ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.143.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
23 ta' Mejju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 143/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 143/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2013/C 143/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2013 li tidderoga mil-livell limitu stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward ta’ miżuri provduti mill-Italja għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2013/C 143/04

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 143/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6844 – GE/Avio) ( 1 )

6

2013/C 143/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6828 – Delta Air Lines/Virgin Group/Virgin Atlantic Limited) ( 1 )

7

2013/C 143/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6912 – Michael S. Dell/Dell) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 143/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.5.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35103 (12/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sassari

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Declaratoria della eccezionalità della moria causata da una virosi da OsHV — 1 μvar che ha interessato l’allevamento di ostriche dello Stagno di San Teodoro nel periodo marzo-giugno 2011

Il-bażi legali

Legge Regionale 14 aprile 2006, n. 3 recante «Disposizioni in materia di pesca»

Decreto dell’Assessore dell’agricoltura e riforma agro-pastorale n. 85 dell’11 agosto 2009«Criteri e modalità per l’attuazione e la gestione del Fondo di solidarietà regionale della pesca (articolo 11, Legge Regionale 14 aprile 2006, n. 3, escluso comma 4)»

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

Compagnia Ostricola Mediterranea s.c.a.r.l.

L-għan

Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali, Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,11 (f'miljuni)

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

mill-1.9.2012

Setturi ekonomiċi

Akkwakultura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dell'agricoltura e riforma agro-pastorale — Servizio pesca

Via Pessagno 4

09126 Cagliari CA

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Mejju 2013

2013/C 143/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2923

JPY

Yen Ġappuniż

133,26

DKK

Krona Daniża

7,4535

GBP

Lira Sterlina

0,85570

SEK

Krona Żvediża

8,5451

CHF

Frank Żvizzeru

1,2599

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4650

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,069

HUF

Forint Ungeriż

289,06

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7002

PLN

Zloty Pollakk

4,1784

RON

Leu Rumen

4,3479

TRY

Lira Turka

2,3791

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3253

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3315

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0301

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5923

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6314

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 440,76

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,2836

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9232

HRK

Kuna Kroata

7,5745

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 619,13

MYR

Ringgit Malażjan

3,9047

PHP

Peso Filippin

53,254

RUB

Rouble Russu

40,3220

THB

Baht Tajlandiż

38,511

BRL

Real Brażiljan

2,6344

MXN

Peso Messikan

15,9251

INR

Rupi Indjan

71,8070


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Mejju 2013

li tidderoga mil-livell limitu stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward ta’ miżuri provduti mill-Italja għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd

2013/C 143/03

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu (24)2 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jipprovdi li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew għas-Sajd għal ċerti miżuri ta’ għajnuna għall-waqfien temporanju ta’ attivitajiet tas-sajd ma jistgħux jaqbżu s-6 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni allokata għas-settur tas-sajd fl-Istat Membru kkonċernat. Madanakollu, skont dak l-Artikolu, il-livell limitu ta' 6 % jista’ jiġi miżjud permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(2)

Fid-19 ta' Ottubru 2012 l-Italja talbet, permezz tas-sistema tal-kompjuter għall-iskambju tad-dejta, li l-livell limitu jiżdied għal 9 % għal miżuri ta’ għajnuna mogħtija mill-Italja għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd.

(3)

It-talba mressqa mill-Italja hi dwar appoġġ mill-Fond Ewropew għas-Sajd fir-rigward ta’ għajnuna pubblika lis-sajjieda u s-sidien ta’ bastimenti tas-sajd għall-miżuri ta’ waqfien temporanju adottati abbażi tal-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 fil-kuntest ta' pjanijiet ta' ġestjoni adottati fil-livell nazzjonali fil-qafas tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-Unjoni li jipprovdu għat-tnaqqis gradwali tal-isforz tas-sajd. Il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni għall-flotta Mediterranja tal-bastimenti tat-tkarkir adottati fl-20 ta’ Mejju 2011 jipprovdu, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (2), għall-miżuri li jimponu t-tnaqqis gradwali tal-isforz tas-sajd.

(4)

Iż-żieda fil-livell limitu minn 6 % għal 9 % ġiet mitluba mill-Italja, abbażi ta’ offerti li saru fil-passat u n-nefqa li tirriżulta, biex tipprovdi allokazzjonijiet finanzjarji suffiċjenti għas-sejħiet għall-offerti li jkopru l-perjodu ta’ bejn l-2013 u l-2015.

(5)

Wara li kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ kriżi tal-flotta kkonċernata u l-għadd ikbar ta’ operaturi ekonomiċi li waqqfu l-attivitajiet tas-sajd f’dik il-flotta, l-Italja għandha bżonn tilħaq u tmur lil hinn mill-għanijiet għat-tnaqqis tal-kapaċità żejda stabbiliti fil-programm operazzjonali għall-assistenza tal-Komunità għall-Fond Ewropew għas-Sajd fl-Italja għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013, li se jkun aġġustat wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

L-allokazzjonijiet għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd taħt il-programm operazzjonali għall-assistenza komunitarja mill-Fond Ewropew għas-Sajd fl-Italja għall-perjodu ta' programmar 2007-2013, kif approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill C(2007) 6792 tad-19 ta' Diċembru 2007, kważi ġew użati kollha u l-allokazzjonijiet addizzjonali għall-waqfien temporanju ta' 8 % skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 744/2008 (3) m’għadhomx applikabbli.

(7)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għas-Sajd għall-miżuri ta’ waqfien temporanju skont l-Artikolu 24(1)(i) sa (vi) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandha għaldaqstant tiġi miżjuda sa massimu ta’ 9 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni allokata għas-settur tas-sajd fl-Italja.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew għas-Sajd.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Għall-Italja, il-livell limitu ta' 6 % stipulat fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri ta’ għajnuna għall-waqfien temporanju ta’ attivitajiet tas-sajd jista’ jinqabeż sa 9 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni allokata għal dak l-Istat Membru permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 6792 tad-19 ta’ Diċembru 2007, sakemm l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li teċċedi l-livell limitu ta’ 6 % huwa użat esklussivament biex jiġu implimentati miżuri tal-għajnuna għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd abbażi tal-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, fil-qafas tal-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għall-flotta Mediterranja tal-bastimenti tat-tkarkir fl-20 ta’ Mejju 2011.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.

(3)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/5


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2013/C 143/04

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali:

EPSO/AD/254/13 – Kap tal-unità* (AD 12)

Unità “Diżattivazzjoni nukleari” (Ispra, l-Italja)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kummissjoni Ewropea

L-avviż tal-kompetizzjoni hu ppubblikat fi 23 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 143 A tat-23 ta' Mejju 2013.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO: http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6844 – GE/Avio)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 143/05

1.

Fit-13 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Aviation Business of Avio SpA (“Avio”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GE: kumpanija globali, b'manifattura, teknoloġija u servizzi diversifikati bi tmien unitajiet ta' negozju primarji (GE Energy Management, GE Power & Water, GE Oil & Gas, GE Healthcare, GE Aviation, GE Transportation, GE Capital, and GE Home & Business Solutions). GE Aviation, l-unità ta' negozju GE relevanti involuta fil-konċentrazzjoni proposta, timmanifattura magni ġett u komponenti għal skopijiet kummerċjali u militari, skrejjen turbo u turbo shafts, kif ukoll sistemi ta' avjoniċi u mekkaniċi għall-inġenji tal-ajru,

għal Avio: manifattur ajrospazjali globali u fornitur ta' servizzi attiva fl-oqsma ta' negozju li ġejjin: Moduli ta' magni ġett; Tiswija u Spezzjoni (Maintenance Repair and Overhaul – “MRO”); Sistemi ta' Kontroll u Awtomatizzazzjoni u Sistemi Elettriċi. L-operati u l-assi ta' Avio relatati man-Negozju tal-Ispazju mhumiex parti mit-tranżazzjoni proposta.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6844 – GE/Avio, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6828 – Delta Air Lines/Virgin Group/Virgin Atlantic Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 143/06

1.

Fil-15 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Delta Air Lines, Inc (“Delta”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-impriża Virgin Group Holdings Limited (“Virgin Group”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġut tal-impriża Virgin Atlantic Limited (“VAL”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Delta hija kumpanija tal-ajru internazzjonali bil-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerika,

Virgin Group hija l-kumpanija azzjonarja ta' grupp ta' kumpaniji attiva globalment f'firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi, bħad-divertiment u t-trasport,

VAL hija l-kumpanija azzjonarja indiretta ta' Virgin Atlantic Airways Limited, kumpanija tal-ajru internazzjonali bil-kwartieri ġenerali tagħha fir-Renju Unit, u Virgin Holidays Limited, li hija operatur tal-ivvjaġġar ibbażata fir-Renju Unit li tipprovdi u tiddistribwixxi pakketti ta' vaganzi u prodotti anċillari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6828 – Delta Air Lines/Virgin Group/Virgin Atlantic Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6912 – Michael S. Dell/Dell)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 143/07

1.

Fil-15 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża MSD Capital, L.P. (“MSD Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Dell (“MD”, l-Istati Uniti tal-Amerika), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Dell Inc. (“Dell”, USA) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MD hija l-fundatriċi, il-president u s-CEO ta' Dell,

MSD Capital hija l-impriża ta' investiment tal-familja ta' MD family investment firm,

Dell hija kumpanija nnegozjata pubblikament attiva fit-tfassil, il-bejgħ, l-appoġġ u t-tiswija tal-ħardwer tal-kompjuters (inklużi kompjuters personali, stazzjonijiet tax-xogħol u servers, prodotti ta' netwerking u prodotti ta' ħażna tad-dejta), soluzzjonijiet ta' immaġni (inklużi stampanti), soluzzjonijiet ta' mobbiltà, u skrins tal-wiri, softwer u servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6912 – Michael S. Dell/Dell, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).