ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.089.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
27 ta' Marzu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 089/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6643 – Uniqa/Dekra/Dekra-Expert) ( 1 )

1

2013/C 089/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6829 – Investindustrial/Aston Martin) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 089/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2013/C 089/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-28 ta' Novembru 2012 rigward abbozz tad-deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan – Relatur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

3

2013/C 089/05

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.230 – Réel/Alcan

4

2013/C 089/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar proċediment skont l-artikoli 101 u 102 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Il-każ COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan) (notifikata bid-dokument C(2012) 9439)  ( 1 )

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2013/C 089/07

Għan tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA preżentati fil-laqgħa ta’ Kumitat Konsultattiv KE dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti tat-28 ta' Novembru 2012 dwar abbozz preliminari ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Il-Każ: COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan – Relatur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 089/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6893 – Carl Zeiss/Carl Zeiss Vision) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 089/09

Avviż għall-attenzjoni ta' Ansar Eddine li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2013

10

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6643 – Uniqa/Dekra/Dekra-Expert)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 89/01

Fl-20 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6643. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6829 – Investindustrial/Aston Martin)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 89/02

Fl-20 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6829. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Marzu 2013

2013/C 89/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2861

JPY

Yen Ġappuniż

121,25

DKK

Krona Daniża

7,4527

GBP

Lira Sterlina

0,84900

SEK

Krona Żvediża

8,3561

CHF

Frank Żvizzeru

1,2209

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4975

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,806

HUF

Forint Ungeriż

304,50

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7016

PLN

Zloty Pollakk

4,1775

RON

Leu Rumen

4,4170

TRY

Lira Turka

2,3386

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2263

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3103

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9800

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5385

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5968

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 424,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,9128

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9899

HRK

Kuna Kroata

7,5945

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 521,64

MYR

Ringgit Malażjan

3,9820

PHP

Peso Filippin

52,788

RUB

Rouble Russu

39,7355

THB

Baht Tajlandiż

37,684

BRL

Real Brażiljan

2,5894

MXN

Peso Messikan

15,8408

INR

Rupi Indjan

70,0060


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-28 ta' Novembru 2012 rigward abbozz tad-deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan

Relatur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

2013/C 89/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv għandu l-istess tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajjem mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba jista’ jkollha effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-Proposta ta' Impenn Riveduta mressqa minn Rio Tinto Alcan tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajma mill-Kummissjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji huma adegwati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-impenji.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji għandhom isiru vinkolanti b’mod sħiħ.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li fid-dawl tal-impenji u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni kontra Rio Tinto Alcan rigward it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fl-abbozz ta' deċiżjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li ġew indikati matul id-diskussjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.230 – Réel/Alcan

2013/C 89/05

(1)

Dan il-proċediment jikkonċerna rabta kuntrattwali bejn it-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju ma’ tagħmir għall-maniġġ fil-funderiji tal-aluminju.

(2)

Il-każ joriġina minn ilment mibgħut fl-2005 mill-Group Réel, manifattur Franko-Ġermaniż ta’ krejnijiet speċjalizzati għall-impjanti ta’ riduzzjoni tal-aluminju. Wara investigazzjoni, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet li minnha dehrilha li Alcan (2) kienet kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat (3) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE mill-1 ta’ Jannar 1990. Saret seduta verbali fl-2008. Sussegwentement il-Kummissjoni investigat aktar u ppreparat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet Supplimentari.

(3)

Fil-11 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (4) li jikkonċerna l-ksur allegat tal-produttur internazzjonali tal-aluminju Rio Tinto Alcan (“Alcan”).

(4)

Skont il-valutazzjoni preliminari, il-prattika ta’ Alcan li jorbot b’kuntratt il-liċenzji tat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju (riduzzjoni) tiegħu max-xiri ta’ ċerti krejnijiet speċjalizzati għall-impjanti ta’ riduzzjoni tal-aluminju, l-hekk imsejħa il-pot tending assemblies (PTAs), fornuti mis-sussidjarja ta’ Alcan, l-ECL, tista’ tirriżulta fi ksur tal-Artikolu 101 u 102 tat-TFUE u l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont il-valutazzjoni preliminari, Alcan għandha pożizzjoni dominanti fis-suq rilevanti għal-liċenzjar tat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju. Il-valutazzjoni preliminari esprimiet it-tħassib li l-prattika kuntrattawli ta’ Alcan tista’ tipproduċi effetti negattivi fuq l-innovazzjoni u l-prezzijiet, u twassal għal esklużjoni antikompetittiva fis-suq tal-PTAs rilevanti.

(5)

Sabiex twieġeb għat-tħassib muri mill-Kummissjoni, Alcan offriet l-impenji (5). Fl-10 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni ppubblikat notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-każ, tal-impenji u tistieden lil partijiet terzi sabiex iressqu l-kummenti dwar il-proposta (6). L-eżami tas-suq indika li l-abbozz ta’ impenji jkun siewi sabiex jindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, iżda ġew imqajmin diversi kwistjonijiet. F’Novembru tal-2012, Alcan offriet verżjoni riveduta tal-impenji, filwaqt li indirizzat dawn il-kwistjonijiet.

(6)

Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel vinkolanti l-impenji li jidħlu għalihom l-impriżi u tikkonkludi li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għall-azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti dwar dan il-każ għandhom jintemmu.

(7)

Jien ma rċivejt ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti fil-proċedimenti tal-każ preżenti (7). Fid-dawl ta’ dan, jien nikkunsidra li l-eżerċiżżju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, id-29 ta’ Novembru 2012.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u dwar it-termini ta’ referenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Alcan Inc., Alcan France SAS, Aluminium Pechiney SAS and Electrification Charpente Levage SASU (ECL).

(3)  Issa l-Artikolu 102 tat-TFUE

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(5)  L-impenji offruti minn Alcan huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/dec_docs/39230/39230_1873_5.pdf

(6)  Notifika ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolaament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.230 – Réel/Alcan (notifikata bid-dokument C(2012) 5758) (ĠU C 240, 10.8.2012, p. 23).

(7)  Skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.


27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/5


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-20 ta’ Diċembru 2012

dwar proċediment skont l-artikoli 101 u 102 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Il-każ COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan)

(notifikata bid-dokument C(2012) 9439)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 89/06

Fl-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux konfidenzjali tad-deċiżjoni hija disponibbli fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=1_39230

1.   DAĦLA

(1)

Id-deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 hija indirizzata lil Rio Tinto plc (“Rio Tinto”), Rio Tinto International Holdings Limited, Rio Tinto Alcan Inc, Rio Tinto France SAS, Aluminium Pechiney SAS (“AP”) u Electrification Charpente Levage SASU (“ECL”) (kollettivament, “Rio Tinto Alcan”). Hija tirrendi vinkolanti l-impenji offruti minn Rio Tinto Alcan sabiex jindirizzaw il-problemi relatati mal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn investigazzjoni mill-Kummissjoni fis-swieq għat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju u l-pot tending assemblies.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Tħassib preliminari dwar il-kompetizzjoni

(2)

Il-Pot tending assemblies (“PTAs”) huma krejnijiet speċjalizzati użati f'impjanti ta’ riduzzjoni tal-aluminju (funderiji), fejn jiġi prodott l-aluminju primarju. L-AP, sussidjarja ta’ Rio Tinto Alcan, kuntrattwalment torbot il-liċenzjar li jwassal għat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju tagħha max-xiri ta’ tagħmir ta’ pot handling (b’mod partikolari l-PTAs) minn ECL, is-sussidjarja tagħha. Il-Kummissjoni kienet imħassba li b’hekk il-kumpanija tista’ tkun kisret ir-regoli antitrust tal-UE li jipprojbixxu prattiki tan-negozju restrittivi u abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq.

(3)

Fl-20 ta’ Frar 2008 il-Kummissjoni fetħet proċedimenti bil-ħsieb li tieħu deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u ġiet innotifikata Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lil Alcan Inc, Alcan France SAS, AP u ECL.

(4)

Wara li għamlet investigazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni adottat, fil-11 ta’ Lulju 2012, Valutazzjoni Preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li stabbilixxiet it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Dan it-tħassib marbut mal-kompatibbiltà tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE tar-rabta kuntrattwali tal-liċenzjar tat-teknoloġija tat-tidwib tal-aluminju għall-akkwist tal-PTAs.

(5)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fuq bażi preliminari li Rio Tinto Alcan kien dominanti fis-suq tal-prodott marbut (jiġifieri fil-liċenzjar tat-teknoloġija tal-aluminju), li dan tal-aħħar u l-prodott marbut (jiġifieri l-PTAs) kienu prodotti distinti u li l-prattika ta’ Rio Tinto Alcan tista’ twassal għal marġinalizzazzjoni u, potenzjalment, il-ħruġ mis-suq tal-ilmentatur, Réel, li s’issa huwa l-uniku kompetitur kredibbli ta’ Rio Tinto Alcan fis-suq għall-PTAs. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-għażla tal-klijenti għall-fornituri tal-PTAs kienet diretta u limitata b’mod sinifikanti mir-rabta tal-prattika ta’ Rio Tinto Alcan, b’implikazzjonijiet negattivi dwar l-innovazzjoni u l-potenzjalment, il-prezzijiet tal-PTA u fis-swieq tat-teknoloġiji tat-tidwib. Dan joħloq esklużjoni antikompetittiva fis-suq tal-PTA minn Rio Tinto Alcan bi ksur tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.2.   L-Impenji

(6)

Fit-3 ta’ Awwissu 2012, bħala tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni espress fil-valutazzjoni preliminari, Rio Tinto Alcan ressqet impenji lill-Kummissjoni. Fl-10 ta’ Awwissu 2012, ġie ppubblikat avviż skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 f'’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jagħti taqsira tal-kawża u tal-impenji u li jistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni.

(7)

Il-Kummissjoni infurmat lil Rio Tinto Alcan bil-kummenti li waslu mingħand partijiet terzi interessati. Fid-9 ta’ Novembru 2012, Rio Tinto Alcan ressqet proposta dwar l-impenji riveduti li indirizzaw bosta kwistjonijiet imqajma minn partijiet terzi.

(8)

Fit-28 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli. Fid-29 ta' Novembru 2012, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu.

(9)

Fl-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni rendiet obbligatorji l-impenji riveduti ta’ Rio Tinto Alcan b’deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Rio Tinto Alcan tieħu l-impenn, għal perjodu ta’ ħames snin, li tneħħi l-klawżoli marbutin mal-Ftehimiet dwar it-Trasferiment tat-Teknoloġija futura tagħha (2) u li tintroduċi proċess oġġettiv u mhux diskriminatorju għall-għażla ta’ fornituri kwalifikati tal-PTAs. Min ikollu l-liċenzja ta’ Rio Tinto Alcan imbagħad se jkun kapaċi jagħżel minn fost fornituri tal-PTAs rakkomandati, li se jiġu provduti minn Rio Tinto Alcan mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex jiżguraw li l-PTAs tagħhom jkunu kapaċi joperaw f'funderiji bl-użu tat-teknoloġiji AP. Il-konformità ma’ dawn l-impenji se tiġi kkontrollata minn espert indipendenti.

(10)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-impenji huma biżżejjed u meħtieġa sabiex jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikata fil-valutazzjoni preliminari mingħajr ma jkunu disproporzjonati.

3.   KONKLUŻJONIJIET

(11)

Fid-dawl tal-impenji riveduti proposti, il-Kummissjoni tqis li ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħha u, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-proċedimenti f'dan il-każ għandhom għalhekk jintemmu. L-impenji għandhom jorbtu sal-20 ta’ Jannar 2018.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  L-istess japplika għall-espansjonijiet futuri tal-funderiji eżistenti b 'mod partikolari, l-offerti għall-PTAs assoċjati mal-immodifikar jew aġġornar ta' xi tidwib jew pot line eżistenti.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/7


Għan tar-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA preżentati fil-laqgħa ta’ Kumitat Konsultattiv KE dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti tat-28 ta' Novembru 2012 dwar abbozz preliminari ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Il-Każ: COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan

Relatur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

2013/C 89/07

1.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandhom l-istess tħassib dwar il-kompetizzjoni imqajjma mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni.

2.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mal-Kummissjoni li l-imġiba jista' jkollha effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

3.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jaqblu li l-Proposta ta’ Impenn Riveduta mressqa minn Rio Tinto Alcan tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni imqajma mill-Kummissjoni.

4.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jaqblu li l-impenji huma adegwati.

5.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jaqblu mat-tul tal-impenji.

6.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jaqblu li l-impenji għandhom isiru vinkolanti b’mod sħiħ.

7.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jaqblu li fid-dawl tal-impenji u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni kontra Rio Tinto Alcan rigward it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikata fl-abbozz ta' deċiżjoni.

8.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jitolbu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

9.

Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Sigrid SURLIEN

NORVEĠJA

Birgitte BREVIK


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6893 – Carl Zeiss/Carl Zeiss Vision)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 89/08

1.

Fid-19 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Carl Zeiss AG (il-Ġermanja), sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta' Carl-Zeiss-Stiftung, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Carl Zeiss Vision Holding GmbH (il-Ġermanja), permezz tax-xiri tal-ishma. Qabel il-konċentrazzjoni proposta, Carl Zeiss AG diġà kellha kontroll konġunt fuq Carl Zeiss Vision flimkien ma' EQT III Fund.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carl-Zeiss-Stiftung għandha parteċipazzjonijiet azzjonarji f'Carl Zeiss AG u Schott AG. Carl Zeiss AG hija attiva fl-industriji ottiċi u tal-optoelettronika, toffri prodotti u servizzi għal teknoloġiji mediċi, għall-industrja tas-semikondutturi, l-industrija awtomobilistika u l-industrija tal-inġinerija kif ukoll għal prodotti ottiċi għall-konsumatur. Schott AG tiżviluppa u timmanifattura materjali speċjali, komponenti u sistemi għall-industrija tal-apparati domestiċi, l-industrija farmaċewtika, l-industrija tal-enerġija solari, l-industrija eletronika, l-industrija ottika u l-industrija awtomobilistika,

Il-grupp ta' kumpaniji Carl Zeiss Vision Holding GmbH tfassal, timmanifattura u tqassam firxa wiesgħa ta' lenti oftalmiċi, sistemi ta' produzzjoni għall-produzzjoni ta' lenti ta' nuċċalijiet, sistemi ta' dijanjostika oftomatika u għajnuniet viżivi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6893 – Carl Zeiss/Carl Zeiss Vision, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/10


Avviż għall-attenzjoni ta' Ansar Eddine li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2013

2013/C 89/09

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al Qaida; u

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom b'mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma’ ” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn Al Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivattiv tagħha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kwalunkwe wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal kwalunkwe wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Fid-19 ta' Marzu 2013 il-Kumitat tan-NU ddeċieda li jżid lil Ansar Eddine mal-lista relevanti. Ansar Eddine jista' jressaq talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

In-Nazzjonijiet Uniti – L-Uffiċċju tal-Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 2129632671

Fax +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar tagħrif ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 290/2013 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Ansar Eddine mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu fondi u riżorsi ekonomiċi disponibbli lil kwalunkwe mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); u

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' reviżjoni fejn jitressqu kummenti dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 290/2013 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

‘Restrictive measures’

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

L-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jikkontestaw Regolament (UE) Nru 290/2013 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 87, 27.3.2013, p. 2.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).