ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.075.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 75

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
14 ta' Marzu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 075/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 075/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6811 – Innovation Network Corporation of Japan/Renesas Electronics Corporation) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 075/03

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 075/04

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6)

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 075/05

Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 Nies tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

11

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2013/C 075/06

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali

12

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2013/C 075/07

Sentenza tal-Qorti tat-22 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża E-17/11 – Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Istat tal-Islanda (Direttiva 94/19/KE – Direttiva 2000/12/KE – Direttiva 2006/48/KE – Ammissibbiltà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tadotta dispożizzjonijiet tal-liġi taż-ŻEE biex jirregolaw sitwazzjonijiet purament interni – Kunċett tad-depożitu – Self interbankarju – Rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni għall-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Applikabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE)

13

2013/C 075/08

Sentenza tal-Qorti tat-30 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża E-19/11 – Vín Tríó ehf. v l-Istat tal-Islanda (Moviment liberu tal-merkanzija – Ammissibbiltà – Kopertura tal-Prodotti – l-Artikoli 11 u 16 ŻEE – Monopolji tal-Istat ta' karattru kummerċjali – Regoli li jikkonċernaw l-eżistenza u t-tħaddim ta’ monopolju – Regoli dwar l-għażla tal-prodotti – Rifjut li jinbiegħ xorb alkoħoliku li jkun fih stimulanti bħall-kaffeina – Diskriminazzjoni bejn il-prodotti domestiċi u dawk importati – Nuqqas ta’ produzzjoni domestika)

15

2013/C 075/09

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn FürstlichesLandgericht bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2012 fil-kawża ta’ Beatrix Koch, Dipl. Kfm. Lothar Hummel u Stefan Müller vs Swiss Life (il-Liechtenstein) AG (Kawża E-11/12)

16

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 075/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6870 – GE/Munich Re/Iberdrola Renovables France) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 75/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33734 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring of NovaCaixaGalicia — Spain

Il-bażi legali

Real Decreto-ley 9/2009, de 26 de junio, sobre reestructuración bancaria y reforzamiento de los recursos propios de las entidades de crédito. El art. 9.8 regula los procesos de desinversión del FROB.

Real Decreto-ley 6/2010, de 9 de abril, de medidas para el impulso de la recuperación económica y el empleo.

Decisión de la Comisión Europea SA.33096 (11/N) — Spain Recapitalisation NCG Banc. Aprueba temporalmente las medidas adoptadas en relación con NCG Banc.

Real Decreto-ley 2/2012, de 3 de febrero, de saneamiento del sector financiero.

It-tip tal-miżura

għajnuna individwali

NovaCaixaGalicia — NCG Banc SA

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Oħrajn, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità – capital injection in the form of preference shares (FROB I) converted into ordinary shares and capital injection in the form of ordinary shares and impaired asset measure

L-estimi

Baġit globali: EUR 10 352 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

31.12.2012-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerio de Economía y Competitividad

FROB. Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria

Paseo de la Castellana, 162

28071 Madrid

ESPAÑA

José Ortega y Gasset, 22 5o

28006 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33735 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring of Catalunya Banc SA — Spain

Il-bażi legali

Royal Decree Law for the reinforcement of the financial system 02/2011

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Catalunya Banc, CatalunyaCaixa

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità – capital injection in the form of preference shares (FROB I) and ordinary shares (FROB II), conversion of the FROB I preference shares, capital injection in ordinary shares (new) and impaired assets measure

L-estimi

Baġit globali: EUR 13 650 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Fondo de Reestructuration Ordenada Bancaria — FROB

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34053 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Recapitalisation and Restructuring of Banco de Valencia SA — Spain

Il-bażi legali

Real Decreto-ley 9/2009, de 26 de junio, sobre reestructuración bancaria y reforzamiento de los recursos propios de las entidades de crédito. El art. 7 regula los procesos de reestructuración ordenada de entidades de crédito con intervención del FROB.

Real Decreto-ley 6/2010, de 9 de abril, de medidas para el impulso de la recuperación económica y el empleo. Modifica las condiciones de intervención del FROB en los procesos de reestructuración ordenada.

Decisión de la Comisión Europea SA.33917 (11/N) — Spain Recapitalisation and Liquidity support for Banco de Valencia, SA. Aprueba temporalmente las medidas adoptadas en relación con el Banco de Valencia.

Real Decreto-ley 16/2011, de 14 de octubre, por el que se crea el Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito. Recoge las funciones del FGD.

Real Decreto-ley 19/2011, de 2 de diciembre, por el que se modifica el Real Decreto-ley 16/2011, de 14 de octubre, por el que se crea el Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito. Modifica el mecanismo de colaboración del FGD en la reestructuración ordenada de entidades de crédito.

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Banco de Valencia, SA

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Oħrajn – Capital injections, liquidity support measure, impaired assets measure and asset protection scheme

L-estimi

Baġit globali: EUR 7 225 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

FROB. Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria

FGD. Fondo de Garantía de Depósitos

Ministerio de Economía y Competitividad

José Ortega y Gasset, 22 5o

28006 Madrid

ESPAÑA

Paseo de la Castellana, 162

28071 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.9.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34642 (12/N)

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Dytiki Makedonia

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Επέκταση και εκσυγχρονισμός εγκατάστασης τηλεθέρμανσης Κοζάνης.

Il-bażi legali

Προεδρικό Διάταγμα 323/89,

Προεδρικό Διάταγμα 410/95,

Νόμος 1069/80 περί κινήτρων δια την ίδρυσιν Επιχειρήσεων Υδρεύσεως και Αποχετεύσεως, ο οποίος έχει τροποποιηθεί με τους νόμους 2218/94, 2839/00 και 3274/04,

Νόμος 3463/06 και νόμος 3852/10 «Σύσταση — Συγκρότηση Αυτοδιοίκησης και Αποκεντρωμένης Διοίκησης — Πρόγραμμα Καλλικράτης».

Επιχειρησιακό πρόγραμμα «Περιβάλλον και Αειφόρος Ανάπτυξη 2007-2013», και οι τροποποιήσεις του.

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Municipal water drainage & district heating company of Kozani (Deyak)

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 8,05 (f'miljuni)

L-intensità

54,34 %

It-tul ta' żmien

mill-1.12.2012

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Διαχειριστική αρχή επιχειρησιακού προγράμματος «Περιβάλλον και Αειφόρος Ανάπτυξη 2007-2013»

Αεροπόρου Παπαναστασίου 34

Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.9.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34829 (12/N)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Nederland

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Subsidieregeling innovatieve scheepsnieuwbouw

Il-bażi legali

Kaderwet EZ-subsidies

Subsiedieregeling sterktes in innovaties

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 4 (f'miljuni)

L-intensità

30 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Bini ta' vapuri u dgħajjes, Tiswija u manutenzjoni ta' vapuri u dgħajjes

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

De Minister van EL&I

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6811 – Innovation Network Corporation of Japan/Renesas Electronics Corporation)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 75/02

Fil-5 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6811. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Marzu 2013

2013/C 75/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2981

JPY

Yen Ġappuniż

124,59

DKK

Krona Daniża

7,4570

GBP

Lira Sterlina

0,86780

SEK

Krona Żvediża

8,2931

CHF

Frank Żvizzeru

1,2319

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4430

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,632

HUF

Forint Ungeriż

305,65

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7012

PLN

Zloty Pollakk

4,1385

RON

Leu Rumen

4,3890

TRY

Lira Turka

2,3510

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2573

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3304

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0695

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5730

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6202

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 433,78

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,9595

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0667

HRK

Kuna Kroata

7,5865

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 580,03

MYR

Ringgit Malażjan

4,0345

PHP

Peso Filippin

52,627

RUB

Rouble Russu

39,9200

THB

Baht Tajlandiż

38,424

BRL

Real Brażiljan

2,5440

MXN

Peso Messikan

16,0835

INR

Rupi Indjan

70,4950


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/8


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6)

2013/C 75/04

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permessi ta’ residenza Franċiżi

Carte de séjour temporaire comportant une mention particulière qui varie selon le motif du séjour autorisé (Permess ta’ residenza temporanja li fuqu jkollu kliem speċifiku li jvarja skont ir-raġunijiet tal-permanenza awtorizzata);

Carte de séjour portant la mention «compétences et talents» (Permess ta’ residenza bil-kliem “ħiliet u kompetenza”)

Carte de séjour portant la mention «retraité» (Permess ta’ residenza bil-kliem “irtirat”)

Carte de résident (Kard ta’ resident)

Carte de résident portant la mention «résident de longue durée-CE» (Kard ta’ resident bil-kliem “resident fit-tul tal-KE”)

Carte de résident délivrée aux ressortissants andorrans (Kard ta’ resident maħruġa liċ-ċittadini tal-Andorra)

Certificat de résidence d'Algérien (Ċertifikat ta’ resident għaċ-ċittadini Alġerini)

Carte de séjour délivrée aux membres de famille (les membres de famille peuvent être des ressortissants de pays tiers) des citoyens de l'Union européenne, des ressortissants des États parties à l'Espace économique européen et des ressortissants suisses (Permess ta’ residenza maħruġ lill-membri tal-familja (il-membri tal-familja jistgħu jkunu wkoll ċittadini ta’ pajjiż terz) taċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini taż-ŻEE/Svizzera);

Autorisation provisoire de séjour portant la mention «volontariat associatif» (Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza bil-kliem “Servizz komunitarju volontarju”);

Autorisation provisoire de séjour portant la mention «étudiant en recherche d’emploi» (Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza bil-kliem “Student li qed ifittex impjieg”)

Autorisation provisoire de séjour portant la mention «parent accompagnant d’un mineur étranger malade» (Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza bil-kliem “Ġenitur li qed jakkumpanja aljen marid li huwa minorenni”)

Autorisation provisoire de séjour ne portant pas de mention spécifique (Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza mingħajr l-ebda kliem speċifiku)

Liste des personnes participant à un voyage scolaire à l'intérieur de l'Union européenne (Lista ta' persuni li qed jieħdu sehem fi vjaġġ tal-iskola fl-Unjoni Ewropea)

NB:

Sa mit-13 ta’ Mejju 2002, il-permessi ta' residenza, il-kards ta' residenza u ċ-ċertifikati ta' residenza kollha huma fil-forma ta' kard tal-plastik laminat skont il-mudell Ewropew uniformi. Il-mudelli ta’ qabel validi sat-12 ta’ Mejju 2012 għadhom fiċ-ċirkolazzjoni.

Permessi Monegaski (inkluż skont id-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-23 ta’ Ġunju 1998 dwar il-permessi Monegaski (SCH/Com-ex(98) 19)):

Carte de séjour de résident temporaire de Monaco (Permess ta’ resident temporanju – Monako)

Carte de séjour de résident ordinaire de Monaco (Permess ta’ resident ordinarju – Monako)

Carte de séjour de résident privilégié de Monaco (Permess ta’ resident privileġjat – Monako)

Carte de séjour de conjoint de ressortissant monégasque (Permess ta’ residenza għar-raġel jew il-mara ta’ persuna ta’ nazzjonalità Monegaska).

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jawtorizzaw permanenza jew dħul mill-ġdid ft-territorju.

Récépissés de renouvellement de demande de titre de séjour, accompagnés du titre de séjour périmé (Irċevuta għal applikazzjoni mġedda għal permess ta’ residenza, flimkien mal-permess ta’ residenza skadut)

Dokumenti maħruġa lill-aljeni li huma minorenni:

Document de circulation pour étrangers mineurs (DCEM) (Dokument tal-ivvjaġġar għall-minorenni aljeni)

Titre d'identité républicain (TIR) (Dokument tal-identità tar-Repubblika Franċiża)

Permessi speċjali ta' residenza

Kull permess speċjali ta' residenza għandu jkollu r-referenza speċifika skont il-kwalità tad-detentur:

“CMD/A”: mogħtija lill-kapijiet ta' missjonijiet diplomatiċi

“CMD/M”: mogħtija lill-kapijiet tal-missjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali

“CMD/D”: mogħtija lill-kapijiet ta' delegazzjoni permanenti f'organizzazzjoni internazzjonali

“CD/A”: mogħtija lill-aġenti ta' korp diplomatiku

“CD/M”: mogħtija lill-uffiċjali għolja ta' organizzazzjoni internazzjonali

“CD/D”: mogħtija lill-uffiċjali membri ta' delegazzjoni permanenti f'organizzazzjoni internazzjonali

“CC/C”: mogħtija lill-uffiċjali konsulari

“AT/A”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f'ambaxxata

“AT/C”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f'konsulat

“AT/M”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f'organizzazzjoni internazzjonali

“AT/D”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f'delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

“SE/A”: mogħtija lill-persunal ta' servizz f'ambaxxata

“SE/C”: mogħtija lill-persunal ta' servizz f'konsulat

“SE/M”: mogħtija lill-persunal ta' servizz f'organizzazzjoni internazzjonali

“SE/D”: mogħtija lill-persunal ta' servizz f'delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

“PP/A”: mogħtija lill-persunal privat ta' uffiċjal diplomatiku

“PP/C”: mogħtija lill-persunal privat ta' uffiċjal konsulari

“PP/M”: mogħtija lill-persunal privat ta' membru ta' organizzazzjoni internazzjonali

“PP/D”: mogħtija lill-persunal privat ta' membru ta' delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

“EM/A”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji, għalliema jew militari bi status speċjali f'ambaxxata

“EM/C”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji, għalliema jew militari bi status speċjali fi ħdan konsulat

“EM/M”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

“EM/D”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji f'delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

“FI/M”: mogħtija lill-uffiċjali internazzjonali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali

N.B. 1:

dawk intitolati (il-konjuġi, it-tfal ta' anqas minn 21 sena u t-tfal dipendenti) jirċievu permessi speċjali ta' residenza fl-istess kategorija tat-titolari li magħhom huma marbuta.

N.B. 2:

dawk li mhumiex meqjusa bħala permessi speċjali ta' residenza huma ċ-“ċertifikati tal-ħatra” (“CMR”, “CR”, “AR”, “SR” et “FR”) mogħtija mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej lill-persunal ta' missjonijiet u organi msemmija li jkunu ta' ċittadinanza franċiża jew ir-residenza permanenti tagħhom fi Franza, kif ukoll l-uffiċjali internazzjonali li jgħixu barra mill-pajjiż (“EF/M”).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/11


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

2013/C 75/05

Bil-preżenti, qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija (2007 sal-2013).

Qegħdin jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. L-iskadenzi u l-baġits tas-sejħa huma mogħtija fit-testi tas-sejħa, li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku “Nies”:

Titlu tas-sejħa

Identifikatur tas-sejħa

Boroż ta' Studju Intra-Ewropej

FP7-PEOPLE-2013-IEF

Boroż ta' Studju Internazzjonali Akkoljenti

FP7-PEOPLE-2013-IIF

Boroż ta' Studju Internazzjonali Barra l-Pajjiż

FP7-PEOPLE-2013-IOF

Dawn is-sejħiet għal proposti huma relatati mal-programm ta’ ħidma tal-2013 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4561 tad-9 Lulju 2012.

Tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu proposti huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.


L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/12


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2013/C 75/06

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali:

EPSO/AD/249/13 – Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin:

(1)

Il-makroekonomija

(2)

L-ekonomija finanzjarja

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat fi 23 lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali C 75 A tal-14 ta' Marzu 2013.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/13


SENTENZA TAL-QORTI

tat-22 ta’ Novembru 2012

fil-Kawża E-17/11

Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Istat tal-Islanda

(Direttiva 94/19/KE – Direttiva 2000/12/KE – Direttiva 2006/48/KE – Ammissibbiltà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tadotta dispożizzjonijiet tal-liġi taż-ŻEE biex jirregolaw sitwazzjonijiet purament interni – Kunċett tad-depożitu – Self interbankarju – Rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni għall-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Applikabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE)

2013/C 75/07

Fil-Kawża E-17/11 Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Istat tal-Islanda – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mingħand Hæstiréttur Íslands (il-Qorti Suprema tal-Islanda), dwar l-interpretazzjoni tat-terminu depożitu fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, il-Qorti magħmula, minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fit-22 ta’ Novembru 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti għandu jiġi interpretat li jfisser li l-fondi li istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi self tagħti lil istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu s-self, u li għandu jitħallas lura f’data determinata minn qabel, flimkien mal-imgħax li jkun ġie nnegozjat speċjalment, għandhom jitqiesu bħala depożitu skont it-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni. Dan japplika anke jekk il-fondi ma jitqiegħdux f’kont speċjali f’isem l-istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi self, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu s-self ma tkunx ħarġet l-ebda dokument speċjali biex tirreġistra l-wasla tal-fondi, jekk ma tkunx ħallset primjums fir-rigward tal-fondi lill-Fond ta’ Garanzija tad-Depożituri u l-Investituri, u jekk il-fondi ma jkunux iddaħħlu bħala depożitu fil-kotba tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu s-self.

Madankollu, tali fondi trasferiti minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda lill-oħra, skont ftehim ta’ self, jikkostitwixxu depożiti mhux koperti mill-iskemi ta’ garanzija previsti fid-Direttiva 94/19/KE. Għalhekk tali fondi mhumiex eliġibbli għall-ħlas lura skont dik id-Direttiva. Għalhekk, tista’ ssir distinzjoni bejn definizzjoni funzjonali ta’ depożiti eliġibbli skont id-Direttiva 94/19, li hija bbażata fuq l-Artikolu 1(1) moqri fid-dawl tal-Artikolu 2, u definizzjoni teknika, li tinkludi wkoll depożiti mhux koperti mill-iskemi ta’ garanzija previsti fid-Direttiva 94/19/KE u, għalhekk, mhux eliġibbli għall-ħlas lura. Il-Qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk għandhiex tiġi applikata definizzjoni teknika jew funzjonali ta’ depożitu skont il-liġi nazzjonali għall-finijiet ta’ din il-kawża.

(2)

Għall-iskop li jiġi determinat jekk self bejn żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-ŻEE huwiex depożitu skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 94/19/KE, mhuwiex rilevanti li l-Istat tad-domiċilju tal-bank li jissellef għamel użu mill-awtorità mwaqqfa fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 94/19/KE biex jeskludi depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji mill-garanzija tad-depożitu.

(3)

Meta istituzzjoni ta' kreditu li ssellef fondi fis-suq interbankarju hija awtorizzata li taċċetta depożiti mill-pubbliku ġenerali, mhuwiex rilevanti għall-kwalifika ta’ self interbankarju minn din l-istituzzjoni lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra bħala depożitu skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 94/19/KE li ma taċċettax tali depożiti iżda li tiffinanzja l-operazzjonijiet taghħa permezz ta’ kontribuzzjonijiet mingħand is-sid tagħha u permezz tal-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji, u mbagħad terġa’ ssellef dawk il-flus fis-suq interbankarju, sakemm l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni biex tibda u twettaq in-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx ġiet irtirata mill-awtorità kompetenti.


14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/15


SENTENZA TAL-QORTI

tat-30 ta’ Novembru 2012

fil-Kawża E-19/11

Vín Tríó ehf. v l-Istat tal-Islanda

(Moviment liberu tal-merkanzija – Ammissibbiltà – Kopertura tal-Prodotti – l-Artikoli 11 u 16 ŻEE – Monopolji tal-Istat ta' karattru kummerċjali – Regoli li jikkonċernaw l-eżistenza u t-tħaddim ta’ monopolju – Regoli dwar l-għażla tal-prodotti – Rifjut li jinbiegħ xorb alkoħoliku li jkun fih stimulanti bħall-kaffeina – Diskriminazzjoni bejn il-prodotti domestiċi u dawk importati – Nuqqas ta’ produzzjoni domestika)

2013/C 75/08

Fil-Kawża E-19/11 Vín Tríó ehf. v l-Istat tal-Islanda – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mingħand Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavík), dwar jekk l-Artikoli 11 u 16 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jipprekludux monopolju tal-Istat fuq il-bejgħ għall-konsumatur tal-alkoħol biex ikun jista’ jirrifjuta li jaċċetta milli jinbigħu xarbiet alkoħoliċi li jkun fihom stimulanti bħall-kaffeina, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (l-Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fit-30 ta’ Novembru 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

 

Stat taż-ŻEE ma jmurx kontra l-Artikolu 16(1) jekk jipprevedi fil-leġiżlazzjoni, jew permezz ta' atti amministrattivi, li korp li jeżerċita monopolju tal-Istat fuq il-bejgħ lill-konsumaturi tal-alkoħol jista' jirrifjuta li jaċċetta għall-bejgħ fil-ħwienet tiegħu, xarbiet alkoħoliċi li jkun fihom stimulanti bħall-kaffeina.

 

Madankollu, tali regola ta’ għażla għandha tapplika bl-istess mod għax-xarbiet alkoħoliċi domestiċi u importati li jkun fihom l-istimulanti. Jekk, bħal f'dan il-każ, ma jkunx hemm produzzjoni domestika, u r-regola ta' għażla ma jkollhiex l-għan li tipproteġi l-produzzjoni domestika ta' prodotti simili, ma jistax jitqies li din tagħti żvantaġġ lill-operaturi jew lill-prodotti minn Stati oħra taż-ŻEE.


14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/16


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn FürstlichesLandgericht bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2012 fil-kawża ta’ Beatrix Koch, Dipl. Kfm. Lothar Hummel u Stefan Müller vs Swiss Life (il-Liechtenstein) AG

(Kawża E-11/12)

2013/C 75/09

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz tal-ittra tal-31 ta’ Ottubru 2012 minn FürstlichesLandgericht (il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prinċipat, il-Liechtenstein), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fit-8 ta’ Novembru 2012, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ Beatrix Koch, Dipl. Kfm. Lothar Hummel u Stefan Müller vs Swiss Life (il-Liechtenstein) AG., dwar dawn il-mistoqsijiet:

(1)

It-terminu “poloz marbuta ma’ unitajiet”, skont l-Anness III A a11 u a12 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja, jirreferi biss għal unitajiet (“il-Fondi Komuni”) skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), jew l-Anness III A a11 u a12 japplika wkoll pereżempju fejn il-ħlasijiet minn kuntratt ta' assigurazzjoni tal-ħajja huma marbutin ma’ indiċi azzjonarju jew valur referenzjali ieħor?

(2)

Jekk il-Mistoqsija 1 imwieġba mill-Qorti tkun li l-Anness III A a11 u a12 tad-Direttiva 2002/83/KE ma jirrestrinġix “il-poloz marbuta ma’ unitajiet” għall-kumpanniji ta’ investiment (“il-Fondi Komuni”) skont id-Direttiva 85/611/KEE:

2.1.

Id-Direttiva 2002/83/KE tobbliga lil impriżi tal-assigurazzjoni biex jagħtu pariri lid-detenturi tal-poloz, jew sempliċiment biex jinnotifikawhom bid-dettalji stipulati fl-Anness III tal-imsemmija Direttiva?

2.2.

L-obbligu li l-informazzjoni skont l-Anness III A a11 tad-Direttiva 2002/83/KE tiġi kkomunikata huwa suffiċjentement osservat jekk l-impriża tal-assigurazzjoni tipprovdi n-numru għall-identifikazzjoni tat-titoli (WKN), jew inkella kif aktar għandha “d-definizzjoni tal-unitajiet” tinftiehem, sabiex jintlaħaq l-obbligu li l-informazzjoni tiġi kkomunikata? Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-Istat Membru ta’ impenn ma jeħtieġ l-ebda informazzjoni addizzjonali mingħand l-impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2002/83/KE.

2.3.

L-obbligu li l-informazzjoni skont l-Anness III A a12 tad-Direttiva 2002/83/KE tiġi kkomunikata huwa suffiċjentement osservat jekk l-impriża tal-assigurazzjoni tipprovdi n-numru għall-identifikazzjoni tat-titoli (WKN), jew għandha tingħata aktar informazzjoni ddettaljata? Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-Istat Membru tal-impenn ma jeħtieġ l-ebda informazzjoni addizzjonali mingħand l-impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2002/83/KE.

(3)

L-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2002/83/KE jobbliga lill-impriża tal-assigurazzjoni biex tipprovdi d-dettalji stabbiliti fl-Anness III A, jew ikun biżżejjed jekk din l-informazzjoni tingħata lid-detentur tal-polza minn parti terza, pereżempju minn intermedjarju tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni?

(4)

Id-Direttiva 2002/83/KE tobbliga lill-Istati Membri li l-Artikolu 36 ikun implimentat fil-liġi nazzjonali b'tali mod li d-detenturi tal-poloz jiksbu d-dritt tal-liġi ċivili, kontra l-impriża tal-assigurazzjoni, li jiġu nnotifikati bid-dettalji, skont l-Anness III, jew hija suffiċjenti l-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali, biex jekk jiġi miksur l-obbligu li tingħata l-informazzjoni skont l-Anness III tad-Direttiva, tkun suġġetta biss għal sanzjonijiet minn korp regolatorju bħal bil-ħruġ ta' multa, it-teħid tal-liċenzja jew xi miżura oħra simili?


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6870 – GE/Munich Re/Iberdrola Renovables France)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 75/10

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti) u Münchener Rückversicherungs-Gesellschaft Aktiengesellschaft in München (“Munich Re”, il-Ġermanja) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt indirett ta' Iberdrola Renovables France S.A.S. (“Iberdrola Renovables France”, Franza), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GE: kumpanija globali diversifikata tal-manifattura, it-teknoloġija u s-servizzi. GE CAPITAL, l-unità tan-negozju GE rilevanti involuta fil-konċentrazzjoni proposta, tinvesti globalment fl-assi tal-enerġija,

għal Munich Re: kumpanija multinazzjonali tar-(ri)assikurazzjoni. MR RENT-Investment GmbH, is-sussidjarja rilevanti ta' Munich Re involuta fil-konċentrazzjoni proposta, għandha investimenti relatati mal-enerġiji rinnovabbli u setturi ġodda tat-teknoloġiji ambjentali,

għal Iberdrola Renovables France: li topera proġetti ta' parks eoliċi u li għandha interessi ta' sjieda f'kumpaniji li joperaw fin-negozju tal-enerġija rinnovabbli fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6870 – GE/Munich Re/Iberdrola Renovables France, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).