|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.102.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 102/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6832 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Ainscough) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 102/02 |
||
|
2013/C 102/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 102/04 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6848 – Aegon/Santander/Santander Vida/Santander Generales) ( 1 ) |
|
|
2013/C 102/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6890 – SCPE/Pemgrofund/Carlyle/ETC Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2013/C 102/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6813 – McCain Foods Group/Lutosa Business) ( 1 ) |
|
|
2013/C 102/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6898 – RAG Stiftung/Evonik Industries) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 102/08 |
||
|
2013/C 102/09 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6832 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Ainscough)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 102/01
Fl-14 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6832. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ April 2013
2013/C 102/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3023 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,46 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4543 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85095 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,3591 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2168 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4540 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,727 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
297,75 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7010 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1283 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4075 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3292 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2503 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3244 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1107 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5405 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6158 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 489,21 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,7647 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0786 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6104 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 693,68 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9818 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,787 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,7450 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,066 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5773 |
|
MXN |
Peso Messikan |
15,8076 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,0240 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2013/C 102/03
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: L-Italja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: il-mitt anniversarju mill-mewt ta’ Giovanni PASCOLI
Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq quddiem, hemm wiċċ il-poeta Giovanni PASCOLI minn Romagna, figura rappreżentattiva tal-letteratura Taljana tal-aħħar tas-seklu 19. Fuq in-naħa tal-lemin, hemm is-sena ta’ meta nħarġet il-munita “2012” u l-monogramma tar-Repubblika Taljana “RI”; fuq in-naħa tax-xellug, hemm is-sena ta’ meta miet “1912”, il-marka taz-zekka “R” u l-inizjali tal-awtriċi Maria Carmela Colaneri “MCC”. Fuq in-naħa ta’ isfel, hemm l-iskrizzjoni “G. PASCOLI”, f’forma ta’ arkata.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 15-il miljun
Id-data tal-ħruġ: April 2012
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6848 – Aegon/Santander/Santander Vida/Santander Generales)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 102/04
|
1. |
Fis-27 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Aegon Spain Holding BV (“Aegon Spai”), fl-aħħar ikkontrollata minn Aegon NV (“l-Aegon Group”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Santander Seguros y Reaseguros, Compania Aseguradora, SA (“Santander Seguros”, Spanja), fl-aħħar ikkontrollata minn Banco Santander SA (“Banco Santander”, Spanja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Santander Vida u Santander Generales (“l-impriżi konġunti (JVs)”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6848 – Aegon/Santander/Santander Vida/Santander Generales, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/5 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6890 – SCPE/Pemgrofund/Carlyle/ETC Group)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 102/05
|
1. |
Fit-2 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ETC Holdings (Mauritius Limited (“ETC Holdings”, il-Mawrizju), Standard Chartered Private Equity (Mauritius) III Limited (“SCPE”, il-Mawrizju), PRIF AfriVest Limited (“Pemgrofund”, il-Mawrizju) u CSSAF Consumer I (“CSSAF”, il-Mawrizju), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-ishma kollha tal-Export Trading Company Group (“ETCG”, il-Mawrizju) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6890 – SCPE/Pemgrofund/Carlyle/ETC Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6813 – McCain Foods Group/Lutosa Business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 102/06
|
1. |
Fit-3 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża McCain Foods Group Inc. (“McCain”, il-Kanada), permezz tas-sussidjarja tagħha McCain Foods Belgium NV (“McCain Foods”, il-Belġju), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriżi G&L Van den Broeke-Olsene NV, (il-Belġju), Vanelo NV, (il-Belġju), u Lutosa France SARL (flimkien ma' “Lutosa Business”) permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6813 – McCain Foods Group/Lutosa Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6898 – RAG Stiftung/Evonik Industries)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 102/07
|
1. |
Fit-2 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RAG Stiftung (il-Ġermanja), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Evonik Industries AG (il-Ġermanja). Il-konċentrazzjoni saret permezz ta' bidla fil-ftehim tal-azzjonisti li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-azzjonisiti RAG Stiftung u kumpanija ta' ekwità privata CVC Capital Partners li bħalissa għandha l-kontroll konġunt ta' Evonik Industries AG. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6898 – RAG Stiftung/Evonik Industries, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 102/08
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“WESTFÄLISCHER KNOCHENSCHINKEN”
Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0854-01.02.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Westfälischer Knochenschinken”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. It-tip ta’ prodott:
|
Il-kategorija 1.2 |
Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:
Deskrizzjoni ġenerali tal-prodott:
|
|
Perżut bl-għadma, immellaħ u mnixxef, li jkun ġej mis-sieq ta’ wara tal-majjal. |
|
|
Lewn: roża skur qawwi sa aħmar skur b’qoxra safra. |
|
|
Togħma: togħma qawwija iżda mhux daqstant, xi kultant b’togħma mhix qawwija tad-duħħan, u li tfakkrek kemm kemm fil-ġewż minħabba l-għadma li jkun għad fih il-prodott. Il-perżut tat-tip “Westfälischer Knochenschinken” li jkun tnixxef bl-arja għandu togħma partikularment delikata u mhix qawwija. L-istadji kollha tal-ipproċessar ta’ dan il-perżut, minbarra l-istadju tal-affumikar, huma l-istess għaż-żewġ tipi tiegħu li jeżistu. |
|
|
Kontenut tal-melħ: massimu ta’ 6,5 %. |
|
|
Kontenut tal-ilma: massimu ta’ 65 % għall-perżut affumikat u massimu ta’ 62 % għall-perżut imnixxef bl-arja. |
Wara li jintemm il-proċess tal-maturazzjoni, il-perżut ikun ta’ lewn aħmar skur u jkollu xi ftit strixxi ta’ xaħam fih.
Metodu tal-produzzjoni:
|
|
Il-proċess kollu tal-produzzjoni, mit-twassil, fil-post tal-produzzjoni, tal-materja prima (jiġifieri s-sieq ta’ wara kollha tal-majjal bl-għadma b’kollox) sa tmiem il-proċess ta’ maturazzjoni tal-perżut, għandu jitwettaq fiż-żona ġeografika identifikata. Il-perjodu ta’ maturazzjoni jrid ikun ta’ mill-inqas sitt xhur. Il-perjodu ta’ tmelliħ irid ikun ta’ mill-inqas tliet ġimgħat. |
|
|
It-tmelliħ: Il-perżut jitmellaħ biss bl-idejn. Huwa permess biss il-proċess tat-tmelliħ niexef bl-użu tas-salmura tal-perżut stess. Mhuwiex permess li wieħed idaħħal il-melħ jew is-salmura fil-laħam. Il-wiċċ kollu tal-perżut jitmellaħ bl-idejn. Wara li jitmellaħ, il-perżut jitqiegħed fi skutelli. Bejn saff perżut u ieħor jerġa’ jintefa’ l-melħ. Il-perjodu tat-tmelliħ idum b’kollox bejn tliet u sitt ġimgħat. Waqt dan il-perjodu, kull ġimgħa l-perżut jinqaleb u jerġa’ jitqiegħed fis-salmura tiegħu stess f’saff differenti fl-iskutelli. Meta jintemm dan il-proċess, il-perżut jitneħħa mis-salmura u jitqiegħed fi skutelli biex l-ammont ta’ melħ fih jiġi l-istess bil-mod il-mod. |
|
|
It-tgħaddis fl-ilma: Wara li l-ammont ta’ melħ fil-perżut jiġi l-istess, dan jista’ jitgħaddas fl-ilma, imbagħad jingħorok u fl-aħħar jittarra billi jiddendel. |
|
|
It-tnixxif jew l-affumikar: Wara li l-perżut jittarra billi jiddendel, jiġi affumikat jew jgħaddi mill-proċess ta’ qabel it-tnixxif, skont it-tip ta’ perżut. Meta l-perżut ikun se jiġi affumikat, jintuża biss il-fagu. |
|
|
Żamma tal-perżut: Il-perżut jinħasel u jitnixxef kull tant żmien sa ma jkun immatura biżżejjed. |
|
|
Il-proċess ta’ maturazzjoni: Il-perjodu ta’ maturazzjoni jrid ikun ta’ mill-inqas sitt xhur. Huwa biss wara li l-perżut ikun immatura għal kollox li dan ikun jista’ jinbiegħ, jitneħħilu l-għadam, jitqatta’ (jiġi pproċessat mill-ġdid) u jiġi ppakkjat f’vakwu. |
Ma jintuża l-ebda fosfat u l-ebda GDL (glukono-delta-latton).
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Is-sieq ta’ wara kollha tal-majjal bl-għadma b’kollox. Meta l-perżut jitwassal fil-post tal-produzzjoni fit-trakkijiet, it-temperatura tal-friża tat-trakk ma tridx tkun ta’ iktar minn 4 °Ċ, waqt li t-temperatura tal-qalba tal-perżut trid tkun ta’ inqas minn 7 °Ċ. Il-valur tal-pH irid ikun ta’ bejn 5,4 u 5,8.
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-proċess kollu tal-produzzjoni, mit-twassil, fil-post tal-produzzjoni, tal-materja prima (jiġifieri s-sieq ta’ wara kollha tal-majjal bl-għadma b’kollox) sa tmiem il-proċess ta’ maturazzjoni tal-perżut, għandu jitwettaq fiż-żona ġeografika identifikata.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Meta tintuża tikketta, minbarra t-tagħrif li huwa obbligatorju bil-liġi, din irid ikollha wkoll it-tagħrif li ġej fuqha:
|
|
“Westfälischer Knochenschinken” IĠP; |
|
|
il-lowgo tal-UE għall-IĠP. |
Fuq it-tikketta jrid ikun hemm biss it-tagħrif mogħti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, fuqha ma jistax jintuża tagħrif li jqarraq bil-konsumaturi.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
L-awtorità reġjonali ta’ Westfalen-Lippe (id-distretti amministrattivi ta’ Münster, Detmold u Arnsberg), u l-bliet ta’ Schüttorf, Bad Bentheim u Salzbergen li jinsabu fir-reġjun ta’ Niedersachsen (li għandhom il-kodiċijiet postali li ġejjin: 48465, 48455 u 48499 rispettivament).
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Fir-reġjun ta’ Westfalen inħolqot tradizzjoni speċifika tal-produzzjoni tal-perżut li għadha teżisti sal-lum. Din it-tradizzjoni hija speċifiċità taż-żona ġeografika u hi stess tissejjes fuq speċifiċitajiet ta’ dan it-tip.
Fil-fatt, il-klima pjuttost umda u kiesħa iżda moderata ta’ dan ir-reġjun, li ġejja mill-fatt li dan ir-reġjun jinsab qrib il-Baħar tat-Tramuntana, hija ideali għat-trobbija tal-ħnieżer, u, sal-ġurnata tal-lum, għadu jitrabba għadd kbir ta’ ħnieżer f’dan ir-reġjun. Fis-sekli li għaddew fir-reġjun ta’ Westfalen it-trobbija tal-ħnieżer kienet issir b’mod partikulari ħafna: il-ħnieżer kienu jitħallew jiġġerrew barra fil-foresti tal-ballut ta’ Westfalen u b’hekk kienu jikbru b’mod naturali u b’saħħtu. Dan il-metodu ta’ trobbija kien ifisser li prattikament kulħadd seta’ jrabbi tal-inqas ħanżir wieħed u jipproduċi l-perżut. Barra minn hekk, dan kien ifisser ukoll li l-ħnieżer kienu jkunu smien u b’saħħithom u li ma kienx ikollhom wisq xaħam.
Il-produzzjoni tal-laħam ta’ dan it-tip, li kienet twassal għal riżultati eċċellenti, llum m’għadhiex issir b’dan il-mod minħabba kwistjonijiet marbutin mal-ħarsien tan-natura u minħabba d-densità tal-popolazzjoni. Minkejja dan, hija wasslet biex inħolqot tradizzjoni partikulari u għarfien fost il-popolazzjoni wkoll fl-oqsma tal-ipproċessar tal-laħam u tal-produzzjoni tal-perżut.
Il-klima hija partikularment ideali għall-produzzjoni tal-perżut affumikat, iżda kien u għadu jiġi prodott ukoll perżut imnixxef bl-arja. Tradizzjonalment, il-produzzjoni kienet tibda fix-xhur kesħin tax-xitwa, l-ewwel nett minħabba li l-ewwel stadji tal-produzzjoni kienu jeħtieġu temperaturi kesħin, u t-tieni nett sabiex il-perżut seta’ jitlesta u jitqatta’ sal-bidu ta’ Mejju meta kien jibda l-istaġun tal-ispraġ. Minkejja li llum il-perżut jista’ jiġi prodott matul is-sena kollha minħabba l-faċilitajiet moderni li jeżistu, il-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, li ngħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra, għadu jintuża u għadu jikkontribwixxi għall-kwalità tajba tal-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen sal-ġurnata tal-lum. B’hekk, il-laħam ta’ kwalità għadu mfittex sal-ġurnata tal-lum u llum ukoll, it-tmelliħ isir biss bl-idejn, u l-perjodu tradizzjonali ta’ maturazzjoni huwa ferm itwal minn dak li s-soltu nsibu fis-suq, minħabba t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-perżut tipika għal dan ir-reġjun.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Il-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen ilu magħruf għall-kwalità eċċellenti tiegħu għal sekli sħaħ u jgawdi minn fama tajba mal-konsumaturi fir-reġjun kif ukoll lil hinn minnu.
Il-perżut tat-tip “Westfälischer Knochenschinken” huwa l-varjant oriġinali u ta’ kwalità tajba ta’ dan il-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen. Il-kwalità tajba tiegħu ġejja mill-fatt li, biex isir, tintuża s-sieq kollha, bl-għadam b’kollox. Minħabba f’hekk, u minħabba l-fatt li mhuwiex permess li wieħed idaħħal is-salmura fil-laħam, dan it-tip ta’ perżut jeħtieġ perjodu itwal ta’ tmelliħ, li jkun ta’ mill-inqas tliet ġimgħat, minħabba li l-melħ irid jidħol fil-perżut u fl-għadam b’mod naturali. Il-perjodu ta’ maturazzjoni wkoll huwa itwal minħabba l-fatt li l-perżut jitmellaħ bl-għadam b’kollox, minħabba li, f’dan il-każ, il-perżut jinxef iktar bil-mod. Dan il-perjodu jkun ta’ mill-inqas sitt xhur u b’hekk huwa ferm itwal minn dak tal-prieżet li jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet magħrufin oħrajn. Il-fatt li l-għadam jitħalla fil-perżut waqt il-proċess tal-maturazzjoni jagħtih togħma partikulari li tfakkrek fil-ġewż.
Mil-lat storiku, ir-Rumani stess diġà kienu jafu li l-aħjar perżut kien prodott fir-reġjun ta’ Westfalen. Huma ma qatgħux qalbhom biex jittrasportaw, biż-żwiemel u bil-mixi, dan il-perżut imfittex magħmul mil-laħam tal-majjal bl-għadam fih tul ix-xmara Renu u fuq l-Alpi sal-Italja. Fis-seklu tnax, fil-belt ta’ Köln kien hemm talba kbira għall-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen li kien jinbiegħ fis-suq ewlieni ta’ din il-belt. Il-belt ta’ Dortmund tat lill-Imperatur Sigismund (li għex mill-1368 sal-1437 u li ġie elett re għall-ewwel darba fl-1410) tnax-il biċċa perżut. Igħidu li l-imperatur feraħ ħafna iktar b’dawn milli b’bieqja tad-deheb li qala’ mingħand il-belt ta’ Köln. It-tieqa bi ħġieġ ikkulurit li tħares lejn it-Tramuntana (li saret madwar l-1500) li tinsab fil-knisja ddedikata lil Santa Marija tal-Mergħa f’Soest li nbniet madwar l-1400 wkoll turi l-fama tajba tal-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen. Din it-tieqa turi “L-aħħar ċena b’laqta tar-reġjun ta’ Westfalen”, li fiha minflok il-ħobż u l-inbid jintwerew il-birra u l-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen. Heinrich Heine sejjaħ ir-reġjun ta’ Westfalen “il-post minn fejn oriġina l-perżut”.
Waqt il-gwerer ta’ bejn l-1674 u l-1678 bejn l-Olanda u l-Ġermanja u Franza, it-theddida ta’ sakkeġġi u ta’ alloġġi tal-militar fi djar privati ġiet evitata billi diversi tagħbijiet ta’ perżut intbagħtu mir-reġjun ta’ Sauerland f’Westfalen lejn Vjenna.
Il-lingwaġġ komuni tal-lokal ukoll juri t-tradizzjoni antika tal-perżut tar-reġjun ta’ Westfalen. Meta xi ħadd juża l-espressjoni “is-sema tar-reġjun ta’ Westfalen” (bil-Ġermaniż “westfälischer Himmel”), dan ikun qed jirreferi għall-parti fuq in-nar miftuħ f’razzett tar-reġjun ta’ Westfalen fejn qabel kien jiddendel il-perżut biex jiġi affumikat.
5.3. Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-fama tal-prodott tissejjes fuq l-oriġini ġeografika tiegħu. It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-perżut fir-reġjun ta’ Westfalen, li tmur lura għal sekli sħaħ u li mxiet ’il quddiem bis-saħħa tal-kundizzjonijiet naturali fir-reġjun, u l-għarfien partikulari tal-produtturi lokali marbut magħha wasslu biex il-perżut tat-tip “Westfälischer Knochenschinken” ikun prodott ta’ kwalità għolja b’togħma partikulari li huwa magħruf fir-reġjun kif ukoll lil hinn minnu bħala speċjalità reġjonali u li jgawdi minn fama tajba, l-iktar minħabba l-oriġini ġeografika tiegħu. Din il-fama tissejjes fuq it-tradizzjoni ġenwina tal-produzzjoni tal-perżut, li hija kkaratterizzata l-iktar mill-fatt li hija tipprevedi perjodu itwal ta’ maturazzjoni tal-perżut minn dak li huwa previst is-soltu għal prieżet ta’ tipi oħrajn.
Il-metodu tal-produzzjoni tipiku għal dan ir-reġjun iwassal ukoll biex il-perżut ikollu karatteristiċi oġġettivi li jissejsu fuq l-oriġini ġeografika tiegħu. Fil-fatt, il-perjodi itwal ta’ maturazzjoni u ta’ tmelliħ li huma tipiċi għal dan ir-reġjun wasslu, b’mod partikulari, biex, minħabba l-kontenut iktar baxx tal-ilma, il-karatteristiċi fiżiċi tal-perżut (il-konsistenza, il-fermezza u l-piż speċifiku tiegħu), il-karatteristiċi kimiċi tiegħu (b’mod partikulari l-kontenut iktar baxx tal-ilma u, minħabba f’hekk, il-kontenut relattivament ogħla ta’ sustanzi oħrajn bħalma huma x-xaħmijiet u l-proteini) u, minħabba f’hekk, ukoll il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, ivarjaw mill-karatteristiċi ta’ prieżet oħrajn.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/17403
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/12 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 102/09
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li tiġi opposta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“VOLAILLE DE BRESSE”/“POULET DE BRESSE”/“POULARDE DE BRESSE”/“CHAPON DE BRESSE”
Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0145-17.11.2010
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:
|
— |
☒ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
☒ |
Oħrajn (aġġornament tad-dettalji tal-grupp, tal-awtoritajiet kompetenti u tal-istrutturi ta’ kontroll) |
2. Tip ta’ emenda/i:
|
— |
|
Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju |
|
— |
☒ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju |
|
— |
|
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
|
Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i:
3.1. Intestatura “Isem il-prodott”:
L-isem kif ġie rreġistrat bir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 ikopri biss parti mill-isem li għalih kienet saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni inizjali. B’hekk, din hija korrezzjoni ta’ żball fir-reġistrazzjoni. L-isem irreġistrat huwa “Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse”.
3.2. Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”:
Il-perjodu tat-trobbija ġie akkumulat fuq il-perjodi kollha tat-trobbija u ġie espress sistematikament f’“jiem” sabiex l-età minima tal-qatla tkun tista’ tinftiehem aħjar u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli.
Il-perjodu ta’ żmien tat-trobbija tat-tiġieġ jew tas-sriedak (poulets) tela’ minn 106 għal 108 jum. It-tiġieġ jew is-sriedak jgħaddu l-estensjoni tal-perjodu ta’ rfinar f’gaġeġ żgħar magħrufa bħala épinettes. Bl-istess mod, il-piż minimu tat-tiġieġ jew tas-sriedak tela’ minn 1,2 kg għal 1,3 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Dawn l-emendi jikkontribwixxu sabiex tittejjeb il-kwalità finali tal-prodott (tjur b’iktar laħam).
Barra minn hekk, ġiet introdotta d-definizzjoni ta’ poularde, jiġifieri tiġieġa msemmna: “tjur ta’ sess femminili, maturi sesswalment li jkunu kkostitwew l-għanqud tal-bajd tagħhom imma ma jkunx bdew ibidu.”
Għall-ħasjien, ġie ddefinit il-perjodu ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex tiġi ppreċiżata dik il-prattika tradizzjonali ta’ bejgħ li ssir biss fil-festi tal-aħħar tas-sena. Fl-aħħar nett, il-paragrafu li jirrigwarda l-possibbiltà ta’ roulage jew tgeżwir tat-tiġieġ imsemmna imma anki tat-tiġieġ jew tas-sriedak ġie fformulat mill-ġdid sabiex jiġu deskritti anki l-prattiki tradizzjonali u sabiex jiġi ppreċiżat li t-tjur jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fil-biċċa drapp li jiġu mgeżwra fih jew mingħajru.
3.3. Intestatura “Definizzjoni taż-żona ġeografika”:
Ġiet ippreċiżata l-lista ta’ operazzjonijiet li jsiru fiż-żona sabiex titneħħa kull ambigwità: is-selezzjoni, ir-riproduzzjoni, l-inkubazzjoni u t-tifqis, it-trobbija, il-qatla, il-preparazzjoni tat-tjur u, jekk ikun il-każ, l-iffriżar tagħhom f’temperaturi baxxi ħafna. Din il-lista tikkostitwixxi rkupru tad-dispożizzjonijiet nazzjonali previsti bid-digriet dwar id-denominazzjoni.
3.4. Intestatura “Prova tal-oriġini”:
Fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali, l-intestatura “Evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata u tiġbor fiha, b’mod partikolari, l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ żamma ta’ reġistri li jirrigwardaw it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.
Dawn l-emendi huma marbuta mar-riforma tas-sistema ta’ kontroll tad-denominazzjonijiet tal-oriġini introdotta bil-Liġi-Digriet 2006-1547 tas-7 ta’ Diċembru 2006 dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti tal-foresti jew tal-prodotti tal-ikel u tal-prodotti tal-baħar. B’mod partikolari, ġiet prevista awtorizzazzjoni tal-operaturi li tirrikonoxxi l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-marka li minnha jiksbu l-profitti tagħhom. Il-kontroll tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DPO “Volaille de Bresse” jiġi organizzat skont pjan ta’ kontroll imħejji minn korp ta’ kontroll.
Barra minn hekk, din l-intestatura fiha xi żidiet u tissupplimenta diversi dispożizzjonijiet relatati mar-reġistri u mad-dokumenti ta’ dikjarazzjoni li jippermettu li tkun żgurata t-traċċabbiltà tat-tjur.
3.5. Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”:
3.5.1.
Ġew introdotti rekwiżiti supplimentari għas-selezzjoni sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-razza. Ġew miżjuda xi preċiżazzjonijiet dwar il-bajd u l-flieles u b’mod partikolari dwar il-piż minimu (50 g għall-bajd u 32 g għall-flieles).
3.5.2.
L-emenda tippermetti li l-produtturi jinkorporaw numru żgħir ta’ fargħuni fil-lottijiet sabiex dawn ibeżżgħu lill-predaturi bl-imġiba tagħhom. Din hija prattika tradizzjonali fi Bresse. Dawn it-tjur ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet ta’ trobbija u naturalment jitqiesu fil-kalkoli tad-densità sabiex jiġu żgurati l-benesseri u l-kwalità tal-kundizzjonijiet tat-trobbija.
It-testi tal-bidu (1957), li kienu jirregolaw il-“volaille de Bresse” ma kinux jiddefinixxu d-densità. Permezz tad-densità, fil-perjodu inizjali u tal-kalibrazzjonijiet iktar preċiżi fit-tagħmir meħtieġ f’dan l-istadju (ħwat għall-għalf u għall-ilma), tkun tista’ tittejjeb il-ġestjoni sanitarja tal-azjendi agrikoli tat-trobbija. Huma jikkontribwixxu għall-benesseri tal-annimali u b’dan il-mod jikkontribwixxu wkoll għall-kwalità finali tal-prodott.
Id-densità proposta fil-perjodu tat-tkabbir żdiedet (mhux iktar minn 12-il annimal għal kull metru kwadru ta’ bini għat-tiġieġ jew għas-sriedak u għat-tiġieġ imsemmna) sabiex jitqiesu l-annimali kollha tul il-perjodu kollu tat-trobbija. Din id-densità tikkorrispondi għall-prattika. Fejn għandhom x’jaqsmu l-ħasjien, id-densità baqgħet l-istess: ġie ppreċiżat li din tkun applikabbli mill-15 ta’ Lulju jiġifieri meta ssir il-ħasja.
Il-perjodu ta’ rfinar tat-tiġieġ jew tas-sriedak fl-épinette żdied minn tmint (8) ijiem għal għaxra (10) għal finijiet ta’ kwalità. Dawk tat-tiġieġ imsemmna tnaqqas għal mill-inqas 21 jum, filwaqt li l-perjodu ta’ żmien totali tat-trobbija baqa’ l-istess (mill-inqas 140 jum). Permezz ta’ din id-dispożizzjoni tkun tista’ titqies il-varjazzjoni fit-tul tal-jiem u tal-iljieli, skont iż-żmien tas-sena, u b’hekk li jiġi evitat li t-titġieġ imsemmen jibda jbid meta l-jiem jitwalu.
Il-kundizzjonijiet ta’ rfinar fl-épinettes ġew ippreċiżati fir-rigward tal-mod kif jitqassmu l-gaġeġ, tad-densità fl-épinettes, tan-numru totali ta’ tjur fil-gaġeġ kif ukoll tan-natura stess tal-gaġeġ li ma jkunux dejjem magħmula mill-injam.
3.5.3.
Għall-“volailles de Bresse”, il-mogħdijiet barra (mill-gaġeġ) jagħtu kontribut importanti f’termini ta’ riżorsi alimentari inklużi fil-ħaxix u fl-organiżmi ħajjin (molluski, insetti, eċċ) li jiżviluppaw b’mod partikolari fil-ħamrija u fil-klima umda ta’ Bresse (ħamrija taflija, impermeabbli għall-ilmijiet tax-xita frekwenti). L-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijet dwar il-prattiki għall-ġestjoni tal-mogħdijiet tal-ħaxix għandha l-għan li tiżgura l-kwalità ta’ din ir-riżorsa filwaqt li tiffavorixxi l-benesseri tal-annimali.
Il-proposti jirrigwardaw b’mod partikolari l-punti li ġejjin:
|
— |
definizzjoni tal-kunċetti ta’ gruppi u ta’ lottijiet ta’ tjur sabiex tissaħħaħ it-traċċabbiltà tal-produzzjoni; |
|
— |
preċiżazzjoni dwar il-produzzjoni annwali limitata għal 1 500 tajra għal kull ettaru ta’ bur mhux ikkultivat b’mod li l-ħaxix miżrugħ fil-bwar mhux ikkultivati jinżamm fi stat tajjeb; |
|
— |
preċiżazzjoni dwar is-serħan (fallowing) tal-bur mhux ikkultivat li għandu jitwettaq mill-inqas ġimagħtejn qabel mat-tjur jinħareġ barra fil-bur mhux ikkultivat; |
|
— |
preċiżazzjonijiet dwar il-kostituzzjoni tal-mergħat (mergħat permanenti jew temporanji ta’ iktar minn sena) u dwar il-manutenzjoni tagħhom; |
|
— |
introduzzjoni ta’ obbligu ta’ preżenza ta’ sisien ta’ ħaxix b’tul minimu ta’ 25 metru għal kull ettaru; |
|
— |
tnaqqis tad-distanza awtorizzata bejn il-bini tal-azjenda agrikola tat-trobbija; |
|
— |
limitazzjoni tad-demel fil-mogħdijiet. |
Emendi oħrajn għandhom l-għan li jsaħħu r-rabta mat-territorju tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Volaille de Bresse” u għandhom ukoll l-għan li jsaħħu l-kwalità u t-traċċabbiltà tat-tjur li jingħataw id-denominazzjoni protetta tal-oriġini:
|
— |
preċiżazzjonjiet dwar il-fażijiet imwettqa fl-istess azjenda agrikola. Il-grupp xtaq jippreċiża dik il-prattika tradizzjonali li t-tjur jitrabbew f’perjodi suċċessivi ta’ tkabbir u ta’ rfinar fl-istess azjenda agrikola. B’dan il-mod jiġi evitat tabilħaqq li l-annimali jiġu soġġetti għal tensjoni u għal r-riskji sanitarji li jistgħu jiġu ġġenerati bil-bidla fil-post tat-trobbija (trasport, bini u ambjent differenti, bidla fl-organizzazzjoni “soċjali” tal-lott, eċċ.) u li jkollhom impatt fuq il-kwalità finali tal-prodott; |
|
— |
introduzzjoni ta’ daqs massimu tal-gruppi ta’ flieles għal kull bini kif ukoll densità massima għall-flieles; |
|
— |
żieda fin-numru massimu ta’ lott ta’ tjur li tela’ għal 700 tajra; |
|
— |
introduzzjoni ta’ dispożizzjoni dwar il-pożizzjoni tal-ħwat għall-għalf u għall-ilma fil-perjodi differenti tat-trobbija tat-tjur; |
|
— |
preċiżazzjonijiet dwar il-miżuri ta’ profilassi għat-tjur u dwar il-miżuri ta’ tindif, ta’ diżinfettar u ta’ serħan applikati għall-bini. |
3.5.4.
Il-proċeduri tat-tagħlif tal-“volaille de Bresse” ġew ippreċiżati u b’mod partikolari:
|
— |
matul il-perjodu inizjali, ġiet introdotta lista pożittiva ta’ elementi li jikkostitwixxu l-għalf inizjali kif ukoll rata massima ta’ xaħam totali (6 %) sabiex f’dak il-perjodu t-tagħlif jiġi limitat. Ġie ppreċiżat li ċ-ċereali, li jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-għalf, ġejjin miż-żona ġeografika. |
|
— |
matul il-perjodu ta’ tkabbir, l-emendi proposti jippreċiżaw il-prattiki ta’ tagħlif. Fil-fatt, l-għalf huwa essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi li t-tjur isibu fil-mogħdijiet li magħhom jiġu miżjuda ċereali li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika u prodotti tal-ħalib. L-emendi għandhom l-għan li jevitaw dgħufija fit-tjur, filwaqt li jillimitaw b’mod iktar preċiż is-supplimenti mal-għalf tagħhom. B’hekk, matul il-perjodi ta’ tkabbir u ta’ rfinar, fl-għalf jiġi introdott perċentwal minimu ta’ 40 % ta’ qamħirrun, skont it-tradizzjoni ta’ Bresse. In-natura taċ-ċereali u tal-prodotti tal-ħalib li jingħataw lit-tjur matul dawn il-perjodi kif ukoll il-kwantitajiet tagħhom ġew deskritti b’mod dettaljat. Ġie ppreċiżat li t-tjur jistgħu jingħataw supplimenti ta’ proteini veġetali, ta’ minerali u ta’ vitamini minbarra r-riżorsi lokali. Is-supplimenti jiġu limitati kemm kwantittivament kif ukoll kwalitattivament (kontenut limitat għal 15 % ta’ proteini). Is-supplimenti għandhom l-għan li jibbilanċjaw l-għalf mogħti filwaqt li jiżguraw limitazzjoni fil-kontenut ta’ proteini tiegħu, li jobbliga lill-“volaille de Bresse” tesplora l-mogħdijiet fuq barra sabiex issib il-komponenti essenzjali tal-għalf tagħha (ħaxix, insetti, molluski żgħar …) u b’hekk ikun jista’ jiġi żgurat li jinżammu l-karatteristiċi tipiċi li huma l-espressjoni tar-rabta mat-territorju. |
|
— |
ġiet introdotta l-projbizzjoni tal-OĠM fl-għalf kollu tal-“Volaille de Bresse” inkluż għall-għalf li t-tjur jingħataw fil-perjodu inizjali, kif ukoll il-projbizzjoni tat-tħawwil ta’ speċijiet veġetali ġenetikament modifikati fl-azjendi agrikoli. |
3.5.5.
Il-piż minimu fil-mument tal-konsenja jew tat-teħid tat-tjur tħassar għaliex id-dispożizzjoni kienet qed twassal għal kontroll doppju, jiġifieri dak tal-piż ħaj ikkalkulat fil-waqt li jittieħdu jew li jiġu kkonsenjati u l-piż tat-tajra bil-ġewwieni parzjalment imneħħi fil-biċċerija. Tqies li kien iktar rilevanti li jinżamm il-kontroll fuq il-piż tat-tajra bil-ġewwieni parzjalment imneħħi li jikkorrispondi għall-prodott ikkumerċjalizzat.
L-emendi li saru għandhom l-għan li jżidu l-limitu superjuri tat-temperatura tat-togħlija sabiex dik id-dispożizzjoni tiġi adattata għat-tiġieġ jew għas-sriedak, għat-tiġieġ imsemmna u għall-ħasjien li għandhom piżijiet u stati ta’ tismin differenti.
L-operazzjonijiet tal-iżvinar, tat-tneħħija parzjali tal-ġewwieni jew tat-tneħħija tal-ġewwieni, tal-irfinar tat-tnittif u tat-tindif tal-kullar ta’ rix li jitħallew fl-għonq, magħruf bħala collerette, baqgħu jsiru bl-id. Madankollu, saru xi preċiżazzjonijiet sabiex jiġi indikat li l-inċiżjoni ċirkolari tat-toqba tal-kloaka tat-tjur tista’ ssir permezz ta’ sikkina apposta (“couteau à cloaque”) jew ta’ “coupe-cloaque” li hija għodda semimanwali.
Il-kunċett ta’ “preparazzjoni” tat-tjur ġie ddefinit: huwa jikkonsisti fl-irfinar tat-tnittif u fit-tindif tal-kullar ta’ rix li jitħallew fl-għonq (collerette). Din hija fażi li ssir bl-idejn u li tippermetti wkoll valutazzjoni tal-prodott eżattament qabel ma jitwaħħlu l-marki ta’ identifikazzjoni li għandhom jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodott.
L-operazzjonijiet ta’ bridage, jiġifieri l-irbit tat-tajra, ġew deskritti b’iktar preċiżazzjonijiet.
Fl-aħħar nett, il-proċedura ta’ ffriżar ġiet sostitwita bil-proċedura ta’ ffriżar f’temperaturi baxxi ħafna. Permezz tal-introduzzjoni tal-proċeduri tal-iffriżar f’temperaturi baxxi ħafna (il-perjodu massimu ta’ ffriżar f’temperaturi baxxi ħafna, it-temperaturi, l-iskadenza għall-użu) tkun tista’ tiġi żgurata l-aħjar kwalità tal-prodott.
3.6. Intestatura “Rabta maż-żona ġeografika”:
Din il-parti nkitbet mill-ġdid sabiex jintwerew l-ispeċifiċitajiet taż-żona ġeografika, l-ispeċifiċitajiet tal-prodott u r-rabta maż-żona ġeografika. Din l-intestatura ġiet miżjuda skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.
3.7. Intestatura “Tikkettar”:
Saru xi preċiżazzjonijiet dwar il-proċeduri kif jinħarġu l-marki ta’ identifikazzjoni, dwar l-użu tal-isem “Bresse” fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament u fuq il-fatturi u dwar l-indikazzjonijiet li jidhru fuq is-siġill u t-tikketta.
3.8. Intestatura “Rekwiżiti nazzjonali”:
Fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali, l-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” ġiet ippreżentata fil-forma ta’ tabella tal-punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati, tal-valuri ta’ referenza tagħhom u tal-metodu ta’ valutazzjoni tagħhom.
3.9. Dettalji tal-awtoritajiet kompetenti, tal-grupp u tal-istrutturi ta’ kontroll:
Ġew aġġornati d-dettalji tal-korp ta’ ċertifikazzjoni inkarigat mill-kontroll tad-DPO flimkien mad-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti u tal-grupp.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
“VOLAILLE DE BRESSE”/“POULET DE BRESSE”/“POULARDE DE BRESSE”/“CHAPON DE BRESSE”
Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0145-17.11.2010
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.1 |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):
Il-“Volaille de Bresse”/il-“Poulet de Bresse”/il-“Poularde de Bresse”/ix-“Chapon de Bresse” jappartjenu lill-ġenus Gallus u lir-razza Gauloise jew ta’ Bresse tal-varjetà bajda. Meta jsiru adulti, l-annimali għandhom karatteristiċi esterni li huma speċifiċi għalihom.
Il-“Poulet de Bresse” hija tiġieġa jew serduk ta’ mill-inqas 108 jum li tiżen mill-inqas 1,3 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi (jiġifieri 1 kg “prêt à cuire”, jiġifieri lesta għat-tisjir). Il-“Poularde de Bresse” hija tiġieġa matura sesswalment ta’ mill-inqas 140 jum li tkun ikkostitwiet l-għanqud ta’ bajd tagħha imma ma tkunx bdiet tbid u li tiżen mill-inqas 1,8 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. It-tiġieġ jew is-sriedak u l-poulardes jew tiġieġ imsemmna jistgħu jkunu ġew imgeżwra (roulage) u marbuta (brindage) skont l-użanzi tal-post.
Ix-“Chapon de Bresse” huwa serduk imsewwi (ħasi) ta’ mill-inqas 224 jum li jiżen mill-inqas 3,0 kg bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Huwa jiġi kkummerċjalizzat biss għall-festi tal-aħħar tas-sena, bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar. Skont l-użanzi tal-post bilfors irid jiġi mgeżwer (roulage) fi drapp b’oriġini veġetali (għażel, qanneb, qoton) u jiġi marbut (bridage) b’tali mod li t-tajra tkun imgeżwra kollha ħlief għall-għonq li t-terz ta’ fuq tiegħu jitħallielu r-rix.
It-tjur maqtula għandhom ikunu mlaħħma u bi flettijiet żviluppati; il-ġilda tagħhom għandha tkun nadifa, u ma għandux ikun hemm rix li għadu qed jinbet minn taħt il-ġilda, tiċrit, tbenġil jew ilwien anormali; ix-xaħam għandu jgħatti s-sinsla tad-dahar; il-forma naturali tal-klavikula ma għandhiex tiġi mmodifikata. Is-saqajn u l-ġwienaħ ma għandhomx ikunu miksura. Il-kullar ta’ rix li jitħalla fit-terz ta’ fuq tal-għonq (collerette) għandu jkun nadif. Is-saqajn għandu jitneħħilhom il-ħmieġ kollu.
It-tajra tiġi kkummerċjalizzata “effilée”, jiġifieri bil-ġewwieni parzjalment imneħħi. Il-preżentazzjonijiet “prêt à cuire” (lesta għat-tisjir) u “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) huma permessi biss għat-tiġieġ jew għas-sriedak, u dejjem jekk is-saqajn u l-ġwienaħ, ħlief is-swaba’, ma jkunux maqtugħin barra.
It-tjur li jkunu ġew imgeżwra (roulage) u marbuta (bridage) jistgħu jiġu kkummerċjalizzati mgeżwra jew le. F’dak il-każ, huma jkollhom forma żengulija. Il-ġwienaħ u s-saqajn jinżammu qrib il-ġisem u ma jisporġux iktar. Il-laħam għandu jkun sod, iebes u miżmum sew.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
It-trobbija tat-tjur issir fi tliet perjodi suċċessivi li huma l-perjodu inizjali, dak tat-tkabbir u l-perjodu tal-irfinar. Matul dawn il-perjodi, fl-għalf tat-tjur jiġu awtorizzati biss:
|
— |
iċ-ċereali li jkunu ġejjin biss miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini u li jkunu prodotti, jekk ikun possibbli, fl-azjenda agrikola, |
|
— |
il-veġetali, il-prodotti sekondarji u s-supplimenti li jkunu ġejjin minn prodotti mhux transġeniċi. |
Matul il-perjodu “inizjali”, li jdum għal mhux iktar minn 35 jum, għall-inqas 50 % tal-volum tal-għalf ikun ikkostitwit minn ċereali li magħhom jistgħu jiġu miżjuda supplimenti magħmula minn materjali veġetali, prodotti tal-ħalib, vitamini u minerali.
It-tjur wara l-perjodu msejjaħ “inizjali” jitrabbew barra, fuq mogħdijiet bil-ħaxix. L-għalf imbagħad ikun essenzjalment ikkostitwit mir-riżorsi tal-bwar mhux ikkultivati (ħaxix, insetti, molluski żgħar,…) li magħhom jiġu miżjuda ċ-ċerali: qamħirrun, qamħ Saraċin, qamħ, ħafur, triticale (ibridu tal-qamħ u tax-xgħir) u xgħir kif ukoll il-ħalib u l-prodotti sekondarji tiegħu. Dawn iċ-ċereali, li l-qamħirrun jikkostitwixxi mill-inqas 40 % tal-għalf, jistgħu jkunu ġew soġġetti għal tisjir, ġerminazzjoni, tgħaffiġ jew tħin, imma għall-ebda pproċessar ieħor. Bejn is-36 u l-84 jum tat-trobbija, perjodu li jikkorrispondi għall-kostituzzjoni tal-iskeletru, it-tjur jistgħu jingħataw supplimenti ta’ proteini, minerali u vitamini minbarra r-riżorsi lokali.
Ir-rata ta’ proteini tal-għalf li jingħata kuljum hija ta’ mhux iktar minn 15 %.
Dan il-perjodu ta’ “tkabbir” jiġi segwit minn perjodu ta’ “rfinar” li jdum mill-inqas għaxart ijiem għat-tiġieġ jew għas-sriedak, tliet ġimgħat għat-tiġieġ imsemmna u erba’ ġimgħat għall-ħasjien, u li t-tjur iqattgħuh f’gaġeġ żgħar magħrufa bħala épinettes f’ambjent imdallam, kalm u b’ventilazzjoni tajba. Matul dak il-perjodu, l-għalf tat-tjur ikun l-istess wieħed tal-perjodu ta’ tkabbir, imma miegħu jista’ jiġi miżud ir-ross.
Fl-aħħar mill-aħħar, kważi 90 % tal-għalf tat-tjur (bur mhux ikkultivat u ċereali) ġej miż-żona ġeografika.
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Is-selezzjoni, ir-riproduzzjoni, it-tifqis u l-inkubazzjoni flimkien mat-trobbija u mal-qatla tat-tjur iseħħu fiż-żona ġeografika.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.:
Il-preparazzjoni tat-tjur (irfinar tat-tnittif u tindif tal-kuruna ta’ rix fl-għonq, jiġifieri l-collerette), l-ippakkjar tagħhom u, jekk ikun il-każ għat-tiġieġ jew għas-sriedak biss, l-iffriżar f’temperaturi baxxi ħafna, isiru fiż-żona ġeografika skont il-metodi ta’ preżentazzjoni li ġejjin:
|
— |
il-preżentazzjoni “effilée”, jiġifieri bil-ġewwieni parzjalment imneħħi; |
|
— |
il-preżentazzjoni “roulée et bridée”, jiġifieri mġewżwra u marbuta. L-operazzjonijiet tat-tgeżwir (roulage) u tal-irbit (bridage), obbligatorji għall-ħasi, jikkonsistu fi preżentazzjoni tradizzjonali tal-“volailles de Bresse” fi drapp b’oriġini veġetali (għażel, qoton jew qanneb) issikkat ħafna u meħjut bl-idejn (għall-inqas minn 15 sa 20 pont tal-ħjata skont jekk it-tajra tkunx tiġieġa jew serduk, tiġieġa msemmna jew ħasi); |
|
— |
il-preżentazzjoni “prêt-à-cuire” (lesta għat-tisjir) jew “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi ħafna) għat-tiġieġ jew għas-sriedak biss. Is-saqajn u l-ġwienaħ tat-tjur (ħlief għas-swaba’) għandhom jitħallew. |
L-obbligu li dawn il-fażijiet jitwettqu fiż-żona ġeografiku huwa ġġustifikat fid-dawl tal-għarfien ferm speċifiku u tradizzjonali li jintuża. It-tgeżwir (roulage) u l-irbit (bridage) tat-tjur huma l-aħjar eżempju ta’ dan. Din it-teknika tintuża fuq kollox għall-festi tal-aħħar tas-sena u permezz tagħha x-xaħam ikun jista’ jidħol iktar fil-muskoli u b’hekk jikkontribwixxi għal espressjoni organolettika aħjar tal-prodotti. L-operaturi tas-settur tal-“Volaille de Bresse” żammew dawn il-prattiki minkejja ż-żmien u l-ħidma sinifikanti li huma meħtieġa għal dawn il-preżentazzjonijiet. Il-preżentazzjonijiet “prêt-à-cuire” (lesta għat-tisjir) u “surgelée” (iffriżata f’temperaturi baxxi) huma wkoll speċifiċi għad-DPO “Volaille de Bresse” bil-kundizzjoni li s-saqajn u l-ġwienaħ (ħlief għas-swaba’) ma jinqatgħux barra.
Barra minn hekk, il-ġilda ferm delikata tal-“volaille de Bresse” teħtieġ attenzjoni għalkollox partikolari sabiex din ma tinġibidx waqt l-operazzjonijiet kollha ta’ tnittif, ta’ tiwi u ta’ ppakkjar. Għaldaqstant, għandu jiġi limitat għall-massimu t-tbagħbis li jista’ jimmarka u jgħarraq il-ġilda (tiċrit, tbenġil u lwien anormali huma raġunijiet sabiex it-tjur jiġi żgradat skont id-deskrizzjoni tal-prodott).
Fl-aħħar nett, it-twettiq fiż-żona ġeografika hija ħtieġa peress li dawn l-operazzjonijiet jitwettqu fl-istess ħin li t-tjur jiġu kklassifikati bid-DPO. Huwa abbażi ta’ din l-aħħar fażi ta’ klassifikazzjoni li t-tjur ikunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bil-marka DPO. Din il-klassifikazzjoni tissarraf, f’termini konkreti, fit-twaħħil ta’ marki ta’ identifikazzjoni, b’mod partikolari s-siġilli (u t-timbri għat-tiġieġ imsemmna u għall-ħasjien). Dawn il-marki huma mezzi ta’ identifikazzjoni tal-prodotti imma jiżguraw ukoll it-traċċabbiltà tagħhom.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Il-“Volaille de Bresse”/il-“Poulet de Bresse”/il-“Poularde de Bresse”/ix-“Chapon de Bresse”, fl-istess ħin, ikollhom fuqhom iċ-ċurkett tal-bidwi li jrabbihom, is-siġill tal-biċċier u tikketta speċifika filwaqt li t-tiġieġ imsemmna u l-ħasjien ikollhom anki timbru ta’ identifikazzjoni.
It-tikketta titwaħħal fuq dahar it-tjur ippreżentati bil-ġewwieni parzjalment imneħħi jew fuq il-klavikula tat-tjur ippreżentati “prêt à cuire” (lesti għat-tisjir) waqt il-klassifikazzjoni tat-tjur bid-denominazzjoni tal-oriġini qabel id-distribuzzjoni. It-tikketta tinkludi l-logo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea.
Il-mudelli tal-marki ta’ identifikazzjoni:
|
|
L-anell mhux trasferibbli huwa ċurkett li ma jistax jitbagħbas li jkollu fuqu d-dettalji tal-bidwi li jkun rabba t-tajra. Is-siġill mhux trasferibbli huwa klipp li jkollha fuqha l-kitba “Bresse”. Fil-każ tal-biċċeriji, ikun hemm id-dettalji tal-biċċier. F’każ li t-tjur jinqatlu fl-azjenda agrikola mill-bidwi li jkun rabbihom, is-siġill ikollu miktub fuqu “Abattage à la ferme” (il-qtil sar fl-azjenda agrikola). |
|
|
It-timbri ta’ identifikazzjoni tal-ħasjien u tat-tiġieġ imsemmna ikunu timbru li fuqu jkun hemm miktub “Poularde de Bresse roulée” (Poularde de Bresse imgeżwer) jew “Poularde de Bresse” jew “Chapon de Bresse” u l-indikazzjoni “appellation d’origine contrôlée” (denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata) jew “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni protetta tal-oriġini). |
Il-kundizzjonijiet biex jitwaħħlu l-marki ta’ identifikazzjoni:
L-anell jitwaħħal mill-bidwi li jrabbi t-tjur mas-sieq ix-xellugija qabel ma t-tjur jitilqu mill-azjenda agrikola. Is-siġill jitwaħħal isfel nett tal-għonq meta t-tjur jiġu kklassifikati bid-denominazzjoni tal-oriġini qabel id-distribuzzjoni. L-anell u s-siġill jistgħu jintużaw darba biss u għandhom jitwaħħlu b’attenzjoni sabiex ma jkunux jistgħu jitbagħbsu. It-timbri jitwaħħlu isfel nett tal-għonq u jinżammu bis-siġill.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-orġini “Volaille de Bresse” tkopri t-territorji tal-muniċipalitajiet (communes) jew ta’ partijiet mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
|
Id-Dipartiment (Département) ta’ Ain (01): Id-distretti awtonomi (cantons) ta’ Bâgé-le-Châtel, Bourg-en-Bresse-Est, Bourg-en-Bresse-Nord-Centre, Bourg-en-Bresse-Sud, Montrevel-en-Bresse, Péronnas, Pont-de-Vaux, Pont-de-Veyle, Saint-Trivier-de-Courtes, u Viriat. |
|
|
Il-muniċipalitajiet jew il-partijiet mill-muniċipalitajiet tad-distretti awtonomi ta’:
|
|
|
Id-Dipartiment ta’ Jura (39): Il-muniċipalitajiet jew il-partijiet mill-muniċipalitajiet tad-distretti awtonomi ta’:
|
|
|
Id-Dipartiment ta’ Saône-et-Loire (71): Id-distretti awtonomi ta’ Beaurepaire-en-Bresse, Cuisery, Louhans, Montpont-en-Bresse, Montret, Saint-Germain-du-Bois, Saint-Germain-du-Plain, Saint-Martin-en-Bresse. |
|
|
Il-muniċipalitajiet jew il-partijiet mill-muniċipalitajiet tad-distretti awtonomi ta’:
|
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
— Fatturi naturali
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“volailles de Bresse” tikkorrispondi għal pjanura msaġġra xi ftit immewwġa, ir-riżultat ta’ kontribuzzjonijiet ġeoloġiċi periglaċjali Plijo-Kwaternarji li ħolqu ħamrija ferm taflija u impermeabbli. Il-klima taħt influwenza oċeanika qawwija hija umda u ta’ spiss tkun imċajpra.
Il-qamħirrun, li tfaċċa fi Bresse fil-bidu tas-seklu 17 (jiġifieri ftit iktar minn seklu wara li tfaċċa fil-kosti tal-Andalucía) kellu rwol ċentrali fl-agrikoltura ta’ Bresse fejn għamilha kemm ta’ bażi għall-ikel tal-bniedem kif u ta’ bażi għall-għalf tat-tjur fl-irziezet. F’dan il-kuntest, matul is-sekli ġiet stabbilita biedja mħallta tradizzjonali bbażata fuq kultivazzjonijiet ta’ ħaxix u ta’ ċereali u fuq it-trobbija ta’ tjur u ta’ bovini (l-ewwel tal-ħalib imbagħad li jreddgħu) li għadha preżenti sal-lum.
— Fatturi umani
Mill-1591, ir-reġistri muniċipali tal-belt ta’ Bourg-en-Bresse isemmu l-“Volailles de Bresse” u b’mod partikolari x-“chapons gras” (ħasjien imsemmna). Mis-seklu 17, il-ħlasijiet bil-ħasijien u bit-tiġieġ imsemmna bdew joktru u fi tmiem is-seklu 18, jissemmew fil-kirjiet kollha. Is-sukkulenza tal-laħam ġiet enfasizzata sussegwentement mill-gastronomu Brillat-Savarin, li f’Physiologie du goût, miktub fl-1825, jgħid: “Pour la poularde, la préférence appartient à celle de Bresse.” (Fejn għandha x’taqsam it-tiġieġa msemmna, wieħed għandu jippreferi dik ta’ Bresse.)
L-iżvilupp tal-produzzjoni ġie ffavorit mill-faċilitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni marbuta mat-twaqqif tal-linja ferrovjarja Paris–Lyon–Marseille (PLM). Il-qrubija ta’ żona urbana kbira, bħal dik ta’ Lyon, ċertament kienet ukoll fattur ta’ żvliupp li mhux ta’ min jittraskurah.
Ir-razza lokali rikonoxxuta bħala l-unika li setgħet twassal għall-kisba tad-denominazzjoni tal-oriġini hija ferm rustika u adattata tajjeb ferm għall-ambjent u għall-ħamrija umda ta’ Bresse. Storikament, kull bidwi li kien irabbi t-tjur kien jagħżel huwa stess it-tjur tat-tgħammir mill-qatgħa tiegħu. Imbagħad, bl-involviment kollettiv tas-settur, fl-1955 inħoloq ċentru ta’ selezzjoni. Dan wassal għal selezzjoni ġeneoloġika li tippermetti l-konservazzjoni tar-razza.
Il-prattiki tat-trobbija huma msejsa fuq sistema ta’ tagħlif antika bbażata fuq tagħlif awtonomu tat-tjur mill-mogħdijiet tal-ħaxix (dud tal-art, ħaxix …), issupplimentat b’ċereali u bi prodotti tal-ħalib (ħalib dilwit, xorrox, ħalib fi trab, xorrox tal-butir …). It-tismin finali tal-annimali jsir fil-gaġeġ magħrufa bħala “épinettes”, f’ambjent kalm u għall-kenn mid-dawl sabiex tiġi evitata kwalunkwe aġitazzjoni. Malli jinqatlu, it-tjur ġeneralment jiġu ppreżentati b’mod għalkollox oriġinali u jżommu kullar ta’ rix isfel nett tal-għonq (collerette).
Il-bidwi li jrabbi t-tjur joqgħod partikolarment attent għat-tjur fini li huma l-ħasi, tajra ta’ sess maskili mwielda fil-bidu tar-rebbiegħa u li tissewwa qabel il-15 ta’ Lulju, u t-tiġieġa msemmna, tajra ta’ sess femminili li jkollha iktar żmien mit-tiġieġa u li ma tkunx bdiet tbid. L-irfinar fl-épinettes huwa itwal għat-tjur fini milli għat-tiġieġ jew għas-sriedak u dawn jingħataw l-iktar ta’ spiss għalf maxx appetituż. Huma jiġu ttrattati b’mod iktar delikat meta jiġu biex jinqaltu u jitnittfu b’attenzjoni kbira sabiex il-ġilda ma tiġix imbenġla. Meta huma “jitlibbsu” skont it-tradizzjoni ta’ Bresse, proċedura li hija obbligatorja fil-każ tal-ħasjien, is-saqajn u l-ġwienaħ tat-tjur jinżammu qrib tal-ġisem. It-tjur imbagħad jintwew f’biċċa drapp solida b’oriġini veġetali li tinħiet bl-idejn b’mod issikkat ħafna permezz ta’ spaga rqiqa, proċedura li tibda miċ-ċentru biex tispiċċa fir-ras u fil-warrani b’mod li t-tajra tkun imgeżwra kollha, ħlief għall-għonq li t-terz ta’ fuq tiegħu jitħallielu r-rix. Meta tinħall mit-tgeżwir tagħha, it-tajra jkollha l-forma karatteristika ta’ ċilindru fejn ir-ras u l-għonq biss ikunu maħruġa ’l barra.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
L-annimali huma kkaratterizzati minn skeletru u minn grana tal-ġilda fini li jindikaw kapaċità għall-iżvilupp tal-laħam u tax-xaħam. It-tul ta’ daharhom jista’ jtellef mill-kwantità tal-flettijiet.
Il-“Volaille de Bresse” tiġi kklassifikata bħala tat-tip “volaille grasse” (tajra xaħmija), jiġifieri twila, rqiqa u ferm fina, li jixhed kemm dawn l-annimali huma adattati sabiex jissemmnu. Huma jingħarfu faċilment mit-tip “poulet de grain” (tiġieġa mgħalfa jew serduk mgħalef il-qamħ) li huwa ikbar, iktar botni u b’karatteristiċi ta’ anemija inqas evidenti.
Wara tisjir li għandu jkun ikkontrollat sabiex jiġu kkonservati l-kwalitajiet organolettiċi kollha tat-tjur, dawn tal-aħħar jkunu kkaratterizzati b’mod partikolari mill-ammont kbir ta’ laħam li jkollhom, mill-irtubija tal-laħam, mit-togħma bnina ferm u mill-ammont sinifikanti ta’ meraq li jkollu l-laħam tagħhom.
Dwar l-ammont ta’ laħam tagħha, il-“Volaille de Bresse” hija notevoli minħabba l-kobor tal-aħjar qatgħat kif ukoll minħabba t-tul u l-wisa’ tal-fletti tagħha jew l-ammont ta’ laħam li jkun hemm mal-koxox tagħha. L-għadam huwa kollu fin ħafna, ir-ras u l-għonq huma rqaq b’tali mod li l-partijiet li ma jittiklux huma ftit. ħafna Meta tiġi żvinata u mnittfa, it-tajra tkun ikkaratterizzata mill-ammont kbir ta’ laħam u ta’ xaħam li ma jħallu jidher xejn li jisporġi ’l barra.
Il-laħam huwa artab kważi jinħall, li swielu l-laqam ta’ “moelleux” f’Pariġi. Il-laħam jinqala’ waħdu minn mal-għadam u l-muskoli differenti jistgħu jiġu sseparati wieħed mill-ieħor b’faċilità kbira. Il-fibri muskolari huma tant irqaq li kważi ma tindunax bihom. L-għeruq u l-fascia huma kważi ineżistenti u ma jingħarfux mil-laħam. Minbarra x-xaħam ta’ barra li jvarja skont il-grad ta’ tismin, il-muskolu tat-tjur huwa infiltrat bix-xaħam. Kull waħda mill-fibri muskolari ċkejkna hija bħallikieku “imlibbsa” b’għant ta’ xaħam delikat li, wara t-tisjir, jagħti lil-laħam l-irtubija eċċezzjonali tiegħu.
It-tiġieġa msemmna hija iktar imbaċċa u hija itqal mit-tiġieġa jew mis-serduk u għandha kwalità ta’ togħma partikolari marbuta mal-istat ta’ tismin iktar avvanzat tagħha. Il-ħasi, minħabba li jkun ġie msewwi u minħabba li jkun għex iktar, u dan jiffavorixxi l-infiltrazzjoni fit-tul u regolari tax-xaħam fit-tessuti muskolari, huwa tajra ta’ kwalità gastronomika għolja ħafna li tiġi kkummerċjalizzata biss għall-festi tal-aħħar tas-sena.
Fl-aħħar nett, id-dewwieqa informati jirrikonoxxu li l-laħam tat-tjur għandu riħa speċjali u li minħabba f’hekk huwa mfittex mill-iprem esperti tal-ikel.
Din il-produzzjoni, ankrata sew fil-gastronomija lokali, tissajjar u tiġi promossa mill-ikbar chefs kemm fi Franza kif ukoll barra mill-pajjiż.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
Il-biejda mħallta ta’ Bresse, riżultat dirett tal-karatteristiċi tal-ambjent naturali tagħha, b’mod partikolari l-kapaċitajiet tagħha li jiffavorixxu l-kultivazzjonijiet tal-ħaxix u tal-qamħirrun, li jeħtieġu klima umdu u ħamrija b’riżervi ta’ ilma sinifikanti, hija l-fattur determinanti li ta lok għat-trobbija tat-tjur fi Bresse. Minħabba l-kwalitajiet nutrizzjonali tal-qamħirrun, flimkien ma’ ċereali oħrajn, setgħu jiġu prodotti tjur xaħmija li sawru r-reputazzjoni tal-“Volailles de Bresse”.
Il-produtturi għarfu jikkonservaw ir-razza fi stat pur sabiex jiżviluppaw il-“Volaille de Bresse”. Fil-fatt, minħabba l-karatteristiċi ta’ rustiċità tagħha hija tista’ tgħix f’dan l-ambjent diffiċli fejn hija tiekol kemm il-fawna naturali tat-territorju kif ukoll is-supplimenti sostanzjali għall-għalf li ġejjin miż-żona ġeografika (qamħirrun, ħalib) li jagħtiha l-bidwi li jrabbiha matul it-trobbija u t-tismin tagħha.
B’hekk, it-trobbija hija msejsa fuq tradizzjoni b’saħħitha li tassoċja għalf partikolarment nieqes mill-proteini, ma’ metodi ta’ tismin speċifiċi u ma’ età ta’ qatla tardiva li tippermetti li l-annimali jilħqu maturità fiżjoloġika sħiħa.
Il-metodu ta’ trobbija, il-kura u t-tismin jagħtu lit-tjur imsajra karatteristiċi organolettiċi notevoli. Permezz tal-prattika tradizzjonali tat-tgeżwir (roulage) tat-tjur fin fi drapp ferm issikkat, b’mod partikolari x-xaħam ikun jista’ jidħol sew fil-muskoli. L-eteri assorbiti mix-xaħam u rilaxxati bit-tisjir jirreaġixxu ma’ xulxin u jidħlu fil-massa kollha tat-tajra biex jagħtuha r-riħa delikata tagħha.
Ħafna minn dawn it-tjur jinbigħu wara erba’ kompetizzjonijiet speċifiċi magħrufa bħala “Les glorieuses de Bresse” li l-ewwel waħda saret f’Bourg-en-Bresse fit-23 ta’ Diċembru 1862. Fil-ġimgħa ta’ qabel il-Milied, f’Pont-de-Vaux, f’Montrevel-en-Bresse u f’Louhans, isiru tliet manifestazzjonijiet oħrajn li jiġbru iktar minn 1 000 annimal imlibbsa b’żaġarelli, fejn l-isbaħ tjur jiġu vvalutati minn Bord tal-Għażla. Il-bdiewa li jrabbu t-tjur jikkompetu ma’ xulxin għall-ewwel premjijiet tal-ħasjien u tat-tiġieġ imsemmna u għall-ogħla prezzijiet, u huma l-aħjar tjur li jmorru jsebbħu l-isbaħ vetrini u l-ikbar imwejjed ta’ Lejliet il-Milied jew Lejliet l-Ewwel tas-Sena. Dawn il-kompetizzjonijiet juru sa liema punt il-bdiewa li jrabbu t-tjur huma mkabbrin bil-prodotti tagħhom u jixhdu kemm huma marbuta mal-attività tagħhom.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCVolailleDeBresse2011.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.