ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.148.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
28 ta' Mejju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 148/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2013/C 148/02

Lista ta' għotjiet mogħtija skont il-linja tal-baġit 05.08.06 għas-sena finanzjarja 2012 (Ippubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002)

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 148/03

Sejħa għall-proposti – EACEA/06/13 – Il-Programm Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni – Azzjoni 4.6 – Sħubiji

4

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 148/04

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping

8

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Mejju 2013

2013/C 148/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2939

JPY

Yen Ġappuniż

130,59

DKK

Krona Daniża

7,4531

GBP

Lira Sterlina

0,85560

SEK

Krona Żvediża

8,5964

CHF

Frank Żvizzeru

1,2452

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5480

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,968

HUF

Forint Ungeriż

289,23

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7013

PLN

Zloty Pollakk

4,1935

RON

Leu Rumen

4,3443

TRY

Lira Turka

2,3871

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3405

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3357

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0453

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5997

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6293

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 452,42

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,4424

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9201

HRK

Kuna Kroata

7,5620

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 676,25

MYR

Ringgit Malażjan

3,9190

PHP

Peso Filippin

53,811

RUB

Rouble Russu

40,5950

THB

Baht Tajlandiż

38,636

BRL

Real Brażiljan

2,6542

MXN

Peso Messikan

16,1537

INR

Rupi Indjan

71,9100


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/2


Lista ta' għotjiet mogħtija skont il-linja tal-baġit 05.08.06 għas-sena finanzjarja 2012

(Ippubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002)

2013/C 148/02

MIŻURI SPEĊIFIĊI TA' INFORMAZZJONI

Isem l-applikant

(akronimu)

Isem l-applikant

(sħiħ)

Triq

Kodiċi postali

Belt

Pajjiż

Ammont mogħti

(EUR)

% ta’ kofinanzjament

Titlu/Deskrizzjoni

Toute l'Europe

TOUTE L'EUROPE

32 rue Saint Marc

75002

Pariġi

Franza

128 947,50

50,00 %

Twettiq u distribuzzjoni tal-logħba Serious “eUFarm”

RTS

Radiotelevizija Slovenija

Kolodvorska 2

SI-1550

Ljubljana

Is-Slovenja

115 512,16

50,00 %

“Għalfejn l-agrikultura?”

UUAA

Unions Agrarias — UPA

Rua Doutor Maceira, 13-Bajo

15706

Santiago de Compostela

Spanja

262 492,00

50,00 %

Kampanja ta' informazzjoni: “50 sena ta' PAK”

IMH

IMH C.S.C.

Aigaleo Street 5, 2057 Strovolos

1503

Nicosia

Ċipru

194 841,00

50,00 %

“MIR-RAZZETT GĦAL FUQ IL-MEJDA – Il-Politika Agrikola Komuni tal-Ewropa Tissalvagwardja l-Kwalità u l-Valur Nutrittiv fil-Katina tal-Ikel Kollha.”

CAFS

Chamber of Agriculture and Forestry of Slovenia — CAFS

Celovska 135

SI-1000

Ljubljana

Is-Slovenja

122 779,64

50,00 %

“Politika Agrikola Komuni – il-Kwalità, is-Sikurezza, il-Benesseri, l-Iżvilupp”

Prensa Agraria

Prensa Agraria S.L.

Avenida de Navarra, 61-1°A

50010

Zaragoza

Spanja

205 711,51

49,80 %

“50 Sena ta' PAK fl-ikel tagħna”

INTERFEL

INTERFEL

19 rue de la Pépinière

75008

Pariġi

Franza

252 451,92

50,00 %

“Mill-art għal fuq il-Platt. Il-PAK tagħlaq 50 sena!”

DARIK RADIO

DARIK RADIO

Knyaz Alexander Dondukov Buld 82

1504

Sofia

Il-Bulgarija

313 172,50

50,00 %

“AGROWORLD”

Hoferichter & Jacobs GmbH

Hoferichter & Jacobs GmbH

Linienstrasse 44

10119

Berlin

Il-Ġermanja

106 000,00

49,90 %

“It-Tradizzjoni fuq rotot ġodda. L-Agrikoltura fl-Ewropa”

STRATEGMA

Strategma Agency Ltd

Triaditza Street 4

1000

Sofia

Il-Bulgarija

357 474,50

50,00 %

“PAK: RE: Indawru ħarsitna lejn il-futur”

EFRWP

Fundacja Europejski Fundusz Rozwoju Wsi Polskiej – Counterpart Fund

ul. Miedziana 3A

00-814

Warszawa

Il-Polonja

122 411,00

49,67 %

“Ikel ta' Kwalità Għolja. Rotta iqsar mill-Prodottur għall-Konsumatur.”

Miżuri Informattivi Speċifiċi Totali

2 181 793,73

 


IMPENJI MĠEDDA FL-2012 TA’ GĦOTJIET MOGĦTIJA FIS-SNIN PREĊEDENTI

Isem l-applikant

(akronimu)

Isem l-applikant

(sħiħ)

Triq

Kodiċi postali

Belt

Pajjiż

Ammont mogħti

(EUR)

% ta’ kofinanzjament

Titlu/Deskrizzjoni

Macerata

Provincia di Macerata

Corso della Repubblica 28

62100

Macerata

L-Italja

16 110,00

50,00 %

“Il-PAK għal kulħadd: relazzjonijiet, opportunitajiet, u prospetti għall-iżvilupp ta' mudell lokali”

Total ta’ għotjiet mogħtija fis-snin preċedenti

 

 

Total Kumplessiv

2 197 903,73

 

Għall-finijiet ta’ informazzjoni biss:

GĦOTJIET MOGĦTIJA FL-2012 IŻDA KKANĊELLATI MILL-APPLIKANT FL-ISTESS SENA (L-EBDA IMPATT FINANZJARJU)

Isem l-applikant

(akronimu)

Isem l-applikant

(sħiħ)

Triq

Kodiċi postali

Belt

Pajjiż

Ammont mogħti

(EUR)

% ta’ kofinanzjament

Titlu/Deskrizzjoni

SAPERE

SAPERE

Avenue de la Couronne 8

1050

Brussell

il-Belġju

114 700,00

50,00 %

“Ngħollu l-livell ta' sensibilizzazzjoni tat-tfal Ewropej, l-għalliema tagħhom u l-ispeċjalisti tal-ikel għar-rwol tal-PAK għall-konsum ta' prodotti tajbin għas-saħħa, it-togħma u imġiba responsabbli tal-konsumatur”

Total tal-għotjiet ikkanċellati

114 700,00

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/4


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/06/13

Il-Programm Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni

Azzjoni 4.6 – Sħubiji

2013/C 148/03

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti għandha l-għan li tappoġġja s-sħubijiet ma’ korpi pubbliċi reġjonali jew lokali jew ma' partijiet interessati oħrajn attivi fis-settur relatat maż-żgħażagħ fil-livell Ewropew sabiex maż-żmien jiġu żviluppati proġetti li jgħaqqdu bosta miżuri tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni.

Dan il-mekkaniżmu għandu l-għan li jħeġġeġ sinerġiji u kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea – permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – u l-atturi differenti li jaħdmu fil-qasam relatat maż-żgħażagħ billi jiġbru r-riżorsi u l-prattiki bil-għan li jimmassimizzaw l-impatt tal-Programm u sabiex jilħqu numru akbar ta’ benefiċjarji.

Din is-sejħa għandha tipprovdi għotjiet għall-proġetti.

1.1.   Objettivi u prijoritajiet speċifiċi

L-objettivi speċifiċi ta’ sħubijiet bħal dawn huma li:

Iħeġġu l-involviment tal-korpi pubbliċi fil-livell reġjonali jew lokali jew partijiet interessati oħrajn attivi fis-settur relatat maż-żgħażagħ fl-attivitajiet għaż-żgħażagħ Ewropej u ta’ edukazzjoni mhux formali;

Jappoġġaw il-kapaċità tagħhom bħala korpi atttivi fil-qasam taż-żgħożija bl-għoti ta’ opportunitajiet edukattivi nonformali liż-żgħażagħ u lill–ħaddiema żgħażagħ;

Jippromwovu l-iżvilupp ta’ netwerks sostenibbli, l-iskambju tal-aqwa pratttiċi kif ukoll l-għarfien ta' edukazzjoni nonformali.

Sejra tingħata preferenza lil dawk il-proġetti li jirriflettu l-prijoritajiet li ġejjin bl-aħjar mod:

(i)

Prijoritajiet permanenti tal-Programm Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;

Id-diversità kulturali;

Iċ-ċittadinanza Ewropea;

L-inklużjoni taż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

(ii)

Prijoritajiet annwali tal-Programm Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni

Titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

Tkabbir ekonomiku inklussiv;

Il-kreattività, l-intraprenditorija u l-impjegabbiltà;

Imġibiet f’saħħithom.

Barra minn hekk, ser tingħata preferenza lil proġetti maħduma tajjeb li jġorru perspettivi iktar fit-tul u ppjanati b’ċertu mod li jkollhom effett multiplikattiv u impatt sostenibbli.

1.2.   Karatteristiċi tas-sħubija

Din is-sejħa għall-proposti sejra tappoġġja l-iżvilupp ta’ programm li jinkludi attività waħda jew li jgħaqqad bosta attivitajiet u li jkun ispirat mill-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni.

Programm ta’ attività bħal dan jista’ jkun:

Jew implimentat direttament mill-applikant stess (proċedura A);

Jew implimentat f’kooperazzjoni ma’ ‘sieħeb/imsieħba koorganizzatur(i)’ li huma involuti b’mod estensiv fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-proġett u magħżula mill-applikant fi żmien is-sottomissjoni tal-applikazzjoni (proċedura B).

Fiż-żewġ każijiet (proċedura A jew proċedura B), il-programm ta’ attività jista’ jinvolvi ‘imsieħba assoċjati’.

L-imsieħba assoċjati jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet proposti tal-proġett, iżda mhux fl-istess mod u fl-istess livell ta’ parteċipazzjoni tal-imsieħba ko-organizzattivi.

2.   Applikanti eliġibbli

Il-proposti jridu jiġi sottomessi minn:

Korp pubbliku fil-livell reġjonali jew lokali

Assoċjazzjoni jew netwerk ta’ korpi pubbliċi reġjonali u/jew lokali

Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (1);

Korp mingħajr skop ta’ qligħ attiv fil-livell Ewropew fil-qasam relatat maż-żgħażagħ (ENGO) li għandu organizzazzjonijiet ta’ msieħba f’tal-inqas 8 Pajjiżi tal-Programm tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni;

Fondazzjoni attiva fil-livell tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ;

Kumpanija/impriża/korp bi skop ta’ qligħ attivi fir-Responsabilità Soċjali Korporattiva favur iż-żgħażagħ.

Jekk il-proġett jindika li l-programm ta’ attivitajiet irid jiġi implimentat b’mod konġunt ma’ koorganizzatur wieħed jew iktar (proċedura B) din/dawn l-organizzazzjoni(jiet) jistgħu jkunu:

Korp pubbliku fil-livell reġjonali jew lokali

Assoċjazzjoni jew netwerk ta’ korpi pubbliċi reġjonali u/jew lokali

Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali;

Organizzazzjoni mhux governattiva mingħajr skop ta’ qligħ (NGO)

Korp mingħajr skop ta’ qligħ attiv fil-livell Ewropew fil-qasam relatat maż-żgħażagħ (ENGO) li għandu organizzazzjonijiet ta’ msieħba f’tal-inqas 8 Pajjiżi tal-Programm tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni;

Fondazzjoni attiva fil-livell tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ;

Kumpanija/impriża/korp bi skop ta’ qligħ attivi fir-Responsabilità Soċjali Korporattiva favur iż-żgħażagħ.

L-applikanti jrid ikollhom status legali u – sad-data ta’ skadenza speċifikata għas-sottomissjoni tal-proposti tagħhom – ikunu ilhom irreġistrati legalment għal tal-inqas sentejn f’wieħed mill-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Programm.

Il-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Programm huma dawn:

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit (2);

dawk il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA): l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera;

il-pajjiżi kandidati li għalihom ġiet stabbilita strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi ma’ dawn il-pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi tal-UE: il-Kroazja u t-Turkija.

3.   Temi u proposti eliġibbli

Il-proġett għandu jinkludi attivitajiet li ma jkollhomx l-għan li jagħmlu profitt u li jkunu relatati mal-qasam taż-żgħażagħ u mal-edukazzjoni mhux formali.

L-attivitajiet li ġejjin huma eliġibbli għal din is-sejħa:

Skambji Transnazzjonali taż-Żgħażagħ;

Inizjattivi Nazzjonali jew Transnazzjonali għaż-Żgħażagħ;

Servizz Volontarju Ewropew;

Taħriġ u Netwerking.

L-applikanti jridu jissottomettu programm tal-attivitajiet li jikkonforma mal-kriterji speċifiċi applikabbli għal kull waħda mill-attivitajiet eliġibbli.

Barra minn hekk, il-programm tal-attivitajiet irid ikopri attivitajiet li għandhom l-għan li jiżguraw il-koordinazzjoni tal-proġett u l-viżibilità tas-sħubija.

Il-programm tal-attvitajiet irid jibda bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u l-1 ta’ Settembru 2014 u jista’ jibqa’ għaddej għal tul ta' żmien massimu ta’ sentejn (24 xahar).

Jekk jogħġbok kun af li għal din is-sejħa għall-proposti ma tistax tiġi sottomessa aktar minn proposta waħda għal proġett mill-istess applikant.

4.   Kriterji għall-għoti

L-applikazzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Relevanza tal-proġett fir-rigward tal-objettivi, il-prijoritajiet u t-temi tas-sejħa (30 %)

Il-kwalità tal-proġett u tal-metodi ta’ ħidma li jinkludi (50 %)

Il-profil u n-numru ta’ parteċipanti u ta’ promoturi involuti fil-proġett (20 %)

5.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa għall-proposti huwa stmat EUR 2 500 000.

L-għotja massima allokata għal kull proġett ma tistax tkun ta’ aktar minn EUR 100 000.

L-assistenza finanzjarja mill-Aġenzija ma għandhiex tingħata għal aktar minn 50 % tal-ispejjeż eliġibbli totali ta’ proġett.

L-applikanti jistgħu jissottomettu baġit konformi mar-regoli finanzjarji applikabbli skont kull attività eliġibbli.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

Barra minn hekk, għad li sejjer ikun hemm tentattiv biex tinkiseb rappreżentazzjoni ġeografika bbilanċjata fil-proġetti magħżulin, il-kwalità sejra tkun il-fattur determinanti ewlieni rigward in-numru ta’ proġetti ffinanzjati għal kull pajjiżi.

6.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, permezz tal-(e-Form) formola elettronika li tfasslet apposta għal dan il-għan.

Il-formola elettronika hija ppreżentata fuq l-Internet mill-indirizz li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm

Il-formola ta’ applikazzjoni elettronika mimlija kif suppost trid tiġi sottomessa sa 12:00 (nofsinhar, Ħin ta’ Brussell) tal-5 ta’ Settembru 2013.

Sal-5 ta’ Settembru 2013 trid tintbagħat ukoll verżjoni tal-applikazzjoni fuq karta stampata fuq l-indirizz li ġej:

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Youth in Action Programme — EACEA/06/13

BOUR 4/29

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

bil-posta (data tat-timbru),

permezz ta’ kumpanija b’servizz tal-kurrier express, id-data ta’ riċevuta mill-kumpanija tas-servizz courrier tittieħed bħala prova ta’ meta ntbagħtet (fil-formola ta’ applikazzjoni trid tkun inkluża kopja tal-irċevuta bid-data ta’ depożitu oriġinali).

L-applikazzjonijiet mibgħuta b’faks jew bil-posta elettronika mhumiex sejrin jiġu aċċettati.

F’każ ta’ inkonsistenza jew diskrepanza bejn il-formola elettronika jew il-verżjoni stampata, il-verżjoni elettronika tieħu preċedenza.

7.   Tagħrif addizzjonali

L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Linji gwida dwar l-Applikazzjoni – Sejħiet għall-proposti EACEA/06/2013, għandhom jiġu sottomessi bil-formola elettronika pprovduta għal dan il-għan u jrid ikun fihom l-annessi relevanti.

Id-dokumenti msemmija jistgħu jinstabu fuq l-Internet fl-indirizz li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(2)  Il-persuni minn pajjiżi u territorji barranin u, jekk applikabbli, istituzzjonijiet pubbliċi jew privati bbażati hemm, huma eliġibbli għall-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, iżda dan jiddependi fuq ir-regoli tal-programm u dawk li japplikaw fl-Istat Membru li huma marbutin miegħu. Lista ta’ dawn il-pajjiżi u territorji barranin hija mogħtija fl-Anness 1A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin fil-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi Barranin”) (ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1):

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:2001D0822:20011202:EN:PDF


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/8


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping

2013/C 148/04

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex issir reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal sabiex ifeġġ mill-ġdid jew ikompli jsir id-dumping kif ukoll il-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad tingħatalhom l-opportunità li jespandu, jiċħdu jew jikkummentaw dwar il-materji msemmija fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina estiża lejn il-Malasja

Dazju tal-antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1) u r-Regolament ta' Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6)

1.2.2014


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna