ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.120.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
26 ta' April 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2013/C 120/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 120/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 120/03

Rata tal-kambju tal-euro

12

2013/C 120/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Marzu 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.530 – Microsoft (Irbit) – Relatur: Il-Bulgarija

13

2013/C 120/05

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.530 – Microsoft (irbit)

14

2013/C 120/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2013 rigward proċediment dwar l-impożizzjoni ta' multi skont l-Artikolu 23(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għan-nuqqas ta' konformità ma' impenn li sar vinkolanti b'deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39.530 – Microsoft (irbit)) (notifikata bid-dokument C(2013) 1210 final)

15

2013/C 120/07

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni li jkun magħruf bħala l-Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 120/08

Sejħa għall-proposti – EAC/S03/13 – Azzjoni Preparatorja: Sħubija Ewropea dwar l-Isport (Sejħa miftuħa)

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 120/09

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Kawża AT.39740 – Google ( 1 )

22

2013/C 120/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6888 – Otsuka/Mitsui/Claris) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

25

2013/C 120/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6886 – Lindéngruppen/FAM/Höganäs) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' April 2013

dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ

2013/C 120/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-investiment tal-lum fil-kapital uman taż-żgħażagħ Ewropej iwassal għal benefiċċji fit-tul u jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv. L-Unjoni tkun tista’ tibbenefika b’mod sħiħ mill-benefiċċji kollha ta’ forza tax-xogħol attiva, innovattiva u tas-sengħa, filwaqt li tevita l-ispejjeż enormi ta’ żgħażagħ li la jkunu qed jaħdmu, la jedukaw ruħhom u lanqas jitħarrġu (“NEETs”), li bħalissa jammontaw għal 1,2 % tal-PGD.

(2)

Iż-żgħażagħ intlaqtu partikolarment ħażin matul il-kriżi. Huma vulnerabbli minħabba l-perijodi ta’ tranżizzjoni li għaddejjin minnhom fil-ħajja, in-nuqqas ta’ esperjenza professjonali, minħabba li kultant ma jkunux edukati u mħarrġa biżżejjed, minħabba li l-kopertura ta’ ħarsien soċjali tagħhom spiss tkun waħda limitata, minħabba l-aċċess ristrett għal riżorsi finanzjarji, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji. In-nisa żgħażagħ aktar hemm ċans li jintlaqtu minn paga baxxa u minn impjiegi prekarji, filwaqt li l-ġenituri żgħażagħ, primarjament l-ommijiet żgħażagħ, ikunu neqsin minn miżuri ta’ bilanċ xieraq bejn il-ħajja u x-xogħol. Barra minn hekk, xi żgħażagħ huma fi żvantaġġ partikolari jew fir-riskju li jiġu diskriminati. Għalhekk hemm bżonn ta' miżuri ta' sostenn xierqa, filwaqt li tiġi rikonoxxuta r-responsabbiltà individwali taż-żgħażagħ biex isibu rotta għal attività ekonomika.

(3)

Jeżistu 7,5 miljun NEETs madwar l-Unjoni, li jirrappreżentaw 12,9 % ta' żagħżagħ Ewropej (ta' età bejn il-15 u l-24 sena). Ħafna ma għandhomx iktar minn edukazzjoni sekondarja u jkunu ħarġu kmieni mill-edukazzjoni u mit-taħriġ. Barra minn hekk, ħafna huma migranti jew ġejjin minn kuntesti żvantaġġati. It-terminu “NEETs” ikopri s-sottogruppi varji ta’ żgħażagħ bi ħtiġijiet differenti.

(4)

30,1 % tan-nies qiegħda taħt l-età ta' 25 sena fl-Unjoni ilhom qiegħda għal aktar minn 12-il xahar. Barra minn dan, hemm għadd dejjem ikbar ta’ żgħażagħ li ma jfittxux ix-xogħol attivament, hekk li jistgħu jibqgħu mingħajr appoġġ strutturali fejn tidħol l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Ir-riċerka turi li l-qgħad fost iż-żgħażagħ jista’ jħalli effetti permanenti, bħal riskju ikbar li l-persuna tispiċċa qiegħda fil-futur, qligħ inqas fil-futur, telf ta’ kapital uman, it-trażmissjoni minn ġenerazzjoni għal oħra tal-faqar, jew inqas motivazzjoni li dak li jkun jibni familja, sitwazzjonijiet li lkoll jikkontribwixxu għal xejriet demografiċi negattivi.

(5)

It-terminu “Garanzija għaż-Żgħażagħ” jirreferi għas-sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu offerta ta’ xogħol ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba’ xhur minn meta jispiċċaw qiegħda jew minn meta jwaqqfu l-edukazzjoni formali. Offerta għal edukazzjoni kontinwa tista' tħaddan ukoll programmi ta' taħriġ ta' kwalità li jwasslu għal kwalifika vokazzjonali rikonoxxuta.

(6)

Garanzija għaż-Żgħażagħ tikkontribwixxi għal tlieta mill-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, jiġifieri li 75 % tal-firxa tal-età bejn l-20 u l-64 sena jrid ikollhom xogħol, li r-rati ta' tluq bikri mill-iskola għandhom ikunu taħt l-10 %, u li mill-inqas 20 miljun persuna għandhom jinħarġu mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali.

(7)

Il-linji gwida għall-politiki dwar ix-xogħol tal-Istati Membri, adottati mill-Kunsill fid-Deċiżjoni tiegħu 2010/707/UE (1) tal-21 ta' Ottubru 2010, b’mod partikolari l-linji gwida 7 u 8, jappellaw lill-Istati Membri biex jippromovu l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u biex jgħinuhom, b'mod partikolari lin-NEETs, b'kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, biex isibu impjieg inizjali, jiksbu esperjenza tax-xogħol, jew aktar opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, inklużi apprendistati, u biex jintervjenu malajr meta ż-żgħażagħ jitilfu x-xogħol.

(8)

Sa mill-2005, meta adotta l-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri permezz tad-Deċiżjoni 2005/600/KE (2) tat-12 ta' Lulju 2005, il-Kunsill qabel li “kull persuna qiegħda tiġi offruta bidu ġdid qabel ma tilħaq is-sitt xhur ta’ qgħad fil-każ ta’ żgħażagħ”. Permezz tad-Deċiżjoni 2008/618/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (3), il-Kunsill naqqas il-perijodu ta’ żmien għal “mhux aktar tard minn erba' xhur” għaż-żgħażagħ li jitilqu mill-iskola kmieni.

(9)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat (4), il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex joħorġu b’Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ li tassigura d-dritt ta’ kull żagħżugħ fl-Unjoni li jiġi offrut impjieg, apprendistat, taħriġ addizzjonali jew xogħol u taħriġ ikkumbinati wara massimu ta’ erba’ xhur qiegħed.

(10)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Żgħażagħ fl-Azzjoni” tal-15 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri biex jintroduċu Garanziji għaż-Żgħażagħ, li l-implimentazzjoni tagħhom sa issa kienet limitata ferm. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssaħħaħ u ttenni l-ħtieġa li l-Istati Membri jkomplu jaħdmu għal dan l-għan, filwaqt li jgħinu wkoll fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjonijiet ta’ skemi ta' Garanziji għaż-Żgħażagħ.

(11)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2011 dwar “il-promozzjoni tal-impjiegi taż-żgħażagħ għall-kisba tal-objettivi Ewropa 2020”, tal-Kunsill stieden lill-Istati Membri biex jintervjenu rapidament billi joffru aktar edukazzjoni, taħriġ (mill-ġdid) jew miżuri ta’ attivazzjoni għan-NEETS, inkluż ukoll lil min jitlaq kmieni mill-iskola. Dan iservi l-għan li dawk in-nies jerġgħu jidħlu lura fl-ambitu tal-edukazzjoni, tat-taħriġ jew fis-suq tax-xogħol fl-iqsar żmien possibbli u jnaqqsu r-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali. Il-Kunsill irrikonoxxa li s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol jista' jkollha effetti sfavorevoli fuq iż-żgħażagħ, u stieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw dan it-tip ta' segmentazzjoni.

(12)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (5) hija kkonċentrata fuq l-iżvilupp ta' politiki msejsa fuq l-evidenza, komprensivi u transsettorjali li jinkludu miżuri biex jirbħu lura lil min jitlaq kmieni mill-iskola u biex isaħħu r-rabta bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u s-settur tal-impjiegi. Fit-tħejjija tal-baġit tal-2012, il-Parlament Ewropew appoġġa dak l-approċċ u talab lill-Kummissjoni biex timplimenta azzjoni preparatorja biex issostni l-istabbiliment ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ fl-Istati Membri.

(13)

Fil-Pakkett dwar l-Impjiegi, propost fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' April 2012“Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi”, il-Kummissjoni appellat għall-mobilizzazzjoni attiva min-naħa tal-Istati Membri, tal-imsieħba soċjali u ta’ partijiet interessati oħra biex jirrispondu għall-isfidi tal-Unjoni fil-preżent fejn jidħlu l-impjiegi, u b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni enfasizzat l-ikbar potenzjal għall-ġenerazzjoni tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika, tas-saħħa u l-kura soċjali, u tas-setturi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni ICT, u għal dak il-għan ħarġet tliet pjanijiet ta' azzjoni li jakkumpanjawha biex ikun hemm segwitu tagħhom. Sussegwentement, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta' Ottubru 2012 dwar Industrija Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll sitt oqsma prijoritarji promettenti għall-innovazzjoni industrijali li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija baxxa fil-karbonju u effiċjenti fir-riżorsi. Fil-Pakkett dwar l-Impjiegi, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li t-trawwim ta' mħuħ intraprenditorjali, id-disponibbiltà akbar ta’ sostenn lil servizzi għall-ftuħ ta’ negozju u ta’ mikrofinanzjament, kif ukoll l-istabbiliment ta’ skemi li jikkonvertu l-benefiċċji tal-qgħad f'għotjiet għall-ftuħ ta’ negozju jkollhom rwol importanti anki għaż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-Pakkett dwar l-Impjiegi ppropona l-użu ta’ sussidji tal-pagi biex tingħata spinta fejn jidħol l-ingaġġar ta’ ħaddiema ġodda u t-tnaqqis tar-rata fiskali (prinċipalment il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mill-impjegaturi) hekk li jiżdied ix-xogħol u jkun hemm riformi bilanċjati fil-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-impjiegi, affarijiet li lkoll jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ biex ikollhom aċċess għal impjiegi ta’ kwalità.

(14)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri konkreti u fil-pront fil-livell nazzjonali biex jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom xogħol, edukazzjoni jew taħriġ (mill-ġdid) diċenti fi żmien erba' xhur minn meta joħorġu mill-iskola. Il-Parlament Ewropew enfasizza li jeħtieġ li l-iskema ta’ Garanziji taż-Żgħażagħ ittejjeb b'mod effettiv is-sitwazzjoni tan-NEETs u twassal biex gradwalment tingħeleb il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni.

(15)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill Ewropew ħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi biex jitkattar ix-xogħol fost iż-żgħażagħ, bi “l-għan li sa ftit xhur wara li joħorġu mill-iskola, iż-żgħażagħ jirċievu offerta ta’ xogħol ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ”. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li dawk il-miżuri jistgħu jiġu sostnuti mill-Fond Soċjali Ewropew u li l-Istati Membri għandhom jużaw il-possibilitajiet ta’ ffinanzjar ta’ sussidji għal reklutaġġ temporanju minn dak il-Fond.

(16)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 dwar “Nikkunsidraw l-edukazzjoni mill-Ġdid: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar” tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal dak ix-xogħol minn perspettiva edukattiva. Din telabora l-kwistjonijiet ewlenin marbuta mar-riforma u l-effiċjenza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ; biex il-ħiliet disponibbli jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, kemm tal-lum u kemm tal-ġejjieni, biex ikunu stimulati toroq miftuħa u flessibbli ta’ tagħlim u biex jiġi promoss sforz kollaborattiv fost il-partijiet interessati kollha, inkluż dak tal-finanzjament.

(17)

Fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-20 ta' Diċembru 2012, dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (6), il-Kunsill irrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, sa mhux aktar tard mill-2018, skont iċ-ċirkostanzi u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, u kif iqisu xieraq, arranġamenti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

(18)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' Novembru 2012 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013, il-Kummissjoni enfasizzat li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li ż-żgħażagħ jgħaddu mill-iskola għall-post tax-xogħol, kif ukoll li jiżviluppaw u jimplimentaw Garanziji għaż-Żgħażagħ li permezz tagħhom dawk li taħt l-età ta' 25 sena jingħataw offerta ta’ xogħol, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba’ xhur minn meta joħorġu mill-iskola jew minn meta jispiċċaw qiegħda.

(19)

Fil-Konklużjonijiet tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tat-8 ta' Frar 2013, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li joħloq Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ li tammonta għal EUR 6 biljun għall-perijodu 2014-2020 biex issostni l-miżuri stabbiliti fil-Pakkett għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ propost mill-Kummissjoni fil-5 ta' Diċembru 2012 u, partikolarment, biex issostni l-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

(20)

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tiġi implimentata minn skema li tikkonsisti minn miżuri ta' sostenn, u għandha tkun waħda li tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq sitt linji ewlenin: il-bini ta’ approċċi bbażati fuq is-sħubijiet, interventi u attivazzjoni fil-pront, miżuri ta’ sostenn li jippermettu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-użu tal-Fondi tal-Unjoni, il-valutazzjoni u t-titjib kontinwu tal-iskema, u l-implimentazzjoni rapida tagħha. Bħala tali, dawn għandhom l-għan li jipprevjenu l-ħruġ bikri mill-iskola, li jrawmu l-impjegabbiltà u li jneħħu l-ostakli prattiċi għax-xogħol. Jistgħu jiġu appoġġati mill-Fondi tal-Unjoni u għandhom jiġu sorveljati u mtejba kontinwament.

(21)

Il-koordinazzjoni effettiva u s-sħubijiet fl-oqsma ta’ politika (ix-xogħol, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-affarijiet soċjali, eċċ.) huma kruċjali biex ikun hemm qabża fl-opportunitajiet ta’ xogħol, ta’ apprendistati u ta’ taħriġ ta’ kwalità.

(22)

L-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom iqisu d-diversità tal-Istati Membri u l-punti ta’ tluq differenti tagħhom, fir-rigward tal-livelli tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-qafas istituzzjonali, u l-kapaċità tad-diversi atturi tas-suq tax-xogħol. Għandhom iqisu wkoll sitwazzjonijiet differenti fejn jidħlu l-baġits pubbliċi u r-restrizzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-allokazzjoni tar-riżorsi. Fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fejn hu possibbli, għandhom jingħataw prijorità u jiġu msaħħa l-investimenti fl-edukazzjoni, u dan filwaqt li tiġi żgurata l-effiċjenza ta’ tali nefqa. Trid tingħata attenzjoni partikolari wkoll liż-żamma jew lir-riinfurzar tal-kopertura u tal-effettività tas-servizzi tax-xogħol u tal-politiki dwar forza tax-xogħol attiva, bħalma huma t-taħriġ għal min hu bla xogħol u l-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ. L-istabbiliment ta’ skemi bħal dawn għandu sinifikat fit-tul, iżda jinħass ukoll il-bżonn ta’ azzjoni immedjata biex tindirizza l-effetti drammatiċi li l-kriżi ekonomika qed ikollha fuq is-suq tax-xogħol,

B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

1.

Jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta’ 25 sena jirċievu offerta ta’ xogħol ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jwaqqfu l-edukazzjoni formali.

Meta jfasslu din l-iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kwistjonijiet globali bħalma hu l-fatt li ż-żgħażagħ ma humiex grupp omoġenju jħabbat wiċċu mal-istess ambjent soċjali, kif ukoll il-prinċipji ta’ obbligu reċiproku u l-ħtieġa li jkun indirizzat ir-riskju ta' ċikli ta' inattività.

Il-punt tat-tluq biex titwassal il-Garanzija għaż-Żgħażagħ lil żgħażugħ għandu jkun ir-reġistrazzjoni ma' servizz għall-impjiegi, u għal dawk in-NEETs li mhumiex irreġistrati ma' servizz għall-impjiegi, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu punt tat-tluq korrispondenti biex titwassal il-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-istess qafas ta' żmien ta' erba' xhur.

L-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida li ġejjin, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali u jqisu s-sess tal-individwu u d-diversità taż-żgħażagħ fil-mira:

Tfassil ta’ approċċi bbażati fuq is-sħubijiet

2.

Jidentifikaw l-awtorità pubblika rilevanti u responsabbli mill-istabbiliment u l-immaniġġjar tal-iskema ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ u mill-koordinazzjoni ta’ sħubiji fil-livelli u s-setturi kollha. Fejn mhux possibbli, għal raġunijiet kostituzzjonali, għal Stat Membru li jidentifika awtorità pubblika waħda biss, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti se jiġu identifikati, waqt li n-numru tagħhom jinżamm kemm jista' jkun baxx u jiġi identifikat punt ta' kuntatt waħdieni biex jikkomunikaw mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

3.

Jaċċertaw li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha dwar is-servizzi u l-appoġġ disponibbli billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-servizzi tax-xogħol, dawk li jagħtu pariri dwar il-karrieri, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u s-servizzi ta’ appoġġ liż-żgħażagħ, u billi jintużaw b’mod sħiħ il-kanali tal-informazzjoni rilevanti kollha.

4.

Isaħħu s-sħubijiet bejn min iħaddem u l-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol (is-servizzi tal-impjiegi, livelli differenti tal-gvern, it-trejdjunjins u s-servizzi taż-żgħażagħ) sabiex jitkattru l-opportunitajiet ta’ xogħol, ta’ apprendistati u ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ.

5.

Jiżviluppaw sħubijiet bejn is-servizzi tax-xogħol pubbliċi u privati, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi ta’ gwida għall-karrieri u servizzi taż-żgħażagħ speċjalizzati oħra (organizzazzjonijiet mhux governattivi, ċentri taż-żgħażagħ u assoċjazzjonijiet) li jgħinu biex irattbu l-qabża mill-qgħad, l-inattività jew l-edukazzjoni għax-xogħol.

6.

Jiżguraw l-involviment attiv tal-imsieħba soċjali fil-livelli kollha f’dak li hu tfassil u implimentazzjoni ta’ politiki li għandhom iż-żgħażagħ fil-mira tagħhom u jippromwovu sinerġiji fost l-inizjattivi tagħhom biex ikunu żviluppati skemi ta’ apprendistat u taħriġ.

7.

Jiżguraw il-konsultazzjoni jew l-involviment taż-żgħażagħ u/jew l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil u l-iżvilupp ulterjuri tal-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ sabiex jitfasslu servizzi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji, u biex dawn l-istess rappreżentanti jkunu jistgħu jaġixxu bħala multiplikaturi f'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni.

Intervent u attivazzjoni bikrija

8.

Jiżviluppaw strateġiji ta’ komunikazzjoni effettiva biex jilħqu ż-żgħażagħ, inklużi kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, bil-għan li dawn jiġu identifikati mis-servizzi tal-impjiegi u jiġu rreġistrati magħhom, u hekk ikun possibbli li dawn jiffukaw fuq iż-żgħażagħ vulnerabbli li jiffaċċjaw ħafna ostakli (bħall-esklużjoni soċjali, il-faqar jew d-diskriminazzjoni) u n-NEETs, u dan filwaqt li jqisu l-isfondi differenti tagħhom (b’mod partikolari minħabba l-faqar, xi diżabbiltà, edukazzjoni baxxa jew minoranza etnika/familji migranti).

9.

Sabiex jappoġġaw aħjar liż-żgħażagħ, u biex jindirizzaw il-potenzjal ta’ nuqqas ta’ għarfien dwar l-offerti eżistenti, għandhom iqisu li jistabbilixxu punti ċentrali (focal points) komuni, jiġifieri organizzazzjoni li tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati, b'mod partikolari mal-awtorità pubblika responsabbli mill-immaniġġar tal-iskema ta' Garanziji għaż-Żgħażagħ, sabiex tkun tista’ tinqasam informazzjoni dwar żgħażagħ li jkunu ħarġu mill-iskola, b'mod partikolari dwar dawk li jkunu fir-riskju li ma jsibux impjieg jew li ma jidħlux f'edukazzjoni jew taħriġ kontinwu.

10.

Jippermettu lis-servizzi tax-xogħol, flimkien mal-isħab l-oħra li jappoġġaw liż-żgħażagħ, li minn kmieni jipprovdu gwida personalizzata u ppjanar ta' azzjoni individwali, inklużi skemi ta' appoġġ individwali mfassla apposta, ibbażati fuq il-prinċipju tal-obbligu reċiproku fi stadju bikri u segwitu kontinwu bil-għan li jipprevjenu tluq bikri u jiżguraw progress lejn edukazzjoni u taħriġ jew impjieg.

Miżuri ta’ sostenn għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol

Titjib tal-ħiliet

11.

Joffru liż-żgħażagħ b'ħiliet baxxi u lil dawk li joħorġu kmieni mill-iskola mogħdijiet biex jaqbdu t-triq lura għall-edukazzjoni u t-taħriġ, jew biex jattendu programmi ta’ edukazzjoni li jagħtuhom ċans ieħor, programmi li joffru ambjenti ta' tagħlim li jirrispondu għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u li jippermettulhom jiksbu l-kwalifika li tilfu.

12.

Jiżguraw li miżuri imwassla fil-kuntest ta’ skema ta' Garanziji għaż-Żgħażagħ li fil-mira tagħha jkun hemm it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi, jgħinu biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi bejn il-ħiliet li jesiġi s-suq tax-xogħol u dawk li hemm disponibbli u biex tibda tiġi sodisfatta d-domanda tas-suq.

13.

Jiżguraw li l-isforzi biex jikbru l-ħiliet u l-kompetenzi jkunu jinkludu l-ħiliet diġitali/fl-ICT. Jippromwovu l-istatus ta’ għarfien u kompetenzi professjonali billi jiżguraw li l-curricula u ċ-ċertifikazzjonijiet tal-ICT ikunu jikkonformaw mal-istandards u li jkunu rikonoxxuti internazzjonalment.

14.

Jinkoraġġixxu lill-iskejjel, inklużi ċ-ċentri tat-taħriġ vokazzjonali, u lis-servizzi tal-impjiegi, jippromwovu u jipprovdu gwida kontinwa liż-żgħażagħ dwar l-intraprenditorija u x-xogħol għal rashom, inkluż permezz ta’ korsijiet fl-intraprenditorija.

15.

Jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

Miżuri relatati mas-suq tax-xogħol

16.

Meta rilevanti, inaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi sabiex jagħtu spinta lill-prospettivi ta’ reklutaġġ fost iż-żgħażagħ.

17.

Jużaw sussidji mmirati u mfassla sew għall-pagi u r-reklutaġġ biex iħeġġu lil min iħaddem joħloq opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ, bħal apprendistati, taħriġ jew pjazzament tax-xogħol, partikolarment għal dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u dan f'konformità mar-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat.

18.

Jippromwovu l-mobbiltà tax-xogħol billi liż-żgħażagħ jagħmluhom konxji minn offerti għal impjiegi, apprendistati u taħriġ u mis-sostenn disponibbli f'oqsma, reġjuni u pajjiżi differenti, pereżempju permezz ta’ servizzi u skemi li jinkoraġġixxu lin-nies jiċċaqilqu u jaħdmu fl-Unjoni. Jiżguraw li jkun disponibbli appoġġ adegwat biex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jsibu xogħol f’qasam ieħor jew fi Stat Membru ieħor adattati għall-ambjent ġdid tagħhom.

19.

Iżidu s-servizzi ta’ appoġġ għal min jibda negozju, u jżidu l-għarfien tal-opportunitajiet u l-perspettivi possibbli u l-perspettivi marbuta ma' xogħol għal rashom, inkluż permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn is-servizzi tax-xogħol, l-appoġġ lin-negozji u l-fornituri (mikro)finanzjarji.

20.

Isaħħu l-mekkaniżmi biex jattivaw mill-ġdid liż-żagħżagħ li jitilqu minn skemi ta’ attivazzjoni u li ma jibqax ikollhom aċċess għall-benefiċċji.

Użu tal-Fondi tal-Unjoni

21.

Jagħmlu l-aħjar użu, u użu b'mod sħiħ, mill-istrumenti ta' finanzjament tal-Politika ta’ Koeżjoni, fil-perijodu li jmiss 2014-2020, biex isostnu l-istabbiliment ta’ skemi għall-Garanziji għaż-Żgħażagħ, fejn adatt għaċ-ċirkostanzi nazzjonali. Biex jintlaħaq dan l-għan, jiżguraw li tingħata l-prijorità mistħoqqa u li r-riżorsi korrispondenti jkunu allokati għas-sostenn tal-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mal-istabbiliment ta' skemi għall-Garanziji għaż-Żgħażagħ, inklużi l-possibbiltajiet ta’ finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew tas-sussidji għar-reklutaġġ fil-mira. Barra minn hekk, jagħmlu użu massimu mill-finanzjament li jkun għad hemm disponibbli mill-perijodu ta’ pprogrammar 2007-2013.

22.

Fil-kuntest tat-tħejjija għall-perijodu 2014-2020, fil-Kuntratt tas-Sħubija jagħtu l-attenzjoni xierqa lill-objettivi speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ fejn adatt għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, u fil-programmi ta’ operat tagħhom jiddeskrivu l-azzjonijiet li jkunu se jiġu sostnuti skont il-prijoritajiet ta’ investiment rilevanti tal-Fond Soċjali Ewropew, b’mod partikolari dawk marbuta mal-integrazzjoni sostenibbli tan-NEETs fis-suq tax-xogħol u mal-appoġġ lill-intraprendituri żgħażagħ u lill-intrapriżi soċjali u l-kontribut rispettiv tagħhom għall-objettivi speċifiċi.

23.

Fejn eliġibbli, jagħmlu użu sħiħ u ottimu tal-Inizattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ biex tiġi implimentata l-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Valutazzjoni u titjib kontinwu tal-iskemi

24.

Jissorveljaw u jevalwaw il-miżuri kollha taħt l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, hekk li jkunu jistgħu jiġu żviluppati aktar politiki msejsa fuq l-evidenza u l-interventi jkunu jistgħu jiġu żviluppati abbażi ta’ x’jaħdem, fejn u għaliex, tant li jkun żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi u r-redditu pożittiv fuq l-investiment. Iżommu stampa aġġornata ta’ kemm ikun ġie allokat finanzjament għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'mod partikolari mill-programmi operattivi tal-Politika ta' Koeżjoni.

25.

Jippromwovu attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bejn il-partijiet kollha involuti fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u dan biex jitjieb it-tfassil u t-twassil tal-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-ġejjieni. Meta rilevanti, jagħmlu użu sħiħ mir-riżultati tal-proġetti appoġġati matul l-azzjoni preparatorja dwar l-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ.

26.

Isaħħu l-kapaċitajiet ta’ dawk kollha interessati, inklużi s-servizzi tal-impjieg rilevanti, involuti fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-iskemi ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ, sabiex jiġu eliminati l-ostakli interni u esterni marbuta mal-politika u mal-mod kif dawk l-iskemi jiġu żviluppati.

Implimentazzjoni ta’ skemi ta' Garanziji għaż-Żgħażagħ

27.

Jimplimentaw skemi ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ mill-aktar fis possibbli. Fir-rigward tal-Istati Membri li qed jesperjenzaw l-aktar diffikultajiet baġitarji severu u rati ogħla ta' NEETs jew ta' qgħad taż-żgħażagħ, tista' titqies ukoll l-implimentazzjoni gradwali.

28.

Jiżguraw li l-iskemi ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ ikunu integrati sew fil-programmi kofinanzjati tal-Unjoni tal-ġejjieni, preferibbilment sa mill-bidu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Meta jimplimentaw l-iskemi ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ

B'DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:

Finanzjament

1.

Tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu mill-Fond Soċjali Ewropew, skont il-prijoritajiet ta’ investiment rilevanti tal-Fond Soċjali Ewropew għall-perijodu ta’ pprogrammar ta’ bejn l-2014 u l-2020, u l-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, fejn applikabbli, biex isostnu l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ skemi ta' Garanziji għaż-Żgħażagħ bħala strument ta’ politika biex jiġġieldu u jipprevjenu l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-esklużjoni soċjali.

2.

Issostni l-ħidma fuq l-ipprogrammar skont il-Fondi tal-Unjoni għal Qafas Strateġiku Komuni (il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd), inkluż permezz ta' tagħlim bejn il-pari, attivitajiet ta' networking u assistenza teknika.

Prassi tajba

3.

Tagħmel użu sħiħ mill-possibbilitajiet tal-Programm il-ġdid dwar il-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni biex jinġabru eżempji ta’ prassi tajba dwar l-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

4.

Tuża l-Programm għat-Tagħlim Reċiproku tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaqsmu bejniethom l-esperjenzi tagħhom u jiskambjaw il-prassi tajba.

Monitoraġġ

5.

Tkompli tissorvelja u tirrapporta regolarment dwar l-iżviluppi marbuta mad-disinn, l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala parti mill-programm annwali tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku. Tiżgura li l-Kumitat tal-Impjiegi jiġi informat f'dak ir-rigward.

6.

Tissorvelja l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ skont din ir-Rakkomandazzjoni permezz tas-sorveljanza multilaterali tal-Kumitat tal-Impjiegi fil-qafas tas-Semestru Ewropew, u tanalizza l-impatt tal-politiki fis-seħħ, u tindirizza, fejn ikun il-lok, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri, abbażi tal-linji gwida għall-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri.

Aktar għarfien

7.

Tappoġġa l-attivitajiet li jqajmu għarfien dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-Istati Membri, billi tuża l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u tikkoordina b'mod partikolari mal-kampanji ta' informazzjoni tiegħu.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(2)  ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

(3)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.

(4)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.

(5)  ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1.

(6)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' April 2013

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2013/C 120/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2010 sat-28 ta' Frar 2013.

(2)

Għalhekk, membri u membri supplenti ġodda għandhom jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin.

(3)

Il-membri u l-membri supplenti għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jerġgħu jinħatru mill-ġdid.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-22 ta' April 2013 sat-28 ta' Frar 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Stat Membru

Membri

Supplenti

Belġju

Is-Sur Christian DENEVE

Is-Sur Jan BATEN

Is-Sur Xavier LEBICHOT

Bulgarija

Is-Sinjura Vaska SEMERDZHIEVA

Is-Sur Atanas KOLCHAKOV

Is-Sinjura Darina KONOVA

Repubblika Ċeka

Is-Sur Jaroslav HLAVÍN

Is-Sinjura Anna SAMKOVÁ

Is-Sinjura Anežka SIXTOVÁ

Danimarka

Is-Sinjura Charlotte SKJOLDAGER

Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN

Is-Sinjura Christine HOLM DONATZKY

Ġermanja

Is-Sur Michael KOLL

Is-Sinjura Ellen ZWINK

Is-Sur Kai SCHÄFER

Estonja

Is-Sinjura Veronika KAIDIS

Is-Sinjura Kristel PLANGI

Is-Sur Rein REISBERG

Irlanda

Is-Sinjura Paula GOUGH

Is-Sur Michael WALSH

Is-Sur John NEWHAM

Greċja

Is-Sur Antonios CHRISTODOULOU

Is-Sinjura Stamatina PISSIMISSI

Is-Sinjura Aggeliki MOIROU

Spanja

Is-Sinjura Dolores LIMÓN TAMÉS

Is-Sur Mario GRAU RÍOS

Is-Sinjura Mercedes TEJEDOR AIBAR

Franza

Is-Sinjura Bénédicte LEGRAND-JUNG

Is-Sinjura Sophie BARON

Is-Sur Olivier MEUNIER

Italja

Is-Sur Paolo PENNESI

Is-Sur Lorenzo FANTINI

Is-Sinjura Paola CASTELLANO

Ċipru

Is-Sinjur Leandros NICOLAIDES

Is-Sur Marios KOURTELLIS

Is-Sur Anastasios YIANNAKI

Latvja

Is-Sinjura Māra VĪKSNE

Is-Sinjura Jolanta GEDUŠA

Is-Sur Renārs LŪSIS

Litwanja

Is-Sinjura Aldona SABAITIENĖ

Is-Sinjura Vilija KONDROTIENĖ

Is-Sinjura Nerita ŠOT

Lussemburgu

Is-Sur Paul WEBER

Is-Sur Robert HUBERTY

Is-Sur Carlo STEFFES

Ungerija

Is-Sur József BAKOS

Is-Sinjura Katalin BALOGH

Is-Sinjura GRÓNAI

Malta

Is-Sur Mark GAUCI

Is-Sur Vincent ATTARD

Is-Sur David SALIBA

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sinjura Esther de KLEUVER

Is-Sur Martin G. DEN HELD

Is-Sur Andre MARCET

Awstrija

Is-Sinjura Anna RITZBERGER-MOSER

Is-Sinjura Gertrud BREINDL

Is-Sinjura Gerlinde ZINIEL

Polonja

Is-Sinjura Danuta KORADECKA

Is-Sur Daniel Andrzej PODGÓRSKI

Is-Sur Roman SĄSIADEK

Portugall

Is-Sur Pedro Nuno PIMENTA BRAZ

Is-Sur Carlos PEREIRA

Rumanija

Is-Sinjura Livia COJOCARU

Is-Sinjura Anca PRICOP

Is-Sur Marian TĂNASE

Slovenja

Is-Sinjura Tatjana PETRIČEK

Is-Sur Jože HAUKO

Is-Sur Etbin TRATNIK

Slovakkja

Is-Sinjura Romana ČERVIENKOVÁ

Is-Sinjura Eleonóra FABIÁNOVÁ

Is-Sur Erich VASELÉNYI

Finlandja

Is-Sur Leo SUOMAA

Is-Sinjura Kristiina MUKALA

Is-Sur Wiking HUSBERG

Svezja

Is-Sur Mikael SJÖBERG

Is-Sur Per EWALDSSON

Is-Sinjura Boel CALLERMO

Renju Unit

Is-Sur Stuart BRISTOW

Is-Sur Clive FLEMING

Is-Sur Stephen TAYLOR


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Stat Membru

Membri

Supplenti

Belġju

Is-Sur François PHILIPS

Is-Sur Herman FONCK

Is-Sur Stéphane LEPOUTRE

Bulgarija

Is-Sur Ivan KOKALOV

Is-Sur Aleksander ZAGOROV

Is-Sinjura Reneta VASILEVA

Repubblika Ċeka

Is-Sur Jaroslav ZAVADIL

Is-Sur Miroslav KOSINA

Is-Sur Jindřich POLÍVKA

Danimarka

Is-Sinjura Heidi RØNNE MØLLER

Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN

Ġermanja

Is-Sinjura Marina SCHRÖDER

Is-Sur Horst RIESENBERG-MORDEJA

Is-Sinjura Susanne JASPER

Estonja

Is-Sinjura Aija MAASIKAS

Is-Sur Peeter ROSS

Is-Sur Ülo KRISTJUHAN

Irlanda

Is-Sur Sylvester CRONIN

Is-Sinjura Esther LYNCH

Is-Sur Dessie ROBINSON

Greċja

Is-Sur Ioannis ADAMAKIS

Is-Sur Andreas STOIMENIDIS

Is-Sur Efthimios THEOHARIS

Spanja

Is-Sinjura Marisa RUFINO

Is-Sur Pedro J. LINARES

Is-Sur Emilio GONZALEZ

Franza

Is-Sur Gilles SEITZ

Is-Sur Henri FOREST

Italja

Is-Sinjura Cinzia FRASCHERI

Is-Sur Marco LUPI

Is-Sur Sebastiano CALLERI

Ċipru

Is-Sur Nikos SATSIAS

Is-Sur Nicos ANDREOU

Is-Sur Stelios CHRISTODOULOU

Latvja

Is-Sur Ziedonis ANTAPSONS

Is-Sur Mārtiņš PUŽULS

Is-Sur Vladimirs NOVIKOVS

Litwanja

Is-Sinjura Inga RUGINIENĖ

Is-Sur Petras GRĖBLIAUSKAS

Is-Sur Gediminas MOZŪRA

Lussemburgu

Is-Sur Serge SCHIMOFF

Is-Sur Marcel GOEREND

Is-Sur Robert FORNIERI

Ungerija

 

 

Malta

Is-Sur Joseph CARABOTT

Is-Sur Edwin BALZAN

Is-Sur Chris ATTARD

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur W. VAN VEELEN

Is-Sur H. VAN STEENBERGEN

Is-Sinjura S. BALJEU

Awstrija

Is-Sinjura Ingrid REIFINGER

Is-Sinjura Julia NEDJELIK-LISCHKA

Is-Sur Alexander HEIDER

Polonja

Is-Sinjura Iwona PAWLACZYK

Is-Sur Dariusz GOC

Is-Sur Stanisław STOLARZ

Portugall

Is-Sur Fernando José MACHADO GOMES

Is-Sur Georges CASULA

Is-Sinjura Catarina FERREIRA TAVARES

Rumanija

 

 

Slovenja

Is-Sur Lučka BÖHM

Is-Sur Aljoša ČEČ

Is-Sur Bojan GOLJEVŠČEK

Slovakkja

Is-Sur Peter RAMPAŠEK

Is-Sur Alexander ŤAŽÍK

Is-Sur Bohuslav BENDÍK

Finlandja

Is-Sinjura Raili PERIMÄKI

Is-Sinjura Paula ILVESKIVI

Is-Sur Erkki AUVINEN

Svezja

Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT

Is-Sinjura Jana FROMM

Is-Sinjura Karin FRISTEDT

Renju Unit

Is-Sur Hugh ROBERTSON

 


III.   RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Stat Membru

Membri

Supplenti

Belġju

Is-Sur Kris DE MEESTER

Is-Sur Thierry VANMOL

Is-Sur Marc JUNIUS

Bulgarija

Is-Sur Georgi STOEV

Is-Sinjura Daniela SIMIDCHIEVA

Is-Sinjura Petya GEOREVA

Repubblika Ċeka

Is-Sur Karel PETRŽELKA

Is-Sur František HROBSKÝ

Is-Sur Martin RÖHRICH

Danimarka

Is-Sinjura Christina SODE HASLUND

Is-Sinjura Karoline KLAKSVIG

Is-Sur Sven-Peter NYGAARD

Ġermanja

Is-Sur Eckhard METZE

Is-Sur Rüdiger TRIEBEL

Is-Sur Stefan ENGEL

Estonja

Is-Sur Marek SEPP

Is-Sinjura Marju PEÄRNBERG

Is-Sinjura Ülle MATT

Irlanda

Is-Sur Carl ANDERS

Is-Sinjura Theresa DOYLE

Is-Sur Kevin ENRIGHT

Greċja

 

 

Spanja

Is-Sinjura Isabel MAYA RUIO

Is-Sinjura Laura CASTRILLO NUÑEZ

Is-Sur José de la CAVADA HOYO

Franza

Is-Sinjura Nathalie BUET

Is-Sur Franck GAMBELLI

Is-Sur Patrick LÉVY

Italja

Is-Sinjura Fabiola LEUZZI

Is-Sur Giorgio RUSSOMANNO

Is-Sur Pietro MASCIOCCHI

Ċipru

Is-Sur Emilios MICHAEL

Is-Sur Polyvios POLYVIOU

Is-Sinjura Lena PANAGIOTOU

Latvja

Is-Sur Aleksandrs GRIGORJEVS

Is-Sinjura Irēna UPZARE

Is-Sur Andris POMMERS

Litwanja

Is-Sur Vaidotas LEVICKIS

Is-Sur Jonas GUZAVIČIUS

Lussemburgu

Is-Sur Pierre BLAISE

Is-Sur François ENGELS

Is-Sur Marc KIEFFER

Ungerija

 

 

Malta

Is-Sur John SCICLUNA

Is-Sur Andrew AGIUS MUSCAT

Is-Sinjura Carmen BORG

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO

Is-Sur R. VAN BEEK

Is-Sur J.J.H. KONING

Awstrija

Is-Sinjura Christa SCHWENG

Is-Sur Alexander BURZ

Is-Sinjura Pia-Maria ROSNER-SCHEIBENGRAF

Polonja

Is-Sur Grzegorz JUSZCZYK

Is-Sinjura Grażyna SPYTEK-BANDURSKA

Portugall

Is-Sur Luís HENRIQUE

Is-Sur Manuel Marcelino PENA COSTA

Is-Sur Luis Miguel CORREIA MIRA

Rumanija

Is-Sur Ovidiu NICOLESCU

Is-Sur Cristian HOTOBOC

Is-Sinjura Irina Mirela MANOLE

Slovenja

Is-Sur Igor ANTAUER

Is-Sinjura Tatjana ÈERIN

Is-Sur Anže HIRŠL

Slovakkja

Is-Sur Róbert MEITNER

 

Finlandja

Is-Sinjura Katja LEPPÄNEN

Is-Sur Jan SCHUGK

Is-Sur Rauno TOIVONEN

Svezja

Is-Sinjura Bodil MELLBLOM

Is-Sur Ned CARTER

Is-Sinjura Cecilia ANDERSSON

Renju Unit

Is-Sur Guy BAILEY

 

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata għall-informazzjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 45, 20.2.2010, p. 5.


Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ April 2013

2013/C 120/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3080

JPY

Yen Ġappuniż

129,67

DKK

Krona Daniża

7,4559

GBP

Lira Sterlina

0,84580

SEK

Krona Żvediża

8,5961

CHF

Frank Żvizzeru

1,2334

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6535

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,899

HUF

Forint Ungeriż

301,24

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7000

PLN

Zloty Pollakk

4,1467

RON

Leu Rumen

4,3493

TRY

Lira Turka

2,3540

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2669

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3374

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1549

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5299

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6188

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 452,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8804

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0650

HRK

Kuna Kroata

7,6070

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 709,69

MYR

Ringgit Malażjan

3,9728

PHP

Peso Filippin

53,916

RUB

Rouble Russu

40,7829

THB

Baht Tajlandiż

38,076

BRL

Real Brażiljan

2,6266

MXN

Peso Messikan

15,8922

INR

Rupi Indjan

70,7960


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/13


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Marzu 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.530 – Microsoft (Irbit)

Relatur: Il-Bulgarija

2013/C 120/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni li Microsoft Corporation (“Microsoft”) naqset li tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2009 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.530 – Microsoft (Irbit), notifikata skont id-dokument C(2009) 10033).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-multa li l-Kummissjoni biħsiebha timponi lil Microsoft.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/14


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.530 – Microsoft (irbit)

2013/C 120/05

(1)

Dan il-proċediment jirrigwarda l-impożizzjoni ta' multa skont l-Artikolu 23(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) lil Microsoft Corporation (“Microsoft”) għan-nuqqas ta' konformità ma' deċiżjoni ta' impenn.

(2)

Fis-16 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta' impenn skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li għamlet vinkolanti l-impenji offruti minn Microsoft biex tissodisfa t-tħassib tal-Kummissjoni rigward l-irbit tal-web browser tal-Microsoft (Internet Explorer), mal-client PC operating system dominanti tagħha (Windows) (3). L-impenji inkludew partikolarment li jkun hemm Skrin ta' Għażla li jippermetti lill-utenti tal-Windows fiż-ŻEE biex jagħżlu b'mod faċli l-web browser preferut tagħhom.

(3)

F'Lulju 2012, wara li ġiet infurmata mill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni rċevuta minn żviluppatur tal-web browsers, Microsoft irrikonoxxiet nuqqas li tapplika l-Iskrin għall-Għażla mal-kopji kollha tal-Windows 7 Service Pack 1 (“Windows 7 SP 1”), li jikkorrispondi għal madwar 15,3 miljun PC.

(4)

Fl-24 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet. Microsoft rċeviet l-aċċess għall-fajl fis-6 ta' Novembru 2012 u wieġbet għad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet fit-2 ta' Diċembru 2012. Microsoft ma talbitx smigħ orali.

(5)

L-abbozz tad-Deċiżjoni jikkonkludi li Microsoft aġixxiet b'mod negliġenti u li n-nuqqas ta' konformità dam 14-il xahar. L-abbozz tad-Deċiżjoni kkonkluda wkoll li l-fatt li Microsoft għenet lill-Kummissjoni biex tinvestiga malajr il-każ billi tipprovdi evidenza tan-nuqqas ta' konformità huwa fattur mitiganti.

(6)

Jien ma rċivejt ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti fil-proċedimenti f'dan il-każ. L-abbozz tad-Deċiżjoni jirrigwarda biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, jien inqis li l-eżerċiżżju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, il-5 ta’ Marzu 2013.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u dwar it-termini ta’ referenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Sommarju fil-ĠU C 36, 13.2.2010, p. 7.


26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/15


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Marzu 2013

rigward proċediment dwar l-impożizzjoni ta' multi skont l-Artikolu 23(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għan-nuqqas ta' konformità ma' impenn li sar vinkolanti b'deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003

(Każ COMP/39.530 – Microsoft (irbit))

(notifikata bid-dokument C(2013) 1210 final)

(It-Test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2013/C 120/06

Fis-6 ta'Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni rigward proċediment dwar l-impożizzjoni ta' multi skont l-Artikolu 23(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) għan-nuqqas ta' konformità ma' impenn li sar vinkolanti b'deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tippubblika l-isem tal-parti u l-kuntest ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe pieni imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriża fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħha.

Il-kuntest tal-każ

(1)

Fis-16 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li għamlet vinkolanti l-impenji offruti minn Microsoft Corporation (“Microsoft”) biex tissodisfa t-tħassib tal-Kummissjoni, kif deskrit fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet tal-14 ta' Jannar 2009 (“l-Impenji”). (2)

(2)

It-tħassib preliminari tal-Kummissjoni rigward l-irbit tal-web browser tal-Microsoft, l-Internet Explorer (“IE”), mal-client PC operating system dominanti tagħha il-Windows.

(3)

Sabiex tindirizza t-tħassib preliminari tal-Kummissjoni, Microsoft impenjat ruħha partikolarment li toffri lill-utenti tal-Windows għażla b'mod imparzjali fost web browsers differenti permezz ta' Skrin għall-Għażla fil-Windows XP, Windows Vista, Windows 7 u fil-Windows client PC operating systems mibjugħa waraWindows 7. Microsoft impenjat li turi l-Iskrin għall-Għażla lill-utenti tal-Windows fi-Żone Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) li għandhom l-IE ssettjat bħala d-default web browser.

Proċedura

(4)

Fis-17 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni ġiet infurmata li possibbilment il-Microsoft naqset li żżomm mal-Impenji tagħha. Fl-4 ta' Lulju 2012, Microsoft irrikonoxxiet li naqset li turi l-Iskrin għall-Għażla lill-utenti tal-Windows 7 Service Pack 1 (“Windows 7 SP 1”).

(5)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa' tiftaħ u li tibda l-proċedimenti. Fl-24 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Fis-6 ta' Novembru 2012, Microsoft ingħatat aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni. Fit-2 ta' Diċembru 2012, Microsoft wieġbet għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet.

(6)

Fl-4 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli. Fil-5 ta' Marzu 2013, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu.

Valutazzjoni legali u multi

(7)

Il-ksur jikkonsisti fin-nuqqas ta' konformità minn Microsoft mat-Taqsima 2 tal-Impenji billi ma wrietx l-Iskrin għall-Għażla lill-utenti fiż-ŻEE li għandhom l-IE ssettjat bħala d-default web browser.

(8)

Fid-dawl tal-argumenti ta' Microsoft, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta' konformità minn Microsoft dam 14-il xahar mis-17 ta' Mejju 2011 sas-16 ta' Lulju 2012. Il-Kummissjoni qieset ukoll li n-numru ta' utenti affetwati min-nuqqas ta' konformità minn Microsoft mat-Taqsima 2 tal-Impenji kien madwar 15,3 miljun.

Negliġenza

(9)

Serje ta' żbalji u omissjonijiet tekniċi wasslu għan-nuqqas ta' Microsoft li tipprovdi Skrin għall-Għażla lill-utenti affetwati. Madankollu minħabba r-riżorsi u l-għarfien tagħha, Microsoft kellha tkun kapaċi li tevita tali żbalji u kellha jkollha proċessi aħjar biex tiżgura li l-Iskrin għall-Għażla kien jidher kif suppost lill-utenti affetwati.

(10)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li Microsoft aġixxiet b'mod negliġenti.

Gravità

(11)

Il-Kummissjoni tenfasizza li indipendentement miċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, nuqqas ta' konformità ma' deċiżjoni ta' impenn huwa, fi prinċipju, ksur serju tal-liġi tal-Unjoni. (3)

(12)

F'dan il-każ in-nuqqas ta' konformità minn Microsoft mat-Taqsima 2 tal-Impenji huwa fil-qalba tat-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni u l-obbligi tal-Microsoft kif stabbiliti fl-Impenji. In-numru ta' utenti affettwati, madwar 15,3 miljun, kien sinifikanti.

(13)

Għalhekk il-Kummissjoni tqis il-ksur li sar minn Microsoft bħala wieħed serju.

It-tul ta’ żmien

(14)

It-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità minn Microsoft mat-Taqsima 2 tal-Impenji kien ta' 14-il xahar. Meta stabbilixxiet l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni qieset li 14-il xahar huma parti sostanzjali mit-tul ta' żmien sħiħ tat-Taqsima 2 tal-Impenji (4 snin u 39 ġimgħa).

Fatturi mitiganti

(15)

Id-Deċiżjoni kkonkludiet li l-fatt li Microsoft għenet lill-Kummissjoni biex tinvestiga b'mod aktar effiċjenti l-każ billi tipprovdi evidenza tan-nuqqas ta' konformità huwa fattur mitiganti. Microsoft ħarġet riżorsi biex tagħmel investigazzjoni fil-fond biex issib ir-raġuni għan-nuqqas ta' konformità.

Effett deterrenti

(16)

Sabiex tiżgura li l-multa jkollha effett deterrenti, il-Kummissjoni qieset id-daqs u r-riżorsi ta' Microsoft. Għalhekk il-Kummissjoni qieset il-fatt li d-dħul ta' Microsoft fis-sena fiskali ta' bejn Lulju 2011 u Ġunju 2012, l-aħħar sena kompleta ta' Microsoft, kien USD 73,723 miljun (EUR 55,088 miljun).

Il-multa

(17)

Fid-dawl tal-fatturi kollha deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet il-livell tal-multa għal EUR 561 000 000, li jikkorrispondi għal 1.02 % tad-dħul ta' Microsoft fissena fiskali ta' bejn Lulju 2011 sa Ġunju 2012


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 36, 13.2.2010, p. 7.

(3)  Ara b'analoġija il-Kawża T-141/08 E.ON Energie AG vs il-Kummissjoni [2010] ECR II-5761, paragrafu 279.


26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ April 2013

dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni li jkun magħruf bħala l-Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja

2013/C 120/07

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2012 (1), il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Il-Komunikazzjoni kienet akkumpanjata minn żewġ Rakkomandazzjonijiet, waħda dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa (2) u oħra dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta’ governanza tajba fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ taxxa (3). Dawn l-oqsma llum huma ta’ importanza partikolari, kif enfasizzat ukoll mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2012 dwar it-talba għal modi konkreti biex jiġu miġġielda l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa (4).

(2)

Skont ir-Rakkomandazzjoni dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jadottaw regola ġenerali kontra l-abbużi li taħtha dawn ikunu jinjoraw arranġamenti artifiċjali mwettqa essenzjalment għall-finijiet ta’ evitar tat-taxxa u, minflok, japplikaw ir-regoli tagħhom tat-taxxa b’referenza għas-sustanza ekonomika attwali. Ir-Rakkomandazzjoni tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex fil-konvenzjonijiet tagħhom dwar it-tassazzjoni doppja jinkludu dispożizzjoni maħsuba biex tevita forma speċifika ta’ sitwazzjoni fejn it-taxxa ma titħallas imkien.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi fuq governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa tipprovdi l-kriterji li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jilħqux dawk l-istandards minimi. Telenka wkoll sensiela ta’ azzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jieħdu fir-rigward ta’ tali pajjiżi terzi u favur pajjiżi terzi li jikkonformaw ma’ dawk l-istandards jew huma impenjati li jagħmlu dan.

(4)

Huwa importanti li dawn ir-Rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati bl-aktar mod estensiv b’mod li jibbenefika mill-esperjenza, il-kompetenza esperta u l-fehmiet rilevanti kollha. Barra minn hekk, dawn l-elementi għandhom jiffavorixxu wkoll ir-rapport li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tippubblika, sa tmiem l-2015, dwar l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Dan għandu jiffavorixxi ulterjurment ukoll il-ħidma mill-Kummissjoni fil-qasam ikkonċernat.

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-tassazzjoni doppja fis-suq uniku (5), il-Kummissjoni kkonkludiet li se teżamina l-benefiċċji potenzjali li twaqqaf Forum tal-UE dwar it-tassazzjoni doppja, jiġifieri grupp ta’ esperti li jiddiskuti l-problemi li jikkonċernaw dan is-suġġett. Fid-dawl tal-importanza tagħhom għat-tħaddim tas-suq intern, jidher li dawk il-problemi għandhom jiġu diskussi regolarment fi grupp ta’ esperti. Barra minn hekk, it-tweġibiet mill-Konsultazzjoni Pubblika tal-Kummissjoni dwar eżempji fattwali u modi possibbli biex tiġi indirizzata sitwazzjoni fejn taxxa ma titħallas imkien enfasizzaw li, mil-lat prattiku, taxxa li ma titħallas imkien u t-tassazzjoni doppja huma spiss marbuta u għaldaqstant ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod separat. Billi sitwazzjoni fejn it-taxxa ma titħallas imkien fiha nnifisha tippreżenta rabta mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, wieħed mis-suġġetti msemmija hawn fuq, huwa xieraq li tiġi indirizzata t-tassazzjoni doppja fl-istess grupp ta’ esperti, jiġifieri fil-Pjattaforma attwali.

(6)

Il-Pjattaforma għandha tippermetti djalogu f’dawn l-oqsma li fihom isir skambju tal-esperjenza u l-kompetenzi u jinstemgħu l-fehmiet tal-partijiet interessati kollha.

(7)

Il-Pjattaforma għandha tkun ippreseduta mill-Kummissjoni u tikkonsisti minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lin-negozji jew is-soċjetà ċivili jew lill-prattikanti fil-qasam tat-taxxa.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-Pjattaforma.

(9)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-grupp ta’ esperti msejjaħ il-“Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja”, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Pjattaforma”, huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Kompiti

Il-kompiti tal-Pjattaforma jkunu:

(a)

li tħeġġeġ diskussjoni bejn in-negozju, is-soċjetà ċivili u l-esperti tal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa dwar il-kwistjonijiet fil-qasam ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u t-tassazzjoni doppja. It-terminu governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa jkopri t-trasparenza, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta fit-tassazzjoni;

(b)

li tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti dwar l-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet f’dawn l-oqsma u li jintgħażlu l-mezzi u strumenti xierqa biex jinkiseb progress f’dawn l-oqsma;

(c)

li tikkontribwixxi l-aħjar applikazzjoni u implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, billi jiġu identifikati kwistjonijiet tekniċi u prattiċi potenzjalment rilevanti f’dan il-qasam, kif ukoll soluzzjonijiet possibbli;

(d)

li tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti għall-preparazzjoni tar-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tagħha dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu pajjiżi terzi biex japplikaw l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet ta’ taxxa u dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;

(e)

li tiddiskuti indikazzjonijiet prattiċi pprovduti mill-awtoritajiet tat-taxxa, kif ukoll in-negozji, is-soċjetà ċivili u prattikanti tat-taxxa, u telabora dwar modi possibbli biex jindirizzaw b’mod aktar effiċjenti l-problemi tat-tassazzjoni doppja attwali li jaffettwaw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-Pjattaforma dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta ma’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u t-tassazzjoni doppja.

Artikolu 4

Sħubija – Ħatra

1.   Il-Pjattaforma tkun magħmula minn mhux aktar minn 45 membru.

2.   Il-membri tal-Pjattaforma jkunu:

(a)

l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri;

(b)

sa 15-il organizzazzjoni tan-negozji, is-soċjetà ċivili u l-prattikanti tat-taxxa.

3.   L-awtoritajiet tat-taxxa ta’ kull Stat Membru għandhom jinnominaw rappreżentant wieħed minn fost l-uffiċjali li jittrattaw it-tassazzjoni transfruntiera b’enfasi fuq il-ġlieda kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

4.   Wara sejħa għall-applikazzjonijiet, id-Direttur Ġenerali responsabbli mit-Tassazzjoni u mill-Unjoni Doganali għandu jaħtar lill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 b’kompetenzi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet.

5.   Meta jkunu qed iwieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jinnominaw rappreżentant u supplent wieħed biex jieħu post rappreżentant li jkun assenti jew indispost. Id-Direttur Ġenerali responsabbli mit-Tassazzjoni u mill-Unjoni Doganali jista’ joġġezzjona għan-nomina ta’ rappreżentant jew supplent minn organizzazzjoni abbażi li dan ma jkunx jissodisfa l-profil mitlub fis-sejħa għall-applikazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni kkonċernata tintalab tinnomina rappreżentant jew supplent ieħor.

6.   Is-sostituti jiġu nnominati bl-istess kundizzjonijiet bħall-membri; is-supplenti jidħlu awtomatikament minflok kwalunkwe membru li jkun assenti jew indispost.

7.   L-organizzazzjonijiet jinħatru għal tliet snin, dment li ma jiġux sostitwiti jew esklużi skont il-paragrafu 9. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded wara li jkunu wieġbu għal sejħa oħra għall-applikazzjonijiet.

8.   L-organizzazzjonijiet li jitqiesu xierqa għas-sħubija, iżda li ma jinħatrux, jistgħu jitqiegħdu fuq lista ta’ riżerva li tinżamm għal tliet snin, li l-Kummissjoni tuża biex taħtar is-sostituti.

9.   L-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu (2) jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jiġu ssostitwiti jew esklużi għall-bqija tal-mandat tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha ma jkunux għadhom kapaċi jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma;

(b)

meta l-organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha ma jkunux jikkonformaw mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(c)

meta l-organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha jirriżenjaw;

(d)

meta jkun tajjeb sabiex tinżamm rappreżentanza bbilanċjata tal-oqsma rilevanti tal-kompetenzi u dawk tal-interessi.

Bil-ħsieb li jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-Direttur Ġenerali responsabbli mit-Tassazzjoni u mill-Unjoni Doganali jista’, kif xieraq, jaħtar organizzazzjoni bħala sostitut mil-lista tar-riżerva msemmija fil-paragrafu 8 jew jitlob lil organizzazzjoni biex tinnomina rappreżentant ieħor jew supplent ieħor.

10.   L-ismijiet tal-organizzazzjonijiet u tar-rappreżentanti tagħhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħrajn, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”, kif ukoll fuq websajt apposta.

11.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operazzjoni

1.   Il-Pjattaforma għandha tkun ippreseduta mid-Direttur Ġenerali responsabbli mit-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali jew ir-rappreżentant tiegħu.

2.   Bi qbil mas-Sedja, il-Pjattaforma tista’ tistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-Pjattaforma. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

3.   Is-Sedja tista’, fuq bażi ad hoc, tistieden esperti minn barra l-Pjattforma li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Pjattaforma jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, is-Sedja tista' tistieden bħala osservaturi lil individwi jew organizzazzjonijiet, kif iddefinit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi esperti (7), u lill-pajjiżi kandidati. Jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi, b'mod partikolari, rappreżentanti tal-pajjiżi kandidati biex jissieħbu fl-UE u dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

4.   Il-membri u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fit-Trattati u fir-regoli l-oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata tal-UE, li huma stabbiliti fl-Anness tar-regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni (8). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

5.   Bħala prinċipju, il-laqgħat tal-Pjattaforma u tas-sottogruppi tagħha jsiru f’binjiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tipprovdi s-servizzi segretarjali. Servizzi oħra tal-Kummissjoni b’interess fil-proċedimenti jistgħu jkunu involuti u jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma u s-sottogruppi tagħha.

6.   Il-Pjattaforma għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti kollha dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Pjattaforma (bħall-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) jew fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit elettroniku apposta. Dokument ma jiġix ippubblikat meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (9).

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Pjattaforma ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u, fejn xieraq, l-ispejjeż għas-sussistenza li jkunu ġġarrbu mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Pjattaforma għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni tapplika għal tliet snin.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2012) 722.

(2)  C(2012) 8806 finali.

(3)  C(2012) 8805 finali.

(4)  P7_TA(2012)0030.

(5)  COM(2011) 712 finali.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(7)  Komunikazzjoni mingħand il-President lill-Kummissjoni: – Qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni: regoli orizzontali u reġistru pubbliku, C(2010) 7649 finali.

(8)  ĠU L 308, 8.12.2000, p. 26.

(9)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsubin sabiex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċeduri fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/20


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EAC/S03/13

Azzjoni Preparatorja: Sħubija Ewropea dwar l-Isport

(Sejħa miftuħa)

2013/C 120/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti sservi biex timplimenta s-Sħubija Ewropea ta' Azzjoni Preparatorja dwar l-Isport skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-2013 dwar l-għotjiet u l-kuntratti għall-Azzjoni Preparatorja – Sħubija Ewropea dwar l-Isport u għall-Avvenimenti Annwali Speċjali.

L-għan ewlieni ta' din l-Azzjoni Preparatorja huwa li jitħejjew l-azzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam għall-ġejjieni, b’mod partikolari fil-qafas tal-Kapitolu tal-Isport tal-Programm tal-Unjoni propost għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport għall-2014-2020 (“Erasmus għal Kulħadd”), filwaqt li jibni fuq il-prijoritajiet stabbiliti fil-White Paper tal-2007 dwar l-Isport, u l-Komunikazzjoni tal-2011 dwar l-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport.

Din is-sejħa għall-proposti se tappoġġja proġetti transnazzjonali mressqa minn entitajiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ sabiex jidentifikaw u jittestjaw netwerks adatti u prassi tajba fis-settur tal-isport, fl-oqsma li ġejjin:

(1)

It-tisħiħ ta’ governanza tajba u karrieri doppji fl-isport permezz ta’ appoġġ għall-mobilità tal-voluntiera, il-coaches, il-maniġers u l-persunal tal-organizzazzjonijiet tal-isport mingħajr skop ta’ qligħ.

(2)

Il-ħarsien tal-atleti, speċjalment dawk l-iżgħar fl-età, mill-perikli għas-saħħa u s-sikurezza billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tat-taħriġ u tal-kompetizzjoni.

(3)

Il-promozzjoni tal-isport u tal-logħob Ewropew tradizzjonali.

Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' din l-azzjoni huwa l-Unità tal-Isport tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

2.   Eliġibbiltà

2.1.   Applikant

L-applikanti eliġibbli jridu jkunu

Entitajiet pubbliċi;

Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

L-applikanti jrid ikollhom

Status ġuridiku;

L-uffiċċju ewlieni tagħhom reġistrat f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE.

Persuni fiżiċi ma jistgħux jibagħtu applikazzjonijiet għal din is-sejħa għall-proposti.

2.2.   Proposti

Sabiex ikunu eliġibbli skont din is-sejħa għall-proposti, il-proposti jridu:

jitressqu permezz tal-formola ta' applikazzjoni uffiċjali, mimlija kollha u ffirmata, u jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħha;

jaslu sad-data ta’ skadenza stipulata f'din is-sejħa għall-proposti;

jinvolvu azzjonijiet imwettqa kompletament fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; u

jinkludu netwerk transnazzjonali b'imsieħba minn tal-anqas ħames Stati Membri tal-UE.

3.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit disponibbli għal din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 2 650 000, taħt l-intestatura “Sħubija Ewropea ta' Azzjoni Preparatorja dwar l-Isport” (l-Artikolu 15.05.20).

Il-kofinanzjament tal-UE se jkun ipprovdut għal massimu ta' 80 % tat-total ta' spejjeż eliġibbli. Il-finanzjament provdut mill-applikant irid jammonta mill-inqas għal 20 % tat-total ta' spejjeż eliġibbli. L-applikazzjonijiet li jinvolvu finanzjament addizzjonali minn partijiet terzi huma mħeġġa u se jirċievu punti ta’ prijorità addizzjonali. Fejn il-proġetti jinkludu perċentwal partikolari ta’ finanzjament privat minn partijiet terzi, il-kofinanzjament tal-UE se jitnaqqas bl-istess perċentwal.

L-ispejjeż tal-persunal ma għandhomx jaqbżu l-50 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli. Il-kontribuzzjonijiet in natura mhumiex aċċettati bħala ko-finanzjament. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li ma tagħtix il-finanzjament kollu disponibbli, u dan jiddependi mill-għadd u mill-kwalità tal-proġetti mressqa.

Il-proġetti jridu jibdew bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Marzu 2014 u jintemmu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015.

Il-perjodu tal-eliġibbiltà għall-ispejjeż huwa l-perjodu ta' tul il-proġett kif speċifikat fil-kuntratt.

4.   Skadenza għall-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mid-19 ta' Lulju 2013, bit-timbru tal-posta bħala prova, lil

European Comission

Directorate-General for Education and Culture — Unit D2 (Sport)

J-70, 03/178

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.   Aktar tagħrif

It-testi l-oħra marbuta ma' din is-sejħa għall-proposti, li jinkludu l-formola tal-applikazzjoni u l-gwida tal-programm li tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u amministrattivi, jinsabu fl-indirizz tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/sport/preparatory_actions/doc1009_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mat-testi msemmija hawn fuq u jridu jitressqu fil-formoli pprovduti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/22


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Kawża AT.39740 – Google

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 120/09

1.   INTRODUZZJONI

1.

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ir-Regolament (KE) Nru 1/2003) (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’każijiet fejn tkun beħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf ksur u li l-impriżi kkonċernati joffru impenji li jissodisfaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li tagħmel dawk l-impenji vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni tippubblika taqsira konċiża dwar il-każ u l-kontenut ewlieni tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-Kummissjoni.

2.   TAQSIRA TAL-KAŻ

2.

Fit-13 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 indirizzata lil Google Inc. (“Google”).

3.

Fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li Google timpenja ruħha fil-prattiki kummerċjali li ġejjin li jistgħu jiksru l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

It-trattament favorevoli, fir-riżultati orizzontali ta’ tiftix fuq il-web ta’ Google, ta’ links (ħoloq) għas-servizzi proprji ta’ tiftix vertikali fuq il-web ta’ Google meta mqabbla ma’ links għal servizzi kompetittivi ta’ riċerka vertikali fuq il-web (“l-ewwel prattika kummerċjali”) (2);

L-użu li għamlet Google mingħajr permess minn kontenut oriġinali minn websajts ta’ partijiet terzi fis-servizzi proprji ta’ tiftix vertikali fuq il-web (“it-tieni prattika kummerċjali”) (3);

Ftehimiet li jobbligaw de jure jew de facto lill-websajts li huma proprjetà ta’ partijiet terzi (li fl-industrija jissejħu “pubblikaturi") li jiksbu mingħand Google il-parti l-kbira mill-ħtiġijiet jew il-ħtiġijiet kollha għar-reklamar tagħhom li jidher waqt it-tiftix onlajn (“it-tielet prattika kummerċjali”); u

Restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-ġestjoni u t-trasferibbiltà ta’ kampanji ta’ reklamar li jidhru waqt it-tiftix onlajn minn pjattaformi ta’ riklamar ta’ tiftix (“ir-raba' prattika kummerċjali”).

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

4.

Google ma taqbilx li hija impenjata fil-prattiki kummerċjali deskritti hawn fuq, u ma taqbilx mal-analiżi legali fil-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Hija madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 biex tissodisfa t-tħassib preliminari ta’ kompetizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki kummerċjali msemmija hawn fuq.

5.

L-elementi prinċipali tal-impenji huma kif ġej.

6.

Rigward l-ewwel prattika kummerċjali, Google se tittikketta l-links għas-servizzi proprji tagħha ta’ tiftix vertikali fuq il-web li huma soġġetti għal allokazzjoni favorevoli fir-riżultati ta’ tiftix orizzontali fuq il-web tagħha stess. It-tikketta tinforma lill-utenti li l-links għas-servizzi ta’ tiftix vertikali fuq il-web ta’ Google ġew miżjuda minn Google biex jipprovdu aċċess għas-servizzi ta’ tiftix fuq il-web vertikali, biex l-utenti ma jfixklux il-links tas-servizzi ta' tiftix fuq il-web vertikali ta' Google stess mal-links ta' riżultati ta' tiftix orizzontali fuq il-web. Fejn applikabbli, it-tikketta tinforma wkoll lill-utenti dwar fejn, fir-riżultati ta’ tiftix orizzontali fuq il-web ta’ Google, jistgħu jsibu links għal servizzi alternattivi ta’ tiftix vertikali fuq il-web.

7.

Fejn applikabbli, Google se tiddistingwi wkoll il-links għas-servizzi ta’ tiftix vertikali fuq il-web tagħha stess minn riżultati ta’ tiftix orizzontali oħra fuq il-web, biex l-utenti jkunu konxji min-natura differenti tagħhom.

8.

Fl-aħħar nett, fejn Google tpoġġi għad-dispożizzjoni fir-riżultati ta’ tiftix orizzontali tagħha fuq il-web, links għal servizz ta’ tiftix vertikali fuq il-web ta’ Google, kif deskritt fil-paragrafu (6) hawn fuq, li fihom reklamar ta’ tiftix jew links kummerċjali simili f’aktar minn 5 % tal-każijiet fejn dan is-servizz ta’ tiftix vertikali jinqara mill-utenti taż-ŻEE, Google se tpoġġi għad-dispożizzjoni fuq il-paġna ta’ riżultati ta’ tiftix orizzontali fuq il-web, links għal tliet servizzi kompetituri rilevanti ta’ tiftix vertikali fuq il-web. Google se tippermetti li l-utenti jkunu konxji b’mod ċar dwar il-preżenza ta' dawn it-tliet links rivali. Google se tagħżel dawn it-tliet servizzi kompetituri ta’ tiftix vertikali fuq il-web fuq il-bażi ta’ mekkaniżmi mmirati lejn l-iżgurar tar-rilevanza tagħhom fit-tiftixa.

9.

Rigward it-tieni prattika kummerċjali, Google se toffri lill-websajts ta' partijiet terzi l-esklużjoni fakultattiva msejsa fuq il-web għall-użu tal-kontenut kollu esplorat mis-sit tagħhom fis-servizzi ta' tiftix vertikali fuq il-web ta' Google. Man-notifika ta’ esklużjoni fakultattiva, Google tieqaf tiddisponi l-kontenut inkwistjoni fis-servizzi ta’ tiftix vertikali fuq il-web ta' Google. L-esklużjoni fakultattiva mhix se taffettwa bla bżonn il-klassifikazzjoni tal-websites tal-partijiet terzi fir-riżultati ta’ tiftix orizzontali fuq il-web ta’ Google.

10.

Google se toffri wkoll lis-servizzi ta’ tiftix vertikali eliġibbli fuq il-web li jiffokaw fuq il-provvediment ta’ servizzi ta’ tiftix lokali jew tiftix ta’ prodotti, il-possibbiltà li jimmarkaw ċerti kategoriji ta' informazzjoni b'tali mod li informazzjoni bħal din ma tkunx indiċjata jew użata minn Google.

11.

Fl-aħħar nett, Google se żżomm mekkaniżmi eżistenti għall-pubblikaturi ta’ gazzetti stabbiliti fiż-ŻEE biex ikunu jistgħu jikkontrollaw, fuq paġna web permezz ta’ bażi ta’ paġna web, il-kontenut tagħhom li jidher f’Google News.

12.

L-impenji stipulati fil-paragrafi (6) sa (11) hawn fuq se japplikaw irrispettivament minn jekk jeżistix attwalment servizz ta’ tiftix vertikali fuq il-web ta’ Google jew jekk dan is-servizz huwiex se jiġi introdott fil-perjodu kopert mill-impenji.

13.

Rigward it-tielet prattika kummerċjali, Google timpenja ruħha li ma tinkludix aktar fil-ftehimiet tagħha ma’ pubblikaturi dispożizzjonijet jew timponi obbligi mhux miktuba li jkunu jirrikjedu, de jure jew de facto, li l-pubblikaturi jakkwistaw il-ħtiġijiet tagħhom rigward reklamar li jidher waqt tiftix onlajn esklussivament minn Google f'dak li għandu x'jaqsam ma' mistoqsijiet minn utenti fiż-ŻEE.

14.

Rigward ir-raba’ prattika kummerċjali, Google se tieqaf milli timponi kwalunkwe obbligazzjoni miktuba jew mhux miktuba (inklużi fl-AdWords it-termini u l-kundizzjonijiet API) li jżommu lil dawk li jirreklamaw mill-portabbiltà jew mill-ġestjoni ta’ kampanji ta’ reklamar li jidher waqt it-tiftix madwar l-AdWords ta’ Google u s-servizzi ta’ reklamar mhux tal-Google.

15.

It-tul ta' żmien ta' dawn l-impenji se jkun ta' ħames snin u tliet xhur mid-data li fiha Google tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Google se taħtar ukoll fiduċjarju li għandu jissorvelja l-konformità tagħha mal-impenji.

16.

L-impenji offruti huma ppubblikati fit-totalità tagħhom bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fuq:

http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

4.   STEDINA GĦALL-KUMMENTI

17.

Il-Kummissjoni beħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tivvinkola fuq Google l-impenji miġbura fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni.

18.

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet interessati huma wkoll mitluba jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jistqarru li hija sigriet professjonali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tinbidel kif mitlub b'taqsira mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti professjonali” jew “kunfidenzjali”.

19.

Ir-risposti u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jistabbilixxu l-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema ma’ kwalunkwe parti mill-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

20.

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta’ referenza AT.39740 – Google bil-posta elettronika (COMP-GOOGLE-CASES@ec.europa.eu), bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta normali, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 rispettivament, tat-TFUE Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fil-kontenut. Għall-finijiet ta’ dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn applikabbli.

(2)  Is-servizzi vertikali ta’ riċerka fuq il-web huma servizzi bbażati fuq il-web li minħabba t-tfassil tagħhom huma limitati għal kategoriji speċifiċi ta’ informazzjoni definiti minn qabel fuq il-web. Servizzi orizzontali ta’ riċerka fuq il-web huma servizzi bbażati fuq il-web li jippermettu lill-utenti jfittxu l-informazzjoni kollha fuq il-web, tkun xi tkun in-natura tal-informazzjoni.

(3)  Il-valutazzjoni preliminari ma kkunsidratx ir-relazzjoni bejn l-użu ta’ Google ta’ kontenut oriġinali minn websajts ta’ partijiet terzi u l-liġi dwar il-proprjetà intellettwali.


26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6888 – Otsuka/Mitsui/Claris)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 120/10

1.

Fit-18 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Otsuka Pharmaceutical Factory Inc. (“Otsuka”, il-Ġappun), li hija parti mill-grupp ta' kumpaniji Otsuka kkontrollat minn Otsuka Holdings Co., Ltd. (il-Ġappun), Mitsui & Co. Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun) u Claris Lifescience Limited (“Claris”, l-Indja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' 100 % tas-sussidjarji ta' Claris, Claris Otsuka Limited (il-“JV(impriża konġunta”), l-Indja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Otsuka: farmaċewtiċi, nutraċewtiċi, (2) prodotti tal-konsumatur, distribuzzjoni u ppakkjar,

Mitsui: il-bejgħ, id-distribuzzjoni, ix-xiri, it-tqegħid fis-suq u l-forniment ta’ prodotti f’oqsma bħal: ħadid, azzar, metalli li ma fihomx ħadid, makkinarju, elettronika, kimiċi, komoditajiet relatati mal-enerġija, ikel u bejgħ bl-imnut, servizz tal-istil tal-ħajja u tal-konsumatur, il-bejgħ ta' vetturi bil-mutur u tal-motoċikletti,

Claris: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' prodotti għall-infusjoni fil-vini, drogi ġeneriċi, prodotti bbażati fuq ir-riċerka u terapiji għal sitwazzjonijiet ta' mard akut u ta' kirurġija,

Claris Otsuka Limited (il-JV): il-manifattura, it-tqegħid fis-suq, il-kummerċ ta' prodotti ta' infusjoni, soluzzjonijiet ta' infusjoni, anti-infettivi u espansuri tal-volum tal-plasma.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (3) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6888 – Otsuka/Mitsui/Claris, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  “Nutraċewtika” tirreferi għal linja ta' prodotti li tikkombina “nutrizzjoni” u “farmaċewtiċi”.

(3)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


26.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6886 – Lindéngruppen/FAM/Höganäs)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 120/11

1.

Fit-18 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lindéngruppen AB (“Lindéngruppen”) u Foundation Asset Management Sweden AB (“FAM”) huma bil-ħsieb li jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Höganäs AB (“Höganäs”) permezz ta' offerta pubblika ta' xiri.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lindéngruppen: żvilupp fit-tul ta' kumpaniji industrijali,

għal FAM: ġestjoni tal-assi ta' ċerti fondazzjonijiet; kif ukoll,

għal Höganäs: manifattura tat-trab tal-metall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6886 – Lindéngruppen/FAM/Höganäs, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).