|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.151.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2013/C 151/08 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 151/09 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 151/10 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 151/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6692 – Circulo/Telefónica/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 ) |
|
|
2013/C 151/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6904 – Yamaha/KYB/KYB Motorcycle Suspension JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
|
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2013/C 151/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
22.4.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.35910 (12/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Latvja |
|||||
|
Reġjun |
Latvia |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Grozījumi atbalsta shēmā “Atbalsts kredītgarantiju veidā” |
|||||
|
Il-bażi legali |
|
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Għajnuna lil bdiewa żgħar biex jidħlu fil-kummerċ, Investiment fl-intrapriżi agrikoli, Investiment fl-ipproċessar u fis-suq |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
80 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
sat-30.12.2013 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/2 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/02
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
16.4.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33345 (13/NN) |
|||||
|
Stat Membru |
L-Olanda |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Onderzoeksprojecten kleinhandel |
|||||
|
Il-bażi legali |
Bestemmingsheffingsverordening conform artikel 7 van het Instellingsbesluit Productschap Vis (Staatsblad 2003, nummer 253) gebaseerd op artikel 126, eerste lid, van de Wet op de bedrijfsorganisatie (wet van 27 januari 1950 gepubliceerd in Staatsblad K 22, laatste wijziging is met ingang van 1 januari 2011 in werking getreden welke is gepubliceerd in Staatsblad 2010, 840). |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Riċerka u żvilupp |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Oħrajn – Collectieve activiteiten welke worden gefinancierd uit de opbrengst van deze parafiscale bestemmingsheffing voor onderzoek en ontwikkeling. Financiering van diverse activiteiten ter bevordering van het onderzoek door het verstrekken van een subsidie of door overeenkomsten voor het uitvoeren van projecten inclusief het betalen van uitvoeringskosten waaronder honoraria, overhead en kosten van technische adviseurs. |
|||||
|
L-estimi |
— |
|||||
|
L-intensità |
100 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
mit-3.7.2012 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Sajd u akkwakultura |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6888 – Otsuka/Mitsui/Claris)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/03
Fis-17 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6888. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6914 – Possehl/Cookson European Precious Metals Business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/04
Fl-24 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6914. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/4 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/05
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
25.7.2012 |
||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33659 (11/NN) |
||||||||||
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
||||||||||
|
Reġjun |
— |
||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Digital Audio Broadcasting-sendenet i Danmark |
||||||||||
|
Il-bażi legali |
|
||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||||
|
L-għan |
Żvilupp settorjali |
||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: 99 miljun DKK |
||||||||||
|
L-intensità |
100 % |
||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2005-31.12.2015 |
||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/5 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/06
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
12.9.2011 |
||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33341 (11/N) |
||||||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||||
|
Reġjun |
— |
||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Rozszerzenie programu rekompensaty kosztów poniesionych na świadczenie usług pocztowych (N 312/10) w związku ze zmianą w Kodeksie Wyborczym, wprowadzającą możliwość głosowania korespondencyjnego przez wyborców niepełnosprawnych |
||||||||
|
Il-bażi legali |
|
||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||
|
L-għan |
Appoġġ lill-konsumaturi individwali |
||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: 9 miljun PLN |
||||||||
|
L-intensità |
— |
||||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2012 |
||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet |
||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Właściwy minister lub dyrektor izby skarbowej |
||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
21.3.2012 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33489 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Franza |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Plan de numérisation d'oeuvres cinématographiques de patrimoine |
|||||
|
Il-bażi legali |
Article L. 111-2 du code du cinéma et de l'image animée |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Kultura, Konservazzjoni tal-wirt |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
90 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.10.2011-31.12.2017 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' films taċ-ċinema, vidjo u programmi tat-televixin |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
2.3.2012 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33490 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Franza |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Fonds pour l'innovation audiovisuelle — volet développement |
|||||
|
Il-bażi legali |
Rappel des textes existants:
|
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Kultura |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
50 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2017 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni ta' films taċ-ċinema, vidjo u programmi tat-televixin, reġistrazzjoni ta' ħoss u attivitajiet ta' pubblikazzjoni ta' mużika |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
2.5.2013 |
|||||||||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34462 (12/NN) |
|||||||||||||||||
|
Stat Membru |
Il-Latvja |
|||||||||||||||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||||||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Programma “Kultūra” |
|||||||||||||||||
|
Il-bażi legali |
|
|||||||||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||||||||||
|
L-għan |
Kultura, Konservazzjoni tal-wirt |
|||||||||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Tnaqqis fir-rata tat-taxxa, Sussidju fuq l-imgħax, Garanzija, Postponiment ta' ħlas ta' taxxa, Għotja diretta, Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, Self f'imgħax favorevoli |
|||||||||||||||||
|
L-estimi |
|
|||||||||||||||||
|
L-intensità |
100 % – Miżura li mhix għajnuna |
|||||||||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
Sat-30.4.2017 |
|||||||||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet kreattivi, tal-arti u divertiment, Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra, Attivitajiet ta' sport u attivitajiet ta' mogħdija ta' żmien u rikreazzjoni |
|||||||||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||||||||||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
24.1.2013 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.35913 (12/N) |
||||||
|
Stat Membru |
L-Iżvezja |
||||||
|
Reġjun |
Sverige |
Mħallta |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Amendment of the State aid to broadband scheme within the framework of the rural development program (modification of N 30/010 and SA.33221) |
||||||
|
Il-bażi legali |
Förordning (2007:481) om stöd för landsbygdsutveckingsåtgärder |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: SEK 1 228 miljun |
||||||
|
L-intensità |
— |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2010-31.12.2013 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Telekomunikazzjoni |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
8.4.2013 |
|||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.36000 (12/N) |
|||||||||
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|||||||||
|
Reġjun |
Belgique-Belgie |
Oqsma mhux assistiti |
||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Uitbreiding van het toepassingsgebied van de beheersovereenkomst tussen de Vlaamse Gemeenschap en het Vlaams Audiovisueel Fonds vzw 2011-2013 m.b.t. het Mediafonds naar financiële tussenkomsten voor crossmediale afgeleiden van televisiereeksen |
|||||||||
|
Il-bażi legali |
|
|||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||||||
|
L-għan |
Kultura |
|||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||||
|
L-estimi |
|
|||||||||
|
L-intensità |
100 % |
|||||||||
|
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2013 |
|||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' produzzjoni ta' films taċ-ċinema, vidjo u programmi tat-televixin |
|||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/11 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6919 – KKR/Bregal Fund/Avenia/Cognita)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/07
Fis-17 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6919. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta' Mejju 2013
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
2013/C 151/08
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi, inter alia, li l-Kunsill għandu jaħtar 18-il membru, kif ukoll il-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal perjodu ta' tliet snin. |
|
(2) |
Tmintax-il Stat Membru (Bulgarija, Danimarka, Estonja, Irlanda, Greċja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Pajjiżi l-Baxxi, Awstrija, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Finlandja u Renju Unit) huma mistennija jinnominaw il-membri u l-membri supplenti għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2016. |
|
(3) |
Il-Gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri kollha ppreżentaw listi ta' kandidati lill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2016:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
|
Bulgarija |
Is-Sinjura Irina IVANOVA |
Is-Sinjura Ginka MASHOVA |
|
Danimarka |
Is-Sinjura Kira APPEL |
Is-Sinjur Søren FELDBÆK WINTER |
|
Estonja |
Is-Sinjura Käthlin SANDER |
Is-Sinjura Helena PALL |
|
Irlanda |
Is-Sinjura Pauline M. MOREAU |
Is-Sur Patrick O'LEARY |
|
Greċja |
Is-Sinjura Fotini ZIGOURI |
Is-Sinjura Maria EYTHIMIOY |
|
Italja |
Is-Sinjura Patrizia DE ROSE |
|
|
Ċipru |
Is-Sinjura Kalliope AGAPIOU-JOSEPHIDES |
Is-Sur Demetris MICHAELIDES |
|
Latvja |
Is-Sinjura Diāna JAKAITE |
Is-Sinjura Agnese GAILE |
|
Litwanja |
Is-Sinjura Vanda JURŠĖNIENĖ |
Is-Sinjura Dalia LEINARTĖ |
|
Lussemburgu |
Is-Sinjura Maryse FISCH |
Is-Sinjura Isabelle SCHROEDER |
|
Malta |
Is-Sinjura Romina BARTOLO |
Is-Sinjura Therese SPITERI |
|
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sinjura Carlien SCHEELE |
Is-Sinjura Jantina WALRAVEN |
|
Awstrija |
Is-Sinjura Vera JAUK |
Is-Sur Dietmar HILLBRAND |
|
Polonja |
Is-Sinjura Monika KSIENIEWICZ |
Is-Sinjura Aleksandra DUDA |
|
Rumanija |
Is-Sinjura Andra Cristina CROITORU |
Is-Sinjura Daniela COZMA |
|
Slovakkja |
Is-Sinjura Oľga PIETRUCHOVÁ |
Is-Sur Andrej KURUC |
|
Finlandja |
Is-Sinjura Tarja HEINILÄ-HANNIKAINEN |
Is-Sinjura Riitta MARTIKAINEN |
|
Renju Unit |
Is-Sur Charles RAMSDEN |
Is-Sur Paul HOWARTH |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BRUTON
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/14 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta’ Mejju 2013
2013/C 151/09
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2952 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,90 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4539 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85695 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,6082 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2480 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6000 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,899 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
288,03 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7013 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2250 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3460 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4129 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3447 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3434 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,0557 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5912 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6404 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 466,93 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,6714 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9384 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5635 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 695,06 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9873 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,946 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,8379 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,089 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,6866 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,3671 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,7580 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/15 |
NOTA TA' TAGĦRIF
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (1) – Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri f'konformità mal-Annessi II.b sa II.f.
2013/C 151/10
L-Annessi II.b sa II.f tar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif emendati l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1232/2011, jistipulaw li kull esportatur li juża Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni (EUGEA) għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u skont rekwiżit mill-awtorità kompetenti rilevanti, qabel l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Annessi II.b sa II.f tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistipulaw ukoll li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmu tan-notifika magħżul għall-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni tal-UE EU002 sa EU006. Minbarra dan, l-Annessi II.b sa II.f jipprovdu għall-possibilità li l-Istati Membri jimponu rekwiżiti oħra bħar-reġistrazzjoni tal-esportaturi u r-rekwiżiti tar-rappurtar. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI DWAR IL-MEKKANIŻMU TA' NOTIFIKA MAGĦŻUL GĦALL-EWWEL UŻU TA' AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI EU002, EU003, EU004, EU005 U EU006
“Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu” tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni EU002 sa EU006 jirrikjedu li l-Kummissjoni tippubblika l-miżuri magħżula mill-Istati Membri dwar il-mekkaniżmu ta' notifika għall-ewwel użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijet. It-tabella ta' hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u li jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni. Il-miżuri ddettaljati, kif innotifikati lill-Kummissjoni, huma stabbiliti minnufih wara.
|
L-Istat Membru |
Mekkaniżmu għan-notifika tal-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni EU002, EU003, EU004, EU005 u EU006 |
|
IL-BELĠJU |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
IL-BULGARIJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
ID-DANIMARKA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-ĠERMANJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
L-ESTONJA |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
L-IRLANDA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-GREĊJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
SPANJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
FRANZA |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
L-ITALJA |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
ĊIPRU |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-LATVJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-LITWANJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-LUSSEMBURGU |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
L-UNGERIJA |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
MALTA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-PAJJIŻI L-BAXXI |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
L-AWSTRIJA |
qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni |
|
IL-POLONJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-PORTUGALL |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IR-RUMANIJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IS-SLOVENJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IS-SLOVAKKJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IL-FINLANDJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
L-ISVEZJA |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
|
IR-RENJU UNIT |
mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni |
1.1. Il-Belġju
L-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni huwa kkondizzjonat fuq ir-reġistrazzjoni u notifika minn qabel li għandha tiġi esegwita permezz ta' formola speċifikata disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-awtorità kompetenti tal-liċenzji:
|
— |
Ir-Reġjun Fjamming: http://www.vlaanderen.be/csg |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Wallonja: http://economie.wallonie.be/Licences_armes/2U/Types_licences.html |
|
— |
Ir-Reġjun Brussell-Kapitali: (taħt kostruzzjoni) |
Skont il-prattika amministrattiva nazzjonali, ir-reġistrazzjoni għandha tkun imwettqa qabel l-ewwel użu ta' EUGEA.
Minbarra dan, l-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tal-liċenzji fuq bażi annwali bl-informazzjoni rigward oġġetti b'użu doppju esportati, kwantitajiet, dettalji dwar l-esportatur/utent aħħari u l-użu finali. Dan jista' jieħu l-forma ta' rapport.
Impenn ta' żamma ta' rekords oħra (għall-inqas għal tliet snin) jitlob il-ħażna ta' dokumenti kummerċjali relatati mal-esportazzjonijiet taħt EUGEAs (jiġifieri fatturi, avviżi, eċċ).
1.2. Il-Bulgarija
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.3. Ir-Repubblika Ċeka
L-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-UE huwa kundizzjonali fuq ir-reġistrazzjoni mal-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ taħt it-taqsima 6 tal-Att Nru 594/2004 Coll. L-esportatur hu mitlub li jindika n-numru tal-EUGEA kkonċernata. Il-Ministeru għandu jikkonferma r-reġistrazzjoni tal-esportatur fi żmien għaxart ijiem mid-data tas-sottomissjoni bil-miktub.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1232/2011, l-esportatur huwa wkoll obbligat li jinnotifika l-ewwel esportazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret.
Barra minn hekk, l-esportatur għandu jirrapporta, fuq talba mill-Ministeru, dwar l-esportazzjonijiet imwettqa skont EUGEAs.
1.4. Id-Danimarka
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.5. Il-Ġermanja
Il-Ġermanja tapplika għal kull Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni l-mekkaniżmu ta' notifika, li jippermetti lill-esportaturi jinnotifikaw l-ewwel użu tal-EUGEA rispettiva lill-Uffiċċju Federali tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
Sabiex jissottomettu n-notifika, l-esportaturi jeħtieġu li jirreġstraw elettronikament. Tista' ssib aktar informazzjoni fuq is-sit tal-internet http://www.ausfuhrkontrolle.info/ausfuhrkontrolle/de/antragstellung/agg_antragstellung/index.html
Minbarra dan, l-esportaturi għandhom jirrappurtaw it-tranżazzjonijiet kollha ta' esportazzjoni li jkunu saru taħt EUGEAs f'kull semestru. L-esportatur għandu jipprovdi b'mod elettroniku informazzjoni dwar l-oġġetti esportati, il-valur, id-dettalji tal-esportatur u d-destinatarju.
1.6. L-Estonja
Skont l-Artikolu 25.4 tal-Att Estonu dwar il-Merkanzija Strateġika, ir-reġistrazzjoni u n-notifika mal-Kummissjoni tal-Merkanzija Strateġika, bħala l-awtorità responsabbli, huma meħtieġa qabel l-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni.
L-Artikolu 29.2 jispjega l-proċedura tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala utent ta' EUGEA u jistipula skeda ta' għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa. L-applikant għandu jkun infurmat bil-miktub bir-reġistrazzjoni bħala utent tal-EUGEA u d-dejta rilevanti tiddaħħal f'bażi tad-dejta. (L-Artikolu 30.1)
L-Artikolu 35.2 jistipula li utent irreġistrat huwa meħtieġ jibgħat rapport bil-miktub darbtejn fis-sena dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kummissjoni għall-Merkanzija Strateġika. Ir-rapport għandu jitħejja għal kull nofs sena preċedenti fit-30 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru u għandu jitressaq fi żmien 30 jum kalendarju minn tmiem il-perjodu ta' rappurtar.
Skont l-Artikolu 35.1 l-utent irreġistrat tal-UEGEA huwa meħtieġ li jżomm rekord u jippreserva d-dokumenti li jikkonċernaw id-deskrizzjoni tal-merkanzija; il-kwantità u l-valur tal-merkanzija; id-dati tat-trasferiment tal-merkanzija; l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet firmatarji tat-tranżazzjoni; l-użu finali u l-utent finali. Ir-reġistri għandhom jinżammu mill-inqas għaxar snin mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara t-tħejjija tad-dokument.
1.7. L-Irlanda
Kull esportatur stabbilit fl-Irlanda u li juża l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni huwa obbligat li jinnotifika lill-Irish Export Licensing Unit bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.8. Il-Greċja
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.9. Spanja

1.10. Franza
Skont il-prattika amministrattiva nazzjonali, l-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni tal-UE huwa kundizzjonali fuq ir-reġistrazzjoni u n-notifika minn qabel li għandha tiġi esegwita permezz ta' formola speċifika disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-awtorità (http://www.dgcis.redressement-productif.gouv.fr/biens-double-usage/telechargements).
1.11. L-Italja
L-Ordni Ministerjali tal-Informazzjoni Nru PCI/79931 tiddikjara li l-esportaturi Taljani għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni fi żmien 30 jum qabel l-ewwel użu.
Minbarra dan, l-esportaturi għandhom jirrappurtaw ir-tranżazzjonijiet kolha ta' esportazzjoni li jkunu saru taħt EUGEAs f'kull semestru.
Informazzjoni dwar proċeduri ta' notifika tinsab fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku:
http://www.mise.gov.it/index.php?option=com_content&view=article&viewType=0&idarea1=564&idarea2=700&idarea3=0&andor=AND§ionid=2,12&andorcat=AND&idmenu=1406&partebassaType=0&MvediT=1&showMenu=1&showCat=1&id=2022475&idarea4=0&idareaCalendario1=0&showArchiveNewsBotton=0&directionidUser
1.12. Ċipru
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.13. Il-Latvja

1.14. Il-Litwanja
Skont l-Artikolu 57 tar-Regoli tal-Liċenzjar fuq l-Esportazzjoni, l-Importazzjoni, it-Tranżitu, is-Senserija u t-Trasferimenti Intra-Komunitarji ta' Merkanzija Strateġika approvati mir-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 617 tad-29 ta' Mejju 2012, l-esportaturi għandhom jinnotifikaw lill-Ministeru tal-Ekonomija dwar l-intenzjoni li jużaw l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni mill-anqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni.
1.15. Il-Lussemburgu
Skont il-prattika amministrattiva nazzjonali, l-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni tal-UE huwa kundizzjonali fuq in-notifika minn qabel li għandha tiġi esegwita permezz ta' formola speċifika disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-awtorità tal-liċenzjar kompetenti:
http://www.eco.public.lu/attributions/dg5/d_commerce_exterieur/office_licences/import_export/controle_export/2usage/2usage_licences/index.html
jew
http://www.guichet.lu/biens-DU
Minbarra dan, l-esportatur għandu jżomm rekords tal-esportazzjonijiet taħt EUGEAs (ir-rekords għandu jkun fihom b'mod partikolari d-dokumenti tat-trasport kummerċjali kollha relatati mal-esportazzjonijiet inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-oġetti b'użu doppju esportati (kwantitajiet, valur, deskrizzjoni, eċċ.), id-data tal-esportazzjonijiet, dettalji dwar l-esportatur, l-utent aħħari u l-użu aħħari) għal perjodu ta' 10 snin. Ir-rekords għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-awtorità tal-liċenzjar.
1.16. L-Ungerija
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Digriet Governattiv Nru 13/2011 (II. 22.) dwar l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani tal-oġġetti b'użu doppju, kif emendat, l-Ungerija tippreskrivi obbligu ta' reġistrazzjoni minn qabel għall-ewwel użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni.
Reġistrazzjoni minn qabel, qabel l-ewwel użu ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni hija l-metodu magħżul biex jitwettqu l-obbligi tan-notifika fl-istess ħin.
Minbarra dan, l-Artikolu 13(4) tad-Digriet Governattiv Nru 13/2011 (II. 22.) dwar l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani tal-oġġetti b'użu doppju, kif emendat, jistipula obbligu ta' rappurtar kull sitt xhur dwar l-użu reali tal-EUGEAs.
1.17. Malta
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.18. Il-Pajjiżi l-Baxxi
Skont l-Artikolu 5.a tal-Uitvoeringsregeling strategische goederen, l-esportaturi huma permessi biss li jużaw l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni wara reġistrazzjoni ex-ante mill-inqas ġimagħtejn qabel l-ewwel użu.
1.19. L-Awstrija
Skont l-Artikolu 59.5 tal-Att tal-Kummerċ Barrani tal-2011, il-Gazzetta Federali tal-Liġi Parti I, Nru 26, il-ħsieb li tintuża awtorizzazzjoni ġenerali tal-UE għall-esportazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-Ministru tal-Ekonomija, tal-Familja u ż-Żgħażagħ qabel l-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-UE għall-iskop ta' reġistrazzjoni. In-notifika għandha tispeċifika liema awtorizzazzjoni(jiet) ġenerali tal-esportazzjoni tal-UE għandhom jintużaw.
Skont l-Artikolu 59.1 tal-Att imsemmi hawn fuq, EUGEAs jistgħu jintużaw biss minn persuni jew entitajiet irreġistrati. Skont l-Artikolu 59.6 l-esportatur għandu jiġi miżjud fir-reġistru fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol u għandu jiġi infurmat dwar ir-reġistrazzjoni. Minbarra dan, l-Artikolu 16.2 tal-Ewwel Ordinanza dwar il-Kummerċ Barrani, il-Gazzetta Federali tal-Liġi, Parti II, Nru 343, tal-2011, jispeċifika rekwiżiti dettaljati għall-kontenut tar-reġistrazzjoni.
L-Artikolu 16.3 tal-imsemmija Ordinanza jistipula li l-persuni u l-entitajiet kollha rreġistrati għandhom jirrappurtaw id-dejta aggregata fuq it-tranżazzjonijiet tagħhom sal-1 ta' Marzu ta' kull sena għas-sena kalendarja li tkun għaddiet. Id-dejta trid tinkludi prodotti jew kategoriji ta' prodotti, inklużi l-kodiċijiet NM, għall-kunsinnatarji u l-utenti magħrufa aħħarin, l-ammonti totali u l-valuri totali. Dawn għandhom jiġu pprovduti separatament għal kull awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni.
1.20. Il-Polonja
Skont l-Att tad-29 ta' Novembru 2000 dwar il-kummerċ barrani fl-oġġetti, teknoloġiji u servizzi ta' importanza strateġika għas-sigurtà tal-Istat u biex tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, il-Polonja tobbliga lill-esportaturi jinnotifikaw l-ewwel użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Esportazzjoni tal-UE rispettiva lid-Dipartiment tas-Sigurtà Ekonomika mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa, permezz tas-sit tal-internet tal-Ministeru tal-Ekonomija.
Il-Polonja introduċiet ukoll obbligi ta' rappurtar annwali għall-użu tal-EUGEAs.
1.21. Il-Portugall
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.22. Ir-Rumanija
L-Artikolu 13 tal-Ordinanza tal-Gvern Nru 119/2010, emendata mill-Ordinanza tal-Gvern Nru 12/2012, jiddikjara li l-esportaturi li jużaw l-Awtorizazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni huma obbligati jirreġistraw mal-ANCEX (id-Dipartiment għall-Kontrolli tal-Esportazzjoni) qabel l-ewwel użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet. ANCEX tikkonferma r-reġistrazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-jum tal-wasla.
L-esportaturi li jużaw l-EUGEAs għandhom jinnotifikaw lil ANCEX rigward l-ewwel użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet, mhux iktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
Minbarra dan, l-esportaturi jridu jirrappurtaw dwar l-użu tal-EUGEAs kull xahar.
1.23. Is-Slovenja
Il-mekkaniżmu ta' notifika magħżul fis-Slovenja għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha huwa notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni. Dan huwa stabbilit fil-bidla tad-Digriet dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet u ċertifikati u dwar il-kompetenza tal-Kummissjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju (Gazzetta Uffiċjali – OG RS Nri 42/12, Art. 7).
Huwa obbligatorju li jsir rapport darbtejn fis-sena.
1.24. Is-Slovakkja
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.25. Il-Finlandja
Skont il-paragrafu 3.a tal-Att dwar l-Użu Doppju Nru 562/1996 (kif emendat), l-esportaturi għandhom jinnotifikaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bl-użu ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-UE għall-esportazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.26. L-Isvezja
Il-mekkaniżmu ta' notifika għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni kollha jirriżulta direttament mir-Regolament (UE) Nru 1232/2011 u jirrikjedi li l-esportaturi jibagħtu notifika fi żmien 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
1.27. Ir-Renju Unit

(1) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6692 – Circulo/Telefónica/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/11
|
1. |
Fit-22 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artiklu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Telefónica Móviles España SAU (“TME”, Spanja), ikkontrollata minn Telefónica SA (“Telefónica”, Spanja), u Círculo de Lectores SA (Círculo, Spanja), ikkontrollata minn Bertelsmann SE & Co. KGaA (“Bertelsmann”, il-Ġermanja) u Planeta Corporation SRL (“Planeta”, Spanja), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Yadicán Plus SLU (“Yadicán”, Spanja) peremezz tax-xiri ta' ishma. Yadicán hi bħalissa kkontrollata kollha kemm hi minn Círculo. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6692 – Circulo/Telefónica/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/23 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6904 – Yamaha/KYB/KYB Motorcycle Suspension JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 151/12
|
1. |
Fl-24 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Yamaha Motor Co., Ltd, (“Yamaha”, il-Ġappun) u Kayaba Industry Co., Ltd, (“KYB”, il-Ġappun), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża KYB Motorcycle Suspension Co., Ltd, (“JV”, il-Ġappun) permezz ta' xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
KYB Motorcycle Suspension Co., Ltd se tkun attiva fil-produzzjoni u fil-bejgħ tat-tagħmir ta' sospensjoni għall-motoċikletti (inkluż, sa ċertu limitu biss, vetturi għal kull tip ta' art u snowmobiles) u l-apparati, il-partijiet u l-aċċessorji relatati ma' tali tagħmir. L-impriża konġunta (JV) se tkun primarjament attiva fl-Asja u huwa mistenni li jkollha bejgħ limitat ħafna fiż-ŻEE. |
|
4. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min wieħed jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
5. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6904 – Yamaha/KYB/KYB Motorcycle Suspension JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).