|
ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.060.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2013/C 060/01 |
||
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 060/02 |
||
|
2013/C 060/03 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2013 li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u organizzazzjonijiet tal-pazjenti ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 060/04 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping |
|
|
2013/C 060/05 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2013/C 060/06 |
||
|
2013/C 060/07 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’ Novembru 2012
dwar diversi abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni biex jiġu adottati permezz ta’ regolamenti ta’ delega u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
(CON/2012/95)
2013/C 60/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-8 ta’ Novembru 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni għal opinjoni dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR” u l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddien l-“abbozz tal-STI”) ippreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni u li għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (1) permezz ta:
|
(a) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar l-obbligu tal-ikklerjar u l-mitigazzjoni tar-riskji”); |
|
(b) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar kulleġġi għal kontropartijiet ċentrali (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar kulleġġi għal kontropartijiet ċentrali”); |
|
(c) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali”); |
|
(d) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet”); |
|
(e) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta”); |
|
(f) |
regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STI dwar il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet”) |
(kollettivament imsejħa l-“abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi l-abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni fihom dispożizzjonijiet li jeffettwaw, b’mod partikolari, il-kompitu tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li tippromwovi l-ħidma bla ostakli ta’ sistemi ta’ ħlas, kif ukoll il-kontribut tagħha għat-tmexxija bla ostakli ta’ politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, it-tmexxija tagħha ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani u l-pussess u l-ġestjoni tar-riżervi barranin uffiċjali tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 127(2) u (5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
|
1.1. |
Fit-13 ta’ Jannar 2011, il-BĊE ippubblika l-Opinjoni CON/2011/1 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (2) li fiha emfasizza, inter alia, illi l-banek ċentrali għandhom rwol statutorju u r-responsabbiltà li jħarsu l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll għas-sigurtà u l-effiċenza ta’ infrastrutturi finanzjarji. It-test finali ta’ Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-istess mod emfasizza l-irwol tas-SEBĊ fil-promozzjoni tal-operat mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas u jitlob li l-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ (3). |
|
1.2. |
Il-BĊE kien involut mill-qrib ħafna fix-xogħol tal-AETS fuq l-istandards tekniċi fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet u jilqa’ l-kooperazzjoni tal-AETS fil-kunsiderazzjoni tal-parti l-kbira tal-kummenti tal-BĊE fl-abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni. Ġeneralment, il-BĊE jappoġġa l-abbozz finali tal-istandards tekniċi tal-AETS u jqishom bħala bbilanċati sew u konformi mal-Prinċipji tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (4). Madankollu, il-BĊE jixtieq jikkummenta dwar u jissuġġerixxi emendi fir-rigward ta’ uħud mill-kwistjonijiet l-aktar kruċjali, inkluż il-kwistjonijiet relevanti għall-BĊE fejn ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma jitlobx li s-SEBĊ tkun involuta fix-xogħol ta’ tħejjija tal-AETS. |
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
|
2.1. |
Il-BĊE jilqa’ d-dispożizzjoni tal-abbozz tal-STR dwar l-obbligu tal-ikklerjar u l-mitigazzjoni tar-riskji (5) li tispeċifika l-elementi li l-AETS għandha tikkunsidra sabiex tevalwa l-grad ta’ standardizzazzjoni tal-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-proċessi operattivi tal-klassi relevanti ta’ derivati OTC suġġetti għall-ikklerjar. Tassew, din id-dispożizzjoni iżżid iċ-ċarezza fil-kunċett ta’ ‘standardizazzjoni’ nnifsu. Dan huwa essenzjali biex tittejjeb it-trasparenza tas-swieq tad-derivati OTC, jitnaqqas ir-riskju sistemiku u tittejjeb l-istabbiltà finanzjarja, kif imħeġġeġ mill-mexxejja tal-G20 (6). Minkejja dan, huwa importanti li jiġi żgurat illi l-fokus fuq l-istandardizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali ma joffrix inċentivi għall-parteċipanti fis-suq biex iżommu lura mill-proċess ta’ standardizzazzjoni kuntrattwali, sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ obbligu tal-ikklerjar obbligatorju. F’dan ir-rigward, il-BĊE jemfasizza wkoll il-mandat tal-AETS biex: (a) timmonitorja l-attività fid-derivati li mhumiex eliġibbli għall-ikklerjar, sabiex tidentifika każijiet fejn klassi partikolari ta’ derivati tista’ toħloq riskju sistemiku, u (b) tipprevjeni l-arbitrage regolatorju bejn tranżazzjonijiet ta’ derivati ikklerjati u mhux ikklerjati (7). |
|
2.2. |
Barra minn dan, il-BĊE jinnota illi l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistipula illi r-Regolament m’għandux japplika għal: (a) membri tas-SEBĊ, (b) korpi oħra tal-Istati Membri li jaqdu funzjonijiet simili, u (c) korpi pubbliċi oħrajn tal-Unjoni inkariga bi jew li jintervjenu fil-ġestjoni tad-dejn pubbliku li jinkludi l-obbligi tal-ikklerjar kif ukoll tar-rapportar (8). Madankollu, li l-kontropartijiet tal-membri tas-SEBĊ jintalbu jirrapportaw id-dejta kollha dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom fir-repożitorji ta’ dejta dwar it-tranżazzjonijiet jillimita l-effettività tal-eżenzjoni fuq imsemmija. Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinżamm milli jillimita s-setgħa tal-membri tas-SEBĊ biex iwettqu l-kompiti tagħhom li huma ta’ interess komuni, huwa kruċjali illi, b’mod partikolari, il-kotba tal-membri tas-SEBĊ jiġu protetti u li s-sinjalazzjoni bbażata fuq l-operazzjonijiet tal-banek ċentrali tibqa’ effettiva. Dan jista’ jkun żgurat bl-aktar mod effettiv jekk mhux biss il-membri tas-SEBĊ jkunu eżenti mill-obbligu li jirrapportaw fuq it-tranżazzjonijiet tad-derivati tagħhom, iżda wkoll il-kontropartijiet tal-membri tas-SEBĊ f’dawk it-tranżazzjonijiet. |
|
2.3. |
Il-BĊE jinnota illi d-depożiti ta’ flus kontanti li jsiru permezz ta’ faċilitajiet ta’ depożitu permanenti jew ta’ mezzi paragonabbli oħrajn forniti minn bank ċentrali jistgħu jkunu denominati jew fil-munita maħruġa minn dak il-bank ċentrali (jiġifieri “flus tal-bank ċentrali”) jew f’munita oħra li mhix maħruġa minn dak il-bank ċentrali (jigifieri “flus ta' bank kummerċjali”) u għalhekk jistgħu jkollhom profil ta' riskju differenti. Dan il-fatt għandu jkun rifless fil-politika tal-investiment ta’ kontroparti ċentrali permezz tat-trattament differenti ta’ dawn id-depożiti u jistgħu jkunu jridu jiġu kkunsidrati meta jseħħ ir-rieżami li jmiss tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li jiġu emendati l-abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni, proposti speċifiċi tal-abbozzat qed jiġu stipulati fl-Anness għal dan il-għan flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Novembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) GU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(3) Ara l-premessa 11 u l-Artikoli 26(9), 34(3), 41(5), 42(5), 44(2), 45(5), 46(3), 47(8), 49(4), 54(4), 81(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
(4) Disponsibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org
(5) Artikolu 6.
(6) Ara, b’mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tas-Samit ta’ Toronto tal-G20 tas-26-27 ta’ Ġunju 2010, disponibbli fuq http://canadainternational.gc.ca
(7) Artikoli 11(13) u 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
(8) Artikolu 1(4) tar-Regolament (EU) Nru 648/2012.
ANNESS
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STR dwar kulleġġi għal kontropartijiet ċentrali
|
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||
|
Emenda 1 |
|||||||
|
Preambolu |
|||||||
|
“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tiegħu,” |
“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tiegħu, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), |
||||||
|
Spjegazzjoni Skont l-Artikolu 296 tat-Trattat, li jistipula illi atti legali għandhom jirriferu għal kwalunkwe opinjoni prevista fit-Trattati, l-emenda proposta hija neċessarja sabiex tirrifletti l-fatt illi l-abbozz tar-regolament ta’ delega jiġi adottat skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Dawn id-dispożizzjonijiet fihom l-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat fuq kull att propost tal-Unjoni li jaqa’ fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu (3). |
|||||||
|
Emenda 2 |
|||||||
|
Artikolu 8 (ġdid) |
|||||||
|
L-ebda test |
“Ġestjoni ta’ Kriżi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza Il-proċeduri biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jirriflettu r-responsabbiltajiet u l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni mill-membri ta’ kulleġġ u għandhom jinkludu l-għodod neċessarji biex titħalla ssir komunikazzjoni f’waqtha, proporzjonata u effettiva matul proċess ta' ġestjoni ta' kriżi. Bħala parti mill-proċeduri għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tiżgura illi l-kulleġġ iqis it-twaqqif tal-għodod li ġejjin:
|
||||||
|
Spjegazzjoni Id-Dokument konsultattiv tal-AETS (ESMA/2012/379) kien jinkludi xi lingwaġġ fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Skont ir-Responsabbiltà E “Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn” tal-Prinċipji għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju tas-CPSS-IOSCO, arranġamenti ta’ kooperazzjoni fost l-awtoritajiet iridu jkunu effettivi mhux biss f'ċirkostanzi normali, imma wkoll matul perijodi ta' stress fis-suq u sitwazzjonijiet ta' kriżi. |
|||||||
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STR dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
|
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE |
||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||
|
Anness, Tabella 2, daħħal taqsima ġdida dwar derivati ta’ kreditu wara l-partita 54 |
|||||||||
|
L-ebda test |
|
||||||||
|
Spjegazzjoni Minn perspettiva ta’ analiżi tal-istabbiltà finanzjarja u tar-riskju sistemiku, huwa kruċjali li tinkiseb informazzjoni fir-rigward tat-tip ta’ klawżoli għar-ristrutturar tal-kuntratti pendenti ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu (CDS). Din l-informazzjoni tħalli lill-awtoritajiet janalizzaw l-impatt ta’ avveniment kreditizju fuq l-iskoperturi tas-CDS ta’ parteċipanti fis-suq b’mod aktar preċiż u jifhmu liema tipi ta’ avvenimenti kreditizji japplikaw għal ċerti pożizzjonijiet tas-CDS. Għalhekk, in-nuqqas ta' din l-informazzjoni xxekkel l-analiżi tar-riskju sistemiku relatata ma' avvenimenti kreditizji. |
|||||||||
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STR dwar id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta
|
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE |
|
Emenda 4 |
|
|
Artikolu 2(10) |
|
|
“10. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil membru rilevanti tas-SEBĊ aċċess għal dejta tal-pożizzjoni għal kuntratti ta' derivattivi fil-munita maħruġa minn dak il-membru.” |
“10. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil membru rilevanti tas-SEBĊ b’aċċess għal dejta f’livell ta’ tranżazzjoni kif ukoll b’dejta tal-pożizzjoni għal kuntratti ta' derivattivi fil-munita maħruġa minn dak il-membru. Jekk l-ebda waħda mill-kontropartijiet tal-kuntratt ta’ derivat ma tinsab fil-ġuriżdizzjoni ta’ dan il-membru tas-SEBĊ, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista’ jipprovdi din id-dejta f’livell ta’ tranżazzjoni mingħajr ma jidentifika l-kontropartijiet tad-derivat.” |
|
Spjegazzjoni L-abbozz preżenti jipprovdi biss għal aċċess għal “dejta tal-pożizzjoni” għall-bank ċentrali li joħroġha. Sabiex iwettaq il-mandat tiegħu taħt l-Atrikolu 127(2) u (5) tat-Trattat, b’mod partikolari fir-rigward tal-politika monetarja, il-funzjonament mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas u l-istabbiltà finanzjarja, il-BĊE jeħtieġ aċċess għal dejta f'livell ta' tranżazzjoni fir-rigward ta' kuntratti ta' derivati denominati f'euro. F’dan ir-rigward, il-BĊE għandu interess li: (a) jimmonitorja l-flussi ta’ ħlasijiet aggregati jew individwali li jeffettwaw is-sistemi ta' ħlas u saldu; (b) jimmonitorja l-likwidità tal-euro; u (c) jimmonitorja għal attività ta' spekukazzjoni f'dik il-munita. Dan ser ikun utli speċjalment biex jiġu evalwati il-pressjonijiet potenzjali fuq il-likwidità li jistgħu jkollhom impatt fuq l-implimentazzjoni tal-politika monetarja. Dejta tal-pożizzjoni ser tipprovdi biss dejta dwar ammonti pendenti (“stokks”), iżda mhux fuq il-flussi, li huma meħtieġa biex issir analiżi fuq il-likwidità. Barra minn dan, l-ikklerjar mandatorju ser ikollu impatt sinifikanti fuq il-likwidità tas-suq u l-flussi tal-ħlas. L-aċċess għad-dejta f’livell ta’ tranżazzjoni huwa għalhekk meħtieġ ukoll sabiex jinftiehmu l-istruttura tas-suq u r-reżiljenza tal-likwidità tas-suq tad-derivati OTC. L-Eurosistema ser tkun teħtieġ ukoll aċċess għal dejta f’livell ta’ tranżazzjoni fid-dawl tal-irwol tagħha bħala membru ta’ kulleġġi CCP li jirrappreżentaw il-bank ċentrali tal-ħruġ. Peress illi l-euro hija żgur l-aktar munita importanti fl-Unjoni fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati, il-BĊE jistenna illi l-Eurosistema tkun membru ta’ numru kbir ta’ kulleġġi CCP. |
|
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STI dwar il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
|
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE |
||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||
|
Anness, Tabella 2, daħħal taqsima ġdida dwar derivati ta’ kreditu wara l-partita 54 |
|||||||||
|
L-ebda test |
|
||||||||
|
Spjegazzjoni Minn perspettiva ta’ analiżi tal-istabbiltà finanzjarja u tar-riskju sistemiku, huwa kruċjali li tinkiseb informazzjoni fir-rigward tat-tip ta’ klawżoli għar-ristrutturar tal-kuntratti pendenti tas-CDS. Din l-informazzjoni tħalli lill-awtoritajiet janalizzaw l-impatt ta’ avveniment kreditizju fuq l-iskoperturi tas-CDS ta’ parteċipanti fis-suq b’mod aktar preċiż u jifhmu liema tipi ta’ avvenimenti kreditizji japplikaw għal ċerti pożizzjonijiet tas-CDS. Għalhekk, in-nuqqas ta' din l-informazzjoni jxekkel l-analiżi tar-riskju sistemiku relatata ma' avvenimenti kreditizji. |
|||||||||
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) ĠU C X, xx.xx.201x, p.xx.”
(3) Il-BĊE jinnota illi kull abbozz ta’ STR u kull abbozz ta' STI, li għalih jiġu proposti emendi f’din l-opinjoni, għandu jirreferi għal din l-opinjoni.
(4) Jekk jogħgbok innota li t-taqsimiet u l-partiti sussegwenti jridu jiġu numerati mill-ġdid.”
(5) Jekk jogħgbok innota li t-taqsimiet u l-partiti sussegwenti jridu jiġu numerati mill-ġdid.”
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ Frar 2013
2013/C 60/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3129 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,07 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4560 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86300 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,4475 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2209 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4870 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,637 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
295,80 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7007 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1515 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3588 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,3580 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2809 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3461 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,1830 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5810 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6237 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 423,71 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,7550 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1720 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5855 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 702,12 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0617 |
|
PHP |
Peso Filippin |
53,427 |
|
RUB |
Rouble Russu |
40,0833 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,085 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5871 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,7554 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,3860 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Frar 2013
li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u organizzazzjonijiet tal-pazjenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 60/03
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 61a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar rappreżentanti ta' professjonisti tas-saħħa u organizzazzjonijiet tal-pazjenti għall- Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, saret sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li waslu fil-qafas ta' din is-sejħa għal espressjoni ta' interess. |
|
(3) |
Il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jibda fl-1 ta’ Marzu 2013, li jista’ jiġi mtawwal darba, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
1. Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan maħtura membri u sostituti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza, biex jirrappreżentaw lill-professjonisti tas-saħħa għal terminu ta' tlett snin mill-1 ta’ Marzu 2013:
|
— |
Membru: Filip Babylon, |
|
— |
Sostitut: Kirsten Myhr. |
2. Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan maħtura membri u sostituti tal-Kumitat biex jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta' tlett snin mill-1 ta’ Marzu 2013:
|
— |
Membru: Albert van der Zeijden, |
|
— |
Sostitut: Marco Greco. |
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/9 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
2013/C 60/04
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issuktar jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw, aktar 'il quddiem, l-opportunità li jelaboraw, jirribattu l-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni, jew jikkummentaw dwarhom.
3. Limitu ta' żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, Belgium (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 4/92, B-1049 Brussels) (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta' skadenza (3) |
|
Aċidu ċitriku |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1) |
4.12.2013 |
|
Impenji |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/899/KE (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/501/UE (ĠU L 244, 8.9.2012, p. 27) |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Fax +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/10 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
2013/C 60/05
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issuktar jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw, aktar 'il quddiem, l-opportunità li jelaboraw, jirribattu l-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni, jew jikkummentaw dwarhom.
3. Limitu ta' żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, il-Belġju (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium) (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Glutamat tal-monosodju |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 1) |
3.12.2013 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 60/06
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini (2)
“QUESO LOS BEYOS”
Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0806-22.04.2010
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Queso Los Beyos”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.3. |
Ġobon |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1:
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso Los Beyos” tkopri l-ġobnijiet prodotti b'ħalib tal-baqra, tan-nagħġa jew tal-mogħża, nej jew pasturizzat, mingħajr ma jitħallat; ta’ koagulazzjoni lattika; immaturati tul perjodu minimu ta’ 20 jum, jew 60 jum f'każ li jsiru bil-ħalib nej; li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Ispeċifikazzjoni, u li għandhom il-karatteristiċi deskritti hawn isfel.
Għamla: ċilindrika, b'uċuħ ċatti jew kemxejn konkavi.
Dimensjonijiet: b’għoli ta’ bejn 6 u 9 ċm, u b’djametru ta’ bejn 9 u 10 ċm.
Piż: minn 250 sa 500 g.
Materjal niexef: Minimu ta’ 50 %
Xaħam ikkalkulat fuq il-materja xotta: Minimu ta’ 45 %
Proteina kkalkulata fuq il-materja xotta: Minimu ta’ 30 %
Qoxra rqiqa, ħarxa, b'lewn li jvarja bejn isfar krema, isfar pallidu u kannella ċara, skont jekk il-ħalib hux tal-baqra, tal-mogħża jew tan-nagħġa, rispettivament.
Il-qalba tal-ġobon tkun bejn semi-iebsa u iebsa, mingħajr toqob ikkawżati mill-fermentazzjoni, u bi preżenza skarsa ta’ toqob ta’ oriġni mekkanika; tinkiser jew titfarrak mal-qtugħ; lewn abjad fil-każ tal-ħalib tal-mogħża, u lewn l-avorju jew isfar pallidu fil-każ tal-ħalib tan-nagħġa jew tal-baqra.
Konsistenza qawwija, ftit elastiċità jew xejn, tinkiser jew titfarrak malajr jew malajr ħafna.
Riħa u aroma ħfief, fil-familja tal-ħalib; ir-riħa u l-aroma jkunu aktar intensi fil-każ tal-ġobon tal-mogħża u tan-nagħġa, ifakkru ftit fl-ispeċi li minnu ġej il-ġobon.
Togħma ħafifa, li ssir iktar intensa fil-każ tal-ġobon tal-mogħża, bi sfumaturi ħfief ta’ mogħoż u nagħaġ fil-każ tal-ġobon tal-mogħża u tan-nagħġa; ftit li xejn mielaħ u kemxejn aċiduż, pjaċevoli u bbilanċjat, b'togħma ta’ wara ta’ ħalib frisk fil-każ tal-ġobon tal-baqra, u persistenti fil-każ tal-ġobon tal-mogħża jew tan-nagħġa.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Ħalib tal-baqra, tan-nagħġa jew tal-mogħża; fermenti lattiċi, klorur tal-kalċju, tames u melħ. Dawn huma l-ingredjenti użati b'mod tradizzjonali, u li għadhom jintużaw sal-lum il-ġurnata.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
L-istadji kollha tal-produzzjoni, inkluża l-maturazzjoni, isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Il-ġobnijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jitqiegħdu fis-suq koperti mill-IĠP għandhom iġorru, apparti t-tikketta proprja ta’ kull azjenda ta’ produzzjoni (it-tikketta kummerċjali), tikketta nnumerata bħala garanzija tal-identità tal-prodott; fuqha għandu jidher il-kliem “Indicación Geográfica Protegida” u “Queso Los Beyos”, kif ukoll il-logo tal-IĠP. Fit-tikketta kummerċjali għandha tiġi indikata, b'ittri kbar, l-ispeċi li minnha ġej il-ħalib użat fil-produzzjoni tal-ġobon, b'mod li l-konsumatur ma jkunx jista' jitqarraq jew jitħawwad.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika ddefinita għall-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet koperti mill-IĠP “Queso Los Beyos” hija magħmula mill-muniċipalitajiet ta’ Oseja de Sajambre, Amieva u Ponga; tal-ewwel tikkorrispondi amministrattivament għall-Komunità Awtonoma ta' Castilla y León, filwaqt li t-tnejn l-oħra jinsabu fil-Prinċipat ta' Asturias.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika hija ddefinita b'mod naturali mill-preżenza ta' diversi formazzjonijiet muntanjużi: fin-nofsinhar, il-Cordillera Cantábrica; fil-lvant, l-għoljiet tal-massa oċċidentali tal-Picos de Europa; fit-tramuntana, is-Sierra de Fontecha; u fil-punent, il-Cordal de Ponga. Dawn il-formazzjonijiet huma responsabbli għad-diffikultajiet fl-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet u t-trasport, li kellhom jegħlbu passaġġi għoljin u kkumplikati.
Mill-banda l-oħra, f'din iż-żona, anki jekk it-topografija mħarbta tippreżenta d-diffikultajiet tagħha, għadd ta’ toroq u mogħdijiet ippermettew konnessjonijiet bejn l-irħula u aċċess għall-merħliet maqsuma. Dan irriżulta f'żona b'ħafna karatteristiċi u drawwiet komuni, irrispettivament mill-fruntieri amministrattivi.
Madwar terz tas-superfiċje tal-art tintuża għall-mergħa, kważi matul is-sena kollha.
Ġeneralment, tista' ssir distinzjoni bejn tipi differenti ta’ artijiet, li jinstabu fit-tliet muniċipalitajiet: l-ewwel nett, f'altitudnijiet għoljin, qċaċet imħarbta u irregolari, b'mergħat u passaġġi tal-muntanja bejniethom; it-tieni, f'altitudnijiet medji, boskijiet b'mergħat ħodor sparpaljati; u t-tielet, f'altitudnijiet aktar baxxi, mergħat tal-ħuxlief bi ftit siġar 'l hawn u 'l hemm.
Mingħajr dubju, l-artijiet ta’ din iż-żona kellhom rwol kruċjali fl-iżvilupp ta’ dan it-tip uniku ta’ ġobon, b'konsegwenza tal-isfruttar ta’ eċċess ta’ prodotti tal-ħalib, u ta’ mod ta’ ħajja li ftit li xejn kien joffri alternattivi oħra lill-abitanti. Id-diffikultajiet kbar diġà msemmija fl-iżvilupp ta' konnessjonijiet ta' trasport estern, minkejja l-konnessjonijiet tajbin bejn muniċipalità u oħra fiż-żona stess, kienu strumentali fl-istabbiliment ta' rabtiet fil-qrib fost l-abitanti lokali, li għal ċertu perjodu ta’ kull sena kienu jgħixu flimkien mal-merħliet tagħhom fil-passaġġi tal-muntanji, u kienu jaqsmu kemm żona fiżika u kemm ċertu mod ta’ ħajja. Dan wassal għal metodu komuni għall-isfruttar tar-riżorsi disponibbli, u b'hekk eventwalment għall-produzzjoni tal-“Queso Los Beyos”.
Il-karatteristiċi tal-ħamrija kienu determinanti wkoll, billi ffaċilitaw it-tradizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni u ta’ trattament tal-merħliet, abbażi ta’ attivitajiet staġjunali estensivi fil-boskijiet u fil-mergħat, skont l-altitudni u l-kompożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar. Sistema ta’ sfruttar tal-ħalib u tal-laħam wasslet għal żewġ attivitajiet ewlenin: it-tgħammir ta’ kull speċi ta’ annimal, u l-produzzjoni tal-ġobon mill-ħalib żejjed wara li l-frieħ ikunu nfatmu.
Tul l-istorja, kull rgħaj sar jispeċjalizza fi speċi partikulari ta’ annimal, anki fl-istess muniċipalità: b'hekk, ir-rgħajja kien ikollhom baqar, nagħaġ jew mogħoż, imma kważi qatt ma kien ikollhom merħliet imħallta, u dan min-naħa tiegħu fisser li l-prodott miksub kien ikun ġobon tan-nagħġa, tal-mogħża jew tal-baqar, iżda mhux taħlita ta’ ħalib ma' ħalib ieħor. Dan wassal għall-iżvilupp ta’ varjetà ta’ ġobnijiet.
Il-karatteristiċi taż-żona kienu determinanti, qabelxejn, fl-iżvilupp tal-ġobon, iżda s-sistema proprja ta’ produzzjoni magħżula mill-abitanti ta’ dawn l-irħula, dejjem skont il-karatteristiċi taż-żona, ukoll ħalliet il-marka tagħha fil-karatteristiċi tal-prodott aħħari.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
In-natura speċifika ta’ dan il-prodott tinstab l-ewwel nett fid-dehra tiegħu, li hija għalkollox differenti minn tal-varjetajiet kollha l-oħra ta’ ġobon prodotti fiż-żona tal-madwar. Il-“Queso Los Beyos” huwa magħruf u rrikonoxxut bħala ġobon żgħir, b'għoli kemxejn iqsar mid-djametru tiegħu. Id-daqs żgħir tiegħu mhuwiex kumbinazzjoni: jippermetti tqattir u tnixxif inqas fit-tul, u dan huwa importanti għaliex ix-xorrox minn dejjem kien jitneħħa waqt il-fażi tal-ifformar f'mudell, u huwa f'din l-istess fażi li l-baqta tinxef bil-gravità u tingħafas bil-piż tagħha stess. Dan il-metodu għadu jiġi segwit sal-lum, biex jagħti lill-qalba tal-ġobon il-konsistenza u d-dehra partikulari tagħha. Il-karatteristiċi speċjali tal-qalba tal-ġobon, li jagħtu lill-ġobon l-identità unika tiegħu, huma l-fatt li hija magħluqa, u li tinqasam jew titfarrak malajr mal-qtugħ. Il-ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra għandu togħma ħafifa, filwaqt li t-togħma tal-ġobon tan-nagħġa u tal-mogħża hija iktar intensa, u tfakkar iktar fl-annimal li minnu ġej il-ħalib.
Għadd ta' dokumenti jagħtu xhieda tal-iżvilupp tradizzjonali ta' dan il-ġobon b'ħalib tal-baqra, tal-mogħża jew tan-nagħġa, fosthom dawn li ġejjin. Il-pubblikazzjoni Los quesos artesanales de Asturias (Il-ġobnijiet artiġjanali ta' Asturias, 1985) tgħidilna li “Il-Queso Los Beyos jista' jsir mill-ħalib tal-baqra, tal-mogħża jew tan-nagħġa, iżda fit-tradizzjoni lokali, il-ħalib minn speċijiet differenti ma jitħallatx”. José A. Fidalgo Sánchez, fil-ktieb turistiku Asturias, parada y fonda (1988), jgħid l-istess ħaġa, kif ukoll Enric Canut u oħrajn fil-ktieb “Quesos” (Ġobnijiet, 1992); dan l-istess awtur, fil-pubblikazzjoni tiegħu Manual de quesos, queseros y quesómanos (Manwal ta' ġobnijiet, produtturi u ħbieb tal-ġobon), jisħaq li “l-ġobon isir mill-ħalib tal-baqra, tal-mogħża jew tan-nagħġa, mingħajr ma jitħalltu”.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
Dan il-ġobon huwa msemmi għall-wied profond ta’ Los Beyos, li tnaqqax minn ġol-blat tal-ġir mix-xmara Sella, fil-vjaġġ tagħha tul il-muniċipalitajiet li jifformaw iż-żona ġeografika ddefinita. Huwa ġobon li jgawdi minn ħafna prestiġju, marbut mal-post tal-oriġini tiegħu.
Ir-rabta ewlenija bejn iż-żona ġeografika u l-ġobon hija proprju dan il-prestiġju, u hemm ħafna evidenza tiegħu. Id-Diccionario de Miñano (1827) fih referenza espliċita għall-kwalità ta' dan il-ġobon. Diġà qabel dan, jidhru referenzi bibliografiċi fir-reġistru tal-proprjetà tal-Markiż ta' La Ensenada (1752), kif ukoll fil-liġijiet tal-muniċipalitajiet lokali taż-żona, b'bidu mill-1779. Wara dawn, ħarġu ħafna kotba u pubblikazzjonijiet li jsemmu jew jagħtu ħarsa ddettaljata lejn dan il-ġobon, sal-punt li Juan Gabriel Pallarés, fil-Guía de productos de la tierra (Gwida għall-prodotti tal-art, 1998), ifaħħru bħala “il-ġojjell tal-lvant” jew “iben il-widien profondi”.
Il-prestiġju ta’ dan il-ġobon jiġi kkonfermat ukoll f'ħafna kotba ta’ gastronomija: Guía del buen comer español (Gwida tal-ikel bnin ta’ Spanja, 1929) jissottolinja “t-togħma tajba tal-ġobon”; Lecciones de cocina regional (Lezzjonijiet fit-Tisjir tar-Reġjun, 1962) isemmi wkoll “it-togħma tajba ħafna” tal-ġobon; Comer en Asturias (L-ikel ta' Asturias, 1980) isemmih bħala wieħed mill-aktar ġobnijiet importanti ta' Asturias; u nsibu referenza għalih ukoll fi Cocina práctica de los quesos de España (Tisjir prattiku bil-ġobnijiet ta' Spanja, 1983). Barra minn hekk, El Gran libro de la cocina asturiana (Il-Ktieb il-kbir tat-Tisjir ta' Asturias, 1986) isemmi l-ġobon bħala l-“karatteristiku tal-wied profond ta' Los Beyos”.
Anki jekk dan il-ġobon, fil-bidu tiegħu, kien jintuża biss għall-konsum fil-familji jew għall-ħlas tal-kera, iktar tard, sa ċertu punt, beda jingħata bħala rigal, bħala ħlas jew tpartit, u billi kien juża l-ħalib żejjed, sar ukoll sors ta’ dħul dirett. Fil-bidu, dawn it-tranżazzjonijiet kienu limitati għall-kummerċ lokali, iżda nfirxu minn suq għall-ieħor sakemm stabbilew ruħhom f'muniċipalitajiet tal-madwar, bħas-suq ta' Cangas de Onís. Fil-fatt, hemm min jemmen li kien f'dan is-suq li tgħammed il-ġobon, billi kien jasal miż-żona tal-wied profond ta’ Los Beyos.
F'din l-istess muniċipalità, il-ġobon jieħu sehem f'kompetizzjoni u wirja tal-ġobon tal-Picos de Europa, avveniment li jmur lura għall-fiera tal-ħarifa tal-1942. Fl-uffiċċju muniċipali ta’ Cangas de Onís, hemm evidenza tal-parteċipazzjoni u tal-protagoniżmu tal-“Queso Los Beyos” f'din il-kompetizzjoni, flimkien ma' varjetajiet ta’ ġobon taż-żoni tal-madwar. Barra minn hekk, il-“Queso Los Beyos” għandu l-kompetizzjoni proprja tiegħu. Il-gazzetta Asturjana La Nueva España tal-10 ta' Diċembru 1984 irrappurtat li “Mill-bieraħ, Ponga bdiet torganizza kompetizzjoni proprja tal-ġobon ta’ Los Beyos”. F'artikli oħra tal-istampa fl-istess sena, insibu t-titli: “Il-ġobon Los Beyos, xprun ekonomiku”, “Ta’ Los Beyos, ġobon dejjem aktar apprezzat”. Fit-28 ta’ Mejju 2004, fil-La Voz de Asturias, tħabbru l-ewwel jiem gastronomiċi tal-“Queso Los Beyos”, li ħabtu mal-XXI kompetizzjoni ta’ dan il-ġobon. Kompetizzjoni oħra ilha tittella' fil-muniċipalità ta' Amieva mill-1992. Fl-uffiċċji muniċipali, wieħed isib dokumenti b'tagħrif dwar il-parteċipanti, il-membri tal-ġurija, il-kwantità tal-premji, u l-lista tar-rebbieħa.
Illum il-ġurnata, dawn il-kompetizzjonijiet għadhom jissemmew fl-aħbarijiet, bi produtturi tal-ġobon mit-tliet muniċipalitajiet taż-żona, u b'udjenza kbira.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))
http://www.magrama.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-agroalimentaria/pliego_queso_los_beyos_versi%C3%B3n_7.6.2012_tcm7-211510.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.
|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/15 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
2013/C 60/07
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“MELVA DE ANDALUCÍA”
Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0937-09.01.2012
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestaturi tal-ispeċifikazzjoni affettwati mill-emenda:
|
— |
|
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni |
|
— |
☒ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta' produzzjoni |
|
— |
|
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
☒ |
Oħrajn. Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni |
2. Tip ta' emenda:
|
— |
☒ |
Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju. |
|
— |
|
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju. |
|
— |
|
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006). |
|
— |
|
Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006). |
3. Emendi:
3.1. Ġiet emendata t-taqsima B) Deskrizzjoni tal-prodott tal-Ispeċifikazzjoni, sabiex tippermetti l-użu tas-salmura bi proporzjon ta’ melħ ta’ inqas minn 1 % bħala sustanza ta’ priżervazzjoni:
Qed tiġi proposta l-approvazzjoni, bħala sustanza ta’ priżervazzjoni, tas-salmura bi proporzjon ta’ melħ ta’ inqas minn 1 % għall-“Melva de Andalucía” ppreżentata fl-istat naturali.
Il-materja prima għall-elaborazzjoni ta’ dawn il-prodotti hija l-istess, Auxis rochei u Auxis thazard, u l-produzzjoni tibqa' artiġjanali u b'metodu identiku għal dak użat għall-prodott ippriżervat fiż-żejt, billi l-karatteristiċi tal-prodott mhumiex affettwati. L-unika differenza hija s-sustanza ta’ priżervazzjoni, jiġifieri salmura li ġejja mill-ilma tat-tisjir, bi proporzjon ta' melħ ta’ inqas minn 1 %.
3.2. Ġiet emendata t-taqsima C) Żona ġeografika tal-Ispeċifikazzjoni, biex tinkludi l-muniċipalità ta' Chiclana de la Frontera:
Ġie kkoreġut l-iżball li nstab fis-Sommarju u fl-Ispeċifikazzjoni fir-rigward tal-muniċipalità ta' Chiclana de la Frontera, fil-provinċja ta' Cádiz. Dan l-isem kien inkluż fid-dokumentazzjoni mressqa lill-Kummissjoni Ewropea fid-29 ta’ Ġunju 2004, iżda minħabba żvista, ma ġiex inkluż fl-aħħar dokumentazzjoni mgħoddija għall-pubblikazzjoni.
3.3. Ġie emendat il-kliem tat-taqsima D) Prova tal-oriġini:
Billi l-korp responsabbli għall-verifika tal-konformità nbidel, ġie emendat il-kliem ta' din it-taqsima bil-għan li jiġu speċifikati l-kontrolli li għandhom isiru mingħajr ma jissemma l-korp responsabbli għal dawn il-kontrolli, proprju għax jista' jvarja.
3.4. Ġie emendat il-kliem tat-taqsima E) Metodu ta' produzzjoni biex jinkludi s-salmura bħala s-sustanza ta’ priżervazzjoni fl-ippakkjar, kif ukoll il-forom ta’ ppakkjar li għandhom jintużaw:
Ġie emendat il-kliem tat-taqsima dwar l-ippakkjar, kif ġej:
“Il-prodott jiġi ppreżentat fi fletet, imqaxxra u bix-xewk imneħħi, mgħottija biż-żejt jew bis-salmura, f'laned tal-metall tondi jew rettangolari, jew f'bottijiet tal-ħġieġ.”
3.5. Ġiet emendata t-taqsima G) Verifika tal-konformità tal-Ispeċifikazzjoni:
Biex it-test jinġieb konformi mat-tagħrif imressaq lill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tas-sistema ta' verifiki uffiċjali ta’ prodotti tal-kwalità tal-Andalusija, li tifforma parti mill-Pjan ta' Spezzjoni Pluriennali, ġie speċifikat sit elettroniku tal-Ministeru tal-Agrikultura, is-Sajd u l-Ambjent tal-Gvern tal-Andalusija, fejn jingħataw dettalji tal-kopri responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni.
3.6. Ġiet emendata t-taqsima H) Tikkettar tal-Ispeċifikazzjoni:
Ġie emendat il-kliem ta’ din it-taqsima, u ġie inkluż il-logo tal-“Melva de Andalucía”, kif ġej:
Fit-tikketti proprji ta’ kull azjenda li tikkummerċjalizza t-tumbrell ippriżervat kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Melva de Andalucía”, għandhom jidhru b'mod obbligatorju: il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta”, is-simbolu Komunitarju, u l-isem “Melva de Andalucía”, minbarra l-informazzjoni ġenerali kif stipulata mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Kull tip ta’ reċipjent li fih jiġi ppreżentat it-tumbrell kopert mill-IĠP maħsub għall-konsum għandu jġorr tikketta nnumerata maħruġa mill-Bord Regolatorju. Din it-tikketta għandha titwaħħal mill-azjenda tal-produzzjoni stess, u dejjem b'mod li t-tikketta ma tkunx tista' terġa' tintuża.
3.7. Emenda tat-taqsima I) Rekwiżiti leġiżlattivi:
Il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Ispeċifikazzjoni ġiet aġġornata skont din.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3)
“MELVA DE ANDALUCÍA”
Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0937-09.01.2012
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Melva de Andalucía”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.7. – |
Ħut, molluski, krustaċji friski u l-prodotti dderivati minnhom. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1:
Fletet tat-tumbrell ippreżervati fl-istat naturali u fiż-żejt, prodotti b'metodu artiġjanali.
Dan huwa prodott ippriżervat ikkaratterizzat minn konsistenza kumpatta, tarija u mmerrqa, riħa pjaċevoli, u togħma karatteristika ħafna ta’ ħut blu.
Il-fletet tat-tumbrell ippriżervat jiġu ppreżentati fi tliet varjetajiet, skont is-sustanza ta’ priżervazzjoni użata: fiż-żejt taż-żebbuġa, fiż-żejt tal-ġirasol, jew fl-ilma tat-tisjir. Jiġu ppakkjati f'reċipjenti tal-metall rettangolari jew ċilindriċi, jew f'bottijiet tal-ħġieġ.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Il-materja prima użata ġejja mill-ispeċijiet Auxis rochei u Auxis thazard, ħuta ta' ġisimha b'saħħtu, tawwali u ttondjat, imneħirha qasir, u b'żewġ pinen dorsali mbegħdin sew minn xulxin. Il-ħuta għandha lewn kaħlani jew griż jagħti fl-ikħal, b'żaqqha u ġenbejha fiddiena; ġilditha hija iebsa u b'saħħitha, bla qxur, għajr fil-parti ta’ quddiem ta’ ġisimha u tul il-linja laterali.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-proċess ta' produzzjoni tal-priżervi huwa wieħed artiġjanali, tradizzjonali tal-Andalusija. It-tumbrell jitqaxxar bl-idejn, mingħajr l-użu ta’ prodotti kimiċi, u b'hekk jiġi żgurat prodott tal-aqwa kwalità, lewn abjad jagħti fil-griż, li jżomm il-karatteristiċi kollha tiegħu.
Bħala sustanza ta’ priżervazzjoni jintużaw esklussivament is-salmura (bi proporzjon ta’ inqas minn 1 % melħ), iż-żejt taż-żebbuġa jew iż-żejt tal-ġirasol.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Fit-tikketti proprji ta’ kull azjenda li tikkummerċjalizza t-tumbrell ippriżervat kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Melva de Andalucía”, għandhom jidhru b'mod obbligatorju: il-kliem “Indicación Geográfica Protegida” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta), l-isem “Melva de Andalucía”, u l-logo tal-Unjoni Ewropea. Barra minn dawn, għandu jidher b'mod obbligatorju l-logo li ġej tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta fuq kull reċipjent tal-“Melva ta’ Andalucía” ppriżervata koperta mill-IĠP:
Kull tip ta’ reċipjent li fih jiġi ppreżentat it-tumbrell kopert mill-IĠP maħsub għall-konsum għandu jġorr tikketta nnumerata maħruġa mill-Bord Regolatorju. Din it-tikketta għandha titwaħħal mill-azjenda tal-produzzjoni stess, u dejjem b'mod li t-tikketta ma tkunx tista' terġa' tintuża.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ta' produzzjoni tal-prodott ippriżervat tinsab fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Almería, Adra, Carboneras, Garrucha u Roquetas de Mar fil-provinċja ta' Almería; Algeciras, Barbate, Cádiz, Chiclana de la Frontera, Chipiona, Conil, La Línea, Puerto de Santa María, Rota, Sanlúcar de Barrameda u Tarifa fil-provinċja ta' Cádiz; Almúñecar u Motril fil-provinċja ta' Granada; Ayamonte, Cartaya, Huelva, Isla Cristina, Lepe, Palos de la Frontera u Punta Umbría fil-provinċja ta' Huelva; Estepona, Fuengirola, Málaga, Marbella u Vélez-Málaga fil-provinċja ta' Málaga.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
It-tumbrell ippriżervat għandu jiġi prodott f'impjanti ta’ ppriżervar li jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Għandhom jiġu rispettati r-rekwiżiti indikati fl-Ispeċifikazzjoni, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni artiġjanali, li ssegwi l-metodi u l-proċeduri użati fl-antik li bis-saħħa tagħhom jinżammu l-karatteristiċi naturali tal-ħut.
L-istadju tat-tqaxxir bl-idejn tal-ħut għandu importanza partikulari fil-proċess ta’ produzzjoni. Għandu jsir minn idejn esperti, imħarrġin speċifikament għal din l-operazzjoni, għarfien li ilu u għadu jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Permezz tal-metodi artiġjanali li bihom isir it-tumbrell ippriżervat “Melva de Andalucía”, il-ħut iżomm il-karatteristiċi naturali tiegħu. Il-“Melva de Andalucía” jiddistingwi ruħu għall-konsistenza kumpatta, tarija u mmerrqa tiegħu, għar-riħa pjaċevoli, u għat-togħma karatteristika ta' ħut blu.
Dawn il-priżervi jsiru minn materja prima magħmula mill-ispeċijiet imsemmija. Għalkemm dawn huma speċijiet li jpassu, jinstabu b'mod regolari fl-ixtut taż-żona ġeografika ddefinita.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):
L-ispeċijiet ta' ħut migratorju ilhom jiġu mistada fin-nofsinhar ta' Spanja għal madwar tlett elef sena, mindu l-Feniċji u t-Tartessjani bdew jaqbdu t-tonn, it-tumbrell u l-kavall permezz ta' xbieki żgħar, xbieki tat-tidwir rudimentarji u snanar. Minbarra s-sajd, ta’ min issemmi wkoll l-importanza tal-industrija tal-ipproċessar ta' dawn l-ispeċijiet migratorji, li l-oriġini tagħha tmur lura għas-seklu 1. Kull tip ta' tonn u kavall kien jiġi pproċessat f'fabbriki li kienu jinsabu tul ix-xatt kollu tal-Andalusija. Eżempju minnhom huma l-fdalijiet magħrufa ta’ Baelo Claudia de Bolonia (Tarifa), fejn il-vaski għadhom viżibbli sal-lum. Għaldaqstant, l-attivitajiet ta’ ppriżervar tal-prodotti tas-sajd fl-Andalusija, prodotti minn speċijiet maqbudin fiż-żona, huma parti minn tradizzjoni qadima li għadha teżisti sal-lum, bl-istess metodi artiġjanali ta’ produzzjoni li jwasslu għal prodotti ta’ kwalità għolja li timmarka d-differenza ma' prodotti oħra. Bis-saħħa tal-materja prima u tal-metodu ta' produzzjoni artiġjanali, il-karatteristiċi organolettiċi ta' dawn il-priżervi jagħmluhom prodott tal-aqwa kwalità, u importanti wkoll għas-sigurtà alimentari.
L-industrija tal-ippriżervar artiġjanali ġiet xprunata minn impriżi familjari żgħar u ta’ daqs medju, immaniġġjati mill-fondatur stess jew min-nisel tiegħu, u b'hekk maż-żmien inżammu t-tekniċi artiġjanali tal-produzzjoni. It-tradizzjoni twila ta' din l-industrija fl-Andalusija, bl-esperjenza tal-produzzjoni artiġjanali ta' dan il-prodott mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra, tiggarantixxi ħaddiema b'idejn esperti.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq:
http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/Pliego_modificado_Melva.pdf
Jista'
jsir aċċess għalih ukoll billi wieħed jidħol fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Kunsill Reġjonali tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ambjent (http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal) u jikklikkja kif ġej: “Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Otros Productos”. L-ispeċifikazzjoni tinstab taħt isem l-IĠP.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
(3) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.