|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.094.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 094/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6701 – Ferrovial/Enterprise) ( 1 ) |
|
|
2013/C 094/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6503 – La Poste/Swiss Post/JV) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 094/03 |
||
|
2013/C 094/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2013/C 094/05 |
||
|
2013/C 094/06 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 094/07 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 094/08 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 094/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6818 – Deutsche Bahn/Veolia Transport Central Europe) ( 1 ) |
|
|
|
Rettifika |
|
|
2013/C 094/10 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6701 – Ferrovial/Enterprise)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 94/01
Fil-25 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6701. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6503 – La Poste/Swiss Post/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 94/02
Fl-4 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6503. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ Marzu 2013
2013/C 94/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2805 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,87 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4553 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,8456 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,3553 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2195 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,512 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,74 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
304,42 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7017 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1804 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4193 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3212 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2308 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3021 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,942 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5308 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,59 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 425,03 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,82 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,96 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,594 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 447,96 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,965 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,296 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,7617 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,423 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5703 |
|
MXN |
Peso Messikan |
15,8146 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,566 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ April 2013
2013/C 94/04
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2840 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,79 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4548 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84690 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,3110 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2159 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4670 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,881 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
301,91 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7012 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1846 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4185 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3170 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2267 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3006 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,9403 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5229 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5847 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 436,24 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,8186 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9379 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6063 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 505,14 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9519 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,479 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,0061 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,621 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5913 |
|
MXN |
Peso Messikan |
15,8285 |
|
INR |
Rupi Indjan |
69,5630 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/4 |
Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-iprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
2013/C 94/05
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku, javża li rċieva applikazzjoni għall-permess ta’ riċerka fuq l-idrokarburi tas-soċjetà Enel Longanesi Developments S.r.l., magħrufa fil-kummerċ bħala “Sciascitiello”, għal żona li tinsab fir-reġjun tal-Puglia, b’mod partikolari fil-provinċja ta’ Foggia, li tinsab ġewwa l-arki meridjani u paralleli, li l-punti tagħhom huma indikati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:
|
L-Għola punti |
Koordinati ġeografiċi |
|
|
Lonġitudni Lvant Monte Mario |
Latitudni Tramuntana |
|
|
A |
2°57′,61 |
41°11′,98 |
|
B |
3°02′,96 |
41°06′,0543 |
|
C |
3°03′ |
41°05′ |
|
D |
3°00′ |
41°05′ |
|
E |
3°00′ |
41°06′ |
|
F |
2°58′ |
41°06′ |
|
G |
2°58′ |
41°07′ |
|
H |
2°56′ |
41°07′ |
|
I |
2°56′ |
41°06′ |
|
L |
2°53′ |
41°06′ |
|
M |
2°53′ |
41°09′ |
|
N |
2°56′ |
41°09′ |
|
O |
2°56′ |
41°10′,1 |
Il-koordinati indikati hawn fuq huma determinati skont il-kartografija nazzjonali tal-Istitut Ġeografiku Militari (I.G.M.) – Mappa tal-Italja bl-iskala 1:100 000 Nru 174-175.
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, is-superfiċje tal-wiċċ hija ugwali għal 88,58 km2.
F’konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv tal-25 ta’ Novembru 1996, Nru 625; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jissottomettu applikazzjonijiet għall-permessi ta’ riċerka ta’ idrokarburi f’kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona, li tinsab ġewwa l-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.
L-awtorità responsabbli mill-ħruġ tal-permess ikkonċernat ta’ riċerka, u l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.
Ir-regoli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011.
Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija ta' 3 xhur qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż attwali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-indirizz li ġej:
|
Ministero dello sviluppo economico |
|
Dipartimento per l’energia |
|
Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche |
|
Divisione VI |
|
Via Molise 2 |
|
00187 Roma RM |
|
ITALIA |
L-applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa anke permezz tal-użu tal-indirizz tal-email – “ene.rme.div.6@pec.sviluppoeconomico.gov.it”. Id-dokumentazzjoni f’format elettroniku għandha tintbagħat permezz biss tal-użu tal-firma diġitali ta’ rappreżentant legali tas-soċjetà li qed tissottometti l-applikazzjoni.
Għall-finijiet tad-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta’ Diċembru 2010, Nru 22, l-Anness A, il-Punt 2, il-proċedura unika għall-għoti tal-permess għar-riċerka ma għandhiex tkun aktar minn total ta’ 180 jum.
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/6 |
Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-iprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
2013/C 94/06
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku, javża li rċieva applikazzjoni għall-permess ta’ riċerka fuq l-idrokarburi tas-soċjetà Enel Longanesi Developments S.r.l., magħrufa fil-kummerċ bħala “Fontana Villanella”, għal żona li tinsab fir-reġjun tal-Puglia, b’mod aktar speċifiku fil-provinċja ta’ Foggia, li tinsab ġewwa l-arki meridjani u l-paralleli, li l-punti tagħhom huma indikati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:
|
L-Ogħla punti |
Lonġitudni Lvant Monte Mario |
Latitudni Tramuntana |
|
A |
2°39′ |
41°36′ |
|
B |
2°42′,96 |
41°36′ |
|
C |
2°41′,56 |
41°35′,75 |
|
D |
2°44′,47 |
41°26′,37 |
|
E |
2°42′,7 |
41°26′ |
|
F |
2°38′ |
41°26′ |
|
G |
2°38′ |
41°29′ |
|
H |
2°39′ |
41°29′ |
|
I |
2°39′ |
41°30′ |
|
L |
2°40′ |
41°30′ |
|
M |
2°40′ |
41°35′ |
|
N |
2°39′ |
41°35′ |
Il-koordinati indikati hawn fuq huma determinati skont il-kartografija nazzjonali tal-Istitut Ġeografiku Militari (I.G.M.) – Mappa tal-Italja bl-iskala 1:100 000 Nru 163.
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, is-superfiċje tal-wiċċ hija ugwali għal 98,29 km2.
F’konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv tal-25 ta’ Novembru 1996, Nru 625; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku qed jippubblika avviż li jippermetti lill-entitajiet interessati jissottomettu applikazzjonijiet għall-permessi ta’ riċerka ta’ idrokarburi f’kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona, li tinsab ġewwa l-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.
L-awtorità responsabbli mill-ħruġ tal-permess ikkonċernat ta’ riċerka, hija l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u l-Enerġija – it-Taqsima VI.
Ir-regoli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni minerarja huma stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġislattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011.
Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija ta' 3 xhur qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż attwali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-indirizz li ġej:
|
Ministero dello sviluppo economico |
|
Dipartimento per l’energia |
|
Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche |
|
Divisione VI |
|
Via Molise 2 |
|
00187 Roma RM |
|
ITALIA |
L-applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa anke permezz tal-użu tal-indirizz tal-email – “ene.rme.div.6@pec.sviluppoeconomico.gov.it”. Id-dokumentazzjoni f’format elettroniku għandha tintbagħat permezz biss tal-użu tal-firma diġitali ta’ rappreżentant legali tad-ditta li qed tissottometti l-applikazzjoni.
Għall-finijiet tad-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta’ Diċembru 2010, Nru 22, l-Anness A, il-Punt 2, il-proċedura unika għall-għoti tal-permess għar-riċerka ma għandhiex tkun aktar minn total ta’ 180 jum.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/8 |
It-tieni sejħa għall-proposti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7499 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
2013/C 94/07
Permezz ta' dan qed titħabbar it-tnedija tat-tieni sejħa għall-proposti skont id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq tat-3 ta' Novembru 2010.
Jintlaqgħu proposti għas-sejħa. L-iskadenza tas-sejħa, l-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea li ġej:
http://ec.europa.eu/clima/funding/ner300/index_en.htm
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/9 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping
2013/C 94/08
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex issir reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li jwasslu biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u d-dannu.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad tingħatalhom l-opportunità li jisħqu, jiċħdu jew jikkummentaw dwar il-materji msemmija fit-talba għar-reviżjoni.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta' skadenza (3) |
|
Ċertu frott taċ-ċitru mħejji jew ippreservat (jiġifieri mandolin, eċċ,) |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) Nru 158/2013 (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 29) |
31.12.2013 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Fax +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6818 – Deutsche Bahn/Veolia Transport Central Europe)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 94/09
|
1. |
Fil-21 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriż Deutsche Bahn AG (“DB”, il-Ġermanja), permezz tas-sussidjarja DB Mobility Logistics AG, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Veolia Transport Central Europe (“Veolia”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri tal-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6818 – Deutsche Bahn/Veolia Transport Central Europe, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
|
3.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/11 |
Rettifika għall-avviż ta’ ftuħ ta' proċedura tal-antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 58 tat-28 ta’ Frar 2013 )
2013/C 94/10
F’paġna 6, il-punt 2 “Il-prodott investigat”:
minflok:
“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-ħġieġ solari magħmul minn soda-lime-flat-glass ittemprat, b'kontenut tal-ħadid ta' anqas minn 300 ppm, trasmittanza solari ta' aktar minn 88 % (imkejla skond l-AM1,5 300-2 500 nm), reżistenza għas-sħana sa 250 °C (mkejla skont l-EN 15150), reżistenza għal xokkijiet termali ta’ Δ 150K (mkejla skont l-EN 15150) u li jkollhom saħħa mekkanika ta’ 90 N/mm2 jew aktar (mkejla skont l-EN 1288-3) (‘il-prodott taħt l-investigazzjoni’).”,
aqra:
“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-ħġieġ solari magħmul minn soda-lime-flat-glass ittemprat, b'kontenut tal-ħadid ta' anqas minn 300 ppm, trasmittanza solari ta' aktar minn 88 % (imkejla skont l-AM1,5 300-2 500 nm), reżistenza għas-sħana sa 250 °C (imkejla skont l-EN 12150), reżistenza għal xokkijiet termali ta’ Δ 150K (imkejla skont l-EN 12150) u li jkollhom saħħa mekkanika ta’ 90 N/mm2 jew aktar (imkejla skont l-EN 1288-3) (‘il-prodott investigat’).”.