|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.073.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 073/01 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2013/C 073/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 ) |
|
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2013/C 073/03 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 073/04 |
||
|
2013/C 073/05 |
||
|
2013/C 073/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.847 – E-BOOKS |
|
|
2013/C 073/07 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 073/08 |
Erkole II – Sejħa għal proposti – Taħriġ, Seminars u Konferenzi – Parti Legali |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/1 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 73/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
7.11.2012 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34576 (12/N) |
||||
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
||||
|
Reġjun |
Alto Trás-os-Montes |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Unidade de cuidados continuados Jean Piaget/Nordeste |
||||
|
Il-bażi legali |
Texto do Programa Operacional Temático Valorização do Território Endereço http://www.povt.qren.pt/cs2.asp?idcat=1120; Regulamento Geral FEDER e Fundo de Coesão (documento normativo sobre as modalidades de aplicação a Portugal dos fundos FEDER e Fundo de Coesão), em coerência com as disposições regulamentares comunitárias aplicáveis); Texto do Programa Operacional Temático Valorização do Território Endereço http://www.povt.qren.pt/cs2.asp?idcat=1120 — Regulamento Geral FEDER e Fundo de Coesão (documento normativo sobre as modalidades de aplicação a Portugal dos fundos FEDER e Fundo de Coesão), em coerência com as disposições regulamentares comunitárias aplicáveis); Regulamento Específico para o Domínio dos «Equipamentos Estruturantes do Sistema Urbano Nacional» (estabelece as condições de acesso e as regras gerais de atribuição de co-financiamento comunitário do FEDER às operações apresentadas no âmbito deste domínio de intervenção). |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
— |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 1,897 miljun |
||||
|
L-intensità |
Miżura li mhix għajnuna |
||||
|
It-tul ta' żmien |
— |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' servizz |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/3 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2013/C 73/02
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.1.2013 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33968 (11/N) |
||||||
|
Stat Membru |
L-Ungerija |
||||||
|
Reġjun |
— |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Erdő-környezetvédelmi intézkedések – EMVA (1698/2005/EK 47. cikk) (támogatási összegek emelése) |
||||||
|
Il-bażi legali |
Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból az erdő-környezetvédelmi intézkedésekhez nyújtandó támogatások részletes feltételeiről szóló 124/2009. (IX. 24.) FVM rendelet |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||
|
L-għan |
Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent, Żvilupp Rurali (AGRI) |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
|
L-estimi |
|
||||||
|
L-intensità |
100 % |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija, Qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
17.12.2012 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.34106 (11/N) |
||||||
|
Stat Membru |
L-Ungerija |
||||||
|
Reġjun |
— |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Erdészeti potenciál helyreállítása |
||||||
|
Il-bażi legali |
Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból az erdészeti potenciál helyreállítására nyújtandó támogatások igénybevételének részletes szabályairól szóló 32/2008. (III. 27.) FVM rendelet |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
|||||
|
L-għan |
Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali, Forestrija |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: HUF 2 338 (f'miljuni) |
||||||
|
L-intensità |
100 % |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija, Qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
||||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/5 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Ottubru 2012
dwar proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti u fuq proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien
(CON/2012/77)
2013/C 73/03
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-27 ta’ Awwissu 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni dwar (1) proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament HICP-CT propost”) u (2) proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament OOH propost”) (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa r-“regolamenti proposti”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1). B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE jappoġġa l-għanijiet tar-regolamenti proposti fir-rigward ta’: (a) l-istabbiliment, permezz tar-Regolament HICP-CT propost, tal-produzzjoni regolari ta’ indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti u l-iżvilupp tar-rekwiżiti relatati ta’ dejta u metadejta kif ukoll linji gwida metodoloġiċi relevanti, (b) il-kumpilazzjoni, skont ir-Regolament OOH propost, ta’ indiċi tal-prezzijiet tad-djar u ta’ infiq tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien, inkluż l-iżvilupp tad-deskrizzjoni tal-kopertura relatata, il-qafas metodoloġiku u r-rekwiżiti ta’ dejta.
2. Konsultazzjoni tal-BĊE u l-involviment tiegħu fil-ħidma ta’ tħejjija u ta’ implimentazzjoni
|
2.1. |
Il-BĊE jenfasizza li, kif meħtieġ taħt l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat u taħt l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95, jeħtieġ li jiġi kkonsultat dwar kull miżura ta’ implimentazzjoni fi ħdan il-qafas tal-HICP propost mill-Kummissjoni. L-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa rekwiżit proċedurali importanti li għalih għandha ssir referenza b’mod konsistenti bl-istrumenti legali kollha li jikkostitwixxu l-qafas legali tal-HICP. Dan ser ikompli japplika fir-rigward ta’ atti implimentattivi u ddelegati li l-Kummissjoni jista’ jkollha s-setgħa li tadotta taħt il-qafas legali rriformat għall-HICP, li bħalissa qiegħed jiġi mħejji (2). |
|
2.2. |
Fil-Kawża C-11/00, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE b’referenza għall-funzjonijiet u l-għarfien espert tal-BĊE (3). Indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur “iservu bħala indikaturi importanti għall-ġestjoni tal-politika monetarja” (4) u b’hekk huma ta’ importanza kruċjali għall-funzjonijiet tal-BĊE li jirrigwardaw iż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet bħala għan ewlieni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) (5), kif ukoll għall-kompiti tal-Eurosistema li: (a) tiddefinixxi u timplimenta l-politika monetarja taż-żona tal-euro, u (b) tikkontribwixxi għall-politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja (6). Bl-istess mod bħall-preambolu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95, li jirreferi għall-ħtieġa għall-awtoritajiet monetarji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal indiċi ta’ prezzijiet għall-konsumatur li jkunu kkalibrati b’mod xieraq (7), il-konnessjoni bejn il-qafas tal-HICP u t-twettiq tal-kompiti tal-bank ċentrali għandha tiġi ddikjarata espressament fil-premessi tar-Regolamenti proposti. Barra minn hekk, l-għarfien espert tal-BĊE fir-rigward tal-HICP għandu jintuża, mhux biss b’konsultazzjoni formali mal-BĊE dwar strumenti legali proposti mill-Kummissjoni, iżda wkoll billi l-BĊE jkun involut fil-ħidma ta’ tħejjija u ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ oqfsa metodoloġiċi relevanti, kif spjegat iktar ’l isfel. Fil-kontribut tiegħu, il-BĊE jista’ jinkludi kontribuzzjonijiet xierqa minn esperti pprovduti minn membri oħrajn tas-SEBĊ. |
3. Żvilupp ta’ oqfsa metodoloġiċi tal-HICP u l-inkorporazzjoni tagħhom fi strumenti legali
|
3.1. |
Ir-Regolamenti proposti jipprovdu għall-iżvilupp mill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ta’ oqfsa metodoloġiċi għall-komputazzjoni tal-indiċi u s-sottoindiċi imdaħħla bir-Regolamenti proposti (8). Waqt li jappoġġa l-iżvilupp ta’ dawn l-oqfsa metodoloġiċi, il-BĊE jidhirlu li l-Kummissjoni għandha tinvolvih, flimkien mal-Istati Membri, fl-iżvilupp tagħhom. Dak l-involviment tal-BĊE, li jista’ jinkludi wkoll kontribuzzjonijiet xierqa minn esperti pprovduti minn membri oħrajn tas-SEBĊ, ikun soluzzjoni adattata li tqis l-importanza tal-indiċi li huma relevanti għall-objettivi tas-SEBĊ u l-għarfien espert tal-BĊE u ta’ membri oħrajn tas-SEBĊ fir-rigward tal-qafas tal-HICP. |
|
3.2. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (9) jispeċifika li meta jiġu applikati l-kriterji ta’ kwalità taħt dan ir-Regolament għad-dejta koperta mil-leġiżlazzjoni settorjali f’oqsma statistiċi speċifiċi, il-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità ta’ rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura regolatorja li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 27(2) ta’ dan ir-Regolament (10). F'dan l-isfond, il-BĊE jikkunsidra li l-iżvilupp ta’ oqfsa metodoloġiċi għall-komputazzjoni tal-indiċi u s-subindiċi mdaħħla bir-regolamenti proposti għandu jwassal għall-inkorporazzjoni ta’ elementi kostruttivi ewlenin u standards minimi ta’ kwalità ta’ dawk l-oqfsa metodoloġiċi fi ħdan il-liġi tal-Unjoni. Fl-interessi taċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-kontabilità, manwali, linji gwida jew strumenti oħrajn mhux legali jistgħu jikkumplimentaw iżda m’għandhomx jissostitwixxu dispożizzjonijiet legali. |
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-Regolamenti proposti jiġu emendati, f'dan ir-rigward proposti ta’ abbozzar speċifiċi qed jingħataw fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Ottubru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.
(2) Ara “ir-Rapport dwar l-Attività Annwali 2011” tal-Kummissjoni (Eurostat), p. 30, disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni fuq htpp://www.ec.europa.eu. Ara wkoll il-paragrafu 5 tal-Opinjoni CON/2012/5 disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq htpp://www.ecb.europa.eu
(3) Sentenza tal-10 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-11/00 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs il-Bank Ċentrali Ewropew (2003) Ġabra 2003, I-7147, b’mod partikolari l-punti 110 u 111. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE ‘essenzjalment huwa intiż sabiex jiżgura li l-awtur ta’ tali att jadottah biss wara li l-korp ikun ġie kkonsultat, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li huwa jeżerċita fil-kuntest Komunitarju fil-qasam ikkonċernat u permezz tal-grad għoli ta’ espertezza li huwa jgawdi minnha, partikolarment jista’ utilment jikkontribwixxi għall-proċess [leġiżlattiv] previst’.
(4) Ara l-ewwel premessa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2010 tal-1 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-istandards minimi għall-kwalità ta’ peżar HICP u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (ĠU L 316, 2.12.2010, p. 4).
(5) Ara l-Artikolu 127(1) tat-Trattat u l-Artikolu 2, l-ewwel sentenza tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”).
(6) Ara l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 127(5) flimkien mal-Artikolu 139(2)(c) tat-Trattat u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 3.3, flimkien mal-Artikolu 42.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.
(7) Ara t-tielet premessa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95.
(8) Ara l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta' Novembru 1996 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: trasmissjoni u tixrid ta' sotto-indiċi tal-HICP (ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8) kif emendat bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament HICP-CT propost u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament OOH propost.
(9) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(10) Preżentament b’mod konformi mal-Artikoli 5 jew 5a, flimkien mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23). Taħt il-qafas futur li ddaħħal bl-emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 propost mill-Kummissjoni fis-17 ta’ April 2012 (KUMM(2012) 167 finali) il-Kummissjoni ser taġixxi b’mod konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
Proposti ta’ abbozzar tar-Regolament HICP-CT propost
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||
|
Preambolu għar-Regolament HICP-CT propost |
|||||||||
|
“Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur ( ), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu, Billi: […]
[…]
|
“Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur ( ), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), Billi: […]
[…]
|
||||||||
|
Spjegazzjoni L-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa rekwiżit proċedurali li għalih għandha ssir referenza b’mod konsistenti fil-preamboli tal-istrumenti legali kollha li jikkostitwixxu l-qafas legali tal-HICP. Barra minn hekk, bl-istess mod bħall-preambolu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95, il-konnessjoni bejn il-qafas tal-HICP u l-kompiti tal-banek ċentrali għandhom jiġu ddikjarati espressament fi premessa tar-Regolament HICP-CT propost. |
|||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||
|
Artikolu 1(2) tar-Regolament HICP-CT propost |
|||||||||
|
“(2) L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-produzzjoni u l-għoti ta' subindiċijiet L-Istati Membri għandhom jipproduċu u jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) kull xahar bis-subindiċijiet kollha (l-Anness I) li għandhom piż li jkopri aktar minn parti waħda f'elf tal-ispiża totali koperta mill-HICP. Flimkien mal-indiċi għal Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-ponderazzjoni korrispondenti lill-Kummissjoni (Eurostat). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipproduċu u jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) kull xahar bis-subindiċijiet ikkalkulati skont ir-rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT). Il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi linji gwida li jipprovdu qafas metodoloġiku għall-kalkolu tal-indiċi u s-subindiċijiet tal-HICP-CT. Meta jkun iġġustifikat kif xieraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-metodoloġija ta' referenza, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea.’ ” |
“(2) L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-produzzjoni u l-għoti ta' subindiċijiet L-Istati Membri għandhom jipproduċu u jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) kull xahar bis-subindiċijiet kollha (l-Anness I) li għandhom piż li jkopri aktar minn parti waħda f'elf tal-ispiża totali koperta mill-HICP. Flimkien mal-indiċi għal Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-ponderazzjoni korrispondenti lill-Kummissjoni (Eurostat). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipproduċu u jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) kull xahar bis-subindiċijiet ikkalkulati skont ir-rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT). Il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tistabbilixxi linji gwida li jipprovdu qafas metodoloġiku għall-kalkolu tal-indiċi u s-subindiċijiet tal-HICP-CT. Meta jkun iġġustifikat kif xieraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-metodoloġija ta' referenza, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea.’ ” |
||||||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE għandu jkun involut fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-Regolament HICP-CT propost, u, b’mod partikolari, fl-iżvilupp ta’ qafas metodoloġiku relevanti. Dan l-involviment tal-BĊE, li jista’ jinkludi wkoll kontribuzzjonijiet xierqa minn esperti mogħtija minn membri oħrajn tas-SEBĊ, huwa pass neċessarju, li huwa addizzjonali għall-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE dwar l-istrumenti legali proposti li jikkostitwixxu l-qafas tal-HICP. Ir-raġunijiet għal dan huma: (a) l-għarfien espert tal-BĊE fir-rigward tal-qafas tal-HICP, u (b) l-importanza tal-qafas tal-HICP għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet ta’ bank ċentrali, b’mod partikolari għall-kisba mis-SEBĊ tal-għan tagħha li jkun hemm stabbiltà fil-prezzijiet, u għall-kompiti tal-Eurosistema li tiddefinixxi u timplimenta politika monetarja għaż-żona tal-euro u li tikkontribwixxi għall-politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. |
|||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||
|
Artikolu 1a (ġdid) tar-Regolament HICP-CT propost |
|||||||||
|
Ebda test |
“Artikolu 1a Miżuri tranżitorji Il-Kummissjoni (Eurostat), bil-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha, fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tħejji rapport biex: (i) tevalwa l-effettività tal-qafas metodoloġiku għall-komputazzjoni tal-indiċi u s-subindiċijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 3(2) kif emendat tar-Regolament (KE) Nru 2214/96, u (ii) tirrakkomanda elementi kostruttivi importanti u standards minimi ta’ kwalità ta’ dak il-qafas metodoloġiku li għandhom jiġu stipulati fil-liġi tal-Unjoni permezz ta' emendi adattati għall-qafas legali tal-HICP.” |
||||||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE jikkunsidra li l-iżvilupp ta’ oqfsa metodoloġiċi għall-komputazzjoni tal-indiċi u s-subindiċijiet li ddaħħlu bir-Regolament HICP-CT propost għandhom jiżguraw l-inklużjoni ta’ elementi kostruttivi importanti u standards minimi ta’ kwalità għal dawk l-oqfsa fi ħdan l-istrumenti relevanti tal-liġi tal-Unjoni. Manwali, linji gwida u strumenti oħrajn mhux legali jistgħu jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet legali, iżda fl-interessi taċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-kontabilità, m’għandhomx jissostitwixxuhom. Il-BĊE għandu jkun involut fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi relevanti tal-Kummissjoni għar-raġunijiet indikati taħt l-emenda 2 aktar ‘il fuq. Fil-kontribut tiegħu, il-BĊE jista’ jinkludi kontribuzzjonijiet xierqa minn esperti pprovduti minn membri oħrajn tas-SEBĊ. |
|||||||||
Proposti ta’ abbozzar tar-Regolament OOH propost
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (3) |
||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||
|
Preambolu għar-Regolament OOH propost |
|||||||||
|
“Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu, Billi: […]
[…]
|
“Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), Billi: […]
[…]
|
||||||||
|
Spjegazzjoni L-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa rekwiżit proċedurali li għalih għandha ssir referenza b’mod konsistenti fil-preamboli tal-istrumenti legali kollha li jikkostitwixxu l-qafas legali tal-HICP. Barra minn hekk, bl-istess mod bħall-preambolu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95, il-konnessjoni bejn il-qafas tal-HICP u l-kompiti tal-banek ċentrali għandhom jiġu ddikjarati espressament fi premessa tar-Regolament OOH propost. |
|||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||
|
Artikolu 2(2) tar-Regolament OOH propost |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE jikkunsidra li l-prezzijiet tal-art huma komponent importanti tal-indiċi tal-prezzijiet tad-djar peress li għandhom rwol kruċjali fl-istabbiltà finanzjarja u l-analiżi ekonomika, b’mod partikolari fl-iskoperta ta’ inflazzjoni spekulattiva potenzjali tal-prezzijiet. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ prezzijiet tal-art għandha tkun stipulata fir-Regolament OOH u mhux fil-manwal metodoloġiku. |
|||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||
|
Artikolu 4(1) tar-Regolament OOH propost |
|||||||||
|
“1. Il-Kummissjoni (Eurostat), b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi manwal li jipprovdi qafas metodoloġiku għall-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar u tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien prodotti skont dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem il-"manwal OOH-HPI"). Fejn ikun ġustifikat kif xieraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-manwal, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tas-SSE.” |
“1. Il-Kummissjoni (Eurostat), b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tistabbilixxi manwal li jipprovdi qafas metodoloġiku għall-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar u tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien prodotti skont dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem il-"manwal OOH-HPI"). Fejn ikun ġustifikat kif xieraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-manwal, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tas-SSE.” |
||||||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE għandu jkun involut fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-Regolament HICP-CT propost, u, b’mod partikolari, fl-iżvilupp ta’ qafas metodoloġiku relevanti. Dan l-involviment tal-BĊE, li jista’ jinkludi wkoll kontribuzzjonijiet xierqa minn esperti pprovduti minn membri oħrajn tas-SEBĊ, huwa pass neċessarju, li huwa addizzjonali għall-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE dwar l-istrumenti legali proposti li jikkostitwixxu l-qafas tal-HICP. Ir-raġunijiet għal dan huma: (a) l-għarfien espert tal-BĊE relatat mal-qafas tal-HICP, u (b) l-importanza tal-qafas tal-HICP għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet ta’ bank ċentrali, b’mod partikolari għall-kisba mis-SEBĊ tal-għan tagħha li jkun hemm stabbiltà fil-prezzijiet, u għall-kompiti tal-Eurosistema li tiddefinixxi u timplimenta politika monetarja għaż-żona tal-euro u li tikkontribwixxi għall-politiki relatati mal-istanbiltà tas-sistema finanzjarja. |
|||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||
|
Artikolu 6 tar-Regolament OOH propost |
|||||||||
|
“(1) Sena u tliet snin rispettivament wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta, fuq il-bażi tal-istandards definiti fis-Sistema Statistika Ewropea u fil-manwal OOH-HPI. (2) Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tħejji rapport dwar l-indiċijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament u b’mod partikolari dwar il-grad ta' konformita mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 (5) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/20106 (6). Ir-rapport għandu jindirizza wkoll l-adegwatezza tal-indiċijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien għall-integrazzjoni fil-kopertura tal-HICP. |
“(1) Sena u tliet snin rispettivament wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) u l-Bank Ċentrali Ewropew bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta, fuq il-bażi tal-istandards definiti fis-Sistema Statistika Ewropea u fil-manwal OOH-HPI. (2) Il-Kummissjoni (Eurostat), bil-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha, fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tħejji rapport biex: dwar (i) tevalwa l-indiċijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament u b’mod partikolari dwar il-grad ta' konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 (7) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/20106 (8). (ii) Ir-rapport għandu tindirizza wkoll l-adegwatezza tal-indiċijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien għall-integrazzjoni fil-kopertura tal-HICP, u (iii) tirrakkomanda elementi kostruttivi ewlenin u standards minimi ta’ kwalità għal abitazzjonijiet okkupati mis-sidien u indiċijiet ta' prezzijiet tad-djar li għandhom ikunu stipulati fil-liġi tal-Unjoni permezz ta' emendi adattati għall-qafas legali tal-HICP. |
||||||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE jikkunsidra li l-iżvilupp ta’ qafas metodoloġiku għall-komputazzjoni tal-indiċijiet u s-subindiċijiet li ddaħħlu bir-Regolament OOH propost għandhom jiżguraw l-inklużjoni ta’ elementi kostruttivi ewlenin u standards minimi ta’ kwalità għal dawk l-oqfsa fi ħdan l-istrumenti relevanti tal-liġi tal-Unjoni. Manwali, linji gwida u strumenti oħrajn mhux legali jistgħu jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet legali, iżda fl-interessi taċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-kontabilità, m’għandhomx jissostitwixxuhom. Il-BĊE għandu jkun involut fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi relevanti tal-Kummissjoni għar-raġunijiet indikati taħt l-emenda 3 aktar ‘il fuq. Fil-kontribut tiegħu, il-BĊE jista’ jinkludi kontribuzzjonijiet xierqa minn esperti pprovduti minn membri oħrajn tas-SEBĊ. |
|||||||||
(1) Il-grassett fit-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. Fejn it-test huwa ingassat, dan jindika li l-BĊE qiegħed jipproponi t-tħassir tat-test.
(2) ĠU C x, xx.xx.2012, p. xx”
(3) Il-grassett fit-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. Fejn it-test huwa ingassat, dan jindika li l-BĊE qiegħed jipproponi tħassir tat-test.
(4) ĠU C x, xx.xx.2012, p. xx”
(5) ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3.
(6) ĠU L 316, 2.12.2010, p. 4.”
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ Marzu 2013
2013/C 73/04
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3053 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,25 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4577 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87630 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,3182 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2344 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4455 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,662 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
304,65 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7010 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1450 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3740 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3517 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2633 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3392 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1251 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5807 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6268 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 429,58 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,9232 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1141 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5873 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 646,57 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0582 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,995 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,0390 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,624 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5519 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,3106 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,7370 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/14 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Novembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.847 – E-BOOKS
Rapporteur: Il-Litwanja
2013/C 73/05
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jikkondividi t-tħassib dwar il-kompetizzjoni indikat mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' deċiżjoni tagħha. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba tista' tħalli effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji offruti minn Apple, Hachette, Harper Collins, Simon & Schuster u Holtzbrinck/Macmillan jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni indikat mill-Kummissjoni. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji huma adegwati. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul taż-żmien tal-impenji. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji għandhom ikunu kompletament vinkolanti. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li, fid-dawl tal-impenji u mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, m’għadx hemm raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni kontra Apple, Hachette, Harper Collins, Simon & Schuster u Holtzbrinck/Macmillan fir-rigward tat-tħassib dwar il-kompetizzjoni li ġie identifikat fl-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/15 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
COMP/39.847 – E-BOOKS
2013/C 73/06
|
(1) |
Dan il-proċediment jikkonċerna ċerti prattiki miftiehma li jirrigwardaw il-bejgħ ta’ kotba elettroniċi lill-konsumaturi. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet mingħajr avviż skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) fl-uffiċċji ta' bosta pubblikaturi f'Marzu 2011 fiż-ŻEE. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (3) kontra ħames pubblikaturi (4) u Apple Inc. |
|
(4) |
Fit-13 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 9(1)tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tal-kondotta ta’ erba’ pubblikaturi (Hachette, Harper Collins, Holtzbrinck/Macmillan, Simon & Schuster) kif ukoll Apple, b’rabta mal-bejgħ ta' kotba elettroniċi lill-konsumaturi. Fil-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li, billi l-bejgħ tal-kotba elettroniċi nqaleb b'mod konġunt minn mudell ta' bejgħ bl-ingrossa għal mudell ta' aġenzija bl-istess termini ewlenin fuq bażi globali, l-erba' pubblikaturi u Apple bdew prattika miftiehma bil-għan li joħolqu żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ta' kotba elettroniċi fiż-ŻEE jew li jfixklu l-possibbiltà ta' prezzijiet orħos tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE, bi ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(5) |
L-erba’ pubblikaturi msemmija hawn fuq kif ukoll Apple offrew impenji sabiex jissodisfaw it-tħassib tal-Kummissjoni (5). Fid 19 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-każ kif ukoll tal-impenji u jistieden lill-partijiet terzi biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-proposta (6). It-test tas-suq ikkonferma li l-impenji huma adattati biex jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. |
|
(6) |
Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel l-impenji offruti minn ħames impriżi vinkolanti fuqhom u tikkonkludi li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti f'dan il-każ għandhom jintemmu. |
|
(7) |
Minħabba li Pearson, il-kumpanija azzjonarja tal-grupp Penguin ma offriet l-ebda impenn, il-Kummissjoni għadha qed tinvestiga l-kondotta ta' Pearson u l-kompatibilità tagħha mal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(8) |
Jiena ma rċevejt l-ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti għall-proċedimenti tal-każ preżenti (7). Fid-dawl ta' dan, inqis li f’dan il-każ ġie rrispettat l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha. |
Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1).
(4) Il-ħames pubblikaturi huma Hachette Livre SA, HarperCollins Publishers, L.L.C. u HarperCollins Publishers Limited, Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG u Verlagsgruppe Georg von Holtzbrinck GmbH, Simon & Schuster, Inc. Simon & Schuster (UK) Ltd u Simon & Schuster Digital Sales, Inc. u Pearson Plc.
(5) L-impenji offruti mill-Erba’ Pubblikaturi u Apple huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=1_39847
(6) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.847/E-BOOKS (notifikata bid-dokument numru C(2012) 6552) (ĠU C 283, 19.9.2012, p. 7).
(7) B’konformità mal-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/17 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-12 ta' Diċembru 2012
li tirrigwarda proċediment skont l-artikolu 101 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Każ COMP/39.847 – E-BOOKS)
(notifikata bid-dokument C(2012) 9288)
(It-test bl-ingliż biss huwa awtentiku)
2013/C 73/07
Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni b'dan qiegħda tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tal-interessi kummerċjali tagħhom.
1. DAĦLA
|
(1) |
Id-deċiżjoni hija indirizzata lil Apple Inc (“Apple”), Hachette Livre SA (“Hachette”), HarperCollins Publishers Limited u HarperCollins Publishers L.L.C. (kollettivament “Harper Collins”), Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG u Verlagsgruppe Georg von Holtzbrinck GmbH (kollettivament “Holtzbrinck/Macmillan”), Simon & Schuster, Inc., Simon & Schuster (UK) Ltd, u Simon & Schuster Digital Sales, Inc. (kollettivament “Simon & Schuster”) kollettivament magħrufa bħala “l-Erba’ Pubblikaturi”. Id-deċiżjoni tikkonċerna l-imġiba ta’ dawn il-partijiet b’rabta mal-prezzijiet bl-imnuti tal-kotba elettroniċi. |
2. IL-PROĊEDURA
|
(2) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti kontra l-Apple, l-Erba' Pubblikaturi u pubblikatur internazzjonali kbir ieħor magħruf bħala Pearson/Penguin, wara tħassib preliminari rigward prattika konċertata possibbli bejn dawn l-impriżi bil-għan li jgħollu l-prezzijiet bl-imnuti fiż-ŻEE. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-imġiba ta' Pearson/Penguin għadha għaddejja. Fit-13 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni adottat Valutazzjoni Preliminari indirizzata lill-Erba’ Pubblikaturi u lill-Apple. |
|
(3) |
Bejn it-12 u t-18 ta’ Settembru 2012, l-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple issottomettew abbozz ta’ impenji inizjali biex jindirizzaw it-tħassib stabbilit fil-Valutazzjoni Preliminari (“Impenji Inizjali”). |
|
(4) |
Fid-19 ta’ Settembru 2012, ġie ppubblikat f'il-Ġurnal Uffiċjali Avviż taħt tal-Artikolu 27(4) li stieden lill-partijiet terzi biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-abbozz ta’ impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni (it-“Test tas-Suq”). |
|
(5) |
Fit-23 u l-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-Erba’ Pubblikaturi dwar l-osservazzjonijiet li rċeviet mill-partijiet terzi interessati wara l-pubblikazzjoni tal-avviż. Fl-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni offriet li tinforma lill-Apple dwar dawn l-osservazzjonijiet. |
|
(6) |
Fl-isfond tal-osservazzjonijiet li waslu, l-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple, bejn il-31 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Novembru 2012, ippreżentaw impenji emendati, bl-intenzjoni li jsiru finali (“Impenji Finali”). |
|
(7) |
Fis-27 ta' Novembru 2012, il-Kumitat Konsultattiv approva l-abbozz tad-deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Fis-27 ta' Novembru 2012, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
3. TĦASSIB MURI FIL-VALUTAZZJONI PRELIMINARI
Ftehimiet ta' Aġenzija ffirmati bejn tal-anqas kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple fl-Istati Uniti u ż-ŻEE
|
(8) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li qabel l-2009, tal-anqas l-Erba’ Pubblikaturi esprimew lil xulxin tħassib fir- rigward tal-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi li kienu qed jiġu stabbiliti mil-Amazon, bejjiegħ kbir onlajn, bil-prezz bl-ingrossa jew orħos. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li mhux aktar tard minn Diċembru 2009, kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi impenja ruħu f’kuntatti diretti jew indiretti (permezz tal-Apple) bl-għan jew li jgħolli l-prezzijiet għall-konsumaturi tal-kotba elettroniċi iktar minn dawk tal-Amazon (kif kien il-każ fir-Renju Unit) jew bl-għan li jevita li jaslu dawn il-prezzijiet (kif kien il-każ fi Franza u l-Ġermanja) fiż-ŻEE. Sabiex jinkiseb dan l-għan, l-Erba’ Pubblikaturi flimkien mal-Apple kellhom l-intenzjoni li flimkien jittrasferixxu l-bejgħ ta’ kotba elettroniċi mill-mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa (fejn il-bejjiegħ jiddetermina l-prezzijiet għall-konsumaturi) għall-mudell ta' aġenzija (fejn il-pubblikatur jiddetermina l-prezzijiet għall-konsumaturi) fuq bażi globali u skont l-istess termini ewlenin tal-ipprezzar, l-ewwel mal-Apple u imbagħad ma’ bejjiegħa oħra (inkluż l-Amazon). |
|
(9) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li sabiex jitwettaq dan it-trasferiment konġunt, kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi kellu jiżvela lil, u/jew jirċievi informazzjoni mill-Erba' Pubblikaturi l-oħra u/jew mill-Apple, rigward l-intenzjonijiet futuri tal-Erba' Pubblikaturi fir-rigward ta': (i) jekk jidħolx jew le fi ftehim ta' aġenzija mal-Apple fl-Istati Uniti; u (ii) it-termini ewlenin li taħthom kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi jidħol fit-tali ftehim ta' aġenzija mal-Apple fl-Istati Uniti, inkluża klawsola tal-pajjiż l-aktar favorit (Most Favourite Nation (MFN)) dwar il-prezz għall-konsumaturi, netwerks tal-prezz massimu tal-konsumatur u l-livell ta’ kummissjoni li jrid jitħallas lill-Apple. Il-klawsola MFN dwar il-prezz għall-konsumaturi prevediet li kull wieħed mill-pubblikaturi jkollu jqabbel fuq l-iBookstore tal-Apple kwalunkwe prezz irħas disponibbli għall-istess kotba elettroniċi minn bejjiegħa onlajn oħra. Flimkien ma’ termini ewlenin oħra ta’ prezzar, il-klawsola MFN setgħet irriżultat f’introjti iktar baxxi għall-pubblikaturi jekk xi bejjiegħa komplew joffru kotba elettroniċi bi prezzijiet li dakinhar kienu prevalenti fis-suq. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-pubblikaturi tal-klawsola MFN dwar il-prezzijiet bl-imnut kienu tali li din il-klawsola serviet bħala “mezz ta' impenn” konġunt. Kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi kien f’pożizzjoni li jisforza lill-Amazon jaċċetta bidla għall-mudell ta' aġenzija jew inkella jiffaċċja r-riskju li jkun imċaħħad l-aċċess għall-kotba elettroniċi ta’ kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi, jekk wieħed jassumi li tal-anqas l-Erba’ Pubblikaturi kollha kellhom l-istess inċentiv matul l-istess perjodu ta’ żmien, u li l-Amazon ma setax fl-istess ħin ikompli jkun miċħud aċċess anke għal parti biss tal-katalgu tal-kotba elettroniċi ta’ tal-anqas kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi. |
|
(10) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari, il-Kummissjoni esprimiet l-opinjoni preliminari li l-għan tal-Apple kien li ssib mod kif il-prezzijiet għall-konsumaturi jkunu fl-istess livell bħal tal-Amazon filwaqt li fl-istess ħin xorta jagħmel il-qligħ mixtieq. L-Apple kienet tkun taf li dan l-għan u l-għan ta’ kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi li jgħollu l-prezzijiet bl-imnut ’il fuq mil-livell stabbilit mill-Amazon (jew li jevita l-introduzzjoni ta’ prezzijiet irħas mill-Amazon) jista’ jinkiseb jekk l-Apple: (i) issegwi s-suġġeriment ta’ għall-inqas xi wħud mill-Erba’ Pubblikaturi li tidħol fis-suq għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi taħt il-mudell ta' aġenzija flok taħt il-mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa u (ii) infurmat lil kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi jekk kwalunkwe wieħed minn tal-anqas l-Erba' Pubblikaturi l-oħra kienu se jidħlu fi ftehim ta' aġenzija mal-Apple fl-Istati Uniti bl-istess termini ewlenin. |
L-Artikolu 101(1) u 101(3) tat-TFUE, Artikolu 53(1) u 53(3) tal-Ftehim ŻEE
|
(11) |
L-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li t-trasferiment konġunt għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi mill-mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa għall-mudell ta' aġenzija bl-istess termini ewlenin ta’ pprezzar fuq bażi globali, wassal għal prattika konċertata bl-għan li jew jogħlew il-prezzijiet bl-ingrossa tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE jew li jkun evitat li jitfaċċaw prezzijiet irħas tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE. |
|
(12) |
Il-prattika konċertata bejn u fost l-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple x'aktarx taffettwa ħafna l-kummerċ bejn l-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE. |
|
(13) |
Barra minn hekk, l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-Artikolu 101(3) tat-TFUE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE f’dan il-każ ma japplikawx peress li l-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti f'dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex sodisfatti. |
|
(14) |
It-tħassib tal-Kummissjoni identifikat fil-Valutazzjoni Preliminari mhux relatat mal-użu leġittimu tal-mudell ta' aġenzija għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi. Kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple jibqgħu liberi li jidħlu fi ftehimiet ta' aġenzija f’konformità mal-Impenji Finali sakemm dawk il-ftehimiet u d-dispożizzjonijiet tagħhom ma jiksrux il-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
|
(15) |
Barra minn hekk, il-Valutazzjoni Preliminari kienet bla ħsara għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu lill-pubblikaturi biex jistabbilixxu l-prezzijiet għall-konsumaturi tal-kotba elettroniċi skont id-diskrezzjoni tagħhom (“il-liġijiet RPM”). |
4. L-IMPENJI INIZJALI, IT-TEST TAS-SUQ U L-IMPENJI FINALI
|
(16) |
L-Erba' Pubblikaturi u Apple ma qablux mal-Valutazzjoni Preliminari tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2012. Madankollu, sabiex ikun indirizzat it-tħassib tal-Kummissjoni kif stabbilit f'dik il-Valutazzjoni Prelimari, bejn it-12 u t-18 ta' Settembru 2012, offrew l-Impenji Inizjali tagħhom. Wara t-tmiem tat-Test tas-Suq, bejn il-31 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Novembru 2012, il-partijiet issottomettew l-Impenji Finali. |
|
(17) |
L-elementi ewlenin tal-Impenji Inizjali offruti minn kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple huma kif ġej: |
|
(18) |
Kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple se jwaqqfu il-ftehimiet ta' aġenzija għall-bejgħ ta' kotba elettroniċi fiż-ŻEE konklużi bejn kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi u l-Apple. L-Apple se tinnotifika wkoll pubblikatur kbir internazzjonali ieħor tal-kotba elettroniċi li t-tali pubblikatur se jwaqqaf immedjatament il-ftehim ta' aġenzija tiegħu, u fil-każ li dan il-pubblikatur ma jipprovdix lill-Apple bl-avviż tal-waqfien, l-Apple se twaqqaf il-ftehim f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti hawnhekk. |
|
(19) |
Kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi se joffri lil kull bejjiegħ minbarra l-Apple l-opportunità li jwaqqaf kull ftehim ta' aġenzija konkluż għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi li (i) jirristrinġi, jillimita jew jimpedixxi l-kapaċità tal-bejjiegħ li jistabbilixxi, jibdel jew iraħħas il-prezz bl-imnut, jew li joffri kwalunkwe forma oħra ta’ promozzjoni, jew (ii) jinkludi kalwsola MFN dwar l-ipprezzar kif definit fl-Impenji Inizjali tal-Erba’ Pubblikaturi. Fil-każ li bejjiegħ jiddeċiedi li ma jużax l-opportunità li jwaqqaf tali ftehim, kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi se jwaqqfu f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih. |
|
(20) |
Għal perjodu ta’ sentejn (il-“cooling-off period”), kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi jimpenja ruħu li ma jirristrinġix, ma jillimitax jew ma jimpedixxix il-kapaċità tal-bejjiegħa ta’ kotba elettroniċi, jibdel jew iraħħas il-prezzijiet tal-kotba elettroniċi u/jew jirristrinġi, jillimita jew jimpedixxi l-kapaċità ta’ bejjiegħ ta’ kotba elettroniċi li joffri skonti fuq il-prezz jew kwalunkwe forma oħra ta’ promozzjoni. Fil-każ li, wara li jitwaqqfu l-ftehimiet imsemmija hawn fuq, kwalunkwe wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi jidħol fi ftehim ta' aġenzija mal-bejjiegħ tal-kotba elettroniċi, dak il-bejjiegħ tal-kotba elettroniċi se jkun jista’, għal perjodu ta’ sentejn, inaqqas il-prezzijiet għall-konsumaturi tal-kotba elettroniċi b’ammont aggregat ekwivalenti għat-total tal-kummissjonijiet li dak il-pubblikatur iħallas lil dak il-bejjiegħ tal-kotba elettroniċi għal perjodu ta’ mill-inqas sena, b’konnessjoni mal-bejgħ tal-kotba elettroniċi tiegħu lill-konsumaturi; u/jew l-użu tat-tali ammont biex joffri kwalunkwe forma oħra ta’ promozzjoni. |
|
(21) |
Għal perjodu ta’ ħames snin: (i) l-Erba’ Pubblikaturi ma jidħlu f’ebda ftehim għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi fiż-ŻEE li jinkludi xi tip ta’ klawsola MFN speċifikata fl-Impenji Iniżjali tal-Erba’ Pubblikaturi (il-prezz għall-konsumaturi, il-prezz bl-ingrossa u klawsoli MFN dwar is-sehem tal-kummissjoni/introjtu kif ukoll klawsoli MFN dwar il-mudell tan-negozju), u (ii) l-Apple ma tidħol fl-ebda ftehim dwar il-bejgħ ta’ kotba elettroniċi fiż-ŻEE li jinkludi klawsola MFN dwar il-prezz għall-konsumaturi kif speċifikat fl-Impenji Inizjali tal-Apple u tinforma lil kull pubblikatur rilevanti li mhiex se tinforza l'ebda ftehim ta' aġenzija għall-bejgħ tal-kotba elettroniċi fiż-ŻEE. |
|
(22) |
Bħala reazzjoni għat-Test tas-Suq, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn 14-il parti terza interessata, inkluż minn pubblikaturi ta’ kotba elettroniċi, bejjiegħa ta’ kotba elettroniċi, assoċjazzjonijiet kummerċjali u ċittadin privat wieħed. |
|
(23) |
L-osservazzjonijiet li waslu prinċipalment kienu relatati mal-waqfien tal-ftehimiet eżistenti ta' aġenzija, il-cooling-off period, l-iskop tal-projbizzjoni tal-klawsoli MFN dwar il-prezzijiet kif stabbilit fl-Impenji Inizjali, kif ukoll it-termini ta’ non-evażjoni u konformità. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll osservazzjonijiet oħra relatati ma’ ċerti definizzjonijiet fl-Impenji Inizjali tal-Apple u tal-Erba’ Pubblikaturi, kif ukoll għal kunsiderazzjonijiet oħra mhux relatati direttament mat-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha. Dawk il-kunsiderazzjonijiet kienu jikkonċernaw il-pożizzjoni b’saħħitha tal-Amazon fiż-ŻEE, l-impatt tal-Impenji Inizjali fuq id-diversità kulturali u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jintuża l-mudell ta' aġenzija għall-bejgħ ta’ kotba elettroniċi. |
|
(25) |
L-Impenji Finali huma differenti mill-Impenji Inizjali proposti fl-aspetti li ġejjin: l-Apple allinjat d-definizzjoni ta’ “ktieb elettroniku” ma’ dik użata minn kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u neħħiet l-karatterizzazzjoni tiegħa bħala “Fornitur Onlajn ta’ Ħanut tal-Kotba Elettroniċi”; u kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi neħħa l-projbizzjoni fuq il-klawsoli MFN dwar il-mudell tan-negozju. |
5. VALUTAZZJONI U PROPORZJONALITÀ TAL-IMPENJI FINALI
|
(26) |
Fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha, il-Kummissjoni esprimiet l-opinjoni preliminari li l-prattika konċertata possibbli fost u bejn l-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple kellha l-għan li tipprevjeni, tirristrinġi u tgħawweġ il-kompetizzjoni fiż-ŻEE. Sabiex telimina dan it-tħassib, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet tal-kompetizjoni li eżistew fiż-ŻEE qabel il-prattika konċertata possibbli għandhom jiġu sostanzjalment ristabbiliti (“risettjar kompetittiv”). |
|
(27) |
Kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple pproponew li jwettqu r-risettjar kompetittiv billi jwaqqfu l-ftehimiet rilevanti ta' aġenzija u billi jaqblu dwar ċerti restrizzjonijiet meta jinnegozjaw mill-ġdid l-arranġamenti kummerċjali tagħhom għall-kotba elettroniċi, kif stabbilit fl-Impenji Finali. Dawk il-limitazzjonijiet jinkludu projbizzjoni MFN tal-prezz għall-konsumaturi u, fir-rigward tal-Erba’ Pubblikaturi, cooling-off period. |
|
(28) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali offruti minn kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi u l-Apple se jnaqqsu sostanzjalment il-possibbiltà li kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi u l-Apple jistgħu jerġgħu joħolqu l-effetti tal-klawsola MFN dwar il-prezz bl-imnut, li fl-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni, aġixxiet bħala mezz ta’ impenn u biex tippermetti il-konverżjoni konġunta għall-mudell ta' aġenzija mal-istess termini ewlenin. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-klawsola MFN dwar il-prezz għall-konsumaturi li kienet tinsab fil-ftehimiet bejn l-Apple u kwalunkwe pubblikatur ieħor tal-kotba elettroniċi, se telimina inċentiv finanzjarju sinifikanti għal pubblikaturi oħra biex ikollhom bejjiegħa oħra fil-mudell ta' aġenzija. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali offruti min kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple, jekk jitqiesu flimkien, se joħolqu, fuq perjodu suffiċjenti ta’ żmien, kundizzjonijiet għal risettjar kompetittiv fiż-ŻEE. B’mod partikolari, tirriżulta f’inċertezza suffiċjenti dwar l-intenzjonijiet futuri tal-pubblikaturi u l-bejjiegħa rigward l-għażla tal-mudelli tan-negozju (jiġifieri, mudell ta’ bejgħ bl-ingrossa, ta' aġenzija jew mudell ġdid) u t-termini tal-ipprezzar użati fihom. L-Impenji Finali offruti minn kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi u l-Apple se jnaqqsu wkoll l-inċentivi għal kull wieħed mill-Erba' Pubblikaturi biex jerġgħu jinnegozjaw ftehimiet dwar il-kotba elettroniċi bl-istess termini ewlenin. |
|
(30) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali offruti minn kull wieħed mill-Erba’ Pubblikaturi u l-Apple huma adegwati (kemm rigward l-iskop tagħhom, kif ukoll rigward it-tul ta’ żmien tagħhom) biex ineħħu t-tħassib tal-Kummissjoni kif espress fil-Valutazzjoni Preliminari. Barra minn hekk, la l-Apple u l-ebda mill-Erba' Pubblikaturi ma offrew impenji inqas onerużi li indirizzaw ukoll b'mod adegwat dak it-tħassib. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat l-interessi ta’ partijiet terzi, inklużi dawk li wieġbu għat-Test tas-Suq. |
6. KONKLUŻJONI
|
(32) |
Id-deċiżjoni torbot l-impenji għal Apple, Hachette, Harper Collins, Holtzbrinck/Macmillan u Simon & Schuster għal perjodu totali ta’ ħames snin mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni, minbarra l-cooling-off period, li jkun jorbot għal perjodu totali ta’ sentejn mid-data tal-avviż tad-deċiżjoni. |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/21 |
ERKOLE II
Sejħa għal proposti
Taħriġ, Seminars u Konferenzi – Parti Legali
2013/C 73/08
1. Għanijiet u deskrizzjoni
Din is-Sejħa għall-proposti hija bbażata fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-Programm Erkole II (1), li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (2). Din is-sejħa għandha x’taqsam mat-Taqsima 9 tal-Programm ta' Ħidma Annwali kif ukoll l-attivitajiet skont l-Artikolu 1(a) (b) tad-Deċiżjoni Erkole II. L-attivitajiet jikkonsistu fl-organizzazzjoni ta’ taħriġ, seminars u konferenzi għall-appoġġ tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra kif ukoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta' prevenzjoni u sejba ta’ frodi.
2. Applikanti eliġibbli
Il-proposti eliġibbli għal finanzjament jistgħu jitressqu mill-applikanti li ġejjin:
|
— |
l-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali kollha ta' Stat Membru, ta' pajjiż li jkun se jaderixxi jew ta' pajjiż kandidat, li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; |
|
— |
l-istituti ta' riċerka u ta’ edukazzjoni kollha li kellhom personalità ġuridika għal tal-anqas sena u li jkunu stabbiliti u joperaw fi Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji; |
|
— |
il-korpi kollha li ma jagħmlux profitt u li jkollhom personalità ġuridika għal tal-anqas sena u jkunu stabbiliti legalment fi Stat Membru jew f'pajjiż barra l-Unjoni, u li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. |
L-applikanti minn pajjiżi ’il barra mill-Unjoni Ewropea jridu jkunu residenti fi:
|
1. |
stati fil-proċess ta’ adeżjoni; |
|
2. |
pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE; |
|
3. |
pajjiżi kandidati assoċjati mal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizzjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni Ewropea konklużi jew li jridu jiġu konklużi ma’ dawk il-pajjiżi. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
Il-Kummissjoni se tagħti għotjiet biex tappoġġa azzjonijiet ta’ taħriġ u studji fil-liġi mmirati lejn it-titjib u l-iżvilupp ta' protezzjoni legali u ġudizzjarja tal-interess finanzjarju tal-UE kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra. Eżempji ta' azzjonijiet li jistgħu jiġu kofinanzjati huma:
|
— |
Organizzazzjoni ta’ konferenzi u seminars; |
|
— |
Studji dwar il-liġi komparattiva, |
|
— |
It-tixrid, inkluża l-pubblikazzjoni, ta' għarfien xjentifiku dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; |
|
— |
Il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' perjodiċi xjentifiċi dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
L-organizzazjoni tal-laqgħa annwali mal-Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet tal-Liġi Kriminali Ewropea u l-protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE. |
Dawn l-attivitajiet huma eliġibbli għal finanzjament li jlaħħaq id-90 % tal-kosti eliġibbli. L-ammont totali tal-assistenza mogħtija mill-OLAF tal-Kummissjoni għal kull proġett mhuwiex se jaqbeż:
|
— |
EUR 50 000 għal seminar ta’ jum; EUR 100 000 għal seminar ta’ jumejn; |
|
— |
EUR 300 000 għal studju komparattiv tal-liġi; |
|
— |
EUR 25 000 għat-tixrid tal-għarfien espert; |
|
— |
EUR 60 000 għall-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' pubblikazzjoni perjodika mill-assoċjazzjonijiet għal sena waħda; |
|
— |
EUR 45 000 għal-laqgħa tal-presidenti tal-assoċjazzjonijiet. |
4. Kriterji għall-għoti
Se jintużaw il-kriterji tal-għoti li ġejjin biex jiġu eżaminati l-proposti:
|
1. |
Il-konsistenza tal-attività proposta b'rabta mal-għanijiet tal-programm; |
|
2. |
Il-komplementarjetà tal-attività proposta ma' attivitajiet megħjuna oħrajn; |
|
3. |
Il-fattibilità tal-attività proposta, jiġifieri l-possibbiltà reali li tista' titwettaq bl-użu tal-mezzi proposti; |
|
4. |
Il-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-attività proposta; |
|
5. |
Il-valur miżjud tal-attività proposta; |
|
6. |
Id-daqs tal-pubbliku fil-mira tal-attività proposta; |
|
7. |
L-aspetti transnazzjonali u multidixxiplinarji tal-attività proposta; |
|
8. |
L-ambitu ġeografiku tal-miżura proposta. |
Jekk bosta proġetti jkollhom mertu ndaqs fid-dawl ta' dawn il-kriterji tal-għoti, tista’ tingħata prijorità ta’ finanzjament, f’ordni dixxendenti, lil:
|
— |
proposti ta' natura transnazzjonali u multidixxiplinarja; |
|
— |
proposti li jippermettu distribuzzjoni ġeografika ġusta; |
|
— |
applikanti ma jkunux ingħataw għotja fis-snin ta' qabel għal proġett simili. |
5. Baġit
Fl-2013, il-Kummissjoni se tniedi Sejħa għal Proposti waħda għall-“Parti legali” tat-Taqsima tat-Taħriġ, Seminars u Konferenzi tal-programm ta' ħidma annwali. Hemm baġit ta' EUR 700 000 disponibbli għal proposti mressqa qabel l-iskadenza tat-30 ta' April 2013.
Fil-każ li l-baġit ma jkunx eżawrit wara l-ewwel Sejħa, huwa possibbli li titnieda Sejħa oħra fit-tielet kwart tal-2013,
Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tieħu l-forma ta' għotja.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Aktar tagħrif
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-formola tal-applikazzjoni tista’ titniżżel minn dan is-sit: http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/lawyers/index_en.htm
Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal tagħrif addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:
OLAF-FMB-HERCULE-LEGAL@ec.europa.eu
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida biex timtela l-Formola ta' Applikazzjoni fuq il-websajt tal-internet tal-OLAF jekk dawn ikunu rilevanti għal applikanti oħra.
7. Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
It-Tlieta, 30 ta' April 2013
Se jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet preżentati bl-użu tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif suppost mill-persuna intitolata li tidħol f'impenji li jorbtu legalment f'isem l-organizzazzjoni li qed titfa’ l-applikazzjoni.
(1) C(2013) 612 tas-7 ta’ Frar 2013: Deċiżjoni ta’ Finanzjament għall-2013 ta’ Erkole II.
(2) ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18.