ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.140.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
18 ta' Mejju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 140/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 140/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

2013/C 140/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)  ( 1 )

7

2013/C 140/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tad-19 ta' Novembru 2012 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/39.839 (1) – Telefónica u Portugal Telecom – Relatur: Il-Latvja

8

2013/C 140/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.839 (2) – Telefónica u Portugal Telecom – Relatur: Il-Latvja

9

2013/C 140/06

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.839 – Telefónica/Portugal Telecom

10

2013/C 140/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2013 dwar proċediment skont l-artikolu 101 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Każ COMP/39.839 – Telefónica/Portugal Telecom) (notifikata bid-dokument C(2013) 306 final)

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 140/08

Azzjoni preparatorja Ċirkolazzjoni tal-films fl-era diġitali – Sejħa għall-proposti 2013

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 140/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6866 – Time Warner/CME) ( 1 )

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 140/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

17

2013/C 140/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50, il-paragrafu 2, il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2013/C 140/12

Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tad-dokument uniku dwar id-deżinjazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika reġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill

27

2013/C 140/13

Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 140/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35135 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thueringen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Multifunktionsarena der Stadt Erfurt

Il-bażi legali

1.

Koordinierungsrahmen der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“ ab 2009, Teil B

2.

Richtlinie des Freistaats Thüringen für die Gewährung von Zuwendungen aus Mitteln der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“ (GRW), Teil II

3.

Thüringer Landeshaushaltsordnung (ThürLHO)

4.

Thüringer Vewaltungsverfahrensgesetz (ThürVwVerfG)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

Stadion-Betreibergesellschaft

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 29,48 (f'miljuni)

L-intensità

84 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' mogħdija ta' żmien u rikreazzjoni, Organizzaturi ta' konvenzjonijiet u wirjiet tan-negozju, Attivitajiet ta' sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Thüringer Aufbaubank

Gorkistraße 9

99084 Erfurt

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35440 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thueringen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Multifunktionsarena der Stadt Jena

Il-bażi legali

1.

Koordinierungsrahmen der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“ ab 2009, Teil B

2.

Richtlinie des Freistaats Thüringen für die Gewährung von Zuwendungen aus Mitteln der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“ (GRW), Teil II

3.

Thüringer Landeshaushaltsordnung (ThürLHO)

4.

Thüringer Verwaltungsverfahrensgesetz (ThürVwVerfG)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

Stadt Jena

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 34,45 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Organizzaturi ta' konvenzjonijiet u wirjiet tan-negozju, Attivitajiet ta' sport u attivitajiet ta' mogħdija ta' żmien u rikreazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Thüringer Aufbaubank

Gorkistraße 9

99084 Erfurt

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.5.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36027 (13/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Valle d'Aosta

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Organizzazione delle attività regionali di protezione civile — contributi al settore delle attività produttive

Il-bażi legali

 

Legge regionale 18 gennaio 2001, n. 5 «Organizzazione delle attività regionali di protezione civile»

 

Delibera di Giunta regionale n. 2377 del 12 luglio 2004

 

Delibera di Giunta regionale n. 2378 del 12 luglio 2004

 

Delibera di Giunta regionale n. 3509 dell'11 ottobre 2004

 

Delibera di Giunta regionale n. 2705 del 2 ottobre 2009

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 1,50 (f'miljuni)

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione autonoma

Valle d'Aosta Piazza Deffeyes 1

11100 Aosta AO

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36092 (13/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Emilia-Romagna

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aiuto al salvataggio di RDB SpA in A.S.

Il-bażi legali

A.

D.L. 30.1.1979, n. 26 (convertito in L. 3.4.1979, n. 95), Provvedimenti urgenti per l'amministrazione straordinaria di grandi imprese in crisi (cfr. art. 2-bis);

B.

D.M. 23.12.2004, n. 319, Regolamento recante le condizioni e le modalità di prestazione della garanzia statale sui finanziamenti a favore delle grandi imprese in stato di insolvenza, ai sensi dell'art. 101 del D. Lgs. 8 luglio 1999, n. 270;

C.

D.L. 23.12.2003, n. 347 (convertito in L. 18.2.2004, n. 39), Misure urgenti per la ristrutturazione industriale di grandi imprese in stato di insolvenza;

D.

D. LGS. 8.7.1999, n. 270, Nuova disciplina delle grandi imprese in stato di insolvenza, a norma dell'art. 1 della legge 30 luglio 1998, n. 274.

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

RDB Terrecote Srl in AS, RDB SpA in A.S., RDB Hebel SpA in AS

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 25 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.5.2013-1.11.2013

Setturi ekonomiċi

Kostruzzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero dello Sviluppo Economico

Via Veneto 33

00187 Roma RM

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36127 (13/N)

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Privatrundfunksfonds (PRRF); Fonds zur Förderung des privaten Rundfunks

Il-bażi legali

§§ 30 bis 32 KommAustria Gesetz (KOG), Richtlinien über die Gewährung von Mitteln aus dem Fonds zur Förderung des privaten Rundfunks.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kultura, Innovazzjoni, Konservazzjoni tal-wirt, Taħriġ, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 30 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 15 (f'miljuni)

L-intensità

65 %

It-tul ta' żmien

1.3.2013-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Xandir bir-radju, Programmi tat-televixin u attivitajiet tax-xandir, Attivitajiet ta' programmi u xandir, Attivitajiet ta' films taċ-ċinema, vidjo u programmi tat-televixin

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dr. Alfred GRINSCHGL

Mariahilferstraße 77-79

1060 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Mejju 2013

2013/C 140/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2869

JPY

Yen Ġappuniż

131,87

DKK

Krona Daniża

7,4524

GBP

Lira Sterlina

0,84475

SEK

Krona Żvediża

8,5922

CHF

Frank Żvizzeru

1,2449

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5393

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,989

HUF

Forint Ungeriż

290,56

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6993

PLN

Zloty Pollakk

4,1704

RON

Leu Rumen

4,3370

TRY

Lira Turka

2,3646

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3216

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3220

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9911

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5917

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6156

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 437,84

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

12,0764

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9040

HRK

Kuna Kroata

7,5710

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 554,93

MYR

Ringgit Malażjan

3,8890

PHP

Peso Filippin

52,964

RUB

Rouble Russu

40,3876

THB

Baht Tajlandiż

38,324

BRL

Real Brażiljan

2,6100

MXN

Peso Messikan

15,8403

INR

Rupi Indjan

70,6060


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 140/03

Organizzazzjoni

Referenza u titolu tal-ispeċifikazzjoni tal-Komunità

Referenza għal speċifikazzjoni tal-Komunità sostitwita

Data tal-waqfien tal-preżunzjoni ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni tal-Komunità sostitwita

ETSI (2)

EN 303 213-1 V1.3.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u Kontroll ta’ Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 1: L-Ispeċifikazzjoni tal-Komunità għall-applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 dwar l-Interoperabbiltà tal-Ajru Uniku Ewropew għal A-SMGCS Livell 1, inklużi l-interfaċċji esterni

EN 303 213-1 V1.2.1

l-1 ta’ April 2014

ETSI

EN 303 213-2 V1.3.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u Kontroll ta’ Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 2: L-Ispeċifikazzjoni tal-Komunità għall-applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 dwar l-Interoperabbiltà tal-Ajru Uniku Ewropew għal A-SMGCS Livell 2, inklużi l-interfaċċji esterni

EN 303 213-2 V1.1.1

l-1 ta’ April 2014


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis Cedex, France, tel. +33 492944200, feks +33 493654716, http://www.etsi.org


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/8


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tad-19 ta' Novembru 2012 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/39.839 (1) – Telefónica u Portugal Telecom

Relatur: Il-Latvja

2013/C 140/04

Għall-finijiet tal-mistoqsiji ta' hawn taħt, il-“klawżola” tfisser id-disa' klawżola tal-Ftehim għax-Xiri tal-Ishma maqbul bejn Telefónica SA u Portugal Telecom SGPS SA (il-“partijiet”) fit-28 ta' Lulju 2010 (il-“ftehim”).

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-klawżola tkopri s-swieq Spanjoli u dawk Portugiżi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi tat-televiżjoni kif identifikat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-klawżola tipprevedi obbligu ta' nonkompetizzjoni (minflok obbligu ta' awtovalutazzjoni sempliċi kif allegat mill-partijiet) u tammonta għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-klawżola ma tistax titqies bħala restrizzjoni anċillari għall-ftehim.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-klawżola tista' tħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-klawżola tikser l-Artikolu 101(1) TFUE, li ma taqax taħt l-eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) u li għalhekk il-partijiet kisru l-Artikolu 101 TFUE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-dewmien tal-ksur tal-partijiet huwa erba' xhur (mis-27 ta' Settembru 2010 sal-4 ta' Frar 2011).

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-partijiet għandhom jitwaħħlu multa.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' dan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/9


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.839 (2) – Telefónica u Portugal Telecom

Relatur: Il-Latvja

2013/C 140/05

1.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti bażiċi tal-multi. Minoranza tastjeni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li m'hemmx ċirkustanzi aggravanti li għandhom jitqiesu.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jabqel mal-Kummissjoni li t-tmiem tal-ksur fl-4 ta' Frar 2011, sittax il-jum wara l-ftuħ tal-proċedimenti mill-Kummissjoni, għandha titqies bħala ċirkustanza mitiganti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li m'hemmx ċirkustanzi mitiganti li għandhom jitqiesu, ħlief dik indikata taħt (3).

5.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti finali tal-multi. Minoranza tastjeni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/10


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.839 – Telefónica/Portugal Telecom

2013/C 140/06

(1)

Fid-19 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet biex tagħti bidu għal proċedura fit-tifsira tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (3) kontra Telefónica, SA u Portugal Telecom, SGPS, S.A. (“PT”) rigward klawżola ta' non-kompetizzjoni fil-Ftehim għax-Xiri ta' Ishma maqbul bejn iż-żewġ kumpaniji rigward ix-xiri minn Telefónica tal-kontroll kollu fuq l-operatur Brażiljan tas-servizzi tal-mobajl, Vivo Participações, SA.

(2)

Il-klawżola ta' non-kompetizzjoni inkixfet oriġinarjament mill-Awtoritajiet Spanjoli għall-Kompetizzjoni. Wara konsultazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Spanjoli u Portugiżi għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Ewropea, ġie deċiż li l-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, l-Awtoritajiet Spanjoli għall-Kompetizzjoni ttrasferew id-dokumenti kollha tal-każ lill-Kummissjoni.

(3)

Il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjoni (“DO”) fil-21 ta' Ottubru 2011 u nnotifikatha lil Telefónica u PT fl-24 ta' Ottubru 2011. Iż-żewġ partijiet ingħataw aċċess għall-fajl fl-4 ta' Novembru 2011. Għall-bidu l-Kummissjoni stabbiliet it-3 ta' Jannar 2012 bħala d-data ta' skadenza biex ikun hemm tweġiba għad-DO. Fuq talba mill-partijiet, din id-data ta' skadenza ġiet estiża bi tmien ġranet ta' xogħol.

(4)

Kemm Telefonica u PT irrifjutaw li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jitolbu smigħ orali skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004. Għalhekk, f'dan il-każ ma sar l-ebda smigħ orali.

(5)

Fid-DO, il-Kummissjoni waslet għall-fehma preliminari li l-klawżola ta' non-kompetizzjoni fil-Ftehim għax-Xiri ta' Ishma bejn Telefónica u PT kienet ta' akkordju ta’ tqassim tas-suq bil-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-suq intern bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

(6)

Fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni tirribatti l-argumenti mressqa mill-partijiet fit-tweġibiet tagħhom u tikkonferma l-konklużjonijiet milħuqa fid-DO.

(7)

Jien ma rċevejt l-ebda ilment dwar l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali mill-partijiet fil-proċedimenti. L-abbozz tad-deċiżjoni ma tinkludix oġġezzjonijiet li fuqhom il-partijiet ma kellhomx opportunità li joffru l-opinjoni tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, jiena nqis li l-partijiet kollha fil-proċedura setgħu effettivament jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali tagħhom f’dan il-każ.

Brussell, il-21 ta’ Jannar 2013.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni, (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/11


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Jannar 2013

dwar proċediment skont l-artikolu 101 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Każ COMP/39.839 – Telefónica/Portugal Telecom)

(notifikata bid-dokument C(2013) 306 final)

(It-testi bl-Ingliż u bil-Portugiż biss huma awtentiċi)

2013/C 140/07

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fit-23 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kwalunkwe pieni imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

(2)

Il-proċediment u d-deċiżjoni jirrigwardaw klawżola ta' nonkompetizzjoni, li ġiet inkluża fil-ftehim għax-xiri tal-ishma tat-28 ta' Lulju 2010 (il-“ftehim għax-xiri tal-ishma”) konkluż bejn Telefónica, SA (Telefónica) u Portugal Telecom SGPS, SA (“Portugal Telecom”), li ta lil Telefónica il-kontroll totali fuq Vivo, l-operatur Brażiljan tal-mowbajl, li qabel kien proprjetà b'mod konġunt mill-partijiet (it-“tranżazzjoni Vivo”).

(3)

Il-klawżola ta' nonkompetizzjoni tgħid:

“Id-Disa' – Nonkompetizzjoni – Safejn huwa permess mil-liġi, kull parti għandha żżomm lura milli tipparteċipa jew tinvesti, direttament jew indirettament permezz ta' kwalunkwe affiljata, fi kwalunkwe proġett fin-negozju tat-telekomunikazzjoni (inklużi servizzi fissi u mobbli, servizzi ta' aċċess għall-internet u tat-televiżjoni, iżda bl-esklużjoni ta' kwalunkwe investiment jew attività li qed isiru bħalissa jew li twettqu mid-data msemmija) li jista' jitqies f'kompetizzjoni mal-parti l-oħra fis-suq Iberiku għal perjodu li jibda mid-data tal-Għeluq [is-27 ta' Settembru 2010] sal-31 ta Diċembru 2011.”

(4)

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti mill-Kummissjoni fid-19 ta' Jannar 2011, il-partijiet neħħew il-klawżola ta' nonkompetizzjoni fl-4 ta' Frar 2011.

2.   DESTINATARJI

(5)

Id-deċiżjoni hija indirizzata lil Telefónica, SA (Telefónica) u Portugal Telecom SGPS, SA (Portugal Telecom), li huma partijiet fil-ftehim għax-xiri tal-ishma li jinkludi l-klawżola ta' nonkompetizzjoni. Dawn huma l-kumpaniji azzjonarji tal-gruppi ta' kumpaniji rispettivi tagħhom.

(6)

Telefónica u Portugal Telecom huma l-operaturi Spanjoli u Portugiżi tat-telekomunikazzjonijiet fi Spanja u fil-Portugall rispettivament. Għandhom ishma tas-suq għoljin f'bosta swieq tat-telekomunikazzjonijiet elettroniċi fl-Istati Membri ta' oriġini tagħhom, imma preżenza limitata biss fl-Istat Membru ta' oriġini tal-parti l-oħra.

3.   KONTENUT EWLIENI TAD-DEĊIŻJONI

3.1.   Il-Proċedura

(7)

Fid-19 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti għal dan il-każ fit-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 773/2004 (2) u l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni bagħtet bosta talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 lil Telefónica, Portugal Telecom u lil uħud mill-klijenti multinazzjonali tagħhom.

(8)

Fil-21 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”). Fid-DO, il-Kummissjoni adottat il-fehma preliminari li Telefónica u Portugal Telecom kisru l-Artikolu 101 TFUE billi daħlu fi klawżola ta' nonkompetizzjoni, li tammonta għal akkordju ta’ tqassim tas-suq.

(9)

L-aċċess għall-fajl ingħata lil Telefónica u lil Portugal Telecom fl-4 ta' Novembru 2011.

(10)

Telefónica u Portugal Telecom ressqu t-tweġibiet rispettivi tagħhom għad-DO fit-13 ta' Jannar 2012. Huma ma talbux smigħ orali.

(11)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ta opinjonijiet favorevoli fid-19 ta’ Novembru 2012 u fl-21 ta' Jannar 2013. Dawn l-opinjonijiet ingħataw skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

3.2.   Swieq relevanti

(12)

Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni u l-ksur koprew (a) is-servizzi kollha ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, bl-eċċezzjoni tas-swieq għal servizzi ta' telekomunikazzjoni globali u servizzi carrier internazzjonali bl-ingrossa, fejn iż-żewġ partijiet kienu preżenti fil-Peniżola Iberika fid-data tal-Ftehim u li jirreferu għal servizzi marbutin mal-klijenti multinazzjonali, u (b) servizzi tat-televiżjoni, li huma msemmija espressivament mill-klawożla ta' nonkompetizzjoni.

(13)

F'dan il-każ, il-limiti preċiżi tas-swieq relevanti jistgħu jitħallew miftuħa minħabba l-kamp ta' applikazjoni wiesa' tal-klawżola ta' nonkompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni telenka s-swieq relevanti differenti skont il-linji identifikati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE (3) u skont id-deċiżjonijiet u l-każistika preċedenti tal-Kummissjoni.

(14)

Is-swieq ġeografiċi relevanti għandhom kamp ta' applikazzjoni nazzjonali u jirreferu għal Spanja u l-Portugall.

(15)

Telefónica u Portugal Telecom għamlu bosta sottomissjonijiet biex jippruvaw jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-klawżola ta' nonkompetizzjoni. Partikolarment, fuq il-bażi tal-kliem “l-esklużjoni ta' kwalunkwe investiment jew attività li qed isiru bħalissa jew li twettqu mid-data msemmija”, dawn iddikjaraw li kwalunkwe swieq fejn ZON (operatur Portugiż li Telefónica kellha sehem ta' 5,46 % minnu fiż-żmien tal-ftehim għax-xiri tal-ishma) huwa preżenti jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-klawżola. Iddikjaraw ukoll li kwalunkwe swieq fejn il-kompetizzjoni mill-parti l-oħra, fl-opinjoni tagħhom, ma tkunx possibbli (pereżempju, swieq bl-imnut minħabba ostakli kbar biex tidħol) għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-klawżola.

(16)

Id-deċiżjoni tirribatti dawn is-sottomissjonijiet. Minn naħa, id-deċiżjoni tikkonkludi li Telefónica ma tistax titqies li wettqet l-attivitajiet żviluppati minn ZON, peress li Telefónica ma kkontrollatx lil ZON. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tinnota li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni tipprojbixxi lill-partijiet milli jipparteċipaw f'attivitajiet u investimenti “li jistgħu jitqiesu li huma f'kompetizzjoni mal-parti l-oħra” Dan ifisser li, fil-każ ta' dħul minn parti f'suq fejn l-parti l-oħra tkun diġà preżenti, dan is-suq “jintlaqat” mill-klawżola, peress illi l-parti li tidħol “titqies li hija f'kompetizzjoni” mal-parti l-oħra. Barra minn hekk, Telefónica u Portugal Telecom għandhom, mill-inqas, jitqiesu bħala kompetituri potenzjali fis-swieq kollha għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi tat-televiżjoni fejn ikunu preżenti.

3.3.   Ksur tal-Artikolu 101 TFUE

(17)

Telefónica u Portugal Telecom argumentaw li l-klawożla ta' nonkompetizzjoni tipprovdi biss għal obbligu li ssir awtovalutazzjoni tal-legalità u tal-kamp ta' applikazzjoni ta' ftehim ta' nonkompetizzjoni separat, li jkun anċillari mat-tranżazzjoni Vivo. Skont il-partijiet, it-tnejn li huma wettqu tali eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni u kkondividew ir-riżultati f'żewġ telefonati ta' konferenza fis-26 u fid-29 ta' Ottubru 2010, fejn ikkonkludew li ftehim ta' nonkompetizzjoni ma jistax jiġi ġustifikat. Argumentaw li bħala konsegwenza l-eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni u tar-riżultati tiegħu, il-klawżola ta' nonkompetizzjoni ġiet “eżawrita” hekk kif l-ebda obbligazzjoni oħra ma tista' tiżviluppa minnha.

(18)

Kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-partijiet, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE minħabba l-kliem innifsu tiegħu (li jipprovdi b'mod ċar għal obbligu ta' nonkompetizzjoni), il-kuntest ekonomiku u legali li minnu tifforma parti l-klawżola (pereżempju, is-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma liberalizzati), u l-imġiba nnifisha tal-partijiet (inkluż, pereżempju, il-fatt li neħħew biss il-klawżola fl-4 ta' Frar 2011 permezz ta' ftehim li filwaqt li jiddeskrivi r-raġunijiet għat-tneħħija tal-klawżola ma semma l-ebda eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni jew ta' obbligu). Partikolarment, id-deċiżjoni tivvaluta bir-reqqa l-evidenza pprovduta mill-partijiet dwar il-kontenut u r-riżultati tat-telefonati ta' konferenza tas-26 u tad-29 ta' Ottubru 2010. Il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-evidenza mhijiex biżżejjed u li tikkontradixxi l-bqija tal-evidenza fil-fajl tal-Kummissjoni.

(19)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni ma tistax titqies bħala restrizzjoni anċillari għat-tranżazzjoni Vivo, peress li obbligu ta' nonkompetizzjoni li jkopri l-Peniżola Iberika kollha ma jistax, bi kwalunkwe mod, jitqies li huwa direttament relatat ma' jew meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-ftehim għax-xiri tal-ishma għal Vivo fil-Brażil. Id-deċiżjoni tikkonkludi wkoll li fil-perjodu meta ġie ffirmat il-ftehim għax-xiri tal-ishma ma setax ikun hemm dubji raġonevoli rigward l-istatus (jiġifieri anċillari jew mhux anċillari) tal-impenn ta' nonkompetizzjoni bejn il-partijiet, li setgħu ġġustifikaw il-ħtieġa għal eżerċizzju ieħor ta' awtovalutazzjoni aktar tard marbut ma' dan.

(20)

Telefónica u Portugal Telecom iddikkjaraw li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni ma kellha l-ebda effett fuq is-suq. Madanakollu, id-deċiżjoni tikkonkludi li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, fil-każijiet ta' ksur minħabba l-għan, ma hemmx bżonn li jitqiesu l-effetti tal-ftehim għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 101(1) TFUE.

(21)

Għaldaqstant, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni u n-natura tal-klawżola ta' nonkompetizzjoni, id-deċiżjoni tikkonkludi li Telefónica u Portugal Telecom qablu deliberatament biex jeskludu jew jillimitaw il-kompetizzjoni fis-swieq lokali ta'xulxin. Għalhekk, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni tammonta għal akkordju ta’ tqassim tas-suq u tikser l-Artikolu 101(1) TFUE.

(22)

Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikolu 101(3) TFUE, peress li l-partijiet ma taw xhieda ta' ebda effiċjenza li setgħet inħolqot mill-klawżola.

3.4.   It-tul taż-żmien tal-ksur

(23)

Il-ksur dam mis-27 ta' Settembru 2010, meta l-partijiet għalqu t-tranżazzjoni Vivo, sal-4 ta' Frar 2011, meta l-partijiet qablu li jneħħu l-klawżola ta' nonkompetizzjoni.

3.5.   Multi

(24)

Multi jiġu imposti f'dan il-każ. Il-kalkolu tal-multa għal kull kumpanija huwa bbażat fuq il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (4). Fir-rigward tal-gravità, id-deċiżjoni tqis il-fatt li l-klawżola ta' nonkompetizzjoni ma nżammitx sigrieta mill-partijiet, li ppubblikaw il-klawżola f'bosta mezzi u nnotifikaw ukoll lir-regolaturi Brażiljani. Minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, id-deċiżjoni tikkonkludi li biex tinkiseb deterrenza huwa proporzjonali u biżżejjed li titqies proporzjon żgħira tal-valur tal-bejgħ.

(25)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni tirrikonoxxi bħala ċirkustanza attenwanti l-fatt li l-partijiet temmew malajr il-ksur. Infatti, it-tneħħija tal-klawżola ta' nonkompetizzjoni mill-partijiet fl-4 ta' Frar 2011 saret biss 16-il jum wara l-ftuħ tal-proċedimenti mill-Kummissjoni.

4.   PARTI OPERATTIVA TAD-DEĊIŻJONI

(26)

Id-deċiżjoni tistabbilixxi li Telefónica u Portugal Telecom kisru l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipaw fi ftehim ta' nonkompetizzjoni, inkluż bħala l-klawżola disgħa tal-ftehim għax-xiri tal-ishma magħmul minnhom fit-28 ta' Lulju 2010. Il-ksur dam mis-27 ta' Settembru 2010 sal-4 ta' Frar 2011.

(27)

Id-deċiżjoni timponi l-multi li ġejjin fil-partijiet għal dan il-ksur (a) Telefónica: EUR 66 894 000, u (b) Portugal Telecom: EUR 12 290 000.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65).

(4)  Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/14


Azzjoni preparatorja “Ċirkolazzjoni tal-films fl-era diġitali” – Sejħa għall-proposti 2013

2013/C 140/08

1.   Għanijiet

Fit-12 ta' Diċembru 2012, il-Parlament Ewropew adotta baġit ta' EUR 2 miljun għat-tieni sena finanzjarja tal-azzjoni preparatorja “Ċirkolazzjoni tal-films fl-era diġitali”. Din l-azzjoni għandha l-għan li tesperimenta strateġiji innovattivi fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-films Ewropej (swali taċ-ċinema, DVDs, vidjow fuq talba, festivals, stazzjonijiet tat-televixin, eċċ).

L-għan prinċipali huwa li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li aktarx iżidu l-komplimentarjetà bejn il-mezzi ta' distribuzzjoni sabiex titjieb iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali u l-udjenza globali tal-films Ewropej fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

2.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjoni preparatorja se ssostni proġetti li jipproponu li jiġi ttestjat il-ħruġ simultanju jew kważi simultanju fil-mezzi kollha ta' distribuzzjoni u f'bosta territorji Ewropej.

Il-proġetti, li huma limitati għax-xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej u għad-distribuzzjoni tagħhom fi ħdan il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikopru għadd sostanzjali ta' films u ta' territorji.

Dan il-parametru dimensjonali huwa essenzjali sabiex wieħed ikun jista' jitgħallem mill-azzjoni preparatorja u jimponiha bħala strument ta' għajnuna għat-teħid ta' deċiżjoni għall-awtoritajiet pubbliċi u l-professjonisti tal-industrija ċinematografika Ewropea.

F'din il-perspettiva, il-proġetti għandhom ukoll jipprevedu l-organizzazzjoni ta' laqgħa pubblika fit-tmiem tal-azzjoni li tippreżenta lill-professjonisti u lill-awtoritajiet pubbliċi r-riżultati ewlenin tal-esperimentazzjoni u t-tagħlim li jirriżultaw minnha.

3.   Applikanti eliġibbli

Biex ikunu eliġibbli, il-proposti għandhom jiġu ppreżentati minn grupp filwaqt li jiġu vverifikati t-tliet kriterji li ġejjin:

il-grupp kandidat għandu jinkludi intrapriżi jew organizzazzjonijiet marbuta mas-swieq awdjoviżivi (produtturi, aġenti tal-bejgħ, distributuri, detenturi tad-drittijiet, kumpaniji kummerċjali, swali taċ-ċinema, pjattaformi tal-vidjow fuq talba eċċ),

il-membri kollha (koordinaturi u sħab) tal-grupp kandidat għandu jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-grupp kandidat għandu jinkludi mill-inqas żewġ aġenti tal-bejgħ.

Il-kontribuzzjoni mitluba mill-grupp kandidat ma tistax taqbeż is-70% tal-ispejjeż eliġibbli kollha tal-proġett.

4.   Kriterji tal-għotja

L-applikazzjonijiet eliġibbli se jingħataw marka (punti massimi: 100) abbażi tat-tqassim li ġej:

 

Kriterju tal-għotja Nru 1: Kwalità tal-kontenut tal-attività (50 punt):

għadd, diversità u komplimentarjetà tal-films u t-territorji koperti mill-azzjoni (15-il punt);

rilevanza tal-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni (15-il punt);

—rilevanza tal-istrateġiji implimentati biex tiġi studjata aktar fid-dettall il-kwistjoni tal-komplimentarjetà bejn it-territorji u s-setturi ta' distribuzzjoni (15-il punt);

grad ta' innovazzjoni tal-azzjoni (5 punti).

 

Kriterju tal-għotja Nru 2: Il-ġestjoni tal-proġett (50 punt):

il-kwalità tal-grupp kandidat (10 punti),

kwalità tal-pjan ta' ġestjoni u tal-grupp (15-il punt),

kwalità tal-metodoloġija proposta għall-ġbir, l-analiżi u t-tqegħid f'perspettiva tar-riżultati miksuba (15-il punt)

nefqa/benefiċċju tal-azzjoni proposta (10 punti).

5.   Baġit allokat għall-proġetti

L-ammont disponibbli għal din is-sejħa għall-proposti se jkun dak ta’ EUR 1 994 000. L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż is-70 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tingħata fil-forma ta’ għotja.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sas-6 ta' Settembru 2013 lil:

European Commission

Directorate-General for Education and Culture

Directorate E — Culture and Creativity

Unit E3 — Creative Europe Programme — MEDIA

Office: J-70 01/141

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

7.   Informazzjoni sħiħa

Il-programm ta' ħidma, il-linji gwida u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-istruzzjonijiet stabbiliti fil-gwida, għandhom jitressqu permezz tal-formoli pprovduti u għandu jkun fihom l-informazzjoni u l-Annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6866 – Time Warner/CME)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 140/09

1.

Fit-8 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Time Warner Inc. (“Time Warner”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Central European Media Enterprises Ltd. (“CME”, il-Bermuda).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Time Warner: divertiment permezz tal-films u tat-televiżjoni, netwerks tat-televiżjoni u pubblikazzjoni ta' magażins; kif ukoll,

għal CME: xandir tat-televiżjoni u setturi oħrajn tal-midja fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Repubblika Slovakka, fis-Slovenja, fl-Ungerija u fil-Moldova.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6866 – Time Warner/CME, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/17


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 140/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għal applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

PURUVEDEN MUIKKU

Nru tal-KE: FI-PGI-0005-0989-19.04.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Puruveden muikku”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Finlandja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7.

Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti magħmulin minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt (1)

L-isem “Puruveden muikku” huwa użat għal vendace (Coregonus albula) maqbud fil-baċir tal-lag Puruveden li jinstab fil-parti tal-grigal tal-Lag Saimaa. Din l-applikazzjoni tikkonċerna biss il-vendace kiesaħ u ffriżat. Fil-Finlandja, xi għaxra fil-mija tal-vendace maqbud annwalment huma l-“Puruveden muikku”.

Il-karatteristiċi prinċipali tal-“Puruvuden muikku” huma dawn:

Id-dahar tal-“Puruveden muikku” hija ħadra fonda u skura, u l-ġenbejn tagħha huma ta' kulur il-fidda. Hija notevolment iżjed fiddiena fil-kulur meta kkumparata mal-vendace l-oħra.

Il-varjazzjoni annwali konsiderevoli fid-daqs tagħha hija ħaġa tipika għall-“Puruveden muikku” u jagħmilha differenti mill-vendace l-oħra. Wara staġun ta' tkabbir wieħed, it-tul medjan tagħha tista' tvarja bejn madwar 9 cm għal xi 21 cm, u l-piż tagħha tista' tvarja bejn ftit grammi sa madwar 20 gramma.

Karatteristika distintiva tal-“Puruveden muikku” hija l-irtubija tas-sinsla, li tfisser li tista' tittiekel mingħajr ma jitneħħa l-għadam.

Ir-rigor mortis tal-“Puruveden muikku” jieħu inqas ħin mit-tipi l-oħra ta' vendace.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Mhux applikabbli

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mhux applikabbli

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-ħuta trid tinqabad fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-metodi permessi tas-sajd huma t-tartaruni, in-nassa tas-sajd tat-tip fyke u t-tunnara.

Ir-rigor mortis tal-“Puruveden muikku” jieħu inqas ħin mit-tipi l-oħra ta' vendace. Għal din ir-raġuni, biex tiġi żgurata l-kwalità, il-vendace tiġi ffriżata bl-użu ta' kontenituri tas-silġ (b'ilma grad 0 C), u dan għandu jsir flimkien mal-qabda tiegħu f'dik iż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

Mhux applikabbli

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Mhux applikabbli

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita

Iż-żona ġeografika tikkonsisti minn Puruvesi, li tinstab fil-muniċipalitajiet ta' Kerimäki, Punkaharju u Kesälahti fil-Provinċja tal-Finlandja tal-Lvant. B'erja tal-wiċċ ta' 416 km2, il-Puruvesi jifforma parti mill-Lag Saimaa, li huwa r-raba' l-akbar lag tal-Ewropa.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika ddefinita

Element li jolqtok tal-Puruvesi huwa ċ-ċarezza tal-ilma, li jirriżulta fit-toni fiddiena tal-“Puruveden muikku”. Peress li l-ilma huwa daqshekk ċar, id-dawl jista' jippenetra fil-fond ħafna fl-ilma tal-Puruvesi, sa 20 metru, waqt li f'postijiet oħra fis-Saimaa jilħaq biss l-10 metri. Il-viżibbiltà fil-fond tista' tkun sa 12-il metru.

Minħabba ċ-ċarezza tal-ilma tal-Puruvesi, il-produzzjoni primarja sseħħ kemm fl-ilma tal-wiċċ u kemm fil-fond, ġo żona kbira u illuminata f’livell aktar baxx tal-ilma. Meta jkun hemm id-dawl, il-vendace jifforma ġlejjeb kbar u jinżel biex jiekol il-plankton annimal lejn in-naħa t'isfel tal-lag. Meta jkun hemm inqas dawl, il-ġlejjeb imxerrdin jitilgħu biex jieklu l-popolazzjoni fl-ilma tal-wiċċ u taż-żona nofs-fond.

Il-Puruvesi huwa baċir taż-żrar u r-ramel, kważi separat mill-korpi l-oħra tal-ilma, u l-kontenut tiegħu ta’ ħumus kannella maħsul 'il ġewwa mill-ħamrija, li huwa tipiku għal lagi Finlandiżi, huwa baxx ħafna. Il-kwalità tal-ilma ġiet ukoll klassifikata bħala estremament baxxa fin-nutrijenti. Minħabba l-iżolazzjoni tiegħu, il-kurrenti huma negliġibbli fil-Puruvesi u l-ilma jibqa' fil-lag għal madwar 12-il sena.

Il-Puruvesi huwa magħruf bħala żona tas-sajd sa mis-seklu 14. Iċ-ċarezza tal-ilma għamlet possibbli s-sajd tradizzjonali bit-tartaruni li ilu għaddej għal sekli sħaħ u huwa bbażat fuq it-trasparenza eċċezzjonali tal-ilma tal-lag u l-produzzjoni primarja estensiva. Fis-Sajf, l-ilma tal-wiċċ huma mistada mal-għabex, meta l-plankton annimal ikun tiela' sal-ilma tal-wiċċ. Sa tmiem is-Sajf, l-ilma jkun saħan u l-vendace ifittex ilmijiet aktar kesħin u fondi, fejn jispiċċaw maqbuda bl-użu ta’ tartaruni demersali. Il-lejliet skuri tal-Ħarifa huma ġeneralment iż-żmien tas-sajd bil-lejl, li huwa rari imma partikolari ħafna għall-ilmijiet ċari tal-Puruvesi, peress li dan huwa ż-żmien meta l-vendace jitla' dritt għal-wiċċ tal-ilma.

Is-sajd bit-tartarun fix-Xitwa xxerred xi mitt sena ilu, u ġieli f’xi snin, aktar minn nofs tal-vendace maqbud fix-Xitwa Finlandiża ġie mill-Puruvesi. Is-sajd bit-tartarun jinkludi iżjed mid-90 % tal-qabda totali tas-sajjieda. Metodi oħra tas-sajd permessi huma x-xbieki fyke u x-xbieki. Is-sajd bit-tkarkir huwa pprojbit fil-Puruvesi.

Biex tiġi żgurat s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-vendace, l-Istitut tar-Riċerka Finlandiża dwar il-Kaċċa u s-Sajd kull sena jissorvelja l-istatus tal-istokkijiet tal-vendace. Iż-żona tas-sajd tal-Puruvesi tirregola s-sajd skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Fil-Finlandja, il-“Puruveden Muikku” huwa magħruf sew għall-irtubija tal-għadam tiegħu. Dan jagħmlu estremament adattat għall-ikel mingħajr dissussar, jekk moqli, affumikat jew f’soppa. Il-“Puruveden muikku” huwa wkoll magħruf għall-għamla fiddiena tiegħu.

Il-“Puruveden muikku” huwa kkaratterizzat mil-varjazzjoni konsiderevoli fid-daqs tiegħu, li huwa kompletament dipendenti mid-densità tal-istokkijiet tal-vendace u tal-livelli ta’ produzzjoni tal-plankton annimal. Din il-varjazzjoni annwali fil-volum tal-istokkijiet tal-vendace inkwistjoni hija partikolari ħafna fil-Puruvesi.

Ir-reputazzjoni tal-“Puruveden muikku” hija wkoll ibbażata fuq metodi tradizzjonali tas-sajd u tal-ipproċessar użati fiż-żona ġeografika. Għal sekli sħaħ, l-arti tat-tiftix u l-qbid tal-ħut intiret minn ġenerazzjoni għall-oħra.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott

Il-“Puruveden muikku” huwa rikonoxxibbli mill-kulur fiddien tiegħu, li huwa dovut għaċ-ċarezza eċċezzjonali tal-ilma tal-Puruvesi. L-għadam tipiku artab tal-"Puruveden muikku", il-varjazzjoni annwali konsiderevoli fid-daqs u l-perjodu qasir ta’ rigor mortis tiegħu huma r-riżultat tal-ambjent ġeografiku tiegħu: iċ-ċarezza tal-ilma; il-produzzjoni primarja permessa mit-trasparenza tal-ilma; l-iżolament tal-lag flimkien mal-moraine u r-ramel tal-ħamrija taż-żona fejn jinġabar l-ilma; u l-baċir tax-xmara, li hija relattivament żgħira bi ftit mistagħdar.

Fost il-konsumaturi, il-“Puruveden muikku” hija magħrufa bħala għażla b’togħma tajba għall-qali li tista’ tittiekel sħiħa, inkluż bl-għadam. Fil-Finlandja, hi magħrufa sew bħala prodott ddomandata ħafna u li stabbiliet ruħha partikolarment sew fi swieq u avvenimenti f’lokalitajiet differenti, bħas-suq tal-aringi annwali f’Ħelsinki u l-festival tal-opera ta' Savonlinna, famuż madwar id-dinja.

Puruvesi huwa magħruf bħala żona tas-sajd mis-seklu 14, meta gruppi ta’ sajjieda minn Karelja bdew jużawha għas-sajd fuq distanzi twal. Instab sors miktub li jiddikjara li “fil-1543, il-ħut kien jinqabad bi 421 gang bit-tartaruni fil-Lag Puruvesi. Għalkemm il-Kastell Olavinlinna kien jinstab bejn iż-żewġ lagi Haukivesi u Pihlajavesi, it-tnejn abbundanti bil-ħut, il-gwardjani tal-kastell kienu jibgħatu gangs bit-tartaruni biex jaqbdu l-vendace b'togħma tajba”. Fl-1979, teżi tad-dottorat dwar is-sajd tal-vendace fil-Puruvesi ġiet ippubblikata bit-titolu “Dwar il-postijiet tas-sajd tal-vendace” (Muikkuapajilla).

Ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika hija bbażata wkoll fuq metodi tradizzjonali użati biex jaqbdu l-“Puruveden muikku” u l-ħiliet professjonali tas-sajjieda f’dan il-qasam. It-tartaruni huma xbieki tat-tidwir, li matul is-sekli żammew l-istess struttura u metodu tal-operazzjoni. Fix-Xitwa, fiż-żoni tas-sajd tat-tartaruni, it-tartaruni jitqiegħdu taħt is-silġ fuq il-qiegħ tal-lag. Dawn il-postijiet tas-sajd huma identifikati bl-użu tal-esperjenza lokali. It-tqegħid tax-xbieki fiż-żoni tas-sajd jeħtieġ il-ħiliet professjonali tas-sajjieda lokali, billi dan għandu jsir b’mod preċiż skont postijiet ta' referenza, ħalli x-xibka ma tinqabadx mal-ġebel li hemm fil-qiegħ tal-lag.

Sinjal wieħed tar-reputazzjoni tal-“Puruveden muikku” jinstab fil-Mużew Finlandiż tas-Sajd fil-Lagi li twaqqaf fil-Kerimäki fix-xtut tal-Puruvesi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.mmm.fi/nimisuoja/puruvedenmuikku


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50, il-paragrafu 2, il-punt a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 140/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oppożizzjoni (oġġezzjoni) skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

CAMEMBERT DE NORMANDIE

Nru tal-KE: FR-PDO-0217-01049-12.10.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Titlu/Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom ikunu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tad-dokument uniku jew tas-Sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sinteżi ma ġew ippubblikati.

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

L-emendi li ġejjin huma maħsuba biex jenfasizzaw aktar il-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott marbuta mal-oriġini ġeografika tiegħu u biex tkun protetta r-reputazzjoni tad-DPO “Camembert de Normandie”.

Deskrizzjoni tal-prodott

Il-produzzjoni tal-Camembert de Normandie mill-ħalib mhux ipproċessat ġiet ripetuta fit-tieni punt “Deskrizzjoni tal-prodott”. Ġew ippreċiżati wkoll xi elementi dwar id-definizzjoni tal-piż (nett bl-imballaġġ), kif ukoll il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott.

Żona ġeografika ddefinita

Iż-żona ġeografika modifikata tal-“Camembert de Normandie” issa tinkludi 1 557 communes (1 678 communes miż-żona ġeografika preċedenti ġew esklużi). It-tnaqqis fid-daqs taż-żona ġeografika hu r-riżultat ta’ ħidma ta’ tisħiħ fir-rabta bejn id-denominazzjoni tal-Camembert de Normandie u s-sistemi ta’ produzzjoni tal-mergħat fin-Normandija, tad-definizzjoni taċ-ċentru tad-denominazzjoni u tal-karatteristiċi tiegħu (l-ambjent naturali/l-użi). Min-naħa l-oħra, dan it-tnaqqis taż-żona hu marbut mar-reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni li jsaħħaħ ir-rabta maż-żona u l-obbligu li wieħed jirrikorri parzjalment għar-razza tan-Normandija u għall-għalf iddominat mir-rigħi għall-produzzjoni tal-ħalib. Il-communes kollha mdaħħla fiż-żona ġeografika modifikata jaqblu perfettament mal-kundizzjonijiet il-ġodda tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni.

Prova tal-oriġini

L-emendi tal-ewwel paragrafu huma marbuta mal-iżvilupp fir-regolamentazzjoni nazzjonali. B’mod partikolari hija prevista l-akkreditazzjoni tal-operaturi li tirrikonoxxi l-abbiltà tagħhom li jissodisfaw l-esiġenzi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni li minnha qed jistennew li se jibbenefikaw.

Hija prevista dikjarazzjoni speċifika dwar l-installazzjonijiet għas-sanità.

Dispożizzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet meħtieġa għall-għarfien u għall-monitoraġġ tal-volumi tippermetti lill-grupp sabiex jiġbor id-dejta meħtieġa biex ikun hemm għarfien tajjeb u monitoraġġ tad-denominazzjoni tal-oriġini tal-Camembert de Normandie.

Il-paragrafi dwar iż-żamma ta’ reġistri u l-kontroll tal-prodott ġew estiżi wkoll.

Metodu ta’ produzzjoni

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tippreċiża għadd ta’ punti dwar il-metodu ta’ produzzjoni bil-għan li tiddeskrivi aħjar il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħalib b'mod tradizzjonali u għall-ipproċessar tal-ġobon li jikkontribwixxu għall-karatteristiċi u r-reputazzjoni tal-“Camembert de Normandie”.

Kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħalib

Billi t-territorju tan-Normandija huwa kkaratterizzat b’mod partikolari mir-razza tan-Normandija, il-“Camembert de Normandie” huwa prodott, parzjalment, mill-ħalib tal-baqar tar-razza pura tan-Normandija. Mill-1 ta' Mejju 2017, 50 % tal-produzzjoni reali għandha tkun ġejja mill-merħla f'kull azjenda agrikola ta' dawn il-baqar tar-razza tan-Normandija. Ir-razza tal-annimali se tkun ikkontrollata bis-saħħa ta’ kodiċi tar-razza tal-identifikazzjoni bovina 56x56.

Bil-għan li tkun iggarantita provvista tal-għalf ibbażata predominatament fuq ir-rigħi, il-kundizzjonijiet għat-tmigħ tal-baqar tal-ħalib huma ppreċiżati. Dawn jirgħu għal tal-inqas 6 xhur fis-sena. L-azjenda agrikola fiha tal-inqas 0.33 ettaru ta’ bur għal kull baqra tal-ħalib għat-tiħlib li minnhom 0,25 ettaru ta’ bur għar-rigħi huma aċċessibbli mill-post tal-ħalba, flimkien ma’ 2 ettari ta’ mergħat għal kull ettaru ta’ qamħirrun maħżun li jintużaw għall-għalf tal-annimali tal-merħla.

Bl-iskop li tissaħħaħ ir-rabta maż-żona, ir-razzjon bażiku tal-merħla jammonta għal 80 %, espress f’materjal niexef, mir-razzett. Barra l-perjodi tar-rigħi, il-baqar tal-ħalib jingħataw ħuxlief kuljum. Il-provvista ta’ għalf komplementari hija limitata għal 1 800 kg għal kull baqra tal-merħla u għal kull sena kalendarja. L-għalf tal-bhejjem u l-ikel addizzjonali awtorizzati huma ppreċiżati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Hija ppreċiżata n-natura tal-ħalib użat. Huwa ħalib tal-baqra standardizzat fix-xaħam bl-ixkumar ta’ parti mill-ħalib użat, magħqud ma’ ħalib intier. Huwa wkoll possibbli li ssir l-iskrematura bit-tneħħija tal-krema wara li din tittella’ fil-wiċċ tal-ħalib. Il-ħalib ma tistax jinħażen għal aktar minn 72 siegħa mis-siegħa tal-ewwel ħalba sal-bidu tal-maturazzjoni. Il-kundizzjonijiet tekniċi tal-maturazzjoni tal-ħalib flimkien mal-kundizzjonijiet tekniċi u ta’ traċċabbiltà tal-linji tal-ipproċessar tal-ħalib mhux ipproċessat huma ppreċiżati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ġobon

Bil-għan li jkun spjegat aħjar il-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott, għandhom jiġu ppreċiżati l-kundizzjonijiet tat-tibqit, tal-qsim tal-baqta, tat-tqegħid tagħha fil-qwieleb u tal-iskular mill-ilma tal-baqta. In-numru ta’ drabi li l-baqta titqiegħed fil-qwieleb żdied minn 4 għal 5.

L-użu ta’ trattamenti u addittivi għall-ġobnijiet kien soġġett għal regolamentazzjoni ġenerali.

Madankollu deher ċar li xi tekniki ġodda li jinkludu l-użu ta' trattamenti u addittivi, bħall-mikrofiltrazzjoni, il-konċentrazzjoni parzjali tal-ħalib jew l-enżimi għall-maturazzjoni, jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-ġobnijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini. Ċerti addittivi enżimatiċi, b'mod speċjali, jidhru inkompatibbli maż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tal-produzzjoni skont id-DPO.

Għalhekk deher neċessarju li fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jiġu ppreċiżati l-prattiki ta’ bħalissa fir-rigward tal-użu ta’ trattamenti u addittivi fil-ħalib u fil-produzzjoni tal-ġobnijiet, u dan sabiex jiġi evitat li l-prattiki futuri mhux irregolati ma jippreġudikawx il-karatteristiċi tal-ġobnijiet tad-denominazzjoni.

Il-ħalib jiġi miżjud bit-tames f’kontenitur li għandu kapaċità massima ta’ 330 litru, li jippermetti l-koagulazzjoni ta’ volum ta’ ħalib li jkun adattat għall-kapaċità tal-qwieleb. Il-kundizzjonijiet għaż-żieda bit-tames (it-temperatura u d-doża massima) huma ppreċiżati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Qabel it-tqegħid fil-qwieleb, il-baqta tista’ tinqata’ kemmxejn vertikali bl-użu ta’ sikkina għall-qtugħ tal-baqta. Huma awtorizzati massimu ta’ żewġ qatgħat b’dan l-istrument fil-kontenitur.

It-tqegħid fil-qwieleb tal-ġobnijiet isir immedjatament wara l-qtugħ. Mhix permessa l-estrazzjoni tas-serum. Il-baqta tittieħed mill-kontenitur kemm bl-użu ta’ mekkaniżmi awtomatizzati, bl-użu ta’ mudelli ta’ qwieleb artikolati, kif ukoll manwalment, bl-użu ta’ kuċċaruni emisferiċi mqabbda ma’ manku.

Il-baqta tittieħed u mbagħad titqiegħed fil-qwieleb 5 drabi, bi spazju ta' ħin ta’ mill-inqas 40 minuta bejn kull tqegħid individwali. Jitħalla jinxef b’mod naturali fil-qwieleb matul tal-inqas 18-il siegħa mill-ewwel tqegħid tal-baqta.

It-teknika tradizzjonali, tinvolvi l-iffurmar li jsir b’mod manwali, u l-iskular mill-ilma li jseħħ fil-qwieleb statiċi individwali mqiegħda direttament fuq mejda li jkollha kanal għall-iskular.

Mill-1 ta' Mejju 2017, il-ġobnijiet se jibdew jiddawru darba waħda biss Wara li jiddawru, il-ġobnijiet jiġu koperti (marsusa) bi plakka metallika li tagħmel ftit pressjoni fuq il-ġobon.

Wara li l-ġobon jiġi mmellaħ, dan jista’ jitħalla jinxef qabel il-bidu tar-raffinar għal mhux aktar minn 24 siegħa.

Ir-raffinar u l-ippakkjar tal-ġobon

Il-ġobnijiet immaturati fil-post fejn jitħallew jinxfu ma jistgħux jiġu ppakkjati qabel it-13-il jum wara l-ġurnata tat-tibqit. Il-ġobnijiet ma jistgħux iħallu l-azjenda qabel is-17-il jum wara t-tibqit, u ma jintbagħtux lill-klijenti qabel it-22 jum wara t-tibqit.

Rabta

Din il-parti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott reġgħet inkitbet f’konformità mal-mudell tad-dokument uniku (l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika/l-ispeċifiċità tal-prodott/ ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott) u ġiet elaborata billi tqiesu preċiżazzjonijiet fil-metodu ta’ produzzjoni u l-kundizzjonijiet tradizzjonali għall-produzzjoni tal-ħalib u għall-ipproċessar tal-ġobon li jikkontribwixxu għall-karatteristiċi u r-reputazzjoni tal-“Camembert de Normandie”.

Tikkettar

Bil-għan li l-ispeċifikazzjoni tiġi konformi mar-regolamentazzjoni nazzjonali, id-dispożizzjoni dwar it-tqegħid tal-logo “INAO” tneħħiet. Ġie deċiż ukoll li jkun ippreċiżat li d-denominazzjoni li kellha titpoġġa kienet “Appellation d'origine protégée” jew “AOP”, għat-tqegħid tal-logo “AOP” (DPO) tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, il-possibbiltajiet għall-użu b’mod fakultattiv tal-indikazzjonijiet “moulage à la louche” (imqiegħed fil-qaleb bil-kuċċarun) u “fabriqué au lait cru” (immanifatturat mill-ħalib mhux ipproċessat) tneħħew. Fil-fatt, it-tikkettar tal-ġobnijiet magħmula mill-ħalib mhux proċessat huwa rregolat bid-Digriet 2007-628 dwar il-ġobnijiet u l-ispeċjalitajiet tal-ġobon. Min-naħa l-oħra, peress li d-definizzjoni tat-terminu “louche” (kuċċarun) kienet tvarja u mhix riservata għal ġobnijiet tad-DPO, ġie deċiż li titneħħa din il-kitba mill-ispeċifikazzjoni tad-DPO “Camembert de Normandie”.

Rekwiżiti nazzjonali

Żdiedu t-tabella tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom għall-“Camembert de Normandie”.

DOKUMENT UNIKU

Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

CAMEMBERT DE NORMANDIE

Nru tal-KE: FR-PDO-0217-01049-12.10.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Camembert de Normandie”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1

Il-“Camembert de Normandie” huwa ġobon mill-ħalib mhux ipproċessat, artab u ftit immellaħ li fih tal-inqas 45 gramma xaħam għal kull 100 gramma ġobon wara li jinxef kompletament u li l-piż totali ta’ materjal xott hu aktar jew ugwali għal 115 gramma għal kull ġobna.

Il-“Camembert de Normandie” hu kkaratterizzat mill-elementi li ġejjin:

forma ċilindrika ċatta b’dijametru ta’ bejn 10,5 sa 11ċm u bil-piż nett indikat fuq it-tikketta ta’ minimu ta’ 250 gramma,

il-qoxra msejħa “iffjurita” ta’ kulur abjad, b’moffa superfiċjali li tikkostitwixxi speċi ta’ feltru abjad li jista’ jkollu xi marki ħomor jidhru,

il-ġobon ta’ ġewwa l-qoxra jvarja bejn l-avorju u l-isfar ċar. immaturat kompletament, il-ġobon huwa lixx u artab,

it-togħma hija ftit mielħa, għall-ewwel togħma ta’ ħalib u ħelwa mbagħad, wara aktar maturazzjoni, it-togħma ssir aktar qawwija u tal-frott.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-“Camembert de Normandie” ġej mill-azjendi agrikoli li għandhom tal-inqas 50 % mill-baqar tal-ħalib tagħhom li jkunu ġejjin mill-baqar tar-razza pura tan-Normandija.

3.4.   L-għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Sabiex tkun garantita rabta mill-qrib bejn iż-żona u l-prodott permezz ta' għalf speċifiku fiż-żona ġeografika, il-baqar tal-ħalib jirgħu tal-inqas 6 xhur fis-sena. L-azjenda agrikola fiha tal-inqas 0,33 ettaru ta’ bur għal kull baqra tal-ħalib għat-tiħlib li minnhom 0,25 ettaru ta’ bur għar-rigħi huma aċċessibbli mill-post tal-ħalba, flimkien ma’ 2 ettari ta’ mergħat għal kull ettaru ta’ qamħirrun maħżun li jintużaw għall-għalf tal-annimali tal-merħla.

Fl-azjenda jiġi prodott sa 80 % mir-razzjon bażiku tal-ikel għall-merħla (ikkalkolat bħala materjal xott). Il-provvista ta’ ikel komplementari hi limitata għal 1 800 kg għal kull baqra tal-merħla u għal kull sena kalendarja. L-għalf u l-ikel komplementari awtorizzati huma ppreċiżati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita

Il-produzzjoni tal-ħalib, l-immanifatturar, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-ġobnijiet iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-proċessi ta’ maturazzjoni u ta’ ppakkjar tal-ġobnijiet huma assoċjati ma’ xulxin u għalhekk iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4. Fil-fatt, il-maturazzjoni tinkludi proċess fil-post tat-tnixxif, imbagħad, jekk ikun hemm bżonn, maturazzjoni addizzjonali wara l-ippakkjar.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Kull ġobon ikkummerċjalizzat bid-DPO “Camembert de Normandie” jingħata tikketta individwali li ġġib l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini u l-kliem “Appellation d'origine protégée” jew “AOP”. It-tqegħid tas-simbolu “AOP” tal-Unjoni Ewropea huwa obbligatorju.

4.   Deskrizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni tal-ħalib, l-immanifatturar, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-ġobnijiet isiru fiż-żona ġeografika li testendi sat-territorju tal-“cantons” jew partijiet mill-cantons li ġejjin:

Id-dipartiment ta’ Calvados

Il-cantons kollha ta’ Bény-Bocage, Blangy-le-Château, Cambremer, Caumont-l’Éventé, Condé-sur-Noireau, Dozulé, Falaise, Honfleur, Isigny-sur-Mer, Lisieux, Livarot, Mézidon-Canon, Orbec, Pont-l’Évêque, Saint-Pierre-sur-Dives, Saint-Sever-Calvados, Trévières, Trouville-sur-Mer, Vassy u Vire; il-canton ta’ Aunay-sur-Odon minbarra l-canton ta’ Bauquay; il-canton ta’ Balleroy minbarra l-canton ta’ Bucéels, Chouain u Condé-sur-Seulles; il-canton ta’ Bayeux minbarra l-communes ta’ Nonant, Saint-Martin-des-Entrées u Saint-Vigor-le-Grand; fil-canton ta’ Bourguebus, il-communes ta’ Airan, Cesny-aux-Vignes, Moult u Ouézy; fil-canton ta’ Bretteville-sur-Laize, il-communes ta’ Grimbosq, Maizières u Les Moutiers-en-Cinglais; il-canton ta’ Cabourg minbarra l-communes ta’ Colombelles, Hérouvillette u Ranville; fil-canton ta’ Évrecy, il-communes ta’ La Caine, Curcy-sur-Orne, Goupillières, Hamars, Montigny, Ouffières, Préaux-Bocage, Saint-Martin-de-Sallen u Trois-Monts; il-cantons ta’ Falaise minbarra l-communes ta’ Bons-Tassilly, Damblainville, Eraines, Fresnes-la-Mère, Pertheville-Ners, Potigny, Saint-Germain-Langot, Saint-Pierre-Canivet, Soumont-Saint-Quentin, Ussy, Versainville u Villy-lez-Falaise; fil-canton ta’ Morteaux-Couliboeuf, il-communes ta’ Bernières-d’Ailly, Courcy, Crocy, Louvagny, Le Marais-la-Chapelle, Les Moutiers-en-Auge, Norrey-en-Auge, Vicques u Vignats; fil-canton ta’ Ouistreham, il-communes ta’ Ouistreham; fil-canton ta’ Ryes, il-communes ta’ Commes, Longues-sur-Mer, Magny-en-Bessin, Le Manoir, Manvieux; fil-canton ta’ Tilly-sur-seulles, il-communes ta’ Saint-Vaast-sur-Seulles; il-canton ta’ Thury-Harcourt minbarra l-communes ta’ Acqueville, Cesny-Bois-Halbout, Espins, Martainville, Placy u Tournebu; il-canton ta’ Troarn minbarra l-communes ta’ Cagny, Cuverville, Démouville, Emiéville, Giberville, Sannerville, Touffréville u Vimont; il-canton ta’ Villers-Bocage minbarra l-communes ta’ Banneville-sur-Ajon, Courvaudon, Landes-sur-Ajon, Le Locheur, Maisoncelles-sur-Ajon, Le Mesnil-au-Grain, Missy u Saint-Aignan-le-Malherbe.

Id-dipartiment ta’ Eure

Il-cantons kollha ta’ Beuzeville; il-canton ta’ Beaumesnil minbarra l-communes ta’ Ajou u Gouttières; fil-cantons ta’ Bernay, il-communes ta’ Caorches-Saint-Nicolas u Saint-Victor de Chrétienville; fil-canton ta’ Breteuil, il-communes ta’ Cintray u Francheville; fil-canton ta’ Brionne, il-communes ta’ Le Bec Helloin u Brionne; il-canton ta’ Broglie minbarra l-communes ta’ Broglie u Ferrières-Saint-Hilaire; il-canton ta’ Cormeilles minbarra l-communes ta’ Fresne-Cauverville; fil-canton ta’ Montfort-sur-Risle, il-communes ta’ Appeville-Annebault, Authou, Condé-sur-Risle, Freneuse-sur-Risle, Glos-sur-Risle, Montfort-sur-Risle u Pont-Authou; il-canton ta’ Pont-Audemer minbarra l-communes ta’ Colletot, Fourmetot, Manneville-sur-Risle u Saint-Mards-de-Blacarville; fil-canton ta’ Quillebeuf-sur-Seine, il-communes ta’ Bouquelon, Marais-Vernier, Sainte-Opportune-la-Mare u Saint-Samson-de-la-Roque; il-canton ta’ Rugles minbarra l-communes ta’ Chéronvilliers; fil-canton ta’ Saint-Georges-du-Vièvre, il-communes ta’ Lieurey, Noards, La Noë-Poulain, La Poterie Mathieu u Saint-Christophe-sur-Condé; il-canton ta’ Thiberville minbarra l-communes ta’ Barville, Bazoques, Boissy-Lamberville, Bournainville-Faverolles, Le Favril, Folleville, Giverville u heudreville-en-Lieuvin.

Id-dipartiment ta’ Manche

Il-cantons kollha ta’ Avranches, Barenton, Barneville-Carteret, Beaumont-Hague, Brécey, Bréhal, Bricquebec, Canisy, Carentan, Cerisy-la-Salle, Cherbourg, Coutances, Equeurdreville-Hainneville, Gavray, Granville, La Haye-du-Puits, La Haye-Pesnel, Isigny-le-Buat, Jullouville, Juvigny-le-Tertre, Lessay, Marigny, Montebourg, Montmartin-sur-Mer, Mortain, Octeville, Percy, Périers, Les Pieux, Saint-Clair-sur-l’Elle, Saint-Hilaire-du-Harcoët, Saint-Jean-de-Daye, Saint-Lô, Saint-Malo-de-la-Lande, Sainte-Mère-Eglise, Saint-Ovin, Saint-Pois, Saint-Sauveur-Lendelin, Saint-Sauveur-le-Vicomte, Sartilly, Sourdeval, Le Teilleul, Tessy-sur-Vire, Torigni-sur-Vire, Tourlaville, Valognes, Vesly, Villedieu-les-Poêles; il-canton ta’ Ducey minbarra l-communes ta’ Céaux, Courtils, Crollon u Précey; il-canton ta’ Quettehou minbarra l-communes ta’ Anneville-en-Saire, Barfleur, Montfarville, La Pernelle, Réville, Sainte-Geneviève u Valcanville; fil-canton ta’ Saint-James, il-communes ta’ Hamelin, Saint-Aubin-de-Terregatte, Saint-Laurent-de-Terregatte u Saint-Senier-de-Beuvron; il-canton ta’ Saint-Pierre-Eglise minbarra l-communes ta’ Clitourps, Gatteville-le-Phare, Gouberville, Néville-sur-Mer u Tocqueville.

Id-dipartiment ta’ Orne

Il-cantons kollha ta’ Athis-de-l’Orne, Briouze, Carrouges, Domfront, Écouché, Exmes, La Ferté-Frênel, La Ferté-Macé, Flers, Gacé, Juvigny-sous-Andaine, Le Merlerault, Messei, Mortrée, Passais, Putanges-Pont-Ecrepin, Tinchebray, Vimoutiers; il-cantons ta Aigle minbarra l-communes ta’ Aube, Irai, Saint-Martin-d’Ecublai, Rai u Vitrai-sous-l’Aigle; il-cantons ta’Alençon minbarra l-communes ta’ Colombiers, Cuissai, Lonrai; id-distretti ta’ Argentan minbarra l-communes ta’ Commeaux, Occagnes, Sévigny; fil-canton ta’ Bazoches-sur-Hoëne, il-communes ta’ Bure, La Mesnière, Saint-Aubin-de-Courteraie, Saint-Ouen-de-Sécherouvre u Soligné-la-Trappe; fil-canton ta’ Courtomer, il-communes ta’ Brullemail, Courtomer, Ferrières-la-Verrerie, Godisson, Le Plantis, Saint-Agnan-sur-Sarthe, Saint-Léonard-des-Parcs, Tellières-le-Plessis; fil-canton ta’ Longny-au-Perche, il-communes ta’ Monceaux-au-Perche u Saint-Victor-de-Réno; il-canton ta’ Le Mêle-sur-Sarthe minbarra l-communes ta’ Aunay-les-Bois, Boitron, Essay u Menil-Erreux; fil-canton ta’ Mortagne-au-Perche, il-communes ta’ Feings; il-canton ta’ Moulins-la-Marche minbarra l-communes ta’ Bonnefoi, Les Genettes u Les Aspres; fid-canton ta’ Pervenchères, il-communes ta’ Barville, Coulimer, Parfondeval, Pervenchères, Saint-Julien-sur-Sarthe, Saint-Quentin-de-Blavou u Vidai; fil-canton ta’ Rémalard, il-communes ta’ Boissy-Maugis; il-canton ta’ Sées minbarra l-communes ta’ Aunou-sur-Orne, Neauphe-sous-Essai u Sées; fil-canton ta’ Tourouvre, il-communes ta’ Autheuil, Bivilliers, Bubertre, Champs, Lignerolles u Tourouvre; il-canton ta’ Trun minbarra l-communes ta’ Bailleul, Brieux, Fontaine-les-Bassets, Guêprei u Villedieu-les-Bailleul.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Camembert de Normandie” tkopri t-tliet dipartimenti tan-Normandija t’Isfel (Calvados, Manche u Orne) kif ukoll il-fruntiera oċċidentali tad-dipartiment ta’ Eure. Din iż-żona tibbenefika minn klima tat-tip oċeaniku u minn pajsaġġi ddominati minn imsaġar u mill-preżenza ta’ netwerk idrografiku folt u numru ta’ artijiet mistagħdra assoċjati.

Dan ir-reġjun bi tradizzjoni kbira tal-ġobon kien il-post li fih bdew isiru t-tliet ġobnijiet ewlenin tan-Normandija (il-“Livarot”, il-“Camembert de Normandie” u l-“Pont L’Évêque”). Hawnhekk ġew żviluppati b’mod simultanju attività dinamika tal-immanifatturar tal-ġobon artab u produzzjoni speċifika tal-ħalib. L-ispeċifiċità tal-produzzjoni tal-ħalib ġejja mir-razza ta’ baqar użata: dik tan-Normandija, iżda wkoll mill-kundizzjonijiet ta’ għalf ikkaratterizzati mill-predominanza tal-ħaxix fir-razzjon tal-ikel tal-annimali u mill-fatt li l-konsum tiegħu jsir meta l-merħla tkun qed tirgħi matul perjodu ta’ mill-anqas 6 xhur fis-sena.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-“Camembert de Normandie” jġib ismu mill-villaġġ ta’ Camembert li jinsab madwar tletin kilometru fin-Nofsinhar ta’ Lisieux. L-ewwel kitbiet dwar il-post imorru lura għas-seklu XVII u jitkellmu dwar ġobnijiet eċċezzjonali li dak iż-żmien kienu mibjugħa bħala ġobon “abjad” lir-raffinaturi. Fit-tieni nofs tas-seklu XIX bl-iżvilupp tal-imħaleb pijunieri għall-produzzjoni tal-ġobon, dan il-ġobon beda jikseb suċċess u popolarità bis-saħħa tat-tixrid tiegħu fl-ibliet permezz tas-sistema tal-linji ferrovjarji.

Kiseb fama kbira fil-bidu tas-seklu XX u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, perjodu li matulu l-produtturi tal-ġobon ppruvaw jipprovdu camemberts lill-armata Franċiża kif ukoll ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber fil-livell nazzjonali. Minħabba din id-domanda bdew jiżdiedu diversi prodotti bl-isem “camembert” u d-denominazzjoni ġejja minn oriġini differenti, iżda l-“Camembert de Normandie” biss ġie finalment rikonoxxut fi Franza bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata għall-prodotti li jirrispettaw ir-rabta maż-żona tan-Normandija u l-metodi tekniċi tradizzjonali: ħalib mhux ipproċessat, il-qsim fil-qaleb, l-iskular mill-ilma b’mod naturali.

Il-“Camembert de Normandie” hu magħruf l-aktar għall-forma ċilindrika ċatta unika tiegħu, il-qoxra msejħa “ffjurita” ta’ kulur bajdani, b’moffa superfiċjali, b’konsistenza li tvarja bejn avorju u isfar ċar, lixxa u ratba, b’togħma ftit mielħa, għall-ewwel togħma ta’ ħalib u ħelwa u mbagħad, wara aktar maturazzjoni, it-togħma ssir aktar qawwija u tal-frott.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta bejn iż-żona tal-“Camembert de Normandie” u l-karatteristiċi tagħha tidher fil-kundizzjonijiet tal-ambjent naturali li jiffavorixxu l-użu tal-ħaxix u l-prattiki tat-trobbija speċifiċi għaż-żona tan-Normandija assoċjati mat-tradizzjoni u l-għarfien fil-produzzjoni tal-ġobon żviluppati minħabba li l-Camembert de Normandie ilu jiġi mmanifatturat għal ħafna żmien.

Il-ħalib immanifatturat għandu karatteristika speċifika li ġejja mir-rigħi li huwa pprattikat ta’ spiss bejn Marzu u Novembru, minħabba l-klima moderata u d-disponibbiltà fuq firxa wiesgħa ta’ bur kif ukoll l-użu tal-annimali tar-razza tan-Normandija, utilizzata għal aktar minn seklu fir-reġjun tal-produzzjoni tal-ġobon. Il-kontenut rikk ta’ proteini u l-faċilità tal-użu tiegħu għall-produzzjoni tal-ġobon jirriżultaw f’baqta solida, li tista’ tiġi ffurmata fi blokok u faċilment mneħħija mill-ilma.

L-għarfien fil-produzzjoni tal-ġobon ġie żviluppat bl-użu ta’ prattiki stretti (l-ikel tal-annimali, l-iġjene matul it-tiħlib, l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat, l-ixkumar parzjali, it-tibqit f’kontenituri, il-qsim fil-qaleb, l-iskular mill-ilma b’mod naturali…) li jippermettu li jinkiseb vantaġġ mill-ħiliet fil-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCCamembertdeNormandie.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/27


Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tad-dokument uniku dwar id-deżinjazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika reġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill

2013/C 140/12

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (1)

“VITELA DE LAFÕES”

Nru tal-KE: PT-PGI-0017-0249-20.01.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Vitela de Lafões”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Laħam li jirriżulta mill-qtugħ tal-karkassi ta’ bovini żgħażagħ maskili u feminili qabel ma jiġu miftuma (età’ ta’ bejn il-ħames u s-seba’ xhur) tar-razez Arouquesa u Mirandesa u t-taħlit tar-razez bejniethom.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

L-għoġġiela jingħalfu bil-ħalib matern sal-età meta jinqatlu. Apparti li jerdgħu, l-għoġġiela jistgħu jingħataw dieta supplimentari li tikkonsisti minn ħuxlief lokali, veġetazzjoni staġjonali mill-bur u oġġetti tal-ikel konċentrati magħmula primarjament mid-dqiq tal-qamħirrun, prodott fl-azjenda agrikola nfisha.

Il-bovini materni jieklu prodotti naturali magħmula mill-qamħirrum, sikrana, ħaxix artab, xgħir, ħaxix u ħuxlief minn bur irrigat, ġinestrun komuni u xorta oħra, ħxejjex imħattbin, ġummar artab, ħxejjex u arbuxell selvaġġi tal-għoljiet, ħafur, segala, tiben u ħuxlief.

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika definita

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-imballaġġ, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Il-paroċċi kollha tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Oliveira de Frades, Vouzela u S. Pedro do Sul.

Il-parroċċa ta’: Cedrim u Couto de Esteves tal-Muniċipalità ta’ Sever do Vouga; Bodiosa u Ribafeita fil-Muniċipalità ta’ Viseu; u Alva u Gafanhão fil-Muniċipalità ta’ Castro Daire.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ Lafões testendi għat-tliet pajsaġġi muntanjużi li jinsabu ħdejn ix-Xmara Vouga (il-pajsaġġi ta’ Caramulo, Gralheira u Montemuro) u għandha karatteristiċi speċifiċi fir-rigward tal-klima, il-ħamrija u r-riżalt. Għandha wkoll mikro klima (bħala punt tranżitorju bejn il-klimi tal-baħar u kontinentali) li jagħmluha adattata sew għat-trobbija ta’ għadd ta’ speċijiet ta’ siġar u veġetazzjoni tal-arbuxell erbaċi, b’konċentrazzjoni ta’ speċijiet bħal ġummar artab, ħxejjex imħattbin, ġinestrun komuni u xorta oħra, u s-siġar tal-warda tal-blat li jintużaw biex fuqhom jirgħu l-annimali u li fuq livell nutrittiv jagħtu lil-laħam il-karatteristiċi partikolari tiegħu.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi ewlenin tal-laħam “Vitela de Lafões” huma:

Kulur: roża ċar bix-xaħam abjad mifrux b’mod ekwu fuq il-laħam, u tessut fin tal-muskoli;

Konsistenza: sod u kemmxejn imxarrab, li jagħmluh verament sukkulenti.

Riħa u togħma: ir-riħa u t-togħma tiegħu huma uniċi u jirriflettu l-oġġetti tal-ikel naturali li jkunu ġew esposti għalihom l-annimali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP)

Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott tirriżulta mill-manjiera tradizzjonali li fiha l-annimali jitrabbew (il-bovini materni u l-għoġġiela) u l-kwalità tal-bur u tar-razez li jsawru dan il-prodott.

Il-kwalitajiet ta’ “Vitela de Lafões”diġà kienu rikonoxxuti f’nofs is-seklu dsatax. Il-provenanza tiegħu kienet ukoll xi ftit definita, kif jixhed l-ewwel volum tal-Archivo Rural ta’ Silvestre Bernardo de Lima mill-1858: “Hemm domanda kbira fil-biċċerija għal baqar żgħażagħ u għoġġiela li ma ssibx bħalhom, li jkunu għadhom jerdgħu jew ftit wara li jkunu ġew miftuma, li jipproduċu l-vitella ċelebri ta’ S. Pedro do Sul u Lafões.”

Referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2))

http://www.gpp.pt/Valor/CE_Vitela_Lafoes.pdf


(1)  Sostiwit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/29


Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 140/13

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (1)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“HUILE ESSENTIELLE DE LAVANDE DE HAUTE-PROVENCE”/“ESSENCE DE LAVANDE DE HAUTE-PROVENCE”

Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0141-20.10.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettjar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħra (referenzi għad-dettalji tal-grupp u tal-istrutturi tal-ispezzjonijiet)

2.   Tip ta' emenda(i)

Emenda fid-dokument uniku jew is-sinteżi

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda(i)

3.1.   Isem il-prodott

F’konformità mal-punt “Isem il-prodott” tal-ispeċifikazzjoni preċedenti tal-prodott, l-isem tal-prodott huwa: “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence”.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott

Id-deskrizzjoni tal-prodott tlestiet skont id-dispożizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali li jiddefinixxu d-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” u b’mod partikolari skont il-karatteristiċi analitici li għandhom x’jaqsmu ma' din id-denominazzjoni.

Barra minn hekk, il-grupp irid jintroduċi emenda li għandha x’taqsma mal-erba’ parametri analitiċi peress li matul is-snin kien hemm evoluzzjoni ta’ dawn il-parametri kkawżata minn tibdil fil-klima. Din il-bidla fil-klima kkawżat bidla fil-kompożizzjoni kimika tal-fjuri minħabba sjuf isħen u aktar xotti kif ukoll minħabba tip ta’ cicadella li ġġiegħel lix-xitla tidbiel malajr. Għall-erba’ kriterji inkwistjoni, il-grupp qed jipproponi l-emenda li ġejja :

għall-oktanon-3 il-firxa tinbidel minn: “0,7 sa 2” għal “0,5 sa 2”

għall-α-terpineol minn: <0,5 għal α terpineol ≤ 0,7

fir-rigward tal-proporzjon Ċis-ß-oċimen/Trans-ß-oċimen minn: “1,2 sa 2,7” għal “1,05 sa 2,7”

għall-proporzjon Trans-ß-Oċimen/Oktanon-3 minn: “1,4 sa 7” għal “1,4 sa 9”

Id-deskrizzjoni tal-prodott tinbidel kif ġej:

“(…) Il-‘Huile essentielle de lavande de Haute-Provence’/‘Essence de lavande de Haute-Provence’ għandu jkollu dawn il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:

 

Valur tal-aċtu: < 1,0;

 

Ċineole 1,8: minn 0,2 sa 1,0;

 

Ċis-ß-Oċimen: minn 3,0 sa 9,0;

 

Trans-ß-Oċimen: minn 2,2 sa 4,9;

 

Oktanon-3: minn 0,5 sa 2,0;

 

Ganfra: < 0,5;

 

Linalol: < 36;

 

Terpinen-1-ol-4: minn 2,5 sa 5,5;

 

Lavandulil aċetat: < 2,5;

 

Lavandulol: < 0,5;

 

α-Terpeneol: < 0,7;

 

il-proporzjon Ċis-ß-Oċimen/Trans-ß-Oċimen: minn 1,05 sa 2,7;

 

il-proporzjon Trans-ß-Oċimen/Oktanon-3: minn 1,4 sa 9;

 

il-proporzjon tal-Linalol + linalil aċetat/lavandulol + lavandulil aċetat: minn 12 sa 18.

Fi żmien meta l-ħsad jsofri minn kundizzjonijiet klimatiċi mhux tas-soltu, id-direttur tal-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) jista’ jagħti derogi għall-kriterji ta’ hawn fuq abbażi tal-parir mogħti mill-grupp. Dawn id-derogi ma jistgħux jaqbżu l-valuri li ġejjin:

 

Valur tal-aċtu: < 1,2;

 

Ċineole 1,8: minn 0,1 sa 1,5;

 

Ċis-ß-oċimen: minn 2,5 sa 10;

 

Trans-ß-Oċimen: minn 1,5 sa 6;

 

Oktanon-3: minn 0,3 sa 2,0;

 

Ganfra: < 0,55;

 

Linalol: < 38;

 

Terpinen-1-ol-4: minn 1,5 sa 6;

 

Lavandulil aċetat: < 2;

 

Lavandulol: < 0,4;

 

α-terpeneol: < 0,8;

 

Il-proporzjon Ċis-ß-oċimen/Trans-ß-Oċimen: minn 0,9 sa 2,7;

 

Il-proporzjon Trans-ß-Ooċimen/Oktanon-3: minn 1,4 sa 10;

 

il-proporzjon tal-linalol + linalil aċetat/lavandulol + lavandulil aċetat: minn 10 sa 20.”

3.3.   Id-definizzjoni taż-żona ġeografika

Il-passi li għandhom jittieħdu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni huma speċifikati: il-lavanda għandha tinħasad u tkun distillata fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni.

Il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni li kienu elenkati fid-digriet ta’ rikonoxximent “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” ġiet inkluża għal aktar ċarezza u preċiżjoni.

Jistgħu jingħataw id-derogi li ġejjin:

“Id-derogi għall-għoli minimu ta’ 800 metru jistgħu jingħataw mill-Kumitat Nazzjonali tal-Prodotti Agroalimentari tal-Institut national des appellations d'origine (INAO) bi tweġiba għall-parir li ngħata mill-kummissjoni ta' esperti mwaqqfa għal dan il-għan mill-kumitat. Dawn id-derogi ma jistgħux jingħataw lill-ħbula ta’ art lokalizzati f’għoli inqas minn 600 metru.”

3.4.   Metodu tal-produzzjoni

Kien preċiżat il-metodu ta’ kif jinkisbu dawn ix-xtieli li jirriproduċu biss permezz taż-żrieragħ. Din l-informazzjoni nġabret mid-digriet ta’ rikonoxximent tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”.

3.5.   Rabta maż-żona ġeografika

Din il-parti nkitbet mill-ġdid biex turi l-karatteristiċi taż-żona ġeografika, il-karatteristiċi tal-prodott u r-rabta maż-żona ġeografika. Din it-taqsima żdiedet f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

3.6.   Aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi ta’ spezzjoni u l-grupp li qed jagħmel it-talba

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali ta’ spezzjoni kif ukoll dawk tal-grupp kienu aġġornati.

3.7.   It-tikkettjar

Ir-rekwiżiti konnessi mat-tikkettjar kienu emendati sabiex jinkludu l-obbligu li jkun applikat is-simbolu tad-DPO tal-Unjoni Ewropea.

3.8.   Rekwiżiti nazzjonali

F’konformità mar-riforma nazzjonali fis-sistema ta’ spezzjoni, l-ispeċifikazzjoni ġiet supplimentata b’tabella bil-punti ewlenin li għandhom jiġu ċċekkjati u l-metodi ta’ valutazzjoni li jridu jintużaw.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“HUILE ESSENTIELLE DE LAVANDE DE HAUTE-PROVENCE”/“ESSENCE DE LAVANDE DE HAUTE-PROVENCE”

Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0141-20.10.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 3.2.

Żjut essenzjali

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1

Il-“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence” huwa likwidu li jinkiseb permezz tad-distillazzjoni tal-fwar tal-ilma tal-uċuh tal-fjuri Lavandula Angustifolia P. Miller. Il-pjantaġġuni tal-lavanda għandhom ikunu magħmulin minn popolazzjoni ta’ xtieli ta' oriġini lokali li jirriproduċi biss permezz taż-żrieragħ. It-tħawwil ta’ kloni, tħawwil riprodott permezz ta’ propagazzjoni veġetattiva u t-tħawwil riprodott minn żrieragħ ta’ kloni huma esklużi. Il-“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” huwa prodott li ta’ spiss jintuża bħala prodott intermedjarju prinċipalment fil-fwejjaħ kif ukoll fi prodotti farmaċewtiċi u fl-aromaterapija. Il-“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence” għandu jkollu dawn il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin, imkejla b'mezzi tal-kromatografija:

 

Valur tal-aċtu: < 1,0;

 

Ċineole 1,8: minn 0,2 sa 1,0;

 

Ċis-ß-oċimen: minn 3,0 sa 9,0;

 

Trans-ß-Oċimen: minn 2,2 sa 4,9;

 

Oktanon-3: minn 0,5 sa 2,0;

 

Ganfra: < 0,5;

 

Linalol: < 36;

 

Terpinen-1-ol-4: minn 2,5 sa 5,5;

 

Lavandulil aċetat: < 2,5;

 

Lavandulol: < 0,5;

 

α–Terpineol: < 0,7;

 

Il-proporzjon Ċis-ß-Oċimen/Trans-ß-Oċimen: minn 1,05 sa 2,7;

 

Il-proporzjon Trans-ß-Oċimen/Oktanon-3: minn 1,4 sa 9;

 

Il-proporzjon tal-Linalol + linalil aċetat/lavandulol + lavandulil aċetat: minn 12 sa 18.

Fi żmien meta l-ħsad isofri minn kundizzjonijiet climatiċi mhux tas-soltu, id-direttur tal-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) jista’ jagħti derogi għall-kriterji ta’ hawn fuq abbażi tal-parir mogħti mill-grupp. Dawn id-derogi ma jistgħux jaqbżu l-valuri li ġejjin:

 

Valur tal-aċtu: < 1,2;

 

Ċineole 1,8: minn 0,1 sa 1,5;

 

Ċis-ß-Oċimen: minn 2,5 sa 10;

 

Trans-ß-oċimen: minn 1,5 sa 6;

 

Oktanon-3: minn 0,3 sa 2,0;

 

Ganfra: < 0,55;

 

Linalol: < 38;

 

Terpinen-1-ol-4: minn 1,5 sa 6;

 

Lavandulil aċetat: < 2;

 

Lavandulol: < 0,4;

 

α-terpeneol: < 0,8;

 

Il-proporzjon Ċis-ß-Oċimen/Trans-ß-Oċimen: minn 0,9 sa 2,7;

 

Il-proporzjon Trans-ß-Oċimen/Oktanon-3: minn 1,4 sa 10;

 

Il-proporzjon tal-Linalol + linalil aċetat/lavandulol + lavandulil aċetat: minn 10 sa 20.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   L-għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita

Il-lavanda titkabbar u tiġi distillata fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettjar

L-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini u s-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea għandhom jidhru b’mod ċar fuq il-kontenituri kollha kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika definita

Iż-żona ġeografika tal-“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence” tkopri t-territorju tal-erba’ dipartimenti li ġejjin: Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Drôme u Vaucluse. Dan it-territorju hu magħmul minn 283 communes. Il-kriterji li jiddefinixxu din iż-żona ġeografika jiġbru flimkien kostitwenti tal-ambjent fiżiku li ġew adattati għall-ħtiġijiet ekoloġiċi tal-lavanda b’fatturi umani assoċjati mal-produzzjoni tal-“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence”.

Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni hija limitata

(a)

Għall-muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Id-dipartiment tal-Alpes-de-Haute-Provence

Allons, Angles, Annot, Archail, Aubignosc, Authon, Banon, Barles, Barrême, Bayons, Beaujeu, Bellafaire, Beynes, Blégiers, Blieux, Braux, Le Brusquet, Le Caire, Castellane, Le Castellard-Mélan, Castellet-les-Sausses, Val-de-Chalvagne, Châteaufort, Châteauneuf-Miravail, Châteauneuf-Val-Saint-Donat, Chaudon-Norante, Clamensane, Clumane, Cruis, Curel, Demandolx, Digne-les-Bains, Draix, Entrages, Entrevaux, Faucon-du-Caire, Le Fugeret, La Garde, Gigors, Hautes-Duyes, L'Hospitalet, La Javie, Lambruisse, Lardiers, Majastres, Mallefougasse-Augès, Marcoux, Méailles, Montsalier, Moriez, La Motte-du-Caire, Moustiers-Sainte-Marie, La Mure-Argens, Nibles, Noyers-sur-Jabron, Les Omergues, Ongles, La Palud-sur-Verdon, Peipin, Peyroules, Piegut, Prads-Haute-Bleone, Redortiers, Revest-du-Bion, La Robine-sur-Galabre, La Rochegiron, La Rochette, Rougon, Saint-André-les-Alpes, Saint-Benoît, Saint-Etienne-les-Orgues, Saint-Geniez, Saint-Jacques, Saint-Julien-du-Verdon, Saint-Lions, Saint-Pierre, Saint-Vincent-sur-Jabron, Saumane, Sausses, Senez, Simiane-la-Rotonde, Soleilhas, Tartonne, Thoard, Thorame-Basse, Thorame-Haute, Turriers, Ubraye, Valavoire, Valbelle, Venterol, Vergons.

 

Id-Dipartiment tal-Hautes-Alpes

Antonaves, Aspremont, Aspres-sur-Buëch, Barcillonnette, Barret-le-Bas, La Bâtie-Montsaléon, La Beaume, Le Bersac, Bruis, Chabestan, Chanousse, Châteauneuf-de-Chabre, Châteauneuf-d'Oze, Eourres, L'Epine, Esparron, Espinasses, Etoile-Saint-Cyrice, La Faurie, Fouillouse, La Freissinouse, Furmeyer, Gap, La Haute-Beaume, Lardier-et-Valença, Manteyer, Mereuil, Montbrand, Montclus, Montjay, Montmaur, Montmorin, Montrond, Moydans, Neffes, Nossage-et-Bénévent, Orpierre, Oze, Pelleautier, La Piarre, Ribeyret, Ribiers, La Roche-des-Arnauds, Rosans, Saint-André-de-Rosans, Saint-Auban-d'Oze, Sainte-Colombe, Saint-Genis, Saint-Julien-en-Beauchêne, Sainte-Marie, Saint-Pierre-d'Argençon, Saint-Pierre-Avez, Le Saix, Salerans, Savournon, Serres, Sigottier, Sigoyer, Sorbiers, Théus, Trescléoux, Veynes, Vitrolles.

 

Id-Dipartiment ta’ Drôme

Arnayon, Arpavon, Aulan, Ballons, Barret-de-Lioure, La Bâtie-des-Fonds, Beaumont-en-Diois, Beaurières, Bellecombe-Tarendol, Bellegarde-en-Diois, Bésignan, Bonneval-en-Diois, Boulc, Bouvières, Chalançon, La Charce, Charens, Chaudebonne, Chauvac, Cornillac, Cornillon-sur-l'Oule, Establet, Eygalayes, Eyroles, Ferrassières, Glandage, Gumiane, Izon-la-Bruisse, Jonchères, Laborel, Lachau, Laux-Montaux, Lemps, Lesches-en-Diois, Mévouillon, Miscon, Montauban-sur-l'Ouvèze, Montaulieu, Montbrun-les-Bains, Montferrand-la-Fare, Montfroc, Montguers, Montjoux, Montréal-les-Sources, La Motte-Chalancon, Pelonne, Plaisians, Le Poët-en-Percip, Le Poët-Sigillat, Pommerol, Poyols, Les Prés, Reilhanette, Rémuzat, Rioms, Rochebrune, La Roche-sur-le-Buis, La Rochette-du-Buis, Rottier, Roussieux, Saint-Auban-sur-l'Ouvèze, Saint-Dizier-en-Diois, Sainte-Euphémie-sur-Ouvèze, Saint-Ferréol-Trente-Pas, Sainte-Jalle, Saint-May, Saint-Sauveur-Gouvernet, Séderon, Teyssières, Treschenu-Creyers, Valdrôme, Val-Maravel, Valouse, Verclause, Vercoiran, Vers-sur-Méouge, Vesc, Villebois-les-Pins, Villefranche-le-Château, Villeperdrix, Volvent.

 

Id-Dipartiment tal-Vaucluse

Aurel, Lagarde-d'Apt, Monieux, Rustrel, Saint-Christol, Saint-Saturnin-d'Apt, Saint-Trinit, Sault, Savoillans, Villars.

Fi ħdan dawn il-muniċipalitajiet, il-pjantaġġuni biss lokalizzati ta' mill-anqas 800 metru jistgħu jingħataw id-denominazzjoni tal-oriġini.

Id-derogi għall-għoli minimu ta’ 800 metru jistgħu jingħataw mill-Kumitat Nazzjonali tal-Prodotti Agroalimentari tal-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) bi tweġiba għall-parir li jingħata minn kummissjoni ta' esperti mwaqqfa għal dan il-għan mill-kumitat. Dawn id-derogi ma jistgħux jingħataw lill-ħbula tal-art lokalizzati f’għoli inqas minn 600 metru.

(b)

Għall-muniċipalitajiet li ġejjin:

Id-Dipartiment ta’ Drôme

Aix-en-Diois, Aucelon, Aurel, Barnave, Barsac, Brette, Chamaloc, Chastel-Arnaud, Châtillon-en-Diois, La Chaudière, Die, Espenel, Eygluy-Escoulin, Laval-d'Aix, Luc-en-Diois, Marignac-en-Diois, Menglon, Molières-Glandaz, Montlaur-en-Diois, Montmaur-en-Diois, Pennes-le-Sec, Ponet-et-Saint-Auban, Pontaix, Pradelle, Recoubeau-Jansac, Rimon-et-Savel, Rochefourchat, Romeyer, Saint-Andéol, Saint-Benoît-en-Diois, Sainte-Croix, Saint-Julien-en-Quint, Saint-Nazaire-le-Désert, Saint-Roman, Saint-Sauveur-en-Diois, Vachères-en-Quint, Vercheny, Véronne.

Fi ħdan dawn il-muniċipalitajiet, huwa biss it-tħawwil f'għoli ta' mill-anqas 600 metru li jista’ jingħata d-denominazzjoni tal-oriġini.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi taż-żona ġeografika huma dawn li ġejjin:

 

Fatturi naturali

Il-lavanda fina, li hu l-isem komuni li jingħata lill-ispeċi Lavandula angustifolia, għandha t-tendenza li tikber fuq ħamrija magħrufa fil-pedoloġija bħala rendzinas griżi b’humus kalkarji. Dawn it-tipi ta’ ħamrija jiżviluppaw fuq kalkari tal-perjodu ġurassiku kretaċju. Barra minn hekk, il-lavanda tippreferi żoni relattivament friski u għalhekk żoni ta’ ċertu għoli relattiv biex fil-fatt tokkupa ħafna mill-artijiet muntanjużi li huma ogħla minn 600 metru jew 800 metru. Din iż-żona tikkorrispondi għal medda naturali ta’ distribuzzjoni tal-lavanda fina. Barra minn din iż-żona, il-Lavandula angustifolia tidbiel malajr.

 

Fatturi umani

Kien matul it-tieni nofs is-seklu 19 li l-ġbir tal-lavanda kien żviluppat fin-Nofsinhar ta’ Franza: f'dak iż-żmien, eżodu qawwi ta’ nies żvojta l-popolazzjoni fqira tal-kampanja. L-artijiet li tneħħewlhom is-siġar u kienu kkultivati matul iż-żmien, ġew abbandunati. It-tgħawwir wassal għad-deterjorazzjoni rapida tal-ħamrija li kixef il-blat ta’ taħtha. Xtieli robusti biss li kellhom bżonn ftit li xejn kura setgħu jikbru f’dik il-ħamrija: fost dawn ix-xtieli kien hemm il-lavanda u l-lavanda spika li malajr kibru fuq l-għoljiet abbandunati.

Fl-istess żmien, kien hemm żieda qawwija fl-użu tal-fwejjaħ u l-kosmetiċi. Grazzi għall-abbundanza ta’ materja prima disponibbli lokalment u l-ħila li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, kienet l-industrija tal-fwejjaħ li baqgħet tiffjorixxi sal-ġurnata tal-lum biex b'hekk tat lil Grasse r-reputazzjoni internazzjonali bħala l-kapitali tal-fwejjaħ tad-dinja.

Xi azjendi ħarġu minn Grasse u marru fil-qalba tal-pajjiż biex jistabbilixxu l-azjendi proprji tagħhom fiż-żoni fejn tinġabar il-lavanda tul is-sajf kollu; oħrajn għamlu arranġamenti mad-distillaturi lokali li kienu jiġbru l-essenzi għalihom. B’hekk ġie żgurat il-ħolqien ta’ opportunità kummerċjali għall-essenzi, li bdiet tħeġġeġ espansjoni rapida fil-ġbir tal-lavanda fiż-żoni muntanjużi tal-Haute-Provence li sa dak iż-żmien kienu magħrufa biss għat-trobbija ta’ annimali żgħar u t-tkabbir ta’ xi uċuħ tar-raba’.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-prodottt tipiku

Il-lavanda fina hi prodotta minn xtieli ta’ oriġini lokali li nżergħu jew minn xtieli żgħar taż-żerriegħa tagħhom stess fl-istess popolazzjoni. Id-diversità għanja tal-varjetajiet fi ħdan dawn il-popolazzjonijiet tagħti lill-essenzi tal-lavanda fina karatteristiċi speċifiċi u kwalità li jiddistingwuhom minn essenzi oħrajn. Il-parametri analitiċi l-aktar rappreżentattivi tal-“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence”/“Essence de lavande de Haute-Provence”, espressi f'termini ta' qċaċet kromatografiċi għal kull żona, huma l-linalol, il-lavandulol u l-lavandulil aċetat (il-valuri ta’ dawn il-komponenti aromatiċi huma definiti fil-punt 3.2). L-espressjoni aromatika tal-lavanda fina tiddistingwi ruħħa minn lavandi oħra (lavanda u lavanda spika) permezz tal-kumplessità, tal-finezza u tal-persistenza tagħha.

Ir-reputazzjoni

Ir-reputazzjoni tal-belt ta’ Grasse għall-produzzjoni tal-fwejjaħ ġejja mill-produzzjoni reġjonali taż-żejt essenzjali tal-lavanda. Il-wasla tat-tkabbir tal-lavandin, speċi aktar produttiva iżda li minnha jinkiseb żejt essenjali anqas fin, ġiegħel lill-produtturi jorganizzaw produzzjoni taż-żejt essenzjali strettament miksub mid-distillazzjoni tal-lavanda fina, bl-iskop li jkomplu jikkapitalizzaw mill-fama tagħhom ta’ produtturi tal-fwejjaħ bis-saħħa taż-żejt essenzjali bl-oriġini tar-reputazzjoni tagħhom.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)

Is-sensibilità tal-lavanda fl-ambjent naturali għandha riperkussjonijiet importanti fuq il-kompożizzjoni kimika u għaldaqstant fuq il-fwieħa tal-essenzi li dawn ix-xtieli jipproduċu. Dan jgħodd partikolarment għal-lavanda fina prodotta fuq skala kbira (xtieli ta’ oriġini lokali riprodotti biss permezz taż-żerriegħa, u bl-esklużjoni ta' xi għażla klonika u xi xtieli miksuba permezz ta' multiplikazzjoni veġetattiva) u dawn ix-xtieli, li għandhom personalità ġenetika tagħhom, jipproduċu żejt essenzjali bi sfumaturi analitiċi u rwejjaħ partikolari.

Il-lavanda li titkabbar fuq l-artijiet muntanjużi li jinsabu fuq għoli ta' mill-inqas 600 metru jew 800 metru jgawdu minn temperaturi friski u dan jiggarantixxi l-finezza aromatika taż-żejt essenzjali.

L-iskarsezza tal-ilma tal-ħamrija ta’ dawn iż-żoni muntanjużi tillimita l-espressjoni veġetattiva u twassal il-metaboliżmu tax-xitla għal sinteżi tal-komponenti aromatiċi.

Wara l-qtugħ, il-fjuri għandhom jitħallew jinxfu biex jitilfu, jekk hemm bżonn, l-ilma żejjed li allura jkollu jitnixxef permezz tad-distillazzjoni. Id-distillazzjoni titwettaq permezz tal-fwar, l-unika teknika li tippermetti l-preservazzjoni tal-komponenti aromatiċi tal-fjura. Mill-materja veġetali, il-fwar joħroġ iż-żjut essenzjali; wara dan il-fwar jiksaħ u jirritorna għall-istat likwidu. Biex ikunu ppreżervati l-konċentrazzjoni u l-karatteristiċi aromatiċi, ir-rendiment massimu taż-żejt essenzjali miksub minn kull ettaru tal-tħawwil huwa limitat.

Hemm rabta profonda bejn il-produttur tal-lavanda fina u l-prodott tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCHuileEssentielleLavandeHauteProvence.pdf


(1)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1.