|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.112.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 112/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 112/02 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2013/C 112/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 112/04 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 112/05 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.847/E-BOOKS ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 112/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
25.7.2012 |
||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34408 (12/N) |
||||||||||
|
Stat Membru |
Il-Finlandja |
||||||||||
|
Reġjun |
— |
— |
|||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Suomen laivanrakennusteollisuuden innovaatiotukiohjelma/Innovationsstöd till den finländska varvsindustrin |
||||||||||
|
Il-bażi legali |
Valtionavustuslaki (688/2001), Valtioneuvoston asetus laivanrakennuksen innovaatioihin myönnettävästä valtionavustuksesta/Statsunderstödslag (688/2001), Statsrådets förordning om statsunderstöd för innovationer inom skeppsbyggnad |
||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||||||
|
L-għan |
Innovazzjoni, Żvilupp settorjali |
||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 60 (f'miljuni) |
||||||||||
|
L-intensità |
30 % |
||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.8.2012-31.12.2013 |
||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Bini ta' dgħajjes u strutturi għal fuq wiċċ l-ilma |
||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
||||||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
25.3.2013 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.35563 (13/N) |
||||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
||||||
|
Reġjun |
— |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
High-end television tax relief |
||||||
|
Il-bażi legali |
Finance Bill 2013 |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||
|
L-għan |
Kultura |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Tnaqqis fir-rata tat-taxxa |
||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: GBP 205 (f'miljuni) |
||||||
|
L-intensità |
20 % |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.4.2013-31.3.2018 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet kreattivi, tal-arti u divertiment |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
25.3.2013 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.35564 (13/N) |
||||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
||||||
|
Reġjun |
— |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Animation tax relief |
||||||
|
Il-bażi legali |
Finance Bill 2013 |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||
|
L-għan |
Kultura |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Tnaqqis fir-rata tat-taxxa |
||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: GBP 60 (f'miljuni) |
||||||
|
L-intensità |
20 % |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.4.2013-31.3.2018 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet kreattivi, tal-arti u divertiment |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
20.3.2013 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.35575 (12/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Franza |
|||||
|
Reġjun |
— |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Plan d'aide au report modal vers le transport par voies navigables pour la période 2013-2017 |
|||||
|
Il-bażi legali |
Article 3 du décret no 60-1441 du 26 décembre 1960 portant statut de voies navigables de France modifié par l'article 2 du décret no 2008-1321 du 16 décembre 2008. |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Żvilupp settorjali |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
50 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
20.3.2013-31.12.2017 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' servizz minn ħwienet speċjalizzati inċidentali għat-trasport bl-art, Immaniġġar ta' merkanzija, Trasport ġewwieni ta' merkanzija fuq l-ilma |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ April 2013
2013/C 112/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3045 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,40 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4553 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85480 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,5008 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2164 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,5870 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,875 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
297,97 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7002 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1147 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3729 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3422 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2633 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3362 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1268 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5454 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6112 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 461,22 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,9538 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0632 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6147 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 675,98 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9579 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,781 |
|
RUB |
Rouble Russu |
41,2100 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,452 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,6207 |
|
MXN |
Peso Messikan |
15,8927 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,4070 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
19.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/6 |
Ir-Rapport Speċjali Nru 23/2012 “Il-Miżuri Strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?”
2013/C 112/03
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 23/2012 “Il-Miżuri Strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
|
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
|
Unità “Awditjar: Il-Produzzjoni tar-Rapporti” |
|
12, rue Alcide de Gasperi |
|
1615 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel. +352 4398-1 |
|
Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
19.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/7 |
Komunikazzjoni mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi
2013/C 112/04
Il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku jgħarraf li waslet applikazzjoni għal liċenzja għat-tiftix ta’ idrokarburi, konvenzjonalment magħrufa bħala l-liċenzja “Tardiano”, sottomessa mill-kumpanija Apennine Energy Spa għal żona lokata fir-reġjuni tal-Basilicata u l-Campania, prinċipalment fil-provinċji ta’ Potenza u Salerno, demarkati bl-arċi meridjani u paralleli, indikati bil-koordinati ġeografiċi li ġejjin:
|
Il-punti |
Loġitudini tal-Lvant imkejjel mill-meridjan ta’ Monte Mario |
Latitudni fit-Tramuntana |
|
A |
3°22′ |
40°20′ |
|
B |
3°23′ |
40°20′ |
|
C |
3°23′ |
40°18′ |
|
D |
3°22′ |
40°18′ |
|
E |
3°22′ |
40°14′ |
|
F |
3°27′ |
40°14′ |
|
G |
3°27′ |
40°13′ |
|
H |
3°28′ |
40°13′ |
|
I |
3°28′ |
40°12′ |
|
L |
3°29′ |
40°12′ |
|
M |
3°29′ |
40°11′ |
|
N |
3°30′ |
40°11′ |
|
O |
3°30′ |
40°09′ |
|
P |
3°27′ |
40°09′ |
|
Q |
3°27′ |
40°08′ |
|
R |
3°24′ |
40°08′ |
|
S |
3°24′ |
40°09′ |
|
T |
3°22′ |
40°09′ |
|
U |
3°22′ |
40°10′ |
|
V |
3°21′ |
40°10′ |
|
Z |
3°21′ |
40°11′ |
|
A' |
3°20′ |
40°11′ |
|
B' |
3°20′ |
40°12′ |
|
C' |
3°19′ |
40°12′ |
|
D' |
3°19′ |
40°13′ |
|
E' |
3°14′ |
40°13′ |
|
F' |
3°14′ |
40°16′ |
|
G' |
3°15′ |
40°16′ |
|
H' |
3°15′ |
40°17′ |
|
I' |
3°18′ |
40°17′ |
|
L' |
3°18′ |
40°18′ |
|
M' |
3°21′ |
40°18′ |
|
N' |
3°21′ |
40°19′ |
|
O' |
3°22′ |
40°19′ |
Il-koordinati indikati hawn kienu determinati skont il-mappa nazzjonali tal-Istituto geografico militare (IGM) – Il-mappa tal-Italja nru 210 fuq skala ta’ 1:100 000.
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tal-wiċċ hija ta’ 212,40 km2.
F’konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku qed jippubblika komunikazzjoni biex jippermetti impriżi interessati li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tiftix ta’ idrokarburi f’kompetizzjoni fl-istess żona, determinata mill-punti u mill-koordinati indikati hawn fuq.
Il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment tal-Enerġija, id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u tal-Enerġija – huwa l-awtorità kompetenti għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix imsemmi.
Id-dispożizzjonijiet legali dwar l-għoti tad-drittijiet ta’ minjieri huma speċifikati aktar fid-dettall fil-leġiżlazzjoni li ġejja:
Il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011.
L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni hawn imsemmija f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
Ministero dello sviluppo economico |
|
Dipartimento per l’energia |
|
Direzione generale per le risorse minerarie ed energetiche |
|
Divisione VI |
|
Via Molise 2 |
|
00187 Roma RM |
|
ITALIA |
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bl-imejl f’dan l-indirizz: “ene.rme.div.6@pec.sviluppoeconomico.gov.it”; id-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu ppreżentati fil-format elettroniku flimkien mal-firma diġitali ta’ rappreżentant legali tal-applikant.
F’konformità mal-Punt 2, l-Anness A tad-Digriet tal-Prim Ministru tat-22 ta’ Diċembru 2010, il-Punt 2 tal-Anness A, it-tul ġenerali tal-proċedeura għall-għoti tal-liċenzji għat-tiftix ma għandux ikun itwal minn 180 jum.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/9 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.847/E-BOOKS
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 112/05
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' – f'każijiet fejn tkun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jintemm il-ksur u l-impriżi kkonċernati jimpenjaw ruħhom li jirrispondu t-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari – tadotta deċiżjoni li tagħmel dawk l-impenji vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li ma għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. |
|
2. |
Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni trid tippubblika taqsira konċiża tal-każ u tal-kontenut ewlieni tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sad-data stabbilita mill-Kummissjoni. |
2. TAQSIRA TAL-KAŻ
|
3. |
Fl-1 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 rigward l-imġiba minn The Penguin Publishing Company Limited, The Penguin Group (taqsima ta' Pearson plc), Penguin Group (USA) Inc. u Dorling Kindersley Holdings Limited (minn issa 'l quddiem imsejħa kollettivament bħala “Penguin”) rigward il-bejgħ ta’ kotba elettroniċi lill-konsumaturi fiż-ŻEE. |
|
4. |
Fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li, billi tbiddel b'mod konġunt il-bejgħ tal-kotba elettroniċi minn mudell ta' bejgħ bl-ingrossa għal mudell ta' bejgħ bl-aġenzija bl-istess termini ewlenin fuq bażi globali, Penguin, Hachette Livre SA (“Hachette”), HarperCollins Publishers Limited u HarperCollins Publishers, L.L.C. (“Harper Collins”), Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG u Verlagsgruppe Georg von Holtzbrinck GmbH (“Holtzbrinck/Macmillan”), Simon & Schuster, Inc., Simon & Schuster (UK) Ltd u Simon & Schuster Digital Sales, Inc. (“Simon & Schuster”) u Apple, Inc. (“Apple”) jista' jkun li pparteċipaw fi prassi miftiehma bil-għan li jgħollu l-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE jew li jevitaw l-emerġenza ta' prezzijiet orħos fiż-ŻEE tal-kotba elettroniċi bi ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
|
5. |
Hachette, Harper Collins, Holtzbrinck/Macmillan u Simon & Schuster huma minn issa 'l quddiem imsejħa kollettivament bħala l-“Erba' Pubblikaturi” filwaqt li l-Penguin u l-Erba' Pubblikaturi huma minn issa 'l quddiem imsejħa kollettivament bħala l-“Ħames Pubblikaturi”. |
|
6. |
Għall-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tagħhom fiż-ŻEE (fosthom, iżda mhux biss, fir-Renju Unit, fi Franza u fil-Ġermanja), kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi ffirmaw ftehimiet ta' aġenzija ma' Apple bl-istess termini ewlenin (fosthom il-klawsola tal-prezz bl-imnut tan-nazzjon l-aktar favorit (“NAF”), in-netwerks tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut massimu u l-livell tal-kummissjoni tal-aġenti) għall-bejgħ ta' kotba elettroniċi lil konsumaturi li jinsabu fiż-ŻEE. L-istess termini ewlenin fil-ftehimiet tal-aġenzija ma' Apple, inkluż b’mod partikolari tal-klawżola tan-NAF tal-prezz bl-imnut, fisser li, biex jiġi evitat tnaqqis fid-dħul u fil-marġni mill-kotba elettroniċi tagħhom fuq l-iBookstore, kull wieħed mill-Ħames Pubblikaturi kellhom jitfgħu pressjoni fuq bejjiegħa bl-imnut kbar oħrajn ta’ kotba elettroniċi li joffru kotba elettroniċi lil konsumaturi fiż-ŻEE biex jadottaw il-mudell ta’ bejgħ bl-aġenzija. |
|
7. |
Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat, bl-istess proċedimenti, deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 indirizzata lill-Erba' Pubblikaturi u lill-Apple. Id-deċiżjoni għamlet vinkolanti l-impenji offruti mill-Erba' Pubblikaturi u mill-Apple, u għalqet il-proċedimenti safejn kienu kkonċernati. Penguin ma kinitx destinatarja ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
8. |
Il-valutazzjoni preliminari ma ppruvatx teżamina l-konformità mal-Artikolu 101 TFUE u mal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE tal-ftehimiet tal-aġenzija konklużi minn Penguin ma’ Apple u ma’ bejjiegħa bl-imnut oħrajn. |
3. IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI
|
9. |
Penguin ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 sabiex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Dawn l-impenji huma bla ħsara għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu jew jobbligaw lil Penguin biex tistabbilixxi l-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi skont id-diskrezzjoni tagħha (“il-liġijiet RPM”). |
|
10. |
L-elementi ewlenin tal-impenji offruti minn Penguin huma kif ġejjin: |
|
11. |
Sal-punt li għadhom ma ġewx mitmuma, Penguin se ttemm il-ftehimiet tal-aġenzija rilevanti dwar il-bejgħ ta’ kotba elettroniċi fiż-ŻEE konklużi ma’ Apple. |
|
12. |
Barra minn hekk, Penguin se toffri lil kull bejjiegħ bl-imnut, minbarra Apple, l-opportunità li ttemm kwalunkwe ftehimiet tal-aġenzija konklużi għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi li: (i) jirrestrinġu, jillimitaw jew jimpedixxu l-abbiltà tal-bejjiegħ bl-imnut biex jistabbilixxi, ibiddel jew inaqqas il-prezz bl-imnut jew li joffri roħs fil-prezz jew promozzjonijiet; jew (ii) ikollu klawżola tan-NAF tal-prezz kif definit fl-impenji ta' Penguin. Fil-każ li bejjiegħ bl-imnut jiddeċiedi li jieħu l-opportunità li jtemm ftehim bħal dan, Penguin ittemmu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. |
|
13. |
Għal perjodu ta’ sentejn min-notifika tad-deċiżjoni lil Penguin, Penguin mhijiex se tnaqqas, tillimita jew timpedixxi l-abbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut tal-kotba elettroniċi milli jistabbilixxu, ibiddlu jew inaqqsu l-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi u/jew li joffru roħs fil-prezz jew promozzjonijiet. Madanakollu, fir-rigward tal-ftehimiet tal-aġenzija, il-valur aggregat tar-roħs tal-prezzijiet jew tal-promozzjonijiet offruti minn kwalunkwe bejjiegħ bl-imnut ma għandux jaqbeż l-ammont aggregat bl-istess valur tal-kummissjonijiet totali li Penguin tħallas lil dak il-bejjiegħ bl-imnut fuq perjodu ta' mill-inqas sena b'rabta mal-bejgħ tal-kotba elettroniċi tiegħu lill-konsumaturi. |
|
14. |
Barra minn hekk, għal perjodu ta’ ħames snin min-notifika tad-deċiżjoni lil Penguin, Penguin ma tidħol f'ebda ftehim relatat mal-bejgħ tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE li jkollu l-klawżola AFN tal-prezz skont l-impenji ta' Penguin. |
|
15. |
Dawn l-impenji jinsabu ppubblikati kollha bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html |
4. STEDINA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' KUMMENTI
|
16. |
Il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tagħmel vinkolanti fuq Penguin l-impenji deskritti hawn fuq u ppubblikati fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Jekk sussegwentement isiru tibdiliet sostanzjali fl-impenji, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, tniedi test ġdid tas-suq. |
|
17. |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. |
|
18. |
Il-limitu taż-żmien biex jitressqu l-kummenti jiskadi xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Partijiet terzi interessati huma mitluba wkoll biex jippreżentaw verzjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom li fiha titħassar l-informazzjoni kollha li huma jqisu bħala sigriet kummerċjali, kif ukoll informazzjoni kunfidenzjali oħra, u għandha titħassar u tiġi ssostitwita skont kif ikun hemm bżonn permezz ta’ taqsira mhux kunfidenzjali jew permezz tal-kliem “sigrieti kummerċjali”, jew “kunfidenzjali”. |
|
19. |
It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu mmotivati u għandhom ifissru l-fatti rilevanti kollha. Jekk inti tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-Impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi xi soluzzjoni possibbli. |
|
20. |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza COMP/39.847/E-BOOKS, bl-email (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks (+32 22950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 101 u, rispettivament, 102 tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma fis-sustanza identiċi. Għall-għanijiet ta' dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE fejn xieraq.