ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.101.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 101

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
6 ta' April 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 101/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 86, 23.3.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 101/02

Kawża C-252/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — Erika Šujetová vs Rapid life životná poisťovňa as (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2

2013/C 101/03

Kawża C-495/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2012 — Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestment żbaljata — Ksur tad-drittjiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni)

2

2013/C 101/04

Kawża C-497/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali fil-Greċja — Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi — Sigriet professjonali — Rata tal-korrezzjoni finanzjarja — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju)

3

2013/C 101/05

Kawża C-540/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Daniel Levy, Carine Sebbag vs État Belge (Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Tassazzjoni ta’ dividendi — Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja — Emenda ulterjuri, minn wieħed miż-żewġ Stati partijiet għall-ftehim, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha l-effett li ddaħħal mill-ġdid taxxa doppja — Obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 10 KE u 293 KE)

3

2013/C 101/06

Kawża C-597/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni — Offerta miċħuda — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — Artikolu 89 — Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Artikoli 140 u 141 — Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti — Terminu għal-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni)

3

2013/C 101/07

Kawża C-611/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2012 — ara AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allrounder SARL (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangulari — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti A — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

4

2013/C 101/08

Kawża C-624/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Settembru 2012 — Brighton Collectibles, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolamenti (KE) Nru 40/94 u (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) — Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Interpetazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-każ ta’ raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni)

4

2013/C 101/09

Kawża C-649/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Cooperativa Vitivinícola Arousana S. Coop. Galega vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), María Constantina Sotelo Ares (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Trade mark verbali ROSALIA DE CASTRO — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali ROSALIA)

5

2013/C 101/10

Kawża C-31/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Zakopanem — il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assenza ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammisibbiltà manifesta)

5

2013/C 101/11

Kawża C-548/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Novembru 2012 — Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

5

2013/C 101/12

Kawża C-602/12 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 minn Gem-Year Industrial Co. Ltd, Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-172/09: Gem-Year Industrial Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

6

2013/C 101/13

Kawża C-603/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Pia Braun vs Region Hannover

7

2013/C 101/14

Kawża C-606/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

7

2013/C 101/15

Kawża C-607/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

7

2013/C 101/16

Kawża C-609/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Ehrmann AG vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.

8

2013/C 101/17

Kawża C-610/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Giessen (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Johannes Peter vs Bundeseisenbahnvermögen

8

2013/C 101/18

Kawża C-613/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Helm Düngemittel GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

8

2013/C 101/19

Kawża C-618/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Paris (Franza) fl-10 ta’ Diċembru 2012 — Société Reggiani SpA Illuminazione vs Ministre de l’Économie et des Finances

9

2013/C 101/20

Kawża C-4/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Jannar 2013 — Agentur für Arbeit Krefeld — Familienkasse vs Susanne Fassbender-Firman

9

2013/C 101/21

Kawża C-28/13 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

9

2013/C 101/22

Kawża C-37/13 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Nexans France SAS, Nexans SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-135/09: Nexans France SAS, Nexans SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2013/C 101/23

Kawża C-42/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Cartiera dell’Adda SpA vs CEM Ambiente SpA

11

2013/C 101/24

Kawża C-48/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Nordea Bank Danmark vs Skatteministeriet

11

2013/C 101/25

Kawża C-55/13: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

11

2013/C 101/26

Kawża C-70/13 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2013 minn Getty Images (US) Inc. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fil-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-338/11, Getty Images (US), Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

12

2013/C 101/27

Kawża C-71/13 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-588/10, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

13

2013/C 101/28

Kawża C-447/10: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Grain Millers, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Grain Millers GmbH & Co. KG

14

2013/C 101/29

Kawża C-30/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov — is-Slovakkja) — Valeria Marcinová vs Pohotovosť s.r.o.

14

2013/C 101/30

Kawża C-143/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 101/31

Kawża T-84/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u nitrati tal-ammonja provenjenti mir-Russja — Talba għal reviżjoni ta’ skadenza ta’ miżuri — Talba għal reviżjoni interim — Ammissibbiltà — Valur normali — Prezz tal-esportazzjoni — Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

15

2013/C 101/32

Kawża T-235/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja — Talba għal reviżjoni interim parzjali — Valur normali — Prezz għall-esportazzjoni — Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

15

2013/C 101/33

Kawża T-459/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja — Talba għal reviżjoni interim parzjali — Reviżjoni skont l-iskadenza ta’ miżuri — Valur normali — Prezz tal-esportazzjoni — Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

16

2013/C 101/34

Kawża T-241/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Nikolaou vs Il-Qorti tal-Awdituri (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Qorti tal-Awdituri — Żvolġiment ta’ investigazzjonijiet interni — Data personali — Illegalità — Rabta kawżali — Preskrizzjoni)

16

2013/C 101/35

Kawża T-118/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonjiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja — Talba għal reviżjoni ta’ esportatur ġdid — Valur normali — Prezz tal-esportazzjoni — Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

16

2013/C 101/36

Kawża T-492/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Melli Bank vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Entità li hija miżmuma 100 % minn entità rikonoxxuta bħala involuta fil-proliferazzjoni nukleari — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

17

2013/C 101/37

Kawża T-33/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2013 — Piotrowski vs UASI (MEDIGYM) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali MEDIGYM — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — I-ttieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

17

2013/C 101/38

Kawża T-50/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — AMC-Representações Têxteis vs UASI — MIP Metro (METRO KIDS COMPANY) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRO KIDS COMPANY — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti METRO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2013/C 101/39

Kawża T-407/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (Netherlands) (Ubee Interactive) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2013/C 101/40

Kawża T-408/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (Netherlands) (ubee) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2013/C 101/41

Kawża T-22/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2013 — Senz Technologies vs UASI(Umbrelel)

19

2013/C 101/42

Kawża T-23/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2013 — Senz Technologies vs UASI — Impliva (Umbrelel)

19

2013/C 101/43

Kawża T-24/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2013 — Cactus vs UASI — Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)

20

2013/C 101/44

Kawża T-38/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 — Pedro Group vs UASI — Cortefiel (PEDRO)

20

2013/C 101/45

Kawża T-39/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2013 — Cezar vs UASI — Poli-Eco (Zokkli)

21

2013/C 101/46

Kawża T-52/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN)

21

2013/C 101/47

Kawża T-53/13: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 — Vans vs UASI (Linja mmewwġa)

22

2013/C 101/48

Kawża T-54/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)

22

2013/C 101/49

Kawża T-55/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Formula One Licensing vs UASI — Idea Marketing (F1H2O)

22

2013/C 101/50

Kawża T-56/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — ClientEarth u Stichting BirdLife Europe vs Il-Kummissjoni

23

2013/C 101/51

Kawża T-60/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2013 — Reiner Appelrath-Cüpper vs UASI — Ann Christine Lizenzmanagement (AC)

23

2013/C 101/52

Kawża T-63/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — Three-N-Products Private vs UASI — Munindra Holding (AYUR)

24

2013/C 101/53

Kawża T-67/13: Rikors ippreżentat fl-1 ta Frar 2013 — Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

24

2013/C 101/54

Kawża T-71/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Anapurna vs UASI — Annapurna (ANNAPURNA)

25

2013/C 101/55

Kawża T-75/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2013 — Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI — Nepentes (Momarid)

26

2013/C 101/56

Kawża T-79/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — Accorinti et vs BĊE

26

2013/C 101/57

Kawża T-82/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2013 — Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni

28

2013/C 101/58

Kawża T-83/13 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 minn BS mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Frar 2012 fil-Kawża F-90/11, BS vs Il-Kummissjoni

29

2013/C 101/59

Kawża T-86/13 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 minn Diana Grazyte mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-5 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża F-76/11, Grazyte vs Il-Kummissjoni

30

2013/C 101/60

Kawża T-101/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — Aer Lingus vs Il-Kummissjoni

31

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 101/61

Kawża F-17/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2013 — BB vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/1


2013/C 101/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 86, 23.3.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 79, 16.3.2013

ĠU C 71, 9.3.2013

ĠU C 63, 2.3.2013

ĠU C 55, 23.2.2013

ĠU C 46, 16.2.2013

ĠU C 38, 9.2.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — Erika Šujetová vs Rapid life životná poisťovňa as

(Kawża C-252/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 101/02

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erika Šujetová

Konvenuta: Rapid life životná poisťovňa as

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti lill-qorti ta’ fejn żvolġiet il-proċedura ta’ arbitraġġ il-kompetenza esklużiva li tisma’ talba għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Dispożizzjoni nazzjonali li timponi fuq din il-qorti l-obbligu, wara l-annullament eventwali tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li tkompli l-proċedura mingħajr ma terġa’ tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha — Ftehim ta’ arbitraġġ jew klawżola ta’ arbitraġġ ta’ natura abbużiva

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ April 2011 fil-Kawża C-252/11.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2012 — Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-495/11 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità - Interpretazzjoni manifestment żbaljata - Ksur tad-drittjiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 101/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Total SA u Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Gencarelli, P. Van Nuffel u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tal-14 ta’ Lulju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-190/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-497/11 P) (1)

(Appell - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali” fil-Greċja - Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi - Sigriet professjonali - Rata tal-korrezzjoni finanzjarja - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Stħarriġ ġudizzjarju)

2013/C 101/04

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti, assistiti minn G. Michailopoulos, Δικηγόρος)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-81/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, rigward it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inizjalment mogħtija favur programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali” fil-Greċja

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 340, 19.11.2011


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Daniel Levy, Carine Sebbag vs État Belge

(Kawża C-540/11) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni ta’ dividendi - Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja - Emenda ulterjuri, minn wieħed miż-żewġ Stati partijiet għall-ftehim, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha l-effett li ddaħħal mill-ġdid taxxa doppja - Obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 10 KE u 293 KE)

2013/C 101/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daniel Levy, Carine Sebbag

Konvenut: État Belge

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 57(2) u 293 tat-Trattat KE — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-taxxa doppja minkejja ftehim bilaterali dwar ħelsien minnha — Emenda leġiżlattiva nazzjonali magħmula wara li sar il-ftehim — Tqegħid inkwistjoni ta’ dritt miksub — Ostaklu għall-moviment liberu tal-kapital

Dispożittiv

Sa fejn il-miżura jew id-dritt Komunitarju, kif applikabbli fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma jeħtieġx kriterji ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-eliminazzjoni ta’ taxxa doppja fil-Komunità Ewropea, l-Artikolu 56 KE, moqri flimkien mal-Artikoli 10 KE u 293 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sitwazzjoni li fiha l-Stat Membru, li jobbliga ruħu, bi ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja li jistabbilixxi mekkaniżmu intiż li jelimina tali taxxa ta’ dividendi, sussegwentement ineħħi dan il-mekkaniżmu b’emenda leġiżlattiva li għandha l-effett li tintroduċi mill-ġdid taxxa doppja.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-597/11 P) (1)

(Appell - Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni - Offerta miċħuda - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 89 - Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Artikoli 140 u 141 - Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti - Terminu għal-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni)

2013/C 101/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Wilderspin, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-232/06), li tiċħad rikors li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2006, li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti “TAXUD/2005/AO–001” li tirrigwarda l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-appoġġ tas-sistemi tal-informatika doganali relatati ma’ ċerti proġetti tal-informatika tad-DG TAXUD (ĠU 2005, S 117-115222), kif ukoll id-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 25, 28.01.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2012 — ara AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allrounder SARL

(Kawża C-611/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangulari - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti A - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

2013/C 101/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: ara AG (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Allrounder SARL (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembre 2011, ara vs UASI — Allrounder (A b’żewġ motivi trijangulari) (T-174/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2010, (Każ R 481/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ara u Allrounder — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangunlari — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “A” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks — Applikazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

ara AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 133, 05.05.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Settembru 2012 — Brighton Collectibles, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-624/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolamenti (KE) Nru 40/94 u (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) - Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Interpetazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-każ ta’ raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni)

2013/C 101/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Brighton Collectibles, Inc. (rappreżentant: J. Horn, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Felmar (rappreżentant: D. Monégier du Sorbier, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-27 ta’ Settembru 2011, Brighton Collectibles vs UASI u Felmar (T-403/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2010, (Każ R 408/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brighton Collectibles, Inc. u Felmar — Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni bbażati fuq it-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti — Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-drittijiet nazzjonali invokati

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Brighton Collectibles, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 133, 05.05.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Cooperativa Vitivinícola Arousana S. Coop. Galega vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), María Constantina Sotelo Ares

(Kawża C-649/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark verbali ROSALIA DE CASTRO - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali ROSALIA)

2013/C 101/09

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Cooperativa Vitivinícola Arousana S. Coop. Galega (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), María Constantina Sotelo Ares (rappreżentant: C. Lema Devesa, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs L-UASI — Sotelo Ares (T-421/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1804/2008-4), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Maria Constantina Sotelo Ares u Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Cooperativa Vitivinícola Arousana S. Coop. Galega hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 58, 25.02.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Zakopanem — il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak

(Kawża C-31/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assenza ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Inammisibbiltà manifesta)

2013/C 101/10

Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Zakopanem

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy w Zakopanem — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “regolament tekniku” li jinsab fl-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8) — Obbligu ta’ Stat Membru li jikkomunika lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku — Liġi ta’ Stat Membru dwar il-logħob tal-ażżard

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Zakopanem (il-Polonja), b’deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibli.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Novembru 2012 — Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

(Kawża C-548/12)

2013/C 101/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Krefeld

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Brogsitter

Konvenuti: Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li rikorrent li jallega li sofra dannu minħabba att antikompetittiv li fid-dritt Ġermaniż jaqa’ taħt il-kamp tar-responsabbiltà delittwali u li huwa imwettaq mill-parti l-oħra kontraenti stabbilita fi Stat Membru ieħor, jinvoka wkoll drittijiet li jaqgħu taħt il-kamp kuntrattwali fir-rigward ta’ din il-parti l-oħra kontraenti, anki jekk dan jibbaża l-azzjoni tiegħu fuq bażi legali marbuta mar-responsabbiltà delittwali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/6


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 minn Gem-Year Industrial Co. Ltd, Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-172/09: Gem-Year Industrial Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-602/12 P)

2013/C 101/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gem-Year Industrial Co. Ltd, Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd (rappreżentanti: Y. Melin, V. Akritidis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

Talbiet tal-appellanti

tannulla kompletament is-sentenza tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-172/09, Gem-Year Industrial Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill.

tilqa’, billi tagħti sentenza finali hija stess,

it-tielet aggravju tal-appellanti, dwar l-assenza ta’ dannu miġrub mill-industrija Komunitarja, bi ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku (1); u

is-seba’ aggravju dwar il-kontrabilanċjar illegali ta’ sussidju permezz taċ-ċaħda tat-trattament ta’ ekonomija ta’ suq, bi ksur tar-Regolament Nru 2026/97 (2) u l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku.

jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kwistjoni lura lill-Qorti Ġenerali.

tordna lill-Kunsill u lill-intervenjenti, biex minbarra li jħallsu l-ispejjeż tagħhom ibatu l-ispejjeż kollha tal-appellanti sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi tal-aggravji segwenti:

 

L-ewwel nett, fid-dawl tal-fatti quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa ċar li ma hemmx evidenza li l-industrija tal-qfieli tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu kkawżat minn importazzjonijiet suġġetti għal dumping li ġejjin miċ-Ċina, fis-sens tal-Artikoli 3(2), (5) u (6) tar-Regolament Bażiku Anti-Dumping (3). Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet:

(i)

Il-Qorti Ġenerali għawġet is-sens ċar tal-evidenza quddiemha meta qieset li l-marġni ta’ profitt miksub mill-industrija tal-qfieli tal-Unjoni matul il-perijodu taħt kunsiderazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-30 ta’ Settembru 2007) ġie affettwat b’mod negattiv, b’mod materjali, mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping li ġejjin miċ-Ċina; filwaqt li l-evidenza fil-proċess turi li l-profitti telgħu u niżlu matul l-imsemmi perijodu, u kienu t-tieni l-ogħla matul l-aħħar sena (4.4 %), li kien ukoll iż-żmien li fih id-dumping ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina kien l-ogħla, u kienu viċin il-livell massimu storiku tagħhom ta’ 4.7 % (fl-2004), li huwa ftit taħt il-profitt mixtieq (5 %) użat mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-marġni ta’ underselling.

(ii)

L-evidenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja turi industrija tal-Unjoni li qed tikber u tiffjorixxi, b’mod partikolari matul il-perijodu ta’ investigazzjoni. Hija ma turix każ ta’ dannu materjali iżda pjuttost każ ta’ opportunità ipotetika mitlufa biex jittieħed vantaġġ sħiħ tat-tkabbir domestiku tas-suq tal-UE. Billi ddeċidiet fuq dawn il-bażijiet li l-istituzzjonijiet tal-UE ġustament qiesu li kien hemm dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping, il-Qorti Ġenerali wettet żball ta’ liġi meta kkategorizzat il-fatti li kienet stabbiliet, biex b’hekk l-Artikolu 3(2), (5) u (6) tar-Regolament Bażiku ma ġiex applikat kif xieraq.

 

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-pretensjoni għat-trattament ta’ ekonomiku ta’ suq taħt l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku setgħet tiġi miċħuda fuq il-bażi li industrija iktar ’il fuq fil-katina ta’ produzzjoni kienet issussidjata. Dan jammonti għal kontrabilanċjar ta’ dawn is-sussidji iżda mhux insegwitu ta’ investigazzjoni mibdija taħt ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2026/97 (l-ex Regolament Bażiku kontra s-sussidji). Din hija interpretazzjoni illegali tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku, u ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2026/97.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97, tas-6 ta’ Ottubru 1997, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 78)

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Pia Braun vs Region Hannover

(Kawża C-603/12)

2013/C 101/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pia Braun

Konvenut: Region Hannover

Domandi preliminari

F’każ bħal dak ineżami, fejn studenta li tkun għadha tgħix mal-ġenituri tagħha fi Stat Membru b’konfini mal-Ġermanja, liema ġenituri jivvjaġġaw regolarment lejn il-Ġermanja għax-xogħol, tkun applikat għal benefiċċju tal-għajnuna għat-taħriġ fi Stat Membru terz, id-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera mogħti lil ċittadin tal-Unjoni permezz tal-Artikoli 20 u 21 TFUE jipprekludi sistema regolatorja tad-dritt nazzjonali li bis-saħħa tagħha ċ-ċittadini Ġermaniżi li jkollhom residenza permanenti barra mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jkunu jistgħu jingħataw benefiċċju tal-għajnuna għal taħriġ fi stabbiliment li jkun jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea biss kemm-il darba ċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ partikolari jiġġustifikaw tali għoti u, skont din is-sistema, l-għoti tal-benefiċċju jibqa’, fir-rigward tal-kumplament, taħt id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti?


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

(Kawża C-606/12)

2013/C 101/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dresser Rand S.A.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

Domandi preliminari

(1)

Tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ merkanzija minn Stat Membru fit-territorju Taljan bil-għan li tiġi vverifikata l-adattabbiltà tal-merkanzija nnifisha għal merkanzija oħra akkwistata fit-territorju nazzjonali, mingħajr ma jkun sar ebda intervent fuq il-merkanzija introdotta fl-Italja, hija attribwibbli għall-kliem “xogħol fuq il-merkanzija” fl-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) u, f’dan ir-rigward, ikun utli li tiġi evalwata n-natura tat-tranżazzjonijiet bejn F.B. ITMI u DR-IT?

(2)

L-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-leġiżlazzjoni jew lill-prassi tal-Istati Membri l-fakultà li jipprovdu li l-ispedizzjoni jew it-trasport tal-merkanzija jiġu kkunsidrati bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor biss bil-kundizzjoni li l-merkanzija tirritorna fl-Istat Membru li minnu kienet inizjalment intbagħtet jew ġiet ittrasportata?


(1)  ĠU L 347, p. 1


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

(Kawża C-607/12)

2013/C 101/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dresser Rand S.A.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

Domandi preliminari

(1)

Tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ merkanzija minn Stat Membru fit-territorju Taljan bil-għan li tiġi vverifikata l-adattabbiltà tal-merkanzija nnifisha għal merkanzija oħra akkwistata fit-territorju nazzjonali, mingħajr ma jkun sar ebda intervent fuq il-merkanzija introdotta fl-Italja, hija attribwibbli għall-kliem “xogħol fuq il-merkanzija” fl-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) u, f’dan ir-rigward, ikun utli li tiġi evalwata n-natura tat-tranżazzjonijiet bejn F.B. ITMI u DR-IT?

(2)

L-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-leġiżlazzjoni jew lill-prassi tal-Istati Membri l-fakultà li jipprovdu li l-ispedizzjoni jew it-trasport tal-merkanzija jiġu kkunsidrati bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor biss bil-kundizzjoni li l-merkanzija tirritorna fl-Istat Membru li minnu kienet inizjalment intbagħtet jew ġiet ittrasportata?


(1)  ĠU L 347, p. 1


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Ehrmann AG vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.

(Kawża C-609/12)

2013/C 101/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ehrmann AG

Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.

Domanda preliminari

L-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 (1) kellhom diġà jiġu sodisfatti fl-2010?


(1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), fil-verżjoni tiegħu emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (ĠU L 37, p. 16).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Giessen (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Johannes Peter vs Bundeseisenbahnvermögen

(Kawża C-610/12)

2013/C 101/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Giessen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Johannes Peter

Konvenut: Bundeseisenbahnvermögen

Domanda preliminari

F’każ ta’ inugwaljanza fit-trattament bejn l-uffiċjali miżżewġa u uffiċjali li jgħixu flimkien fil-kuntest ta’ sħubija rreġistrata, inugwaljanza li diġà tista’ tiġi kkonstatata fil-passat, huwa konformi mad-Direttiva 2000/78/KE (1) li tiġi sodisfatta talba retroattiva fil-qasam ta’ remunerazzjoni intiża sabiex tistabbilixxi ugwaljanza fit-trattament skont prinċipji Kostituzzjonali fis-seħħ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tapplika biss mill-bidu tas-sena baġitarja li matulha l-uffiċjal, għall-ewwel darba, iressaq din it-talba kontra l-persuna li timpjegah?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Helm Düngemittel GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-613/12)

2013/C 101/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helm Düngemittel GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Domanda preliminari

Għandu jiġi kkunsidrat li l-oriġini ta’ merkanzija ma hijiex stabbilita jekk iċ-ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija ikun maħruġ għal parti biss minn din il-merkanzija skont l-Artikolu 20 tal-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” jew “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tas-17 ta’ Frar 2006 (1), minkejja li r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni ma ġewx sodisfatti għaliex fil-mument tal-ħruġ taċ-ċertifikat, il-merkanzija ma kinitx taħt is-superviżjoni tal-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat?


(1)  ĠU L 73, p. 1.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Paris (Franza) fl-10 ta’ Diċembru 2012 — Société Reggiani SpA Illuminazione vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-618/12)

2013/C 101/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Reggiani SpA Illuminazione

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva (79/1072/KEE tas-6 ta’ Diċembru 1979) (1) jippreġudika l-libertà ta’ stabbiliment sa fejn huwa jillimita d-dritt għal rimbors biss għall-beni mobbli?


(1)  Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni (rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Jannar 2013 — Agentur für Arbeit Krefeld — Familienkasse vs Susanne Fassbender-Firman

(Kawża C-4/13)

2013/C 101/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenut u appellant fuq punt ta’ liġi: Agentur für Arbeit Krefeld — Familienkasse

Rikorrenti u appellata fuq punt ta’ liġi: Susanne Fassbender-Firman

Domandi preliminari

(1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg hija libera li tapplika jew le l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 ta’ dan ir-regolament meta ebda applikazzjoni għal benefiċċji ma tkun ġiet ippreżentata fl-Istat Membru ta’ residenza tal-membri tal-familja?

(2)

Fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-elementi ta’ evalwazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-istituzzjoni tal-Istati Membru tal-impjieg kompetenti fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja tista’ tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1408/71 bħallikieku benefiċċji kienu ngħataw fl-Istat Membru tar-residenza tal-membri tal-familja?

(3)

Fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda, sa fejn id-deċiżjoni diskrezzjonali tal-istituzzjoni kompetenti hija suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-pesruni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU L 28, p. 1).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/9


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-28/13 P)

2013/C 101/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP (rappreżentant: M. Stephens, R. Lands, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tħassar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10. Għandha tagħmel dan abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta waslet għal dik id-deċiżjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru 2010 u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba mill-appellanti skont id-deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta’ Marzu 2004 (BĊE/2004/3) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-BĊE (1). Il-Qorti għandha tannulla dik id-deċiżjoni abbażi tal-fatt li:

(i)

il-BĊE wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew abbuża mill-poteri tiegħu meta wasal għal dik id-deċiżjoni; u

(ii)

l-uniku mod legali għall-BĊE kien li jippermetti l-aċċess għal dawk id-dokumenti, kif mitlub.

tħassar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ordnat lill-appellanti jħallsu l-ispejjeż tal-BĊE. Għandha tagħmel dan abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta waslet għal dik id-deċiżjoni.

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġusitzzja dwar il-punti ta’ liġi rilevati f’dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jirrilevaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi:

billi interpretat ħażin l-Artikolu 4.1(a) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 (BĊE/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni;

billi affermat li l-BĊE kellu d-dritt jikkonkludi li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba mill-appellanti kien jimmina l-politika ekonomika tal-UE u tal-Greċja;

billi interpretat ħażin l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem;

billi naqset milli tikkunsidra l-kontestazzjonijiet tal-appellanti fil-konfront tal-Artikolu 4.2 u 4.3 tad-deċiżjoni tal-BĊE;

l-appellanti jissottomettu wkoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat fir-rigward tal-ispejjeż.


(1)  ĠU L 80, p. 42


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/10


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Nexans France SAS, Nexans SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-135/09: Nexans France SAS, Nexans SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-37/13 P)

2013/C 101/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Nexans France SAS, Nexans SA (rappreżentant: M. Powell, Solicitor, J.-P. Tran-Thiet, avukat, G. Forwood, Barrister, A. Rogers, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kkontestata sa fejn hija tiċħad it-tieni parti tal-ewwel aggravju tal-appellanti, skont liema l-portata ġeografika tad-deċiżjoni ta’ perkwiżizzjoni kienet eċċessivmanet wiesgħa u mhux biżżejjed preċiża;

abbażi ta’ informazzjoni fil-pussess tagħha, tannulla d-deċiżjoni ta’ perkwiżizzjoni sa fejn il-portata ġeografika tagħha kienet eċċessivament wiesgħa u hija la kienet suffiċjentement ġustifikata u lanqas suffiċjentement preċiża, jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi fid-dawl tal-punti tad-dritt skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tannulla s-sentenza kkontestata sa fejn hija tikkundanna lil Nexans sabiex tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tbati l-ispejjeż esposti minn Nexans fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali għal ammont li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xieraq;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tbati l-ispejjeż kollha esposti minn Nexans fil-proċedura preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wetqet żball meta ċaħdet ir-rikors tagħhom għal annullament tad-deċiżjoni ta’ perkwiżizzjoni sa fejn hija ma kinitx preċiża biżżejjed, kienet eċċessivament wiesgħa fil-portata ġeografika tagħha, u fejn hija applikata għal ftehim u/jew prattiċi mifthiema li joħolqu suspett u li għandhom “probabbilment portata mondjali”. L-appellanti jsostnu wkoll li l-Qorti Ġenerali wetqet żball fil-kundanna tagħha għall-ispejjeż.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Cartiera dell’Adda SpA vs CEM Ambiente SpA

(Kawża C-42/13)

2013/C 101/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartiera dell’Adda SpA, Cartiera di Cologno SpA

Konvenut: CEM Ambiente SpA

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-interpretazzjoni li permezz tagħha, fil-każ li impriża li tipparteċipa f’sejħa għal offerti ma tkunx iddikjarat, fl-offerta tagħha, li d-direttur tekniku tagħha ma jkunx suġġett għal proċedura jew għal kundanna bħal dawk previsti fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tad-Digriet Leġiżlattiv 163/2006, l-awtorità kontraenti għandha tiddeċiedi li teskludi lil din l-impriża anki meta din tal-aħħar tkun ipproduċiet prova suffiċjenti li l-kwalifika ta’ direttur tekniku tkun ġiet indikata bi żball purament materjali?

(2)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-interpretazzjoni li permezz tagħha, fil-każ li impriża li tipparteċipa f’sejħa għal offerti tkun ressqet prova rilevanti u suffiċjenti li l-persuni marbuta li jippreżentaw dikjarazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) u (c) ma jkunux suġġetti għal proċedura jew għal kundanna bħal dawk previsti f’din id-dispożizzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tiddeċiedi li teskludi lil din l-impriża bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjoni tal-lex specialis li permezz tagħha ġiet imnedija s-sejħa għal offerti?


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Jannar 2013 — Nordea Bank Danmark vs Skatteministeriet

(Kawża C-48/13)

2013/C 101/24

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nordea Bank Danmark A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 u 54 TFUE (li qabel kienu l-Artikoli 43 u 48 KE), kif ukoll l-Artikoli 31 u 34 ŻEE, jipprekludu lil Stat Membru, li ppermetta li kumpannija residenti tnaqqas b’mod regolari t-telf sostnut/inkors minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor, milli jinkorpora mill-ġdid mad-dħul taxxabbli tal-imsemmija kumpannija t-telf kollu tal-istabbiliment permanenti (sa fejn dan ma ġiex paċut bi profitti fis-snin segwenti) meta l-istabbiliment permanenti ma jibqax jeżisti minħabba l-fatt li parti mill-attivitajiet tiegħu kienet ġiet ittrasferita lil kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp u li hija stabbilita fl-istess Stat Membru tal-istabbiliment permanenti, u meta l-possibilitajiet kollha tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi telf għandhom jiġu meqjusa bħala eżawriti?


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/11


Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-55/13)

2013/C 101/25

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet, u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 2(15), (16), (22), (34) u (35), l-Artikolu 3(4) u (9), l-Artikolu 6(1) sa (3), l-Artikolu 7(1) u (3), l-Artikolu 9 kif ukoll l-Artikolu 14 u l-Artikoli 17 sa 23, l-Artikoli 10 u 11, l-Artikolu 16, l-Artikolu 26(2)(c), it-tieni sentenza et seq kif ukoll l-Artikolu 26(2)(d), it-tielet u r-raba’ sentenza, l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(2), l-Artikolu 29, l-Artikolu 31, l-Artikolu 36, l-Artikolu 42(1) sa (4), l-Artikolu 43(1), (4) u (8), l-Artikolu 44 kif ukoll il-punti 1 u 2 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (1) u billi, fi kwalunkwe każ, naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 54(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2009/73/KE bir-rata ta’ EUR 88 819,20 għal kull jum dekorribbli mill-jum li fih tingħata s-sentenza f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


(1)  ĠU 2009 L 211, p. 94.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/12


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2013 minn Getty Images (US) Inc. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fil-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-338/11, Getty Images (US), Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-70/13 P)

2013/C 101/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Getty Images (US), Inc. (rappreżentant: P. Olson, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din caħdet ir-rikors ippreżentat minn Getty Images kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI tat-2 ta’ Awwissu 2010;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem tliet aggravji: (i) ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), (ii) ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (iii) ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

Skont l-Artikolu 7(1)(b), trade mark ma tistax tiġi rreġistrata jekk tkun nieqsa minn “karattru distintiv”. Grad minimu ta’ karattru distintiv huwa biżżejjed sabiex irendi inapplikabbli r-raġunijiet għal rifjut elenkati fl-imsemmi artikolu. F’dan il-każ, il-fatt li t-trade mark identika għal prodotti/servizzi identiċi u simili ġiet ikkunsidrata f’żewġ okkażjonijiet bħala li kellha l-karattru distintiv meħtieġ joħloq preżunzjoni qawwija ħafna li PHOTOS.COM għandha l-grad minimu neċessarju ta’ karattru distintiv. Is-sempliċi fatt li kull wieħed mill-elementi kkunsidrati separatament huwa nieqes minn karattru distintiv ma jfissirx li flimkien ma humiex distintivi. Bħala għaqda tal-kliem PHOTOS u COM, it-trade mark tieħu sinjifikat indipendenti mis-sinjifikati individwali ta’ dawn l-elementi. Din tinftiehem b’mod ċar mill-pubbliku rilevanti bħala isem ta’ domain kummerċjali. L-ismijiet ta’ domain huma uniċi min-natura tagħhom. Bħala tali, PHOTO.COM tindika lill-konsumatur li hija oriġini unika ta’ prodotti u servizzi li hija distinta minn sorsi oħra ta’ prodotti u servizzi li għandhom isem differenti. B’dan il-mod, hija tissodisfa l-għan ta’ trade mark u tosserva l-kundizzjoni ta’ karattru distintiv imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b).

L-interess pubbliku li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) jikkonsisti f’li jiġi eżaminat jekk it-trade mark tistax tiggarantixxi lill-konsumatur l-identità tal-oriġini tal-prodotti/servizzi billi jippermettulu jiddistingwi mingħajr ebda konfużjoni possibbli dan is-servizz minn dawk li għandhom oriġini oħra. Ma huwiex ikkontestat li kull isem ta’ domain huwa uniku u li isem ta’ domain li jispiċċa b’.com jindika sit tal-internet kummerċjali. Fil-punt 22 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali tammetti li l-element.com jintgħaraf immedjatament mill-pubbliku rilevanti bħala li jirreferi għal sit tal-internet kummerċjali. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta injorat il-fatt li l-isem ta’ domain jiffunzjona sew sabiex jippermetti lill-konsumatur jiddistingwi l-prodotti/servizzi tal-appellanti minn dawk tal-kompetituri tagħha. L-interess pubbliku għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-konsumatur huwa sodisfatt u l-Artikolu 7(1)(b) ma inkisirx.

Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 7(1)(c), il-Qorti Ġenerali għażlet li ma tindirizzax din il-kwistjoni. Madankollu, jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni ma nkisritx peress li l-interess pubbliku wara din id-dispożizzjoni hija l-protezzjoni tal-kompetituri tal-appellanti li l-ebda wieħed minnhom ma ġie affettwat mir-reġistrazzjoni għaliex huwa isem ta’ domain li jappartjeni lill-appellanti. It-trade mark lanqas ma hija oġġettivament deskrittiva fir-rigward tal-prodotti/servizzi.

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li l-UASI jkun marbut mid-deċiżjonijiet preċedenti tiegħu meta jeżamina applikazzjonijiet identiċi għal reġistrazzjoni ta’ trade mark fin-nuqqas ta’ kull indikazzjoni li t-trade marks preċedenti ġew irreġistrati bi żball. Dan il-prinċipju jobbliga lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla l-konklużjoni tal-UASI li tgħid li PHOTOS.COM ma tistax tiġi rreġistrata. Il-Qorti Ġenerali ssostni li dan il-prinċipju għandu jiġi bbilanċjat bl-“osservanza tal-legalità” u li l-applikanti ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq deċiżjonijiet preċedenti sabiex jiksbu deċiżjoni identika u dan għaliex din kienet “att possibbilment illegali mwettaq favur persuna oħra”; konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li “tali eżami għandu jsir f’kull każ individwali” (punt 69 tad-deċiżjoni kkontestata).

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament huwa f’kunflitt mal-prinċipju ta’ legalità. Mid-deċiżjoni STREAMSERVE (ara s-sentenza tas-27 ta’ Frar 2002, Streamserve vs UASI, T-106/00), il-prinċipju ta’ legalità qed jipprevali. Dan irriżulta f’inċertezza legali u f’numru kbir ta’ appelli. Fid-dawl ta’ din l-esperjenza, għandha tingħata iktar attenzjoni għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. L-eżaminaturi tal-UASI huma marbuta li jaġixxu b’mod koerenti, li japplikaw standards komuni, li jidentifikaw każijiet anologi u li jittrattawhom bl-istess mod. Meta l-applikanti jirreferu għal trade marks irreġistrati preċedentement, l-eżaminaturi tal-UASI ma għandhomx jitħallew sempliċiment jirreferu għal STREAMSERVE u jinjoraw il-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament. Minflok prinċipju ta’ legalità fejn reġistrazzjonijiet preċedenti jiġu kkunsidrati litteralment bħala żbalji, metodu iktar vijabbli jkun li jiġi preżunt li t-trade marks preċedenti ġew irreġistrati regolarment. L-obbligu li jiġi applikat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jirriżulta b’mod daqstant ċar fl-ebda każ ieħor milli f’dan il-każ fejn it-trade marks u l-prodotti huma identiċi.

Fl-aħħar nett, it-trade mark PHOTOS.COM hija distintiva tal-prodotti u tas-servizzi tagħha daqs kemm huma ż-żewġ trade marks irreġistrati preċedentement. L-istess bażi teżisti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark bħal dik li teżisti għat-trade marks oriġinali u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi dan.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/13


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-588/10, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-71/13 P)

2013/C 101/27

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u E. Leftheriotou)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tilqa’ l-appell u tannulla kompletament is-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-UE, skont kif espost f’iktar dettall iktar ’il quddiem;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju għal annullament dwar is-settur tat-tabakk, ir-Repubblika Ellenika ssostni dan li ġej:

(1)

ksur tad-dritt tal-Unjoni — interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005;

(2)

il-kundizzjonijiet tal-għoti tal-primjum għat-tabakk ġew iddefiniti b’mod restrittiv u esklużiv permezz tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2075/92 (1) u, konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat, illegalment, li l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2848/1998 (2) leġittimament impona, bħala kundizzjoni supplimentari għall-għoti tal-primjum, il-kunsinna tat-tabakk lill-impriża li tieħu ħsieb l-ewwel ipproċessar bejn it-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, filwaqt li l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2848/1998, li jċaħħad lill-agrikoltur mill-primjum kollu fil-każ ta’ kunsinna tardiva, anki b’ġurnata, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità flimkien mal-Artikolu 39(1)(b) TFUE u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2075/92;

(3)

ksur tad-dritt tal-Unjoni — interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2848/1998 (fir-rigward tal-kunsinni tardivi ta’ tabakk);

(4)

motivazzjoni kontradittorja tas-sentenza appellata u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9(4) u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 2848/1998 (fir-rigward tat-trasferiment tal-kuntratti ta’ koltivazzjoni); u

(5)

interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 2075/92 u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2848/1998 (fir-rigward tal-użu ta’ bini u ta’ tagħmir mikrija mill-impriża li tieħu ħsieb l-ewwel ipproċessar).

Permezz tat-tieni aggravju għal annullament dwar is-settur tal-għeneb imqadded, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet:

(1)

interpretazzjoni żbaljata tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1621/1999 (3), fir-rigward tal-kunċett ta’ diżastri naturali; u

(2)

interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni tal-orjentamenti li tikkonċerna r-rettifiki f’forma ta’ somom f’daqqa fis-settur tal-għeneb imqadded (għas-sultana fir-rigward tal-ħsad tal-2004 u 2005 u għall-għeneb imqadded ta’ Kórinthos fir-rigward tal-ħsad tal-2005), inkwantu ma jirriżultawx il-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ rettifika ta’ 25 %, fejn għalhekk is-sentenza hija vvizzjata b’motivazzjoni insuffiċjenti.

Permezz tat-tielet aggravju għal annullament fis-settur tal-prodotti minn art li tinħarat, jirriżulta:

(1)

ksur tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-bażi legali tar-rettifika, minħabba interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999 (4), fejn l-Artikolu 31 biss tar-Regolament Nru 1290/05 (5) jikkostitwixxi bażi legali validu; u

(2)

ksur tad-dritt tal-Unjoni minħabba interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni, fl-assenza ta’ adattament tal-orjentamenti li jikkonċernaw ir-rettifiki f’forma ta’ somom f’daqqa tal-politika agrikola komuni (PAK) preċedenti għall-PAK ġdida, fir-rigward tad-distinzjoni bejn il-verifiki ewlenin u l-verifiki sekondarji, motivazzjoni insuffiċjenti kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, fejn il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività jikkostitwixxi espressjoni speċifika tagħhom, sa fejn il-perċentwali tar-rettifiki f’forma ta’ somom f’daqqa kienu jikkonċernaw is-sistemi ta’ verifika differenti u l-adattament imfakkar mill-orjentamenti msemmija iktar ’il fuq seħħ f’Ġunju 2006 u għaldaqstant ma setax japplika għas-sena ta’ dikjarazzjoni 2006.

Permezz tar-raba’ aggravju għal annullament dwar in-natura kundizzjonali, ir-Repubblika Ellenika tqis li l-Qorti Ġenerali kisret, fis-sentenza, il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.

Permezz tal-ħames aggravju għal annullament, dwar il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew li jaqgħu taħt il-POSEI (Programm ta’ Għażliet Speċifiċi għat-Tbegħid u għall-Insularità), ir-Repubblika Ellenika ssostni l-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tat-terminu raġjonevoli u ta’ prontezza fl-azzjoni tal-UE.

Permezz tas-sitt aggravju għal annullament, dwar is-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tan-nagħaġ u tal-mogħoż, qed jiġu sostnuti l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 8 tar-Regolament Nru 1663/95 (6) u 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, kif ukoll tal-Artikoli 12 u 24(2) tar-Regolament Nru 2419/01 (7), il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u motivazzjoni difettuża.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92, tat-30 ta’ Ġunju 1992, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 29).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98, tat-22 ta’ Diċembru 1998, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 dwar l-iskema ta’ premju, kwoti ta’ produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lil gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24 p. 25)

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999, tat-22 ta’ Lulju 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna għat-tkabbir tal-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 163).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95, tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 31).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 308).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/14


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Grain Millers, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Grain Millers GmbH & Co. KG

(Kawża C-447/10) (1)

2013/C 101/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/14


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov — is-Slovakkja) — Valeria Marcinová vs Pohotovosť s.r.o.

(Kawża C-30/12) (1)

2013/C 101/29

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/14


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-143/12) (1)

2013/C 101/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012


Il-Qorti Ġenerali

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill

(Kawża T-84/07) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u nitrati tal-ammonja provenjenti mir-Russja - Talba għal reviżjoni ta’ skadenza ta’ miżuri - Talba għal reviżjoni interim - Ammissibbiltà - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2013/C 101/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren u B. Evtimov, avukati, sussegwentement B. Evtimov u D. O’Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament ippreżentat kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006, tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 200M, p. 470)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.05.2007


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill

(Kawża T-235/08) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja - Talba għal reviżjoni interim parzjali - Valur normali - Prezz għall-esportazzjoni - Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2013/C 101/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron OAO (Moska, ir-Russja); u Dorogobuzh OAO (Moska) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren, sussegwentament B. Evtimov, avukati, u D. O’Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentament G. Berrisch)

Parti konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008, tal-10 ta’ Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 75, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Acron OAO u Dorogobuzh OAO huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — EuroChem MCC vs Il-Kunsill

(Kawża T-459/08) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja - Talba għal reviżjoni interim parzjali - Reviżjoni skont l-iskadenza ta’ miżuri - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2013/C 101/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EuroChem Mineral u Chemical Company OAO (EuroChem MCC) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren u B. Evtimov, avukati, sussegwentement B. Evtimov u D. O’Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, megħjuna inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u M. França, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, tat-8 ta’ Lulju 2008, li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Fertilizers Europe.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Nikolaou vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-241/09) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Qorti tal-Awdituri - Żvolġiment ta’ investigazzjonijiet interni - Data personali - Illegalità - Rabta kawżali - Preskrizzjoni)

2013/C 101/34

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Kalliopi Nikolaou (il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u G. Douka, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Stenier, aġenti, assistiti minn P. Tridimas)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara irregolaritajiet u ksur tad-dritt tal-Unjoni li l-Qorti tal-Awdituri wettqet fil-kuntest ta’ investigazzjoni interna.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kalliopi Nikolaou huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron vs Il-Kunsill

(Kawża T-118/10) (1)

(Dumping - Importazzjonjiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja - Talba għal reviżjoni ta’ ‘esportatur ġdid’ - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2013/C 101/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron OAO (Veliky Novgorod, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Evtimov u D. O’Keeffe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Clyne, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. O’Connor, solicitor)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja (ĠU L 338, p. 5).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Acron OAO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Melli Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-492/10) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Entità li hija miżmuma 100 % minn entità rikonoxxuta bħala involuta fil-proliferazzjoni nukleari - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

2013/C 101/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Melli Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Ashley, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bolaert u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-anullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/431/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 għar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Melli Bank plc għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 328, 4.12.2010.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2013 — Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)

(Kawża T-33/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali MEDIGYM - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - I-ttieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 101/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Elke Piotrowski (Viernheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Lenz u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 Novembru 2011 (Każ R 734/2011-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea bis-sinjal verbali MEDIGYM.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Elke Piotrowski hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — AMC-Representações Têxteis vs UASI — MIP Metro (METRO KIDS COMPANY)

(Kawża T-50/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRO KIDS COMPANY - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 101/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AMC-Representações Têxteis Lda (Taveiro, il-Portugall) (rappreżentant: V. Caires Soares, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2314/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u AMC-Representações Têxteis Lda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AMC-Representações Têxteis Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109,14.04.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (Netherlands) (Ubee Interactive)

(Kawża T-407/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 101/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ubee Interactive Corp. (Jhubei City, it-Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Augere Holdings (Netherlands) (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1849/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Augere Holdings (Netherlands) u Ubee Interactive Corp.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll kull wieħed minnhom għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (Netherlands) (ubee)

(Kawża T-408/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 101/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ubee Interactive Corp. (Jhubei City, it-Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Augere Holdings (Netherlands) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1848/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Augere Holdings (Netherlands) BV u Ubee Interactive Corp.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs ta’ dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/19


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2013 — Senz Technologies vs UASI(Umbrelel)

(Kawża T-22/13)

2013/C 101/41

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senz Technologies BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Hoyng u C. Zeri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impliva BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 2453/2010-3;

taċċetta l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u tiddikjara l-validità tar-reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 000579032-0001;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn “Umbrelel” — disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 000579032-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Impliva BV

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 7(1) u 6, u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/19


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2013 — Senz Technologies vs UASI — Impliva (Umbrelel)

(Kawża T-23/13)

2013/C 101/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senz Technologies BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Hoyng u C. Zeri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impliva BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Settembru 2012, fil-Każ R 2459/2010-3;

tilqa’ l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u tiddikjara l-validità tar-reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 000579032-0002;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn “Umbrelel” — disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 000579032-032

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Impliva BV

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikoli 4 u 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 7(1) u 6, u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2013 — Cactus vs UASI — Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)

(Kawża T-24/13)

2013/C 101/43

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cactus SA (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Isabel Del Rio Rodríguez (Malaga, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-19 ta’ Ottubru 2012;

tordna li l-konvenut u — jekk applikabbli — Isabel Del Rio Rodriguez jbatu l-ispejjeż flimien u in solidum.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 39 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 489 643

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 963 694 tat-trade mark verbali “CACTUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 3, 5, 6, 7, 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 76(1) u (2), u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/20


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 — Pedro Group vs UASI — Cortefiel (PEDRO)

(Kawża T-38/13)

2013/C 101/44

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pedro Group Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cortefiel, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 0271/2011-4): Annullament ta’ dik il-parti tad-deċiżjoni li annullat parti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni tas-17 ta’ Diċembru 2010 u li ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tar-rikorrenti għal ċerti prodotti fil-klassi 25;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti għall-ispejjeż inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “PEDRO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 541 857

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 252 899 għat-trade mark figurattiva b’kulur iswed u abjad “Pedro del Hierro” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25, 35, u 42 u r-reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 864 740 b’effett fil-Bulgarija, Spanja u r-Rumanija għat-trade mark figurattiva b’kulur iswed u abjad “Pedro del Hierro” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn ċaħdet l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassi 25, ċaħdet l-applikazzjoni għal dawn il-prodotti u ċaħdet il-kumplament tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 15 u 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/21


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2013 — Cezar vs UASI — Poli-Eco (Zokkli)

(Kawża T-39/13)

2013/C 101/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński (Ełk, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Nentwig u G. Becker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o. (Szprotawa, il-Polonja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1512/2010-3) u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn jew mudell Komunitarju “zokkli”, irreġistrat taħt in-Nru 70 438-0002

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet ibbażata fuq nuqqas ta’ novità u ta’ karattru individwali skont id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 25(1)(b) u tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: id-disinn Komunitarju rreġistrat u kkontestat ġie ddikjarat bħala invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 25(1)(b), 63(1) u 62(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/21


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN)

(Kawża T-52/13)

2013/C 101/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 493/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FICKEN” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 32, 33 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 274 366

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(f) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/22


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 — Vans vs UASI (Linja mmewwġa)

(Kawża T-53/13)

2013/C 101/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha linja li hija mgħawwġa u li għandha kurvi għal oġġetti fil-klassijiet 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 881

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/22


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)

(Kawża T-54/13)

2013/C 101/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 2544/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “FICKEN LIQUORS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 32, 33 u 35

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(f) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/22


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Formula One Licensing vs UASI — Idea Marketing (F1H2O)

(Kawża T-55/13)

2013/C 101/49

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Klingberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Idea Marketing SA (Lausanne, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 1247/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “F1H2O”, għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25, 38 u 41 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 925 383 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 732 134, trade mark Brittannika Nru 2277746 B, trade mark Komunitarja Nru 3 934 387, reġistrazzjoni internazzjonali Nru 845 571, trade mark tal-Benelux Nru 749 056, trade mark Brittannika Nru 2277746 D, trade mark Komunitarja Nru 631 531, trade mark Komunitarja Nru 3 429 396, Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 714 320, Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 823 226 u trade mark tal-Benelux Nru 732 601 tat-trade mark “F1 et al.” Għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 7, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32 to 36, 38, 39 u 41 sa 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/23


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — ClientEarth u Stichting BirdLife Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/13)

2013/C 101/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); u Stichting BirdLife Europe (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: O. Brouwer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rifjut tal-konvenuta tal-applikazzjoni tagħhom għall-aċċess għall-aħħar abbozz ta’ reviżjoni tal-letteratura, dwar l-hekk imsejjaħ “dejn tal-karbonju” tal-bijoenerġija dderivata mill-bijomassa, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-kawża inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed.

Ir-rikorrenti jsostnu li bħala riżultat tan-nuqqas tagħha li tindirizzahom b’deċiżjoni espressa dwar it-talba tagħhom għall-aċċess fil-limiti ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji li jinsabu fl-Artikoli 8(1) u 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-konvenuta impliċitament irrifjutat aċċess fis-sens tal-Artikolu 8(3). Barra minn hekk, ir-rikorrenti jgħidu li din id-deċiżjoni ta’ rifjut impliċitu ma kinitx motivata u għalhekk huma jsostnu li għandha tiġi annullata minħabba l-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 296 TFUE.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/23


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2013 — Reiner Appelrath-Cüpper vs UASI — Ann Christine Lizenzmanagement (AC)

(Kawża T-60/13)

2013/C 101/51

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG (Braunschweig, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4), sa fejn ir-rikors ġie milqugħ u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet miċħuda

tordna lill-konvenut iħalles l-ispejjeż tal-kawża;

tornda lill-parti l-oħra tħallas l-ispejjeż tal-kawża quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “AC”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 070 021

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Ġermaniżi Nru 30 666 076 u Nru 30 666 074 u reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 948 259, li tikkonċerna bosta Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, tat-trade mark figurattiva “AC ANNE CHRISTINE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 35; trade mark Komunitarja Nru 6 904 783, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25; trade mark Komunitarja Nru 6 905 541 għal prodotti fil-klassijiet 3, 14 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni totalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata fir-rigward tal-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 25 u 35, applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal dawn il-prodotti u servizzi miċħuda u l-kumplament tal-appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 15 u 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2013 — Three-N-Products Private vs UASI — Munindra Holding (AYUR)

(Kawża T-63/13)

2013/C 101/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentanti: M. Thewes u T. Chevrier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni R 2296/2011-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Novembru 2012;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda s-“servizzi ta’ pariri fil-qasam tar-rimedji abbażi ta’ ħxejjex, tan-nutrizzjoni, tas-saħħa u ta’ kura estetika”, fil-klassi 44;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “AYUR”, għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 16 u 44 — Trade mark Komunitarja Nru 5 429 469

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Munindra Holding BV

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali rreġistrata fil-Benelux “AYUS” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 29, 30 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/24


Rikors ippreżentat fl-1 ta Frar 2013 — Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/13)

2013/C 101/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Horsham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 8605 finali, tad-19 ta’ Novembru 2012, li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq lil Hospira UK Ltd, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ Novartis Europharm Ltd. għall-prodott tagħha Aclasta skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 2309/93 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (2), Billi Aclasta ngħatat awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq separata u indipendenti permezz tal-proċedura ċċentralizzata, l-awtorizzazzjoni ta’ Aclasta ma taqax taħt l-istess awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq globali bħal Zometa (prodott ieħor ta’ Novartis Europharm Ltd) speċifikata fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 (3) għall-iskopijiet tal-protezzjoni tad-data.

Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija wkoll illegali sa fejn hija tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE peress li l-protezzjoni tad-data għall-prodott mediċinali ta’ referenza Aclasta ma skadietx u għaldaqstant il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq taħt dan l-artikolu ma ġewx osservati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2309/93, tat-22 ta’ Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali.

(2)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(3)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Anapurna vs UASI — Annapurna (ANNAPURNA)

(Kawża T-71/13)

2013/C 101/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anapurna GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Annapurna SpA (Prato, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2012, sa fejn laqgħet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 001368166 “ANNAPURNA”, u ma ddikjarathiex nulla u bla effett, għall-prodotti “basktijiet” (klassi 18), “għata għas-sodod u bjankerija tas-sodda” (klassi 24) u “Ħwejjeġ, papoċċi u xedd ir-ras” (klassi 25);

tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-appell;

titlob lill-konvenut sabiex jipproduċi prova tal-użu (“Eżibiti”) prodotti mill-intervenjenti fil-kuntest tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “ANNAPURNA” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 368 166

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għar-revoka ġiet ibbażata fuq ir-raġunijiet li t-trade mark Komunitarja kkontestata ma ġietx użata b’mod ġenwin fl-Unjoni Ewropea għal perijodu kontinwu ta’ ħames snin, skont l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, għall-prodotti kollha li ġiet irreġistrata għalihom.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja parzjalment invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u t-trade mark iddikjarata invalida fir-rigward ta’ prodotti oħra

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/20.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/26


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2013 — Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI — Nepentes (Momarid)

(Kawża T-75/13)

2013/C 101/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim Pharma (Ingelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Bomhard u D. Slopek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nepentes S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tat-28 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 2292/2011-4 sa fejn ippermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark MOMARID fir-rigward ta’ preparazzjonijiet sanitarji għal skopijiet mediċi; sustanzi tad-dieta adottati għall-użu mediku; preparazzjonijiet, sustanzi u prodotti farmaċewtiċi u mediċi għall-protezzjoni, għall-manteniment, għat-trattament jew għall-kundizzjonar tal-ġilda, tal-ġisem, tal-wiċċ, tal-ħalq, tax-xufftejn, tal-għajnejn, tax-xagħar, tal-idejn u tad-dwiefer; preparazzjonijiet u sustanzi farmaċewtiċi u mediċi għall-kura u għall-apparenza tal-ġilda, tal-ġisem, tal-wiċċ, tal-ħalq, tax-xufftejn, tal-għajnejn, tax-xagħar, tal-idejn u tad-dwiefer; prodotti u preparazzjonijiet farmaċewtiċi u mediċi għal skopijiet ta’ telf ta’ piż; prodotti, preparazzjonijiet u sustanzi dermatoloġiċi farmaċewtiċi; preparazzjonijiet dermatoloġiċi għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ disturbi tal-ġilda; preparazzjonijiet dermatoloġiċi (medikati); preparazzjonijiet farmaċewtiċi għat-trattament ta’ disturbi dermatoloġiċi; preparazzjonijiet farmaċewtiċi għat-trattament topiku ta’ disturbi dermatoloġiċi; prodotti mediċinali dermatoloġiċi; preparazzjonijiet farmaċewtiċi veterinarji għal użu dermatoloġiku; prodotti mediċinali veterinarji għat-trattament ta’ disturbi ormonali; ormoni għal skopijiet mediċi; preparazzjonijiet ormonali għal użu veterinarju; ormoni; prodotti sterojdi, preparazzjonijiet ormonali għal użu farmaċewtiku u mediku; prodotti tal-iġjene; kimiċi għal użu farmaċewtiku (il-“prodotti kkontestati”);

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, jew — fil-każ li l-parti l-oħra quddiem l-UASI tintervjeni għall-konvenut — tordna li l-ispejjeż tal-kawża jitħallsu konġuntament mill-konvenut u mill-intervenjenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Momarid”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 164 328

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarju Nru 2 396 448 tat-trade mark “LONARID” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 50(2)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/26


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 — Accorinti et vs BĊE

(Kawża T-79/13)

2013/C 101/56

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alessandro Accorinti (Nichelino, l-Italja), Michael Acherer (Bressanone, l-Italja), Giuliano Agostinetti (Mestre, l-Italja), Marco Alagna (Milano, l-Italja), Riccardo Alagna (Milano, l-Italja), Agostino Amalfitano (Forio, l-Italja), Emanuela Amsler (Torino, l-Italja), Francine Amsler (Torino, l-Italja), Alessandro Anelli (Bellinzago Novarese, l-Italja), Angelo Giovanni Angione (Potenza, l-Italja), Giancarlo Antonelli (Verona, l-Italja), Giuseppe Aronica (Licata, l-Italja), Elisa Arsenio (Sesto San Giovanni, l-Italja), Pasquale Arsenio (Sesto San Giovanni, l-Italja), Luigi Azzano (Concordia Sagittaria, l-Italja), Giovanni Baglivo (Lecce, l-Italja), Mario Bajeli (Bergamo, l-Italja) Stefano Baldoni (Matera, l-Italja), Giulio Ballini (Lonato, l-Italja), Antonino Barbara (Napoli, l-Italja), Armida Baron (Cassola, l-Italja), Paolo Baroni (Ruma, l-Italja), Lucia Benassi (Scandiano, l-Italja), Michele Benelli (Madignano, l-Italja), Erich Bernard (Lana, l-Italja), Flaminia Berni (Ruma, l-Italja), Luca Bertazzini (Monza, l-Italja), Adriano Bianchi (Casale Corte Cerro, l-Italja), Massimiliano Bigi (Montecchio Emilia, l-Italja), Daniele Fabrizio Bignami (Milano, l-Italja), Sergio Borghesi (Coredo, l-Italja), Borghesi Srl (Cles, l-Italja), Sergio Bovini (Cogoleto, l-Italja), Savino Brizzi (Torino, l-Italja), Annunziata Brum (Badiola, l-Italja), Christina Brunner (Laives, l-Italja), Giovanni Busso (Caselette, l-Italja), Fabio Edoardo Cacciuttolo (Milano, l-Italja), Vincenzo Calabrò (Ruma, l-Italja), Carlo Cameranesi (Ancona, l-Italja), Giuseppe Campisciano (Besana in Brianza, l-Italja), Allegra Canepa (Pisa, l-Italja), Luca Canonaco (Como, l-Italja), Piero Cantù (Vimercate, l-Italja), Fabio Capelli (Tortona, l-Italja), Gianluca Capello (Sanremo, l-Italja), Sergio Capello (Sanremo, l-Italja), Filippo Caracciolo di Melito (Lucca, l-Italja), Mario Carchini (Carrara, l-Italja), Filippo Carosi (Ruma, l-Italja), Elena Carra (Ruma, l-Italja), Claudio Carrara (Nembro, l-Italja), Ivan Michele Casarotto (Verona, l-Italja), Anna Maria Cavagnetto (Torino, l-Italja), Gabriele Lucio Cazzulani (Segrate, l-Italja), Davide Celli (Rimini, l-Italja), Antonio Cerigato (Ferrara, l-Italja), Paolo Enrico Chirichilli (Ruma, l-Italja), Celestino Ciocca (Ruma, l-Italja), Mariagiuseppa Civale (Milano, l-Italja), Benito Colangelo (Bollate, l-Italja), Roberto Colicchio (Milano, l-Italja), Edoardo Colli (Trieste, l-Italja), Nello Paolo Colombo (Casatenovo, l-Italja), Mario Concini (Tuenno, l-Italja), Marika Congestrì (S. Onofrio, l-Italja), Luigi Corsini (Pistoia, l-Italja), Maria Chiara Corsini (Genova, l-Italja), Aniello Cucurullo (Civitavecchia, l-Italja), Roberto Cugola (Melara, l-Italja), Roberto Cupioli (Rimini, l-Italja), Giuseppe D’Acunto (Lucca — S. Anna, l-Italja), Stefano D’Andrea (Ancona, l-Italja), Nazzareno D’Amici (Ruma, l-Italja), Michele Danelon (Gruaro, l-Italja), Piermaria Carlo Davoli (Milano, l-Italja), Iole De Angelis (Ruma, l-Italja), Roberto De Pieri (Treviso, l-Italja), Stefano De Pieri (Martellago, l-Italja), Ario Deasti (Sanremo, l-Italja), Stefano Marco Debernardi (Aosta, l-Italja), Gianfranco Del Mondo (Casoria, l-Italja), Salvatore Del Mondo (Gaeta, l-Italja), Gianmaria Dellea (Castelveccana, l-Italja), Rocco Delsante (Langhirano, l-Italja), Gianmarco Di Luigi (Sant’Antimo, l-Italja), Alessandro Di Tomizio (Reggello, l-Italja), Donata Dibenedetto (Altamura, l-Italja), Angela Dolcini (Pavia, l-Italja), Denis Dotti (Milano, l-Italja), Raffaele Duino (San Martino Buon Albergo, l-Italja), Simona Elefanti (Montecchio Emilia, l-Italja), Maurizio Elia (Ruma, l-Italja), Claudio Falzoni (Besnate, l-Italja), Enrico Maria Ferrari (Ruma, l-Italja), Giuseppe Ferraro (Pago Vallo Lauro, l-Italja), Fiduciaria Cavour Srl (Ruma, l-Italja), Giorgio Filippello (Caccamo, l-Italja), Giovanni Filippello (Caccamo, l-Italja), Dario Fiorin (Venezia, l-Italja), Guido Fortunati (Verona, l-Italja), Achille Furioso (Agrigento, l-Italja), Monica Furlanis (Concordia Sagittaria, l-Italja), Vitaliano Gaglianese (San Giuliano Terme, l-Italja), Antonio Galbo (Palermo, l-Italja), Gianluca Gallino (Milano, l-Italja), Giandomenico Gambacorta (Ruma, l-Italja), Federico Gatti (Besana in Brianza, l-Italja), Raffaella Maria Fatima Gerardi (Lavello, l-Italja), Mauro Gini (Bressanone, l-Italja), Barbara Giudiceandrea (Ruma, l-Italja), Riccardo Grillini (Lugo, l-Italja), Luciano Iaccarino (Verona, l-Italja), Vittorio Iannetti (Carrara, l-Italja), Franz Anton Inderst (Marlengo, l-Italja), Alessandro Lepore (Giovinazzo, l-Italja), Hermann Kofler (Merano, l-Italja), Fabio Lo Presti (Ponte S. Pietro, l-Italja), Silvia Locatelli (Brembate, l-Italja), Nicola Lozito (Grumo Appula, l-Italja), Rocco Lozito (Grumo Appula, l-Italja), Fabio Maffoni (Soncino, l-Italja), Silvano Maffoni (Orzinuovi, l-Italja), Bruno Maironi Da Ponte (Bergamo, l-Italja), Franco Maironi Da Ponte (Bergamo, l-Italja), Michele Maironi Da Ponte (Bergamo, l-Italja), Francesco Makovec (Lesmo, l-Italja), Concetta Mansi (Matera, l-Italja), Angela Marano (Melito di Napoli, l-Italja), Bruno Marchetto (Milano, l-Italja), Fabio Marchetto (Milano, l-Italja), Sergio Mariani (Milano, l-Italja), Lucia Martini (Scandicci, l-Italja), Alessandro Mattei (Treviso, l-Italja), Giorgio Matterazzo (Seregno, l-Italja), Mauro Mazzone (Verona, l-Italja), Ugo Mereghetti (Brescia, l-Italja) li qed jaġixxi għalih innifsu u bħala rappreżentant ta’ Fulvia Mereghetti (Casamassima, l-Italja), Vitale Micheletti (Brescia, l-Italja), Giuseppe Mignano (Genova, l-Italja), Fabio Mingo (Ladispoli, l-Italja), Giovanni Minorenti (Guidonia Montecelio, l-Italja), Filippo Miuccio (Ruma, l-Italja), Fulvio Moneta Caglio de Suvich (Milano, l-Italja), Giancarlo Monti (Milano, l-Italja), Angelo Giuseppe Morellini (Besana in Brianza, l-Italja), Barbara Mozzambani (San Martino Buon Albergo, l-Italja), Mario Nardelli (Gubbio, l-Italja), Eugenio Novajra (Udine, l-Italja), Giorgio Omizzolo (Baone, l-Italja), Patrizia Paesani (Ruma, l-Italja), Daniela Paietta (Arona, l-Italja), Luigi Paparo (Volla, l-Italja), Davide Pascale (Milano, l-Italja), Salvatore Pasciuto (Gaeta, l-Italja), Sergio Pederzani (Ossuccio, l-Italja), Aldo Perna (Napoli, l-Italja), Marco Piccinini (San Mauro Torinese, l-Italja), Nicola Piccioni (Soncino, l-Italja), Stefano Piedimonte (Napoli, l-Italja), Mauro Piliego (Bolzano, l-Italja), Vincenzo Pipolo (Ruma, l-Italja), Johann Poder (Silandro, l-Italja), Giovanni Polazzi (Milano, l-Italja), Santo Pullarà (Rimini, l-Italja), Patrizio Ragusa (Ruma, l-Italja), Rosangela Raimondi (Arluno, l-Italja), Massimo Ratti (Milano, l-Italja), Gianni Resta (Imola, l-Italja), Giuseppe Ricciarelli (San Giustino, l-Italja), Enrica Rivi (Scandiano, l-Italja), Maria Rizescu (Pesaro, l-Italja), Alessandro Roca (Torino, l-Italja), Mario Romani (Milano, l-Italja), Claudio Romano (Napoli, l-Italja), Gianfranco Romano (Pisticci, l-Italja), Ivo Rossi (Nettuno, l-Italja), Alfonso Russo (Scandiano, l-Italja), Iginio Russolo (San Quirinino, l-Italja), Francesco Sabato (Barċellona, Spanja), Giuseppe Salvatore (Silvi, l-Italja), Luca Eudilio Sarzi Amadè, (Milano, l-Italja), Tiziano Scagliola (Terlizzi, l-Italja), Antonio Scalzullo (Avellino, l-Italja), Liviano Semeraro (Gavirate, l-Italja), Laura Liliana Serpente (Ancona, l-Italja), Maria Grazia Serpente (Ancona, l-Italja), Luciana Serra (Milano, l-Italja), Giuseppe Silecchia (Altamura, l-Italja), Paolo Sillani (Bergamo, l-Italja), Vincenzo Solombrino (Napoli, l-Italja), Patrizia Spiezia (Casoria, l-Italja), Alberto Tarantini (Ruma, l-Italja), Halyna Terentyeva (Concordia Sagittaria, l-Italja), Vincenzo Tescione (Caserta, l-Italja), Riccardo Testa (Cecina, l-Italja), Salvatore Testa (Pontinia, l-Italja), Nadia Toneatti (Trieste, l-Italja), Giuseppe Ucci (Como, l-Italja), Giovanni Urbanelli (Pescara, l-Italja), Giuseppina Urciuoli (Avellino, l-Italja), Amelia Vaccaro (Chiavari, l-Italja), Maria Grazia Valentini (Tuenno, l-Italja), Nicola Varacalli (Occhieppo Superiore, l-Italja), Giancarlo Vargiu (Bologna, l-Italja), Salvatore Veltri Barraco Alestra (Marsala, l-Italja), Roberto Vernero (Milano, l-Italja), Vincenza Vigilia (Castello d’Agogna, l-Italja), Celso Giuliano Vigna (Castel San Pietro Terme, l-Italja), Roberto Vignoli (Santa Marinella, l-Italja), Georg Weger (Merano, l-Italja), Albino Zanichelli (Busana, l-Italja), Andrea Zecca (Ruma, l-Italja), Maurizio Zorzi (Ora, l-Italja)

(rappreżentanti: S. Sutti u R. Spelta, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli;

wara li tkun ikkonstatat u evalwat ir-responsabbiltà tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kif prevista fl-Artikolu 340 TFUE, tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-danni kkawżati f’ammont ta’ mill-inqas EUR 12 504 614,98, jew f’ammont ieħor meqjus bħala ġust u ekwu, b’riżerva li jiġi ppreċiżat waqt il-proċeduri, kif ukoll għall-interessi legali u moratorji fuq dan l-ammont, bejn id-data tal-iskadenza u d-data tal-ħlas;

b’mod strettament sussidjarju, dejjem wara li tkun ikkonstatat u evalwat ir-responsabbiltà tal-BĊE skont l-Artikolu 340 TFUE, tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-danni kkawżati f’ammont ta’ mill-inqas EUR 3 668 020,39 jew f’ammont ieħor meqjus bħala ġust u ekwu, b’riżerva li jiġi ppreċiżat waqt il-proċeduri, kif ukoll għall-interessi legali u moratorji fuq dan l-ammont, bejn id-data tal-iskadenza u d-data tal-ħlas;

b’mod sussidjarju, dejjem wara li tkun ikkonstatat u evalwat ir-responsabbiltà tal-BĊE kif prevista fl-Artikolu 340 TFUE, tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-danni kkawżati f’ammont ta’ mill-inqas EUR 2 667 651,19 jew f’ammont ieħor meqjus bħala ġust u ekwu, b’riżerva li jiġi ppreċiżat waqt il-proċeduri, kif ukoll għall-interessi legali u moratorji fuq dan l-ammont, bejn id-data tal-iskadenza u d-data tal-ħlas;

b’mod iktar sussidjarju, tikkundanna lill-BĊE għall-kumpens għad-danni kkawżati bl-aġir legali jew mingħajr tort inkwistjoni f’ammont meqjus bħala ġust u ekwu;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut għandu r-responsabbiltà mhux kuntrattwali għall-mod kif intervjena fir-ristrutturazzjoni tad-defiċit tad-dejn Grieg u jgħidu li l-BĊE huwa responsabbli skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għaliex il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan huma kollha sodisfatti, jiġifieri aġir illegali, dannu effettiv u rabta kawżali bejn id-dannu u l-aġir tal-istituzzjoni.

Ir-rikorrenti jenfasizzaw f’dan ir-rigward li l-konvenut:

ikkonkluda fil-15 ta’ Frar 2012 mar-Repubblika Ellenika ftehim sigriet ta’ skambju ta’ bonds;

naqas jew irrifjuta li jipparteċipa fir-ristrutturazzjoni tad-dejn Grieg imposta fuq ir-Repubblika Ellenika sabiex tinkiseb it-tieni tranche ta’ għajnuna, f’kunflitt ta’ interessi għaliex l-BĊE nnifsu jagħmel parti mit-Trojka;

adotta d-deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2012 li ssuġġettat l-eliġibbiltà tal-bonds Griegi bħala garanziji għal programm ta’ xiri mill-ġdid mogħti biss lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN), anki jekk dawn il-bonds ma għandhomx il-kwalità ta’ kreditu.

Fil-fatt, ir-rikorrenti jaffermaw insostenn tar-rikors tagħhom li l-aġir tal-konvenut kellu impatt negattiv u kawżali dirett fuq is-sitwazzjoni legali tagħhom u li huma jbatu tnaqqis ta’ valur supplementari (haircut) li jolqot lill-individwi, li l-kreditu tagħhom naqas fl-ordni u li l-investituri privati ġew imniżżla għal-livell ta’ kredituri ‛junior’.

Skont ir-rikorrenti, dan l-aġir jikkostitwixxi ksur manifest tar-regoli superjuri intiżi sabiex jipproteġu lill-individwi, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kredituri, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ protezzjoni tal-aspettivi leġittimi ta’ dawk li għandhom bonds u ta’ ċertezza legali.

Sussidjarjament, fil-każ improbabbli li l-Qorti Ġenerali ma tikklassifikax bħala illegali l-aġir tal-BĊE, ir-rikorrenti josservaw madankollu l-eżistenza ta’ mill-inqas responsabbiltà oġġettiva jew mingħajr tort tal-BĊE jew responsabbiltà li tirriżulta minn att legali għaliex l-aġir tal-BĊE li huwa kkontestat hawnhekk ikkawża dannu mhux normali u speċjali, fid-dawl b’mod partikolari tad-drittijiet fundamentali kif protetti mill-Karta ta’ Nice wara t-Trattat ta’ Lisbona, previsti fl-Artikolu 17 (dritt għall-proprjetà), fl-Artikolu 21 (nondiskriminazzjoni), fl-Artikolu 38 (protezzjoni tal-konsumaturi) u fl-Artikolu 41 (dritt għal amministrazzjoni tajba).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2013 — Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/13)

2013/C 101/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Panasonic Corp. (Kadoma, il-Ġappun); u MT Picture Display Co. Ltd (Matsuocho, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Gerrits u A.-H. Bischke, avukati, M. Hoskins, QC (Queen’s Counsel) u S. Abram, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment jew totalment, skont il-każ, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.437 — Tubi tal-monitor tat-televiżjoni u tal-kompjuter, sa fejn issib li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE;

tannulla l-multi imposti fuq ir-rikorrenti, jew tnaqqas dawn il-multi, sa fejn xieraq; u

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti għal dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq fir-rigward tal-perijodu sal-10 ta’ Frar 2003, inkwantu:

Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq il-fatt li Matsushita Electric Industrial Co., Ltd. (“MEI”) ipparteċipat fl-allegat ksur kontinwat u uniku tal-Artikolu 101 TFUE dwar iċ-ċineskopi bil-kulur (il-kartell “CPT”) fil-perijodu qabel l-10 ta’ Frar 2003 fuq żewġ pretensjonijiet ġodda, li ma dehrux fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet: l-ewwel li MEI kienet taf, jew kellha tkun taf, dwar il-kartell CPT u t-tieni li MEI ħadet deċiżjoni strateġika li tipparteċipa fil-kartell CPT permezz ta’ kuntratti bilaterali. Bl-istess mod, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata għall-ewwel darba fuq ċerti dikjarazzjonijiet orali u evidenza dokumentarja, jew fuq parti minnhom, biex issostni dawn l-allegazzjonijiet;

L-inklużjoni ta’ dawn l-allegazzjonijiet u materjali għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet tad-difiża ta’ Panasonic Corporation (“Panasonic”), li hija inammissibbli u teħtieġ l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni kontra l-MEI fir-rigward ta’ dan il-perijodu.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ prova li MEI kienet taf jew setgħet tkun taf dwar l-eżistenza u/jew il-kontenut tal-kartell CPT fir-rigward tal-perijodu sal-10 ta’ Frar 2003, inkwantu:

Anki li kieku l-allegazzjonijiet u/jew evidenza li hemm riferiment għalihom fl-ewwel motiv kienu ammissibbli, il-Kummissjoni naqset milli tipprova li MEI kienet taf jew setgħet tkun taf li l-kuntratti bilaterali li fihom hija pparteċipat kienu parti minn pjan ġlobali u li l-pjan globali kien jinkludi l-elementi kostituttivi kollha dwar l-allegat kartell CPT;

L-evidenza li serviet ta’ bażi ma turix li MEI ħadet deċiżjoni strateġika biex tipparteċipa fi kwalunkwe kartell CPT permezz ta’ laqgħat bilaterali.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ prova li MEI/MT Picture Display Co., Ltd. (“MTPD”) ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwat identifikat fid-deċiżjoni kkontestata mill-10 ta’ Frar 2003, inkwantu:

L-attivitajiet fl-Ewropa u l-Asja mill-10 ta’ Frar 2003 ma kinux jifformaw parti minn pjan komuni b’għan uniku;

MEI/MTPD ma pparteċipaw f’ebda laqgħa multilaterali fl-Ewropa;

Fir-rigward tal-kuntratti bilaterali MEI/MTPD matul dan il-perijodu, il-Kummissjoni naqqset milli tipprova li MEI/MTPD kienet taf jew kellha tkun taf dwar l-eżistenza u/jew kontenut tal-attivitajiet fl-Ewropa tal-kartell multilaterali li jinvolvu destinatarji oħra tad-deċiżjoni kkontestata.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-multa imposta fuq Panasonic/MTPD għandha tiġi totalment annullata, jew sussidjarjament mnaqqsa, inkwantu:

Prinċipalment, Panasonic/MTPD tqis li l-kundanna fir-rigward ta’ kull waħda minnhom għandha tiġi totalment annullata u li l-multa imposta fuq kull waħda minhomm għandha tiġi totalment annullata;

Sussidjarjament, jekk it-talba ta’ Panasonic/MTPD għal annullament tintlaqa’ fuq uħud u mhux il-motivi kollha, il-multa imposta fuq Panasonic/MTPD għandha debitament titnaqqas;

Iktar sussidjarjament, anki jekk jiġi kkonfermat il-ksur, il-multa imposta fuq Panasonic/MTPD hija eċċessiva, għaliex id-deċiżjoni kkontestata tuża metodoloġija żbaljata li tattribwixxi valur minfuħ b’mod żbaljat lill-bejgħ bejn il-grupp għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa;

Iktar sussidjarjament, fil-każ li ma tiġix totalment annullata, il-multa imposta fuq Panasonic/MTPD għandha titnaqqas fid-dawl tal-involviment minuti tagħha fl-allegat kartell CPT.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/29


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 minn BS mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Frar 2012 fil-Kawża F-90/11, BS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/13 P)

2013/C 101/58

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: BS (Messina, l-Italja) (rappreżentant: C. Pollicino, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tiddikjara dan l-att tal-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza kkontestata;

tikkonferma li r-“Regolamenti komuni dwar l-assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatat max-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej”, ikopru “s-sistema kollha tal-ġilda” u mhux biss “il-ħruq fil-fond u ċ-ċikatriċi patoloġiċi tas-sistema tal-ġilda”;

tipprovdi li jkun kostitwit bord mediku ġdid, bil-kompitu li jirrevedi il-każ tal-appellant;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ippreżentat kontra s-sentenza li ċaħdet rikors intiż, essenzjalment, għall-annullament tad-deċiżjoni li biha l-awtorità li għandha s-setgħa tal-ħatra kkonkludiet il-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea fejn iddikjarat li ma kienx hemm ħsara għall-integrità psikofiżika, bħala riżultat ta’ aggressjoni subita mill-appellant.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 22(3) tar-Regolamenti dwar l-assigurazzjoni.

Huwa ddikjarat f’dan ir-rigward li, kuntrarjament għal din id-dispożizzjoni, il-bord mediku ma ddeċidiex b’mod kolleġġjali u, barra minn hekk, meta kkonfrontat bi problema legali, huwa ma ddikjarax lilu nnifsu inkompetenti.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 73 tat-Tabella ta’ Riferiment Ewropea għall-evalwazzjoni tal-ħsara psikofiżika għall-finijiet mediċi.

Skont l-appellant, bis-sentenza kkontestata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors mingħajr ma pprovda l-interpretazzjoni mixtieqa u preċiża dwar il-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk ir-Regolamenti komuni msemmija jkoprux s-sistema kollha tal-ġilda, jew, pjuttost, il-ħruq fil-fond u ċ-ċikatriċi patoloġiċi tas-sistema tal-ġilda.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/30


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 minn Diana Grazyte mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-5 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża F-76/11, Grazyte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/13 P)

2013/C 101/59

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Diana Grazyte (Utena, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-5 ta’ Diċembru 2012, mogħtija fil-Kawża F-76/11 (Grazyte vs Il-Kummissjoni Ewropea);

tannulla d-deċiżjoni meħuda mid-Direttur tad-DĠ HR D, fil-kwalità tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, tad-29 ta’ April 2011 u konsegwentement tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għall-allowance tal-espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur u/jew interpretazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju b’riferiment għat-tekniki ta’ interpretazzjoni tad-dritt u għall-ħsieb wara l-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal. Motivazzjoni vvizzjata.

F’dan ir-rigward jiġi sostnut li, kemm it-test tad-dispożizzjoni (li tirreferi testwalment għal “raġunijiet minbarra l-qadi tad-dmirijiet fis-servizz ta’ Stat jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali”), kif ukoll il-ħsieb wara d-dispożizzjoni jwasslu sabiex jiġi eskluż mill-allowance kull min jitlaq mill-pajjiż tal-oriġini tiegħu mingħajr ma joħloq rabta durevoli mal-pajjiż li fih huwa ttrasferixxa ruħu proprju għaliex ġie rreklutat ma’ organizzazzjoni internazzjonali.

La t-test, la l-loġika u lanqas il-ħsieb ta’ wara d-dispożizzjoni ma jistgħu jwasslu sabiex jiġi sostnut, hekk kif għamel it-Tribunal fis-sentenza appellata, li l-perijodi li ġew wara s-servizz f’organizzazzjoni internazzjonali għandhom jixxejnu meta t-trasferiment ikun seħħ, bħal fil-każ preżenti, għal raġunijiet affettivi.

(2)

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur u/jew interpretazzjoni żbaljata tad-dritt Komunitarju b’riferiment għall-klassifikazzjoni tal-Aġenziji bħala organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

F’dan ir-rigward jiġi sostnut li l-kunċett ta’ organizzazzjoni internazzjonali kif jinsab fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ġie ddefinit b’mod preċiż ħafna mill-ġurisprudenza. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2006, J vs Il-Kummissjoni (b’mod partikolari l-punti 42 u 43) qieset li sabiex organizzazzjoni tikkwalifika bħala internazzjonali għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII, huwa meħtieġ li din tkun ġiet identifikata u tqieset formalment bħala tali mill-Istati l-oħra jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra maħluqa mill-Istati. Fi kwalunkwe każ, sabiex tiġi evalwata n-natura internazzjonali ta’ organizzazzjoni jeħtieġ li titqies biss il-kompożizzjoni tagħha u mhux l-appartenenza tagħha għal organizzazzjonijiet li għandhom kompożizzjoni internazzjonali. Fid-dawl ta’ dawn il-kriterji rigorużi, la l-EFSA u lanqas l-ETF ma jistgħu jitqiesu bħala organizzazzjonijiet internazzjonali fis-sens mogħti mill-Artikolu 4.

(3)

It-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.

Dwar dan il-punt jiġi sostnut li l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza lid-dispożizzjoni tmur kontra l-loġika u għandha l-effett li toħloq diskriminazzjoni bejn żewġ kategoriji ta’ uffiċjali li ma huwa bbażat fuq ebda element oġġettiv, u b’hekk issir ekwiparazzjoni tal-kundizzjoni ta’ min kien barra mill-pajjiż tal-oriġini tiegħu biss għaliex qiegħed jaħdem ma’ Stat jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali (u għaldaqstant mingħajr ma jaqta’ l-kuntatt mal-pajjiż tat-twelid) ma’ dik ta’ min ittrasferixxa ruħu mill-pajjiż tal-oriġini tiegħu għal għażliet tal-ħajja li kienu jinkludu l-qtugħ mir-rabtiet ma’ dan il-pajjiż u kien biss wara illi din il-persuna tkun ħadmet ma’ Stat jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. Min-naħa l-oħra, skont is-sentenza appellata, għandha tiġi ttrattata b’mod differenti s-sitwazzjoni ta’ żewġ uffiċjali li telqu l-pajjiż tal-oriġini tagħhom għal iktar minn għaxar snin sabiex joħolqu familja ġdida barra minn dak il-pajjiż, għas-sempliċi fatt li wieħed minn dawn, wara snin li kien ilu jgħix fil-pajjiż il-ġdid, ġie rreklutat minn organizzazzjoni internazzjonali.


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/31


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — Aer Lingus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/13)

2013/C 101/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti Aer Lingus Ltd (Dublin, L-Irlanda) (rappreżentanti: D. Piccinin, barrister u A. Burnside, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Novembru 2012, adottata skont il-klawżola 1.4.9 tal-Impenji assunti minn International Consolidated Airlines Group (“IAG”) favur il-Kummissjoni bħala kundizzjoni għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-akkwist minn IAG ta’ British Midlands Limited (“bmi”) skont ir-Regolament tal-Kunsill 139/2004 (1), li tevalwa l-offerti għal slots għal tluq minn u nżul fl-ajruport ta’ Heathrow li IAG kienet rikjesta li tillibera ruħha minnhom skont l-Impenji, u li tissovrapożizzjona l-offerta magħmula minn Virgin Atlantic Airways (“Virgin”) għal slots għar-rotta London Heathrow — Edinburgh fuq l-offerta magħmula minn Aer Lingus Limited (“Aer Lingus”) għal dawk is-slots;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball fl-interpretazzjoni tal-Impenji. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball fl-interpretazzjoni tagħha tal-kriterju għall-evalwazzjoni tal-offerti stabbilit fil-klawżola 1.4.10(c) tal-Impenji, li jikkonċerna l-pjan tal-linja tal-ajru offerenti li tkun ta’ benefiċċju għal trasportaturi terzi. Il-Kummissjoni interpretat dan il-kriterju bħala li jinkludi l-pjanijiet ta’ Virgin li ġġorr passiġġieri fuq ir-rotta London Heathrow — Edinburgh billi tuża t-titjiriet twal b’konnessjoni lejn postijiet tal-oriġini jew ta’ desitinazzjoni, filwaqt li dak il-kriterju huwa fil-fatt limitat għall-provvista ta’ passiġġieri b’konnessjoni lil trasportaturi terzi.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-parir tat-trustee ta’ sorveljanza (2). Ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-parir mit-trustee ta’ sorveljanza, u/jew li tagħti r-raġunijiet li jkunu wassluha sabiex tiżvija minn dan il-parir minn erba’ lati:

Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni jew li tagħti r-raġunijiet li wassluha sabiex tiżvija mill-parir tat-trustee ta’ sorveljanza dwar il-vantaġġi ta’ Aer Lingus fir-rigward tal-interlining;

Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni jew li tagħti r-raġunijiet li wassluha sabiex tiżvija mill-parir tat-trustee ta’ sorveljanza dwar il-vantaġġi ta’ Aer Lingus fir-rigward tal-ispejjeż operazzjonali u tal-analiżi dwar is-sensittività;

Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni jew li tagħti r-raġunijiet li wassluha sabiex tiżvija mill-parir tat-trustee ta’ sorveljanza dwar kif għandhom jiġu analizzati diversi miżuri b’mod konġunt sabiex tiġi prodotta klassifika globali;

Il-Kummissjoni naqset milli titlob il-parir mit-trustee ta’ sorveljanza fir-rigward tal-vantaġġi relattivi li jirriżultaw mill-għoti tal-islots bħala pakkett waħdieni.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest tal-evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest meta waslet għall-konklużjoni li l-offerta ta’ AER Lingus ma kinitx toffri ostakoli kompetittivi li kienu tal-inqas “essenzjalment simili” għal dawk offruti mill-offerta ta’ Virgin. Il-Kummissjoni wettqet żball kemm fl-evalwazzjoni tagħha tal-ostakli kompetittivi li l-offerti f’kompetizzjoni jinvolvu fir-rotta London Heathrow — Edinburgh, u fl-evalwazzjoni tagħha tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-għoti tar-rotot kollha lil trasportatur waħdieni meta mqabbla mal-għoti tar-rotta London Heathrow — Edinburgh lil Aer Lingus u r-rotot rimanenti lil Virgin.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)

(2)  Persuna maħtura fil-kuntest tal-akkwist ta’ bmi minn IAG sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ sorveljanza tal-konformità ta’ IAG mal-Impenji.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2013 — BB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-17/11) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

2013/C 101/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BB (rappreżentant: A. Blot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż sostnuti minn BB.

(3)

BB għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011, p. 33.