000

400 000

400 000

4.2.

Dħul Minn Taxxi Rkuprati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3.

Programmi ta' dħul minn pajjiżi mhux Membri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.4.

Imgħaxijiet li għandhom jitħallsu lura lill-UE

 

 

300 000

300 000

300 000

430 357

300 000

300 000

300 000

Eżitu Baġitarju tas-sena preċedenti

 

11 767 877

 

488 760

 

57 183 031

 

15 571 258

 

DĦUL TOTALI

895 774 983

147 669 572

129 076 026

156 564 786

77 018 081

91 154 498

110 122 426

124 198 884

108 767 381


DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ

(iċ-ċifri kollha f'Euro)

Titolu/Kapitolu

L-istimi tal-programm

Set '09

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

1.

Infiq tal-persunal

55 000 000

5 420 000

6 085 000

5 556 000

5 970 000

4 729 025

6 085 000

5 556 000

5 970 000

1.1.

Infiq tal-persunal skont il-pjan ta' stabbiliment tal-persunal

50 000 000

2 630 000

3 350 000

3 000 000

3 460 000

2 502 472

3 350 000

3 000 000

3 460 000

1.2.

Aġenti kuntrattwali, persunal interim

 

380 000

350 000

350 000

380 000

281 631

350 000

350 000

380 000

1.3.

Persunal issekondat mill-membri

5 000 000

1 890 000

1 450 000

1 550 000

1 300 000

1 410 637

1 450 000

1 550 000

1 300 000

1.4.

Esperti nazzjonali ssekondati

 

150 000

160 000

90 000

170 000

99 001

160 000

90 000

170 000

1.5.

Spejjeż ta' missjonijiet

 

192 000

600 000

391 000

500 000

308 177

600 000

391 000

500 000

1.6.

Infiq ieħor tal-persunal

 

178 000

175 000

175 000

160 000

127 107

175 000

175 000

160 000

2.

Infiq Amministrattiv

45 774 983

3 110 035

3 290 000

3 231 500

3 274 600

2 906 687

3 290 000

3 231 500

3 274 600

2.1.

Kiri ta' Bini u spejjeż assoċjati

 

708 213

794 000

854 648

905 600

705 304

794 000

854 648

905 600

2.2.

Proprjetà mobbli u spejjeż assoċjati

 

30 000

50 000

50 000

50 000

39 094

50 000

50 000

50 000

2.3.

Pr u avvenimenti

 

299 686

300 000

300 000

300 000

333 743

300 000

300 000

300 000

2.4.

Posta u telekomunikazzjoni

 

173 225

180 000

180 000

243 000

151 892

180 000

180 000

243 000

2.5.

Infiq tal-bord amministrattiv

 

25 000

30 000

17 500

30 000

7 499

30 000

17 500

30 000

2.6.

Infiq amministrattiv attwali

 

221 666

340 000

263 882

300 000

136 793

340 000

263 882

300 000

2.7.

Infiq tal-it u faċilitajiet tekniċi

 

1 575 637

1 500 000

1 500 470

1 350 000

1 487 779

1 500 000

1 500 470

1 350 000

2.8.

Servizzi amministrattivi ta' appoġġ

 

76 608

96 000

65 000

96 000

44 583

96 000

65 000

96 000

3.

Infiq Operattiv

795 000 000

138 650 777

119 701 026

147 777 286

67 773 481

67 947 528

100 747 426

115 411 384

99 522 781

3.1.

Studji/żvilupp immexxi mill-SJU

179 500 345

26 520 000

23 913 000

23 913 000

29 824 000

18 482 604

43 748 366

28 000 000

31 782 560

3.2.

Studji/żvilupp immexxi mill-EUROCONTROL

 

 

 

 

 

702 853

 

 

 

3.3.

Studji/żvilupp immexxi mill-membri

615 499 655

112 130 777

95 788 026

123 864 286

37 949 481

48 762 071

56 999 060

87 411 384

67 740 221

NEFQA TOTALI

895 774 983

147 180 812

129 076 026

156 564 786

77 018 081

75 583 240

110 122 426

124 198 884

108 767 381

BILANĊ TAL-EŻITU BAĠITARJU

 

488 760

 

 

 

15 571 258

 

 

 


ANNESS I

KONTRIBUZZJONI U NFIQ F'AFFARIJIET

KONTRIBUZZJONI F'AFFARIJIET

(EUR)

Titolu/Kapitolu

L-istimi tal-programm

Sett. '09

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

1.   Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea

1.1.

Is-Seba' Programm Qafas Ta' Riċerka u Żvilupp

 

 

 

 

 

1.2.

Programm tan-Netwerk Trans-Ewropew

 

 

 

 

 

2.

Kontribuzzjoni mill-Eurocontrol

535 000 000

69 800 000

74 805 000

74 805 000

75 500 000

2.1.

kontribuzzjoni fi flus kontanti

 

 

 

 

 

2.2.

kontribuzzjoni f'affarijiet

535 000 000

69 800 000

74 805 000

74 805 000

75 500 000

3.

Kontribuzzjonijiet minn Membri Oħrajn

615 499 655

112 130 777

95 788 026

123 864 286

37 949 481

3.1.

kontribuzzjoni fi flus kontanti

 

 

 

 

 

3.2.

kontribuzzjoni f'affarijiet

615 499 655

112 130 777

95 788 026

123 864 286

37 949 481

4.

Dħul Ieħor

53 725 363

 

 

 

 

4.1.

Dħul Minn Imgħaxijiet

 

 

 

 

 

4.2.

Dħul Minn Taxxi Rkuprati

 

 

 

 

 

4.3.

Programmi ta' dħul minn pajjiżi mhux Membri

53 725 363

 

 

 

 

4.4.

Imgħaxijiet li għandhom jitħallsu lura lill-UE

 

 

 

 

 

Eżitu Baġitarju tas-sena preċedenti

 

 

 

 

 

DĦUL TOTALI

1 204 225 018

181 930 777

170 593 026

198 669 286

113 449 481


INFIQ F'AFFARIJIET

(EUR)

Titolu/Kapitolu

L-istimi tal-programm

Sett. '09

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

1.   Infiq tal-Persunal

1.1.

Infiq tal-Persunal Skont il-Pjan ta' Stabbiliment tal-Persunal

 

 

 

 

 

1.2.

Aġenti Kuntrattwali, Persunal Interim

 

 

 

 

 

1.3.

Persunal Issekondat Mill-Membri

 

 

 

 

 

1.4.

Esperti Nazzjonali Ssekondati

 

 

 

 

 

1.5.

Spejjeż ta' Missjonijiet

 

 

 

 

 

1.6.

Infiq Ieħor tal-Persunal

 

 

 

 

 

2.   Infiq Amministrattiv

2.1.

Kiri Ta' Bini U Spejjeż Assoċjati

 

 

 

 

 

2.2.

Proprjetà Mobbli U Spejjeż Assoċjati

 

 

 

 

 

2.3.

Pr U Avvenimenti

 

 

 

 

 

2.4.

Posta U Telekomunikazzjoni

 

 

 

 

 

2.5.

Infiq tal-Bord Amministrattiv

 

 

 

 

 

2.6.

Infiq Amministrattiv Attwali

 

 

 

 

 

2.7.

Infiq tal-IT U Faċilitajiet Tekniċi

 

 

 

 

 

2.8.

Servizzi Amministrattivi ta' Appoġġ

 

 

 

 

 

3.

Infiq Operattiv

1 204 225 018

181 930 777

170 593 026

198 669 286

113 449 481

3.1.

Studji/Żvilupp Immexxi Mill-SJU

53 725 363

 

 

 

 

3.2.

Studji/Żvilupp Immexxi Mill-EUROCONTROL

535 000 000

69 800 000

74 805 000

74 805 000

75 500 000

3.3.

Studji/Żvilupp Immexxi Mill-Membri

615 499 655

112 130 777

95 788 026

123 864 286

37 949 481

NEFQA TOTALI

1 204 225 018

181 930 777

170 593 026

198 669 286

113 449 481

BILANĊ TAL-EŻITU BAĠITARJU

 

 

 

 

 


ANNESS II

TOTAL

DĦUL (Flus kontanti u f'Affarijiet)

(EUR)

Titolu/Kapitolu

L-istimi tal-programm

Set '09

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

1.

Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea

700 000 000

109 994 680

110 123 600

110 123 600

59 881 720

1.1.

Is-Seba' Programm Qafas ta' Riċerka u Żvilupp

350 000 000

59 994 680

60 123 600

60 123 600

59 881 720

1.2.

Programm tan-Netwerk Trans-Ewropew

350 000 000

50 000 000

50 000 000

50 000 000

 

2.

Kontribuzzjoni mill-Eurocontrol

700 000 000

90 807 543

89 261 000

116 261 000

88 290 000

2.1.

Kontribuzzjoni fi flus kontanti

165 000 000

21 007 543

14 456 000

41 456 000

12 790 000

2.2.

Kontribuzzjoni f'affarijiet

535 000 000

69 800 000

74 805 000

74 805 000

75 500 000

3.

Kontribuzzjonijiet minn Membri Oħrajn

646 274 638

116 973 502

100 184 452

128 260 712

42 195 842

3.1.

Kontribuzzjoni fi flus kontanti

30 774 983

4 842 725

4 396 426

4 396 426

4 246 361

3.2.

Kontribuzzjoni f'affarijiet

615 499 655

112 130 777

95 788 026

123 864 286

37 949 481

4.

Dħul Ieħor

53 725 363

56 747

100 000

100 000

100 000

4.1.

Dħul Minn Imgħaxijiet

 

56 747

400 000

400 000

400 000

4.2.

Dħul Minn Taxxi Rkuprati

 

 

 

 

 

4.3.

Programmi ta' dħul minn pajjiżi mhux Membri

53 725 363

 

 

 

 

4.4.

Imgħaxijiet li għandhom jitħallsu lura lill-UE

 

 

300 000

300 000

300 000

Eżitu Baġitarju tas-sena preċedenti

 

11 767 877

 

488 760

 

DĦUL TOTALI

2 100 000 000

329 600 349

299 669 052

355 234 072

190 467 562


INFIQ (Flus kontanti u f'Affarijiet)

(EUR)

Titolu/Kapitolu

L-istimi tal-programm

Set '09

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

Sena 2011

Baġit 2012

Baġ Riv II soġġ. għal approv

Baġit 2013

1.

Infiq tal-Persunal

55 000 000

5 420 000

6 085 000

5 556 000

5 970 000

1.1.

Infiq tal-Persunal Skont il-Pjan ta' Stabbiliment tal-Persunal

50 000 000

2 630 000

3 350 000

3 000 000

3 460 000

1.2.

Aġenti Kuntrattwali, Persunal Interim

 

380 000

350 000

350 000

380 000

1.3.

Persunal Issekondat Mill-Membri

5 000 000

1 890 000

1 450 000

1 550 000

1 300 000

1.4.

Esperti Nazzjonali Ssekondati

 

150 000

160 000

90 000

170 000

1.5.

Spejjeż ta' Missjonijiet

 

192 000

600 000

391 000

500 000

1.6.

Infiq Ieħor tal-Persunal

 

178 000

175 000

175 000

160 000

2.

Infiq Amministrattiv

45 774 983

3 110 035

3 290 000

3 231 500

3 274 600

2.1.

Kiri ta' bini u spejjeż assoċjati

 

708 213

794 000

854 648

905 600

2.2.

Proprjetà mobbli u spejjeż assoċjati

 

30 000

50 000

50 000

50 000

2.3.

Pr u avvenimenti

 

299 686

300 000

300 000

300 000

2.4.

Posta u telekomunikazzjoni

 

173 225

180 000

180 000

243 000

2.5.

Infiq tal-bord amministrattiv

 

25 000

30 000

17 500

30 000

2.6.

Infiq amministrattiv attwali

 

221 666

340 000

263 882

300 000

2.7.

Infiq tal-IT u faċilitajiet tekniċi

 

1 575 637

1 500 000

1 500 470

1 350 000

2.8.

Servizzi amministrattivi ta' appoġġ

 

76 608

96 000

65 000

96 000

3.

Infiq Operattiv

1 999 225 017

320 581 554

290 294 052

346 446 572

181 222 962

3.1.

Studji/żvilupp immexxi mill-SJU

233 225 707

26 520 000

23 913 000

23 913 000

29 824 000

3.2.

Studji/żvilupp immexxi mill-EUROCONTROL

535 000 000

69 800 000

74 805 000

74 805 000

75 500 000

3.3.

Studji/żvilupp immexxi mill-membri

1 230 999 310

224 261 554

191 576 052

247 728 572

75 898 962

NEFQA TOTALI

2 100 000 000

329 111 589

299 669 052

355 234 072

190 467 562

BILANĊ TAL-EŻITU BAĠITARJU

 

488,760

 

 

 


PJAN TA' STABBILIMENT TAL-PERSONAL 2013

Baġit 2013

PERSUNAL SJU

GRAD

Aġenti Temporanji

Aġenti Kuntrattwali

Issekondati

ENDs

Total

Direttur Eżekuttiv

AD 14

1

 

 

 

1

Viċi Direttur Eżekuttiv għall-Amministrazzjoni u l-Finanzi

AD 12

1

 

 

 

1

Kap Teknoloġija u Innovazzjoni

AD 12

1

 

 

 

1

Kap Strateġiji u Relazzjonijiet Internazzjonali

AD 12

1

 

 

 

1

Kap Affarijiet Regolatorji

AD 12

1

 

 

 

1

Kap Komunikazzjoni Korporattiva

AD 10

1

 

 

 

1

Kap Ekonomija u Ambjent

AD 10

1

 

 

 

1

Konsulent għad-Direttur Eżekuttiv

AD 10

1

 

 

 

1

Konsulent Anzjan għall-Affarijiet Militari

AD 10

1

 

 

 

1

Kap Settur tal-affarijiet legali u l-kuntratti

m/a

 

 

1

 

1

Kap Settur tal-Finanzi u l-Baġit

AD 8

1

 

 

 

1

Viċi Direttur Eżekuttiv għall-Operazzjonijiet u l-Programmi

m/a

 

 

1

 

1

Kap Sistemi tal-ATM

AD 8

1

 

 

 

1

Inġinier tas-Sistemi

AD 8

1

 

 

 

1

Uffiċjal ta’ Kollegament

AD 10

1

 

 

 

1

Konsulent Affarijiet legali u kuntratti

AD 7

1

 

 

 

1

Uffiċjal Finanzi u amministrazzjoni

AD 7

1

 

 

 

1

Uffiċjal Ambjent

AD 7

1

 

 

 

1

Kap Validazzjoni/Verifika

AD 7

 

 

1

 

1

Espert tal-ATM

AD 6

1

 

 

 

1

Konsulent Validazzjoni/Verifika

m/a

 

 

1

 

1

Espert tal-ATM

AD 6

1

 

 

 

1

Uffiċjal Finanzjarju

AD 6

1

 

 

 

1

Inġinier Sistemi tal-ATM

m/a

 

 

1

 

1

Membru Assoċjat tal-Komunikazzjoni

AD 5

1

 

 

 

1

Ekonomista

AD 5

1

 

 

 

1

Uffiċjal Legali Riżorsi Umani

m/a

 

1

 

 

1

Awditur Proġetti

AD 5

1

 

 

 

1

Konsulent DAF

m/a

 

1

 

 

1

Awditur Intern

AD 5

1

 

 

 

1

Espert Anzjan Kwalità u Ġestjoni tal-Programmi

m/a

 

 

1

 

1

Espert Kwalità u Ġestjoni tal-Programmi

m/a

 

 

1

 

1

Espert Programm tal-ATM

m/a

 

 

1

 

1

Uffiċjal Riżorsi umani

AST 7

1

 

 

 

1

Kontabbilist finanzjarju

AST 5

1

 

 

 

1

Assistent Amministrattiv

AST 3

1

 

 

 

1

Uffiċjal Legali

m/a

 

1

 

 

1

Segretarju – Direttur tal-Programm

AST 1

1

 

 

 

1

Segretarju għad-Direttur Eżekuttiv

AST 1

1

 

 

 

1

TOTAL

28

3

8

 

39

END

 

 

 

 

 

Espert Conops u Validazzjoni

 

 

 

 

1

1

END

 

 

 

 

1

1

Konsulent Affarijiet Istituzzjonali

 

 

 

 

1

1

TOTAL

 

 

 

 

3

3


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/22


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Kawża AT.39398 – VISA MIF

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 168/07

1.   INTRODUZZJONI

1.

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’dawk il-każijiet fejn ikollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li tobbliga li ksur jinġieb fi tmiemu l-partijiet ikkonċernati joffru li jidħlu għal irbit li jkun jissodisfa t-tħassib indikat lilhom mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha – li dak l-irbit isir vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni tippubblika taqsira konċiża dwar il-każ u l-kontenut ewlieni tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-Kummissjoni.

2.   TAQSIRA TAL-KAŻ

2.

Fit-3 ta' April 2009, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet kontra Visa Europe Limited (“Visa Europe”), Visa Inc. u Visa International Services Association.

3.

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet spjegat l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li Visa Europe, Visa Inc. u Visa International Services Association kisru l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi stabbilixxiet tariffi ta' skambju miftiehma multilateralment (multilaterally agreed interchange fees, “MIFs”) li japplikaw għal tranżazzjonijiet transfruntiera u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards tal-ħlas tal-konsumatur tal-VISA, VISA Electron u V PAY fiż-ŻEE.

4.

It-tariffi ta’ skambju jitħallsu minn bank kummerċjali (“l-akkwirent”) lil bank ta’ detentur ta’ kard (“l-emittent”) għal kull tranżazzjoni li tkun saret fi stabbiliment ta' negozju b'kard tal-ħlas. Meta detentur ta’ kard juża kard għall-ħlas sabiex jixtri oġġetti jew servizzi mingħand negozjant, in-negozjant iħallas tariffa għas-servizz tan-negozjant lill-akkwirent tiegħu. L-akkwirent iżomm parti minn din it-tariffa (il-marġni tal-akkwirent), il-bqija tmur għall-emittent (l-MIF) u l-operatur tal-iskema (f'dan il-każ Visa Europe u Visa Inc.). Fil-prattika, parti kbira mit-tariffa għas-servizz tan-negozjant hija ddeterminata mill-MIF.

5.

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet esprimiet tħassib li l-MIFs għandhom bħala għan u effett restrizzjoni apprezzabbli tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-akkwist b'detriment għan-negozjanti u indirettament għall-klijenti tagħhom. L-MIFs dehru li kienu qegħdin jgħollu l-bażi li fuqha l-akkwirenti jistabbilixxu t-tariffi għas-servizzi tan-negozjant billi joħolqu element sostanzjali ta' spiża li hu komuni għall-akkwirenti kollha. Skont l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni, il-MIFs mhumiex bżonnjużi oġġettivament. L-effett restrittiv fis-swieq tal-akkwist qed jiġi msaħħaħ aktar bl-effett tal-MIFs fuq is-swieq tan-netwerk u fuq dawk emittenti kif ukoll b'regoli u prattiki oħrajn tan-netwerk (ir-Regola li Tonora l-Kards Kollha (Honour All Cards Rule), ir-Regola tal-Ebda Diskriminazzjoni (No Discrimination Rule) u t-taħlit (blending). Barra minn hekk, skont l-opinjonijiet preliminari tal-Kummissjoni stipulati fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, l-MIFs ma jissodisfawx ir-rekwiziti għal eżenzjoni skont l-Artikolu 101(3) tat-TFUE għax jipprovdu effiċjenzi b'sehem ġust mill-benefiċċji li jirriżultaw minnhom li jgħaddu għand il-konsumatur.

6.

Fit-8 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (“id-deċiżjoni ta' impenn”). Id-deċiżjoni għamlet legalment vinkolanti għal erba’ snin għal Visa Europe l-impenji li (i) l-medja peżata tal-MIF applikabbli għal tranżazzjonijiet ta’ debitu tal-konsumatur koperti mill-proċedimenti tiġi llimitata sa 0,20 % u (ii) żżomm u/jew tintroduċi għadd ta’ tibdiliet fir-regoli tan-netwerk tagħhom (“miżuri ta’ trasparenza”).

7.

Madankollu, l-impenji ma koprewx il-MIFs għall-kards tal-kreditu tal-konsumaturi li dwarhom il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni Supplimentari ta' Oġġezzjonijiet fil-31 ta’ Lulju 2012. Id-Dikjarazzjoni Supplimentari ta' Oġġezzjonijiet, li tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, espandiet id-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u rriflettiet bidliet fl-ambitu tal-proċedura, bażikament tapplika biss għal MIFs ta' kards tal-kreditu tal-konsumatur. Hija testendi wkoll l-ambitu tal-proċedimenti għall-applikazzjoni diretta ta' MIFs interreġjonali (jew internazzjonali) meta n-negozjanti jkunu jinsabu fiż-ŻEE u tidentifika ksur potenzjali fir-rigward tar-regoli ta' Visa Europe dwar l-akkwist transfruntiera.

8.

Għaldaqstant, il-proċedimenti issa jkopru (riformulat biss f'taqsira):

Tariffi intrareġjonali ta' skambju ta' kreditu miftiehma multilateralment stabbiliti minn Visa Europe (“il-MIFs intrareġjonali”) li jew japplikaw direttament għal tranżazzjonijiet transkonfinali jew awtomatikament għal tranżazzjonijiet domestiċi (2).

MIFs ta' kreditu speċifiċi għall-pajjiżi stabbiliti minn Visa Europe (3).

L-applikazzjoni potenzjali ta’ inadempjenza tal-MIFs Interreġjonali fin-nuqqas ta’ tariffi ta' interskambju ekwivalenti u l-applikazzjoni diretta tagħhom għal tranżazzjonijiet li jagħmlu użu minn kards maħruġa barra ż-ŻEE għand negozjanti li jkunu jinsabu fiż-ŻEE (4).

Ir-regoli marbuta mal-akkwist transkonfinali bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

9.

Il-proċedimenti jindirizzaw ir-regoli tan-netwerk ta’ Visa Europe relatati mal-MIFs diġà inklużi fid-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, jiġifieri r-Regola li Tonora l-Kards Kollha, ir-Regola ta' Ebda Diskriminazzjoni u l-prattika mifruxa tat-taħlit tat-tariffi għas-servizzi tan-negozjant (“MSCs”). Ir-regoli tal-aħħar huma vvalutati mhux bħala ksur potenzjali tar-regoli tal-kompetizzjoni fihom infushom, iżda fil-kapaċità tagħhom ta’ titjib tal-effett restrittiv tal-MIFs.

10.

Id-Dikjarazzjoni Supplimentari ta' Oġġezzjonijiet intbagħtet ukoll lil Visa Inc. u Visa International Service Association fl-24 ta’ April 2013.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

11.

Visa Europe, bħala waħda mill-partijiet soġġetta għall-proċedimenti, ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu, hija offriet li tidħol għal impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni fejn tidħol il-kompetizzjoni. L-impenni huma spjegati fil-qosor hawn taħt u ppubblikati bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fuq:

http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

12.

Visa Europe timpenja ruħha li tillimita l-medja ppeżata ta’ kull sena tal-MIFs transfruntiera tagħha Intra-ŻEE applikabbli għal tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards tagħha tad-debitu tal-konsumatur għal 0,3 % xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' impenn lil Visa Europe.

13.

Dan il-limitu se japplika wkoll separatament f'kull wieħed minn dawk il-pajjiżi taż-ŻEE li għalihom Visa Europe tistabbilixxi direttament ir-rati domestiċi speċifiċi tal-MIF għall-konsumaturi u f'dawk il-pajjiżi taż-ŻEE fejn il-MIFs ta' kreditu Intra-ŻEE japplikaw fin-nuqqas ta' MIFs oħrajn.

14.

Visa Europe qed tipproponi wkoll li tiżgura li, mill-1 ta’ Jannar 2015,

il-limitu ta' kreditu ta' 0,3 % tal-MIF japplika wkoll għall-MIFs kollha stabbiliti minn Visa Europe li jirrigwardaw it-tranżazzjonijiet imwettqa ma’ negozjanti li jinsabu fiż-ŻEE b'kards ta’ kreditu tal-konsumatur tal-Visa maħruġa f’pajjiżi mhux fiż-ŻEE li jagħmlu parti mit-territorju ta' Visa Europe (5) (“MIFs ta' kreditu intra Visa Europe li mhumiex fiż-ŻEE”) u

il-limitu ta' debitu ta' 0,2 % tal-MIF japplika wkoll għall-MIFs kollha stabbiliti minn Visa Europe li jirrigwardaw it-tranżazzjonijiet imwettqa ma’ negozjanti li jinsabu fiż-ŻEE b'kards ta’ debitu tal-konsumatur tal-Visa maħruġa f’pajjiżi mhux fiż-ŻEE li jagħmlu parti mit-territorju ta' Visa Europe (“MIFs ta' debitu intra Visa Europe mhux fiż-ŻEE”).

15.

Visa Europe timpenja ruħha li temenda r-regoli tagħha dwar l-akkwist transfruntiera mill-1 ta’ Jannar 2015 sabiex tippermetti lill-akkwirenti transfruntiera li joffru l-MIF tad-debitu domestiku jew il-MIF tal-kreditu domestiku applikabbli fil-post tan-negozjant jew rata MIF ta’ 0,2 % għal tranżazzjonijiet ta' debitu tal-konsumatur u 0,3 % għal tranżazzjonijiet ta' kreditu tal-konsumatur, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

16.

Visa Europe timpenja ruħha li tkompli timplimenta aktar miżuri ta’ trasparenza. Partikolarment, Visa Europe timpenja ruħha li:

iddaħħal regola li titlob lill-akkwirenti joffru lin-negozjanti pprezzar tal-ħlas għas-servizz tan-negozjant fuq bażi “MIF plus plus” għal tariffa amministrattiva (fi kliem ieħor, l-akkwirenti jridu, jekk mitluba, jikkategorizzaw b’mod ċar fil-kuntratti u l-fatturi tagħhom l-MSC fi tliet komponenti, jiġifieri l-MIF, is-sistemi tat-tariffi l-oħra kollha ta’ pagament applikabbli u t-tariffa tal-akkwirent). Visa Europe se titlob lill-akkwirenti jimplimentaw din ir-regola fi żmien 12-il xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ impenn lil Visa Europe fir-rigward tal-ftehimiet il-ġodda kollha u fi żmien 18-il xahar għall-kuntratti eżistenti;

introduċi struttura simplifikata tal-MIF għall-MIFs stabbiliti minn Visa Europe li tipprevedi tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % fl-għadd ta' kategoriji tat-tariffi biex tgħin it-trasparenza u tqabbil bejn ir-rati.

17.

Visa Europe għandha taħtar Fiduċjarju ta' Monitoraġġ biex jissorvelja l-konformità ta' Visa Europe mal-impenji tagħha. Qabel il-ħatra, il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tapprova jew li tirrifjuta l-Fiduċjarju propost.

18.

L-impenji se jkunu validi għal perjodu ta' erba' snin mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni ta' impenn lil Visa Europe.

19.

Dawn l-impenji japplikaw biss għal Visa Europe. L-investigazzjoni attwali tal-antitrust (supra punt 7) se tibqa’ miftuħa fil-konfront ta' Visa Inc. u Visa International Services Association sakemm issir valutazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, li possibilment tinkludi kull kummenti li jsir b’reazzjoni għal dan l-Avviż.

4.   STEDINA GĦALL-KUMMENTI

20.

Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżla fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti.

21.

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet interessati huma wkoll mitluba jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li kull informazzjoni mħaddna fiha li huma jistqarru li hija sigriet professjonali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tinbidel kif mitlub b'taqsira mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti professjonali” jew “kunfidenzjali”.

22.

Ir-risposti u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jistabbilixxu l-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti mill-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

23.

Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta’ referenza AT.39398 VISA MIF, l-indirizz email (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta, fuq l-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 rispettivament, tat-TFUE Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fil-kontenut. Għall-finijiet ta’ dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn applikabbli.

(2)  Attwalment fil-Latvja.

(3)  Attwalment fil-Belġju, l-Ungerija, l-Islanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda u l-Isvezja, fin-nuqqas ta' tariffi ta' interkambju oħrajn.

(4)  Fl-impenji dawn huma riferuti bħala MIFs Internazzjonali u MIFs intra Visa Europe mhux fiż-ŻEE.

(5)  It-territorju Visa Europe jinkludi ż-ŻEE, Andorra, il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, l-Iżrael, il-Monaco, San Marino, Svalbard u l-Gżejjer Jan Mayen, l-Isvizzera, it-Turkija u l-Belt tal-Vatikan.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/26


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 168/08

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“CÍTRICOS VALENCIANOS”/“CÍTRICS VALENCIANS”

Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0152-31.01.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestaturi tal-ispeċifikazzjoni affettwati mill-emenda

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni:

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (li għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emendi

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

L-inklużjoni ta' varjetajiet ġodda awtorizzati

Madwar 60 % tal-volum totali tal-frott tat-ċitru ta' Valencia huwa prodott matul ix-xhur ta' Novembru sa' Frar, u dan iġib miegħu tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u telf fl-introjtu.

Bil-kollaborazzjoni tal-Instituto Valencianos de Investigaciones Agrarias ( IVIA ) (l-Istitut tar-Riċerka Agrikola ta' Valencia), li huwa fuq quddiem fir-riċerka u t-teknoloġija relatati maċ-ċitru u l-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda, mudelli u trattamenti ġodda kontra l-pesti li jgawdu minnhom il-produzzjoni taċ-ċitru u d-dinamizmu kummerċjali tas-settur, saret possibbli li l-produzzjoni tlaħħaq mad-domanda bl-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda, preċedenti u sussegwenti, bi kwalita' organolettika tajba, u mingħajr ma tiġi effettwata r-rabta mat-tradizzjoni u l-għeruq jew il-metodi tat-tkabbir.

Il-varjetajiet ġodda li ġew proposti għall-inklużjoni fl-ispeċifikazzjoni addattaw ruħhom perfettament għal klima tal-Mediterran, bix-xtiewi moderati u s-sjuf mhux sħan wisq tiegħu, b'differenzi fit-temp bejn il-lejl u nhar li huma definiti sew, u l-irjieħ li la huma sħan jew xotti, u hekk l-ambjent lokali jagħtihom il-karatteristiċi distinti tagħhom li jagħmilhom differenti mill-istess varjetajiet imkabbra x'imkien ieħor.

Fil-qosor, il-klima taż-żona tagħti lis-“Cítricos Valencianos” il-karatteristiċi partikolari tagħhom. Il-karatteristiċi organolettiċi relatati mat-togħma, il-kulur u l-aroma huma kollha influwenzati mill-kundizzjonijiet tat-temperatura taż-żona tat-tkabbir taċ-ċitru ta' Valencia.

Il-varjetajiet proposti għall-inklużjoni fid-Dokument Uniku tal-Kunsill Regolatorju, u li huma elenkati fir-Reġistru tal-Varjetajiet Kummerċjali ppubblikati mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Affarijiet Rurali u Marittimi fil-Boletin Oficial del Estado, huma:

 

Mandolin:

 

Grupp tas-Satsuma: Iwasaki;

 

Grupp tal-Klementini: Beatriz, Capola (Mioro), Clemenpons, Clemenrubí, Loretina, Nour;

 

Grupp tal-Ibridi: Moncada.

 

Larinġ:

 

Grupp tan-Navels: Barnfield Late, Caracara, Chislett Summer, Fukumoto, Powell Summer u Rohde Summer

 

Grupp Komuni: Valencia Delta Seedless, Valencia Midknight u Barberina.

 

Grupp tad-Demm: Sanguinelli

 

Lumi: Eureka

3.2.   Żona ġeografika

Il-bidla fil-klima fiż-żona tal-produzzjoni ħolqot ekosistemi ġodda li jiffavorixxu l-kultivazzjoni taċ-ċitru bl-istess sistemi ta' produzzjoni u tal-istess kwalità organolettika. Dan ifisser li issa ċerti muniċipalitajiet jistgħu jiġu inklużi fir-rigward tal-produzzjoni tal-frott taċ-ċitru ta' kwalità koperta mill-IĠP “Citrus Valencianos”, waqt li xi muniċipalitajiet oħra se jitneħħew.

Iż-żoni ta' produzzjoni ġdida għall-IĠP “Citricos Valencianos” għandhom il-ħamrija alluvjali tal-baċiri tax-xmajjar li jsaqqu l-pjanuri ta' bejn il-kosta u l-muntanji tal-Mediterran, u s-sjuf ħfief u l-irjieħ fil-biċċa l-kbira umdi huma ta' benefiċċju addizzjonali għall-frott u prinċipalment jaffettwaw id-dehra tiegħu.

Ir-riorganizzazzjoni dejjem akbar tal-comarcas (distretti) tagħmilha possibbli li jkunu definiti d-delimitazzjoni ġeografika preċiża fil-qafas tal-Unjoni Ewropea:

 

CASTELLÓ/CASTELLÓN: El Baix Maestrat. – miżjuda: Cervera del Maestre u Traiguera; La Plana Alta. – miżjuda: les Coves de Vinromà u Vilanova d’Alcolea; La Plana Baixa. – miżjuda: Alfondeguilla u Eslida; L’Alt Millars. – miżjuda: Espadilla, Toga, Torrechiva u Vallat; L’Alt Palància. – miżjuda: Navajas.

 

VALÈNCIA/VALENCIA: L’Horta Oest. – mneħħija Mislata; L’Horta Oest. – miżjuda: Llocnou de la Corona; mneħħija: Benetússer; El Camp de Túria. – miżjuda: l’Eliana, Loriguilla u San Antonio de Benagéber; Els Serrans. – miżjuda: Chulilla, Losa del Obispo, Sot de Chera u Villar del Arzobispo; La Foia de Bunyol. – miżjuda: Dos Aguas u Yátova; La Ribera Baixa. – miżjuda: Benicull de Xúquer; La Vall d’Albaida. – miżjuda: Agullent, Aielo de Malferit, Aielo de Rugat, Albaida, Alfarrasí, Atzeneta d’Albaida, Beniatjar, Benissoda, Carrícola, Castelló de Rugat, Montaverner, Montichelvo/Montitxelvo, l’Olleria, Ontinyent, Otos, el Palomar, la Pobla del Duc u Rugat; mneħħija: Bellús.

 

ALACANT/ALICANTE: La Marina Alta. – miżjuda: els Poblets; La Marina Baixa. – mneħħija: Relleu; L’Alacantí. – mneħħija: Busot, Xixona; El Vinalopó Mitjà.-mneħħija Aspe u, b'konsegwenza, il-comarca; El Baix Segura. – miżjuda: Los Montesinos u San Isidro.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“CÍTRICOS VALENCIANOS”/“CÍTRICS VALENCIANS”

Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0152-31.01.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Cítricos Valencianos”/“Cítrics Valencians”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1

Il-frott tal-larinġ (Citrus sinensis, L.), mandolin (Citrus reticultata Blanco) u tal-lumi (Citrus limon L.).

Il-frott taċ-ċitru li ġejjin huma protetti mill-IĠP “Cítricos Valencianos”:

fil-każ tal-larinġ, il-gruppi tan-Navel, Komuni u tad-Demm huma varjetajiet elenkati li għandhom il-karatteristiċi tagħhom speċifikati fit-tabella li ġejja

fil-każ tal-mandolin, il-gruppi tas-Satsumas, tal-Klementini u l-Ibridi huma varjetajiet elenkati li għandhom il-karatteristiċi tagħhom speċifikati fit-tabella li ġejja.

fil-każ tal-lumi, il-varjetajiet elenkati għandhom il-karatteristiċi tagħhom speċifikati fit-tabella li ġejja.

GRUPP

VARJETÀ

DIJAMETRU (mm)

% MERAQ (4)

INDIĊI TAL-MATURITÀ (5)

SATSUMAS

CLAUSELLINA

54-78

40

7

 

OKITSU

54-78

40

7

 

OWARI

54-78

40

7

 

IWASAKI

54-78

40

7

IBRIDI

ELLENDALE

54-78

40

7,5

 

FORTUNE

54-78

40

8

 

KARA

54-78

40

7,5

 

NOVA

54-78

40

7,5

 

ORTANIQUE

54-78

40

8

 

MONCADA

54-78

40

7,5

KLEMENTINI

ARRUFATINA

46-78

40

7,5

 

CLEMENTARD

46-78

40

7,5

 

CLEMENTINA FINA

46-78

40

7,5

 

CLEMENULES

46-78

40

7,5

 

ESBAL

46-78

40

7,5

 

HERNANDINA

46-78

40

7,5

 

MARISOL

46-78

40

7,5

 

OROGRANDE

46-78

40

7,5

 

ORONULES

46-78

40

7,5

 

OROVAL

46-78

40

7,5

 

TOMATERA

46-78

40

7,5

 

LORETINA

46-78

40

7,5

 

BEATRIZ

46-78

40

7,5

 

CLEMENPONS

46-78

40

7,5

 

NOUR

46-78

40

7,5

 

CAPOLA (MIORO)

46-78

40

7,5

 

CLEMENRUBÍ

46-78

40

7,5

NAVELS

LANE LATE

70-100

35

7

 

NAVELATE

70-100

35

7

 

NAVELINA

70-100

35

7

 

NEWHALL

70-100

35

7

 

WASHINGTON NAVEL

70-100

35

7

 

CARACARA

70-100

35

7

 

POWELL SUMMER

70-100

35

7

 

BARNFIELD LATE

70-100

35

7

 

CHISLETT SUMMER

70-100

35

7

 

FUKUMOTO

70-100

35

7

 

ROHDE SUMMER

70-100

35

7

BLANCAS

SALUSTIANA

67-96

35

7

 

VALENCIA LATE

67-96

35

7

 

V. DELTA SEEDLESS

67-96

35

7

 

V. MIDKNIGHT

67-96

35

7

 

BARBERINA

67-96

35

7

LARINĠ TAD-DEMM

SANGUINELLI

60-96

35

7

LUMI

FINO (MESERO)

48-67

25

 

VERNA

48-67

30

 

EUREKA

48-67

25

Il-frott taċ-ċitru kopert mill-IĠP se jkunu klassifikati fil-kategoriji “Extra” u “I”, skont l-istandard tal-kwalità rilevanti.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

3.6.   Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, għat-tħakkik, l-imballaġġ, eċċ.

Il-prodott huwa ppreżentat f'imballaġġi għall-użu alimentari.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Il-frott taċ-ċitru tal-IĠP jridu jinbigħu biss f'imballaġġ li jkollu t-tikketta sekondarja nnumerata. Fuq it-tikketti u t-tikketti sekondarji, għandha bilfors tidher l-kitba: Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cítricos Valencianos” u “Citrics Valencians”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-frott taċ-ċitru koperti mill-IĠP “Cítricos Valencianos”, tikkonsisti mill-comarcas tal-provinċji ta' Castellón, Valencia u Alicante, li huma awtorizzati għal kultivazzjoni tal-frott taċ-ċitru soġġetti għall-IĠP “Cítricos Valencianos”:

 

CASTELLÓ/CASTELLÓN

 

El Baix Maestrat. Alcalà de Xivert, Benicarló, Càlig, Cervera del Maestre, Peníscola/Peñíscola, Sant Jordi/San Jorge, San Rafael del Río, Santa Magdalena de Pulpis, Traiguera u Vinaròs.

 

La Plana Alta. Almassora/Almazora, Benicàssim/Benicasim, Borriol, Cabanes, Castelló de la Plana/Castellón de la Plana, les Coves de Vinromà, Orpesa/Oropesa del Mar, Sant Joan de Moró, Torreblanca u Vilanova d’Alcolea.

 

La Plana Baixa. Alfondeguilla, Almenara. Alquerias del Niño Perdido, Artana, Betxí, Borriana/Burriana, Xilxes/Chilches, Eslida, la Llosa, Moncofa, Nules, Onda, Ribesalbes, Tales, la Vall d’Uixó, Vilareal u la Vilavella.

 

L’Alcalatén. l’Alcora.

 

L’Alt Millars. Argelita, Espadilla, Fanzara, Toga, Torrechiva u Vallat.

 

L’Alt Palància. Castellnovo, Geldo, Navajas, Segorbe, Soneja u Sot de Ferrer.

 

VALÈNCIA/VALENCIA

 

El Camp de Morvedre. Albalat dels Tarongers, Alfara de la Baronia, Algar de Palancia, Algimia de Alfara, Benavites, Benifairó de les Valls, Canet d’En Berenguer, Estivella, Faura, Gilet, Petrés, Quart de les Valls, Quartell, Sagunt/Sagunto, Segart u Torres Torres.

 

L’Horta Nord. Albalat dels Sorells, Alboraya, Albuixech, Alfara del Patriarca, Almàssera, Bonrepòs i Mirambell, Burjassot, Foios, Godella, Massalfassar, Massamagrell, Meliana, Moncada, Museros, la Pobla de Farnals, Puçol, Puig, Rafelbunyol/Rafelbuñol, Rocafort, Tavernes Blanques u Vinalesa.

 

L’Horta Oest. Alaquàs, Aldaia, Manises, Paterna, Picanya, Quart de Poblet, Torrent, Xirivella u València.

 

L’Horta Sud. Albal, Alcàsser, Alfafar, Beniparrell, Catarroja, Llocnou de la Corona, Massanassa, Paiporta, Picassent, Sedaví u Silla.

 

El Camp de Túria. Benaguasil, Benisanó, Bétera, Casinos, l’Eliana, Loriguilla, Llíria, Marines, Náquera, Olocau, la Pobla de Vallbona, Riba-roja de Túria, San Antonio de Benagéber, Serra u Vilamarxant.

 

Els Serrans. Bugarra, Chulilla, Domeño, Gestalgar, Loriguilla, Losa del Obispo, Pedralba, Sot de Chera u Villar del Arzobispo.

 

La Foia de Bunyol. Alborache, Buñol, Cheste, Chiva, Dos Aguas, Godelleta, Macastre u Yátova.

 

La Ribera Alta. Alberic, Alcàntera de Xúquer, l’Alcúdia, Alfarp, Algemesí, Alginet, Alzira, Alzira (la Garrofera), Antella, Beneixida, Benifaió, Benimodo, Benimuslem, Carcaixent, Càrcer, Carlet, Catadau, Cotes, l’Ènova, Gavarda, Guadassuar, Llombai, Manuel, Massalavés, Montserrat, Montroy, la Pobla Llarga, Rafelguaraf, Real, Sant Joanet, Sellent, Senyera, Sumacàrcer, Tous, Turís u Villanueva de Castellón.

 

La Ribera Baixa. Albalat de la Ribera, Almussafes, Benicull de Xúquer, Corbera, Cullera, Favara, Fortaleny, Llaurí, Polinyà de Xúquer, Riola, Sollana u Sueca.

 

La Canal de Navarrés. Anna, Bicorp, Bolbaite, Chella, Enguera, Navarrés u Quesa.

 

La Costera. l’Alcúdia de Crespins, Barxeta, Canals, Cerdà, Estubeny, Genovés, la Granja de la Costera, Llanera de Ranes, Llocnou d’En Fenollet, la Llosa de Ranes, Moixent/Mogente, Montesa, Novetlè/Novelé, Rotglà i Corberà, Torrella, Vallada, Vallés, Xàtiva u Xàtiva (el Realenc).

 

La Safor. Ador, Alfauir, Almiserà, Almoines, l’Alqueria de la Comtessa, Barx, Bellreguard, Beniarjó, Benifairó de la Valldigna, Beniflá, Benirredrà, Castellonet de la Conquesta, Daimús, la Font d’En Carròs, Gandia, Guardamar de la Safor, Llocnou de Sant Jeroni, Miramar, Oliva, Palma de Gandía, Palmera, Piles, Potríes, Rafelcofer, Real de Gandía, Rótova, Simat de la Valldigna, Tavernes de la Valldigna, Villalonga, Xeraco u Xeresa.

 

La Vall d’Albaida. Agullent, Aielo de Malferit, Aielo de Rugat, Albaida, Alfarrasí, Atzeneta d’Albaida, Bèlgida, Beniatjar, Benicolet, Benigánim, Benissoda, Carrícola, Castelló de Rugat, Llutxent, Montaverner, Montitxelvo/Montichelvo, l’Olleria, Ontinyent, Otos, el Palomar, Pinet, la Pobla del Duc, Quatretonda, Rugat u Terrateig.

 

ALACANT/ALICANTE

 

La Marina Alta. Adsubia, Alcalalí, Beniarbeig, Benidoleig, Benigembla, Benimeli, Benissa, el Poble Nou de Benitatxell/Benitachell, Calp, Dénia, Gata de Gorgos, Xaló, Llíber, Murla, Ondara, Orba, Parcent, Pedreguer, Pego, els Poblets, el Ràfol d’Almúnia, Sagra, Sanet y Negrals, Senija, la Setla/Mira-rosa/Miraflor, Teulada, Tormos, Vall de Gallinera, la Vall de Laguar, el Verger u Xàbia/Jávea.

 

La Marina Baixa. l’Alfàs del Pi, Altea, Beniardá, Benidorm, Benimantell, Bolulla, Callosa d’En Sarrià, Confrides, Finestrat, el Castell de Guadalest, la Nucia, Orxeta, Polop, Sella, Tàrbena u la Vila Joiosa/Villajoyosa.

 

L’Alacantí. Aigües, Alacant/Alicante, el Campello, Mutxamel, Sant Vicent del Raspeig/San Vicente del Raspeig u Sant Joan d’Alacant.

 

El Baix Vinalopó. Crevillent, Elx/Elche u Santa Pola.

 

El Baix Segura. Albatera, Algorfa, Almoradí, Benejúzar, Benferri, Benijófar, Bigastro, Callosa de Segura, Catral, Cox, Daya Nueva, Daya Vieja, Dolores, Formentera del Segura, Granja de Rocamora, Guardamar del Segura, Jacarilla, Los Montesinos, Orihuela, Pilar de la Horadada, Rafal, Redován, Rojales, San Fulgencio, San Isidro, San Miguel de Salinas u Torrevieja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Storika

Miż-żoni kollha taċ-ċitru tad-dinja, il-Comunidad Valenciana hija fejn it-tradizzjoni tal-kultivazzjoni tal-frott taċ-ċitru hija l-iżjed stabbilita. Hemm referenzi storiċi antiki ħafna fuq il-presenza u l-għerf tal-kultivazzjoni taċ-ċitru fiż-żona ta' Valencia. Francesc Eiximenis (1340-1409) semma l-eżistenza tal-imsaġar tal-larinġ u l-lumi fil-Regiment de la Cosa Pública waqt li kien qed jiddeskrivi s-sbuħija ta' Valencia Fix-xogħol tiegħu, Vaije por España y Portugal (1494), Muntzer iddeskriva lil Valencia bħala post b'abbundanza ta' larinġ, lumi, tronġ u numru kbir ta' siġar tal-frott ieħor u żied li kienu ħaduhom biex jaraw il-ġnien tal-belt, li kienet perfettament imħawla bis-siġar tal-lumi, tal-larinġ, tat-tronġ u tal-palm. Laguna, fit-traduzzjoni tiegħu tax-xogħol ta' Dioscórides, Tratando de Medicina (1570), joffri xi informazzjoni fuq il-larinġ u l-lumi u jgħid li “Il-Valenciani jsemmu lill-larinġ tagħhom toronja”. Fl-aħħar tas-seklu XVIII, il-botanist Cabanilles semma li ġew prodotti 4 000tahullas (unità ta' miżura antika) ta' larinġ li ġejjin miċ-Ċina, iżjed minn kull raba' oħra.

L-ewwel imsaġar prodotti għal skopijiet kummerċjali għas-suq tal-prodotti friski jmorru lura għas-seklu XVIII u żdiedu għaċ-ċifra tal-lum ta' 85 000 ha ta' siġar tal-larinġ, 83 000 ha ta' siġar tal-mandolin u xi 15 000 ha ta' siġar tal-lumi, u din ippermettiet l-iżvilupp ta' tekniki ta' tkabbir speċifiċi, ibbażati fuq l-aħjar adattazzjoni possibbli tal-frotta għall-kuntest agroklimatiku tal-post u l-iffukar tal-produzzjoni ta' frott ta' kwalità għolja.

L-importanza tat-tkabbir tal-frott fil-Comunidad Valenciana tista' tiġi kkonfermata fil-Mużew tal-Larinġ li jinstab fil-Burrania (Castellón).

Naturali

Fil-Comunidad Valenciana, l-ammont tax-xita jonqos mit-tramuntata san-nofsinhar, b'xi 450 mm fit-Tramuntana ta' Castellón għal anqas minn 300 mm fin-nofsinhar ta' Alicante.

Il-kultivazzjoni taċ-ċitru fil-Comunidad Valenciana testendi għat-tliet provinċji ta' Alicante, Valencia u Castellón u tradizzjonalment, iż-żoni tal-produzzjoni kienu jinstabu mal-kosta u fil-widien tax-xmajjar minħabba r-riskju tal-ġlata fiż-żoni ta' ġewwa, imma issa li tbiddlu l-kundizzjonijiet klimatiċi, iż-żoni ta' ġewwa saru iżjed xierqa għat-tkabbir taċ-ċitru, minħabba x-xtiewi ħfief, sjuf li mhumiex sħan ħafna, id-differenza fit-temp bejn il-lejl u nhar li hija definita sew u l-irjieħ li la huma sħan u lanqas xotti.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Larinġ

Il-ħila teknika tal-bidwi ta' Valencia u l-għarfien espert tal-kultivazzjoni, tal-karatteristiċi klimatoloġiċi u tal-ħamrija huma fatturi li jgħinu biex jintlaħqu xi karatteristiċi organolettiċi distinti tal-frott, fir-rigward tat-togħma (aċidità/ħlewwa) jew tal-kulur (oranġjo aktar qawwi), tal-aromi jew tal-meraq.

Il-larinġ ta' Valencia għandu ġilda rqiqa, bi ftit tbajja jew leżjonijiet esterni.

Ma hemmx żona oħra tal-produzzjoni li tista' tippreżenta numru tant kbir ta' varjetajiet awtentiċi, bl-aromi u l-fwejjaħ tagħha ta' spiss preżenti.

Mandolin

Il-ħila teknika tal-bidwi ta' Valencia u l-għarfien espert tal-kultivazzjoni, tal-karatteristiċi klimatoloġiċi u tal-ħamrija huma fatturi li jgħinu biex jintlaħqu xi karatteristiċi organolettiċi distinti tal-frott, fir-rigward tat-togħma (aċidità/ħlewwa) jew tal-kulur (oranġjo aktar qawwi), tal-aromi jew tal-meraq.

Il-mandolin ta' Valencia għandu ġilda rqiqa, bi ftit tbajja' jew leżjonijiet esterni.

Ma hemmx żona oħra tal-produzzjoni li tista tippreżenta numru tant kbir ta' varjetajiet awtentiċi, bl-aromi u l-fwejjaħ tagħha ta' spiss preżenti. Dan jagħmilna l-akbar esportatur tal-mandolin fid-dinja.

Lumi

Il-ħila teknika tal-bidwi ta' Valencia, l-għarfien espert tal-kultivazzjoni, tal-karatteristiċi klimatoloġiċi u tal-ħamrija huma fatturi li jgħinu biex jintlaħqu karatteristiċi distinti tal-frott, il-laħma jkollha kontenut perfett tal-aċidità elevata fil-meraq, fil-kulur (isfar aktar qawwi) u l-fwieħa straordinarja.

Il-lumi ta' Valencia għandu ġilda rqiqa, bi ftit tbajja' jew leżjonijiet esterni.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP)

Larinġ

L-ambjent lokali, fejn il-larinġ ilu jiġu mkabbar minn żmien l-introduzzjoni tiegħu fi Spanja mill-Għarab, jagħti lil-larinġ Valencjan karatteristiċi distinti mil-larinġ ieħor imkabbar x'imkien ieħor, u dan minħabba diversi fatturi:

L-irjieħ sħan u xotti li jinstabu f'postijiet oħra ma jaffetwawx lil larinġa Valencjana, u bħala riżultat ta' dan, ikollha ġilda rqiqa, bi ftit tbajja' jew leżjonijiet esterni.

Iż-żoni li jkabbru ċ-ċitri Valencjani jinsabu fuq il-limitu ġeografiku għat-tkabbir tal-larinġ f'dak li għandu x'jaqsam mat-temperatura, u din hija karatteristika ta' kwalità għal diversi raġunijiet:

1.

Ix-xtiewi moderati u s-sjuf mhux sħan ħafna jikkawżaw li l-larinġa tilħaq il-maturità ottimali tagħha bil-mod, u għalhekk iżżomm relazzjoni bejn l-aċidità/il-ħlewwa aktar adekwata minn dik tal-larinġ minn reġjuni aktar sħan (ġeneralment aktar ħelwin u b'togħma aktar monotona). Minħabba dan, it-togħma tal-larinġ ta' Valencia hija itjeb.

2.

Id-differenzi fit-temperatura bejn il-lejl u nhar li huma definiti sew jagħtu qawwa lil kulur tal-larinġa, kemm fuq barra u kemm minn ġewwa. Il-larinġ ta' Valencia għandu ton oranġjo karatteristiku, li s-soltu jkun aktar intens mill-larinġ li jiġu minn postijiet oħra.

3.

It-temperaturi ħfief ukoll isaħħu l-formazzjoni taż-żjut essenzjali fil-qoxra li imbagħad huma involuti fil-frazzjoni aromatika tal-frotta.

Il-karatteristiċi organolettiċi relatati mat-togħma, il-kulur u l-aroma huma kollha influwenzati mill-kundizzjonijiet tat-temperatura taż-żona tat-tkabbir taċ-ċitru ta' Valencia.

Il-klima Mediterranja, kkaratterizzata minn sjuf mhux sħan u minn irjieħ umdi, tagħti wkoll benefiċċju ieħor lil-larinġ, li jaffetwa fuq kollox id-dehra tiegħu

Mandolin

L-ambjent lokali, fejn il-mandolina ilha tiġi mkabbra minn żmien l-introduzzjoni tagħha fi Spanja mill-Għarab, tagħti l-mandolina Valencjana karatteristiċi distinti mill-mandolini oħrajn imkabbrin x'imkien ieħor, u dan minħabba diversi fatturi:

L-irjieħ sħan u xotti li jinsabu f'postijiet oħra ma jaffetwawx lill-mandolina Valencjana, u bħala riżultat ta' dan, ikollhom ġilda rqiqa, bi ftit tebgħat jew leżjonijiet esterni.

Iż-żoni li jkabbru ċ-ċitri Valenciani jinsabu fuq il-limitu ġeografiku għat-tkabbir tal-mandolin f'dak li għandu x'jaqsam mat-temperatura, u din hija karatteristika ta' kwalità għal diversi raġunijiet:

1.

Ix-xtiewi moderati u s-sjuf mhux sħan ħafna jikkawżaw li l-mandolina tilħaq il-maturità ottimali tagħha bil-mod, u għalhekk iżżomm relazzjoni bejn l-aċidità/il-ħlewwa aktar adekwata minn dik tal-mandolin minn reġjuni aktar sħan (ġeneralment aktar ħelwin u b'togħma aktar monotona). Minħabba dan, it-togħma tal-mandolin ta' Valencia hija itjeb.

2.

Id-differenzi fit-temperatura bejn il-lejl u nhar li huma definiti sew jagħtu qawwa lil kulur tal-mandolina, kemm fuq barra u kemm minn ġewwa. Il-mandolin ta' Valencia għandu ton oranġjo karatteristiku. li ssoltu jkun aktar qawwi mill-mandolin li jiġu minn postijiet oħra.

3.

It-temperaturi ħfief ukoll isaħħu l-formazzjoni taż-żjut essenzjali fil-qoxra li imbagħad huma involuti fil-frazzjoni aromatika tal-frotta.

Il-karatteristiċi organolettiċi relatati mat-togħma, il-kulur u l-aroma huma kollha influwenzati mill-kundizzjonijiet tat-temperatura taż-żona tat-tkabbir taċ-ċitru ta' Valencia.

Il-klima Mediterranja kkaratterizzata minn sjuf mhux sħan u minn irjieħ umdi, tagħti wkoll benefiċċju ieħor lil-mandolin, li jaffetwa fuq kollox id-dehra tiegħu.

Lumi

L-ambjent lokali, fejn il-lumi ilu jiġu mkabbar minn żmien l-introduzzjoni tiegħu fi Spanja mill-Għarab, jagħti l-lummija Valencjana karatteristiċi distinti mill-lumi ieħor imkabbar x'imkien ieħor, u dan minħabba diversi fatturi:

L-irjieħ sħan u xotti li jinstabu f'postijiet oħra ma jaffetwawx lil-lumi Valencjan, u bħala riżultat ta' dan, ikollha ġilda rqiqa, bi ftit tbajja' jew leżjonijiet esterni.

Iż-żoni li jkabbru ċ-ċitri Valenciani jinsabu fuq il-limitu ġeografiku għat-tkabbir tal-lumi f'dak li għandu x'jaqsam it-temperatura, u din hija karatteristika ta' kwalità għal diversi raġunijiet:

1.

Ix-xtiewi moderati u s-sjuf mhux sħan ħafna jikkawżaw li l-lummija tilħaq il-maturità ottimali tagħha bil-mod, u għalhekk iżżomm relazzjoni bejn l-aċidità/il-ħlewwa aktar adekwata minn dik tal-lumi minn reġjuni aktar sħan (ġeneralment aktar ħelwin u b'togħma aktar monotona).

2.

Id-differenzi fit-temperatura bejn il-lejl u nhar li huma definiti sew jagħtu qawwa lil kulur tal-lummija, kemm fuq barra u kemm minn ġewwa. Il-lumi ta' Valencia għandu ton isfar karatteristiku. li ssoltu jkun aktar qawwi mill-larinġ li jiġu minn postijiet oħra.

3.

It-temperaturi ħfief ukoll isaħħu l-formazzjoni taż-żjut essenzjali fil-qoxra li imbagħad huma involuti fil-frazzjoni aromatika tal-frotta.

Il-karatteristiċi organolettiċi relatati mat-togħma, il-kulur u l-aroma huma kollha influwenzati mill-kundizzjonijiet tat-temperatura taż-żona tat-tkabbir taċ-ċitru ta' Valencia.

Il-klima Mediterranja kkaratterizzata minn sjuf mhux sħan u minn irjieħ umdi, tagħti wkoll benefiċċju ieħor lil-lummija, li jaffetwa fuq kollox id-dehra tagħha.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(L-Artíkolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (6))

Link għall-ispeċifikazzjonijiet stazzjonati fuq il-websajt tal-Ministeru:

http://www.agricultura.gva.es/web/c/document_library/get_file?uuid=311b8844-1ac9-4ac2-9301-e81705c4452f&groupId=16


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Fir-rigward tal-piż totali tal-frotta. Estrazzjoni manwali.

(5)  Razzjon minimu taz-zokkor/aċidu kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat.

(6)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.