|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.070.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 070/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6808 – PAI Partners/Industrial Parts Holding) ( 1 ) |
|
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2013/C 070/02 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Bank Ewropew tal-Investiment |
|
|
2013/C 070/10 |
Sejħa għal proposti – It-Tieni Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 070/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6865 – Oaktree/Countryside) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2013/C 070/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6796 – Aegean/Olympic II) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 070/13 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6808 – PAI Partners/Industrial Parts Holding)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 70/01
Fil-11 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6808. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Diċembru 2012
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment
(CON/2012/103)
2013/C 70/02
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-11 u t-18 ta’ Settembru 2012, il Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) rċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza ta’ prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi u jiżgura li investituri fil-livell ta' konsumatur jkunu jistgħu jifhmu l-karatteristiċi ewlenin u r-riskji ta’ prodotti ta’ investiment u jqabblu l-karatteristiċi ta’ prodotti differenti. Id-divulgazzjoni xierqa tiffaċilita l-protezzjoni tal-konsumatur, li għandha rwol ewlieni fiż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.
Kummenti speċifiċi
1. Konsistenza ma’ inizjattivi leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea
|
1.1. |
Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn setgħat superviżorji adegwati, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, sabiex il-promozzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ xi strumenti finanzjarji jiġu pprojbiti jew limitati f’każ ta’ theddida għall-funzjonament bla xkiel ta’ swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha jew il-protezzjoni tal-investitur (2). Il-BĊE jemfasizza l-importanza li jiġi żgurat illi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizżzi finanzjarji tagħti setgħat ta’ intervenzjoni adegwati lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. B’mod partikolari, is-superviżuri bankarji u tal-assigurazzjoni jistgħu jiksbu setgħat ta’ intervenzjoni simili għal dawk assenjati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju (minn hawn “il quddiem il-‘MiFIR propost”) (3). |
|
1.2. |
Minbarra l-armonizzazzjoni ta’ informazzjoni prekontrattwali mdaħħla mir-regolament propost, il-BĊE jirrakkomanda illi r-rekwiżiti tal-imġieba tas-suq fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti finanzjarji għandu jsir ukoll konsistenti fis-setturi tas-servizzi finanzjarji billi, fejn xieraq, jiġu segwiti miżuri li jkunu diġà ġew proposti (4). |
|
1.3. |
Finalment, għandhom ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn tipi differenti ta' prodotti ta' investiment bil-ħsieb li jiġi evitat arbitrage regolatorju għad-detriment tal-prodotti ta’ investiment li mhumiex koperti mir-regolament propost, bħal ma huma l-istrumenti finanzjarji mhux komplessi. Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal kategoriji oħrajn ta' prodotti finanzjarji taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti għandhom ikunu kkumplimentati mid-dokument standardizzat dwar l-informazzjoni ewlenija (KID – key information document) introdott mir-regolament propost. Dan jista’, b’mod partikolari, jirrigwarda l-prodotti koperti minn Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li jemenda d-Direttiva 2001/34/KE (5) u d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (6). |
2. Responsabbiltà għall-produzzjoni tal-KID
Ir-regolament propost jassenja r-responsabbiltà għat-tħejjija tal-KID lill-manifattur tal-prodott ta’ investiment li huwa wkoll responsabbli fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija (7). Madankollu, l-investituri fil-livell ta’ konsumatur huma f’kuntatt dirett mad-distributuri, u mhux mal-manifatturi, ta’ prodotti ta’ investiment. Għalhekk, id-distributur ta’ prodott ta’ investiment għandu jkun ukoll responsabbli biex jiżgura illi investitur fil-livell ta’ konsumatur ikollu mod effettiv biex jippreżenta lment kontra l-manifattur fir-rigward tal-KID u biex iniedi proċedura ta’ rimedju. Barra minn dan, il-BĊE iqis illi l-arranġament propost għandu jippermetti proċeduri ta’ rimedju effettivi wkoll f’każ ta’ tilwim transkonfinali, b’mod partikolari fejn il-manifattur jinsab fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.
3. Kontenut tal-KID
Il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jitlob lill-KID b’mod espliċitu biex jinkludi l-elementi li ġejjin: (i) ir-riskji tal-kontroparti, operattivi u tal-likwidità li jeffettwaw il-prodott ta’ investiment; (ii) is-sensittività tal-prestazzjoni tal-prodotti għal xenarji ta’ stress effettivi; u (iii) il-komponent leveraged tal-prodott sakemm dan il-komponent jista’ jimmultiplika r-riskji applikabbli. Komponenti ta' informazzjoni addizzjonali bħal dawn ser jiżguraw illi l-KID ma jwassalx lil investituri biex jiddependu b’mod eċċessiv fuq ix-xejriet tal-prestazzjoni tal-imgħoddi u li jagħti deskrizzjoni kompleta u ġusta tar-riskji relatati ma’ prodotti ta’ investiment.
4. Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi
Il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost għandu jiġi emendat sabiex jiżgura l-armonizzazzjoni ma' leġiżlazzjoni tal-Unjon oħra proposta (8) li tintroduċi sanzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet amministrattivi bil-flus.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Diċembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) KUMM(2012) 352 finali.
(2) Ara l-paragrafu 12.1 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2012/21 tat-22 ta’ Marzu 2012 dwar (i) proposta għal direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ii) proposta għal regolament dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju, (iii) proposta għal direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq u (iv) proposta għal regolament dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3). L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu
(3) KUMM(2011) 652 finali, ara l-Artikoli 31 u 32.
(4) Ara, pereżempju, ir-regoli dwar l-ambitu permess għal servizzi li jikkonsistu biss fit-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti u li huma offruti minn ditti tal-investiment li jinsab fl-Artikolu 25(3) tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM(2011) 656 finali (minn hawn ‘il quddiem il-“MiFID proposta”).
(5) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(6) ĠU L 335, 17.12.2009, p.1. Ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 183 sa 185.
(7) Ara l-Artikolu 5 tar-regolament propost.
(8) Ara l-Artikolu 75(2) (e) u (f) tal-MiFID propost. Ara wkoll l-Artikolu 99a(2) (e) u (f) li ser jiġu inseriti fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il- koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32) mill-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet, COM(2012) 350 final (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta UCITS V”).
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BCE (1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 25 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“Artikolu 25 1. Erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tinkludi stħarriġ ġenerali dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u tqis l-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi. Fir-rigward tal-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-analiżi għandha tivvaluta jekk l-arranġamenti tranżizzjonali skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament għandhomx jiġu mtawwla, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe aġġustament meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jistgħu jiġu mibdula minn jew meqjusa ekwivalenti għad-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investitur skont dan ir-Regolament. L-analiżi għandha wkoll tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħra. 2. Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkompanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.’ |
“Artikolu 25 1. Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-merti ta’: (i) l-introduzzjoni ta’ dokumenti standardizzati bit-tagħrif ewlieni skont ir-regoli introdotti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kategoriji ta’ strumenti finanzjarji mhux koperti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti koperti mid-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2009/138/KE; (ii) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti armonizzati dwar l-imġieba tas-suq fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti finanzjarji; u (iii) l-għoti ta’ setgħat lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jintervjenu fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti finanzjarji, inkluż permezz ta’ projbizzjonijiet ta’ prodotti introdotti fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja, billi jitqiesu s-setgħat introdotti f’dan ir-rigward mir-Regolament (UE) Nru xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivatitivi OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitaorji ta’ tan-negozju (2). 1 2. Erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tinkludi stħarriġ ġenerali dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u tqis l-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi. Fir-rigward tal-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-analiżi għandha tivvaluta jekk l-arranġamenti tranżizzjonali skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament għandhomx jiġu mtawwla, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe aġġustament meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jistgħu jiġu mibdula minn jew meqjusa ekwivalenti għad-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investitur skont dan ir-Regolament. L-analiżi għandha wkoll tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħra. 2 3. Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkompanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spjegazzjoni Għandhom ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn tipi differenti ta' prodotti ta' investiment bil-ħsieb li jiġi evitat arbitrage regolatorju għad-detriment tal-prodotti ta’ investiment li mhumiex koperti mir-regolament propost, bħalma huma l-istrumenti finanzjarji mhux komplessi. Rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal kategoriji oħrajn ta' prodotti finanzjarji taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti għandhom ikunu kkumplimentati mill-KID standardizzat introdott mir-regolament propost. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti tal-imġieba tas-suq li jirrigwardaw il-bejgħ ta’ prodotti finanzjarji għandhom jiġu introdotti b’mod armonizzat fir-rigward ta’ sett ta’ prodotti definit b’mod wiesa’. L-ASEi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom fl-istess waqt jingħataw setgħat biex jintervjenu fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti finanzjarji, inkluż permezz tal-projbizzjoni tagħhom minħabba tħassib lijirrigwarda l-protezzjoni tal-investitur u l-istabbiltà finanzjarja. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv għaddej li fih dawn ir-rekwiżiti tal-imġieba tas-suq u s-setgħat ta’ intervenzjoni superviżorja ser jiġu introdotti permezz tal-MiFIR propost. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 8(2) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“2. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
|
“2. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spjegazzjoni Il-komponenti ta' informazzjoni addizzjonali ser jiżguraw illi l-KID ma twassalx lil investituri biex jiddependu b’mod eċċessiv fuq ix-xejriet tal-prestazzjoni tal-imgħoddi u li jagħti deskrizzjoni kompleta u ġusta tar-riskji relatati ma’ prodotti ta’ investiment. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 14 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“Artikolu 14 Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment għandu jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti xierqali jiżguraw li l-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkunu ssottomettew ilment fir-rigward tad-dokument bit-tagħrif ewlieni jirċievu tweġiba sostantiva fil-waqt u b’mod xieraq.” |
“Artikolu 14 Il-manifattur tal-prodott ta’ investiment u d-distributur għandu hom jistabbilixxi u proċeduri u arranġamenti xierqa li jiżguraw li: (i) l-investituri fil-livell ta’ konsumatur ikollhom mezz effettiv biex jissottomettu lment kontra l-manifattur tal-prodott ta’ investiment u b’hekk li jibdew proċedura ta’ rimedju; (ii) l-investituri fil-livell ta' konsumatur li jkunu ssottomettew ilment fir-rigward tad-dokument bit-tagħrif ewlieni jirċievu tweġiba sostantiva fil-waqt u b’mod tempestiv u xieraq; u (iii) proċeduri ta’ rimedju effettivi huma ukoll disponibbli għal investituri fil-livell ta’ konsumatur f’każ ta’ tilwim transkonfinali, b’mod partikolari fejn il-manifattur tal-prodott ta’ investiment jinsa fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spjegazzjoni Ir-regolament propost jassenja r-responsabbiltà għat-tħejjija tal-KID lill-manifattur tal-prodott ta’ investimentli li huwa wkoll responsabbli fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija. Madankollu, l-investituri fil-livell ta’ konsumatur huma f’kuntatt dirett mad-distributuri, u mhux mal-manifatturi, ta’ prodotti ta’ investiment. Għalhekk, id-distributur ta’ prodott ta’ investiment għandu jkun ukoll responsabbli biex jiżgura illi investitur fil-livell ta’ konsumatur ikollu mod effettiv biex jippreżenta lment kontra l-manifattur fir-rigward tal-KID u biex iniedi proċedura ta’ rimedju. Il-proċeduri ta’ rimedju għandhom ikunu wkoll effettivi f’każ ta’ tilwim transkonfinali, b’mod partikolari fejn il-manifattur tal-prodott ta’ investiment jinsab fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 19(2) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jimponu mill-inqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:
|
“2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jimponu mill-inqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spjegazzjoni L-emendi rakkomandati jiżguraw l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi bil-flus ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra proposta, b’mod partikolari il-MiFID proposta u d-direttiva proposta UCITS V. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) ĠU L ..., ..., p. ....”
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/9 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Marzu 2013
2013/C 70/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3090 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,50 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4573 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87100 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,3239 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2355 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4435 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,443 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
297,64 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7010 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1380 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3587 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3490 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2738 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3470 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1525 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5789 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6317 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 427,23 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,8996 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1413 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5908 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 676,07 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0658 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,221 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,1213 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,903 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5578 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,6598 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,1770 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2012 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-każ COMP/39.966 – Switchgear Iżolati bil-Gass (Multi)
Rapportatur: L-Irlanda
2013/C 70/04
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tista' tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-2003 għandha tintuża bħala s-sena ta’ referenza għall-iskop tal-kalkolu tal-multa għal dawk indirizzati mill-abbozz ta’ deċiżjoni. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/11 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
COMP/39.966 – Switchgear Iżolati bil-Gass (adozzjoni mill-ġdid ta' multi)
2013/C 70/05
L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni preċedenti tal-24 ta' Jannar 2007 (2) fil-każ Switchgear Iżolati bil-gass. L-emendi jikkonċernaw biss iż-żewġ kumpaniji Mitsubishi Electric Corporation (“Melco”) u Toshiba Corporation (“Toshiba”).
Fid-Deċiżjoni preċedenti l-Kummissjoni sabet li 20 entità legali (li jappartjenu lil għaxar impriżi, b'xi entitajiet legali miżmuma responsabbli bħala kumpaniji prinċipali) kienu ħadu sehem fi ftehim ta’ kartell fl-industrija ta’ Switchgear Iżolati bil-Gass. Il-Kummissjoni imponiet multi, inter alia, fuq Melco u Toshiba.
Fil-Każ T-113/07 Toshiba Corp. vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Każ T-133/07 Mitsubishi Electric Corp. vs il-Kummissjoni Ewropea l-Qorti Ġenerali fit-12 ta' Lulju 2011 kkonfermat is-sejba li Toshiba u Melco kienu kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE [issa l-Artikolu 101 tat-TFUE) iżda annullat l-impożizzjoni ta' multi fuq Toshiba u Melco, peress li l-Kummissjoni kienet kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali, meta għażlet is-sena ta' referenza għall-kalkolu tal-multa.
Fil-15 ta' Frar 2012 il-Kummissjoni infurmat lil Melco u Toshiba permezz ta’ ittri tal-fatti li kellha l-intenzjoni li terġa' timponi mill-ġdid multi fuq iż-żewġ impriżi għall-ksur ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali. L-ittri tal-fatti ddeskrivew iċ-ċirkostanzi, parametri u metodu ta' kalkolu rilevanti għall-iffissar tal-multi u taw liż-żewġ impriżi l-opportunità li jissottomettu l-kummenti sas-16 ta’ Marzu 2012. Fuq it-talba ta’ Toshiba din l-iskadenza ġiet estiża sat-23 ta' Marzu 2012.
Fil-15 ta' Marzu 2012 Toshiba sottomettiet lill-Uffiċjal tas-Seduta li ittra tal-fatti mhix xierqa f’din is-sitwazzjoni u li deċiżjoni ġdida dwar multa għandha tkun preċeduta minn stqarrija ta' Oġġezzjonijiet li għaliha Toshiba għandha tkun intitolata twieġeb.
Jien irrispondejt lil Toshiba fis-16 ta’ Marzu 2012 billi ddikjarajt li dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet ma kinitx meħtieġa fil-każ preżenti minħabba li l-Kummissjoni ma kinetx qed tqajjem xi oġġezzjonijiet ġodda kontra Toshiba, barra minn dawk li fuqhom Toshiba kienet diġà mismugħa fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, Toshiba ngħatat l-opportunità li tgħarraf bil-miktub il-fehmiet tagħha dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li timponi multa ġdida.
Għalhekk nikkonkludi li d-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali tagħhom u dak id-dritt tagħhom li jinstemgħu ġie rrispettat.
Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikoli 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 tal-24 ta' Jannar 2007. Sommarju tad-Deċiżjoni ġie ppubblikat (ĠU C 5, 10.1.2008, p. 7).
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/12 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-27 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali tal-24 ta’ Jannar 2007 li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corporation u lil Toshiba Corporation
(Kawża COMP/39.966 – Switchgear Iżolat bil-Gass – Multi)
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4381)
(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 70/06
Fis-27 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali tal-24 ta’ Jannar 2007 li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corporation u lil Toshiba Corporation. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni b’dan qiegħda tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kuntest ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tal-interessi kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni temenda d-Deċiżjoni C(2006) 6762 tal-24 ta’ Jannar 2007 sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corporation (Melco) u lil Toshiba Corporation (Toshiba) (minn hawn ’il quddiem id-Deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007). |
|
(2) |
Fis-sentenzi tagħha fil-Kawża T-113/07 Toshiba Corp. vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Kawża T-133/07 Mitsubishi Electric Corp. vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li saru fl-Artikoli 1(l) u (s) tad-Deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007, li Melco u Toshiba kisru l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw, mill-15 ta’ April 1988 sal-11 ta’ Mejju 2004, f’kumpless ta’ ftehimiet u prattiċi miftiehma fis-settur Switchgear Iżolati bil-Gass fiż-ŻEE. Madankollu, il-Qorti Ġenerali annullat il-multi imposti fuq Melco u Toshiba għal din l-infrazzjoni fid-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 minħabba ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-għażla tas-sena ta’ referenza għall-iskop tal-kalkolu tal-multa imposta fuq Melco u Toshiba. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tirrimedja l-iżball fl-għażla tas-sena ta’ referenza u timponi mill-ġdid multa fuq Melco u Toshiba għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur stabbilit fid-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(4) |
L-intenzjoni tal-Kummissjoni li timponi mill-ġdid multa fuq Melco u Toshiba kif ukoll il-parametri tal-kalkolu tagħhom ġew ikkomunikati lil Melco u Toshiba f’ittra tal-Fatti fil-15 ta’ Frar 2012, li għaliha Melco wieġeb fis-16 ta’ Marzu 2012 u Toshiba fit-23 ta’ Marzu 2012. |
|
(5) |
Saret laqgħa dwar is-sustanza tal-Ittra tal-Fatti mar-rappreżentanti ta’ Melco u Toshiba fit-8 ta’ Ġunju 2012 u fit-12 ta’ Ġunju 2012 rispettivament. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ b’opinjoni favorevoli fid-19 ta’ Ġunju 2012. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(7) |
Kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007, Melco u Toshiba kisru l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw, mill-15 ta’ April 1988 sal-11 ta’ Mejju 2004, f’kumpless ta’ ftehimiet u prattiċi miftiehma fis-settur Switchgear Iżolati bil-Gass fiż-ŻEE. |
|
(8) |
Fid-Deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007, Melco u Toshiba kienu miżmuma unikament responsabbli għall-involviment tagħhom fil-ksur bejn il-15 ta’ April 1988 u l-1 ta’ Ottubru 2002, u flimkien u separatament responsabbli għall-ksur kommess minn TM T&D (2) bejn l-1 ta’ Ottubru 2002 u l-11 ta’ Mejju 2004. |
2.3. Destinatarji
|
(9) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni huma Melco u Toshiba. |
2.4. Rimedji
|
(10) |
Biex tiġi kkalkulata l-multa fuq Melco u Toshiba, il-Kummissjoni tapplika l-Linji Gwida tal-Multi tal-1998, li kienu wkoll applikabbli għall-kalkolu tal-multa imposta fid-Deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 (3). |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(11) |
Is-serjetà tal-ksur hija waħda serja ħafna. |
|
(12) |
Minħabba t-tul tal-ksur, il-Kummissjoni tapplika żieda ta’ 140 % għall-perjodu tar-responsabbiltà unika ta’ Melco u Toshiba u 15 % għall-perjodu tagħhom ta’ responsabbiltà in solidum. |
2.4.2. Ċirkostanzi aggravanti
|
(13) |
Ma hemm l-ebda ċirkustanzi aggravanti f’dan il-każ |
2.4.3. Ċirkustanzi li jimmitigaw
|
(14) |
Ma hemm l-ebda ċirkustanzi li jimmitigaw f’dan il-każ |
2.4.4. Żieda speċifika bħala deterrent
|
(15) |
Huwa applikat multiplikatur għal deterrenza kemm għal Melco kif ukoll għal Toshiba minħabba l-fatturati tagħhom fuq livell dinji. |
2.4.5. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(16) |
La fil-każ ta’ Melco u lanqas ta’ Toshiba, il-multa ma tilħaq l-10 % tal-fatturati rispettivi tagħhom fuq livell dinji. |
2.4.6. L-Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2002: tnaqqis ta’ multi
|
(17) |
L-ebda tnaqqis skont l-Avviż ta’ Klemenza tal-2002 ma huma mogħtija. |
3. DEĊIŻJONI
|
(18) |
Għall-ksur wieħed u kontinwu stabbilit fid-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 ġew imposti l-multi li ġejjin:
|
(2) TM T&D Corporation kienet impriża konġunta 50/50 bejn Melco u Toshiba. Kienet responsabbli għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-SIG. Hi bdiet topera fl-1 ta' Ottubru 2002. Sussegwentement kienet ġiet xolta fit-30 ta’ April 2005 u l-assi tagħha kienu akkwistati minn Melco u Toshiba.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/14 |
Proċedura nazzjonali Portugiża għall-allokazzjoni ta’ drittijiet limitati tat-traffiku tal-ajru
2013/C 70/07
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika l-proċedura nazzjonali li ġejja għad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku fost it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea eliġibbli, fejn huma limitati permezz ta’ ftehimiet tas-servizzi tal-ajru ma’ pajjiżi terzi.
MINISTERU TAL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-IMPJIEGI
Digriet-Liġi Nru 116/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012
L-ivvjaġġar bl-ajru jissodisfa l-ħtiġijiet u jwettaq il-funzjonijiet li l-importanza tagħhom fil-kuntest politiku u ġeografiku ta’ pajjiżna tiġġustifika l-impenn tal-Istat biex ifassal miżuri istituzzjonali li jippermettulu jagħmel l-aktar passi xierqa sabiex jintlaħaq bilanċ ġust bejn il-ħafna interessi, kemm pubbliċi kif ukoll privati, marbutin ma’ attivitajiet tat-trasport bl-ajru b’mod ġenerali.
Madankollu, il-kwistjonijiet relatati mat-trasport bl-ajru, b’mod partikolari l-aspett ta’ aċċess għas-suq, bħalissa għadhom regolati, fil-qasam tat-trasport bl-ajru mhux Komunitarju, permezz tad-Digriet-Liġi Nru 66/92 tat-23 ta’ April 1992.
L-aspetti kollha tal-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija hawn fuq inbidlu b’mod sinifikanti wara li l-Unjoni Ewropea introduċiet regoli fil-qasam tat-trasport bl-ajru intra-Komunitarju, li jirregolaw l-aċċess għas-suq Komunitarju fit-trasport bl-ajru permezz tal-pubblikazzjoni ta’ tliet pakketti leġiżlattivi, fejn l-aktar wieħed reċenti minnhom huwa magħruf bħala “it-tielet pakkett għal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fil-Komunità” u aktar reċentement permezz tal-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità.
Dan ir-Regolament Komunitarju tal-aħħar, minbarra li jagħmel bidliet fis-sistema, jikkonsolida fi strument legali uniku s-sistemi preċedenti li kienu jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 2407/92 dwar liċenzjar ta’ air carriers, ir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji u r-Regolament (KEE) Nru 2409/92, ilkoll tat-23 ta’ Lulju 1992.
Minħabba li ma saret ebda bidla sa issa, it-trasport bl-ajru mhux Komunitarju għadu regolat permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fid-Digriet-Liġi msemmi hawn fuq, minkejja r-regoli stabbiliti rispettivament fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru u strumenti legali u amministrattivi bilaterali u multilaterali relatati oħrajn u strumenti amministrattivi konklużi bejn l-Istati fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif ukoll dawk konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u pajjiżi terzi.
Għalhekk, skont is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet C-466/98, C-467/98, C 468/98, C-469/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, huwa ċar li l-Komunità għandha l-kompetenza fir-rigward ta’ diversi aspetti li għandhom ikunu preżenti fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.
Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, ġie ppubblikat sussegwentament f’dak is-sens.
Għalhekk, fejn jirriżulta li s-suġġett ta’ ftehim jaqa’ parzjalment taħt il-kompetenza tal-Komunità u parzjalment taħt dik tal-Istati Membri tagħha, huwa essenzjali li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komunità, kif meħtieġ permezz tar-Regolament imsemmi hawn fuq.
Ir-Regolament jipprovdi wkoll li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti għad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku bejn it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji, filwaqt li jissalvagwardjaw il-ħtieġa, fl-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri, li tiġi ppreservata l-kontinwità tas-servizzi bl-ajru.
Għalhekk, huwa ċar li r-regoli nazzjonali skont id-Digriet-Liġi Nru 66/92 tat-23 ta’ April 1992 huma totalment fi żbilanċ mar-rekwiżiti l-ġodda fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku fil-kuntest tat-trasport bl-ajru mhux Komunitarju minħabba li saru qabel ir-regoli aktar reċenti li jirregolaw in-negozjar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tas-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, saħansitra jmur kontra l-liġi Komunitarja, li jfisser li jeħtieġ li jiġi armonizzat u jinġieb f’konformità mal-qafas kollu tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ.
L-għan ewlieni ta’ dan id-Digriet-Liġi għalhekk huwa li jistabbilixxi qafas legali nazzjonali li jinkorpora l-qafas Komunitarju l-ġdid fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku u jibni fuq dan mill-perspettiva tal-interess nazzjonali b’mod li huwa konsistenti mal-prinċipji tal-liġi Komunitarja.
Minħabba li s-suq tat-trasport bl-ajru mhux Komunitarju għandu jkun is-suġġett ta’ regoli tal-liġi li huma konsistenti u interdipendenti, sabiex jikkostitwixxu sistema regolatorja waħda, dan id-Digriet-Liġi għandu l-għan li joħloq sistema li tikkjarifika u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku fil-kuntest ta’ attivitajiet skedati tat-trasport bl-ajru mhux Komunitarju.
Jipprovdi li l-iżvolġiment ta’ attivitajiet skedati tat-trasport bl-ajru mhux Komunitarji huwa soġġett għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni operattiva mill-Istitut tal-Avjazzjoni Ċivili Nazzjonali (INAC), I.P.
F’termini ta’ aċċess għas-suq, japplika l-prinċipju ta’ trattament mhux diskriminatorju, fejn it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji kollha jingħataw aċċess għar-rotot disponibbli fil-ftehimiet tas-servizzi bl-ajru konklużi mill-Portugall.
Għalhekk, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tad-29 ta’ April 2004, dan id-Digriet-Liġi jistabbilixxi proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti għad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku f’sitwazzjonijiet fejn ftehim tas-servizzi bl-ajru, jew kwalunkwe emenda fih, jipprovdi għal limitazzjoni kwantitattiva fl-użu tad-drittijiet tat-traffiku disponibbli jew fl-għadd ta’ trasportaturi bl-ajru eliġibbli biex jibbenefikaw minn dawk id-drittijiet tat-traffiku.
Jipprovdi b’mod ċar ukoll li t-trasportaturi bl-ajru jistgħu, meta jkunu awtorizzati permezz tal-ftehim tas-servizzi bl-ajru u skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, jikkonkludu ftehimiet kummerċjali privati ma’ xulxin, bħall-kombinament tas-servizzi bl-ajru u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċijiet, għall-finijiet ta’ rotot skedati operattivi taħt awtorizzazzjoni operattiva unika miżmuma bejniethom b’mod konġunt, kif stipulat fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008.
Fl-aħħar nett, jistabbilixxi skema ta’ penali relatata mal-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi skedati bl-ajru mhux Komunitarji, fejn il-ksur jiġi kkaratterizzat skont kemm ikun hemm ħtieġa li l-interessi jiġu protetti.
L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-settur u l-korpi governattivi tar-Reġjuni Awtonomi ġew ikkonsultati.
Għalhekk:
Skont l-Artikolu 198(1)(a) tal-Kostituzzjoni Portugiża, il-Gvern hawnhekk jiddisponi kif ġej:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan id-Digriet-Liġi jistabbilixxi l-qafas legali għal aċċess għas-suq u għad-drittijiet tat-traffiku operattivi fi trasport bl-ajru skedat mhux Komunitarju.
2. Dan id-Digriet-Liġi japplika għal trasportaturi bl-ajru Komunitarji li għandhom il-ħsieb li joperaw servizzi bl-ajru skedati fuq rotot fejn il-Portugall ikun l-oriġini jew id-destinazzjoni.
3. Dan id-Digriet-Liġi ma japplikax għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fuq rotot intra-Komunitarji kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008.
Artikolu 2
Definizzjonijiet u taqsiriet
Għall-finijiet ta’ dan id-Digriet-Liġi, id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill qegħdin b’dan jiġu adottati, flimkien ma’ dawn li ġejjin:
|
a) |
“Awtorizzazzjoni operattiva għal servizzi bl-ajru skedati” tfisser dritt mogħti lil trasportatur bl-ajru biex jopera servizzi bl-ajru skedati mhux Komunitarji; |
|
b) |
“Deżinjazzjoni” tfisser l-att li bih il-Portugall jinnotifika lill-Istat l-ieħor parteċipanti għall-ftehim tas-servizzi bl-ajru dwar l-impriża jew l-impriżi li jkunu ngħatawlhom id-drittijiet tat-traffiku disponibbli fil-ftehim. |
|
c) |
“Dritt tat-traffiku” tfisser id-dritt li jiġu operati servizzi bl-ajru bejn żewġ ajruporti. Għadd ta’ ajruporti (sistema ta’ ajruporti) li jservu l-istess lokalità jitqiesu bħala ajruport wieħed, kif stabbilit fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru. Dritt tat-traffiku huwa mfisser bħala speċifikazzjoni ġeografika jew fiżika, jew kombinament ta’ speċifikazzjonijiet, li jidentifika l-għadd ta’ trasportaturi bl-ajru li għandhom jinħatru, u l-kapaċità u l-iskop tat-trasport li għandu jitwettaq; |
|
d) |
“IATA (International Air Transport Association)” tfisser l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru; |
|
e) |
“INAC, I.P.” tfisser l-Instituto Nacional de Aviação Civil (l-Istitut tal-Avjazzjoni Ċivili Nazzjonali); |
|
f) |
“L-istaġun tax-xitwa tal-IATA” tfisser il-perjodu bejn l-aħħar Ħadd ta’ Ottubru u l-aħħar Sibt ta’ Marzu; |
|
g) |
“L-istaġun tas-sajf tal-IATA” tfisser il-perjodu bejn l-aħħar Ħadd ta’ Marzu u l-aħħar Sibt ta’ Ottubru; |
|
h) |
“Trasportatur tal-ajru operattiv” tfisser trasportatur tal-ajru li jwettaq jew li għandu l-intenzjoni li jwettaq titjira taħt kuntratt ma’ passiġġier jew f’isem persuna legali jew fiżika oħra li jkollha kuntratt ma’ dak il-passiġġier; |
|
i) |
“Servizz bl-ajru skedat” tfisser serje ta’ titjiriet li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
|
j) |
“Servizz bl-ajru skedat mhux Komunitarju” tfisser servizz bl-ajru skedat ipprovdut bejn punti li jinsabu fil-Portugall u punti li jinsabu fit-territorju ta’ pajjiż ieħor jew pajjiżi oħrajn. |
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONI OPERATTIVA GĦAL SERVIZZI BL-AJRU SKEDATI MHUX KOMUNITARJI
TAQSIMA I
Proċeduri
Artikolu 3
Awtorizzazzjoni operattiva
1. L-operazzjoni ta’ servizzi bl-ajru skedati mhux Komunitarji hija soġġetta għal awtorizzazzjoni maħruġa mill-INAC, I.P.
2. Awtorizzazzjonijiet operattivi mogħtija taħt dan id-Digriet-Liġi m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 4
Obbligu ta’ rappurtar
L-INAC, I.P. għandu jippubblika u jżomm fuq il-websajt tiegħu informazzjoni aġġornata relatata mad-drittijiet tat-traffiku li huma disponibbli għall-operazzjoni:
|
a) |
Il-programm ta’ negozjati bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru li huma ppjanati ma’ pajjiżi terzi; |
|
b) |
L-inventarju ta’ drittijiet tat-traffiku li huma disponibbli għall-operazzjoni; |
|
c) |
It-talbiet għal awtorizzazzjonijiet operattivi sottomessi skont it-termini ta’ dan id-Digriet-Liġi; |
|
d) |
Il-lista ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt it-termini ta’ dan id-Digriet-Liġi; |
|
e) |
Kull deċiżjoni tal-INAC, I.P. li tibdel jew tirtira l-awtorizzazzjonijiet skont it-termini ta’ dan id-Digriet-Liġi; |
|
f) |
Id-deċiżjonijiet ta’ appelli quddiem il-qorti kif previst fl-Artikolu 13 ta’ dan id-Digriet-Liġi. |
Artikolu 5
Applikazzjoni
1. Trasportaturi bl-ajru Komunitarji li għandhom l-intenzjoni li joperaw dritt tat-traffiku wieħed jew aktar minn wieħed ippubblikati skont it-termini tal-Artikolu preċedenti għandhom jissottomettu applikazzjoni f’dan is-sens lill-INAC, I.P, bil-Portugiż, li jkun fiha dan li ġej:
|
a) |
L-identifikazzjoni tal-applikant; |
|
b) |
Id-dettalji tas-servizzi bl-ajru skedati li għandu l-intenzjoni li jopera; |
|
c) |
Id-dettalji tan-natura tat-traffiku li għandu jiġi ttrasportat mill-applikant; |
|
d) |
Id-dettalji tal-istaġun jew staġuni tal-IATA li l-applikant jixtieq jopera fihom; |
|
e) |
Id-data maħsuba għall-bidu tal-operazzjonijiet. |
2. L-applikazzjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mid-dokumenti li ġejjin:
|
a) |
Awtorizzazzjoni operattiva valida maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 jew ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008; |
|
b) |
Ċertifikat ta’ operatur bl-ajru li jkun validu u xieraq għall-operazzjoni tas-servizzi bl-ajru skedati koperti mill-applikazzjoni; |
|
c) |
Dokument li jistabbilixxi li s-sitwazzjoni tal-applikant fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali hija konformi mal-liġi Portugiża; |
|
d) |
Dikjarazzjoni li tistabbilixxi li s-sitwazzjoni tal-applikant fir-rigward tat-taxxa hija konformi mal-liġi Portugiża. |
3. L-applikazzjoni għandha tkun appoġġata wkoll minn dan li ġej:
|
a) |
L-iskeda operattiva għas-servizzi bl-ajru li saret applikazzjoni għalihom mill-applikant li tispeċifika l-ġranet tal-operat, l-iskedi u l-inġenji tal-ajru li għandhom jintużaw, il-konfigurazzjoni tal-kabina tal-passiġġieri, l-għadd ta’ sitijiet offruti u l-kapaċità tal-merkanzija; |
|
b) |
Il-previżjonijiet tat-traffiku; |
|
c) |
L-istruttura tat-tariffi li għandhom jiġu applikati mill-applikant; |
|
d) |
Id-dettalji tar-riżorsi u s-servizzi, interni jew esterni, li għandhom jintużaw mill-applikant meta jipprovdi s-servizz; |
|
e) |
Id-dettalji ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kiri konkluż jew li għandu jiġi konkluż mill-applikant; |
|
f) |
Id-dettalji ta’ kwalunkwe alleanza, sħubija jew ftehim konkluż jew li għandu jiġi konkluż mill-applikant għall-finijiet tat-twettiq tas-servizzi li saret applikazzjoni għalihom; |
|
g) |
Id-dettalji tal-kundizzjonijiet li taħthom se jipprovdi s-servizz, kif stipulat fl-Artikolu 11; |
|
h) |
Is-sistema ta’ prenotazzjonijiet; |
|
l) |
Id-dettalji dwar il-prestazzjoni preċedenti tal-applikant fir-rigward tar-regolarità u l-puntwalità; |
|
m) |
Id-dettalji tal-miżuri magħmula disponibbli f’termini ta’ protezzjoni tal-passiġġieri. |
4. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll minn prova ta’ konformità mar-rekwiżit relatat mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-applikant skont it-termini tal-Artikolu 9 ta’ dan id-Digriet-Liġi.
5. Meta trasportatur ikollu l-intenzjoni li jopera drittijiet tat-traffiku mogħtija skont ftehimiet differenti tas-servizzi bl-ajru, għandu jissottometti applikazzjoni separata għad-drittijiet tat-traffiku relatati ma’ kull wieħed mill-ftehimiet.
6. Jista’ jiġi sottomess b’mod konġunt materjal ta’ appoġġ komuni għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti.
7. L-applikant għandu jkun eżentat mir-rekwiżit li jissottometti d-dokumenti msemmija fil-paragrafi preċedenti jekk l-INAC, I.P. diġà jkun iżommhom fir-reġistri tiegħu, sakemm dawn ikunu aġġornati u validi legalment.
8. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mill-inqas 60 jum ta’ ħidma qabel il-bidu tal-istaġun tal-IATA li jkunu skedati l-operazzjonijiet għalihom, ħlief fil-każ ta’ drittijiet tat-traffiku limitati meta l-perjodu minimu ta’ notifika jkun 120 jum ta’ ħidma.
9. Sa massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu preċedenti, l-INAC, I.P. għandu jagħmel evalwazzjoni preliminari tal-fajl u jekk ikun hemm dokumenti obbligatorji ta’ appoġġ li jkunu nieqsa jew jekk tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali, għandu jinnotifika lill-applikant li d-dokumenti neqsin jew l-informazzjoni mitluba għandhom jiġu pprovduti jew li l-irregolaritajiet għandhom jiġu kkoreġuti fi żmien 10 ijiem ta’ ħidma inkella l-applikazzjoni tiġi awtomatikament miċħuda meta jiskadi dan il-limitu ta’ żmien.
Artikolu 6
Pubbliċità
Wara l-perjodi previsti fil-paragrafu 9 tal-Artikolu preċedenti, l-INAC, I.P. għandu jirriklama l-applikazzjoni permezz ta’ avviż ippubblikat fid-Diário da República, Serje II, b’tali mod li kull min ikollu interess leġittimu jista’, fi żmien ħmistax-il jum xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni, jikkummenta fuq l-applikazzjoni jew jissottometti applikazzjoni skont l-Artikolu preċedenti.
Il-perjodu msemmi fil-paragrafu preċedenti japplika biss fil-każ ta’ applikazzjonijiet pubbliċitarji relatati ma’ drittijiet tat-traffiku limitati msemmija fl-Artikolu 11(1).
TAQSIMA II
Għoti ta’ awtorizzazzjoni operattiva
Artikolu 7
Kundizzjonijiet
Awtorizzazzjoni operattiva għal servizzi bl-ajru skedati mhux Komunitarji għandha tingħata lil trasportatur tal-ajru li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin b’mod kumulattiv:
|
a) |
Għandu jkollu awtorizzazzjoni operattiva valida maħruġa skont ir-Regolament (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 jew ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008; |
|
b) |
Għandu jkun jista’ juri li għandu l-kapaċità teknika, ekonomika u finanzjarja xierqa għas-servizzi bl-ajru li jixtieq jopera; |
|
c) |
Għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li jirregolaw deżinjazzjoni stipulata fil-ftehim(iet) tas-servizzi bl-ajru; |
|
d) |
Għandu jkollu kuntratt ta’ assigurazzjoni xieraq għan-natura tas-servizzi bl-ajru li jixtieq jopera; |
|
e) |
Is-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandha tkun konformi mal-liġi Portugiża. |
Artikolu 8
Kapaċità teknika
1. Il-kapaċità teknika għandha tkun attestata permezz ta’ ċertifikat validu ta’ operatur bl-ajru li juri, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni speċifika applikabbli, li t-trasportatur tal-ajru jissodisfa l-istandards tekniċi għat-tħaddim tas-servizzi li għalihom saret applikazzjoni.
2. It-trasportatur tal-ajru għandu jkollu flotta xierqa għall-operazzjoni tas-servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni, li tinkludi inġenju tal-ajru fis-sjieda tiegħu jew inġenju tal-ajru soġġett għal kuntratt ta’ kiri.
Artikolu 9
Pożizzjoni ekonomika u finanzjarja
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4), il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-kumpanija applikanti għandha tiġi determinata permezz ta’ prova li l-operazzjoni tas-servizzi bl-ajru inkwistjoni hija attività ekonomikament vijabbli u ma tikkompromettix il-kapaċità finanzjarja tat-trasportatur tal-ajru.
Artikolu 10
Għoti tal-awtorizzazzjoni
1. L-INAC, I.P. għandu jagħti deċiżjoni dwar kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fi żmien massimu ta’ 20 jum ta’ ħidma mid-data li fiha tingħata dokumentazzjoni sħiħa ta’ appoġġ mill-applikant.
2. Kull meta l-INAC, I.P. jagħmel notifika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(9), il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġi sospiż sakemm l-INAC, I.P. jirċievi d-dokumenti neqsin jew il-korrezzjoni tal-informazzjoni pprovduta.
3. Meta tingħata awtorizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli preċedenti, din għandha tiġi ppubblikata fid-Diário da República.
Artikolu 11
Drittijiet tat-traffiku limitati
1. F’każ ta’ applikazzjonijiet li jikkompetu u l-limitazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku jew tal-għadd ta’ trasportaturi tal-ajru Komunitarji awtorizzati biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet, it-talbiet varji għandhom jiġu deċiżi fi żmien massimu ta’ 60 jum mid-data li fiha tiġi sottomessa dokumentazzjoni sħiħa ta’ appoġġ mill-applikanti kollha, sakemm l-applikazzjonijiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7 ta’ dan id-Digriet-Liġi.
2. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, l-INAC, I.P. jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali u, fejn xieraq, jorganizza seduti, li għandhom jissospendu l-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu preċedenti.
3. Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni operattiva għandha tinħareġ biss lill-applikant trasportatur tal-ajru taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 ta’ dan id-Digriet-Liġi, sakemm l-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 ta’ dan id-Digriet-Liġi.
4. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tas-servizzi bl-ajru inkwistjoni, applikazzjonijiet f’kompetizzjoni għandhom jiġu evalwati mill-INAC, I.P. abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
a) |
is-sodisfazzjon tad-domanda tat-trasport tal-ajru rigward, fost affarijiet oħra, servizzi mħallta jew ta’ merkanzija biss, servizzi diretti jew indiretti, frekwenzi tas-servizz u ġranet ta’ servizz; |
|
b) |
il-politika tat-tariffi, b’mod partikolari prezzijiet tal-biljetti, id-dispożizzjoni għat-tnaqqis u promozzjonijiet oħrajn; |
|
c) |
ħin totali tal-vjaġġ, mill-oriġini sad-destinazzjoni; |
|
d) |
żmien massimu meħtieġ sabiex inġenju tal-ajru jiġi sostitwit f’każ ta’ irregolarità operattiva attribwita lit-trasportatur; |
|
e) |
il-kwalità tas-servizz, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip u t-tqassim tal-inġenju tal-ajru u l-eżistenza ta’ uffiċċji tal-bejgħ miftuħa għall-pubbliku; |
|
f) |
kontribut biex jiġi żgurat livell ta’ kompetizzjoni sodisfaċenti; |
|
g) |
id-data maħsuba għat-tnedija tas-servizz; |
|
h) |
il-preżenza ta’ garanziji rigward il-kontinwità tas-servizz; |
|
i) |
il-potenzjal għal żieda fis-sehem tas-suq ta’ trasportaturi tal-ajru Komunitarji fuq ir-rotta kkonċernata; |
|
j) |
adattament tal-iskedi u t-tip ta’ inġenju tal-ajru skont il-kapaċità tal-ajruporti; |
|
l) |
il-prestazzjoni ambjentali tal-inġenji tal-ajru użati; |
|
m) |
l-iżvilupp ta’ titjiriet ta’ konnessjoni għall-passiġġieri; |
|
n) |
il-kontribut għall-promozzjoni tal-post tan-negozju, inkluż it-turiżmu; |
|
o) |
l-eżistenza ta’ servizz ta’ bejgħ fil-lingwa Portugiża, fil-każ ta’ rotot bejn il-Portugall u pajjiżi fejn il-Portugiż huwa lingwa uffiċjali; |
|
p) |
l-eżistenza ta’ maġġoranza tal-ekwipaġġ tal-kabina li jitkellmu u jifhmu l-Portugiż, fil-każ ta’ rotot bejn il-Portugall u pajjiżi fejn il-Portugiż huwa lingwa uffiċjali; |
5. Il-kriterji li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll:
|
a) |
l-eżistenza ta’ servizz ta’ bejgħ bil-lingwa Portugiża; |
|
b) |
maġġoranza tal-ekwipaġġ tal-kabina li jitkellmu u jifhmu l-Portugiż; |
|
c) |
is-sitwazzjoni tat-trasportatur tal-ajru rigward il-ħlas ta’ taxxi ajrunawtiċi fil-Portugall; |
|
d) |
Barra minn hekk, jistgħu jiġu kkunsidrati kriterji ulterjuri sakemm l-applikanti jiġu nnotifikati dwar dan f’biżżejjed ħin qabel ma tittieħed deċiżjoni finali dwar l-applikazzjonijiet tagħhom. |
Artikolu 12
Proċedura tal-għażla
1. Ladarba l-proċedura ta’ valutazzjoni prevista fil-paragrafu preċedenti titlesta, l-INAC, I.P. għandu jippubblika abbozz ta’ deċiżjoni fuq il-websajt tiegħu.
2. Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu kummenti bil-miktub fi żmien 10 ijiem xogħol mill-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument.
3. Id-deċiżjoni finali dwar l-awtorizzazzjoni għal operazzjoni tas-servizzi bl-ajru għandha tittieħed fi żmien massimu ta’ 20 jum ta’ ħidma mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu preċedenti.
Artikolu 13
Appell
Deċiżjoni finali mogħtija skont il-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu preċedenti tista’ tiġi appellata quddiem il-qorti amministrattiva.
Artikolu 14
Deżinjazzjoni
1. Wara l-pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjoni, il-Portugall għandu jinnomina t-trasportatur awtorizzat biex jopera r-rotta inkwistjoni lill-korp kompetenti tal-Istat l-ieħor parteċipanti fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru, kull meta dan ikun previst fil-ftehim rilevanti.
2. Fis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 15, it-trasportatur tal-ajru operattiv għandu jiġi nnominat.
3. L-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-awtorizzazzjoni għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni tad-deżinjazzjoni mill-Istat l-ieħor parteċipanti fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru, fejn ikun previst fil-ftehim. Din l-aċċettazzjoni għandha tiġi nnotifikata immedjatament mill-INAC, I.P. lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni rilevanti.
TAQSIMA III
Ftehimiet kummerċjali privati li joperaw servizzi bl-ajru
Artikolu 15
Ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi
1. It-trasportaturi tal-ajru jistgħu, meta jkunu awtorizzati mill-ftehim tas-servizzi bl-ajru u skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, jikkonkludu ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi għall-operazzjoni ta’ servizzi bl-ajru skedati mhux Komunitarji.
2. Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-paragrafu preċedenti, l-applikazzjoni għandha ssir, tkun appoġġata u analizzata b’mod konġunt abbażi tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim tal-kondiviżjoni tal-kodiċijiet konkluża bejn il-partijiet.
3. Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni konġunta, bl-aġġustamenti meħtieġa skont dak li ġie miftiehem bejn il-partijiet, m’għandhiex teżenta lit-trasportatur tal-ajru opertattiv milli jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni operattiva stipulata f’dan id-Digriet-Liġi.
4. L-awtorizzazzjoni mogħtija skont it-termini ta’ dan l-Artikolu għandha twassal għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni unika, u tista’ tinkludi ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi li għandhom jiġu konklużi, sakemm dawn ikunu awtorizzati taħt il-ftehim tas-servizzi bl-ajru.
KAPITOLU III
BIDLIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI
Artikolu 16
Validità
1. L-awtorizzazzjoni għandha tibqa’ valida sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet innegozjati fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru u sakemm it-trasportatur tal-ajru jissodisfa l-obbligi stipulati f’dan id-Digriet-Liġi.
2. Il-validità tal-awtorizzazzjoni operattiva għandha dejjem tkun soġġetta għal pussess ta’ liċenzja operattiva valida u effettiva u ċertifikat ta’ operatur bl-ajru.
Artikolu 17
Emenda tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjonijiet operattivi jistgħu jiġu emendati mill-INAC, I.P. meta dan ikun iġġustifikat mill-interess pubbliku jew mitlub mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni, sakemm l-INAC, I.P. japprova l-emenda mitluba u l-kundizzjonijiet għad-distribuzzjoni tad-drittijiet tat-traffiku limitati ma jiġux ikkontestati.
Artikolu 18
Irtirar tal-awtorizzazzjoni
1. L-INAC, I.P. għandu jirtira l-awtorizzazzjonijiet li ngħataw skont dan id-Digriet-Liġi fil-każijiet li ġejjin:
|
a) |
Jekk it-trasportatur tal-ajru jonqos milli jibda l-operazzjoni tas-servizz fi żmien żewġ perjodi ta’ skedar konsekuttivi; |
|
b) |
Jekk it-trasportatur tal-ajru jissospendi jew jinterrompi l-operazzjoni tas-servizz għal raġunijiet li ma jikkostitwixxux force majeure u ma jerġax jibda dawn is-servizzi fi żmien sitt xhur; |
|
c) |
Jekk ikun hemm raġunijiet speċjali oħrajn biex isir dan. |
2. L-INAC, I.P. jista’ jirtira l-awtorizzazzjonijiet li ngħataw skont dan id-Digriet-Liġi fil-każijiet li ġejjin:
|
a) |
Jekk it-trasportatur tal-ajru ma jissodisfax it-termini u l-kundizzjonijiet li l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat u miżmuma fuqhom; |
|
b) |
Jekk it-trasportatur tal-ajru jipprovdi dejta u informazzjoni falza dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 liema ħaġa twassal għall-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji stabbiliti fih; |
|
c) |
Għal raġunijiet ta’ interess pubbliku; |
|
d) |
Nuqqas ta’ ħlas tal-imposti stabbiliti fl-Artikolu 27; |
|
e) |
Jekk id-drittijiet tat-traffiku ma jkunux intużaw b’mod effiċjenti mit-trasportatur tal-ajru jew jekk it-trasportatur ikkonċernat jikser il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE jew nazzjonali. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu, force majeure għandha titqies bħala kwalunkwe avveniment imprevedibbli jew insormontabbli, li l-effetti tiegħu jmorru lil hinn mir-rieda u l-kontroll tat-trasportatur tal-ajru u li jkollhom impatt negattiv fuq l-operat tar-rotta, b’mod partikolari:
|
a) |
diżastri naturali; |
|
b) |
kundizzjonijiet meteoroloġiċi li jipprevjenu t-titjira inkwistjoni milli tiġi operata; |
|
c) |
riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili; |
|
d) |
nuqqasijiet mhux mistennija fis-sikurezza tat-titjira; |
|
e) |
strajkijiet li jaffettwaw l-operat tat-trasportatur tal-ajru; |
|
f) |
atti ta’ terroriżmu jew ta’ gwerra, kemm jekk iddikjarati jew le; |
|
g) |
kriżi fil-liġi u l-ordni, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ instabbiltà politika. |
4. L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġu rtirati wkoll fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.
Artikolu 19
Superviżjoni
It-trasportaturi li huma awtorizzati biex joperaw servizzi bl-ajru skedati mhux Komunitarji skont it-termini ta’ dan id-Digriet-Liġi għandhom jipprovdu kull sena, fil-limiti ta’ żmien stipulati mill-INAC, I.P., statistika tat-traffiku, kontijiet operattivi annwali u kwalunkwe materjal ieħor utli għall-INAC, I.P. għall-finijiet ta’ superviżjoni jew meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ dan id-Digriet-Liġi.
Artikolu 20
Pubblikazzjoni
Id-deċiżjonijiet tal-INAC, I.P. li jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet skont dan id-Digriet-Liġi għandhom jiġu ppubblikati fid-Diário da República, Serje II.
KAPITOLU IV
KUNDIZZJONIJIET GĦALL-OPERAZZJONI EFFETTIVA TAS-SERVIZZI BL-AJRU
Artikolu 21
Skeda u tabella tal-ħinijiet
1. L-iskedi u t-tabelli tal-ħinijiet relatati mas-servizzi bl-ajru awtorizzati għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-INAC, I.P. meta dan ikun previst fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru.
2. Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għandhom jaderixxu mal-iskedi u t-tabelli tal-ħinijiet approvati, li għandhom jiġu rreklamati lill-pubbliku ġenerali.
Artikolu 22
Emendi
1. Kwalunkwe emenda għall-iskedi approvati, bħal bidla fil-frekwenza, il-jum jew il-ħin tas-servizzi, bidla fl-inġenju tal-ajru jew il-kanċellazzjoni ta’ titjira jew l-introduzzjoni ta’ titjiriet addizzjonali, għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-INAC, I.P. meta dan hu previst fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru ħlief meta tali emendi jsiru magħmula b’riżultat ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew għal raġunijiet ta’ force majeure.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għandhom jiksbu l-approvazzjonijiet meħtieġa mill-awtorità ajrunawtika tal-Istat parteċipanti l-ieħor fil-ftehim tas-servizzi bl-ajru meta dan ikun previst fil-ftehim.
KAPITOLU V
MONITORAĠĠ U SISTEMA TA’ PIENI
Artikolu 23
Spezzjoni
1. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-INAC, I.P. li jissorvelja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet-Liġi, mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ monitoraġġ iddedikati mogħtija mil-liġi fuq korpi oħrajn, li għandhom jinfurmaw lill-INAC, I.P. dwar ir-riżultat tal-attivitajiet tagħhom.
2. L-impriżi tat-trasport tal-ajru għandhom jipprovdu lill-INAC, I.P. bil-materjal kollu meħtieġ għall-finijiet ta’ monitoraġġ fi żmien 10 ijiem ta’ ħidma mid-data tat-talba rilevanti.
Artikolu 24
Ksur
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema applikabbli għall-ksur ta’ regoli tal-avjazzjoni ċivili, approvati mid-Digriet Liġi Nru 10/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu ksur serju ħafna:
|
a) |
l-operazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku minn entità mhux awtorizzata għal dak il-għan skont dan id-Digriet-Liġi; |
|
b) |
operazzjoni tad-drittijiet tat-traffiku minn entità li ma ġietx innominata għal dak il-għan skont dan id-Digriet-Liġi; |
|
c) |
operazzjoni ta’ awtorizzazzjoni minn entità li mhix id-detentur tal-awtorizzazzjoni; |
|
d) |
dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni; |
|
e) |
operazzjoni ta’ drittijiet tat-traffiku minn entità awtorizzata għal dak l-iskop mingħajr assigurazzjoni valida obbligatorja; |
|
f) |
nuqqas mill-entitajiet awtorizzati biex jipprovdu lil INAC, I.P. bi statistika annwali tat-traffiku u kontijiet operattivi annwali u r-rifjut li jiġi pprovdut il-materjal li l-INAC, I.P. jitlob għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet-Liġi; |
|
g) |
emendi għall-iskedi approvati fir-rigward tal-frekwenzi, il-ġranet jew il-ħinijiet tas-servizzi, il-bidliet tal-inġenji tal-ajru, kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet jew l-introduzzjoni ta’ titjiriet addizzjonali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-INAC, I.P., skont l-Artikolu 22(1). |
2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema applikabbli għall-ksur ta’ regoli tal-avjazzjoni ċivili, approvata mid-Digriet Liġi Nru 10/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu ksur serju:
|
a) |
It-trasportatur tal-ajru jonqos milli jibda l-operazzjoni tas-servizzi skedati mhux Komunitarji fil-limitu ta’ żmien stabbilit għal dak l-iskop jew jissospendi jew jinterrompi dik l-operazzjoni għal raġunijiet li ma jikkostitwixxux force majeure, skont l-Artikolu 18(2); |
|
b) |
Nuqqas ta’ sottomissjoni għall-approvazzjoni minn INAC, I.P. tal-iskedi u t-tabelli tal-ħinijiet relatati mas-servizzi bl-ajru awtorizzati, skont l-Artikolu 21(1); |
|
c) |
Nuqqas ta’ adeżjoni mal-iskedi u t-tabelli tal-ħinijiet approvati mill-INAC, I.P., skont l-Artikolu 21(2); |
|
d) |
Nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-iskedi u t-tabelli tal-ħinijiet approvati mill-INAC, I.P., skont l-Artikolu 21(2); |
|
e) |
Nuqqas ta’ ħlas tal-imposti stipulati fl-Artikolu 27. |
3. Negliġenza u tentattivi ta’ reat huma punibbli wkoll.
Artikolu 25
Proċedimenti ta’ ksur
1. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-INAC, I.P., skont id-Digriet-Liġi Nru 145/2007 tas-27 ta’ April 2007, li jibda u li jmexxi proċedimenti ta’ ksur u li japplika multi u pieni addizzjonali.
2. Il-ksur previst f’dan id-Digriet-Liġi għandu jkun soġġett għall-iskema applikabbli għall-ksur ta’ regoli tal-avjazzjoni ċivili, approvat permezz tad-Digriet Liġi Nru 10/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004.
Artikolu 26
Pieni addizzjonali
1. Skont it-Taqsima II, il-Kapitolu II, tad-Digriet Liġi Nru 10/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004, u l-Artikolu 21 tar-Regoli Ġenerali dwar il-Ksur, approvati mid-Digriet-Liġi Nru 433/82 tas-27 ta’ Ottubru 1982, kif emendat permezz tad-Digriet Liġi Nru 356/89 tas-17 ta’ Ottubru 1989, permezz tad-Digriet Liġi Nru 244/95 tal-14 ta’ Settembru 1995, permezz tad-Digriet-Liġi Nru 323/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 u permezz tal-Liġi Nru 109/2001 tal-24 ta’ Diċembru 2001, l-INAC, I.P. jista’ jiddeċiedi li japplika l-piena addizzjonali ta’ projbizzjoni milli jsiru attivitajiet ta’ trasport bl-ajru sa sentejn skont l-Artikolu 14 tad-Digriet-Liġi Nru 10/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004, minbarra l-multa għal ksur stabbilita fl-Artikolu 24(1)(a), (b) (c) u (d).
2. Il-pieni għal ksur jistgħu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 13 tad-Digriet-Liġi Nru 10/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI
Artikolu 27
Imposti
1. Imposta inizjali hija pagabbli għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva kif ukoll għall-għoti tal-awtorizzazzjoni, li tiżdied b’50 % fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan id-Digriet-Liġi.
2. Id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet operattivi previsti f’din id-Digriet-Liġi għandhom iħallsu wkoll imposta annwali kkalkolata abbażi tal-ispejjeż involuti fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-qafas legali stabbilit f’dan id-Digriet-Liġi.
3. L-imposti previsti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu deċiżi permezz ta’ ordni tal-Ministru responsabbli għas-settur tal-avjazzjoni ċivili.
4. Sakemm issir il-pubblikazzjoni tal-ordni msemmija fil-paragrafu preċedenti, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi kollha dwar l-imposti stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ.
Artikolu 28
Revoka
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(4), id-Digriet-Liġi Nru 66/92 tat-23 ta’ April 1992 huwa revokat.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan id-Digriet-Liġi għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/26 |
Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 70/08
|
Numru ta' l-għajnuna |
SA.22488 (XR 13/07) |
||||||
|
Stat Membru |
L-Awstrija |
||||||
|
Numru ta' riferenza tal-Istat Membru |
— |
||||||
|
Isem tar-Reġjun (NUTS) |
Suedoesterreich, Ostoesterreich, Westoesterreich Artikolu 107(3)(c), Artikolu 107(3)(a) |
||||||
|
L-awtorità li tagħmel l-għotja |
|
||||||
|
Titolu tal-miżura tal-għajnuna |
Richtlinien des Bundesministers für Wirtschaft und Arbeit für die Übernahme von Haftung für die Tourismus- und Freizeitwirtschaft 2007-2013, Punkte 4.1, 4.2, 4.3, 4.4 und 4.5 |
||||||
|
Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti) |
— |
||||||
|
Tip ta' miżura |
Skema |
||||||
|
Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ |
— |
||||||
|
Tul |
1.1.2007-31.12.2013 |
||||||
|
Settur(i) ekonomiċi konċernati |
Akkomodazzjoni |
||||||
|
Tip ta' benefiċarju |
— |
||||||
|
Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema |
EUR 0,21 (f'miljuni) |
||||||
|
Għal garanziji |
EUR 0,03 (f'miljuni) |
||||||
|
Strument tal-għajnuna (Art. 5) |
Garanzija |
||||||
|
Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni |
— |
||||||
|
Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji |
— |
||||||
|
Għanijiet |
Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali |
Bonuses lill-SME F’% |
|||||
|
|
EUR 0 |
0 % |
|||||
Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna
http://www.oeht.at
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/27 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 70/09
|
Numru tal-għajnuna |
SA.22524 (XR 28/07) |
||||||||
|
Stat Membru |
L-Awstrija |
||||||||
|
Numru ta' riferenza tal-Istat Membru |
— |
||||||||
|
Isem tar-Reġjun (NUTS) |
Steiermark Artikolu 107(3)(c) |
||||||||
|
L-awtorità li tagħmel l-għotja |
0316/ 7093-114 bzw. DW 115 http://www.sfg.at |
||||||||
|
Titolu tal-miżura tal-għajnuna |
Aktionsprogramm Innovative Investitionen |
||||||||
|
Bażi legali nazzjonali (Riferenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali relevanti) |
Steiermärkisches Wirtschaftsförderungsgesetz LGBL. Nr. 14/2002 in der geltenden Fassung Allgemeine Rahmenrichtlinie für die Gewährung von Förderungen nach dem Steiermärkischen Wirtschaftsförderungsgesetz (Beschluss der Steiermärkischen Landesregierung vom 15.05.2000, GZ LBD-WIP 13 Fo 7-00/46) Richtlinie für die Steirische Wirtschaftsförderung (eingereicht zur Notifizierung bei der EK am 29.08.2006; N 572/2006) |
||||||||
|
Tip ta' miżura |
Skema |
||||||||
|
Tibdil ta' miżura tal-għajnuna diġà fis-seħħ |
Modification N 572/06 |
||||||||
|
Tul |
31.1.2007-31.12.2013 |
||||||||
|
Settur(i) ekonomiċi konċernati |
Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
||||||||
|
Tip ta' benefiċarju |
— |
||||||||
|
Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema |
EUR 105 (f'miljuni) |
||||||||
|
Għal garanziji |
EUR 15 (f'miljuni) |
||||||||
|
Strument tal-għajnuna (Art. 5) |
Għotja diretta |
||||||||
|
Riferenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni |
— |
||||||||
|
Jekk ikkofinanzjat mill-fondi Komunitarji |
— |
||||||||
|
Għanijiet |
Intensità massima tal-għajnuna f’ % jew l-ammont massimu ta’ għajnuna fil-munita nazzjonali |
Bonuses lill-SME F’% |
|||||||
|
|
EUR 0 |
0 % |
|||||||
Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna
http://www.sfg.at/cms/82/
“Aktionsprogramm — Innovative Investitionen”
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Bank Ewropew tal-Investiment
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/28 |
Sejħa għal proposti – It-Tieni Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI
2013/C 70/10
L-Istitut tal-BEI jorganizza t-tieni edizzjoni tat-Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali tiegħu.
It-Tournament tal-Innovazzjoni Soċjali stabbilit mill-Istitut tal-BEI fl-2012 huwa inizjattiva ewlenija tal-Programm Soċjali tiegħu. It-Tournament għandu l-għan li jippromwovi l-ġenerazzjoni ta’ ideat innovattivi u li jidentifika/jippremja opportunitajiet li jwiegħdu benefiċċji soċjali sostanzjali jew li juru l-aħjar prassi b’riżultati tanġibbli u li jistgħu jitkejlu. Għandu fil-mira l-ħolqien ta’ valur soċjali b’relazzjoni mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant ikopri proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, mill-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa għall-ambjent naturali jew urban, permezz ta’ teknoloġiji ġodda, sistemi ġodda, u proċessi ġodda. It-titjib f’dawn l-oqsma huwa kruċjali għas-suċċess fin-negozju, u l-innovazzjoni soċjali jista’ jkollha impatt soċjali sostanzjali. Bl-introduzzjoni ta’ Premju għal Kategorija Speċjali fl-2013, se tingħata enfasi addizzjonali għall-ambjent urban u naturali.
Għal dettalji dwar l-edizzjoni 2013 jekk jogħġbok żur il-websajt tat-tournament f’
http://institute.eib.org/2013/02/the-eib-institute-organises-the-second-edition-of-its-social-innovation-tournament/
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/29 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6865 – Oaktree/Countryside)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 70/11
|
1. |
Fis-27 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OCM Luxembourg Coppice Holdco Sarl, finalment ikkontrollata minn Oaktree Capital Group LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Countryside Properties plc (“Countryside”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6865 – Oaktree/Countryside, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/30 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6796 – Aegean/Olympic II)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 70/12
|
1. |
Fit-28 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Aegean Airlines SA (“Aegean”, il-Greċja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Olympic Air SA (“Olympic Air”, il-Greċja) permezz ta' xiri ta’ ishma. Il-konċentrazzjoni ġiet irriferuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali Ċiprijotti u Griegi, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6796 – Aegean/Olympic II, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/31 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 70/13
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“PAN DE ALFACAR”
Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0890-05.09.2011
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Pan de Alfacar”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 2.4. |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnar. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1:
Il-prodott kopert mid-IĠP “Pan de Alfacar” jista' jiġi ddefinit bħala ħobż magħmul bl-idejn, f'tal-anqas stadju wieħed tal-proċess tal-produzzjoni tal-ħobż, b'għamla minn dawn li ġejjin: bollo (bezzun twil), rosco (bezzun ittondjat), rosca (ħobża tonda), jew hogaza (ħobża ttondjata); kollha jsiru mill-istess għaġina.
Il-bollos (bziezen twal) huma tawwalin, bit-truf ippuntati (imsejħa “tetas”), u jinqatgħu b'qatgħa waħda lonġitudinali. Jinbiegħu fil-piżijiet li ġejjin:
|
— |
80 g, tul ta' 20 ± 3,0, wisgħa ta' 7,5 ± 2,0 ċm |
|
— |
125 g, tul ta' 24 ± 3,0 ċm, wisgħa ta' 9 ± 2,0 ċm |
|
— |
250 g, tul ta' 38 ± 4,0 ċm, wisgħa ta' 10 ± 2,0 ċm |
Ir-rosco (bezzun ittondjat) għandu forma ta’ ellissi, b'sezzjoni trażversali tubulari u ċċattjata u b'asimmetrija assjali. Issir qatgħa waħda lonġitudinali u vertikali fl-eħxen parti tar-rosco. Il-parti tar-rosco li tingħaqad bl-idejn hija irqaq, u ma ssirx qatgħa fiha. Ir-rosco għandu daqs wieħed biss, ta’ 250 g, bil-qisien li ġejjin: tul ta' 34 ± 3,0 ċm, wisa' ta' 14 ± 2,0 ċm, u dijametru intern massimu ta' 24 ± 3,0 ċm.
Ir-rosca (ħobża tonda) hija ħobża tonda b'sezzjoni trażversali tubulari, b'ċerta simmetrija assjali. Tingħaraf permezz ta’ punt fejn tingħaqad bl-idejn, imsejjaħ “suegra”. Issir qatgħa vertikali madwar ir-ras tagħha, ħlief fil-punt fejn tingħaqad. Ir-rosca għandha daqs wieħed biss, ta’ 500 g, bil-qisien li ġejjin: dijametru ta' barra tar-ras ta' 28 ± 3,0 ċm, u dijametru intern ta' 14 ± 2,0 ċm.
L-hogazas (ħobżiet ittondjati) huma ħobżiet b'għamla perfettament tonda u b'ras kemxejn ittondjata. Ir-ras turi marka jew “pintao” f'forma ta’ grilja ġo qafas ta’ erba' qatgħat perpendikulari. L-hogazas isiru fi tliet piżijiet: 250 g (dijametru ta' isfel ta' 17 ± 2,0 ċm), 500 g (dijametru ta' isfel ta' 24 ± 2,0 ċm), u 1 000 g (dijametru ta' isfel ta' 32 ± 3,0 ċm).
Il-materja niexfa tal-ħobż tkun bejn 65 % u 80 %. Il-qalba tal-ħobż hija kremuża, flessibbli u ratba. Fiha toqob abbondanti, imqassma b'mod irregulari u ta’ daqs varjabbli. Għandha aroma karatteristika ta’ ħall u/jew ħalib iffermentat, li tista' tkun ta’ intensità baxxa jew medja. Il-qoxra tkun ta' ħxuna medja jew ħoxna ħafna, eħxen minn 1,5 mm, u ta’ lewn dehbi, mingħajr trab tad-dqiq, kemxejn tleqq, u relattivament lixxa.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss);
Il-“Pan de Alfacar” isir abbażi tad-dqiq tal-qamħ b'kapaċità baxxa ta' ħami
, u bi proporzjon bejn ir-reżistenza għat-tiġbid u l-estendibbiltà tal-għaġina (P/L) ta’ bejn 0,3-0,6. Il-ħmira naturali jkollha pH ta’ bejn 4 u 6 (bejn 10 % u 25 % tad-dqiq miżjud għat-tħejjija tal-għaġina), u tiġi minn fermentazzjoni preċedenti fiż-żona tal-produzzjoni, bl-ilma min-nixxiegħa ta' Alfacar (bejn 55 u 62 litru għal kull 100 kg dqiq), ħmira bijoloġika (Saccharomyces cerevisiae L., b'massimu ta’ 3 % tal-piż tad-dqiq tal-għaġina), u melħ li jista' jittiekel, filwaqt li jiġi rrispettat il-limitu tar-regolamenti tekniċi sanitarji fis-seħħ.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-proċess tal-produzzjoni jsir kollu hemm hu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Il-bziezen u l-ħobżiet jinħarġu fis-suq b'identifikazzjoni ta' siġill ta’ garanzija, f'forma ta’ wejfer.
Fit-tikketta għandu jidher l-isem “Pan de Alfacer”, u għandu jkun viżibbli s-simbolu tal-Unjoni Ewropea.
Dan is-siġill ta’ garanzija jista' jingħata lill kull aġent ekonomiku li jilħaq l-ispeċifikazzjoni tal-“Pan de Alfacar”.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żoni muniċipali ta’ Alfacer u Víznar, li jinsabu t-tnejn li huma fil-ħnejja tal-Grigal tal-wilġa ta’ Granada, jaqsmu karatteristiċi ambjentali komuni: ilma minerali min-nixxiegħa ta’ Alfacar, klima Mediterranja kontinentali subumda tipika tal-muntanji Mediterranji, u mikroklima influwenzata mill-Park Naturali tas-Sierra de Huétor. Iż-żewġ żoni muniċipali għandhom superfiċje tal-art ta’ 29,4 km2, b'altitudni medja taċ-ċentri abitati ta' 980 m fuq il-livell tal-baħar.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
Ir-rabta tal-prodott bl-isem “Pan de Alfacar” hija imsejsa, fundamentalment iżda mhux esklussivament, fuq ir-reputazzjoni storika u kummerċjali tiegħu, li kompliet issaħħet tul is-seklu XX. Iktar minn hekk, madankollu, ir-rabta hija ġeografika, billi l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott huma dovuti fuq kollox għall-oriġini tiegħu.
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
|
— |
Żona ġeografika lokali b'kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi Iż-żona tal-produzzjoni, li tinsab fl-għoljiet tas-Sierra de Alfaguara, ħdejn il-Park Naturali tas-Sierra de Huétor u qrib il-Park Nazzjonali u Naturali tas-Sierra Nevada, tiddetermina kundizzjonijiet mikroambjentali speċifiċi għall-produzzjoni tal-ħobż. Minn naħa, iż-żona għandha mikroflora indiġena, bi ħmejjer u batterji lattiċi u aċetiċi li għandhom effett fuq il-bilanċ mikrobjoloġiku tal-ħmejjer naturali użati fil-produzzjoni tal-ħobż. Min-naħa l-oħra, il-klima hija speċifika għaż-żoni muntanjużi tal-Mediterran (klima Mediterranja kontinentali subumda), u flimkien mal-mikrobjoloġija indiġena, għandha wkoll l-effett tagħha fuq il-proċessi bjoloġiċi tal-fermentazzjoni. |
|
— |
Riżorsi idroġeoloġiċi lokali speċifiċi: Fiż-żona ta’ produzzjoni tal-“Pan de Alfacar”, hemm sistema importanti ta' akwifer li tfiġġ b'mod naturali u toħloq in-nixxiegħa magħrufa ta' Alfacar. Din dejjem tippreżenta l-istess karatteristiċi idrotermali, idrokimiċi u isotopiċi, irrispettivament mill-kundizzjonijiet tal-klima. L-ilma minn din in-nixxiegħa għandu tliet karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ewlenin:
|
|
— |
Il-metodi tradizzjonali speċifiċi fil-produzzjoni tal-“pan de Alfacar” jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: |
|
— |
L-użu ta’ għaġina idratata (bejn 55 % u 62 %), li tagħti għaġina semiratba. |
|
— |
Temperatura tal-għaġina fi tmiem l-għaġna ta’ bejn 21 °C u 27 °C. |
|
— |
Il-prattika tar-“recentao”, jiġifieri l-użu ta’ għaġina diġà ffermentata f'tilari tal-injam. |
|
— |
Il-blokok jew blalen tal-għaġina jitħallew jistrieħu f'kundizzjonijiet naturali: Il-blokok tal-għaġina jitħallew jistrieħu wara t-taħlit u l-għaġna għal perjodu ta’ bejn 5 minuti u 20 minuta. Il-blalen tal-għaġina jitħallew jistrieħu għal tal-anqas kwarta. |
|
— |
Tiswir bl-idejn. |
|
— |
Fermentazzjoni ta’ darba u kontinwa, f'kundizzjonijiet naturali, bejn siegħa u sagħtejn. |
|
— |
Qtugħ lonġitudinali u vertikali tal-ħobżiet.. |
|
— |
Ħami tal-ħobż fi fran b'qiegħa refrettarja. |
|
— |
Ħami tal-“Pan de Alfacar” mit-tieni furnata 'l quddiem. |
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
|
— |
Materja niexfa tal-“Pan de Alfacar”: bejn 65 % u 80 %. |
|
— |
Aromi karatteristiċi: influwenzati mill-aromi maħruġin mill-fermentazzjoni tal-għaġina (aċetika u/jew lattika), b'intensità bejn ħafifa u medja. |
|
— |
Qalba tal-“Pan de Alfacar”:
|
|
— |
Qoxra tal-“Pan de Alfacar”:
|
|
— |
Daqsijiet tat-tipi ta' “Pan de Alfacar”: Il-proporzjon tal-piżijiet tal-formati differenti tal-ħobż u l-volum tagħhom, iddeterminat mid-daqsijiet tagħhom, huwa karatteristiku, u jikkostitwixxi indikatur tad-densità tal-prodott. |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
|
— |
Materja niexfa tal-“Pan de Alfacar”: bejn 65 % u 80 %. Il-materja niexfa residwali tal-“Pan de Alfacar” tiddependi minn fatturi kemm naturali u kemm umani. Hija direttament marbuta mal-ilma, il-grad ta’ idratazzjoni, u l-ħin tal-ħami. |
|
— |
Aromi karatteristiċi tal-“Pan de Alfacar”: L-aromi karatteristiċi tal-“Pan de Alfacar”, maħruġin mill-proċessi ta’ fermentazzjoni, huma marbutin direttament ma' fatturi naturali u umani. |
Minn banda, il-fatturi naturali determinanti huma:
|
— |
L-ilma tan-nixxiegħa ta’ Alfacar, b'kompożizzjoni fiżika u kimika partikulari, jinfluwenza b'mod favorevoli l-proċess ta’ fermentazzjoni tal-ħmira naturali (it-tinsila) u tal-għaġina tal-ħobż. |
|
— |
Ambjent naturali tal-muntanji tal-Mediterran (il-Park Naturali tas-Sierra de Huétor), li joħloq kundizzjonijiet klimatiċi estremi (fit-temperatura u fl-umdità) b'effett fuq il-proċess ta' fermentazzjoni. Il-veġetazzjoni naturali li teżisti f'dan l-ambjent tiffavorixxi, min-naħa tagħha, l-iżvilupp ta’ mikrobjoloġija selvaġġa, li ssir parti naturali mill-proċessi ta’ fermentazzjoni permezz tal-ħmira naturali. |
Mill-banda l-oħra, il-fatturi umani l-aktar determinanti huma:
|
— |
L-għaġina titħalla tistrieħ fi blokok. |
|
— |
L-użu ta’ tilari tal-injam għall-produzzjoni tal-ħmejjer jagħti kundizzjonijiet ideali għall-irfinar tal-proċess ta’ fermentazzjoni, għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet mikrobjoloġiċi, u għall-kapaċità ta' riproduzzjoni tas-sistema ta' fermentazzjoni. |
Kontroll tal-kundizzjonijiet naturali (it-temperatura u l-umdità) fl-ifran, b'kontroll tal-ħinijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ fermentazzjoni tal-għaġina.
|
— |
Qalba tal-“Pan de Alfacar”: Il-lewn, it-toqob u l-konsistenza huma marbutin ma' fatturi naturali kif ukoll umani. |
Il-fattur naturali l-aktar importanti li jinfluwenza dawn il-karatteristiċi huwa:
|
— |
L-ilma tan-nixxiegħa ta’ Alfacar. Għandu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi partikulari, li jsaħħu x-xibka tal-gluten tad-dqiq b'kapaċità baxxa ta' ħami, filwaqt li jżidu l-kapaċità ta' żamma tas-CO2. |
Il-fatturi umani ewlenin huma:
|
— |
Il-grad ta’ idratazzjoni huwa determinanti, flimkien mat-tip ta' dqiq u l-kapaċità ta' żamma ta' gassijiet tal-għaġina. |
|
— |
Billi l-għaġina titħalla tistrieħ fi blokok, il-qalba tiġi inqas uniformi, u dan jiffavorixxi t-tisħiħ tax-xibka tal-proteini żviluppata matul l-għaġna, u miegħu l-kapaċità ta' żamma tal-gass. |
|
— |
Blalen kbar tal-għaġina biex il-gass ma jintilifx. |
|
— |
Il-fatt li l-għaġina titħalla tistrieħ fi blalen jew fi blokok huwa fundamentali biex il-ħobż ikollu struttura tajba qabel ma tgħaddi minn pressjonijiet ġodda matul it-tiswir. |
|
— |
It-tiswir tal-ħobżiet bl-idejn. |
|
— |
Il-qtugħ vertikali jinfluwenza l-volum tal-ħobża u l-konsistenza u l-forma tal-qalba, u jwassal għal inqas telf ta’ gass milli qtugħ inklinat (li, min-naħa tiegħu, kieku jissarraf f'inqas volum fil-forn u f'qalba inqas kumpatta). |
|
— |
L-għamla tal-ħobża tinfluwenza wkoll it-telf ta’ gass, u b'hekk ukoll il-konsistenza tal-qalba. |
L-għażla ta’ dqiq tal-qamħ, u l-proċess kollu tal-produzzjoni, jinfluwenzaw il-lewn tal-qalba tal-prodott aħħari.
|
— |
Qoxra tal-“Pan de Alfacar”:
|
|
— |
Daqsijiet tat-tipi ta' “Pan de Alfacar”: Id-daqsijiet tal-“Pan de Alfacar”, li jindikaw id-densità tal-ħobż u għaldaqstant ukoll l-iżvilupp tiegħu, huma influwenzati kemm mill-ingredjenti u kemm mill-proċess ta’ produzzjoni, u dawn min-naħa tagħhom jiddependu mill-istess fatturi naturali u umani spjegati hawn fuq għall-karatteristiċi tal-qalba. |
|
— |
Ir-reputazzjoni tal-isem “Pan de Alfacar” Għadd ta' sorsi differenti kummerċjali, promozzjonali, soċjali, ekonomiċi u storiċi jindikaw li l-isem “Pan de Alfacar” ilu jintuża bħala marka kummerċjali mis-seklu 16. |
|
— |
L-użu tal-isem “Pan de Alfacar” fir-reklamar It-tismija “Pan de Alfacar” huwa marka kummerċjali li ilha tintuża fid-distribuzzjoni u fil-bejgħ tal-ħobż mill-1970. Studju dwar ir-reputazzjoni tal-isem “Pan de Alfacar” jikkonferma li dan l-isem jinstema' ħafna fuq ilsien il-popolazzjoni tal-provinċja ta’ Granada. |
|
— |
Ir-reputazzjoni kummerċjali tal-marka “Pan de Alfacar” fl-istampa Mill-1982, jeżistu patafjun ta’ artikli ta' gazzetti lokali kif ukoll nazzjonali, rivisti professjonali, u pubblikazzjonijiet internazzjonali fuq l-internet, li jixhdu r-reputazzjoni li l-“Pan de Alfacar” ilu jgawdi sa mis-seklu 16, f'dak li jirrigwarda t-tradizzjoni tas-settur tal-ħobż ta' Alfacar, l-għarfien espert, il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, u l-premjijiet li rebaħ. |
|
— |
Referenzi għall-kwalitajiet speċifiċi tal-“Pan de Alfacar” Minbarra pubblikazzjonijiet tekniċi f'rivisti ġenerali u professjonali dwar il-kwalitajiet tal-“Pan de Alfacar”, fl-1991, José Carlos Capel isemmi r-roscos de Alfacar, wieħed mill-forom tal-“Pan de Alfacar”, fil-ktieb tiegħu El pan: elaboración, formas, mitos, ritos y gastronomía. Glosario de los panes de España (Il-ħobż: produzzjoni, forom, miti, riti u gastronomija. Glossarju tal-ħobżijiet ta’ Spanja). |
|
— |
Ċifri ta’ produzzjoni Bħalma stqarr il-ġeografu Bosque Laurel, “fl-1950, Alfacar u Víznar diġà kienu jiddominaw fil-produzzjoni tal-ħobż u kienu l-fornituri ewlenin tal-ħobż fir-reġjun ta’ Granada. Madwar is-sena 1950, fil-belt kapitali ta’ Granada, kienu jinbiegħu 7 000 kg ta’ ‘Pan de Alfacar’ kuljum, ta’ kwalità mill-iprem, u apprezzat ħafna mill-konsumaturi.” |
|
— |
Referenza storiċi fil-letteratura dwar l-importanza soċjoekonomika tal-“Pan de Alfacar” Fl-2008, pubblikazzjoni monografika dwar il-“Pan de Alfacar” – El pan de Alfacar: tahonas y hornos tradicionales (Reyes Mesa, J. M. et. al., 2008) – tikkonferma l-istorja twila ta’ dan il-prodott, mis-seklu 16 sal-lum il-ġurnata. Pubblikazzjonijiet storiċi u ġeografiċi, u sondaġġi kadastrali differenti, ikomplu jikkonfermaw l-importanza tal-“Pan de Alfacar”, fosthom: Libro de Apeo y Repartimiento de Alfacar de 1571 y de Víznar en 1572 tras la reconquista de Granada (Sondaġġ u Tqassim ta' Alfacar, 1571, u ta' Víznar, 1572, wara l-Konkwista mill-Ġdid ta' Granada); Tomás López u Vargas Machuca fid-Diccionario Geográfico de Málaga y Granada (manuskritt tal-1795, fil-Biblijoteka Nazzjonali ta' Madrid); Catastro del Marqués de la Ensenada, ippubblikat fl-1752; F. Henríquez de Jonquera (1987) fil-pubblikazzjoni Anales de Granada: descripción del reino de Granada y ciudad de Granada, crónica de la Reconquista (1482-1492) sucesos de los años 1588-1646 (Annali ta' Granada: deskrizzjoni tas-saltna ta' Granada u l-belt ta' Granada, kronika tar-Reconquista (1482-1492), ġrajjiet tas-snin 1588-1646); y fid-Diccionario Geográfico, Estadístico e Histórico de España y sus posesiones de Ultramar, ta' Pascual Madoz (1845-1850). |
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq:
http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/Pliego_pan_alfacar.pdf
Jista'
jsir aċċess għalih ukoll billi wieħed jidħol fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Kunsill Reġjonali tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ambjent (http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal) u jikklikkja kif ġej: “Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Otros Productos”. L-ispeċifikazzjoni tinstab taħt isem tal-IĠP.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.