ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2013.056.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 56E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
26 ta' Frar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2011–2012
Dati tas-seduti: 27–29 ta' Settembru 2011
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 22 E, 27.1.2012.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011

2013/C 056E/01

Il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-Green Paper: Il-bidla ta' Sfidi f'Opportunitajiet: lejn qafas strateġiku komuni għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE (2011/2107(INI))

1

2013/C 056E/02

Is-sistema tal-Iskejjel Ewropej
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sistema tal-Iskejjel Ewropej (2011/2036(INI))

14

2013/C 056E/03

Politika ta' koeżjoni futura tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-assorbiment tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni: tagħlimiet meħuda għall-politika ta' koeżjoni futura tal-UE (2010/2305(INI))

22

2013/C 056E/04

Rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja’
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja (2011/2023(INI))

31

2013/C 056E/05

It-turiżmu fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew (2010/2206(INI))

41

2013/C 056E/06

Is-sikurezza fit-toroq
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 (2010/2235(INI))

54

2013/C 056E/07

L-infrastruttura tad-digi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-finanzjament u l-infurzar tal-infrastruttura tad-digi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2010/2270(INI))

67

2013/C 056E/08

Għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (2010/2100(INI))

75

2013/C 056E/09

Dikjarazzjonijiet unilaterali għall-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar dikjarazzjonijiet unilaterali imdaħħla fil-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill (2011/2090(INI))

86

2013/C 056E/10

Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija EWROPA 2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija EWROPA 2020 (2010/2152(INI))

87

2013/C 056E/11

Il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji Erasmus u Leonardo da Vinci
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji Erasmus u Leonardo da Vinci

99

 

L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011

2013/C 056E/12

Orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fin-Nazzjonijiet Uniti

100

 

Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011

2013/C 056E/13

Is-sitwazzjoni fil-Palestina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina

104

2013/C 056E/14

Samit dwar id-Dinja Rio+20
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta’ pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)

106

2013/C 056E/15

Il-futur tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-futur tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

119

2013/C 056E/16

Il-ħolqien ta’ Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar il-ħolqien ta’ Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

122

2013/C 056E/17

Il-pajżana invalidati bil-gwerra
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-pajżana invalidati bil-gwerra

123

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011

2013/C 056E/18

Il-Kummerċ ta' prodotti agrikoli u tas-sajd bejn l-UE u l-Palestina ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (07770/2011 – C7-0100/2011 – 2011/0042(NLE))

124

2013/C 056E/19

Ftehima bejn il -KE u l-Messiku dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (05735/2011 – C7-0067/2011 – 2008/0161(NLE))

125

2013/C 056E/20

Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd UE-Kap Verdre ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (09793/2011 – C7-0228/2011 – 2011/0097(NLE))

125

2013/C 056E/21

Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (09390/2011 – C7-0141/2011 – 2011/0021(NLE))

126

2013/C 056E/22

L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro (17787/2010 – C7-0025/2011 – 2010/0206(APP))

127

2013/C 056E/23

It-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2010)0377 – C7-0186/2010 – 2010/0204(COD))

127

P7_TC1-COD(2010)0204Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Patrlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro

128

2013/C 056E/24

Il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD))

128

P7_TC1-COD(2008)0249Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

129

ANNESS

129

 

L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011

2013/C 056E/25

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011: ir-riżorsi proprji u l-flussi ta' migrazzjoni u ta' rifuġjati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13990/2011 – C7-0243/2011 – 2011/2128(BUD))

130

2013/C 056E/26

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/017 DK/ Midtjylland Machinery/Danimarka
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/017 DK/ Midtjylland Makkinarju mid-Danimarka) (COM(2011)0421 – C7-0194/2011 – 2011/2159(BUD))

131

ANNESS

133

2013/C 056E/27

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija tal-karrozzi/ Il-Ġermanja)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija awtomobilistika mill-Ġermanja) (COM(2011)0447 – C7-0209/2011 – 2011/2163(BUD))

133

ANNESS

135

2013/C 056E/28

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/026 PT/Rohde/Portugall
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/026 PT/Rohde mill-Portugall) (COM(2011)0491 – C7-0222/2011 – 2011/2167(BUD))

135

ANNESS

137

2013/C 056E/29

Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-Arġentina) ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06609/2011 – C7-0104/2011 – 2011/0027(NLE))

137

2013/C 056E/30

Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-Awstralja) ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06603/2011 – C7-0144/2011 – 2011/0032(NLE))

138

2013/C 056E/31

Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-New Zealand) ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06536/2011 – C7-0106/2011 – 2011/0029(NLE))

139

2013/C 056E/32

Is-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (COM(2010)0526 – C7-0300/2010 – 2010/0280(COD))

139

P7_TC1-COD(2010)0280Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika

140

2013/C 056E/33

Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM(2010)0524 – C7-0298/2010 – 2010/0278(COD))

140

P7_TC1-COD(2010)0278Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

141

ANNESS

141

2013/C 056E/34

Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (COM(2010)0525 – C7-0299/2010 – 2010/0279(COD))

142

P7_TC1-COD(2010)0279Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

142

2013/C 056E/35

Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (COM(2010)0527 – C7-0301/2010 – 2010/0281(COD))

143

P7_TC1-COD(2010)0281Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

143

ANNESS

144

2013/C 056E/36

L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (COM(2010)0522 – C7-0396/2010 – 2010/0276(CNS))

144

P7_TC1-CNS(2010)0276Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

145

2013/C 056E/37

Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM(2010)0523 – C7-0397/2010 – 2010/0277(NLE))

156

ANNESS

157

 

Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011

2013/C 056E/38

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2011)0336 – C7-0161/2011 – 2011/0147(COD))

158

P7_TC1-COD(2011)0147Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

158

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 27–29 ta' Settembru 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 22 E, 27.1.2012. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/1


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE

P7_TA(2011)0401

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-Green Paper: Il-bidla ta' Sfidi f'Opportunitajiet: lejn qafas strateġiku komuni għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE (2011/2107(INI))

2013/C 56 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-artikoli li jirrigwardaw ir-riċerka,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni ‧Il-bidla ta' Sfidi f'Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE‧ (COM(2011)0048),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-evalwazzjoni intermedjarja tas-seba' programm tal-UE għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar Unjoni tal-Innovazzjoni: Inbiddlu l-Ewropa għad-dinja wara l-kriżi (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tas-sinerġiji tal-fondi assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-bliet u r-reġjuni kif ukoll fl-Istati Membri u fl-Unjoni (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' Esperti ‧Towards a world class Frontier research Organisation - Review of the European Research Council's Structures and Mechanisms‧ tat-23 ta' Lulju 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Esperti indipendenti "Mid-Term Evaluation of the Risk-Sharing Financial Facility (RSFF)" tal-31 ta' Lulju 2010,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti "Interim Evaluation of the Seventh Framework Programme" tat-12 ta' Novembru 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Frar 2011 intitolata "Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Reazzjoni għar-Rapport tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tas-Seba' Programm [Qafas] għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni u għar-Rapport tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji" (COM(2011)0052),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Evalwazzjoni Interim tas-Seba' Programm Qafas għall-Attivitajiet ta' Riċerka (FP7), inkluż il-faċilità ta' finanzjament għall-kondiviżjoni tar-riskji, sat-3074 laqgħa tal-Kunsill tal-UE dwar il-kompetittività (Is-Suq Intern, l-Industrija, ir-Riċerka u l-Ispazju) tad-9 ta' Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' April 2009 bit-titolu ‧Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) – strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa‧ (COM(2009)0184),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għar-riżoluzzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar iċ-ċelebrazzjoni taċ-ċentenarju tal-għoti tal-Premju Nobel lil Marie Skłodowska-Curie (5),

wara li kkunsidra l-inizjattiva emblematika tal-UE 2020 ‧Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza‧ (COM(2011)0021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0302/2011),

A.

billi, abbażi tar-reviżjoni tal-baġit, il-Kummissjoni ddeċidiet tagħti bidu għal dibattitu biex titjieb l-effiċjenza tal-finanzjament favur ir-riċerka u l-innovazzjoni f'livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE u biex tittratta l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE bħala l-prijorità ewlenija tal-UE,

B.

billi l-UE stabbiliet l-objettiv li żżid in-nefqa għar-R&Ż biex tilħaq it-3 % tal-PDG tal-UE sal-2020, u billi, minħabba li bosta pajjiżi għadhom 'il bogħod milli jiksbu dan l-għan, żieda fl-investiment pubbliku u privat fir-R&Ż hija ta' importanza partikolari,

C.

billi t-tendenzi attwali juru pressjoni qawwija biex jiġi ffriżat jew saħansitra jitnaqqas il-baġit Ewropew assoċjat ma' perjodu mmarkat b'baġits pubbliċi nazzjonali limitati ferm, u billi r-R&Ż&I hija wieħed mill-oqsma li fihom il-kooperazzjoni Ewropea wriet li għandha valur miżjud reali f'kuntrast għal ċerti pożizzjonijiet oħra tal-baġit, u ħareġ il-bżonn ta' riallokazzjoni tar-riżorsi disponibbli tal-UE,

D.

billi bħalissa qegħdin ngħaddu minn kriżi ekonomika, soċjali u ambjentali (li qiegħda tolqot lill-Istati Membri tal-UE f'modi differenti ħafna), u billi r-riċerka (fid-dimensjonijiet fundamentali u applikati tagħha), l-edukazzjoni u l-innovazzjoni huma strumenti fundamentali għall-irkupru ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi permezz tal-ksib tal-inizjattivi emblematiċi tal-UE 2020, kif ukoll għad-definizzjoni ta' mudell ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv,

E.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jipprovdu huma stess il-mezzi biex jirrispondu kollettivament għall-isfidi ewlenin soċjali, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u etiċi li l-Ewropej qed jiffaċċjaw, bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, is-saħħa, il-provvista tal-ikel, l-iżvilupp sostenibbli, il-kwistjonijiet ekoloġiċi importanti, eċċ., u billi s-soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet għandhom jipprovdu inċentiv għall-individwi biex jieħdu aktar responsabilità għall-azzjonijiet tagħhom,

F.

billi reġjuni u pajjiżi oħra tad-dinja qegħdin kulma jmur jinvestu iktar fir-R&Ż&I, u billi l-investimenti tal-UE f'dan il-qasam għandhom għalhekk jiġu orjentati favur it-tisħiħ tal-kapaċità xjentifika, l-inkoraġġament tal-investivmenti mill-industrija u t-titjib tal-kapaċità kompetittiva kumplessiva tal-UE; billi huwa meħtieġ il-ħolqien ta' sett konsistenti ta' għodda ta' appoġġ tul "il-katina tal-innovazzjoni" kollha, l-iżgurar ta' bilanċ xieraq bejn ir-riċerka orjentata b'mod akkademiku, ir-riċerka xjentifika applikata u l-innovazzjoni,

G.

billi, minkejja l-finanzjament tal-UE fir-R&Ż&I żdied, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea l-aktar żviluppati mil-lat xjentifiku u teknoloġiku għadhom kapaċi jassorbu l-akbar porzjon tar-riżorsi disponibbli fl-ambitu tad-diversi skemi u programmi ta' finanzjament fl-ambitu tal-Qafas (fosthom il-proġetti fuq skala kbira), b'hekk tiġi pperpetrata s-sottorappreżentanza ta' xi Stati Membri u r-reġjuni tagħhom f'kemm f'termini ta' aċċess għall-finanzjamenti kif ukoll ta' parteċipazzjoni, billi, fl-interess li titlesta ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), jeħtieġ li l-għan ikun dak li tinbet l-eċċellenza fil-partijiet kollha tal-Unjoni, u billi l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni jikkostitwixxu l-istrument prinċipali biex dan jintlaħaq,

H.

billi għadhom jeżistu inugwaljanzi sinifikanti u li dejjem jikbru fi ħdan l-UE f'termini ta' livelli nazzjonali f'dawk li huma kapaċitajiet ta' finanzjament fir-R&Ż, strutturi industrijali u sistemi edukattivi ogħla, u billi dawk id-differenzi huma parzjalment riflessi fil-parteċipazzjoni kumplessiva fis-Seba' Programm Qafas; billi għandhom jidħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta' bbilanċjar sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni tal-Istati Membri u tar-reġjuni Ewropej kollha,

I.

billi l-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għandu jissawwar fuq l-istess prinċipji ġenerali bħaż-ŻER, jislet vantaġġ mill-potenzjal enormi mhux sfruttat għall-koordinament tas-27 strateġija u programm nazzjonali ta' riċerka differenti u jnaqqas il-frammentazzjoni bla bżonn,

J.

billi l-importanza kbira tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għall-ekonomija u għall-impjiegi tal-UE mhijiex riflessa fil-livell ta' parteċipazzjoni tagħhom fil-fondi tal-UE għar-R&Ż&I; billi l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proġetti ta' kollaborazzjoni fir-R&Ż&I għandha tilħaq livell ta' 15 % u billi, filwaqt li jirrikonoxxi li l-ħidma f'kollaborazzjoni mal-industrija ħeġġet investimenti sinifikanti mill-industrija fir-R&Ż&I, is-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija żejda huma kundizzjoni indispensabbli biex dan l-objettiv jintlaħaq u biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-industrija f'termini ġenerali,

K.

billi l-mard relatat mal-faqar u l-mard li ma jingħatax attenzjoni jtellfu l-iżvilupp ekonomiku, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi tali mard jaffettwa aktar minn biljun ruħ u jikkawża miljuni ta' mwiet kull sena,

L.

billi iktar minn 60 % tal-istudenti li jiggradwaw mill-universitajiet huma nisa, iżda l-maġġoranza tal-postijiet ta' livell għoli fl-universitajiet (eż. postijiet għall-PhD u professorati) għadhom okkupati minn rġiel,

M.

billi minn meta ġie stabbilit il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER) fl-2007, intgħażlu 1 700 proġett biex jingħataw fondi mill-KER, li jirrappreżentaw madwar EUR 2,5 biljun f'għotjiet, u billi kważi 90 % ta' dawn l-għotjiet ingħataw lil kandidati rġiel,

N.

billi jidher li jeżisti "saqaf tal-ħġieġ" problematiku ferm għar-riċerkaturi nisa, li jfisser li mal-anzjanità, is-sehem tan-nisa fir-riċerka jonqos,

O.

billi fis-sistemi edukattivi ta' ħafna Stati Membri, l-istereotipi tas-sessi għadhom prevalenti fl-oqsma tar-riċerka bħax-xjenzi naturali (6);

1.

Jilqa' favorevolment il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea li tiddefinixxi Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, u jqis li l-fulkru l-ġdid tal-QSK għandu jkun il-koordinament bejn il-programmi ta' riċerka u l-iskemi ta' finanzjament tal-UE, ibbażati fuq il-politiki Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-programmi ta' riċerka tal-Istati Membri; jemmen li l-QSK għandu jsegwi approċċ integrat li jimmira biex isir aktar attraenti u faċli biex jiġi aċċessat mill-parteċipanti kollha;

2.

Huwa tal-fehma li l-fondi u l-programmi ta' riċerka tal-UE u l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għandhom objettivi differenti u għalhekk għandhom jitħallew separati;

3.

Jieħu nota tal-parteċipazzjoni relattivament baxxa fis-seba' Programm Qafas ta' ċerti Stati Membri kif ukoll tal-persistenza ta' distakk fil-prestazzjoni fil-qasam tar-riċerka u innovazzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej, minkejja l-isforzi mwettqa bis-saħħa tal-Fondi Strutturali biex tiżdied il-kapaċità R&Ż; jinsab konvint li jeħtieġ li l-potenzjal għall-eċċellenza tar-reġjuni kollha jiġi sfruttat; huwa għaldaqstant tal-fehma li approċċi ġodda huma meħtieġa biex jassistu lir-reġjuni bi prestazzjoni baxxa u lill-Istati Membri biex jiksbu l-eċċellenza u speċjalizzazzjoni reġjonali intelliġenti;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni timmassimizza s-sinerġiji rilevanti kollha bejn il-QSK, il-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd u tiżviluppa approċċ bl-użu ta' bosta fondi filwaqt li tirrispetta l-objettivi differenti tagħhom; huwa konvint li l-istrumenti ta' koeżjoni aktarx ikunu jistgħu jsaħħu l-iżvilupp tal-eċċellenza u l-bini tal-kapaċità b'kompatibilità aħjar mar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell reġjonali; jemmen li dan għandu jippermetti l-iżvilupp ta' triq għall-eċċellenza, li twassal lil dawn ir-reġjuni biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-QSK, ibbażat fuq il-kwalità u l-eċċellenza;

5.

Jissuġġerixxi li dan l-approċċ il-ġdid jista' jinkludi finanzjamenti tal-attivitajiet immirati lejn: il-modernizzazzjoni tal-universitajiet, ix-xiri ta' apparat xjentifiku, it-trasferiment tat-teknoloġija lokali, sostenn għal impriżi li jkunu għadhom kemm fetħu (start-ups) u lil impriżi "spin-off", it-tixrid tar-riżultati tal-proġetti tar-R&Ż&I, iż-żieda fil-kapaċità tal-programmi għat-taħriġ transnazzjonali għar-riċerkaturi, it-twaqqif ta' ċentri ta' riċerka avvanzati, il-bini ta' netwerks ta' eċċellenza u raggruppamenti ta' impriżi (clusters), jew l-attivitajiet ta' kollaborazzjoni tar-R&Ż&I transreġjonali u suġġetti għal verifiki ta' esperti; jemmen li ċerti Azzjonijiet ta' Appoġġ tas-seba' Programm Qafas urew ruħhom ta' suċċess billi laqqgħu l-attivitajiet u għandhom ikunu salvagwardati fil-QSK;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-finanzjament tal-KER, Marie Curie jew il-proposti ta' proġetti ta' kollaborazzjoni li ssodisfaw il-kriterji ta' eċċellenza iżda ma jistgħux ikunu ffinanzjati minħabba nuqqas ta' fondi Ewropej;

7.

Jenfasizza l-importanza taż-żamma ta' strumenti adegwati ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tar-reġjuni fil-qasam tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, minħabba li l-livell reġjonali jirrappreżenta rabta strateġika għall-integrazzjoni effikaċi tal-fondi mill-Programm Qafas mal-Fondi Strutturali kif ukoll fid-dawl tar-rabtiet b'saħħithom tagħhom mal-impriżi, is-servizzi u ċ-ċentri ta' riċerka u taħriġ lokali;

8.

Jitlob li, fid-dawl tal-orjentament futur tal-politika ta' koeżjoni lejn l-Istrateġija Ewropa 2020, il-prijorità tal-"innovazzjoni" tkun obbligatorja għar-reġjuni tal-Objettiv 1 u l-Objettiv 2, u li din il-prijorità għandha tiġi riflessa fil-finanzjament allokat fil-livelli kollha;

9.

Jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jinkoraġġixxu l-innovazzjoni, speċjalment permezz tal-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ta' inizjattivi tat-tip ‧Reġjuni tal-Għarfien‧, ‧Laboratorji Ħajjin‧ u ‧Bliet Intelliġenti‧; fejn id-dimensjoni territorjali tar-Riċerka u l-Iżvilupp hija mħeġġa;

10.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza taż-żamma tal-politiki ta' konverġenza, u jitlob lill-Kummissjoni tiftaħ toroq għall-eċċellenza għal dawk l-Istati Membri u reġjuni li huma aktar vulnerabbli f'termini ekonomiċi u soċjali u huma sottorappreżentati fil-Programm Qafas, fuq il-bażi tas-saħħa rispettiva tagħhom u skont kriterji effikaċi u ċari li jimmiraw għal żieda sostanzjali tal-kapital uman u tal-kapaċità ta' riċerka tagħhom;

11.

Huwa tal-fehma li t-tħabbir ta' kompetizzjoni għall-fondazzjoni ta' ċentri tar-riċerka l-aktar avvanzati fir-reġjuni żvantaġġati huwa strument adattat għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka; jikkunsidra li l-għoti tal-għajnuna fil-forma ta' kompetizzjoni jżid id-dinamiżmu u l-kreattività, li jistgħu jwasslu wkoll f'reġjuni strutturalment dgħajfa għall-ħolqien ta' suċċess tas-siti tar-riċerka u t-teknoloġija li jipprovdu xogħlijiet orjentati lejn il-futur; jikkunsidra li l-kandidati għall-kompetizzjoni għandhom ikunu timijiet li jinkludu istitut tar-riċerka rikonoxxut f'livell internazzjonali u reġjun żvantaġġat kull wieħed, u li l-approċċi xjentifiċi sottostanti għall-proposti għall-fondazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati fuq il-prinċipju tal-eċċellenza; jikkunsudra li fl-istess ħin, ir-reġjun għandu jkun meħtieġ li jipprovdi approċċ ġenerali vijabbli għall-bini, pereżempju bl-għajnuna tal-fondi strutturali u billi joħolqu qafas xieraq, infrastruttura suġġetta għar-riċerka u l-innovazzjoni;

12.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tanalizza l-possibilità li tistabbilixxi fond komuni għall-Ewropa kollha finanzjat mill-Fondi Strutturali biex tiġi promossa r-riċerka Ewropea f'kollaborazzjoni;

13.

Jinsab konvint li l-kredibilità tal-Programm Qafas hija bbażata fuq il-kwalità xjentifika u għaldaqstant jikkunsidra l-eċċellenza bħala l-kriterju prinċipali għall-finanzjament tar-riċerka; ifakkar li n-natura tal-eċċellenza tvarja skont kull tip ta' parteċipant jew in-natura stess tal-proġett ta' riċerka u innovazzjoni (il-kriterju tal-eċċellenza għal istitut tar-riċerka mhuwiex l-istess bħal dak ta' riċerkatur individwali jew għal SME, u jvarja wkoll bejn proġetti fundamentali u proġetti applikati); jisħaq li t-titjib tekniku, l-innovazzjoni, il-proġetti pilota u l-ħolqien tas-suq għandhom jitqiesu bħala l-kriterji importanti għar-riċerka industrijali u applikata, meta rilevanti;

14.

Jappella għal koordinament u sinerġija aħjar bejn l-istrateġiji ta' riċerka u innovazzjoni lokali u reġjonali, nazzjonali u transfruntieri Ewropej, filwaqt li jiġu rispettati l-ispeċifiċitajiet tal-kuntesti differenti u, fl-istess ħin, jissaħħew il-possibilitajiet ta' kumplementarjetajiet u kooperazzjoni bejniethom; jemmen li l-aċċess għall-informazzjoni u għall-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tagħhom, iż-żieda fl-isforzi ta' programmazzjoni konġunta, regoli u strumenti sempliċi u flessibbli u, meta jkun il-każ, il-konverġenza ma' dawn tal-aħħar huwa ta' importanza fundamentali għaż-żieda fl-effikaċja tal-finanzjamenti u possibbilment il-kofinanzjamenti;

15.

Jinsab konvint li l-Ewropa għandha obbligu tagħmel użu tal-potenzjal kbir tagħha fir-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u biex tikkontribwixxi għas-soluzzjonijiet għall-isfidi globali tas-soċjetà, jiġifieri:

il-bidliet demografiċi bħala soċjetà li qed tixjieħ fl-Ewropa, inklużi l-mard relatat mal-età u l-politiki dwar il-familji, popolazzjoni tad-dinja li qiegħda tikber, il-mard ittraskurat u n-nutrizzjoni/is-sigurtà alimentari, l-urbanizzazzjoni, il-mobilità, il-koeżjoni soċjali u l-migrazzjoni,

it-tranżizzjoni lejn ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi skarsi, inlużi l-ilma, l-użu tal-art u l-ġestjoni tal-ħamrija, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-salvagwardja tal-bijodiversità, l-ekosistemi tal-baħar u l-forestrija, l-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà enerġetika, il-materja prima essenzjali u riżorsi naturali bijoloġiċi u fiżiċi oħrajn;

bażi ekonomika b'saħħitha, stabbli u ekwa, inkluż l-irkupru ekonomiku, it-titjib tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tal-għarfien fundamentali u applikat fid-dixxiplini kollha mix-xjenzi soċjali għal dawk umanistiċi, permezz ta' oqsma oħra bħax-xjenzi bijoloġiċi u mediċi u r-riċerka għas-sigurtà ċivili taċ-ċittadini u tal-infrastruttura, għal teknoloġiji ewlenin sabiex jagħtu spinta lill-ekonomija u lill-impjiegi fl-UE;

Jemmen li l-QSK għandu jikkonċentra fuq l-indirizzar ta' dawk l-isfidi tas-soċjetà b'mob globali permezz ta' ġabra bbilanċjata ta' strumenti li jkopru l-firxa sħiħa tal-attivitajiet ta' edukazzjoni, taħriġ, riċerka u innovazzjoni;

16.

Ifakkar fl-importanza li tiġi garantita l-kontinwità tal-istrumenti li rnexxew bejn il-Programm Qafas u l-QSK, partikolarment fil-programmi ta' kollaborazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta fi żmien xieraq l-effikaċja tal-istrumenti eżistenti favur il-ksib tal-objettivi politiċi speċifiċi u tadatta dawk b'effikaċja jew b'kontribut partikolari mhux murija biċ-ċar;

17.

Jitlob sabiex titwettaq verifika indipendenti, pereżempju mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri flimkien mal-qrati nazzjonali tal-awdituri, dwar l-effikaċja tan-nefqa pubblika fuq ir-riċerka mill-Istati Membri, l-UE u l-awtoritajiet lokali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-viżibilità tal-valur miżjud tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni;

19.

Jappella għal sforz konġunt pubbliku u privat f'livell Ewropew u nazzjonali biex jintlaħaq l-objettiv Ewropew ta' 3 % tal-PDG fin-nefqa għar-R&Ż; jistieden lill-Istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jaqblu mill-aktar fis dwar pjan direzzjonali speċifiku bil-għan li dan l-objettiv jintlaħaq;

20.

Jenfasizza li għandhom isiru sforzi biex l-infiq fi ħdan il-QSK jiġi allinjat kemm jista' jkun mal-objettivi politiċi predominanti skont l-istrateġija Ewropa 2020; jappella għal koordinament ċar mal-inizjattivi l-ġodda, bħall-Unjoni tal-Innovazzjoni u Proġetti Emblematiċi rilevanti oħrajn;

21.

Ifakkar li l-finanzjamenti futuri tar-riċerka u innovazzjoni għandhom iservu l-objettiv tat-tlestija tal-KER billi jinħolqu aktar sinerġiji u kooperazzjoni aħjar bejn id-diversi politiki R&Ż&I u l-programmi ta' finanzjament fost l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali;

Lejn Qafas Strateġiku Komuni ġdid (QSK)

22.

Jenfasizza l-fatt li fil-qalba tal-QSK għandu jkun hemm l-idea li n-natura u l-kobor differenti tal-proġetti tar-R&Ż&I, flimkien mal-moltepliċità tal-iskemi ta' finanzjament, għandhom ikunu organizzati b'tali mod li l-koerenza, ir-rappreżentanza wiesgħa, il-koordinament, is-semplifikazzjoni u l-komplementarjetà jkunu garantiti u jinfetħu toroq għall-eċċellenza;

23.

Jinnota li, sabiex ir-riċerkaturi kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proġetti tal-QSK, ir-regoli amministrattivi li jkopru l-proċeduri għall-kuntratti għandhom iqisu r-regoli nazzjonali differenti dwar l-universitajiet u ta' ċentri ta' riċerka; jisħaq b'mod partikolari fuq il-fatt li l-mekkaniżmu ta' kofinanzjament ma għandux jopera askapitu tal-universitajiet u tal-istituti ta' riċerka, u fl-ebda ċirkostanzi ma għandhom l-universitajiet jitpoġġew fi żvantaġġ meta mqabbla ma' atturi oħrajn;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema sempliċi u aċċessibbli biex taċċelera l-innovazzjoni, tinvesti fi proġetti tar-R&Ż&I intiżi li jiġġieldu l-isfidi tas-soċjetà l-kbar u jkollha approċċ verament olistiku li jikkonċentra fuq id-diversi fażijiet kruċjali tal-innovazzjoni u tal-katina ta' valur (mill-fornitur tal-materjali sal-prodotti tal-utent finali);

25.

Jinsab konvint li l-kompiti differenti fi ħdan il-QSK għandhom jiġu ttrattati separatament iżda f'koordinament u fi sħubija ma' xulxin: l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għandu jopera l-aktar bħala netwerk tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs); il-partijiet relatati mal-innovazzjoni tal-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) għandhom jikkonċentraw fuq is-saħħa tagħhom favur l-appoġġ għall-SMEs innovattivi; il-Programm Qafas li jmiss għandu jħaddan ir-riċerka fit-totalità tagħha; u l-fondi strutturali/ta' koeżjoni għandhom jintużaw f'kooperazzjoni aktar mill-qrib u b'mod iktar immirat, iżda miżmuma separati; huwa tal-fehma li l-proġetti ta' kollaborazzjoni għandhom jibqgħu s-sinsla tal-QSK;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-flessibilità tal-qafas strateġiku komuni, mhux biss ħalli l-approprjazzjonijiet ikunu jistgħu jiċċaqalqu bejn il-kapitoli u s-sejħiet individwali, iżda wkoll biex il-QSK jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti li l-appropprjazzjonijiet jiġu allokati biex jiġu sodisfatti l-isfidi tas-soċjetà ewlenin li joħorġu matul il-perjodu tal-baġit;

27.

Jappella għal definizzjoni ċara tas-sistemi ta' finanzjament kumplessivi u għal integrazzjoni aktar mill-qrib tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni; billi l-politika R&Ż&I Ewropea toħloq valur miżjud Ewropew, u bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' Ewropa 2020, jitlob l-irduppjar mill-2014 tal-baġit tal-programmi tar-riċerka u innovazzjoni tal-UE għall-perjodu ta' finanzjament li jmiss (għajr għall-baġit destinat għar-R&Ż&I fi ħdan il-Fondi Strutturali u l-BEI) bħala r-risposta xierqa għall-kriżi ekonomika attwali u għall-isfidi kondiviżi l-kbar; jemmen li żieda fil-baġit għar-riċerka pubblika għandha timmira li tagħti benefiċċji aktar estiżi għas-soċjetà kif ukoll kompetittività mtejba; ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħaħ u jiġi żviluppat ir-rwol tal-istrumenti tal-UE favur ir-R&Ż&I, anki permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-BEI, sabiex il-proċeduri għall-aċċess għall-finanzi jiġu semplifikati; jissuġġerixxi, għaldaqstant, mudell organizzattiv ġdid ibbażat fuq tliet livelli differenti ta' finanzjament immirati għall-istabilità u l-konverġenza:

L-ewwel livell:   bini tal-kapaċitajiet u infrastruttura

28.

Dan il-livell għandu jkopri l-fondi tal-UE assoċjati mal-infrastrutturi (fis-sens aktar ġenerali, inkluż dawk istituzzjonali) u l-bini tal-kapaċitajiet;

29.

L-iskema tal-finanzjament f'dan il-livell tinkludi l-parti tal-Programm Qafas dwar il-Programm "Kapaċitajiet" u l-inizjattivi "Marie Curie", il-komponenti Ewropej tal-finanzjament ta' infrastrutturi u proġetti ta' riċerka, l-aċċess għas-self tal-BEI (li jkopri proġetti 'l fuq minn EUR 50 miljun u l-RSFF), l-għotjiet assoċjati mal-komponenti msemmija hawn fuq tal-Programm Qafas, u l-kooperazzjoni mal-Fondi Strutturali assoċjati mal-infrastruttura;

30.

Jitlob biex jissaħħaħ ir-rwol ta' Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) bħala fornitur intern tal-analiżi xjentifika u ekonomika għall-politika tal-iżvilupp f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020;

31.

Jisħaq li fil-futur proġetti Ewropej ta' investiment fuq skala kbira (ITER, Galileo u l-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES)) għandhom jiġu finanzjati barra mill-ambitu tal-Programm Qafas u b'hekk jinħolqu linji baġitarji awtonomi għalihom, bil-għan li tiġi garantita struttura trasparenti u affidabbli ta' finanzjament u jiġi kkontrollat u limitat il-potenzjal tagħhom tal-qbiż tal-ispejjeż; jissuġġerixxi li dawn għandhom ikunu parzjalment finanzjati mill-ħruġ ta' project bonds mill-BEI;

32.

Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-infrastrutturi ta' riċerka fuq skala kbira għall-iżvilupp taż-ŻER u jitlob li l-finanzjamenti kumplessivi tal-UE disponibbli għall-infrastrutturi ta' riċerka jiżdiedu, speċjalment fejn hemm l-akbar lok għal valur miżjud Ewropew, għall-estensjoni tal-finanzjamenti wara l-fażi ta' preparazzjoni u għall-garanzija ta' aċċess miftuħ u bbażat fuq l-eċċellenza għalihom;

It-tieni livell:   riċerka, potenzjal, kollaborazzjoni u konsolidament

33.

Dan il-livell għandu jkun iddedikat għar-riċerka ġenerali, kemm fundamentali kif ukoll applikata, inklużi x-xjenzi soċjali u umanistiċi; il-parteċipanti fil-koordinament huma prinċipalment l-universitajiet u ċ-ċentri/istituti ta' riċerka; is-settur industrijali, partikolarment l-SMEs, u l-organizzazzjonijiet innovattivi mingħajr skop ta' lukru għandhom jitħeġġew jipparteċipaw u jikkooperaw mal-istituzzjonijiet akkademiċi u maċ-ċentri ta' riċerka pubbliċi u jaġixxu bħala koordinaturi, jekk ikun il-każ; dan il-livell jirrappreżenta l-akbar sehem tal-Programm Qafas u għandu jkun immirat lejn l-iżvilupp tal-bażi xjentifika b'saħħitha kemm fir-riċerka fundamentali kif ukoll f'dik applikata li hi meħtieġa biex tingħata spinta lill-innovazzjoni;

34.

It-termini ewlenin huma oriġinalità u rilevanza tal-idea, kwalità u potenzjal għall-eċċellenza xjentifika u valur miżjud tal-proġetti, fosthom riċerka b'riskju għoli u proġetti dwar "innovazzjoni mhux teknoloġika u innovazzjoni soċjali"; il-pjan tan-negozju u l-potenzjal tas-suq huma fatturi pożittivi li għandhom ikunu kkunsidrati iżda mhux neċessarjament kundizzjonijiet għall-approvazzjoni;

35.

L-iskema ta' finanzjament f'dan il-livell hija koperta mis-sistema ta' għotjiet tal-Programm Qafas tal-UE u mill-kooperazzjoni mal-Fondi Strutturali assoċjati mar-R&Ż&I; is-sinerġija ta' dawn iż-żewġ sorsi ta' finanzjament u s-semplifikazzjoni tal-interazzjonijiet bejn il-proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea u l-korpi esterni ta' finanzjament jafu jkunu pożittivi; l-għotjiet għandhom ikunu primarjament immirati għall-istituti ta' riċerka pubbliċi u privati u għall-SMEs innovattivi;

36.

Jappella għal skema tal-finanzjament aktar flessibbli sabiex it-tema tal-Kooperazzjoni tkun aktar attraenti għall-SMEs, fejn l-SMEs ikunu kapaċi jingħaqqdu mal-proġetti ta' kollaborazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-proġetti fejn ikun possibbli u linja baġitarja miftuħa għal dan għandha tkun disponibbli għall-proġett; jemmen li b'dan il-mod l-SME tista' tara l-opportunitajiet b'mod aktar ċar peress li ż-żmien minn mindu tidħol għal proġett sal-kisba tar-riżultati fis-suq jiqsar;

37.

Ifakkar li l-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER) ħalla l-frott fil-promozzjoni tal-eċċellenza xjentifika u rriżulta f'element ta' rinforz taż-ŻER; jappella għal aktar titjib tal-istrutturi u tal-mekkaniżmi taż-ŻER u spinta lill-istrumenti tiegħu; jisħaq fuq il-bżonn li jiżdied konsiderevolment il-proporzjon tal-baġit iddedikat għall-għotjiet kemm għar-riċerkaturi kif ukoll għar-riċerkaturi nisa, u lir-riċerkaturi minn SMEs innovattivi (kemm gruppi ta' riċerka kif ukoll individwi), u anki li jissaħħew l-azzjonijiet u l-inizjattivi ‧Marie Curie‧ b'hekk tissaħħaħ il-mobilità (bl-introduzzjoni tal-"ħames libertà" tal-għarfien), l-avvanzament fil-karriera u l-kollaborazzjoni bejn id-dinja akkademika, l-istituti ta' riċerka pubbliċi u l-industrija, kif ukoll l-aċċess għall-infrastrutturi ta' riċerka ewlenin; jistieden lill-industrija ssir aktar involuta fil-programmi ta' riċerka tad-dottorati u postdottorati; jappella għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-garanzija ta' kundizzjoni deċenti ta' xogħol għall-ħaddiema xjentifiċi fl-UE, biex l-Ewropa ssir aktar attraenti fuq livell internazzjonali għar-riċerkaturi, b'hekk jiġi miġġieled l-eżodu ta' speċjalisti u tinkiseb l-eċċellenza fl-Ewropa;

38.

Jenfasizza li l-mobilità tar-riċerkaturi fl-Ewropa għandha tingħata l-prijorità u jappella għal tisħiħ tal-miżuri (trasferibbiltà tal-pensjoni u tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, il-miżuri ta' rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja privata u dik professjonali u vawċers ta' riċerka li jsegwu lir-riċerkaturi li jmorru fi Stat Membru ieħor) li sejrin jikkontribwixxu għall-mobilità tar-riċerkaturi Ewropej, jgħinu jrażżnu l-eżodu ta' mħuħ u jagħmlu l-prospettiva ta' karriera fil-qasam tar-riċerka fl-UE aktar attraenti; jitlob l-introduzzjoni ta' komponent ta' mobilità fl-għotjiet tal-KER fejn ikun il-każ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforz tagħhom biex jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' kurrikula akkademiċi;

39.

Jemmen li hemm aktar potenzjal għall-estensjoni tal-ambitu tal-kunċett tal-KER għal proġetti ta' riċerka kollaborattiva u multidixxiplinari, sakemm dawn iżommu natura minn isfel għal fuq u l-eċċellenza xjentifika tinżamm bħala l-kriterju ta' selezzjoni ewlieni;

40.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress kontinwu lejn parteċipazzjoni bilanċjata ta' rġiel u nisa fil-Programm Qafas; jaqbel li l-miżuri li jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa għandhom jiġu rrinforzati tul iċ-ċikli tal-ħajja tal-proġett u li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-approċċ tagħha biex tippromovi x-xjenzjati nisa u għandha timmira li tistieden lill-Istati Membri biex isolvu d-differenzi bejn is-sessi, b'attenzjoni partikolari biex jingħelbu l-ostakli speċifiċi għall-ġeneru; jenfasizza li għandu jintlaħaq l-objettiv li n-nisa jipparteċipaw fil-kumitati tal-programmi u dawk konsultattivi b'rata ta' 40 %; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, flimkien mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Pjan ta' Azzjoni fil-qasam tal-Ġeneru b'indikaturi u objettivi relatati mal-ġeneru u tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu;

41.

F'konformità mal-integrazzjoni tas-sessi, jisħaq fuq il-ħtieġa li r-riċerkaturi fil-livelli kollha jingħataw l-opportunità li jipposponu l-bidu tal-għotja jew li jissospendu x-xogħol fuqha, għal raġunijiet ta' liv tal-maternità, liv tal-paternità jew liv tal-ġenituri, fir-rigward tal-proġetti fejn dan huwa possibbli, u li jkollhom l-għażla li jestendu l-validità tal-ftehim tal-għotja, għall-istess raġunijiet, fir-rigward ta' proġetti fejn iż-żmien mhux essenzjali; jistieden lill-Istati Membri joffru dawn l-għażliet lir-riċerkaturi;

42.

Jenfasizza li għall-implimentazzjoni sħiħa taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) huma meħtieġa miżuri leġiżlattivi li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-atturi tal-UE kollha fil-programmi nazzjonali, filwaqt li jinfetħu għal kulħadd is-sejħiet għall-offerti kollha mill-Istati individwali u jittieħdu provvedimenti għall-armonizzazzjoni tar-regoli, il-proċeduri, il-kuntratti u l-kriterji ta' valutazzjoni;

It-tieni livell:   is-suq u l-innovazzjoni orjentati lejn objettivi komuni

43.

Dan il-livell għandu jirrigwarda l-iżvilupp u t-trawwim tal-adozzjoni mis-suq ta' prodotti u servizzi innovattivi u l-ġenerazzjoni tal-benefiċċji pubbliċi; l-industrija, speċjalment l-SMEs innovattivi, tiżvolġi rwol essenzjali fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda;

44.

Fid-dawl tal-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jipparteċipaw f'attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni u li l-imprendituri żgħażagħ jiġu mħeġġa jikkontribwixxu f'attivitajiet R&Ż&I u jużaw ir-riżultati għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet lokali u reġjonali tagħhom, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu l-programm Erasmus għall-imprendituri żgħażagħ, fil-kuntest tal-qafas ta' finanzjament multiannwali fil-futur u biex jiżdied il-finanzjament allokat għal dan il-programm;

45.

Jirrikonoxxi li għandu jingħata attenzjoni partikolari lill-involviment tal-SMEs biex jisfruttaw ideat u opportunitajiet ġodda b'mod flessibbli u effikaċi hekk kif dawk jinqalgħu, b'hekk jinfetħu toroq ġodda għall-innovazzjoni; jenfasizza li definizzjoni speċifika tas-settur tal-SMEs hija kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-QSK; jinnota, barra minn hekk, li s-suċċess tal-attivitajiet ta' innovazzjoni jiddependi wkoll mill-ħiliet u l-esperjenza tal-persunal maniġerjali;

46.

Jenfasizza l-bżonn ta' titjib tal-aċċess lokali u Ewropew tal-SMEs għas-servizzi tar-riċerka u innovazzjoni; huwa tal-fehma li programmi ta' suċċess, bħal Eurostars, kisbu esperjenza importanti fl-għoti ta' rispons għall-bżonnijiet ta' kumpaniji innovattivi, u għalhekk għandhom jiġu msaħħa; jappella għal sforzi fil-livelli kollha bl-għan li jinġiebu soluzzjonijiet innovattivi għall-bżonnijiet speċifiċi tas-settur pubbliku, billi impriżi żgħar jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet għal ideat li jwasslu għal kuntratti ta' żvilupp ta' żmien qasir;

47.

L-iskema ta' finanzjament f'dan il-livell hija koperta mill-finanzjament tal-UE pprovdut permezz tal-EIT, finanzjament assoċjat mas-CIP, l-aċċess għat-titjib tal-kreditu min-naħa tal-FEI, self speċifiku tal-BEI (prinċipalment proġetti ta' inqas minn EUR 50 miljun), u l-kooperazzjoni mal-Fondi Strutturali assoċjati mal-imprenditorjalità; madankollu l-finanzjament tal-politika tal-innovazzjoni tal-UE għandu lakuna: strumenti ta' finanzjament xierqa li jikkorrispondu għall-ispeċifiċitajiet tal-SMEs; jemmen li ż-ŻER tista' tislet ħafna benefiċċju mill-ħolqien, wara konsiderazzjoni xierqa tal-valutazzjoni tal-impatt, ta' Programm tal-UE dwar l-SMEs, maħsub bħala fergħa speċjalizzata tal-BEI iddedikata totalment għall-proġetti ta' innovazzjoni tal-SMEs;

48.

Ifakkar li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija wera ruħu ta' suċċess u rriżulta f'element ta' rinforz taż-Żona Ewropea tar-Riċerka; enfasizza l-ħtieġa ta' attenzjoni aktar immirata għall-KICs u konsegwentement netwerk aktar konċentrat b'baġit iżgħar, li jippermetti wkoll aktar parteċipazzjoni tal-SMEs minħabba spejjeż tal-kontribuzzjoni annwali aktar baxxi; jemmen li dawn il-KICs iżgħar jistgħu joħolqu punt fokali uniku fl-UE bħala punt ta' laqgħa għax-xjenzjati mill-UE kollha sabiex ikun hemm kompetizzjoni aħjar fis-suq globali;

49.

Bil-għan li tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi, jemmen li xi strumenti u azzjonijiet ta' finanzjament għandhom jiġu kkunsidrati:

self b'rata ta' mgħax baxxa, li jiġi rimborżat f'każ ta' suċċess, għajr għall-ispejjeż amministrattivi;

sforzi biex jingħata finanzjament komprensiv lill-SMEs (b'mod partikolari fil-fażi seed u ta' start-up) li jkopri ċ-ċiklu ta' innovazzjoni sħiħ, inkluż għall-aċċess għas-servizzi u għall-konsulenza fil-qasam tar-R&Ż;

l-RSFF li għandu jkun applikat b'tali mod li l-għoti ta' finanzjamenti iżgħar ikun possibbli permezz ta' intermedjarji nazzjonali;

aċċess iktar faċli għall-kapital ta' riskju;

aktar parteċipazzjoni tal-SMEs fl-iffissar tal-aġendi tar-riċerka;

50.

Jitlob biex jiġu ttestjati metodi ġodda u innovattivi ta' finanzjament, bħal ma huma l-bonds ta' proġetti tal-UE u l-vawċers għall-innovazzjoni tal-UE, li jippermettu lill-impriżi jużaw dawk ir-riżorsi direttament f'ċentri ta' riċerka akkreditati; dawn il-vawċers ma għandhomx ikunu suġġetti għall-irrappurtar tal-ispejjeż għaliex l-użu tagħhom ikun iċċertifikat miċ-ċentri fejn jintefqu l-vawċers; l-akkreditament taċ-ċentri tista' titwettaq fuq bażi nazzjonali jew reġjonali u tiġi vvalidata minn korp Ewropew, pereżempju l-JRC; huwa tal-opinjoni li l-kontribut tal-JRC għall-innovazzjoni fil-Programm Qafas għandu jinkludi kooperazzjoni miżjuda mal-industrija;

51.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-programm tal-UE għar-Riċerka għall-Innovazzjoni għan-Negozji ż-Żgħar (SBIR) li l-għan tiegħu huwa li jiġu identifikati l-isfidi tas-settur pubbliku li huma orjentati lejn it-teknoloġija u jiffinanzja l-proġetti tar-R&Ż biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ġodda għall-problemi kemm qodma kif ukoll dawk emerġenti;

*

* *

52.

Huwa tal-fehma li mhux l-innovazzjoni kollha hija bbażata fuq ir-riċerka u li mhux ir-riċerka kollha għandha l-innovazzjoni bħala l-objettiv tagħha; jemmen, b'konsegwenza ta' dan, li r-riorganizzazzjoni proposta għandha tkopri l-firxa kollha tal-attivitajiet marbuta mal-innovazzjoni, mill-kunċett sat-tqiegħed fis-suq, inkluża l-innovazzjoni ekoloġika, soċjali u dik mhux ta' natura teknoloġika; jemmen li dan għandu jinkludi l-promozzjoni ta' prattiki innovattivi (bħal akkwist pubbliku innovattiv u prekummerċjali, premjijiet ta' inkoraġġiment, politiki dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u inizjattivi tas-suq pilota) u l-aġevolazzjoni tat-tixrid wiesa' tagħhom; ifakkar li l-istandardizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata fl-indirizzar tal-isfidi l-kbar u fl-iffurmar tal-oqsma prijoritarji tal-QSK, iżda ma għandhiex tkun strument jew attività separati ġodda;

53.

Jinnota s-suċċess tas-CIP s'issa u jenfassiza l-importanza vitali li l-programm jitkompla u jkun hemm espansjoni ulterjuri, b'mod partikolari sabiex jissaħħu l-SMEs innovattivi bħala l-mutur tal-ekonomija Ewropea;

54.

Jenfasizza, madankollu, li parti mill-istrumenti tas-CIP jistgħu jissarrfu fl-estensjoni awtomatika tal-programm qafas futur biex b'hekk jippermettu li jitkomplew il-proġetti Ewropej ta' riċerka u innovazzjoni; huwa tal-fehma li t-teknoloġija żviluppata fi ħdan il-proġetti tal-programm qafas tista' tiġi estiża għall-proġetti innovattivi:

tixrid tal-użu tagħhom f'diversi setturi industrijali u tas-servizzi,

tnedija ta' applikazzjonijiet addizzjonali f'oqsma relatati jew kumplementari;

55.

Ifakkar li n-natura ferm kompetittiva tal-ħidma xjentifika, ta' riċerka, teknoloġika u ta' innovazzjoni u ż-żamma tal-bini tal-kapaċità xjentifika u innovattiva fuq skala lokali jiddependu mill-eżistenza ta' ċertu livell ta' duplikazzjoni u frammentazzjoni, li mingħajru r-riċerka f'kollaborazzjoni tiddgħajjef.

56.

Jenfasizza li sabiex l-investiment privat jinġibed b'mod aktar effikaċi u sabiex ikun żgurat li r-riċerka u l-iżvilupp jikkontribwixxu bl-aktar mod effikaċi għat-titjib tal-kompetittività Ewropea, għandhom jittieħdu miżuri xierqa fil-Programm Qafas biex jiġi stabbilit qafas regolatorju b'saħħtu u effiċjenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fi stadju bikri tal-proċess ta' riċerka;

57.

Jinkoraġġixxi bil-qawwa l-implimentazzjoni ta' programmi ta' taħriġ għall-parteċipanati potenzjali kollha, partikolarment dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-ġestjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji għall-għażla, evalwazzjoni u valutazzjoni ta' proġetti ta' taħriġ, u tqis, fost affarijiet oħra, it-triq lejn l-eċċellenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu approċċ proattiv biex tgħin lill-entitajiet pubbliċi, speċjalment dawk stabbiliti fi Stati Membri sottorappreżentati, itejbu s-sistema ta' ġestjoni tagħhom permezz ta' valutazzjonijiet u toħroġ rakkomandazzjonijiet għal dawk l-entitajiet biex itejbu l-applikazzjonijiet tal-finanzjamenti u l-ġestjoni tal-proġetti tagħhom;

58.

Itenni li s-semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-finanzjamenti Ewropej għar-riċerka teħtieġ bidla radikali; jemmen li element fundamentali fis-semplifikazzjoni huwa l-bidla mill-approċċ attwali bbażat fuq il-kontroll għal wieħed ibbażat fuq il-fiduċja u tolleranti għar-riskju, li jkun ta' ġid partikolari għall-SMEs; jitlob l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' semplifikazzjoni identifikati kollha fil-QSK l-ġdid, inkluż marġni addizzjonali tar-riskju tollerabbli ta' żball, aċċettazzjoni usa' ta' prattiki ta' kontabilità komuni, l-użu ta' somom f'daqqa u rati fissi (fuq bażi volontarja), semplifikazzjoni tal-applikazzjoni u tal-proċeduri kuntrattwali u r-regoli dwar il-prefinanzjament u l-eliġibilità tal-kostijiet, tnaqqis konsiderevoli tar-rekwiżiti ta' rappurtar finanzjarju u xjentifiku, tqassir taż-żmien sal-kuntratt għal massimu ta' 6 xhur u tnaqqis sinifikanti taż-żmien sal-għoti u taż-żmien sal-ħlas u aktar flessibilità għall-parteċipanti fil-mod kif jorganizzaw u jmexxu l-proġetti tagħhom u jagħżlu s-sħab tagħhom;

59.

Huwa konvint li s-semplifikazzjoni għandha twassal għal tnaqqis tat-tgħaqqid ta' rati ta' finanzjament u metodi ta' kalkolu tal-ispejjeż indiretti ta' skemi ta' finanzjament mingħajr, iżda ma tiġi abolita d-differenzjazzjoni li tappika għall-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-industrija;

60.

Jirrakkomanda d-definizzjoni ta' ġabra ristretta ta' regoli u prinċipji (amministrattivi, finanzjarji u organizzattivi) komuni li jiġu interpretati faċilment u jkunu japplikaw għall-programmi u l-istrumenti kollha tal-UE fil-qasam tar-R&Ż&I;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-aċċess għall-programmi ta' riċerka Ewropej aktar faċli, pereżempju billi jwaqqfu punt ta' kuntatt uniku, jistabbilixxu prinċipju skont liem "proġett wieħed, dokument wieħed" u jwaqqfu forum għall-iskambu tal-aħjar prassi; f'dan ir-rigward, itenni l-bżonn ta' punt ta' dħul uniku aċċessibbli aktar faċilment għall-konsulenza u għall-appoġġ finanzjarju favur il-parteċipanti potenzjali; jikkritika n-nuqqas attwali ta' trasparenza u informazzjoni fir-rigward tal-proposti imminenti għal proġetti ta' riċerka bil-konsegwenza li r-riċerkaturi u l-istituti ma jkunux jistgħu jħejju ruħhom sewwa u għaldaqstant il-parteċipazzjoni tagħhom tkun imxekkla;

62.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li politika koerenti favur il-ħolqien ta' soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfien timplika tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; jenfasizza li l-QSK għandu jindirizza u jintegra l-katina tal-għarfien kollha kemm hi permezz, pereżempju, tal-iżvilupp tal-infrastruttura, l-istandardizzazzjoni, il-programmi ta' taħriġ u l-miżuri favur teknoloġiji ewlenin; jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni kollha bejn l-universitajiet, l-impriżi, l-istituti ta' riċerka u jemmen li t-trasferiment tal-ħiliet u tat-teknoloġija jirrappreżenta komponent vitali; jitlob il-forniment ta' strumenti prattiċi għat-trawwim tat-trasferiment tat-teknoloġija mir-riċerka għall-applikazzjoni industrijali, kemm fis-settur tar-servizzi kif ukoll f'dak tal-manifattura;

63.

Jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-gvernijiet bħala parti mill-Miżuri ta' Programmazzjoni Konġunta, li jsaħħu l-kooperazzjoni fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha;

64.

Huwa u jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITK) u fuq il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (PTE), jirrakkomanda li jiġi offrut qafas komuni speċifiku għall-PPPs kollha, b'kundizzjonijiet komuni ċari u semplifikati, b'separazzjoni ċara tar-rwol tas-settur privat minn dak tas-settur pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri effikaċi biex jittejbu t-trasparenza u l-aċċess miftuħ għal dawn l-istrumenti min-naħa tal-SMEs u tas-settur tar-riċerka pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond tas-sitwazzjoni aġġornata, l-impatt u r-rilevanza tad-diversi formati tal-PPPs attwalment operattivi qabel il-konsolidament jew is-sostenn tal-istabbiliment ta' oħrajn ġodda, bil-għan li titjieb il-governanza biex tiggarantixxi involviment aħjar ta' varjetà akbar ta' partijiet interessati kemm fl-iffissar tal-aġenda tar-riċerka kif ukoll fil-garanzija ta' aċċess għall-ġodda; huwa wkoll konvint li dawk l-istrumenti għandhom ikunu ggwidati b'mod ċar minn objettivi prijoritarji pubbliċi (filwaqt li jiġu valutati r-riżultati f'termini soċjali u tas-sostenibilità) u jkunu kapaċi jimmobilizzaw investimenti privati ġenwini;

65.

Jenfasizza li l-QSK għandu jkun mekkaniżmu ta' finanzjament attraenti kemm għall-atturi tas-settur privat kif ukoll pubbliku (fosthom NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili); jemmen li l-parteċipanti kollha fi proġetti R&Ż&I ta' impatt għoli u l-PTE għandhom jiżvolġu rwol fit-taħdidiet dwar l-iffissar tal-prijoritajiet u jkollhom aċċess għall-infrastrutturi ta' riċerka;

Linji gwida għall-Programm Qafas li jmiss

66.

Huwa favorevoli għal approċċ ibbażat fuq ix-xjenza u jappella li jiġi adottat atteġġjament ibbażat fuq il-fiduċja u fil-konfront tar-riċerkaturi u atteġjament b'aktar tolleranza tar-riskju fir-rigward tal-parteċipanti fil-fażijiet kollha tas-sistema ta' finanzjament, inklużi l-valorizzazzjoni tax-xjenza u l-innovazzjoni; jitlob mudell ta' finanzjament għar-riċerka akkademika fil-Programm Qafas li jmiss;

67.

Jemmen li l-QSK ma għandux ikun limitat b'mod li jiffoka biss fuq l-innovazzjoni li hija mmexxija mir-riċerka jew li hija bbażata fuq it-teknoloġija, iżda li għandu jappoġġja sorsi differenti ta' innovazzjoni; jinnota li ħafna kumpaniji – speċjalment SMEs – jużaw sorsi oħra ta' innovazzjoni bħal klijenti, swieq, utenti u, mhux inqas, impjegati, u li din il-forma ta' innovazzjoni hija spiss ta' natura aktar prattika u li tiffoka fuq is-soluzzjoni ta' kwistjonijiet problematiċi speċifiċi relatati ma' proċessi, servizzi jew prodotti, billi s-soluzzjonijiet proposti jinsabu spiss mill-impjegati li huma l-eqreb il-proċess produttivi, is-swieq u l-klijenti; jemmen li l-UE, għalhekk, għandha ssaħħaħ l-innovazzjoni li hija orjentata lejn il-prattika u li mmexxija mill-impjegati;

68.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-ispejjeż ġenerali fl-ambitu ta' HORIZON 2020 ikunu riveduti; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tanalizza liema perċentwal jirrappreżenta l-ispejjeż ġenerali fis-seba' Programm Qafas u tressaq proposti biex iżommuh kemm jista' jkun baxx;

69.

Jappella biex ir-riċerka kollaborattiva (il-Programm ta' Kooperazzjoni attwali) tibqa' l-fulkru tal-Programm Qafas biex issaħħaħ is-sinerġiji biex jiżdied u jitħaffef l-impatt u t-tixird ta' proġetti ta' riċerka mwettqa f'kooperazzjoni ma' sħab li għandhom pożizzjoni globali eċċellenti kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll barra; jemmen li l-finanzjament tar-riċerka kollaborattiva għandu jkollha aktar flessibilità tematika (sejħiet usa') u arranġamenti ta' finanzjament aktar faċli għall-utent bil-għan li jinġibdu xjenzjati ta' kalibru u jiġu sodisfatti l-eżiġenzi kemm tal-konsorzji l-kbar kif ukoll tal-gruppi ż-żgħar; jemmen li l-katina tal-innovazzjoni kollha kemm hi, mir-riċerka esplorattiva sa proġetti pilota u dimostrazzjonijiet fuq skala kbira, għandha tkun koperta, b'baġits allokati apposta lil setturi li żviluppaw viżjoni strateġija biex jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b'ċikli ta' investiment fit-tul, meta jkun il-każ;

70.

Jesprimi x-xettiċiżmu tiegħu dwar l-effikaċja tal-użu ta' fondi għall-ħolqien ta' netwerks ta' riċerka ta' eċċellenza u l-organizzazzjoni ta' konferenzi u avvenimenti u jitlob it-tisħiħ ta' miżuri ta' netwerking elettroniku għar-riċerka u l-innovazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka permezz tal-Internet;

71.

Jesprimi r-riżervi tiegħu dwar jekk spiss ikunx possibbli li tiġi ffinanzjata proposta unika għal kull sejħa, li tirriżulta f'ħela ta' riżorsi investiti fit-tħejjija u l-evalwazzjoni tagħha u n-nuqqas ta' finanzjament ta' ideat ta' eċċellenza; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibilità ta' finanzjament ta' proposti ta' eċċellenza u li ma jkunux magħżula, permezz ta' baġit addizzjonali ta' riċerka (fondi ta' riċerka li jaqblu) li jinvolvu wkoll lill-Istati Membri u l-fondi reġjonali u strutturali;

72.

Jappella għall-konsolidament tar-riċerka multidixxiplinari u transdixxiplinari u r-rikonoxximent tad-dimensjoni soċjali tar-riċerka; f'dan il-kuntest, ifakkar li l-isfidi l-kbar tas-soċjetà għandhom jiġu ttrattati – barra mir-risposti teknoloġiċi – permezz tar-riċerka Ewropea fix-xjenzi soċjali u umanistiċi u fl-innovazzjoni soċjali, li jibqgħu element essenzjali biex dawn l-isfidi jiġu ttrattati b'suċċess; jemmen għaldaqstant li kemm qasam indipendenti li jkopri x-‧xjenzi soċjali, ekonomiċi u umanistiċi‧, kif ukoll l-inklużjoni tiegħu bħala komponent miżjud fl-azzjonijiet kollha mmexxija minn aġenda għandhom jiġu żgurati fil-QSK;

73.

Biex tkompli tiġbed l-interess u l-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fir-riċerka, jitlob kontinwazzjoni tat-tema Xjenza fis-Soċjetà kemm waħedha kif ukoll fil-forma tagħha estiża b'mod orizzontali biex jiġu koperti l-isfidi l-kbar tas-soċjetà; barra minn hekk, jemmen li l-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri u t-tixrid usa' ta' linji gwida dwar l-etika, u l-iżvilupp ulterjuri ta' strumenti maħsuba għal Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili;

74.

Jappella biex il-prijoritajiet u l-objettivi ta' riċerka jiġu stabbiliti b'mod aktar trasparenti u parteċipattiv, permezz tal-involviment bilanċjat ta' atturi, fosthom il-komunità xjentifika, ir-riċerkaturi (anki minn organizzazzjonijiet ta' riċerka żgħar), is-settur pubbliku, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-SMEs; jappella għall-ħolqien tal-pjattaforma speċifika għad-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-riċerkaturi biex jiġu diskussi oqsma prijoritarji ta' riċerka f'setturi speċifiċi; jemmen li għandhom jiġu promossi wkoll pjattaformi speċifiċi għal interazzjoni eqreb bejn l-SMEs u r-riċerkaturi;

75.

Jemmen li mhux biss il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni ekonomika, iżda wkoll dik tas-soċjetà, etika u dwar is-sostenibilità huma proċess importanti li jrid jittejjeb u jiġi promoss b'mod usa', kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak tal-Istati Membri; jappoġġa l-inizjattivi tal-Kummissjoni f'dan il-qasam, bħall-prinċipji tal-iżvilupp tar-Riċerka Responsabbli u l-Innovazzjoni u jinkoraġġixxi l-promozzjoni u l-adozzjoni ulterjuri tagħhom;

76.

Jappella biex jinżamm bilanċ bejn proġetti maħsuba minn isfel 'il fuq (‧bottom-up‧, bħall-iskema miftuħa FET attwali) u dawk minn fuq għal isfel (‧top-down‧, ‧l-isfidi l-kbar tas-soċjetà‧), u li l-proġetti ż-żgħar u riċerka ta' kollaborazzjoni maħsuba minn isfel 'il fuq jiġu aġevolati; huwa tal-fehma li ostakli aktar baxxi tad-dħul għal proġetti ta' kollaborazzjoni jista' jwassal għal tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi; jemmen li l-prijoritajiet strateġiċi jridu jingħaqdu mal-problemi emerġenti; jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-bilanċ bejn proġetti minn isfel għal fuq u dawk minn fuq għal isfel u tqis dan l-istudju kemm mil-lat soċjali kif ukoll minn dak finanzjarju; jenfasizza n-neċessità li waqt it-tfassil tal-aġenda ta' riċerka jsiru kollaborazzjoni u konsultazzjoni ma' riċerkaturi, l-industrija u atturi tas-soċjetà ċivili;

77.

Jesprimi ruħu favorevoli għal proġetti żgħar u medji bħala l-qofol tal-promozzjoni tar-riċerka tal-futur; iqis li l-proġetti żgħar u medji jistgħu jiġu ġestiti mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja u l-SMEs b'mod aktar faċli u inqas ikkumplikat u kostuż; u li dawn jippermettu wkoll iż-żieda tar-rati ta' suċċess tal-applikazzjonijiet, li s'issa kienu baxxi wisq;

78.

Jemmen li, meta ċerti ħtiġijiet tas-soċjetà ma jkunux qed jintlaħqu permezz tal-mudelli attwali tagħna ta' innovazzjoni, jistgħu jintużaw skemi pubbliċi u ġodda ta' ħruġ ta' liċenzji u premjijiet ta' inkoraġġiment għall-inċentivazzjoni tal-innovazzjoni biex ir-riċerka tiġi ffokata fuq dawn l-oqsma u biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-infiq pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tniedi, malajr kemm jista' jkun, inizjattiva pilota għall-premjijiet ta' inkoraġġiment għall-inċentivazzjoni fil-qasam mediku;

79.

Jitlob li jkun hemm kopertura koerenti tal-katina R&Ż&I permezz tal-implimentazzjoni ta' regoli ta' trasparenza u koordinament ċar bejn id-diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni;

80.

Jitlob l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali, fejn ikun il-każ, mas-sħab strateġiċi tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-pajjiżi li qed jikbru malajr bħall-pajjiżi BRICS, fuq bażi reċiproka, bil-għan li jiġu affrontati aħjar l-isfidi globali; ifakkar li l-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi minn pajjiżi terzi tista' titħeġġeġ permezz ta' proċeduri aktar semplifikati u ż-żminijiet tal-applikazzjoni jiqsaru b'mod sinifikanti; jenfasizza l-bżonn li tinbena kapaċità xjentifika aktar b'saħħtitha, abbażi ta' koordinament aħjar tal-Qafas Strateġiku Komuni mal-istrumenti tal-politiki tal-UE tal-viċinat; jemmen li t-tisħiħ effikaċi tal-bini tal-kapaċitajiet u l-istabbiliment ta' sħubiji ekwi u komprensivi mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma fundamentali biex jagħtu spinta lill-iżvilupp sostenibbli;

81.

Iqis li l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tar-riċerka li jista' jkollha użu doppju għandha tiġi evitata ma' kwalunkwe pajjiż li ma jirrispettax id-drittijiet tal-bniedem, ir-riżoluzzjonijiet tan-NU u d-dritt internazzjonali;

*

* *

82.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0256.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0236.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0401.

(4)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 104.

(5)  B7-0343/2011.

(6)  Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar in-Nisa u x-Xjenza, il-paragrafu 2 (ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 40).


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/14


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Is-sistema tal-Iskejjel Ewropej

P7_TA(2011)0402

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sistema tal-Iskejjel Ewropej (2011/2036(INI))

2013/C 56 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew bl-isem "Is-sistema tal-Iskejjel Ewropej fl-2009" (COM(2010)0595),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li Tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2005 dwar l-għażliet biex tiġi żviluppata s-sistema tal-Iskejjel Ewropej (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda ir-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjoni ta' Xogħol ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej (3),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, li daħlet fis-seħħ fit-3 ta' Mejju 2008 u ġiet ratifikata mill-Unjoni Ewropea fit-23 ta' Diċembru 2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha (4),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tas-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej preżentat lill-Bord tal-Gvernaturi waqt il-laqgħa tiegħu tat-12, it-13 u l-14 ta' April 2011 fi Brussell (5),

wara li kkunsidra r-Regola 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0293/2011),

A.

billi l-Artikolu 165 tat-TFUE jissottolinja li l-UE tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom,

B.

billi l-preambolu tal-Konvenzjoni tal-1994 li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej jgħid li s-sistema tal-Iskejjel Ewropej hija sui generis u li tikkostitwixxi forma ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u bejn il-Komunitajiet Ewropej, filwaqt li jirrikonoxxi bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistema edukattiva tagħhom, u għad-diversitá kulturali u lingwistika tagħhom,

C.

billi l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni jippermetti li tfal oħra jattendu l-Iskejjel fil-limiti stipulati mill-Bord tal-Gvernaturi li, skont il-punt II.7 tal-Kapitolu XII tas-Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi, jista' jagħti l-istatus ta' Kategorija I lil perusnal ta' kwalunkwe organizzazzjoni mwaqqfa permezz ta' att tal-istituzzjonijiet Komunitarji u persunal fis-servizz ta' organizzazzjonijiet oħra rikonoxxuti mill-Bord tal-Gvernaturi",

D.

billi l-Iskejjel Ewropej (SE) jagħmluha possibbli li l-istudenti jaffermaw l-identità kulturali tagħhom u jiksbu livell għoli ta' għarfien ta' mill-inqas żewġ lingwi, inkluża l-lingwa materna tagħhom, li huma jitħeġġu biex jitgħallmu minn età bikrija, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza tal-multikulturaliżmu u jippromwovu l-fehim reċiproku u r-rispett reċiproku,

E.

billi l-Iskejjel Ewropej ma jistgħux jitqabblu ma' skejjel internazzjonali peress li, iktar milli jeżistu biex joffru lill-ġenituri l-għażla ta' tip partikolari ta' tagħlim għat-tfal tagħhom, tal-ewwel jaqdu l-ħtieġa li t-tfal jieħdu l-edukazzjoni skolastika bil-lingwa materna tagħhom, u li jiżviluppaw id-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni,

F.

billi l-mod ta' funzjonament tal-Iskejjel Ewropej, ibbażat mill-bidu fuq konvenzjoni intergovernattiva, għandu jittejjeb u s-sistema se jkollha bżonn tingħata bażi legali li se tippermettilha li tiġi ssimplifikata u li ssir iktar trasparenti u effettiva,

G.

billi r-riforma tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej ġiet approvata mill-Bord tal-Gvernaturi f’April 2009,

H.

billi l-esperjenza ta’ aktar minn 50 sena ta’ funzjonament tal-Iskejjel Ewropej uriet li s-sistema u l-mudell edukattiv tagħha huma uniċi u attraenti; billi wieħed mill-għanijiet tar-riforma hu li jiftaħ dik is-sistema u l-Bakkalawrjat Ewropew għal studenti oħra fl-Unjoni billi l-għanijiet tar-riforma ma jistgħux jintlaħqu b’suċċess mingħajr bidla fundamentali fl-istatus legali li fuqu hija msejsa s-sistema kollha,

I.

billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-sistema tal-Iskejjel Ewropej tal-2009 (6) ġibed l-attenzjoni għall-problemi sistemiċi persistenti u li qed jiggravaw, bħan-nuqqas ta’ għalliema ssekondati jew dewmien jew saħansitra nuqqas totali fil-provvista ta’ infrastruttura suffiċjenti fl-iskejjel, problemi li għandhom effett dirett fuq il-kwalità tal-edukazzjoni, il-politiki tal-applikazzjoni għad-dħul f’dawn l-iskejjel, il-kwalità tal-ħajja tal-istudenti, tal-ġenituri u tal-għalliema u l-aspetti finanzjarji tal-funzjonament tal-Iskejjel,

J.

billi fl-iskejjel ta' Brussell u tal-Lussemburgu n-nuqqas ta' binjiet u infrastruttura għall-iskejjel qed jagħmel ħsara lill-kwalità tat-tagħlim u qed timpedixxi li l-Iskejjel jinfetħu għal tfal oħra barra dawk tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE; billi hu neċessarju li jkun żgurat li l-istudenti kollha jirċievu l-istess kwalità ta' edukazzjoni irrispettivament mil-lingwa materna, il-post tal-iskola jew il-kategorija,

K.

billi r-riforma tal-Iskejjel Ewropej tal-2009 kellha l-għan li tiftaħ l-Iskejjel Ewropej għal pubbliku iktar wiesa' u diversifikat filwaqt li tkun żgurata s-sostenibilità tas-sistema għaż-żmien twil,

L.

billi l-mudell ta' tagħlim li fuqu huma bbażati l-Iskejjel Ewropej għandu jitħeġġeġ fl-Istati Membri, peress li dan jipprovdi valur miżjud, u għandu jsir parti integrali mis-sistemi edukattivi tagħhom,

M.

billi hemm diffikultà li jiġu raggruppati fi ħdan l-istess sistema ta' tagħlim – immirata biss lejn l-eżami tal-Bakkalawrjat Ewropew – studenti li jiġu minn orizzonti kulturali u lingwistiċi differenti, li t-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom jistgħu jkunu estremament differentiu billi għalhekk hu neċessarju li jiġi approvat l-appoġġ xieraq għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali (SEN),

N.

billi jirrikonoxxi l-bżonn li titqies l-introduzzjoni ta' ċertifikat ta' tmiem tal-istudji barra l-Bakkalawrjat Ewropew għall-istudenti li jixtiequ jispeċjalizzaw fil-qasam vokazzjonali;

O.

billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2005, waħda mill-affarijiet li l-Parlament talab kien proġett pilota għal ċentru tar-riżorsi SEN; billi s-somma ta' EUR 200 000 ġiet dedikata għal dak l-iskop fil-baġit tal-UE għall-2008 u billi l-flus eventwalment intużaw biex jiffinanzjaw studju tal-politika u tal-prattika fir-rigward tal-provvediment tas-SEN fl-Iskejjel Ewropej,

P.

billi l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni li Tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej jistipula li, sabiex l-istudenti mid-diversi sezzjonijiet lingwistiċi jinġabu flimkien u sabiex jiġi promoss l-fehim reċiproku bejniethom u jitjiebu l-ħiliet lingwistiċi tal-istudenti, li ċerti suġġetti komuni se jitgħallmu bi kwalunkwe lingwa Komunitajra, meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw l-użu tagħha, fi klassijiet tal-istess livell,

Q.

billi, bi qbil mal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni li Tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, l-Iskejjel jiġu ffinanzjati essenzjalment mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-forma ta' ssekondar ta' għalliema, li fl-2010 ammontaw għal 21 % tal-baġit tal-Iskejjel Ewropej, u mill-kontribuzzjoni ta' bilanċ tal-UE, li tkopri d-differenza bejn in-nefqa globali tal-Iskejjel u l-introjtu totali minn sorsi oħra, li fl-2010 ammontaw għal 58 % tal-baġit; billi l-Iskejjel Ewropej jiddependu wkoll, permezz tal-Bord tal-Gvernaturi tagħhom, fuq eżekuttiv intergovernattiv,

R.

billi l-Artikolu 25 jiddisponi wkoll li l-baġit tal-Iskejjel Ewropej jista' jinkludi kontribuzzjoni finanzjarja deċiża mill-Bord tal-Gvernaturi li jaġixxi unanimament,

S.

billi l-kriżi ekonomika għandha riperkussjonijiet fuq il-finanzjament tal-Iskejjel Ewropej u l-Kummissjoni, għalhekk, talbet li jsiru riformi biex jiġu razzjonalizzati l-ispejjeż fl-Iskejjel, imma billi dan m'għandux jitħalla jeffettwa l-edukazzjoni ta' tfal vulnerabbli b'diffikultajiet tat-tagħlim u bi bżonnijiet speċjali, u m'għandux jeffettwa t-tagħlim bil-lingwa materna jew jirriżulta fi tnaqqis fit-tagħlim ta' lingwi barra l-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż,

T.

billi, wara ż-żewġ tkabbiriet l-iktar riċenti tal-UE, in-numru ta' studenti mingħajr sezzjoni lingwistika (SWALS) qed ikompli jikber, imma billi dawn m'għandhom jiġu penalizzati bl-ebda mod minħabba l-fatt li m'għandhomx sezzjoni lingwistika,

U.

billi ż-żieda fin-numru ta' studenti fl-Iskejjel Ewropej hija konsegwenza diretta tal-politika ta' reklutaġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE wara l-2004, li rriżultat fil-fatt li ġie reklutat persunal taħt it-30 sena; billi sadanittant dawn l-uffiċjali żgħar stabilixxew familji u sussegwentement daħħlu t-tfal tagħhom fl-Iskejjel Ewropej,

V.

billi s-SWALS jibbenefikaw minn għajnuna fit-tagħlim bil-lingwa tas-sezzjoni lingwistika li jkunu integrati fiha, sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet, u minn korsijiet tal-lingwa materna tagħhom, filwaqt li ftit sigħat fil-ġimgħa huwa l-minimu neċessarju biex iżommu r-rabtiet mal-lingwa u l-kultura materna tagħhom,

W.

billi jfakkar li fl-2004 ddaħħal tnaqqis speċjali mill-pagi tal-uffiċjali maħsub partikolarment għall-Iskejjel Ewropej għall-iskop dikjarat biex jirrifletti l-ispejjeż tal-politika soċjali, kundizzjonijiet imtejba ta' xogħol u l-Iskejjel Ewropej,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jiddispjaċih li l-Iskejjel Ewropej spiss b'mod żbaljat jitqabblu ma' skejjel elitisti, lussu iktar milli neċessità, filwaqt li fil-fatt għandhom il-missjoni li jagħtu tagħlim bil-lingwa materna lil studenti li l-ġenituri tagħhom jistgħu jintalbu jbiddlu l-post tax-xogħol tagħhom jew li jintegraw lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, kif ukoll li jiżviluppaw id-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni;

2.

Ifakkar li din is-sistema edukattiva speċifika tagħmilha possibbli li l-istudenti jistudjaw is-suġġetti kollha (partikolarment ix-xjenzi) bil-lingwa materna tagħhom ma' għalliema kwalifikati jew, fil-każ tas-SWALS, bl-għajnuna fit-tagħlim neċessarja u b'lezzjonijiet biex iżommu l-lingwa materna tagħhom;

L-organizzazzjoni u t-tixrid tas-sistema u tal-Bakkalawrjat Ewropew

3.

Jemmen li din is-sistema speċifika ta' edukazzjoni tagħmilha possibbli li l-istudenti jistudjaw is-suġġetti kollha f'ambjent multikulturali u multilingwu b'għalliema kwalifikati filwaqt li jżommu l-lingwi materni tagħhom;

4.

Hu tal-fehma li l-Iskejjel Ewropej, li jikkostitwixxu laboratorju edukattiv eċċezzjonali bbażat fuq approċċ ta' tagħlim evidenzjat tajjeb, għandhom isiru eżempju ta' waħda mill-aħjar forom possibbli ta' skolarizzazzjoni fl-Ewropa, ibbażata fuq it-tixrid tal-kultura, il-valuri u l-lingwi Ewropej, u l-esportazzjoni ta' dan il-mudell fis-sistemi nazzjonali u reġjonali ta' edukazzjoni tiffavorixxi l-mobilità professjonali u tgħin biex jiġu promossi l-multilingwiżmu u l-integrazzjoni Ewropea;

5.

Jemmen li l-Iskejjel Ewropej għandhom rwol ta' valur kbir fil-komunitajiet tagħhom;

6.

Iqis li l-Iskejjel Ewropej għandhom jiffunzjonaw ukoll bħala promoturi tal-multikulturaliżmu u l-multilingwiżmu u bħala mudelli għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-lingwi li jintużaw inqas internazzjonalment; jemmen li n-numru żgħir ta' studenti li jeħtieġu edukazzjoni b'ċerta lingwa m'għandux iwassal biex tieqaf l-edukazzjoni b'dik il-lingwa partikolari, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-edukazzjoni tal-lingwa materna tikkostitwixxi l-prinċipju fundatur tal-Iskejjel Ewropej;

7.

Jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li s-sillabu tal-Iskejjel Ewropej isir iktar kumpatibbli mas-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali sabiex tkun iffaċilitata r-riintegrazzjoni bla xkiel tal-istudenti li jmorru lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom;

8.

Hu tal-fehma li r-restrizzjonijiet baġitarji li l-Iskejjel se jkollhom jaċċettaw għandhom ikunu akkumpanjati minn żieda reali fl-awtonomija tagħhom fil-qasam tal-ġestjoni – billi, pereżempju, l-iskejjel jiġu permessi jfittxu finanzjament ieħor – u fir-riżorsi biex jeżerċitaw dik l-awtonomija, bi qbil mal-objettivi stipulati fir-riforma fl-2009; hu tal-fehma wkoll li r-riforma organizzattiva li se tiġi implimentata m'għandhiex teffettwa b'mod negattiv l-prinċipji fundaturi tal-Iskejjel Ewropej;

9.

Hu tal-fehma li awtonomija baġitarja ikbar għal kull stabbiliment tista' tikkostitwixxi risposta adegwata għal ġestjoni aħjar tar-riżorsi allokati lill-Iskejjel Ewropej; jenfasizza li dan għandu jiġi implimentat biss wara valutazzjoni mill-Kummissjoni sabiex ikun żgurat li grad ikbar ta' awtonomija jkun ta' benefiċċju għall-iskejjel.

10.

Jenfasizza li l-Iskejjel Ewropej attwalment jinsabu f’limbu legali, li joħroġ fid-deher fl-istatus legali u ġurisdizzjonali dubjuż tal-atti adottati mill-korpi tal-Iskejjel, l-insuffiċjenza ta’ possibiltajiet biex wieħed jirrikuża dawk l-atti quddiem il-qrati nazzjonali, u n-nuqqas ta’ possibilità li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew;

11.

Iqis li l-istatus legali intergovernattiv attwali tal-Iskejjel Ewropej wasal fil-limiti tiegħu u jeħtieġ bidla profonda; iqis li din il-bidla għandha tkun tat-tip li tagħti lok għal azzjoni tal-Unjoni biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri, mingħajr ma teħdilhom mill-kompetenza tagħhom, u li tadotta atti vinkolanti għal dan il-għan skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 6 tat-TFUE;

12.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Iskejjel Ewropej jistrieħu fuq bażi legali adegwata, fi ħdan il-qasam ta' kompetenzi tal-UE, u jittama li d-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament – responsabbli skont l-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura mill-promozzjoni tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej – ikunu jistgħu jiġu assoċjati fi kwalunkwe riflessjoni li ssir dwar dan is-suġġett u fi kwalunkwe kunsiderazzjoni dwar il-futur tal-Iskejjel;

13.

Iqis li l-Iskejjel Ewropej għandhom jiddaħħlu fl-ambitu tal-Unjoni; iqis li bażi legali xierqa f’dan is-sens tista’ tkun l-Artikolu 165 TFUE, li jgħid: ‘L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' edukazzjoni ta' kwalità billi tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta' tagħlim u l-organizzazzjoni ta' sistemi ta' edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom’, u barra minn hekk jispeċifika wkoll l-għanijiet tal-azzjoni tal-Unjoni, li jikkorrispondu għall-għanijiet tal-Iskejjel Ewropej;

14.

Iħeġġeġ lill-Bord tal-Gvernaturi biex jantiċipa aħjar il-bżonnijiet infrastrutturali u biex jieħu miżuri li jagħmluha possibbli li tiġi ssodisfata t-talba reali għal Skolarizzazzjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffavorixxu l-iżvilupp tal-iskejjel tat-tipi II u III;

15.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-gvernijiet reġjonali b'poteri leġiżlattivi fl-edukazzjoni jippromwovu l-kunċett tal-Iskejjel Ewropej fit-territorju tagħhom billi jorganizzaw kampanji ta' tqajjim ta' kuxjenza tal-edukazzjoni Ewropea, jippromwovu l-Bakkalawrjat Ewropew u joħolqu stabbilimenti piloti, kif hemm provdut għalih fir-riforma tal-2009, bil-għan li tinfetaħ is-sistema bil-ħsieb li jiġi promoss l-aċċess għall-istudji Ewropej u għall-Bakkalawrjat Ewropew fl-Istati Membri kollha;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw meta jiżviluppaw is-sillabi nazzjonali tagħhom, filwaqt li jieħdu mill-esperjenza edukattiva tal-Iskejjel Ewropej, sabiex iqarrbu s-sistemi nazzjonali u s-sistema tal-Iskejjel Ewropej; jissottolinja r-rwol partikolari tas-sillabi tal-lingwi, l-istorja u l-ġeografija fil-promozzjoni ta' identità Ewropea komuni; jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jippromwovu l-inklużjoni – fl-istudji fil-livell tal-Bakkalawrjat jew ekwivalenti – ta' kors speċifiku dwar l-istorja, il-miri u l-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha, ħaġa li se tgħin liż-żgħażagħ iħossuhom iktar involuti fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea;

17.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu kunsiderazzjonijiet kollettivi dwar kif l-aħjar li jwettqu l-għan li jiftħu s-sistema;

18.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri biex fi ħdan is-sistemi edukattivi tagħhom jippromwovu ċerti kunċetti mislufa mis-sistema tal-Iskejjel Ewropej sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp ta' ċittadinanza Ewropea mill-iktar età żgħira;

19.

Jistieden lill-Awtorità Ċentrali tal-Applikazzjoni tistabbilixxi forum ta' skambji għall-ġenituri kollha li ma ngħatawx post għat-tfal tagħhom fl-iskola tal-għażla tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu trasferiti għall-iskola mixtieqa permezz ta' skambji ma' studenti oħra;

20.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni li Tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, dawk li għandhom il-Bakkalawrjat Ewropew jistgħu, bl-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat li jkollhom kwalifiki ekwivalenti, jitolbu li jidħlu fl-universitajiet kollha tal-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet relevanti, sabiex il-Bakkalawrjat Ewropew jiġi rikonoxxut awtomatikament fl-Istati Membri kollha, u b'hekk tkun evitata d-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip bejn l-istudenti tal-Iskejjel Ewropej u dawk li jkollhom kwalifiki nazzjonali ekwivalent;

21.

Iħeġġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla kollha tagħhom japplikaw l-istess rekwiżiti meta jirrikonoxxu l-edukazzjoni ta' studenti mill-Iskejjel Ewropej bħal għal studenti minn skejjel nazzjonali u li dawn l-istudenti jirċievu l-istess krediti għall-edukazzjoni tagħhom sabiex ikollhom opportunitajiet ugwali meta japplikaw għall-edukazzjoni ogħla;

22.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-gvernijiet reġjonali b'setgħat leġiżlattivi fl-edukazzjoni biex jomologaw proporzjon relevanti tas-sistema skolari pubblika tagħhom sabiex din tkun tista' tagħti lill-istudenti l-grad tal-Bakkalawrjat Ewropew meta jispiċċaw l-iskola sekondarja;

23.

Jinkoraġġixxi lill-Bord tal-Gvernaturi jiżviluppa b'mod iktar attiv l-Iskejjel Ewropej billi jsegwi l-eżempji tal-aħjar sistemi ta' skolarizzazzjoni fid-dinja kif muri mill-istudji ta' PISA u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' ġemellaġġ bejn l-Iskejjel Ewropej u l-iskejjel nazzjonali, bħala mezz biex jiġu promossi l-iskambji tal-istudenti u l-għalliema u titqajjem il-kuxjenza dwar is-sistema tal-Iskejjel Ewropej fl-Istati Membri, skont il-programm Comenius;

Aspetti baġitarji

24.

Jinnota li l-introjtu jiżdied jew jonqos partikolarment minħabba l-applikazzjonijiet minn organiżmi b'kuntratt jew mill-familji barra l-istituzzjonijiet Komunitarji li bħalissa jiġu rrifjutati minħabba nuqqas ta' post għalihom u jħeġġeġ li jinstabu soluzzjonijiet ġodda fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji ġodda disponibbli mill-ħaddiema mobbli mis-settur privat u istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

25.

Jieħu nota tal-ħtieġa li jiġu razzjonalizzati l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-Iskejjel, imma jissottolinja li t-tentattivi li jitnaqqsu l-ispejjeż m'għandhomx jipperikolaw il-prinċipji fundamentali li fuqhom jistrieħ il-kunċett tal-Iskejjel Ewropej, bħat-tagħlim bil-lingwa materna minn kelliema tal-istess lingwa materna, m'għandhomx jeffettwaw il-kurrikula prinċipali, bħax-xjenza u l-matematika, u m'għandhomx isiru bi ħsara għall-kwalità tal-edukazzjoni; jenfasizza li għandhom jiġu garantiti kundizzjonijiet ta' tagħlim ugwali u ekwivalenti għat-tfal tal-komunitajiet lingwistiċi kollha tal-Iskejjel Ewropej;

26.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea tiddefinixxi l-kontribuzzjoni baġitarja tagħha b'tali mod li jiġu rrispettati dawn il-prinċipji u li jkun possibbli li l-Iskejjel Ewropej jassumu l-ispejjeż għat-tagħlim ta' studenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali (SEN) jew li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet oħra fit-tagħlim li jirrikjedu appoġġ speċifiku, biex tipprovdi rendikont dettaljat tal-fondi allokati għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali sabiex ikun żgurat l-użu ottimu ta' dawk il-fondi; jistieden lill-Kummissjoni, qabel ma tiddeċiedi dwar kwalunkwe tibdil baġitarju, b'kooperazzjoni mal-Iskejjel u l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri/għalliema, biex tħejji valutazzjoni tal-impatt tad-diversi għażliet tar-razzjonalizzazzjoni tas-sistema, anke li jiġu eżaminati l-aspetti edukattivi;

27.

Iqis li jeħtieġ li, għaż-żmien qasir, jiġu rrispettati l-impenji tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jitqies il-kuntest tar-restrizzjoni baġitarja prevalenti kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll f'dak tal-Istati Membri; jinnota li l-abbozz tal-baġit tal-2012 jipprevedi żieda ta' 1,7 % għall-Iskejjel Ewropej, filwaqt li d-diffikultajiet baġitarji wasslu lill-Kummissjoni biex tipproponi li l-ispejjeż amministrattivi tagħhom jiġu ffriżati u li jkun hemm żieda ta' 1,3 % għall-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet kollha; jintrabat li jeżamina b'attenzjoni l-krediti mniżżla fil-linji baġitarji kkonċernati sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet baġitarji kollha;

28.

Jenfasizza li l-involviment tal-Unjoni fl-Iskejjel Ewropej huwa żgħir b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-kontribut finanzjarju mill-baġit tagħha;

29.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li t-tnaqqis propost fil-baġits tal-Iskejjel Ewropej jikkostitwixxi theddida serja għall-kwalità tal-edukazzjoni u għall-funzjonament xieraq tal-Iskejjel Ewropej u, għalhekk, jopponi kwalunkwe tnaqqis baġitarju;

30.

Iqis li ħafna mill-problemi sistemiċi huma nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tal-Istati Membri; jiġbed l-attenzjoni dwar in-nuqqas ta’ garanziji legali tat-twettiq min-naħa tal-Istati Membri tal-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-Konvenzjoni;

31.

Jinnota li ċerti Stati qed jinħallu dejjem iktar mill-obbligi tagħhom f’dak li jirrigwarda s-sekondar tal-għalliema, bl-iskuża tad-differenza bejn il-perċentwal ta' tfal tan-nazzjonalità tagħhom fl-iskola u l-kontribuzzjoni li huma mitluba jagħtu lill-baġit tal-iskejjel;

32.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż għandu wkoll jgħin biex jinkoraġġixxi sistema iktar ġusta fir-rigward tal-ħlas tal-miżati tal-iskola li jkollhom iħallsu l-ġenituri li ma jaħdmux mal-istituzzjonijiet Ewropej jew ma' kumpaniji li għandhom ftehim mal-Iskejjel Ewropej;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li ddaħħal sistema ta' listi ta' riserva biex timla' dawk il-karigi li ma jistgħux jimtlew minn għalliema ssekondati u dawk li jeħtieġu jimtlew minn persunal reklutat lokalment, sabiex tiżgura li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet fir-rigward tan-numru tal-għalliema u li jiġu garantiti l-kwalità u l-kontinwità edukattivi;

34.

Jinkoraġġixxi l-ħolqien, malli tintlaħaq il-kwota tal-istudenti, ta' sezzjonijiet lingwistiċi ġodda, sabiex ikun possibbli għas-SWALS li jsegwu tagħlim bil-lingwa materna tagħhom u tkun evitata kull diskriminazzjoni fir-rigward tal-istudenti minn sezzjonijiet lingwistiċi oħra, filwaqt li jiġu limitati l-ispejjeż marbuta mal-istatut speċifiku tas-SWALS;

35.

Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' persunal issekondat għandu jiġi kumpensat permezz tar-reklutaġġ lokali ta' għalliema sostituti li l-pagi tagħhom għandhom jiġu assunti mill-iskejjel; jitlob lill-Bord tal-Gvernaturi jiżgura li l-Istati Membri li ma jikkontribwixxux finanzjarjament permezz tas-sekondar ta' għalliema jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja ekwivalenti lill-baġit tal-iskejjel;

36.

Iqis li s-sistema attwali ta' finanzjament titfa' piż sproporzjonat fuq ċerti Stati Membri rigward is-sekondar u l-provvediment tal-infrastrutturi skolastiċi, u jitlob lill-Bord tal-Gvernaturi jirrevedi l-mudell ta' finanzjament tal-iskejjel u r-reklutaġġ tal-għalliema;

37.

Jafferma mill-ġdid li l-Iskejjel Ewropej għandhom ikunu ffinanzjati b'mod solidu u serju sabiex jissodisfaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-Konvenzjoni u tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni u biex jiggarantixxu l-kwalità tat-tagħlim, kif ukoll kundizzjonijiet ugwali u ekwivalent ta' tagħlim għat-tfal tal-komunitajiet lingwistiċi kollha tal-Iskejjel Ewropej. Jinnota, f'dan ir-rigward, il-petizzjoni riċenti tal-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri u tal-għalliema tal-Iskejjel Ewropej fi Brussell li tiġbed l-attenzjoni dwar it-theddid serju bħala riżultat tat-tnaqqis propost għall-kwalità tat-tagħlim u għall-funzjonament xieraq tal-Iskejjel Ewropej u, għalhekk, topponi t-tnaqqis baġitarju eventwali;

38.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal dispożizzjonijiet biex tkun tista' tiddefinixxi l-perċentwal tat-tnaqqis speċjali dedikat għall-Iskejjel Ewropej;

39.

Jenfasizza, f'perspettiva għaż-żmien twil, l-importanza li tiġi żgurata trasparenza ikbar f'dak li jikkonċerna l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u li jiġu garantiti aħjar il-ftuħ u d-diversità ta' dawn l-istabbilimenti, filwaqt li tiddaħħal ukoll sistema sostenibbli ta' finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tispeċifika għal liema skopijiet intużaw il-flus mit-tnaqqis speċjali; jitlob lill-Kummissjoni tippreżentalu rendikont dwar l-implimentazzjoni tar-riforma tal-2009 kif ukoll tal-bżonnijiet fil-qasam tal-finanzjamenti għas-snin li ġejjin, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-politika tal-bini;

Aspetti pedagoġiċi

40.

Jixtieq – bi qbil mal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni li Tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, li għandu l-għan li jġib studenti minn sezzjonijiet lingwistiċi differenti flimkien billi joffri lezzjonijiet konġunti tal-istess livell f'ċerti suġġetti – li jara li jiġi ġeneralizzat ir-rikors għal-lingwi hekk imsejħa ta' ħidma għat-tagħlim tas-suġġetti kollha mhux fundamentali, mingħajr ma dan ikun ta' detriment għal dawk li l-lingwa materna tagħhom ma tkunx waħda mil-lingwi ta' ħidma;

41.

Itenni li hemm valur intrinsiku fit-tagħlim ta' ċerti suġġetti bil-lingwi nazzjonali ‧inqas użati‧ mitkellma minn numru żgħir ta' ċittadini tal-UE;

42.

Jissottolinja l-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni esterna tas-sillabi tal-Iskejjel Ewropej, li ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali għall-Iskejjel, u l-importanza li jiġu implimentati r-riformi li għaddejin bħalissa tal-Bakkalawrjat;

43.

Jirrikjedi li r-reklutaġġ tal-għalliema sostituti jissodisfa l-kriterji ta' eċċellenza, li l-kwalità tat-tagħlim, it-taħriġ u s-sostituzzjonijiet f'każ li għalliem ma jiġix tkun żgurata, u li l-Bord tal-Gvernaturi jiżgura li l-ħiliet professjonali ta' tali persunal jiġu evalwati minn spetturi;

44.

Iqis li għandhom jiġu organizzati programmi u seminars professjonali ta' taħriġ speċjali għall-għalliema li jkunu ġejjin minn sistemi nazzjonali differenti sabiex dawn ikunu preparati – bi qbil ma' standards u kriterji komuni – għax-xogħol fis-sistema tal-Iskejjel Ewropej;

45.

Jafferma mill-ġdid li l-assunzjoni tal-ispejjeż tas-SEN tibqa' prijorità u li l-Iskejjel Ewropej għandhom jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jedukaw l-istudenti b'diżabilitajiet; jitlob lill-Bord tal-Gvernaturi, f'dan ir-rigward, jiżgura li jiġu applikati koeffiċjenti għal din il-kategorija ta' studenti meta jiġi kkalkolat id-daqs tal-klassijiet u jiżgura l-integrazzjoni sħiħa ta' tali studenti;

46.

Jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet dwar l-istudenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali li saru wara l-istudju tal-2009 minn tim ta' esperti Svediżi u biex iħejju pjan ta' azzjoni għas-SEN;

47.

Jenfasizza l-bżonn li titħejja sistema li tiffunzjona b'mod xieraq biex tgħin lill-istudenti b'diżabilitajiet matul il-proċess ta' integrazzjoni tagħhom fl-Iskejjel Ewropej (eżempju għajnuna minn għalliema speċjali) sabiex tkun żgurata l-mobilità tal-ġenituri tagħhom;

48.

Jinnota li r-rata ta' falliment uffiċjali ta' 2,7 % rrapurtata mill-Bord tal-Gvernaturi ma tirriflettix d-disparità kbira fir-riżultati fl-Iskejjel Ewropej, fejn għal ħafna snin kien hemm rata għolja ta' falliment b'mod mhux normali fis-sezzjonijiet lingwistiċi Franċiżi; jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi jeżamina l-kawżi u l-konsegwenzi edukattivi u finanzjarji ta' dan il-malfunzjonament, tar-rata ta' falliment b'mod ġenerali u tar-rati konstantement għolja ta' tfal li jirrepetu s-sena;

49.

Jitlob, għal darb'oħra, lill-Bord tal-Gvernaturi jaħdem biex jipprovdi alternattivi għal dawk l-istudenti li joħorġu mill-iskola meta jkunu qed jippreparaw għall-Bakkalawrjat Ewropew, u biex jipprevedi l-ħolqien ta' ċertifikat ta' tmiem tal-istudji barra l-Bakkalawrjat għall-istudenti li huma orjentati lejn il-qasam vokazzjonali; jargumenta li kwalunkwe ċertifikat ġdid għandha ssirlu valutazzjoni tal-impatt u li għandu jkun żgurat li dan iżid il-valur lill-oqfsa eżistenti tal-kwalifiki;

50.

Itenni li l-provvediment għall-istudenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali għandu jkompli jkun prijorità, partikolarment peress li l-Iskejjel Ewropej għadhom joffru tip wieħed ta' ċertifikat ta' tmiem l-istudji u, għalhekk, jeħtieġu jiżguraw li jiġi provdut appoġġ massimu bil-għan li jiġi evitat il-falliment akkademiku kemm jista' jkun, sabiex l-istudenti mbagħad ma jkollhomx riskju li jsibu ruħhom bla għażliet oħra jekk, minħabba l-lingwa jew għal raġunijiet oħra, ma jkunux jistgħu jieħdu korsijiet alternattivi fis-sistema edukattiva nazzjonali tal-pajjiż ospitanti tagħhom;

*

* *

51.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Istati Membri u lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej.


(1)  ĠU L 212, 17.8.1994, p. 3.

(2)  ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 333.

(3)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.

(4)  http://www.un.org/disabilities/documents/convention/convoptprot-f.pdf.

(5)  Ref.: 2011-02-D-39-en-1.

(6)  COM(2010)0595.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/22


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Politika ta' koeżjoni futura tal-UE

P7_TA(2011)0403

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-assorbiment tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni: tagħlimiet meħuda għall-politika ta' koeżjoni futura tal-UE (2010/2305(INI))

2013/C 56 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 174 sa 178 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011: "Politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020" (COM(2011)0017),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Politika Reġjonali li Tikkontribwixxi għat-Tkabbir Sostenibbli fl-Ewropa 2020” (SEC(2011)0092),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010: “Politika ta’ Koeżjoni: Ir-risposta għall-kriżi ekonomika”, rieżami tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika ta' koeżjoni adottati b’appoġġ għall-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku (SEC(2010)1291),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010: “Il-politika ta’ koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” (COM(2010)0110),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010: “Dokument li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 – il-politika ta’ Koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” (SEC(2010)0360),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010) 2020),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 437/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-interventi għall-akkomodazzjoni favur komunitajiet emarġinati (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 284/2009 tas-7 ta' April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (8),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (2006/702/EC) (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rapport Strateġiku tal-2010 mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Politika ta' Koeżjoni adottati mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-14 ta' Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2010: “Kif jistgħu jitħeġġu sħubijiet effikaċi fil-ġestjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni, fuq il-bażi ta' prattiki tajbin miċ-ċiklu 2007-2013” (ECO/258),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni dwar “Politika ta’ Koeżjoni: rapport strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” tal-1 u t-2 ta’ Diċembru 2010 (CdR 159/2010),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-Rapport 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-2007-2013 (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar il-ksib ta’ koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika vera fi ħdan l-UE – kundizzjoni sine qua non għall-kompetittività dinjija? (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Fondi Strutturali 2007-2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji ta' koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0287/2011),

A.

billi l-kapaċità ta’ assorbiment hija l-limitu ta’ kemm Stat Membru u r-reġjuni tiegħu huma kapaċi jonfqu r-riżorsi finanzjarji allokati lilhom mill-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni b’mod effikaċi u effiċjenti, u billi din il-kapaċità hija meħtieġa biex jingħata kontribut massimu lill-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bir-riżorsi disponibbli mill-fondi tal-UE,

B.

billi l-Politika ta' Koeżjoni tal-UE hija ta' importanza kruċjali għall-promozzjoni tal-iżvilupp armonjuż tal-UE u billi, minkejja l-progress miksub fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, xorta għad hemm differenzi sinifikanti fil-livell ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u reġjonali tagħhom,

C.

billi r-reġjuni u l-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġati huma nieqsa mir-riżorsi finanzjarji u umani kif ukoll mill-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex jagħmlu użu tajjeb mill-fondi tal-UE aċċessibbli għalihom,

D.

billi l-politika reġjonali tal-UE hija strument essenzjali għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u billi tippermetti lill-UE tadotta miżuri li jnaqqsu d-disparitajiet reġjonali, jippromwovu konverġenza konkreta u jistimolaw l-iżvilupp, l-impjiegi ta' kwalità u l-progress soċjali kif ukoll ikunu ta’ ġid għar-reġjuni l-inqas żviluppati,

E.

billi l-kapaċità ta’ assorbiment mhijiex parametru iżda hija varjant u billi din tvarja ħafna fost l-Istati Membri u r-reġjuni differenti, u għalhekk hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet individwali biex tiżdied din il-kapaċità,

F.

billi l-għan li jiġi assorbit kemm jista’ jkun appoġġ finanzjarju jirrikjedi sforzi kontinwi mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-involviment tal-amministrazzjoni fil-livell lokali u f’dak reġjonali f’kull stadju tal-proċess, kif ukoll kapaċità xierqa fl-istrutturi istituzzjonali u sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll,

G.

billi l-kapaċità amministrattiva, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ proġett, hija kwistjoni ewlenija għall-kapaċità ta’ assorbiment u jeħtieġ li tissaħħaħ, b’enfasi partikolari fuq dawk l-Istati Membri li waqgħu lura u li għandhom rati ta’ assorbiment baxxi,

H.

billi r-regoli relatati mal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni huma, min-natura tagħhom stess, kumplessi u għaldaqstant huwa diffiċli li jiġu trasposti b’mod xieraq fil-liġi nazzjonali u jkun hemm konformità magħhom, u jafu jagħtu lok għal żbalji u għalhekk l-Istati Membri u r-reġjuni jqattgħu ammont sproporzjonat ta’ żmien jippruvaw jimmaniġġjaw u jikkontrollaw dawn l-iżbalji, u għalhekk jeħtieġ li dawn ir-regoli jibqgħu stabbli fuq medda ta' żmien sabiex tiġi promossa sjieda aħjar; billi, minkejja dan, għandha titħeġġeġ is-simplikifazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji,

I.

billi, minkejja t-tnaqqis fl-ammont ta' żbalji u fl-appropjazzjonijiet bla jedd tal-fondi strutturali, jeħtieġ li jissaħħu l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex inaqqsu l-appropjazzjoniet bla jedd tal-fondi u jirkupraw is-somom imħallsin indebitament,

J.

billi b’mod partikolari l-Istati Membri li ssieħbu mal-UE fil-perjodu ta’ pprogrammar attwali qed jaffaċċaw diffikultajiet sostanzjali rigward l-assorbiment li jirriżultaw miż-żieda sinifikanti fl-ammont ta’ fondi disponibbli apparagun tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni, u min-nuqqasijiet tal-istrutturi amministrattivi għat-twaqqif, l-appoġġ u l-valutazzjoni tal-proġetti,

K.

billi n-nuqqas ta' viżibbiltà rigward il-livelli ta' użu ta' fondi fuq tul ta’ żmien qasir u medju huwa ostaklu għall-kapaċità ta' assorbiment, u billi hemm bżonn ta' aktar trasparenza fil-livelli kollha ta' governanza,

L.

billi l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jipprovdi appoġġ essenzjali għall-politiki relatati mas-suq tax-xogħol u jiżvolġi rwol importanti fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, u billi jeħtieġ li l-finanzjamenti tal-fond jissaħħaħ b’mod konsiderevoli,

1.

Jinnota, minkejja l-problemi msemmija qabel, l-isforzi mwettqa biex tiġi żgurata aċċellerazzjoni fil-kapaċitajiet ta’ assorbiment u fl-implimentazzjoni baġitarja tal-politika ta’ koeżjoni matul l-2010 u jirrikonoxxi l-effett pożittiv tal-interventi relatati mal-politika ta’ koeżjoni tal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku fiż-żieda fir-rata tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-aċċellerazzjoni tal-għoti ta’ finanzjament lill-benefiċjarji; jitlob lill-Kummissjoni tkompli dawn l-interventi fil-perjodu 2014-2020;

2.

Jinnota li l-problemi ta’ assorbiment ġew ikkawżati mill-fatturi prinċipali li ġejjin:

diffikultajiet biex jitlestew il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tas-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni u kontroll, li ġeneralemnt iseħħu fil-bidu tal-perjodu ta’ pprogrammar;

reċessjoni ekonomika globali, li għandha effett dirett fuq il-miżuri ta' restrizzjoni baġitarja applikati għall-baġits pubbliċi, u diffikultajiet biex jinkiseb finanzjament intern;

nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti għall-kofinanzjament tal-proġetti;

dewmien fl-istabbiliment u l-introduzzjoni ta’ regoli tal-UE u regoli nazzjonali jew gwida relatata, u regoli mhux kompleti jew mhux ċari;

dewmien fit-traduzzjoni tan-noti ta’ gwida u biex tinkiseb kjarifika mill-Kummissjoni, u nuqqas ta’ konsistenza fil-gwida tal-Kummissjoni;

proċeduri nazzjonali kkummplikati wisq u stretti żżejjed, u tibdiliet frekwenti fihom;

il-bżonn li jiġu stabbiliti istituzzjonijiet ġodda għall-implimentazzjoni ta' programmi, li jista’ jwassal għal dewmien fit-tnedija u l-eżekuzzjoni tagħhom;

separazzjoni insuffiċjenti bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri, problemi ta’ ġerarkija bejn l-istituzzjonijiet u diffikultajiet interni dwar l-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabilitajiet;

involviment insuffiċjenti tal-livelli reġjonali u lokali fl-istabbiliment ta' programmi operattivi;

persunal limitat, persunal b’taħriġ inadegwat fil-livell nazzjonali u f’dak reġjonali, u diffikulatajiet relatati maż-żamma tal-persunal;

diffikultajiet biex jiġu stabbiliti sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

sporporzjon bejn il-grad ta' kontroll u l-iskala tal-proġett;

tħejjija insuffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-proġetti, u nuqqas ta’ iter u risorsi tal-proġetti;

tibdiliet b’motivazzjoni politika fil-prijoritajiet ta’ investiment;

3.

Iqis li ħafna mill-problemi identifikati jistgħu jiġu evitatipermezz tal-involviment, immedjatament mill-fażi ta' programmazzjoni, tal-persuni kkonċernati relevanti kollha fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, ħalli l-proposti tad-dokumenti qafas u tal-programmi operattivi futuri jkunu jikkorrispondu kemm jista’ jkun għall-bżonnijiet tagħhom, biex b'hekk ikun jista’ jsir kontribut ikbar u iktar ċar għat-twettiq tal-objettivi tal-UE;

4.

Itenni l-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni u flessibilità tar-regoli u l-proċeduri kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-fondi tal-UE għall-organizzaturi ta' proġetti u biex tiġi promossa l-ġestjoni t-tajba ta’ dawk il-fondi, bla ma jinħolqu diffikultajiet kbar għall-benefiċjarji; jemmen li s-simplifikazzjoni se tikkontribwixxi għal allokazzjoni mgħaġġla tal-fondi, rati ta’ assorbiment ogħla, effiċjenza u trasparenza ikbar, inqas żbalji ta’ implimentazzjoni u perjodi ta’ ħlas iqsar; jikkunsidra li jeħtieġ jintlaħaq bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-istabilità tar-regoli, il-proċeduri u l-kontrolli; jinnota li, fi kwalunkwe każ, il-provvediment ta’ informazzjoni suffiċjenti lill-benefiċjarji u l-applikanti potenzjali huwa prekondizzjoni neċessarja għal implimentazzjoni b’suċċess;

5.

Jenfasizza li ż-żieda fir-rata ta' assorbiment twassal għal riżultati reali biss jekk jiġi rrispettat il-qafas regolatorju tal-Komunità;

6.

Huwa tal-fehma li għandha ssir enfasi partikolari fuq l-aspetti relatati mal-ksib tar-riżulati u t-twettiq tal-objettivi, mingħajr ma titneħħa l-importanza li dejjem għandha tingħata lill-iċċekkjar tal-inputs; jemmen li, b’konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-sistemi ta’ implimentazzjoni, kontroll u ħlas, għandu jinstab bilanċ aħjar bejn, fuq naħa waħda, ir-regoli u l-proċeduri meħtieġa biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-UE u min-naħa l-oħra t-trasformazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni biex issir iktar orjentata lejn il-prestazzjoni u iktar kosteffikaċi;

7.

Jitlob li l-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politika ta' koeżjoni jiġu standardizzati bl-għan li jittejjeb ir-rwol konsultattiv tal-Kummissjoni u li jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-kontroll u l-awditjar;

8.

Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm iffukar iktar b’saħħtu fuq is-sanzjoni tal-frodi iktar milli fuq l-irregolaritajiet formali; jitlob approċċ aktar flessibbli u differenzjat skont il-gravità tal-irregolarità identifikata;

9.

Jenfasizza li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità għall-kontroll ta’ proċeduri skont l-iskala tal-proġett għandha tissaħħaħ billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti li jirregolaw l-informazzjoni li għandha tingħata u l-monitoraġġ waqt l-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi ta' skala żgħira; jinnota mandankollu li regoli simplifikati ma għandhom bl-ebda mod ikollhom effetti negattivi fuq it-trasparenza u r-responsabbiltà; jitlob it-tisħiħ u t-titjib tal-attività ta’ verifika, it-tneħħija tal-kontrolli superfluwi fl-Istati Membri li għandhom sistema ta' ġestjoni ta' fondi adegwata u l-adozzjoni tal-prinċipju ta’ verifika unika fil-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss li bħall-prinċipju tar-"rabta ta' fiduċja" għandu jiġi implimentat kemm jista' jkun ta’ spiss;

10.

Jenfasizza l-importanza assoluta tal-adozzjoni fil-waqt tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta’ gwida u regoli ċari u definittivi għall-Istati Membri sabiex jiġu evitati problemi inizjali u d-dewmien b’rabra mat-tfassil ta' regoli nazzjonali u l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex-ante mill-Istati Membri fil-bidu tal-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss; jafferma li l-Kummissjoni għandha tipprovdi għajnuna teknika sabiex tiżgura li l-Istati Membri jifhmu sew dawn tal-aħħar; jenfasizza li t-tul taż-żmien tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) huwa kwistjoni prinċipali għall-politika ta' koeżjoni u għall-kapaċità ta' assorbiment, peress li qafas finanzjarju multiannwali qasir wisq joħloq ostakli għal dawk il-proġetti li jibqgħu għaddejjin għal tul ta' żmien itwal u jkunu wkoll l-aktar importanti mill-aspett ta’ żvilupp;

11.

Jistieden lill-Istati Membri jittrasponu l-leġiżlazzjoni Komunitarja aktar malajr fil-liġi nazzjonali; jenfasizza l-importanza li jiġi mobilizzat għadd suffiċjenti ta' persunal imħarreġ biex l-isfidi fuq il-post jiġu indirizzati b'mod aktar effikaċi;

12.

Jenfasizza kemm il-benefiċċji kif ukoll il-ħtieġa ta' sinerġija u komplementarjetà akbar bejn il-fondi ta' ġestjoni kondiviża kollha (il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FES) u l-FEŻ fil-każ ta’ ċerti reġjuni Ewropej li jkunu jinsabu maġenb pajjiżi tal-AKP; huwa tal-fehma li għandha tiġi inkuraġġuta l-flessibbiltà bejn il-fondi tal-FEŻR u tal-FSE sabiex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' proġetti integrati, filwaqt li jitiqesu n-natura speċifika u l-objettivi ta' kull wieħed minn dawn il-fondi; jenfasizza li l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tirriżulta f’sistemi ta’ twassil simplifikati u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarji potenzjali fil-programmi kofinanzjati tal-UE; ifakkar f’dan il-kuntest fil-potenzjali tal-finanzjament trasversali, li għadu mhux qed jiġi sfruttat b’mod sħiħ;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-FSE jintuża b’mod aktar effettiv illum, b’reazzjoni għall-isfidi soċjoekonomiċi attwali li nħolqu mir-reċessjoni finanzjarja, fil-livelli kollha u fl-Istati Membri kollha, u jiżguraw li l-FSE tal-ġejjieni jwettaq kontribuzzjoni sinifikanti u mmirata għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-oqsma tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali bħala strument viżibbli, trasparenti, effikaċi, flessibbli, sempliċi u faċli biex jintuża ħalli jiżviluppa l-kapital uman, filwaqt li jirrifletti l-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet tal-Istati Membri u tar-reġjuni;

14.

Jenfasizza li l-isforzi jeħtieġu jkunu kkonċentrati fuq għadd limitat ta’ prijoritajiet – l-aktar urġenti fosthom it-tnaqqis ta' livelli rekord ta' qgħad fis-suq intern, b'referenza speċjali għall-impjiegi taż-żgħażagħ u tan-nisa – sabiex ikun żgurat li l-proġetti mifruxa mal-UE jkunu implimentati b’mod aktar effikaċi u l-impatt u l-potenzjal tal-FSE jkunu massimizzati, biex b'hekk jappoġġjaw l-Istrateġija Ewropea 2020, waqt li jisħaq li s-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri għandhom jitqiesu, u apparti hekk hemm il-bżonn li tissaħħaħ l-awtonomija finanzjarja tal-FSE u titkattar il-flessibilità tagħha sabiex l-isfidi attwali marbuta mal-impjiegi jiġu indirizzati;

15.

Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu u jżommu djalogu estensiv mal-partijiet interessati kollha fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jidentifikaw aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, itejbu l-possibilità għall-impjieg ta' gruppi soċjalment żvantaġġati u fl-istess ħin iqisu b’mod xieraq, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-objettivi politiċi b’rabta mal-politika ta' koeżjoni, il-ħtiġijiet reġjonali u lokali u jiżguraw li jkunu riflessi fl-objettivi tal-FSE; jitlob attenzjoni speċjali fir-rigward tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-persuni f'impjiegi li jirrikjedu kwalifiki baxxi, bil-għan li titjieb il-possibilità għall-impjieg ta' dan il-grupp;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jtejbu s-sensibilizzazzjoni u l-aċċessibilità tal-FSE u jaġġornaw il-kapaċitajiet ta' bini ta' proġetti sabiex jingħata kontribut għall-ħolqien ta' impjiegi deċenti u ġodda u għal inklużjoni soċjali aktar effikaċi;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-approċċ integrat għall-proġetti ta' żvilupp lokali u reġjonali, li jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ inizjattivi lokali għall-FSE minn isfel għal fuq u biex ikun possibbli li jiġu kkombinati bosta sorsi ta' finanzjament: programmi operattivi, programmi nazzjonali u riżorsi privati fil-livell ta' kull proġett individwali;

18.

Jiddispjaċih li minħabba proċeduri amministrattivi twal u regoli kkumplikati, speċjalment f'xi Stati Membri, l-implimentazzjoni tal-FSE mhix rapida daqs kemm kien previst u dan jista’ jaqta’ qalb ħafna benefiċjarji potenzjali milli japplikaw għall-fondi; jitlob li l-objettivi tal-FSE isiru konformi mal-ħtiġijiet reali ta' suq tax-xogħol li jeħtieġ l-investiment fit-titjib tat-taħriġ vokazzjonali u f'miżuri li jipproteġu l-artiġjanat;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-livell ta' kofinanzjament biex jirrifletti aħjar il-livell ta' żvilupp, il-valur miżjud tal-UE, it-tipi ta' azzjonijiet, il-benefiċjarji, il-kapaċitajiet ta' assorbiment u l-opportunitajiet ta' żvilupp tagħhom; għal dan il-għan, jitlob li jiġi allokat baġit Komunitarju adegwat għall-politika ta' koeżjoni fi żmien meta l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u lokali qed jiġu mxekkla minn politiki nazzjonali ta' awsterità baġitarja; jiddispjaċih għall-fatt li proporzjon tal-flus disponibbli mill-FSE mhuwiex qed jintuża, waqt li josserva li f’xi Stati Membri sar progress sinifikanti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri joħolqu mekkaniżmi biex jgħinu lill-benefiċjarji ż-żgħar (tipikament NGOs u SMEs fil-livell lokali) jippreparaw applikazzjonijiet b'suċċess, u jiggwidawhom matul il-perjodu ta' implimentazzjoni, biex b’hekk ikun żgurat proċess aktar effikaċi;

20.

Jistieden lill-Istati Membri, abbażi ta' regoli ċari, jużaw aktar il-possibilità ta' pagamenti bil-quddiem għall-benefiċjarji tal-FSE;

21.

Jenfasizza l-ħtieġa għal iffukar kontinwu, b'saħħtu u ddedikat fuq ir-riżultati attwali tal-programmi ta’ żvilupp iffinanzjati mill-FSE permezz ta' titjib fis-sistemi ta' valutazzjoni, monitoraġġ u indikaturi fil-livell Komunitarju u fill-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, li għandhom ikopru mhux biss il-livelli ta' nfiq iżda wkoll il-kwalità tal-politiki segwiti; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-fatturi ta' inċertezza li jaffettwaw il-proġetti biex wieħed jerġa' lura għax-xogħol fuq perjodu twil ta' żmien;

22.

Jenfasizza l-importanza li jista’ jkollhom ċerti riformi f’xi Stati Membri fiż-żieda tal-kapaċità ta’ assorbiment u għaldaqstant il-ħtieġa li jiġu nnegozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati fid-definizzjoni tal-kuntratt ta’ sħubija għall-iżvilupp u l-investiment, sabiex isiru kundizzjoni vinkolanti għall-istati; jinnota, b'mod partikolari, l-importanza tad-deċentralizzazzjoni u tat-tisħiħ tal-kompetenzi mogħtija lill-awtoritajiet reġjonali u lokali;

23.

Jappoġġa l-opinjoni li l-istruttura regolatorja tal-politika ta' koeżjoni għandha tippermetti flessibbiltà akbar fl-organizzazzjoni ta' programmi operattivi sabiex jiġu riflessi aħjar in-natura u l-ġeografija tal-proċessi ta' żvilupp; jissuġġerixxi li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw flessibbiltà suffiċjenti biex jagħżlu l-għadd ta’ prijoritajiet tagħhom stess u jfasslu taħlitiet ta' politika xierqa;

24.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu iktar attenzjoni rigward it-tħejjija ta’ proġett u jfasslu l-iter u r-risorsi tal-proġetti sabiex jiġi minimizzat ir-riskju li l-ispejjeż jaqbżu l-baġit u tinkiseb rata ta’ assorbiment għolja;

25.

Jinnota li l-kapaċità istituzzjonali tas-settur pubbliku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, il-kapaċità teknika u amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi parteċipanti u l-benefiċjarji huma fundamentali għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ b'suċċess tal-politiki meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;

26.

Jistieden lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jagħtu attenzjoni rigward l-immaniġġjar aħjar tar-riżorsi umani billi jagħmlu sforzi ulterjuri biex jattiraw u jżommu persunal ikkwalifikat għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE, billi jippromwovu taħriġ ta’ kwalità għolja għalihom, u billi jevitaw kwalunkwe sostituzzjoni ta’ persunal sakemm dan ma jkunx strettament neċessarju filwaqt li jkollhom bħala gwida l-għan uniku li jtejbu l-effettività tagħhom u konsegwentement il-kapaċità ta’ assorbiment tagħhom; ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-possibbiltà li jintużaw il-fondi tal-FSE u l-għajnuna teknika għat-tisħiħ tal-kapaċità neċessarja għall-implimentazzjoni u s-segwitu tal-programmi; jenfasizza l-importanza ta' punti ta' kuntatt f'livell deċentralizzat sabiex jgħinu s-sħab tal-programm; jistieden lill-Istati Membri joħolqu “punti ta’ waqfa waħda Ewropej” li jkunu kemm jista’ jkun qrib taċ-ċittadini bl-għan li tingħata għajnuna fl-applikazzjonijiet għal Fond ta' Koeżjoni, kemm għall-awtoritajiet lokali kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE;

27.

Jinnota li jinħtieġ livell għoli ta' kontinwità fir-rigward tas-sistemi u tal-kapaċità ta' ġestjoni u ta' kontroll, sabiex jiġu żviluppati l-esperjenza u l-għarfien miksuba, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jevitaw il-fluttwazzjoni ta' persunal amministrattiv li jittratta l-ġestjoni ta’ fondi;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-assistenza tagħha fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li r-rati ta’ assorbiment tagħhom, li huma inferjuri għall-medja tal-UE, juru lakuni f’termini ta’ kapaċità ta’ assorbiment; huwa tal-fehma li tali għajnuna msaħħa u kooperazzjoni mill-qrib għandhom jinżammu tal-anqas sa meta l-pajjiżi kkonċernati jilħqu livell ta' kompetenza li jippermettilhom jipproduċu riżultati mingħajr xi għajnuna esterna partikolari;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu netwerks jew fora ta’ skambju ta’ informazzjoni fl-istrutturi ta’ implimentazzjoni tagħhom bl-għan li jiddiskutu l-esperjenzi u d-diffikultajiet u jsir skambju tal-aħjar prattiki; jistieden ukoll lill-Istati Membri jgħinu lill-benefiċjarji jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ kontroll iktar esiġenti billi jipprovdulhom appoġġ, b'mod partikolari billi jużaw il-krediti ta' għajnuna teknika sabiex iħarrġu u jappoġġaw l-atturi ekonomiċi u soċjali li jistgħu jibbenefikaw mill-fondi; jipproponi li parti mill-ammonti allokati għall-programmi operattivi ta' għajnuna teknika tintuża għal proġetti bħal dawn; jistieden lill-Istati Membri jfasslu u jorganizzaw korsijiet ta' taħriġ għal benefiċjarji potenzjali tal-fond;

30.

Ifakkar fl-importanza tal-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali u ta' programmi bħalma huma l-INTERACT u l-URBACT sabiex jiġu identifikati u mxerrda l-aħjar prattiki u sabiex jitħarrġu l-atturi politiċi u amministrattivi fir-rigward tal-aħjar użu tal-fondi; jitlob li l-azzjonijiet li jippromwovu l-ippjanar reġjonali u l-użu effikaċi tal-fondi jkunu eliġibbli għall-approprjazzjonijiet taħt il-parti "kooperazzjoni interreġjonali" tal-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni madwar l-UE kollha bbażat fuq l-esperjenza tal-programmi ta’ ġemellaġġ sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni b’assorbiment għoli u dawk b’assorbiment baxx u biex jiġi ffaċilitat it-tixrid tal-aħjar prattiki;

32.

Jissuġġerixxi l-istabbiliment ta' pjattaforma bbażata fuq l-Internet li tippermetti lill-benefiċjarji, lill-partijiet interessati lokali u reġjonali u lill-istituzzjonijiet governattivi jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika rigward l-ostakli, il-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-introduzzjoni ta’ sistemi armonizzati ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-differenzi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri u jitlob, għal dan l-għan, l-implimentazzjoni ta' softwer uniformi għall-monitoraġġ tal-użu tal-fondi fil-kuntest tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża s-sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni biex tiżviluppa sistema ta’ twissija bikrija dwar l-assorbiment tal-fondi, u biex tippreżenta mill-inqas rapport annwali li jkun fih informazzjoni dwar l-assorbiment tal-Fondi Reġjonali u Strutturali għal kull reġjun, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera b’mod attiv mal-BEI, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' inizjattivi Komunitarji li jkollhom l-għan li jżidu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-politika ta' koeżjoni u jsaħħu l-impatt tal-Fondi Strutturali billi tiġi ggarantita għajnuna b’appoġġ għall-finanzjament tal-SMEs;

36.

Huwa tal-fehma li, minħabba l-flessibilità ikbar tagħhom, “is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-livell reġjonali u lokali” li jkunu ppreparati minn qabel sew u b’konformità mal-istratġija Ewropa 2020, se jikkontribwixxu biex tiżdied il-kapaċità ta’ assorbiment u biex jiġu riżolti d-diffikulatjiet tal-kofinanzjament; jirrakomanda li l-Istati Membri jikkjarifikaw u jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sabiex jiffaċilitaw tali sħubijiet; jenfasizza li l-kontroll demokratiku tas-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat għandu jkun garantit;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika l-eżistenza u teżamina l-effiċjenza tal-bażijiet leġiżlattivi neċessarji għall-implimentazzjoni ta' proġetti PPP u, fejn ikun xieraq, tirrakomanda lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx tali miżuri leġiżlattivi jippreparaw u jadottaw kemm jista' jkun malajr, bl-għan li tkun tista’ ssir il-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġetti PPP waqt il-perjodu ta' pprogrammar li jmiss, proċeduri għall-implimentazzjoni effiċjenti ta' dawn il-proġetti fil-livell reġjonali u f’dak lokali;

38.

Jinnota li l-maġġoranza tal-SMEs, u speċjalment l-intrapriżi żgħar u mikro, ma jistgħux jaċċessaw il-Fondi Strutturali waħidhom minħabba l-limiti aministrattivi u finanzjarji attwali, u li għandhom bżonn appoġġ u konsulenza mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell reġjonali u f'dak nazzjonali; jikkunsidra li s-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri hija essenzjali sabiex jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-Fondi Strutturali; jitlob li s-Small Business Act u l-prinċipji tiegħu "l-ewwel aħseb żgħir" u "darba biss" u l-prinċipju ta' proporzjonalità jiġu applikati fil-livelli kollha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet figward id-definizzjoni tal-prijoritajiet ta' investiment u t-tfassil tal-proċeduri ta' ġestjoni, verifika u kontroll, sabiex jiġi żgurat assorbiment aħjar tal-fondi;

39.

Jenfasizza l-importanza tas-sħab kif definit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 għall-kapaċità ta’ assorbiment ta’ fondi; jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw u jipprovdu appoġġ liċ-ċittadini, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, lill-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali b’mod komplet dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjament, l-eliġibbiltà għall-kofinanzjament mill-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni, ir-regoli ta’ kofinanzjament u r-regoli tar-rimborż, u dwar fejn isibu s-sejħiet għal proposti, u jippromwovu l-impenn tagħhom favur l-isfruttar tal-opportunitajiet ta’ finanzjament;

40.

Jenfasizza l-effetti pożittivi tal-użu tal-istrumenti finanzjarji pprovduti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħal Jessica, sabiex jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji ġenerali mingħajr ma jiżdied il-finanzjament pubbliku dirett;

41.

Isostni li l-mekkaniżmi ta' governanza f’diversi livelli u l-prinċipju ta’ sħubija huma elementi kruċjali fl-effettività tal-programmi operattivi u għal kapaċità ta' assorbiment għolja; jistieden lill-Istati Membri biex, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u tal-awtonomija istituzzjonali tagħhom, isaħħu konsistentament il-prinċipju tat-trasparenza u s-sħubija filwaqt li jistabbilixxu u jimplimentaw il-programmi operattivi, u biex jinvolvu għalhekk il-livelli reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili mill-bidu nett, b’mod vinkolanti, komprensiv u sostenibbli, fid-definizzjoni u t-tfassil tal-prijoritajiet ta’ investiment, fil-fażijiet kollha tal-istabbiliment tal-programmi operattivi kif ukoll fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni u valutazzjoni tagħhom;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda dibattitu aktar miftuħ dwar il-miżuri previsti għat-tħaffif tal-assorbiment tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li l-Kumitat tar-Reġjuni jista' jiġi mistieden jagħti opinjoni kull sena dwar il-kapaċità ta' assorbiment fl-Istati Membri kollha;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li filwaqt li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 fl-Istati Membri kollha, il-politika ta' koeżjoni tnaqqas id-differenzi bejn ir-reġjuni u l-mikroreġjuni, tqis kif xieraq il-bżonnijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u t tippromwovi żvilupp armonjuż fl-UE, anke billi timplimenta aktar strumenti u miżuri mmirati f'żoni li għadhom 'il bogħod ħafna mill-istandards Ewropej;

44.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 158, 24.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 10.

(5)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(7)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.

(8)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(11)  Testi Adottati, P7_TA(2011)0283.

(12)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0473.

(13)  ĠU C 117E, 6.5.2010, p. 79.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/31


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja’

P7_TA(2011)0404

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar ‘Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja’ (2011/2023(INI))

2013/C 56 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jiddikjara li “L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex issaħħaħ l-effettività ta' sistemi ta' prevenzjoni ta' diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u ta' protezzjoni minnhom”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-klawżola ta’ solidarjetà), li jistipula li “l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta' solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun suġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta’ Oslo tal-1994, li ġew rieżaminati fl-2001, dwar l-użu tar-riżorsi militari u tal-protezzjoni ċivili barranin fil-qafas tal-operazzjonijiet ta' sokkors f'każ ta' diżastru,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 2007 mill-Presidenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2010 intitolata “Lejn rispons Ewropew aktar b’saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” (COM(2010)0600),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2008 dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni fir-reazzjoni għad-diżastri (COM(2008)0130),

wara li kkunsidra r-rapport minn Michel Barnier intitolat “Għal forza Ewropea ta' protezzjoni ċivili: Europe Aid”, ippubblikat f'Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 fejn intlaqgħu l-objettivi deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2010 li jimmiraw għal reazzjoni tal-Ewropa iktar prevedibbli, effikaċi, effiċjenti, koerenti u viżibbli għad-diżastri,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2007 fejn il-Kummissjoni ġiet mistiedna tagħmel l-aħjar użu mill-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom, tal-5 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE (3), tal-10 ta’ Frar 2010 dwar it-terremot reċenti f'Ħaiti (4), tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar in-nirien tal-foresti fis-sajf 2009 (5), tad-19 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni fir-reazzjoni għad-diżastri (6) u tal-4 ta’ Settembru 2007 dwar id-diżastri naturali (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0283/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed jaffaċċaw ħafna riskji, bħal pereżempju: terremoti u tsunamis; nirien, inklużi nirien tal-foresti; għargħar u valangi; inċidenti industrijali u nukleari; attakki terroristiċi; diżastri naturali u pandemiji kbar; billi kien hemm żieda drammatika fl-għadd u fil-gravità ta’ dawn id-diżastri naturali u dawk ikkaġunati mill-bniedem li jaffettwaw lill-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha, kif ukoll lil pajjiżi u reġjuni oħrajn madwar id-dinja, kif intwera traġikament bil-katastrofi gravi reċenti fil-Ġappun, li ntalqat b’terremot, tsunami u katastrofi nukleari f’daqqa, b’żieda korrispondenti fit-telf ta’ ħajja u fi ħsara ekonomika, soċjali u ambjentali u ħsara fir-rigward tal-wirt kulturali u billi ma nistgħux neskludu l-possibilità li tali avvenimenti iżolati ta’ daqs imprevedibbli jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, f’liema każ ir-reazzjoni Ewropea għad-diżastri tkun estremament utli peress li l-kapaċitajiet nazzjonali jafu jisfaw imġebbda sal-limiti tagħhom,

B.

billi s-sitwazzjonijiet ta’ nixfa estrema u nirien tal-foresti żdiedu fil-frekwenza u fl-iskala tagħhom fl-Ewropa, u dan ifisser li jeħtieġ li r-riċerka xjentifika reilevanti tiġi żviluppata iktar, bl-għan li jitjiebu l-mekkaniżmi ta’ valutazzjoni tar-riskju, is-sistemi ta’ prevenzjoni u l-mezzi biex jiġu missielta dawn il-fenomeni,

C.

billi r-rata li qed tiżdied tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis ta’ kapital naturali ieħor se tkompli żżid il-probabilità ta’ diżastri naturali iktar frekwenti u iktar intensi,

D.

billi fl-2008, il-partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) irrikonoxxew ir-rabta bejn it-tnaqqis ta’ riskju ta’ diżastru u t-tibdil fil-klima fil-Pjan ta' Azzjoni ta' Bali,

E.

billi fl-2010, il-Qafas tal-Adattament ta’ Cancun tal-UNFCCC irrikonoxxa formalment it-tnaqqis ta’ riskju ta’ diżastru bħala element essenzjali tal-adattament għat-tibdil fil-klima u ħeġġeġ lill-gvernijiet jikkunsidraw li jorbtu miżuri ta’ adattament mal-Qafas għal Azzjoni ta' Hyogo,

F.

billi t-traġedji reċenti, bħat-terremot ta’ Ħaiti u l-għargħar tal-Pakistan, urew li l-għodda ewlenin disponibbli għall-UE biex tirreaġixxi għad-diżastri (għajnuna umanitarja u l-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE) kienu qed jiffunzjonaw tajjeb għal dak li kienu maħsubin għalih u anke meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkostanzi, iżda billi hemm b’żonn ta’ importanza vitali li tkompli tissaħħaħ il-koordinazzjoni tar-reazzjoni għad-diżastri tal-Unjoni Ewropea, kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tagħha, u hemm ukoll lok għal titjib f’termini ta’ effikaċja, effiċjenza, koerenza u viżibilità tal-assistenza tal-UE b’mod ġenerali,

G.

billi, barra minn hekk, matul għadd ta’ kriżijiet, b’mod partikolari t-tsunami tas-26 ta’ Diċembru 2004, tqajmu ħafna mistoqsijiet dwar in-nuqqas ta’ protokolli jew xenarji sistematiċi fil-livell Ewropew fir-rigward ta’ reazzjoni għar-riskji u l-viżibilità inedegwata tal-azzjoni tal-Ewropa b’rabta mal-isforz ġenerali,

H.

billi ġew ittestjati b’suċċess diversi arranġamenti li jinvolvu assi predefiniti tal-Istati Membri u assi ffinanzjati mill-UE f’azzjonijiet pilota mnedija mill-Parlament Ewropew (8),

I.

billi l-Parlament Ewropew talab konsistentement lill-Kummissjoni tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar il-ħolqien ta’ Forza ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, filwaqt li jiġi rrispettat kompletament il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, u b’hekk jiġu kkomplementati l-isforzi tal-Istati Membri, b’konformità mal-Artikolu 196 TFUE,

J.

billi l-klawżola ta' solidarjetà skont l-Artikolu 222 tat-TFUE tistabbilixxi l-obbligu li l-Istati Membri jassistu lil xulxin fl-eventwalità ta' diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem fit-territorju tal-UE,

K.

billi l-koordinazzjoni immedjata, il-koerenza u l-komunikazzjoni fi ħdan l-UE u mal-atturi internazzjnali hija ta’ importanza kruċjali; billi l-koordinazzjoni Ewropea attwali fuq il-post ta’ bosta timijiet bi ktajjen ta’ kmand differenti inevitabbilment twassal għad-duplikazzjoni tal-isforzi u t-tirkib u tispiċċa għalja f’termini ta’ riżorsi umani, koordinazzjoni u effiċjenza; u billi, fid-dawl tal-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-Unjoni Ewropea għandha tiżviluppa sistema ta’ protezzjoni bbażata fuq il-kondiviżjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi eżistenti mingħajr ebda żieda fin-nefqa ġenerali,

L.

billi, wara d-diżastru riċenti fil-Ġappun, il-gvern Ġappuniż talab lill-UE tifforma tim uniku u kumpatt tal-protezzjoni ċivili, ikkoordinat mill-Kummissjoni, għad-distribuzzjoni ta' għajnuna, minflok ma jintbagħtu diversi timijiet tal-protezzjoni ċivili minn Stati Membri differenti fi żminijiet differenti; billi ż-żieda fil-koordinazzjoni operazzjonali matul dak id-diżastru għamlitha possibbli li titjieb l-assistenza tal-UE b’mod ġenerali f’termini ta’ kosteffettività, koerenza u viżibilità,

M.

billi l-koerenza politika għandha tiġi żgurata fil-livell tal-UE fid-dawl tar-rwoli istituzzjonali rispettivi bla ma xxekkel jew tnaqqas ir-rapidità tal-operazzjonijiet ta’ reazzjoni għad-diżastri, u billi din għandha tissejjes fuq il-mekkaniżmi eżistenti bla ma jinħolqu strutturi ġodda,

N.

billi għandha tiġi integrata kultura ta’ prevenzjoni tad-diżastri u tħejjija għalihom fil-programmi, il-pjanijiet u l-politiki ta’ żvilupp, sabiex jiġu indirizzati wħud mill-kawżi bażiċi tad-diżastri,

O.

billi jeħtieġ li tiġi żviluppata prevenzjoni f’ħin reali fl-istadji operazzjonali kollha: monitoraġġ, inkluż permezz ta’ dejta satellitari; twissijiet bikrija; allert u sussegwentement reazzjoni u għoti ta’ assistenza lill-popolazzjonijiet li potenzjalment tkun tinsab f’riskju,

P.

billi l-UE tappoġġa r-rwol ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment dak tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji, fil-koordinazzjoni tas-sokkors internazzjonali f’pajjiżi terzi,

Q.

billi approċċ Ewropew integrat għal kull tip ta’ periklu mmirat lejn reazzjoni għall-kriżijiet fl-istadji kollha taċ-ċikli ta’ ħajja tagħhom huwa l-iktar strateġija effettiva biex jiġu indirizzati d-diżastri; billi dan l-approċċ għandu jgħaqqad flimkien il-prevenzjoni tad-diżastri (inklużi l-mitigazzjoni u t-tnaqqis tar-riskju), it-tħejjija, ir-reazzjoni u l-irkupru, fil-kuntest wiesa’ tal-iżvilupp sostenibbli; billi huwa ta’ importanza kbira li jiddaħħlu fis-seħħ għodod operazzjonali bħal pereżempju pjan ta' prevenzjoni tar-riskju operazzjonali (inklużi proċedura ta’ riferenza u għodod tal-ippjanar); billi jeħtieġ li l-UE tagħmel investimenti reali fil-prevenzjoni u t-tbassir tar-riskji, u billi l-UE għandha ssegwi approċċ ugwalment ambizzjuż fir-rigward tal-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom,

R.

billi r-Regolament li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà fih prekundizzjonijiet li jxekklu u jdawmu l-użu tal-Fond f’ċerti sitwazzjonijiet ta’ diżastru, partikolarment fir-rigward tal-ammonti u t-tipi ta’ nefqa eliġibbli, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-inflessibilità tal-iskadenzi u l-proċeduri,

S.

billi, waqt kriżi, huwa essenzjali li t-timijiet ta’ salvataġġ ikollhom aċċess għal informazzjoni preċiża kemm jista’ jkun malajr sabiex jiġu distribwiti t-tagħmir, in-neċessitajiet bażiċi u r-riżorsi kritiċi, u billi għaldaqstant it-telekomunikazzjonijiet huma l-ħolqa l-iktar importanti fil-katina tal-ġestjoni tal-kriżi,

T.

billi r-riżorsi u l-konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni konvenzjonali jafu jispiċċaw mgħobbija żżejjed jew meqruda f’sitwazzjoni ta’ kriżi,

U.

wara li kkunsidra l-Politika Ewropea dwar l-Ispazju u r-riżultati pożittivi miksuba mill-programm ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) imniedi mill-Kummissjoni biex jiġu użati l-informazzjoni u d-dejta satellitari, u l-applikazzjoni prattika tiegħu fis-settur tal-protezzjoni ċivili u anke permezz tas-Servizz Ċentrali ta' Reazzjoni għal Emerġenza, li l-utilità tiegħu diġà ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri,

1.

Jilqa’ l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” u l-objettivi tagħha; jenfasizza li l-propositi deskritti fil-Komunikazzjoni għandhom jiġu eżaminati ulterjament sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi ta’ reazzjoni Ewropea msaħħa, ikkoordinata, konsistenti, effikaċi u effiċjenti f’sens ta’ spejjeż, viżibbli, koeżiva u komprensiva;

2.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ssimplifikat u rrazzjonalizzat il-funzjonament tar-reazzjoni Ewropea għad-diżastri attwali u jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli għall-benefiċċju komuni, filwaqt li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jikkontribwixxu u b’hekk tiġi garantita solidarjetà Ewropea; jikkunsidra, għalhekk, li l-kapaċità ta' reazzjoni tal-UE għandha tifforma parti minn approċċ integrat li jindirizza diversi riskji; barra minn hekk, għandha twettaq amministrazzjoni tal-informazzjoni u riżorsi ddelegata ‧minn isfel għal fuq‧: fi kliem ieħor, l-inizjattiva għandha tiġi mill-Istati Membri, li jipprovdu għarfien u riżorsi b’mod volontarju;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fit-twaqqif tal-kapaċità Ewropea ta’ reazzjoni għad-diżastri, tqis il-Klawżola ta' Solidarjetà u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni tagħha, li jeħtieġ jiġu adottati bħala kwistjoni ta' urġenza u li se jiżguraw reazzjoni aktar effettiva u koerenti għal diżastri kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll lil hinn minnha;

4.

Itenni l-ħtieġa li ssir reviżjoni tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Solidarjetà sabiex il-kriterji ta’ eliġibilità jiġu adattati għall-karatteristiċi ta’ kull reġjun u kull diżastru, inklużi d-diżastri li jevolvu bil-mod bħal pereżempju n-nixfiet, u jingħata lok sabiex il-mobilizzazzjoni tkun iktar flessibbli u f’waqtha;

5.

Jafferma mill-ġdid li l-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom ma jistgħux ikunu diżassoċjati minn xulxin u li għalhekk huwa rakkomandabbli li jiġi kkonsolidat approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-katastrofi;

6.

Japprova l-ħtieġa ta’ bidla kwalitattiva mill-koordinazzjoni ad hoc attwali għal sistema prevedibbli u ppjanata minn qabel fil-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE bbażata fuq assi identifikati minn qabel li jkunu disponibbli għall-użu immedjat fl-operazzjonijiet ta’ għajnuna tal-UE f’każ ta’ diżastru u fuq il-mezzi u r-riżorsi kollha l-oħra li l-Istati Membri jafu jqisu xierqa biex jintużaw; jenfasizza l-bżonn li tiġi introdotta sistema għall-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-iżvilupp ta’ azzjoni tal-UE f’operazzjonijiet ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti mill-aktar fis possibbli biex, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, titwaqqaf forza ta’ protezzjoni ċivili tal-UE msejsa fuq il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE u li tiġbor ir-riżorsi neċessarji biex tingħata protezzjoni ċivili u għajnuna ta’ sokkors ta' emerġenza immedjata lill-vittmi; jemmen li r-reazzjoni tal-UE għandha tibni fuq il-kapaċitajiet u r-rwoli eżistenti tal-forzi ta’ protezzjoni ċivili Ewropej u tiżgura li jiġu indirizzati l-konġestjonijiet u l-lakuni attwali;

8.

Jaqbel li r-reazzjoni Ewropea għad-diżastri għandha tibni kemm fuq kapaċità Ewropea ta’ reazzjoni għall-emerġenzi permezz tat-tisħiħ tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili abbażi tal-kapaċitajiet u d-disponibilità ta’ assi tal-Istati Membri għall-emerġenzi li jkunu identifikati minn qabel u allura prevedibbli kif ukoll fuq ċentru Ewropew ta’ reazzjoni għall-emerġenzi bħala l-pedamenti ta’ tali strateġija kif deskritt fil-Komunikazzjoni tas-26 ta’ Ottubru 2010; jenfasizza li dawn l-iżviluppi għandhom isegwu approċċ maħsub għal kull tip ta’ periklu, filwaqt li jiġbru flimkien l-atturi rilevanti kollha – b’mod partikolari s-soċjetà ċivili – inklużi l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-volontiera, għal azzjoni konġunta, u għandhom jisfruttaw is-sinerġiji fost l-għodda u l-istrumenti varji eżistenti;

9.

Jikkunsidra li l-approċċ maħsub għal kull tip ta’ periklu għandu jmur id f’id ma’ flessibilità ikbar fir-reazzjoni għall-kategoriji differenti ta’ riskju, li għandu jiġu kkunsidrat abbażi ta’ kull każ għalih; dan imbagħad jirrikjedi l-iżvilupp ta’ kapaċità diċentralizzata għall-analiżi u l-ippjanar ta’ miżuri meħtieġa fid-dawl tan-natura, il-probabilità u l-gravità tar-riskji;

10.

Barra minn hekk jitlob li l-kapaċità ta’ reazzjoni għad-diżastri tal-UE tagħmel użu mir-reġjuni l-aktar imbiegħda u t-territorji ekstra-Ewropej li jistgħu jiffurmaw bażijiet biex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta’ loġistika u għall-pożizzjonament minn qabel tar-riżorsi tal-UE f’kull oċean;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tressaq quddiem il-Parlament lista ta’ strumenti Komunitarji li jiffinanzjaw attivitajiet ta’ prevenzjoni tad-diżastri, bl-għan li tiġi vvalutata l-possibilità li jiġu inkorporati iżjed il-programmi ta’ prevenzjoni tad-diżastri fil-programmi ta’ finanzjament eżistenti tal-UE, kif mitlub fl-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri fl-UE (dokument Nru 15394/09 tat-12 ta’ Novembru 2009);

12.

Jenfasizza li s-sistema ta’ reazzjoni Ewropea għad-diżastri għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà kemm tal-Istati Membri (li għandhom ikunu kapaċi jużaw l-assi tagħhom stess, speċjalment fi kwalunkwe każ ta’ bżonnijiet nazzjonali konfliġġenti) kif ukoll tan-Nazzjonijiet Uniti, i.e. li għandha tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ kull Stat Membru fuq naħa waħda – filwaqt li jitiqies ir-rwol kruċjali li għandhom dawk l-awtoritajiet fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri, partikolarment peress li f’bosta Stati Membri s-setgħat leġiżlattivi huma eżerċitati fuq bażi lokali jew reġjonali – u r-rwol ta’ koordinazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fl-operazzjonijiet ta’ sokkors f’każ ta’ diżastru barra mill-UE fuq in-naħa l-oħra; jinnota li din l-istrateġija għandha tkun komplementarja għal dik tan-NU, li tara valur miżjud ċar fil-ħolqien ta’ punt ta’ referenza Ewropew b’kapaċità ta’ reazzjoni;

13.

Jirrimarka li n-natura transkonfinali tad-diżastri tfisser li l-UE għandha tikkoordina r-riżorsi u l-ħidma tagħha ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari fil-viċinat tagħha fejn ikunu kkonċernati pajjiżi tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM);

14.

Jappoġġa l-proposta tal-Kummisjoni biex tistabbilixxi kapaċità Ewropea ta’ reazzjoni għall-emerġenzi, inklużi arranġamenti biex tiġi ggarantita disponibilità aktar prevedibbli tal-assi ewlenin tal-Istati Membri, inter alia billi tiġi stabbilita kollezzjoni ta’ assi identifikati minn qabel, disponibbli fi żmien ta’ reazzjoni miftiehem minn qabel, u li għandhom jintużaw fil-qafas ta’ impenn volontarju mill-Istati Membri biex jagħmlu dawn l-assi disponibbli fuq bażi volontarja għall-interventi ta’ sokkors għad-diżastri fuq skala Ewropea kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra l-Unjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; huwa tal-fehma li b’dan il-mod, u billi jiġu megħjuna l-persuni effettwati mid-diżastri naturali bħal nirien kbar, għargħar, terremoti, eruzzjoni ta' vulkani, uragani u maremoti, kif ukoll għal inċidenti marittimi, tixrid taż-żejt u riskji nukleari, il-valur miżjud Ewropew tal-interventi tal-UE se jissaħħaħ b’mod konsiderevoli;

15.

Jinnota li ċerti żoni, bħaż-żoni kostali, insulari u muntanjużi, huma estremament vulnerabbli minħabba l-ġeografija tagħhom, u jitlob li tingħata attenzjoni speċjali għal dawn iż-żoni;

16.

Jinnota li r-reġjuni Ewropej li jinstabu fil-konfini tal-UE jistgħu jiġu effettwati mid-diżastri li jseħħu fir-reġjuni li jagħmlu parti minn pajjiżi terzi, fejn l-intervent ikun aktar u aktar diffiċli; jipproponi li jiġu żviluppati miżuri biex jappoġġaw lil dawn ir-reġjuni u li tingħata attenzjoni speċjali lid-diżastri kkawżati minn persuni jew minn inċidenti industrijali, li jeħtieġu strateġiji differenti;

17.

Jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikulari lin-nirien, li fir-rigward tagħhom hemm bżonn ta’ azzjonijiet u strateġiji mmirati;

18.

Jafferma l-ħtieġa li jiġi osservat il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” fir-rigward tar-responsabilità għal ħsara ambjentali u l-irkupru tal-ispejjeż relatati ma’ reazzjoni għal diżastru minn entitajiet privati responsabbli għall-ħsara;

Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi

19.

Jikkunsidra li r-raggruppament ta’ kapaċitajiet, riżorsi u assi identifikati minn qabel li jkunu disponibbli fuq bażi volontarja għall-intervenzjonijiet ta’ sokkors tal-UE f’każ ta’ diżastru, kemm barra kif ukoll ġewwa l-Unjoni, se jikkostitwixxi n-nukleu tal-kapaċità ta' sokkors tal-UE f'każ ta' diżastru, li jista’ jiġi kkomplementat b’offerti ad hoc addizzjonali min-naħa tal-Istati Membri; jirrakkomanda li titfassal skema ċara u dettaljata ta’ inċentivi sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimpenjaw kapaċitajiet suffiċjenti għar-raggruppament volontarju bla ma tiżdied in-nefqa ġenerali tal-Istati Membri;

20.

Jitlob il-ħolqien, fi ħdan il-Forza ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE futura, ta’ mekkaniżmi speċifiċi li jippermettu li l-UE taffaċċa każijiet ta’ tniġġis fuq skala kbira kkawżati minn installazzjonijiet lil hinn mill-kosta taż-żejt u l-gass;

21.

Ifakkar ir-rwol ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-koordinazzjoni tal-isforzi tar-reazzjoni għad-diżastri tal-komunità internazzjonali;

22.

Jenfasizza li kapaċità ta' reazzjoni għad-diżastri tal-UE iktar b'saħħitha se tipprovdi kontribuzzjoni koerenti tal-UE għall-isforz ġenerali ta’ sokkors immexxi min-NU u għar-rwol ta’ koordinazzjoni tagħha;

23.

Jafferma li l-assi ffinanzjati mill-UE u ġestiti mill-Istati Membri għandhom jissuplementaw aktar l-assi tal-Istati Membri disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ sokkors; jinnota li dawn għandhom jinbnew fuq mudelli żviluppati permezz ta’ azzjonijiet preparatorji ttestjati b’suċċess f’emerġenzi riċenti kemm ġewwa kif ukoll barra l-Ewropa, bħalama huma l-unità multinazzjonali ta’ reazzjoni għall-għargħar għall-pajjiżi Baltiċi u r-riżerva tattika supplementari għat-tifi tan-nar mill-ajru;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tidentifika l-lakuni ta’ kapaċità eżistenti. Għandu jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta’ assi fil-livell tal-UE, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe forma ta’ kompetizzjoni u/jew tirkib mal-assi nazzjonali, sabiex jimtlew il-lakuni ta’ kapaċità eżistenti fejn dan jirriżulta fi ffrankar sinifikanti għall-UE b’mod ġenerali jew jingħata aċċess għal assi li ma jkunux disponibbli għal Stati Membri li jaġixxu waħidhom, u b’hekk ikun qed jiġi offrut mudell tajjeb ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet;

25.

Iqis li huwa importanti wkoll li jiġu identifikati d-difetti fir-riżorsi u li jkun iċċarat eżatt kif l-UE tista' tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-qagħda ta’ tħejjija tagħhom; huwa tal-fehma li użu aktar effettiv tar-riżorsi eżistenti jipprevjeni burokrazija finanzjarja u amministrattiva żejda, speċjalment fil-kuntest ta' amministrazzjoni reġjonali u lokali;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni timmira lejn involviment tal-UE f'termini ta' forniment ta’ riżorsi, kapaċijatijet u koordinament fir-rigward tad-diżastri li jseħħu fl-UE u li jeffettwaw direttament liċ-ċittadini tagħha;

27.

Huwa tal-fehma li l-għan ewlieni għandu jkun l-użu sħiħ tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi kollha involuti fil-mobilizzazzjoni ta' dawn ir-riżorsi; iqis li għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-assistenza umanitarja ta’ emerġenza tilħaq lil dawk effettwati bid-diżastri mingħjar dewmien;

28.

Jikkunsidra l-ippjanar minn qabel u l-preparazzjoni ta’ operazzjonijiet permezz tal-iżvilupp ta’ xenarji ta’ riferenza u l-elenkar tal-assi tal-Istati Membri potenzjalment disponibbli għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ sokkors tal-UE f’każ ta’ diżastru u l-ippjanar ta’ kontinġenza bħala elementi ewlenin ta’ reazzjoni aħjar tal-UE f’każ ta’ diżastru u essenzjali għal użu rapidu u reazzjoni immedjata xierqa għal kull emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw dawn il-miżuri immedjatament u bla ħsara għal azzjonijiet oħrajn; jistieden, finalment, lill-Kummissjoni tniedi studju ta’ fattibilità dwar il-merti li jitwaqqfu u jiġu ċċertifikati laboratorji ta' riferenza għall-ġlieda kontra l-bijoterroriżmu u l-identifikazzjoni tal-vittmi, li jkunu ffinanzjati mill-baġit tar-riċerka Ewropea;

29.

Jitlob b’mod partikulari ppjanar adegwat għal kontinġenzi speċifiċi b’rabta mar-reazzjoni għad-diżastri kkaġunati mill-bniedem relatati ma’ tixrid taż-żejt, installazzjonijiet nukleari jew li jinvolvu sustanzi perikolużi fuq l-art kif ukoll fil-baħar;

Ċentru Ewropew ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi

30.

Jilqa’ bħala pass fid-direzzjoni t-tajba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħaqqad flimkien iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) u ċ-ċentru ta’ kriżi għall-għajnuna umanitarja ECHO sabiex jinħoloq Ċentru ta' Reazzjoni għall-Emerġenzi li verament ikun disponibbli l-ħin kollu bħala pjattaforma għall-ippjanar u l-koordinazzjoni operattiva u jitlob li dan jiġi implimentat ukoll b’kooperazzjoni f’ħin reali mill-Istati Membri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, fl-oqsma ta' monitoraġġ, ħruġ ta’ twissijiet bikrija, u l-allert; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ iċ-Ċentru sabiex ikun jista’ jservi aħjar bħala ċentru għal koordinazzjoni fil-pront u effikaċi tal-assistenza in natura Ewropea kollha kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal għajnuna umanitarja; jistipula li għandu jiffunzjona bħala punt ta’ dħul uniku għat-talbiet ta’ assistenza relatati ma’ kull tip ta’ diżastru naturali u dawk ikkaġunati mill-bniedem sabiex ikun hemm lok għal reazzjoni koerenti min-naħa tal-UE;

31.

Jitlob l-għaqda effikaċi taċ-ċentru ta’ kriżi ECHO u ċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC), filwaqt li jiġi żgurat finanzjament adegwat;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi b’mod attiv liċ-Ċentru Ewropew ta’ Reazzjoni għall-Emerġenza l-ġdid fiż-żewġ għodod Komunitarji għall-protezzjoni tal-foresti min-nirien tal-foresti: l-EFFIS u l-EFFICS;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-azzjonijiet f’każ ta’ emerġenza, filwaqt li tissimplifika u tottimizza s-servizz universali eżistenti u n-numru ta’ emerġenza 112;

34.

Jinsisti li d-deċiżjonijiet dwar l-użu ta’ assi mir-raggruppament ta’ assi jittieħdu b’mod rapidu miċ-Ċentru ta' Reazzjoni għall-Emerġenzi flimkien mal-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata assistenza prevedibbli, immedjata u effikaċi lill-vittmi u jiġu evitati d-dawmien, id-duplikazzjonijiet u t-tirkib;

35.

Jemmen li għandha tiġi identifikata u fformulata lista tal-assi ewlenin li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli għar-reazzjoni għal emerġenza tal-UE għal dawn ix-xenarji;

36.

Jitlob ċarezza u koerenza tal-azzjoni tal-UE fid-dawl tar-rwoli istituzzjonali rispettivi tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) filwaqt li jitqiesu s-setgħat rispettivi tagħhom u l-limiti tal-mandati ta’ kull wieħed minnhom; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-SEAE jiżviluppaw arranġamenti ta’ ħidma xierqa u regoli trasparenti bl-għan li, fejn ikun possibbli, jiġu żgurati kooperazzjoni mill-qirb u koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-reazzjoni tal-UE f’każ ta’ diżastru, li jkomplu jibnu fuq mekkaniżmi eżistenti bla ma jinħoloq dawmien fl-operazzjonijiet ta’ sokkors; jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni flessibbli, sempliċi u rapida bejn is-servizzi li tkun tinvolvi biss is-servizzi relevanti, li għandhom jirreaġixxu fi żmien qasir ħafna filwaqt li tiġi evitata l-burokrazija; jenfasizza li l-għajnuna umanitarja tal-UE għandha tiġi pprovduta irrispettivament mill-kunsiderazzjonijiet politiċi kolha, filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji umanitarji miftiehma fil-livell internazzjonali;

37.

Jenfasizza r-riskju ikbar ta' diżastri kkawżati min-nirien tal-foresta, primarjament minħabba t-tibdil fil-klima li qed iżid il-probabilità li jseħħu nirien kbar fil-foresti; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf unità speċjali fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew ta’ Reazzjoni għall-Emerġenza l-ġdid biex tindirizza dan ir-riskju;

38.

Jenfasizza li, bħala l-aħħar soluzzjoni u b'konformità mal-Linji Gwida ta' Oslo, l-użu ta' mezzi militari taħt kontroll ċivili ta’ spiss jikkostitwixxi kontribut importanti għar-reazzjoni għad-diżastri, b'mod partikolari għal assi speċjalizzati, trasport strateġiku jew inġinerija tqila; jenfasizza li l-koordinazzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet disponibbli kollha – ċivili u militari – u l-assi ta' ġestjoni ta' kriżijiet tal-Istati Membri għandhom jissaħħu sabiex jiġu evitati dupplikazzjonijiet li jiswew ħafna;

Loġistika u trasport u telekomunikazzjonijiet

39.

Jirrikonoxxi li l-użu tal-mezzi militari – trasport, loġistika, sigurtà – b'appoġġ għall-operazzjonijiet umanitarji jista' jikkostitwixxi appoġġ essenzjali, b'mod partikolari matul katastrofi naturali fuq skala kbira; ifakkar li l-mezzi militari għandhom jintużaw f'każijiet ferm limitati u bħala l-aħħar soluzzjoni possibbli, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti;

40.

Jitlob arranġamenti loġistiċi effikaċi u kondiviżi, li b’mod partikulari jinkludu t-timijiet tekniċi ta' assistenza u sostenn (TTAS) ġenerali ffinanzjati mill-UE, li jistgħu jappoġġaw kwalunkwe uffiċjal jew tim tal-UE jew tal-Istati Membri fuq il-post, speċjalment f’każijiet meta tikkollassa l-infrastruttura lokali;

41.

Jitlob li jiġu mmobilizzati timijiet ta’ appoġġ u assistenza teknika meta jseħħu diżastri u li jsiru rakkomandazzjonijiet dwar il-mod li bih dawk it-timijiet jistgħu jipprovdu appoġġ iktar effikaċi lil dawk milquta mid-diżastri;

42.

Jipproponi, bl-għan li tiġi mmassimizzata l-effiċjenza u jsir użu xieraq tal-kapaċità eżistenti, li jiġi kkunsidrat ir-raggruppament tar-riżorsi konsulari tal-Istati Membri sabiex jitjiebu r-rapidità u l-kwalità tar-reazzjoni globali tagħna permezz tal-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli diġà; jirrakkomanda f’dan ir-rigward li ssir valutazzjoni tal-kapaċitajiet konsulari tal-Istati Membri differenti sabiex jittieħed rendikont tar-riżorsi attwali tal-Unjoni Ewropea madwar id-dinja;

43.

Jitlob li jiġu kkunsidrati s-sistemi eżistenti ta’ sokkors ikkoordinati min-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li jitlob trasport aħjar, imsaħħaħ, iktar effikaċi f’sens ta’ spejjeż u kkoordinat tajjeb għall-kwalunkwe assistenza in natura għas-siti ta’ diżastri, b’mod partikulari permezz ta’ proċeduri simplifikati, rata ta’ kofinanzjament ikbar u l-introduzzjoni ta’ modijiet ġodda biex ikun jista’ jsir aċċess għal kapaċitajiet ta’ trasport addizzjonali, possibilment permezz ta’ kuntratti ta’ qafas;

44.

Ifakkar fl-għodod eżistenti ta’ monitoraġġ u prevenzjoni (speċjalment it-tagħmir ta’ osservazzjoni in-situ) bħalma huma dawk ipprovduti permezz tal-programm ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) tal-Unjoni Ewropea jew il-programmi INSPIRE u GALILEO li jistgħu jissorveljaw żoni li potenzjalment ikunu f’riskju u għaldaqstant issir tħejjija iktar effikaċi biex jiġi pprovdut sokkors lill-vittmi f'każ ta' diżastru; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilità li l-UE tiġi mgħammra b’kapaċità ta’ telekomunikazzjonijiet dedikata u sikura u b’soluzzjonijiet integrati ta’ ġestjoni tal-kriżijiet li jkopru l-prevenzjoni u l-irkupru; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-aħjar użu mis-soluzzjonijiet eżistenti u dawk futuri pprovduti mis-satelliti tat-telekomunikazzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ servizzi għaċ-ċittadini fl-oqsma tas-sigurtà pubblika u r-reazzjoni għall-emerġenzi, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Istati Membri u l-partijiet interessati (l-operaturi privati, l-industrija);

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa netwerk ta’ komunikazzjoni u informazzjoni filwaqt li tesplora, b’mod partikolari, ir-rikors għal kapaċitajiet ta’ telekomunikazzjoni, inklużi dawk satellitari, sabiex il-gruppi ta' assistenza jkollhom aċċess għal informazzjoni rapida u preċiża li tippermetti distribuzzjoni effikaċi ta' oġġetti ta’ ħtieġa essenzjali u ta’ tagħmir indispensabbli għar-riorganizzazzjoni soċjali immedjatament wara li sseħħ katastrofi;

Komunikazzjoni, Viżibilità, Taħriġ u Riċerka

46.

Jitlob strateġija ta’ komunikazzjonijiet komprensiva, li tinvolvi lill-istituzzjonijiet, l-Istati Membri, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili kollha tal-UE li ttejjeb it-trasparenza u l-viżibilità ġenerali tal-azzjonijiet Ewropej kemm f’pajjiżi benefiċjarji kif ukoll fost iċ-ċittadini Ewropej, filwaqt li jiġi żgurat li s-sokkors f’każ ta’ diżastru qatt ma jkun subordinarju għall-interessi kummerċjali jew politiċi u strateġiċi; jikkunsidra li din l-istrateġija għandha tipprova tissimplifika u tistandardizza l-għodda u l-metodi ta’ komunikazzjoni; jipproponi għal dan il-għan it-twaqqif, pereżempju, ta’ logo u kodiċi ta’ lbies standard flimkien ma' beġġijiet nazzjonali għall-persunal Ewropew kollu, u l-ħatra ta’ kelliem wieħed responsabbli għall-komunikazzjonijiet li jikkonċernaw ir-reazzjoni għall-emerġenzi; jitlob li kwalunkwe strateġija ta’ komunikazzjoni tiżgura distinzjoni ċara bejn assistenza umanitarja u attivitajiet militari;

47.

Jenfasizza li l-informazzjoni hija komponent vitali ieħor ta’ politika effikaċi għall-prevenzjoni tad-diżastri u r-reazzjoni għalihom fil-livelli kollha u li x-xenarju ta’ riskju li qed jinbidel jirrikjedi aġġornament kontinwu tal-għarfien, dejta solida u kumparabbli dwar il-frekwenza tal-okkorrenza, ir-riskji u l-konsegwenzi assoċjati tad-diżastri u l-għodda analitika relatata; għalhekk jitlob azzjoni kkoordinata, disponibilità ikbar u tixrid sistematiku ta’ għarfien u informazzjoni teknika u xjentifika u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, inklużi studji u tqegħid fil-prattika tal-lezzjonijiet meħuda, bħal pereżempju l-esperjenza miksuba permezz tal-proġetti implimentati fil-passat taħt l-inizjattiva Komunitarja INTERREG;

48.

Jenfasizza l-bżonn li titqajjem kuxjenza dwar il-proċeduri li għandhom jiġu adottati f’sitwazzjonijiet ta’ diżastru, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għat-taħriġ taż-żgħażagħ, mill-età tal-iskola ‘l fuq; jistieden lill-Kummissjoni trawwem, bl-involviment ta’ iskejjel u assoċjazzjonijiet volontarji speċifiċi, il-kultura ta’ ppjanar, prevenzjoni u reżiljenza li hija prerekwiżit biex tiġi ottimizzata l-ħidma tal-protezzjoni ċivili;

49.

Jinnota r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jkunu fuq quddiem meta jseħħ xi diżastru – speċjalment fil-każ ta' diżastri transkonfinali – u li l-involviment tagħhom jista' jżid il-viżibilità tal-UE fost iċ-ċittadini tagħha; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jinvolvu l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-istadji bikrin tar-reazzjoni għad-diżastri, billi jibnu fuq il-mudell ta' governanza b'diversi livelli implimentat fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni vantaġġjuża għall-atturi kollha li jagħmlu parti mill-mekkaniżmu ta' reazzjoni;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw sistema ċara ta’ informazzjoni u prevenzjoni għaċ-ċittadini Ewropej kollha meta jkunu qed jivvjaġġaw kemm fl-UE kif ukoll barra mill-Istati Membri; jipproponi, għal dan il-għan, li l-passaporti Ewropej ikun fihom in-numri ta’ emerġenza 112 b’indikazzjonijiet ċari dwar l-aċċessibilità tiegħu madwar l-UE kollha, sabiex ikun jista’ jintuża mill-vjaġġaturi fl-UE, kif ukoll referenza għall-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “kull ċittadin tal-Unjoni għandu, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih m’hemmx rappreżentanza tal-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza, ikun intitolat għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru (…)”, liema dispożizzjoni tista’ tintuża minn dawk li jivvjaġġaw lejn pajjiżi li ma jkunux Stati Membri;

51.

Jitlob li jsiru sforzi sabiex jiġi kkomunikat in-numru pan-Ewropew tal-emerġenza “112” b’mod iktar effikaċi liċ-ċittadini Ewropej u liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE, b’mod partikulari permezz tal-midja stampata u awdjoviżiva u l-avviżi pubbliċi, sabiex iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jużawh awtomatikament biex jirrapportaw kwalunkwe diżastru li jseħħ fit-territorju tal-UE;

52.

Jikkunsidra li t-taħriġ dedikat tal-persunal u l-esperti Ewropej fir-reazzjoni għad-diżastri jagħmilha possibbli, permezz ta’ taħriġ b’bażi komuni u moduli speċjalizzati, li tiġi żviluppata konsapevolezza mill-metodi ta’ ħidma Ewropej u l-proċeduri ta’ reazzjoni komuni; f’dan il-qafas jirrakkomanda eżerċizzji ta’ reazzjoni konġunta għad-diżastri bejn l-unitajiet ta' loġistika ċivili u militari;

Ir-reazzjoni u t-tħejjija għad-diżastri u l-prevenzjoni tagħhom

53.

Jinnota li l-prevenzjoni tad-diżastri ta’ sikwit tkun iktar kosteffettiva milli meta wieħed jikkumbattihom; għalhekk, jenfasizza l-ħtieġa ta’ importanza vitali li tiġi kkomplementata l-politika biex tiżdied il-kapaċità ta’ reazzjoni għal emerġenza tal-UE permezz tat-titjib tal-politiki ta’ tbassir u prevenzjoni tar-riskji tal-UE u tal-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprepara strateġija komprensiva u innovattiva tal-UE dwar it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastru; jitlob li jiġu ddedikati riżorsi suffiċjenti għall-identifikazzjoni bikrija ta’ diżastri possibbli u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-reviżjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Solidarjetà tintuża biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ politiki u investimenti f’dawn l-oqsma; barra minn hekk, jitlob edukazzjoni aħjar dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri u t-tibdil fil-klima, leġiżlazzjoni xierqa dwar il-ġestjoni tal-ilma u ġestjoni tar-riskju effiċjenti u monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar fil-livell reġjonali u f’dak lokali; jinnota, f’dan il-kuntest, li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni ta' diżastri billi jimplimentaw strateġiji għal prevenzjoni ta' riskji fil-livell territorjali, inklużi interventi konġunti li jinvolvu gruppi ta’ intervent minn pajjiżi differenti;

54.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu li, fid-dawl tal-interkonnessjonijiet bejn in-nixfiet, in-nirien tal-foresti u d-deżertifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta, simili għad-Direttiva dwar l-Għargħar, biex tippromwovi l-adozzjoni ta’ politika tal-UE dwar l-iskarsezza tal-ilma, in-nixfiet u l-adattament għat-tibdil tal-klima; itenni wkoll, f’dan il-kuntest, l-importanza li jiġi stabbilit l-Osservatorju Ewropew tan-Nixfiet, li jkun responsabbli għall-istudju, il-mitigazzjoni u l-monitoraġġ tal-effetti tan-nixfiet;

55.

Itenni, bl-istess mod, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tadotta direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tan-nirien, li għandha tinkludi l-ġbir regolari ta’ dejta, il-preparazzjoni ta’ mapep u l-identifikazzjoni ta’ żoni f'riskju, il-preparazzjoni ta' pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju ta' nirien, l-identifikazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tar-riżorsi allokati u l-faċilitajiet disponibbli, il-koordinazzjoni tal-amministrazzjonijiet varji, ir-rekwiżiti minimi għat-taħriġ tal-ekwipaġġi, u t-twaqqif ta’ responsabilità ambjentali u l-pieni korrispondenti;

56.

Jikkunsidra li l-isfruttament tal-opportunitajiet offruti fil-kuntest tal-Objettiv Territorjali Ewropew hu ta' importanza kruċjali; jemmen li f'dan ir-rigward ir-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) jista' jikkostitwixxi strument importanti għal tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni transnazzjonali, transkonfinali u interreġjonali, anke ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE; iqis l-iżvilupp tal-kooperazzjoni interreġjonali bejn il-fruntieri nazzjonali bħala prova tal-kontribut partikolarment importanti mogħti mir-reġjuni lill-assistenza rapida għall-finijiet ta' protezzjoni ċivili; jikkunsidra li din il-kooperazzjoni produttiva testendi, inter alia, għall-għan komuni tal-identifikazzjoni tar-riskji u l-valutazzjoni ta' theddid potenzjali, u li huwa hawnhekk li l-UE tista' tagħti kontribut utli u viżibbli għal kooperazzjoni saħansitra aktar effikaċi u effiċjenti, fuq kollox billi ttejjeb il-koordinament;

57.

Jinnota li, fis-Sena Ewropea tal-Volontarjat, ikun simboliku u utli kieku jiġu appoġġati dawk il-pajjiżi li qed jippromwovu tali attivitajiet u organizzazzjonijiet;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi ambizzjużi b’dan l-għan kemm jista’ jkun malajr iżda mhux iktar tard minn tmiem l-2011;

*

* *

59.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0465.

(4)  ĠU C 341E, 16.12.2010, p. 5.

(5)  ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 1.

(6)  ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 15.

(7)  ĠU C 187E, 24.7.2008, p. 55.

(8)  B’mod partikolari l-proġett pilota biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kontra n-nirien fil-foresti (2008) u l-azzjoni preparatorja dwar il-kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE (2008-2010).


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/41


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
It-turiżmu fl-Ewropa

P7_TA(2011)0407

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew (2010/2206(INI))

2013/C 56 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu ‧Orjentamenti ta' bażi għas-sostenibilità tat-turiżmu Ewropew‧ (COM(2003)0716),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu ‧Tiġdid tal-Politika tal-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew‧ (COM(2006)0134),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu ‧Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv‧ ("Aġenda 21") (COM(2007)0621),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu ‧L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew‧ (COM(2010)0352),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu ‧Ewropa 2020. Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv‧ (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi Ewropej dwar it-turiżmu (COM(2010)0117),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Madrid ‧Lejn mudell turistiku soċjalment responsabbli‧ approvata fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-15 ta' April 2010,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2010 dwar ‧L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew‧ (14944/10),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu ‧L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja: qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew‧ (CoR 342/2010),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1986 (1) għall-protezzjoni kontra n-nar fil-lukandi diġà eżistenti (86/666/KEE),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 (2) dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE (4) tal-5 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2009 (5) li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta' akkomodazzjoni turistika (2009/578/KE),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 66/2010 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2005 (7) dwar linji gwida bażiċi għal turiżmu Ewropew sostenibbli,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007 (8) dwar it-tiġdid tal-Politika tal-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 (9) dwar l-aspetti tal-iżvilupp reġjonali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2011 (10) dwar l-prattiċi rigward ir-reviżjoni tal-istrumenti tal-UE biex jappoġġjaw lill-SMEs fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0265/2011),

A.

billi s-settur tat-turiżmu jirrappreżenta 10 % tal-PDG u 12 % tal-impjiegi totali, li jagħmluh it-tielet attività soċjoekonomika l-aktar sostanzjali fl-UE; billi s-settur huwa magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, huwa r-riżorsa prinċipali għal uħud mir-reġjuni tal-UE, bħall-gżejjer, u jiżvolġi rwol ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali tal-UE, kif ukoll għall-ilħiq tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020,

B.

billi t-turiżmu jikkontribwixxi wkoll għall-arrikkament, l-iskambju, il-welfare, il-benessri, il-kultura tal-bnedmin u l-koeżjoni soċjali; billi, għalhekk, l-attenzjoni għandha tkun fuq approċċ kwalitattiv,

C.

billi l-Unjoni Ewropea hija l-ewwel destinazzjoni turistika dinjija f'wasliet internazzjonali u billi jeħtieġ li dan ir-riżultat jissaħħaħ filwaqt li jiġu ttrattati l-isfidi li ġejjin, minn naħa, minn kompetizzjoni globali akbar u minn suq tad-domanda f'varjazzjoni kostanti, u min-naħa l-oħra, mill-bżonn li tiġi garantita sostenibilità akbar u aktar fit-tul,

D.

billi t-turiżmu fl-Ewropa jħabbat wiċċu ma' ħafna sfidi: il-kriżi ekonomika dinjija, il-kompetittività ta' destinazzjonaijiet oħra barra l-UE u d-diversità tal-attrazzjonijiet turistiċi offruti, l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-instabilità staġjonali fl-attività turistika, l-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa, l-impatt dejjem jikber tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u ta' ħafna avvenimenti mhux previsti li jaffettwaw lill-industrija minn żmien għal żmien,

E.

billi t-turiżmu jikkontribwixxi biex jippromwovi l-Ewropa u l-patrimonju kulturali u lingwistiku tagħha, fir-rispett tad-diversità, biex jafferma l-valuri komuni tagħha u jsaħħaħ is-sentiment ta' identità, appartenenza u ċittadinanza Ewropea; billi l-iżvilupp tat-turiżmu għandu rwol importanti x'jiżvolġi fit-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali fl-UE,

F.

billi d-diversità, in-natura b'diversi aspetti u l-multikulturaliżmu tal-Ewropa joffru tkabbir massimu għal kull tip ta' turiżmu tematiku, u l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' tipi ta' turiżmu diversifikat jistgħu jkunu l-unika reazzjoni effikaċi għad-distorsjonijiet, il-problemi u d-deterjorament li l-mudell tat-turiżmu tal-massa mhux regolat u mingħajr distinzjonijiet qed iwassal għalihom,

G.

billi, bit-Trattat ta' Lisbona (Artikolu 195), it-turiżmu sar kompetenza speċifika tal-UE, li tista' ssostnih u tikkompleta l-azzjonijiet tal-Istati Membri billi tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' atmosfera li twassal għall-iżvilupp ta' impriżi turistiċi u t-trawwim ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li tiġi eskluża kwalunkwe armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u regolamentari tal-Istati Membri,

H.

billi, fuq il-bażi ta' din il-kompetenza l-ġdida, jeħtieġ li tiġi żviluppata strateġija Ewropea integrata b'objettivi ċari u ambizzjużi, fir-rispett sħiħ tal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

I.

billi sabiex il-kompetenzi l-ġodda u l-politika futura tat-turiżmu tal-UE jkollhom l-effikaċja u l-viżibilità li jeħtieġu ċ-ċittadini Ewropej u dawk li jżuruna, mhux biss jinħtieġu strateġija u pjan ta' azzjoni, iżda wkoll għandhom jingħataw ir-riżorsi suffiċjenti fl-ambitu tal-programmazzjoni finanzjarja tal-UE għall-2014-2020,

J.

billi l-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi u ċerti reġjuni insulari tal-UE jiddependu kważi esklużivament mit-trasport bl-ajru minħabba li jinsabu 'l bogħod ħafna u minħabba l-insularità tagħhom, u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu adottati miżuri adegwati għad-dipendenza tagħhom fuq dan il-mezz ta' trasport,

1.

Jilqa' favorevolment l-istrateġija politika ppreżentata mill-Kummissjoni, li tiddefinixxi 21 azzjoni speċifika biex tingħata spinta lis-settur; iqis li dan id-dokumentt, flimkien mal-pjan ta' implimentazzjoni tiegħu, jirrappreżenta punt ta' tluq konkret għall-iżvilupp ta' politika Ewropea għal turiżmu kompetittiv, modern, ta' kwalità għolja, sostenibbli u aċċessibbli għal kulħadd; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-pjan ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi kalendarji speċifiċi malajr kemm jista' jkun biex jintlaħqu l-azzjonijiet u l-objettivi kollha; jitlob lill-Istati Membri jikkooperaw billi jippreżentaw programmi għal kull azzjoni flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali kompetenti; jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq l-azzjonijiet prijoritajiet li huma innovattivi u li jinvolvu valur miżjud Ewropew;

2.

Jikkunsidra li l-istrateġija tal-UE għat-turiżmu hija bbażata, minn naħa, fuq pakkett ta' miżuri speċifiċi intiżi esklużivament għas-settur turistiku u, min-naħa l-oħra, fid-dawl tan-natura trasversali tat-turiżmu, f'koordinament ma' setturi politiċi relatati oħrajn sabiex tinkiseb sistema li tippromwovi ġenwinament it-turiżmu; iqis, barra minn hekk, li tinħtieġ valutazzjoni preċiża tal-mod kif il-miżuri f'setturi oħrajn jħallu riperkussjonijiet fuq it-turiżmu u jappella għal approċċ integrat bil-għan li jkunu żviluppati sinerġiji kemm bejn il-politiki settorjali differenti kif ukoll il-varji strumenti ta' finanzjament;

3.

Jiddeplora n-nuqqas ta' koerenza fil-Kummissjoni fir-rigward tal-politika tat-turiżmu; iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għal approċċ koordinat u integrat fost id-Direttorati Ġenerali kkonċernati;

4.

Jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib, minn naħa, bejn l-awtoritajiet tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali u bejn l-istituzzjonijiet kollha kemm huma u l-partijiet interessati, min-naħa l-oħra, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet transversali tat-turiżmu, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà; ifakkar fil-kompetenza diretta fil-qasam tat-turiżmu ta' ħafna reġjuni u muniċipalitajiet Ewropej, u b'hekk dawn tal-aħħar jiżvolġu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni ta' proġetti u azzjonijiet speċifiċi; jittama, anki fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020, li jara lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet jikkooperaw ma’ xulxin aktar mill-qrib u jiżvolġu parti sostenibbli, diretta u effikaċi fl-iżvilupp ta' politika tat-turiżmu ġdid; iqis li, għall-istess perjodu, strumenti ta' programmazzjoni speċifiċi bħal strateġiji għall-makroreġjuni jistgħu jżidu t-turiżmu intrareġjonali u interreġjonali u jrawmu l-attrattiva u l-viżibilità tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet Ewropej;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tintroduċi żewġ prinċipji ġodda għat-turiżmu: l-'interreġjonalità' u l-'komplementarjetà', sabiex issir promozzjoni favur l-ippjanar konġunt u l-kooperazzjoni bejn servizzi turistiċi f'żona ġeografika unika, jiġifieri jew bejn reġjuni ġirien li huma parti minn Stati Membri differenti jew f'livell tematiku speċifiku bejn reġjuni konnessi b'elementi komuni;

Turiżmu kompetittiv, modern u ta' kwalità

6.

Huwa tal-fehma li t-turiżmu għandu jiġi kkunsidrat parti integrali tal-politika industrijali u tal-politika dwar l-innovazzjoni tal-UE u jtenni li l-ispinta mogħtija lit-turiżmu tirrappreżenta objettiv strateġiku u vitali għall-impjiegi fid-diversi Stati Membri; jenfasizza b'rabta ma' dan, l-importanza ta' impriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju (SMEs) li kollha kemm huma jikkontribwixxu għall-innovazzjoni li tibda mill-qiegħ u l-istabilità fis-settur u jiggarantixxu l-kwalità, id-diversità u l-awtentiċità tar-reġjuni fejn huma stabbiliti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi aktar dan l-approċċ fis-servizzi turistiċi Ewropej;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex kull sena tiġbor u tippubblika prattiki tajba tat-turiżmu;

8.

Jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li għandha tiġi żviluppata mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-aġenziji nazzjonali tat-turiżmu t-"tikketta Ewropa" bil-għan li tiġi promossa fid-dinja l-Ewropa bħala destinazzjoni turistika waħda; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni tniedi kampanja pubbliċitarja f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-aġenziji tat-turiżmu kompetenti; jissottolinja li kwalunkwe inizjattiva promozzjonali għandha tirrispetta u tenfasizza d-diversità territorjali tal-Ewropa filwaqt li tevita li tiffavorixxi xi destinazzjoni Ewropea fuq oħrajn, u huwa tal-fehma li t-"tikketta Ewropa" ma għandhiex tipprevjeni lid-diversi reġjuni, bliet u entitajiet lokali milli jkunu jistgħu jippromwovu d-dehra tagħhom stess b'mod liberu;

9.

Jilqa' favorevolment l-inizjattiva dwar iċ-'Ċertifikat tal-patrimonju Ewropew' bħala strument għall-valorizzazzjoni ta' ċerti siti li jirrappreżentaw l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea; jinsisti fuq il-bżonn li din l-inizjattiva tkun ikkoordinata mas-siti rikonoxxuti mill-UNESCO u rotot storiċi oħra; iqis bħala meħtieġ il-koordinament ma' inizjattivi simili oħra bħall-Premju Europa Nostra bil-għan li ma jinħoloqx xogħol doppju; jistieden lill-Kummissjoni tindika lill-Istati Membri s-siti li jirċievu ċ-'ċertifikat tal-patrimonju Ewropew' għandhom jibqgħu dejjem miftuħin u aċċessibbli, anke meta jkun hemm numru minimu ta' impjegati (skeleton staff);

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-inklużjoni tat-tradizzjonijiet popolari fuq il-Lista tal-Patrimonju Dinji fi ħdan l-Istati Membri, inklużi t-tradizzjonijiet kulinarji, bil-għan li dawn jiġu ppreservati għall-ġenerazzjonijiet futuri u li tiġi stabbilita strateġija Ewropea għall-promozzjoni tat-tradizzjonijiet popolari fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt li l-programm tal-UE "Kapitali Ewropej tal-Kultura" qiegħed ikollu fuq it-turiżmu u biex tħejji rapport lill-Parlament dwar jekk l-istrateġiji ta' governanza, l-arranġamenti ta' finanzjament u l-proċeduri għall-involviment ta' korpi u assoċjazzjonijiet kulturali għandhomx jiġu riveduti, bl-għan li jsir investiment fi proċessi u sħubiji sostenibbli u dejjiema;

12.

Jisħaq fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni, pereżempju permezz ta' sħubiji jew il-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport bl-ajru, mal-pajjiżi mhux Ewropej, b'mod partikolari mal-pajjiżi ġirien u l-pajjiżi BRIC (Brażil, Russja, Indja u Ċina), li jirrappreżentaw suq ta' bosta miljuni ta' turisti potenzjali ġodda; jenfasizza, f'dawn ir-rirgward, l-importanza ta' sforzi kontinwi biex tiżdied il-viżibilità, il-kwalità, il-kompetittività u d-diversifikazzjoni tal-industrija tat-turiżmu Ewropea u jappella għall-iżvilupp ta' attivitajiet Ewropej konġunti ta' marketing u prodotti turistiċi kkombinati bil-għan li jinġibdu l-viżitaturi minn dawn is-swieq il-ġodda;

13.

Iqis li jkun rakkomandabbli, fir-rispett tad-dritt/dmir tal-UE li jiġi kkontrollat l-aċċess fil-konfini tagħha, għall-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri biex jiżviluppaw, fil-kuntest tal-politika komuni, ta' strateġija fit-tul għal proċeduri tal-ħruġ ta' viżi jkunu aktar ikkoordinati u semplifikati, filwaqt li tiġi valutata l-possibilità li jinħolqu f'livell tal-UE taqsimiet/ċentri konsolari komuni li jiggarantixxu l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proċeduri tal-viża u t-tnaqqis tal-ispejjeż burokratiċi; għal dan l-għan, wara li jinħoloq is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibilità li tistabbilixxi uffiċċji ta' delegazzjoni tal-UE fid-dinja sabiex tkun tista' toħroġ viżi turistiċi b'kollaborazzjoni mal-ambaxxati nazzjonali tal-Istati Membri u teżamina modi supplementari kif tissemplifika l-ħruġ ta' viżi turistiċi, bħal ‧viżi turistiċi għal gruppi‧ għall-gruppi organizzati u aċċess aktar faċli għall-vjaġġaturi fuq xogħol;

14.

Jitlob lill-Istati Membri jivvalutaw, quddiem bosta sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu riskju għat-turist imsiefer, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), l-opportunità li tiġi kodifikata proċedura uniformi biex jinħarġu avviżi ta' "parir kontra l-ivvjaġġar", jinħoloq kodiċi uniku Ewropew ta' gravità tal-"parir kontra l-ivvjaġġar" u, fl-agħar ipoteżi, jingħata l-aċċess tal-operaturi għall-proċedura ta' għajnuna Komunitarja, fil-limiti tad-disponibilità tal-fondi ta' finanzjament Ewropej;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal il-konklużjonijiet mill-każijiet reċenti ta' emerġenza bħall-eruzzjoni tal-vulkan, u biex tfassal xenarji speċifiċi għall-ġestjoni tal-kriżi tal-UE sabiex il-koordinament u l-azzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha, fir-rigward tal-informazzjoni u l-miżuri li għandhom jittieħdu, isiru r-regola;

16.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu ffavoriti l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku tal-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju biex issir aktar effikaċi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u l-promozzjoni tad-destinazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq pjattaforma 'ICT u Turiżmu', tniedi proġett pilota speċifiku, sa tmiem l-2011, biex tinċentiva l-parteċipazzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fil-katina tal-provvista diġitali, fuq l-eżempju tal-esperjenzi f'setturi oħra, bħat-tessuti, it-trasport u l-loġistika u l-industrija tal-karozzi; jitlob inizjattivi diretti lejn il-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku fis-settur u t-tneħħija tal-barrieri, li għadhom jeżistu fis-suq intern, għall-iżvilupp ta' dan; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżviluppaw internet b'veloċità għolja fit-territorju kollu tagħhom sabiex jippermettu li jiġu żviluppati servizzi avvanzati u li l-operaturi jsiru interoperabbli;

17.

Jitlob li jiġi promoss u appoġġat l-ispirtu imprenditorjali fis-settur, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa u ż-żgħażagħ, u li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għall-mikrokrediti, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inkubatur speċifiku għall-innovazzjoni għall-impriżi fis-settur tat-turiżmu;

19.

Iqis li s-sostenibilità tas-settur tat-turiżmu se tibbenefika bil-kbir minn approċċ għar-R&Ż aktar ikkoordinat u mill-promozzjoni ta' prodotti u servizzi innovattivi; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-industrija tat-turiżmu huwa marbut direttament mal-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji rinnovabbli;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq Osservatorju Virtwali tat-Turiżmu li jkollu rabta mhux biss mal-istituti ta' riċerka, iżda wkoll mal-impriżi u mal-awtoritajiet pubbliċi, bil-għan li jiġu promossi studji tas-suq, bl-użu ta' sistemi ta' intelliġenza kompetittiva, tiġi fornuta lill-impriżi u lill-korpi pubbliċi informazzjoni prospettiva dwar l-evoluzzjoni tal-offerta u tad-domanda u biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-pożizzjonament strateġiku aħjar tal-impriżi u tas-settur pubbliku;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-atturi nazzjonali tas-settur, liema azzjonijiet innovattivi jistgħu jieħdu għall-promozzjoni ta' pakketti ta' vaganzi ad hoc minn prospettiva Ewropea, f'okkażjoni ta' avvenimenti storiċi, kulturali u sportivi li ċerti Stati Membri se jospitaw fis-snin li ġejjin, pereżempju l-Logħob Olimpiku, l-Espożizzjoni Universali u oħrajn, bil-għan li tiġi promossa d-destinazzjoni ‧Ewropa‧ fir-rikkezza moltepliċi tagħha; huwa tal-fehma li l-avvenimenti Ewropej u internazzjonali ta' tipi differenti għandhom ikunu promossi flimkien mal-offerta turistika lokali eżistenti;

22.

Jemmen li jeħtieġ tiġi żviluppata l-potenzjalità tal-portal www.visiteurope.com, promoss mill-Kummissjoni Ewropea tat-Turiżmu (ETC), bil-għan li jiġu massimalizzati d-disponibilità u l-aċċessibilità sħiħa tiegħu (preżenza ta' testi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u fil-lingwi prinċipali mhux tal-UE, b'rigward partikolari għall-pajjiżi BRIC, użu ta' formati aċċessibbli għall-persuni b'vista batuta u b'informazzjoni bil-lingwa tas-sinjali għal dawk neqsin mis-smigħ u użu tal-applikazzjonijiet teknoloġiċi kollha) u li jsir pjattaforma Ewropea ta' vera tat-turiżmu, b'aċċess faċli għall-portali turistiċi nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri individwali; jemmen, barra minn hekk, il-portal għandu jagħti viżibilità akbar lis-sistema ta' Tikketta Ewropea ta' Kwalità, kif ukoll lill-aħjar prattiki u lill-inizjattivi bħal Calypso, NECSTouR u EDEN, u għandu jinforma lit-turisti dwar drittijiethom f'ċirkostanzi differenti;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mal-Istati Membri l-opportunità li tinħoloq 'Karta Ewropea tat-turist', bil-għan li titrawwem il-lealtà tat-turist mill-UE jew minn barra, li jivvjaġġa fl-Ewropa biex jagħmlu dan regolarment, permezz tal-offerta ta' informazzjoni, inkluża lista ta' drittijiethom, aġevolazzjonijiet u servizzi ddedikati;

24.

Iqis li l-Unjoni Ewropea hi bbażata fuq id-diversità kulturali u lingwistika u li għalhekk hu importanti li jiġi promoss l-aċċess għas-siti turistiċi billi l-viżitaturi jiġu pprovduti bi strumenti sabiex iż-żjara tagħhom tiġi ffaċilitata u jiġu megħjunin jifhmu, bħal pereżempju awdjogwidi jew fuljetti li joffru spjegazzjonijiet f'tal-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-UE, partikolarment meta s-siti li tkun saritilhom żjara jkunu qed jirċievu finanzjament strutturali;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati fit-turiżmu, tivvaluta l-vijabilità ta' 'tikketta Ewropea tat-turiżmu ta' kwalità', billi tidentifika kriterji komuni minimi ta' kwalità; jemmen li dan għandu jsir bil-koordinament tal-aħjar esperjenzi diġà miksuba mid-diversi Stati Membri u mill-għaqdiet f'dan il-qasam, bil-għan li tinħoloq tikketta komplementari li taħtha jaqgħu t-tikketti nazzjonali u li tkun rikonoxxuta abbażi ta' akkreditament volontarju ("opt-in");

26.

Iqis li, biex jiġu evitati riskji ta' taħwid min-naħa tal-konsumaturi u piżijiet eċċessivi għall-impriżi, għandha tiġi evitata l-proliferazzjoni tat-tikketti u jitnaqqas in-numru tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta t-tikketti eżistenti f'termini ta' affidabilità, trasparenza u monitoraġġ tal-konformità; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippromwovu l-istrumenti u l-aħjar prattiki eżistenti u jivvalutaw fit-tul il-possibilità ta' integrazzjoni gradwali f'tikketta unika tat-'tikketta Ewropea ta' kwalità' u tal-'Ekotikketta għas-servizzi ta' akkomodazzjoni turistika', bis-sostenibilità bħala kriterju essenzjali tal-kwalità;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħmilha ta' promotur ta' inizjattiva konkreta għall-armonizzazzjoni progressiva tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-akkomodazzjoni (lukandi, guesthouses, kmamar għall-kiri, eċċ.) permezz tal-identifikazzjoni ta' kriterji minimi komuni, billi tibda mill-esperjenzi pożittivi diġà miksuba mill-għaqdiet f'dan is-settur (pereżempju l-Hotelstars Union) u mir-rappreżentanti tas-settur; iqis li armonizzazzjoni progressiva bħal din taf iżżid il-viżibilità kemm tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika kif ukoll l-informazzjoni mogħtija lit-turisti; jistieden lill-industrija Ewropea tal-ospitalità biex:

tkompli l-isforzi tagħha favur armonizzazzjoni progressiva tal-klassifikazzjoni tal-lukandi, filwaqt li tqis il-kriterji tal-aċċessibilità;

tikkoopera mal-Istituzzonijiet u tinformahom regolarment dwar il-progress li jkun sar;

28.

Jisħaq fuq l-importanza li jingħata attenzjoni lit-tema tas-sikurezza fil-varji tipi ta' akkomodazzjoni, b'riferiment partikolari għar-regoli għall-protezzjoni kontra n-nar u l-miżuri tas-sikurezza fir-rigward tal-monossidu tal-karbonju; huwa tal-fehma li, għalhekk, għandha tkun inċentivata l-adeżjoni mal-metodu MBS (Management, Building and System), diment li r-regoli nazzjonali fis-seħħ ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-1986 jew li għandhom jittieħdu azzjonijiet regolatorji alternattivi kull fejn l-awtoregolamentazzjoni tonqos milli tagħmel dan; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol importanti li l-persunal tal-lukandi jingħata taħriġ fl-ippjanar tal-emerġenza u l-ġestjoni tal-protezzjoni kontra n-nar, u jisħaq fuq il-bżonn għall-ġbir sistematiku ta' data dwar is-sikurezza fl-akkomodazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jiġu kkunsidrati dejjem il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilitajiet u dawk b'mobilità mnaqqsa, inkluż f'termini ta' taħriġ dwar s-sensibilizzazzjoni għad-diżabilità fil-prevenzjoni kontra n-nirien u s-sikurezza tal-akkomodazzjoni;

29.

Iqis li jkun xieraq li l-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-industrija tas-settur u mal-imsieħba soċjali, tħejji mappa tal-kompetenzi professjonali eżistenti (Tourism Skill Competence Framework), biex ikun hemm punt ta' tluq li minnu tittieħed azzjoni konkreta biex jitlaqqgħu d-domanda u l-offerta fis-suq tal-impjiegi tas-settur tat-turiżmu fl-Ewropa;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tħeġġeġ il-mobilità u tivvalorizza u tippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja, l-esperjenzi ta' taħriġ professjonali u universitarja u apprendistati fis-settur tat-turiżmu, iżżomm kuntatt mill-qrib mad-dinja tar-riċerka u tal-impriżi u tpoġġi aktar enfasi fuq l-innovazzjoni fit-turiżmu fit-tmien Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku; jemmen li l-programmi Komunitarji bħal ‧Erasmus għall-imprendituri żgħażagħ' u 'Leonardo da Vinci‧ jirrappreżentaw programmi uniċi għall-ksib ta' kompetenzi professjonali u ta' taħriġ, barra milli jżidu alternattivi għall-karriera, u għalhekk għandhom ikunu żviluppati u promossi aktar, filwaqt li titqies il-possibilità li jiġu riveduti bil-għan li jedukaw dwar l-aħjar prattiki relatati, fost affarijiet oħra, mal-kwalità tal-akkoljenza, l-aċċessibilità u s-sostenibilità;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod aktar preċiż l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi fl-Istati Membri fir-rigward tat-turiżmu;

32.

Jitlob it-titjib tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali fl-industrija turistika min-naħa tal-Istati Membri, biex b'hekk lil min diġà jaħdem fis-settur u lil min biħsiebu jibda jagħmel hekk jitħallew isibu żbokki professjonali aqwa u titrawwem il-mobilità tagħhom fl-industrija; jemmen li dan ikun jgħin biex jiġu ttrattati l-problemi tan-natura staġjonali tax-xogħol f'dan is-settur, minn naħa, u tax-xogħol mhux iddikjarat, min-naħa l-oħra;

33.

Jenfasizza r-rabta stretta bejn it-turiżmu u t-trasport u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz biex jimmodernizzaw l-infrastruttura nazzjonali, reġjonali u transfruntiera għall-modi ta' trasport differenti, b'attenzjoni partikolari fuq il-progress u l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti tan-Netwerks Trans-Ewropej fis-settur tat-trasport u fuq it-tlestija tal-Ajru Uniku Ewropew bil-għan li jkun hemm aktar ġestjoni effiċjenti tat-traffiku bl-ajru; iqis li huwa importanti tiġi inċentivata l-komodalità u adottati miżuri adegwati fil-ġestjoni tal-flussi turistiċi, b'mod partikolari matul staġuni bl-ogħla livell u l-emerġenzi ta' natura varja;

34.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ta' mezzi tat-trasport aktar sostenibbli, pereżempju permezz tal-kombinazzjoni tat-trasport pubbliku, dak bil-ferrovija, bir-rota u l-mixi; Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tappoġġa, fost affarijiet oħra, inkluż fil-kuntest tan-Netwerks Trans-Ewropej fis-settur tat-trasport, l-iżvilupp ta' kollegamenti bejn il-gżejjer, iż-żoni rurali, iż-żoni muntanjużi, ir-reġjuni ultraperiferiċi u, b'mod aktar ġenerali, mad-destinazzjonijiet anqas aċċessibbli;

35.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi s-sistemi ta' bejgħ elettroniku integrat tal-biljetti tal-mezzi tat-trasport differenti, li għandhom jinċentivaw l-intermodalità tas-sistema, jiffaċilitaw il-vjaġġi internazzjonali bejn l-Istati Membri, jiggarantixxu l-libertà tal-moviment u jneħħu l-ostakli għat-tlestija tas-suq intern; huwa tal-fehma li matul il-proċess tal-iżvilupp għandha tingħata attenzjoni lir-rekwiżiti tal-aċċess speċjali għall-persuni b'diżabilità;

36.

Jilqa' favorevolment il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, partikolarment fir-rigward ta' dawk b'mobilità mnaqqsa, u jitlob lill-Kummissjoni tressaq, fit-terminu l-qasir, qafas leġiżlattiv ambizzjuż u koerenti b'ġabra ta' regoli komuni li jkopru d-diversi modi tat-trasport, flimkien ma' regoli speċifiċi li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' kull wieħed minnhom;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibilità ta' Karta dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet tat-turisti li tikkonsisti fi prinċipji fir-rigward tal-aċċessibilità, l-għoti ta' informazzjoni, id-determinazzjoni ta' prezzijiet trasparenti, il-kumpens, eċċ.; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' arbitraġġ indipendenti sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu wkoll jiżguraw b'mod ġenwin dawn id-drittijiet;

Turiżmu sostenibbli u diversifikat

38.

Jenfasizza li l-politika tat-turiżmu għandha tinkorpora b'mod konsistenti l-iżvilupp sostenibbli: il-ħtiġijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-ġenerazzjonijiet preżenti għandhom jiġu ssodisfatti mingħajr ma tonqos l-importanza tal-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri;

39.

Jilqa' favorevolment ir-rieda tal-Kummissjoni li tiddiversifika l-offerta turistika, li jkun jikkanċella l-effetti tal-istaġjonalità; jisħaq partikolarment fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni diġà mibdija mal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tat-turiżmu kulturali, storiku, reliġjuż, soċjali, ambjentali u tal-pajsaġġi permezz ta' rotot/itinerarji tematiċi li mhux biss jivvalorizzaw l-għeruq kulturali u storiċi u t-tradizzjonijiet tal-kontinent tagħna, iżda jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp ta' turiżmu alternattiv, aċċessibbli għal kulħadd u sostenibbli; jemmen li l-użu ta' mezzi tat-trasport sostenibbli, fosthom ir-rota u t-tbaħħir bil-qlugħ, għandu jiġi inċentivat skont l-itinerarji differenti;

40.

Huwa tal-fehma li sabiex it-turiżmu Ewropew jiġi differenzjat minn dak ta' pajjiżi jew kontinenti oħra, huwa importanti li s-settur tat-turiżmu tradizzjonali jingħaqad ma' dak li għandu x'joffri t-territorju f'termini ta' prodotti u servizzi u ta' beni materjali u immaterjali;

41.

Jemmen li l-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom ikomplu jagħtu s-sostenn tagħhom, inkluż b'mezzi finanzjarji, għall-iżvilupp ta' ‧Rotot Ewropej‧ u għaż-żamma ta' dawk eżistenti, inkluż fil-gżejjer u fir-reġjuni mal-kosta, fil-muntanji u ultraperiferiċi; huwa tal-fehma li dawn il-perkorsi għandhom jenfasizzaw l-identità Ewropea, permezz tal-promozzjoni u tar-rabta tas-siti simboliċi, bħall-katidrali, il-kastelli, l-universitajiet, is-siti arkeoloġiċi u l-istabbilimenti industrijali, kif ukoll personaġġi simboliċi jew promoturi tal-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri adegwati kollha biex jipproteġu l-wirt u l-beni tal-Ewropa għall-ġenerazzjonijiet futuri;

42.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita n-netwerk u l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE sabiex jingħaqdu l-perkorsi għaċ-ċikliżmu reġjonali, nazzjonali u Ewropej u jiżdied it-turiżmu taċ-ċikliżmu fl-UE li jkun sostenibbli, li ma jaħlix u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent;

43.

Jisħaq fuq l-importanza ta' netwerks bħal NECSTouR u EDEN għall-iskambju tal-aħjar prassi bejn ir-reġjuni Ewropej u l-promozzjoni ta' destinazzjonijiet sostenibbli; jinsisti wkoll fuq il-bżonn li tinħoloq sistema ta' indikaturi komuni għall-ġestjoni sostenibbli tad-destinazzjonijiet, f'kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-"Grupp għas-Sostenibilità tat-Turiżmu" (TSG) u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

44.

Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-istorja tal-kontinent Ewropew, il-Kummissjoni jmissha tippromwovi b'mod iktar vigoruż il-partimonju industrijali Ewropew, li l-potenzjal tiegħu għadu ma ġiex rikonoxxut biżżejjed; jenfasizza li l-iżvilupp tal-patrimonju industrijali tal-Ewropa, bħala qasam ewlieni ta' interess kulturali, jista' wkoll ikun ta' benefiċċju għal destinazzjonijiet sekondarji u jikkontribwixxi biex jinkiseb settur turistiku aktar sostenibbli, diversifikat u mifrux uniformement fl-Ewropa, bis-saħħa tal-konservazzjoni, trasformazzjoni u riabilitazzjoni tas-siti industrijali;

45.

Huwa tal-fehma li t-turiżmu rurali u l-agrituriżmu għandhom ikunu sostnuti adegwatament, billi huma setturi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, jiddiversifikaw l-ekonomija u s-sors tal-introjtu taż-żoni rurali, joħolqu impjiegi f'dawn ir-reġjuni, iżommu l-popolazzjoni fit-territorju biex jiġi evitat it-tnaqqis fil-popolazzjoni ta' dan stess u joħolqu kollegament dirett bejn il-promozzjoni ta' prodotti alimentari tradizzjonali, ekoloġiċi u naturali; josserva li, għal dan il-għan, huwa importanti li tiġi garantita l-aċċessibilità sħiħa għan-netwerk tat-trasport u anki għall-infrastruttura informatika f'dawn iż-żoni; jemmen li dan se jgħin sabiex jintlaħaq l-objettiv li jiġu promossi forom ġodda ta' turiżmu, jiġu estiżi l-istaġuni tat-turiżmu u jerġgħu jiġu distribwiti l-attivitajiet tat-turiżmu bejn iż-żoni li jkollhom konċentrazzjoni għolja ta' turiżmu u żoni b'potenzjal ta' turiżmu qawwi iżda li jkun qed jiġi sfruttat insuffiċjentement;

46.

Iqis li hu meħtieġ li tiġi rinfurzata l-kapaċità tal-kummerċjalizzazzjoni tal-agrikulturi u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-swieq lokali, filwaqt li l-impriżi tas-settur jitħallew jerġgħu jixtru iktar faċilment il-prodotti lokali li jeħtieġu;

47.

Jenfasizza kif it-turiżmu tan-natura jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli tas-settur; iqis li huwa importanti li jingħata attenzjoni partikolari lir-riservi naturali u ż-żoni protetti, biex isiru iktar aċċessibbli għat-turist, anki permezz tal-iżvilupp ta' perkorsi transnazzjonali, fir-rispett tal-patrimonju ambjentali u tal-bijodiversità lokali;

48.

Jindika li l-iżvilupp tal-passaġġi fuq l-ilma interni ġodda jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu kulturali, naturali jew inkella rikreattiv;

49.

Ifakkar li l-ivvjaġġar b'rabta mal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport qed isir dejjem aktar popolari, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jappoġġaw dan it-tip ta' turiżmu billi jkunu aktar flessibbli u jadattaw għal tipi ġodda ta' konsumaturi li jirriżultaw mit-tibdil demografiku u ħalli jqisu tipi ġodda ta' turiżmu mfassla skont l-aspettattivi espressi mill-konsumaturi; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol prinċipali li l-isports għandu fil-promozzjoni tat-turiżmu, kemm għall-ispettaturi kif ukoll għall-parteċipanti li jivvjaġġaw għall-avvenimenti, u jitlob għall-introduzzjoni ta' politiki speċifiċi li jippromwovu u jappoġġaw it-turiżmu sportiv;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattiva Komunitarja orizzontali rigward l-impatt ambjentali tat-turiżmu, b'riferiment partikolari għall-bijodiversità Ewropea, għaċ-ċiklu tal-iskart, għat-tifdil enerġetiku u għat-tifdil tal-ilma, għal dieta tajba għas-saħħa u għall-użu tal-art u r-riżorsi naturali, bil-għan li tinxtered l-informazzjoni u materjal utli, tiġi sensibilizzata l-opinjoni pubblika u jitnaqqas l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent;

51.

Jilqa' l-isforzi volontarji tal-industrija biex jinftiehem u jitnaqqas l-effett tal-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent u fuq id-destinazzjonijiet, bħas-Sistema ta' Sostenibilità Travelife, parzjalment iffinanzjata mill-UE, skema innovattiva li tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet sostenibbli u lill-industrija tifhem u tiġġestixxi l-impatti tagħha fuq il-katina tal-provvista;

52.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tappoġġa l-inizjattivi innovattivi tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju tat-turiżmu u biex tippreserva u ttejjeb il-ġid tal-bijodiversità billi jiġi promoss l-ekoturiżmu;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità li jingħażel il-Jum Ewropew favur turiżmu responsabbli u sostenibbli, billi torganizza laqgħat ta' informazzjoni fl-Istati Membri kollha biex issir promozzjoni tat-tipi ta' turiżmu vijabbli u l-imġiba responsabbli tat-turisti;

54.

Jisħaq fuq l-impatt qawwi tat-tibdil fil-klima fuq iż-żoni turistiċi tal-Ewropa, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, partikolarment iż-żoni mal-kosta, il-gżejjer u r-reġjuni muntanjużi; jikkunsidra li għandhom jitfasslu strateġiji biex dan jiġi evitat u mblukkat, fost affarijiet oħra, billi titħeġġu l-innovazzjoni u d-diversifikazzjoni fis-servizzi turistiċi, tissaħħaħ il-prevenzjoni tar-riskji naturali u l-politiki ta' mitigazzjoni billi jiġu adattati l-infrastrutturi, jiġi prevenut l-impatt tal-iskarsezza tal-ilma u salvagwardata s-sostenibilità tal-fawna, il-fora u l-pajsaġġ taż-żoni kkonċernati;

55.

Jindika li r-reġjuni kostali jirrappreżentaw id-destinazzjoni turistika prinċipali fl-Ewropa u li għalhekk huwa importanti li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-metodi tal-ippjanar tal-ispazju fiż-żoni kostali, lir-riskji tal-urbanizzazzjoni estensiva, lill-ħtieġa li jinżammu l-kwalità u s-sostenibilità taż-żoni kostali, lill-wirt tagħhom u lill-infrastruttura tas-servizz turistiku; jenfasizza l-bżonn, fl-ambitu ta' strateġija tat-turiżmu mal-kosta, insulari u tal-baħar, li jsir investiment ta' riżorsi adegwati bil-għan li jiġu preservati l-kosti Ewropej mill-fenomenu tal-ħiefa, jitħares il-wirt ambjentali u fawnistiku tagħhom u titjieb il-kwalità tal-ilma tagħhom, bil-għan li jiġi żviluppat turiżmu għall-għawwiema u għall-għaddasa li jkun sostenibbli u ta' kwalità; f'dan ir-rigward, jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija għal turiżmu mal-kosta u marittimu sostenibbli, u jitlob li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi simili għall-gżejjer, ir-reġjuni tal-muntanji u żoni vulnerabbli oħra;

56.

Itenni l-importanza tat-turiżmu tal-għawm bħala karatteristika speċifika ta' ċerti reġjuni Ewropej mal-kosta; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk id-Direttiva 2006/123/KE hijiex ikollha riperkussjonijiet negattivi fuq l-SMEs f'dan is-settur u, jekk tqis bħala neċessarju, tipproponi miżuri biex ittaffi dawn ir-riperkussjonijiet u tiggarantixxi li jitqiesu l-karatterisitiċi speċifiċi ta' din il-kategorija professjonali fl-applikazzjoni tad-Direttiva; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jeżaminaw, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-introduzzjoni ta' miżuri kumpensatorji biex jittaffew id-danni imposti fuq l-operaturi turistiċi bl-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida li ġġib magħha t-telf tad-drittijiet miksuba u tikkawża telf relatat mal-investimenti mhux irkuprati maħsuba għat-tiġdid u l-adattament tal-istrutturi tagħhom fir-rispett tal-leġiżlazzjoni preċedentement fis-seħħ; huwa tal-fehma li dawn l-azzjonijiet huma meħtieġa biex jiġu salvagwardati l-investimenti li għamlu l-operaturi u biex titjieb il-kwalità tas-servizzi tal-klijenti;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fl-ambitu ta' politika marittima integrata (PMI), isostnu l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-port, kemm bil-għan li jiġu adattati t-terminals tal-portijiet għall-esiġenzi tal-persuni b'mobilità mnaqqsa kif ukoll biex jiġu żgurati l-interkonnessjonijiet ma' mezzi oħra ta' trasport u kollegamenti ma' servizzi turistiċi taż-żoni interni, li huma aspetti essenzjali għat-trasport marittimu tal-passiġġieri, għat-turiżmu tal-kruċieri u għat-turiżmu tad-dgħajjes tad-divertiment; fi ħdan dan il-kuntest, jistieden lill-Istati Membri jneħħu kull restrizzjoni li jaf ikollhom;

58.

Jieħu nota tal-fatt li l-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa se jwasslu għal żieda kontinwa tat-turiżmu tas-saħħa u b'mod partikolari tat-turiżmu termali; huwa u josserva li jeżistu regoli Komunitarji dwar temi marbutin mat-termaliżmu, jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tippreżenta proposta leġiżlattiva unika dwar it-termaliżmu bil-għan li tagħti struttura organika u regolamentata lis-settur u tinċentiva l-kompetittività fiha, u tispeċifika b'mod immedjat li l-kumpaniji termali li joperaw fl-Istati Membri, bħala fornituri tas-servizzi tas-saħħa, huma esklużi mill-ambitu tad-Direttiva 2006/123/KE; jisħaq fuq ir-rilevanza ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar is-saħħa transfruntiera u jikkunsidra li, sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun sodisfaċenti għalkollox, din għandha titwettaq fir-rispett rigoruż tal-kriterji u l-kundizzjonijiet li jimponi l-qafas leġiżlattiv il-ġdid;

59.

Jenfasizza l-importanza ekonomika tat-'turiżmu għax-xiri'; jisħaq li, għal għadd kbir ta' turisti, din il-forma ta' turiżmu hi waħda mir-raġunijiet ewlenin li għalihom iqattgħu l-vaganzi tagħhom fl-UE, fejn hemm uħud mill-aqwa kumpaniji u ditti tad-dinja fis-settur tal-lussu; jindika li filwaqt li dan is-settur qed jikber rapidament, l-UE tħabbat wiċċha ma' kompetizzjoni qawwija minn destinazzjonijiet turistiċi internazzjonali oħra li joffru, pereżempju, faċilitajiet għax-xiri mingħajr taxxa jew rimborż tal-VAT; jirrakkomanda, għalhekk, f'kooperazzjoni mas-settur tal-lussu u mal-professjonisti tat-turiżmu, li ssir ħidma fuq miżuri u servizzi ġodda sabiex l-UE tibqa' tiġbed in-nies lejha u żżomm il-kompetittività;

60.

Jisħaq li hemm bżonn li jiġi promoss it-turiżmu tan-negozju Ewropew fl-UE u fid-dinja, minħabba l-importanza ekonomika tiegħu għal ċerti postijiet fl-Ewropa u minħabba l-ammont ta' servizzi marbuta mal-akkoljenza u l-organizzazzjoni tal-fieri kummerċjali, l-esibizzjonijiet, il-konferenzi u avvenimenti kummerċjali oħra (lukandi u servizzi tal-forniment tal-ikel, ħwienet, trasport, komunikazzjoni u aġenziji li jiġġestixxu l-avvenimenti, eċċ.);

61.

Ifakkar li turiżmu etikament responsabbli huwa objettiv indispensabbli; jilqa' favorevolment il-kontenut tal-kodiċi etiku tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO) u jawspika li dawn jiġu fil-pront aċċettati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri; f'dan is-sens, jifraħ bil-proposta tal-Kummissjoni li testendi l-ġurisdizzjoni nazzjonali tal-Istati Membri għar-reati ta' abbuż sesswali fuq il-minuri kommessi barra mill-pajjiż, b'hekk tikkastiga, fil-fatt, it-turiżmu sesswali;

Turiżmu għal kulħadd

62.

Jenfasizza li l-istaġjonalità, li hi karatteristika inerenti fl-attività turistika, tista' tkun sors ta' nuqqas ta' stabilità tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; jitlob, għaldaqstant, li tiġi żviluppata politika speċifika favur il-ħaddiema staġjonali, partikolarment permezz tal-estensjoni tal-istaġuni permezz tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet turistiċi;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan biex tippromwovi destaġjonalizzazzjoni progressiva tal-offerta turistika; f'dan il-kuntest, jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tibni fuq ir-riżultati, s'issa pożittivi, tal-azzjoni preparatorja ‧Calypso‧ u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu b'din l-azzjoni, biex b'hekk il-persuni żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilitajiet, iż-żgħażagħ u l-familji b'introju baxx ikunu jistgħu jaċċedu għall-vaganzi, partikolarment waqt l-istaġun baxx u f'livell transnazzjonali; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-aċċessibilità fiżika, is-servizzi adegwati u l-informazzjoni affidabbli jiġu ppjanati aktar u inkorporati fil-prodotti tat-turiżmu; iqis li d-diversi prattiki tajbin eżistenti jistgħu jservu ta' ispirazzjoni għax jenfasizzaw proċess faċli għall-aċċessibilità u l-għoti tas-setgħa;

64.

Jisħaq fuq l-importanza, fil-qafas ta' strateġija Ewropea ġdida dwar id-diżabilità, li tiġi garantita l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilitajiet, mhux biss għall-mezzi tat-trasport, iżda wkoll għall-akkomodazzjoni, għar-ristoranti, għall-informazzjoni aċċessibbli għal kulħadd u għas-servizzi turistiċi inġenerali; jisħaq fuq il-fatt li informazzjoni ċara għandha tingħata sussegwentement dwar il-miżuri meħuda; jistieden lill-Kummissjoni taċċerta ruħha li l-aċċessibilità għal kulħadd hija garantita fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha relatati mat-turiżmu;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni tal-programmi ta' rkupru, konservazzjoni u kustodja ta' siti ta' interess kulturali/storiku/ambjentali, bl-iskop li tiġi favorita tgawdija akbar għat-turisti; jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jipparteċipaw bħala voluntiera għal dawn il-programmi fl-2011, jiġifieri s-Sena Ewropea tal-Volontarjat, u lil hinn mill-2011;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-hekk imsejjaħ turiżmu VFT (Ħbieb u Qraba li qed Iżuru) bħala mod importanti li bih tittejjeb l-integrazzjoni fil-kultura Ewropea;

Turiżmu u riżorsi

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina, testendi u tagħti viżibilità lill-istrumenti finanzjarji favur it-tisħiħ tal-kompetittività tat-turiżmu eżistenti li jaqgħu taħt id-diversi Direttorati Ġenerali, kif ukoll tivverifika l-użu eżatt tagħhom, b'riferiment partikolari għall-FEŻR, il-FAEŻR, il-FSE u l-FES; iqis li f'kuntest ta' restrizzjonijiet baġitarji huwa essenzjali li jinbnew sinerġiji bejn id-diversi strumenti finanzjarji eżistenti, li għandhom jiġu adattati għall-bidliet fit-turiżmu u l-klijentela, għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet li jirrigwardaw it-turiżmu u għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp lokali; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżviluppa indikazzjonijiet ċari fir-rigward tad-disponibilità ta' finanzjamenti għall-proġetti marbuta mat-turiżmu, kif ukoll toħloq bank tad-data b'aċċess faċli li jinvolvi lid-diversi DĠ għas-sensibilizzazzjoni u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-proġetti mabuta mat-turiżmu kofinanzjati mill-UE;

68.

Jenfasizza li t-turiżmu għandu jibqa' jiżvolġi rwol importanti fil-politika ta' koeżjoni fil-qafas tal-perspettivi finanzjarji 2014-2020; jitlob biex il-perspettivi finanzjarji li jmiss u r-regoli tal-Fond Strutturali jinkludu fost il-prijoritajiet tagħhom ir-riabilitazzjoni ta' żoni turistiċi li waqgħu lura, sabiex jiġu ggarantiti l-kompetittività u sostenibilità tagħhom.

69.

Jinkoraġġixxi wkoll lill-Istati Membri u lill-entitajiet lokali u reġjonali jibbenefikaw bis-sħiħ mill-istrumenti ta' taħriġ professjonali offruti mill-FSE u minn strumenti Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali oħrajn; iqis bħala essenzjali li l-Istati Membri u l-entitajiet ikunu sensibilizzati biex jiżviluppaw sejħa għall-offerti maħsuba għat-turiżmu, fuq il-bażi tal-prijoritajiet previsti mill-Fondi Strutturali;

70.

Jappella għall-ħolqien, fl-ambitu tal-perspettivi finanzjarji 2014-2020, ta' programm speċifiku għat-turiżmu b'riferiment partikolari għall-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u jinkoraġġixxi s-sħubija bejn l-impriżi u bejn is-settur pubbliku u sak privat għal proġetti pan-Ewropej fis-settur, u fl-istess ħin jinkoraġġixxi lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju jinvestu f'dak is-settur;

71.

Jinsisti fuq il-bżonn li tiġi żgurata kontinwità fis-sostenn għall-proġetti pilota fis-settur tat-turiżmu wara l-2011, u eventwalment li jiġu valutati oħrajn ġodda biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida;

Kwistjonijiet importanti oħrajn għas-settur turistiku

72.

Josserva li l-impriżi turistiċi jeħtieġu statistika komparabbli, u ta' kwalità għolja għal raġunijiet ta' ppjanar fit-tul tal-provvista u tal-istrutturi tat-talba u għall-iżvilupp ta' destinazzjonijiet turistiċi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex fejn tista', tiżgura d-disponibilità tad-data għall-Ewropa kollha; jiddeplora l-fatt li ma tinżamm l-ebda statistika uffiċjali dwar it-turiżmu rurali u l-agrituriżmu, u li l-unika informazzjoni disponibbli hija bbażata fuq stimi; jilqa' l-miżuri li qed jiġu kkunsidrati biex jikkonsolidaw il-bażi ta' għarfien soċjali u ekonomiku fil-qasam tat-turiżmu, filwaqt li jitqies li meta jkun possibbli għandu jiġi evitat li jiġu imposti piżijiet finanzjarji u amministrattivi supplementari;

73.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva sa Settembru 2011 għar-reviżjoni tad-Direttiva 90/314/KEE, imsejħa "vjaġġi kollox kompriż", biex tiggarantixxi qafas leġiżlattiv ċert għall-konsumaturi u għall-impriżi tas-settur, u dan kemm f'sitwazzjonijiet ordinarji kif ukoll f'sitwazzjonijiet straordinarji, pereżempju minħabba ċerti fenomeni klimatiċi u naturali jew minħabba diżordni politiku; jisħaq li l-kunċett kollu tal-pakkett tal-ivvjaġġar ilu li ma baqax validu, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħmel, matul ir-reviżjoni tagħha, l-istess leġiżlazzjoni applikabbli għall-partijiet kollha li joffru servizzi turistiċi; jisħaq li, f'dan il-kuntest, il-kwalità ta' servizz provdut lill-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta għandhom ikunu fatturi ewlenin;

74.

Jenfasizza l-opportunità ta' armonizzazzjoni progressiva għal rata mnaqqsa tal-VAT fuq it-turiżmu bejn l-Istati Membri bħala kundizzjoni meħtieġa għal kompetizzjoni trasparenti fost l-impriżi turistiċi fi ħdan l-UE u fil-konfront tal-pajjiżi terzi; jilqa' favorevolment minn din il-prospettiva d-dibattitu li beda bil-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar il-futur tal-VAT;

75.

Jistieden lill-Istati Membri jqisu li l-effetti negattivi tat-tendenza li qed tiżdied li t-turisti li qed jivvjaġġaw fl-UE jew fl-Istati Membri jiġu suġġetti għal rati ogħla ta' taxxi, pereżempju, taxxa fuq il-fjuwil, imposti tas-sigurtà u taxxi tal-arjuport, muniċipali u tal-port, partikolarment matul l-istaġun baxx; jenfasizza li f'każ li tiġi applikata taxxa supplementari fuq it-turiżmu, din għandha tkun pubbliċizzata kif xieraq bil-għan li t-turisti u l-operaturi jkunu konxji sew tagħha;

76.

Jistieden lill-Kunsill tal-UE jgħaġġel fl-adozzjoni tal-proposta għal direttiva dwar il-modernizzazzjoni tar-reġim speċjali tal-VAT (TOMS), billi jipprevedi d-dħul ta' mekkaniżmu ta' "opt-in" kapaċi li jxejjen id-distorsjoni kompetittiva bejn kategoriji ta' operaturi tas-settur, billi t-traspożizzjonijiet nazzjonali mhux omoġenji jwasslu attwalment għal konsegwenzi gravi;

77.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' politika ta' kompetenza attiva li tissorvelja t-tendenza għall-konċentrazzjoni tas-settur u l-abbuż mill-pożizzjonijiet dominanti;

78.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija integrata għat-turiżmu sa tmiem l-2012 li tkun konformi mal-istrateġija attwali u l-pjan ta' implimentazzjoni tagħha u tkun komplementari magħha;

79.

Iqis li jkun xieraq li tinħoloq task force teknika speċifika għat-turiżmu f'livell ta' Parlament Ewropew, bil-għan li tiġi segwita mill-viċin l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni u tal-indikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

*

* *

80.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 384, 31.12.1986, p. 60

(2)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59

(3)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36

(4)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 18.

(5)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57.

(6)  ĠU L 27 30.1.2010, p. 1.

(7)  ĠU C 193E, 17.8.2006, p. 325.

(8)  ĠU C 297E, 20.11.2008, p. 184.

(9)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 1.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2011)0057.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/54


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Is-sikurezza fit-toroq

P7_TA(2011)0408

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020 (2010/2235(INI))

2013/C 56 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista' tintuża faċilment’ (COM(2009)0279),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti’(COM(2011)0144),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ‘Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020’ (COM(2010)0389),

wara li kkunsidra l-konkluzjonijiet tal-Kunsill tat-2 u 3 ta Diċembru 2010 għall-informazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ‘Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020’ (16951/10),

wara li kkunsidra ir-riċerka ta' analiżi tal-Kummissjoni (1) dwar it-tielet progamm ta' azzjoni Ewropew għas-sikurezza fit-toroq,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni intitolat 'L-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet ta’ politika għas-sikurezza tat-triq 2011-2020' (CdR 296/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolat 'Lejn Żona Ewropea ta’ sikurezza tat-triq' (CESE 539/2011),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU "Improving global road safety" tal-10 ta' Mejju 2010 (64/255),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar il-"European Road Safety Action Program: halfing the number of road accident victims in the European Union by 2010: a shared responsibility" (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar is-Sikurezza fit-Toroq: it-twassil tal-eCall liċ-ċittadini (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2007 dwar il-Programm ta’ Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq – reviżjoni ta’ nofs iż-żmien (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tas-sistemi intelliġenti tat-trasport (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar pjan ta' azzjoni għall-mobilità fl-ibliet (6),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar penali għall-ksur serju ta’ regoli soċjali fit-trasport bit-triq (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar dwar futur sostenibbli għat-trasport (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0264/2011),

A.

billi fis-sena 2009, inqatlu iktar minn 35 000 persuna u korrew 1 500 000 f'inċidenti fit-toroq tal-Unjoni Ewropea,

B.

billi statistikament għal kull inċident fatali hemm erba' inċidenti oħra li jwasslu għal diżabbilitajiet permanenti, 10 li jikkaġunaw korrimenti gravi u 40 li jikkaġunaw korrimenti ħfief,

C.

billi l-ispejjeż soċjali li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku jiġu stmati għal EUR 130 biljun fis-sena,

D.

billi l-għan li ġie stabbilit fit-Tielet Programm ta' Azzjoni li l-ammont ta' vittmi maqtula f' inċidenti fit-toroq tal-UE jitnaqqas bin-nofs sat-tmiem 2010 ma ntlaħaqx, iżda ġie reġistrat tnaqqis sostanzjali tal-vittmi maqtula fit-toroq tal-UE,

E.

billi fl-UE għad hemm tolleranza soċjali relattivament għolja għall-inċidenti tat-traffiku u kull sena n-numru ta' vittmi tat-traffiku jikkorrispondi għal dak ta' 250 ajruplan kummerċjali ta' daqs medju li jikkraxxjaw bil-passaġġieri tagħhom abbord,

F.

billi minn naħa hemm bżonn li jsiru sforzi serji biex jitnaqqas aktar in-numru ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku, u min-naħa l-oħra għandu jkun hemm attenzjoni biex jiġi żgurat li ma tidħolx l-indifferenza hekk kif ikun hemm tnaqqis fit-total,

G.

billi s-sikurezza fit-toroq hija r-responsabilità tas-soċjetà kollha kemm hi,

H.

billi kienu biss 27,5 % tal-miżuri ppjanati fit-Tielet Programm ta' Azzjoni li ġew implimentati b'mod sħiħ, u billi għalhekk hemm bżonn ta' għanijiet u miżuri konsiderevolment aktar ambizzjużi biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq, aktar milli ġew proposti s'issa mill-Kummissjoni,

I.

billi l-qafas leġislattiv għal regolamenti u direttivi bbażat fuq data xjentifika għadu ma ġiex utilizzat bis-sħiħ, u billi l-liġi Ewropea implimentata tista' tgħin biex issalva l-ħajjiet,

J.

billi ħafna miżuri leġiżlattivi biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq, bħalma hi d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq, diġà ġew adottati u se jidħlu fis-seħħ fis-snin li ġejjin,

K.

billi l-Kummissjoni naqset milli tippreżenta proposta għal programm ġdid ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq qabel ma ntemm it-tielet programm ta' azzjoni,

L.

billi l-possibilta' li wieħed jinqatel fit-triq, għal kull kilometru kopert, hija 9 darbiet għal persuni miexja fit-triq, għal sewwieqa tar-rota 7 darbiet u għal sewwieqa tal-mutur 18 -il darba iktar għolja minn dik ta' passiġġieri f'karrozza,

M.

billi madwar 55 % tal-inċidenti mortali jiġru f'toroq rurali, 36 % f'żoni urbani u 6 % fuq l-awtostradi,

N.

billi jekk jiġi inkluż l-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura, 60 % tal-inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol huma inċidenti tat-triq,

O.

billi n-numru ta' vittmi tat-traffiku waqa' b'mod kontinwu iżda n-numru ta' inċidenti fatali li jinvolvu s-sewwieqa tal-muturi qed jistaġna u f'ħafna postijiet jiżdied,

P.

billi t-trasport pubbliku huwa ferm iktar sikur mit-trasport individwali bil-karrozzi,

Q.

billi l-angoli moħbija għas-sewwieqa tat-trakkijiet jirrappreżentaw periklu letali għaċ-ċiklisti u l-persuni mixjin fit-triq,

R.

billi l-Unjoni Ewropea tinstab konfrontata minn proċess ta' tibdil demografiku u allura għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-bżonnijiet tal-anzjani,

S.

billi żviluppi teknoloġiċi ġodda bħal dawk li jirrigwardaw vetturi ibridi u l-elettrifikazzjoni tal-magni, joffru sfidi ġodda għall-persunal tas-salvataġġ,

T.

billi l-implimentazzjoni tal-miżuri Ewropej, nazzjonali statali, reġjonali u lokali trid tkun ikkoordinata mill-qrib,

U.

billi d-Direttiva 2008/96/KE dwar is-sikurezza fl-Infrastruttura tat-Toroq tirrikjedi l-implimentazzjoni ta' verifiki ta' sikurezza fit-toroq u spezzjonijiet ta' sikurezza bħala parti mill-manutenzjoni regolari tat-triq; u billi din id-direttiva tapplika biss għall-infrastruttura tat-triq għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u b'hekk ħafna mit-toroq nazzjonali u dawk lokali jitħallew mingħajr regolamentazzjoni,

V.

billi l-ispezzjonijiet regolari tat-toroq Ewropej kollha minn entitajiet kompetenti huma element essenzjali għall-prevenzjoni ta' perikli possibbli għall-utenti tat-triq,

W.

billi d-data disponibbli dwar il-kawżi tal-inċidenti u l-korrimenti hi kruċjali biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq kif juru, fost l-oħrajn, il-proġetti VERONICA,

Referenzi

1.

Jilqa' l-komunikazzjoni attwali tal-Kummissjoni, iżda jitlob lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa s-l-proposti tagħha fi programm ta' azzjoni kompletament żviluppat sa tmiem 2011, li jkun jinkludi katalgu ta' miżuri dettaljati b'kalendarji ċari għall-implimentazzjoni tagħhom u strumenti tas-sorveljanza għal kontroll regolari tal-effikaċità tal-miżuri, kif ukoll rieżami ta' nofs iż-żmien;

2.

Jaqbel mal-idea tal-Kummissjoni li tgħid li biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq għandu jkun hemm approċċ koerenti, olistiku u integrat, u jitlob li l-eżiġenzi relattivi tas-sikurezza fit-toroq jiġu inklużi fl-oqsma ta' politika relevanti kollha; bħalma huma l-edukazzjoni, is-saħħa, il-politika ambjentali u dik soċjali u l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-kundizzjonijiet qafas għal trasport aktar sikur u li jagħmel anqas ħsara għall-ambjent, bħal mhu l-mixi, iċ-ċikliżmu u t-trasport pubbliku.

4.

Jissuġġerixxi, bħala kwistjoni ta' prijorità, l-ħatra ta' Koordinatur tas-Sikurezza fit-Toroq tal-UE, bħala parti mill-Kummissjoni Ewropea, minn issa sal-2014, li għandu:

jippromwovi – bħala personalità magħrufa fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport tat-triq – il-proġetti attwali fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, u jniedi oħrajn li jkunu innovattivi u ġodda, bl-esperjenza, il-kompetenzi esperti u l-kwalitajiet tiegħu

jikkoordina miżuri dwar is-sikurezza fit-toroq fil-Kummissjoni u bejn l-Istati Membri

jiffaċilita f'livell politiku għoli t-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' politiki effikaċi u koerenti tas-sikurezza fit-toroq li huma konformi mal-objettivi tal-UE

proġetti partikolari bħall-armonizzazzjoni ta' indikaturi, data u, kemm jista' jkun, pjanijiet nazzjonali tas-sikurezza fit-toroq

jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha

jikkoordina bejn il-livelli politiċi u akkademiċi relevanti sabiex iħalli lok għal approċċ multidixxiplinari;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi forum għall-kooperazzjoni fejn il-prosekuturi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-assoċċjazzjonijiet tal-vittmi u ċ-ċentri ta' monitoraġġ tas-sikurezza fit-toroq jistgħu jagħmlu skambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u jikkooperaw aktar mill-viċin dwar it-titjib fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sikurezza fit-toroq, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak transnazzjonali;

6.

Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni approprjata u infurzar aktar effikaċi ta' liġijiet u miżuri li diġa' ġew deċiżi; jinnota, fl-istess ħin, li l-marġini relattiva għal miżuri leġiżlattivi fuq livell tal-UE għadha ma ġietx eżawrita;

7.

Jiddispjaċih li l-baġit tal-UE għall-miżuri tas-sikurezza fit-toroq tnaqqas b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin u jitlob lill-Kummissjoni taqleb din it-tendenza;

8.

Jappoġġa bil-qalb kollha l-għan li minn issa sal-2020, in-numru totali ta' inċidenti mortali fit-triq jitnaqqas bin-nofs meta mqabbel mal-2010 u jitlob li, għall-istess perjodu, jiġu stabbiliti objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu, fosthom speċjalment

tnaqqis ta' 60 % fin-numru ta' tfal taħt l-14-il sena maqtula f'inċidenti fit-toroq,

tnaqqis ta' 50 % fin-numru ta' persuni mixjin fit-triq u sewwieqa tar-roti maqtula f'ħabtiet tat-traffiku, u

tnaqqis ta' 40 % fin-numru ta' persuni li jkorru b'mod gravi fuq il-bażi ta' definizzjoni standard għall-Unjoni Ewropea kollha, li għandha titfassal malajr;

Aspetti etiċi

9.

Jenfasizza li kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea m'għandux biss dritt għall-użu individwali tat-triq u għas-sikurezza fit-trasport bit-triq iżda hu għandu primarjament l-obbligu li jikkontribwixxi għas-sikurezza fit-toroq permezz tal-imġiba tiegħu; jikkunsidra li l-awtoritajiet pubbliċi u l-UE għandhom obbligu morali u politiku li jadottaw miżuri u azzjonijiet sabiex jittrattaw din il-problema soċjali;

10.

Ikompli jafferma l-konvinzjoni tiegħu li jeħtieġ ikun hemm strateġija kumplementari fuq żmien twil, li tmur lil hinn mil-limitu ta' żmien kopert mill-komunikazzjoni attwali u li jkollha l-iskop li telimina n-numru tal-vittmi kollha tat-traffiku ("Vision Zero"); peress li dan mhuwiex fattibbli mingħajr l-użu estensiv tat-teknoloġija fil-vetturi tat-toroq u l-iżvilupp ta' networks adegwati għall-STI, jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa l-karatteristiċi ċentrali ta' strateġija bħal din u tippreżentahom fit-tliet snin li ġejjin;

11.

Isostni li r-rispett għall-ħajja u għall-persuna umana għandu jiġi manifestat fi proċess kulturali u etiku komuni fejn it-triq tkun deliberatament interpretata bħala komunità umana;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrikonoxxu b'mod uffiċjali t-tielet Ħadd ta' Novembru bħala Jum it-Tifkira tal-Vittmi tat-Traffiku fit-Toroq, kif diġa għamlu n-Nazzjonijiet Unitit u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, sabiex titqajjem kuxjenza pubblika dwar din il-kwistjoni;

Prattiki tajbin u implimentazzjoni fi pjanijiet nazzjonali

13.

Jitlob lill-Kummissjoni tinforza l-iskambji ta' għerf u ta' prattiki tajbin fost l-Istati Membri, sabiex aktar Stati Membri jkunu jistgħu jiġu inkorporati fi pjanijiet nazzjonali, reġjunali u lokali ta' sikurezza fit-toroq, sabiex b'hekk l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu stabbiliti fuq bażi metodoloġika soda kemm jista' jkun, filwaqt li jikkontribwixxu biex joħolqu żona Ewropea tas-sikurezza fit-toroq;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-Karta Ewropea tas-Sikurezza fit-Toroq u biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' karti simili fuq livell reġjonali u lokali;

15.

Jenfasizza li l-objettivi ċari u kwantifikabbli jagħtu inkoraġġiment supplementari għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq u jirraprezentaw elementi indispensabbli għall-evalwazzjoni komparattiva tal-prestazzjonijiet, kif ukoll għas-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza fit-toroq; jikkunsidra li għandu jsir tentattiv biex il-kontribut mogħti minn Stati Membri individwali għall-ilħiq tal-miri fl-2020 jiġi kkwantifikat; iqis li dan il-kontribut għandu jintuża bħala gwida fid-definizzjoni tal-prijoritajiet għall-politiki nazzjonali dwar is-sikurezza fit-toroq;

16.

Jappoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tikkonvinċi lill-Istati Membri jħejju pjanijiet nazzjonali għas-sikurezza fit-toroq; jitlob biex it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta' dawn il-pjanijiet skont linji gwida konġunti armonizzati komuni jsiru obbligatorji; iżda jenfasizza li l-Istati Membri għandu jkollhom marġni kbira sabiex huma jkunu jistgħu jaġġustaw il-miżuri, il-programmi u l-iskopijiet rispettivi tagħhom skont il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni tiddedika mingħajr dewmien sena speċjali għat-trasport kummerċjali sikur bit-triq;

18.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal manwal tal-aħjar prattika dwar il-kura medika ta' dawk korruti fuq il-post fejn isiru inċidenti tat-traffiku biex ikun żgurat li jirċievu trattament mediku aktar malajr u b'mod aktar effikaċi, minħabba li dan hu fattur ċentrali fis-sopravvivenza ta' dawk korruti l-aktar gravement;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal, flimkien mas-sħab soċjali, strateġija biex tnaqqas in-numru ta' inċidenti li jsofru l-ħaddiema fi triqthom lejn ix-xogħol u lura; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkuraġġixxu n-negozji jfasslu pjanijiet tas-sikurezza fit-toroq; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel mill-aħjar li tistà biex tiżgura li jistgħu jinħarġu ċertifikati skont il-Karta Ewropea tas-Sikurezza fit-Toroq għan-negozji li jintroduċu pjanijiet tas-sikurezza fit-toroq għall-ħaddiema tagħhom;

Titjib tal-indikaturi u tad-data

20.

Iqis li d-data ta' kwalita' għolja u komparabbli, li tkopri l-utenti tat-triq kollha inklużi s-sewwieqa tar-roti u l-persuni mixjin fit-triq, hi rekwiżit indispensabbli għal politika b'suċċess dwar is-sikurezza fit-toroq;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal studju dwar l-impatt ekonomiku u soċjali ta' vittmi u korrimenti tat-traffiku fuq is-soċjetà fl-Istati Membri tal-UE;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni tapplika, minn issa sa tmiem l-2013, serje ta' indikaturi armonizzati fuq il-bażi tal-proġett SafetyNet, li permezz tagħhom tkun tista' ssir sorveljanza aħjar, kif ukoll jitfasslu evalwazzjonijiet ta' tqabbil sinifikanti tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri individwali;

23.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal, minn issa sal-2012, proposta għat-titjib tad-data disponibbli dwar il-kawżi ta' inċidenti u ta' korrimenti, kif ukoll data anonimizzata dwar l-estensjoni tal-korrimenti u l-iżvilupp sussegwenti tagħhom; jitlob barra minn hekk li ssir aktar riċerka multidixxiplinarja ddettaljata dwar l-inċidenti f'żoni rappreżentattivi tat-traffiku fl-Istati Membri kollha, bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal, minn issa sa sentejn oħra, definizzjonijiet ta' dawn it-termini: persuni li huma 'fil-periklu tal-mewt' wara li korrew, dawk li 'korrew b'mod serju' u dawk li 'korrew b'mod ħafif', sabiex jippermettu tqabbil bejn il-miżuri u r-riżultati tagħhom fl-Istati Membri;

25.

Jitlob l-iżvilupp ta' ċentru tal-UE għall-monitoraġġ tas-sikurezza fit-toroq, li jkollu d-dmir li jipprepara sommarju tal-inizjattivi attwali dwar il-ġbir ta' data, li jagħmel proposta bl-għan li jittejbu l-iskambji tad-data, kif ukoll biex jiġbor id-data minn databases attwali u l-għerf miksub mill-implimentazzjoni ta' proġetti tal-UE bħal Safety Net, VERONICA jew DaCoTa u biex jagħmilhom aċċessibbli għal kulħadd b'format li jiftiehem faċilment u li jiġi aġġornat kull sena,

26.

Jitlob lill-Istati Membri jonoraw l-obbligi eżistenti għat-trażmissjoni tad-data u jagħmlu progress konkret favur l-iskambju tad-data fil-każ ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku transkonfinali; jitlob lill-Istati Membri jarmonizzaw is-sistemi ta' ġbir ta' data permezz ta' softwer ta' trażmissjoni f'ħin reali għal data sensittiva, li għandu jiddaħħal gradwalment sal-2014;

Oqsma ta' azzjoni

Titjib fit-taħriġ u l-imġiba tal-utenti tat-triq

27.

Jenfasizza li l-attenzjoni, il-konsiderazzjoni ta' ħaddieħor u r-rispett reċiproku, u l-osservanza tar-regoli, li huma direttament relatati mal-bżonn ta' titjib sistematiku fil-kwalità tat-taħriġ mill-iskejjel tas-sewqan u fil-kwalità tal-proċeduri għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan, huma fundamentali għas-sikurezza fit-toroq;

28.

Huwa tal-opinjoni li għandha tingħata aktar importanza għall-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja fil-qasam tat-trasport bit-triq, u għalhekk jappoġġa l-attivitajiet taċ-ċentri tas-sewqan sikur bħala forma effettiva ta' taħriġ sistemiku tas-sewwieqa fil-kuntesti kollha tax-xogħol u l-ħin liberu; huwa tal-opinjoni li l-edukazzjoni dwar it-traffiku u l-programmi ta' taħriġ għall-utenti tat-toroq għandhom jibdew minn età żgħira kemm fil-familja, kif ukoll fl-iskola u għandhom jinkludu s-sewqan tar-rota, il-mixi u l-użu tat-trasport pubbliku;

29.

Jitlob miżuri biex jitjieb it-taħriġ ta' sewwieqa ġodda, bħas-sewqan akkompanjat minn 17 -il sena 'l fuq, jew l-introduzzjoni ta' sistema ta' Għoti Gradwali tal-Liċenzja tas-Sewqan għat-taħriġ tas-sewwieqa li jinvolvi l-istruzzjoni prattika anke wara li sewwieq ikun għadda mill-eżami tiegħu jew tagħha; jitlob, barra minn dan, l-introduzzjoni ta' taħriġ obligatorju dwar is-sikurezza għaż-żgħażagħ u l-utenti ġodda tat-triq sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw esperjenza prattika biex jaffaċċjaw varjetà ta' sitwazzjonijiet perikolużi;

30.

Jitlob li, fil-kuntest tat-taħriġ tas-sewwieqa, bħala wieħed mill-elementi prinċipali fl-edukazzjoni ta' sewwieqa ġodda li jakkwista jew itejjeb is-sikurezza fit-toroq, tingħata attenzjoni b'urġenza lill-kawżi prinċipali tal-mewt u korriment gravi fit-toroq, bħal veloċita' għolja, abbuż ta' alkoħol u drogi, jew mediċini li jaffettwaw il-kapaċità fis-sewqan, nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sigurta' jew ta' tagħmir protettiv ieħor, bħal ma' huma l-elmi għas-sewwieqa ta' vetturi b'żewġ roti, l-użu ta' apparat mobbli għall-komunikazzjoni, u l-għejja;

31.

Hu konvint mill-bżonn ta' edukazzjoni aħjar tas-sewwieqa ġodda rigward ir-rwol tat-tajers għas-sikurezza fit-toroq u l-bżonn li jiġu osservati r-regoli bażiċi għall-manutenzjoni xierqa tat-tajers u l-użu tat-tajers; jitlob għalhekk lill-Istati Membri jimplimentaw, b'mod xieraq u f'waqtu, id-Direttiva dwar il-Liċenzja tas-Sewqan u d-dispożizzjonijiet fiha li jkopru l-inklużjoni mandatorja ta' sezzjoni dwar l-għarfien dwar it-tajers, kif ukoll sezzjoni dwar il-manutenzjoni bażika tal-karozza b'mod ġenerali fl-eżami tas-sewqan;

32.

Jikkunsidra li, waqt il-lezzjonijiet tas-sewqan tal-vetturi, għandha tingħata aktar attenzjoni għall-fenomenu ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti u l-viżibbiltà tagħhom;

33.

Jitlob biex l-istruzzjoni tas-sewqan u l-eżamijiet tas-sewqan jagħtu aktar prijorità lis-sikurezza marbuta mal-irbit tat-tagħbija fit-trasport privat;

34.

Jitlob biex ikun hemm korsijiet obbligatorji ta' tagħrif mill-ġdid dwar l-Ewwel Għajnuna, kull għaxar snin, għad-detenturi kollha tal-liċenzja tas-sewqan;

35.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu sistemi specjali ta’ tnaqqis ta’ punti għall-aktar kontravenzjonijiet perikolużi bħala l-aktar suppliment effiċjenti għall-multi f'forma ta' flus;

36.

Jissuġġerixxi l-użu ta' sistemi li ma jippermettux l-istartjar ta' vetturi f'każ ta' livelli eċċessivi ta' alkoħol fid-demm (alcolocks) fil-vetturi ta' sewwieqa li diġa' għandhom aktar minn kundanna waħda ta' sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, bħala miżura ta’ integrazzjoni mill-ġdid;

37.

Jitlob eżami tal-għajnejn għas-sewwieqa kollha tal-kategoriji A u B kull għaxar snin u kull 5 snin għas-sewwieqa li għandhom aktar minn 65 sena; jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu eżami mediku obbligatorju għal sewwieqa ta' ċertu età, biex jidentifikaw l-abbiltà fiżika, mentali u psikoloġika meħtieġa biex ikomplu jsuqu abbażi tad-data statistika tal-inċidenti għall-gruppi tal-età rispettivi tagħhom;

38.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal, kull tliet snin, kampanji ta' sikurezza fit-toroq dwar suġġett speċifiku u biex sistematikament tuża l-mezzi ta' komunikazzjoni li kibru b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-Karta ta' Sikurezza fit-Toroq għal dawn il-kampanji;

39.

Jitlob lill-Kummissjoni titratta, bħala parti mis-sikurezza tat-toroq, in-numru ta' inċidenti mortali fil-passaġġi invellfejn l-inċidenti ħafna drabi huma kkaġunati minn imġieba mhux xierqa mill-parti tal-utenti tat-triq, inkluż it-teħid eċċessiv ta' riskji, nuqqas ta' attenzjoni u nuqqas ta' fehim tas-sinjali tat-toroq;

Armonizzazzjoni u implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq

40.

Jitlob l-armonizzazzjoni tas-sinjali u r-regoli tat-traffiku sal-2013; jinnota li s-sinjali għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba biex jiżguraw li jkunu viżibbli b'mod ċar u li jinbidlu fi żmien xieraq, meta dan ikun neċessarju minħabba l-bidliet fil-kundizzjonijiet;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni tadotta kemm jista' jkun malajr l-ispeċifikazzjonijiet tas-Sistema ta' Trasport Intelliġenti (STI) għall-azzjonijiet ta' prijorità relatati mas-sikurezza u s-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 3, ittri (b) sa (f), tad-Direttiva 2010/40/UE dwar is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti;

42.

Jikkunsidra li l-infurzar tad-dispożizzjonijiet eżistenti hi bażi ċentrali tal-politika tas-sikurezza fit-toroq tal-UE; jitlob titjib fl-iskambu bejn l-Istati Membri dwar il-kontravenzjonijiet tat-traffiku fl-Istati Membri individwali u biex dawk li jwettqu l-kontravenzjonijiet jiġu mħarrka skont il-liġi nazzjonali applikabbli, u jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu, f'dak ir-rigward, miri nazzjonali annwali għall-kontrolli tal-veloċità żejda, is-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew id-droga u l-użu taċ-ċinturini tas-sigurtà u tal-elmi, u jieħdu azzjoni determinata sabiex jiżguraw li tali kontrolli jitwettqu;

43.

Jindika r-rwol importanti li għandha l-organizzazzjoni TISPOL fl-iskambju tal-prattiki ppruvati għall-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku;

44.

Jenfasizza li approċċ armonizzat u effikaċi lejn il-kontrolli huwa essenzjali għat-traspożizzjoni tar-regoli soċjali fit-trasport bit-triq (ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 u r-Regolament(KEE) Nru 3821/85), li huma verament importanti għas-sikurezza fit-toroq; jitlob għal darb' oħra lill-Kummissjoni, għaldaqstant, taġixxi fuq it-talbiet li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar penali għall-ksur serju ta’ regoli soċjali fit-trasport bit-triq;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ sabiex is-sewwieqa tat-trakkijiet fit-tul ikunu jistgħu jgħaddu l-perjodi ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa f'darhom, dejjem jekk dan jista' jintlaħaq mingħajr ma jiġu kompromessi l-objettivi tal-Unjoni Ewropea tas-sikurezza fit-toroq; jemmen li r-restrizzjonijiet fuq il-moviment tat-trasport tal-merkanżija għandhom bżonn jiġu armonizzati madwar l-Unjoni Ewropea;

46.

Jilqa' l-adozzjoni tat-tieni qari tad-Direttiva dwar l-iskambju ta' informazzjoni transkonfinali dwar il-kontravenzjonijiet tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, li tirrappreżenta pass ieħor 'il quddiem biex titjieb is-sikurezza fit-toroq b'valur miżjud ċar għall-UE,jinsab ħerqan għar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u għal proposti leġiżlattivi ġodda biex jitjieb l-infurzar transkonfinali li se jinkludi l-Istati Membri kollha;

47.

Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa, bħala l-ewwel pass, l-iżvilupp ta' tekniki biex jinqabdu s-sewwieqa taħt l-influwenza ta' drogi u mediċini li jeffettwaw il-kapaċità tagħhom li jsuqu u, bħala t-tieni pass, tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE li tipprojbixxi s-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi jew tal-mediċini msemmija hawn fuq, b'infurzar effettiv;

48.

Jitlob biex il-limitu tal-alkoħol fid-demm jiġi armonizzat mal-UE kollha; jirrakkomanda limitu ta' toleranza ta' 0 ‰ b'medda ta' tolleranza żgħira u, fuq bażi xjentifika tal-kejl għal sewwieqa ġodda matul l-ewwel sentejn u l-ħin kollu għal sewwieqa professjonali;

49.

Jitlob l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kontroll, li permezz tagħhom jista' jiġi wkoll stabbilit u kkastigat b'mod sistematiku l-ksur tal-limiti tal-veloċità tas-sewwieqa tal-muturi;

50.

Jitlob projbizzjoni mal-Ewropa kollha fuq il-manifattura, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tas-sistemi li javżaw lis-sewwieq bil-kontrolli tat-traffiku (eż.avviżi dwar speed cameras jew apparat għall-iġġammjar tal-laser, jew sistemi ta’ navigazzjoni li jindikaw awtomatikament dawn il-kontrolli);

51.

Jitlob l-introduzzjoni ta' projbizzjoni madwar l-UE tal-użu tas-servizz tal-messaġġi, tal-posta elettronika u tan-navigazzjoni fl-internet waqt is-sewqan ta' vettura bil-mutur, li għandha tiġi infurzata minn Stati Membri billi tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal, fi żmien sentejn, proposta leġiżlattiva għal approċċ armonizzat dwar it-tajers tax-xitwa għall-vetturi għall-passiġġiera, xarabankijiet u trakkijiet fir-reġjuni tal-UE filwaqt li tikkunsidra l-kundizzjonijiet tat-temp ta' kull Stat Membru;

53.

Jistenna li l-Kummissjoni, sal 2015, terġa' teżamina l-implimentazzjoni tat-tielet direttiva tal-liċenzja tas-sewqan u tagħmilha konformi mat-tibdil taċ-ċirkustanzi, u titlob, fost l-oħrajn, li jiġi kkunsidrat kif dovut il-fatt li l-użu privat tal-vetturi M1 b'toqol li jaqbeż it-3,5 tunnellati – b'mod partikolari fi djar mobbli – huwa fattwalment mhux possibbli aktar; jitlob biex it-taħriġ fis-sewqan ta' djar mobbli b'toqol b'limitu ta' piż marġinali ta' 3,5 tunnellati ikun aċċessibbli mhux biss għal persuni b'liċenzja fil-kategorija C maħsuba għal sewwieqa ta' vetturi kummerċjali, iżda ukoll għal persuni b'liċenzja fil-kategorija B maħsuba għall-utenti tat-triq privati;

54.

Jirrakomanda bi sħiħ li jiġi imponut limitu ta' veloċità ta' 30 km fis-siegħa fiż-żoni residenzjali u fuq it-toroq ta' karreġjata waħda kollha fiż-żoni urbani li m'għandhomx karreġjata separata għar-roti, bl-għan li l-utenti tat-triq vulnerabbli jkunu protetti b'mod aktar effettiv;

Aktar sikurezza fl-infrastrutturi tat-triq

55.

Jappoġġa bil-qalb kollha l-approċċ tal-Kummissjoni li ġeneralment jassigura appoġġ finanzjarju għal dawk l-infrastrutturi li huma konformi mad-Direttivi tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq u s-sikurezza tal-mini; inkluż il-bini ta' toroq ta' klassi aktar baxxa; jitlob f'dan ir-rigward biex l-isforzi f'setturi transkonfinali jkunu kkonċentrati b'mod partikolari fuq it-tnaqqis fin-numru ta' sezzjonijiet perikolużi ħafna, tal-partijiet tat-toroq fejn ikun hemm l-iktar inċidenti u tal-passaġġi invell;

56.

Itenni li infrastruttura tat-triq ippreżervata tajjeb tikkontribwixxi fit-tnaqqis tal-imwiet u korrimenti tal-utenti tat-triq; jitlob lill-Istati Membri jippreżervaw u jiżviluppaw l-infrastruttura tat-toroq tagħhom permezz ta' manutenzjoni regolari u metodi innovattivi bħal marki intelliġenti tat-toroq li juru d-distanzi ta' sigurtà u d-direzzjoni tal-ivvjaġġar, u infrastruttura tat-toroq li hija passivament sikura; jenfasizza li l-istandards tas-sinjali tat-toroq, partikolarment rigward ix-xogħlijiet fit-toroq, għandhom jiġu rispettati peress li huma kruċjali għal livell għoli ta' sikurezza fit-toroq.

57.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni għall-ippjanar tat-triq, jappoġġjaw aktar l-implimentazzjoni ta' miżuri kost-effikaċi diġà disponibbli u jinkuraġġixxu riċerka li biha dawk li jfasslu l-politka jkunu jistgħu jifhmu aħjar kif l-infrastruttura tat-triq għandha tiżviluppa biex ittejjeb is-sikurezza fit-toroq u biex jakkomodaw il-bżonnijiet speċifiċi ta' popolazzjoni li qed tixjieħ u tal-utenti vulnerabbli tat-triq;

58.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq il-grupp ta' utenti l-aktar vulnerabbli (l-utenti ta' vetturi b'żewġ roti, il-persuni mixjin fit-triq, eċċ.), fejn il-figuri tal-inċidenti għadhom għoljin wisq; jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-industrija jżommu dawn it-tip ta' utenti f'moħħhom meta jiddiżinjaw l-infrastruttura u t-tagħmir tat-triq, biex it-toroq mibnija jkunu sikuri għall-utenti kollha; jitlob, fil-kuntest tal-ippjanar u l-manutenzjoni tat-triq, li tingħata aktar attenzjoni lill-miżuri infrastrutturali biex jipproteġu lis-sewwieqa tar-roti u l-persuni mixjin fit-triq, eż. il-miżuri ta' separazzjoni tat-traffiku, l-espansjoni tan-netwerks tal-mogħdijat għar-roti u l-arranġamenti għal aċċess mingħajr ostakli u l-postijiet minn fejn il-persuni mixjin fit-triq ikunu jistgħu jaqsmu;

59.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li s-siti ta' xogħlijiet fit-toroq isiru aktar sikuri permezz ta' linjigwida għall-ippjanar u t-tagħmir ta' siti, li għandhom ikunu standardizzati, kemm jista' jkun possibbli, fil-livell Ewropew, sabiex is-sewwieqa ma jaffaċċjawx ċirkustanzi ġodda u mhux familjari f'kull pajjiż; jitlob linji gwida, li għandhom jinkludu sinjali tajbin, it-tneħħija tal-marki oriġinali tat-triq, l-użu ta' ċnut u barrieri protettivi, l-immarkar tad-direzzjoni tal-karreġġjati b'sinjali ta' twissija jew sinjali u marki li juru liwjiet fit-triq, l-evitar ta' liwjiet dojoq ħafna u l-iżgurar tas-sikurezza bil-lejl;

60.

Jenfasizza l-bżonn ta' toroq b'uċuħ adegwati li jżidu r-reżistenza għaż-żlieq, il-prestazzjoni klimatika u meteoroloġika, u l-viżibilità u li jirrikjedu ftit manutenzjoni, biex b'hekk tiżdied is-sikurezza tal-infrastruttura għall-utent;

61.

Jitlob użu mifrux ta' sinjali li juru l-veloċità tal-vettura f'mument partikolari, u jitlob sforzi biex is-sinjali jkunu aktar viżibbli u jinftehmu billi jiġi evitat l-użu ta' taħlita ta' sinjali li huma diffiċli biex tifhimhom;

62.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-infrastruttura nazzjonali tat-triq li mhix inkluża fin-netwerk tat-TEN-T titjieb ukoll mill-perspettiva tas-sikurezza fit-toroq, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-UE fejn l-infrastruttura u is-sikurezza tat-traffiku hi ta' kwalità baxxa;

63.

Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika, u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri adattati li jevitaw inċidenti fit-toroq rurali, fiż-żoni rurali u fil-mini, u biex inaqqsu l-ħsara kkawżata minnhom;

64.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jitolbu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom biex jippjanaw it-toroq tagħhom b'tali mod li ma joħolqux perikli għall-vetturi bil-mutur b'żewġ roti; jindika li l-pjanċi protettivi li wieħed normalment isib fit-tarf tat-toroq Ewropej jirrapreżentaw periklu mortali għas-sewwieqa tal-muturi u jitlob lill-Istati Membri jieħdu azzjoni (inkluż it-tibdil tal-pjanċi protettivi eżistenti) minnufih biex jekwipaġġaw sezzjonijiet kritiċi tat-triq bi pjanċi b'elementi għoljin u baxxi, kif ukoll sistemi alternattivi oħra ta' barrieri tat-triq, f'konformità mal-Istandard EN 1317 sabiex jitnaqqsu r-riperkussjonijiet tal-inċidenti għall-utenti kollha tat-triq; jiġbed l-attenzjoni għall-periklu għas-sewwieqa tal-muturi maħluq mill-irqajja' tat-tarmak, li joffru ferm anqas qbid mill-uċuħ tat-triq normali tal-asfalt;

65.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi linji gwida għall-promozzjoni tal-aħjar prattika f'miżuri biex jitnaqqas it-traffiku, ibbażata fuq l-innovazzjoni fiżika u ottika, fost l-oħrajn billi tiġi applikata riċerka kofinanzjata mill-UE u proġetti ta' żvilupp, dwar it-tnaqqis fit-traffiku bl-għan li jitnaqqsu l-inċidenti, it-tniġġis tal-arja u tal-istorbju;

66.

Jitlob lill-Istati Membri jfasslu u jaġġornaw b'mod regolari, mappa tal-aktar partijiet tat-toroq fejn ikun hemm l-iktar inċidenti perikolużi fin-netwerks tat-toroq tagħhom, li għandha tkun disponibblu għall-pubbliku u li tkun aċċessibbli permezz tas-sistemi ta' navigazzjoni tal-karrozzi;

67.

Hu tal-fehma li l-kunċetti ta' toroq li jkunu awtoevidenti (self-explaining road) u ta' żoni mhux perikolużi fil-ġenb tat-triq (forgiving roadside) huma integrali għall-politika tas-sikurezza fit-toroq u għalhekk għandhom jiġu promossi permezz tal-fondi tal-UE u l-iskambju kontinwu tal-aħjar prattiki;

68.

Jitlob lil-Istati Membri biex iż-żieda tar-rumble strips ssir parti integrali mill-bini tat-toroq u x-xogħlijiet ta' tiswija;

69.

Jiġbed l-attenzjoni għall-perikli partikolari maħluqa mill-passaġġi invell, u jitlob lill-Istati Membri, meta jibnu jew jibnu mill-ġdid passaġġi bħal dawn, jinkorporaw bidla fil-livell, jew f'toroq sekondarji, jinstallaw barrieri minn naħa għall-oħra tat-triq;

70.

Jirreferi għad-Direttiva 2008/96/KE dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza fl-Infrastruttura tat-Toroq b'referenza għall-ħtieġa ta' numru adegwat ta' parkings sikuri ħdejn l-awtostradi; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati l-ħinijiet tas-sewqan u tas-serħan u li jiġi introdott reġim ta' sanzjonijiet armonizzati, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu kemm numru biżżejjed ta' parkings (kriterju tal-kwantità), kif ukoll parkings li joffru sigurtà u sikurezza u li jikkorrispondu ma' standards soċjali minimi u li huma provvduti b'servizzi ta' manutenzjoni u assistenza (kriterji tal-kwalità) għa-sewwieqa tat-trasport professjonali tal-merkanzija; jitlob biex parkings bħal dawn jiġu previsti meta l-infrastruttura tat-triq tkun fl-istadju ta' ppjanar, jew tkun se tinbidel għall-aħjar, u biex l-ispejjeż tal-bini jiġu kkunsidrati eleġibbli għall-kofinanzjament skont il-programmi Komunitarji (pereżempju l-programm TEN-T)

71.

Jitlob projbizzjoni fuq is-sorpass minn trakkijiet f'sezzjonijiet perikolużi tal-awtostradi;

72.

Jitlob lill-Istati Membri u l-operaturi tat-toroq jipprovdu faċilitajiet ippjanati kif xieraq, li jtejbu s-sikurezza, li huma mgħammra bis-sinjali tat-traffiku u mixgħula sew, u b'hekk ikunu aktar faċli biex jintużaw speċjalment għas-sewwieqa tal-muturi u tar-roti;

Ħruġ fis-suq ta' vetturi sikuri

73.

Jirrakomanda li t-twaħħil ta' alcolocks – b'medda ta' tolleranza żgħira fuq bażi xjentifika tal-kejl – għat-tipi ġodda kollha ta' vetturi għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri u tal-merkanzija jsir mandatorju; jitlob lill-Kummissjoni tipprepara sal-2013 proposta għal Direttiva għat-twaħħil tal-aloclocks, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet relevanti għall-implimentazzjoni teknika tagħha;

74.

Jitlob lill-Kummissjoni tkompli tiffoka fuq it-titjib tas-sigurtà passiva tal-vetturi, pereżempju permezz ta' sistemi avvanzati tal-immaniġġjar tal-ħbit, b'mod partikolari biex titjieb il-kwistjoni ta' kompatibilità bejn karrozzi kbar u karrozzi żgħar u bejn vetturi b'tagħbija tqila u karrozzi jew vetturi b'tagħbija ħafifa; jitlob biex ikompli jiġi enfasizzat it-tnaqqis tas-serjetà tal-ħabtiet f'każ ta' utenti vulnerabbli tat-toroq; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-mezzi ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem b'tali mod li tiddefinixxi l-aħjar kapaċità għall-assorbiment tal-enerġija u l-aħjar għoli tal-mezzi ta' protezzjoni tal-qiegħ li huma meħtieġa biex jipprovdu protezzjoni effettiva lis-sewwieqa ta' vetturi f'każ ta' ħabta;

75.

Jitlob lill-Kummissjoni fi żmien sentejn tippreżenta rapport dwar sa liema punt il-protezzjoni aħjar tal-passiġġieri permezz ta' twavel A, B u C imsaħħa tal-vetturi tikkomprometti l-vista 360° tas-sewwieqa, ġew imtejba, u jekk dan ikollux riperkussjonijiet fuq is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq;

76.

Jitlob lill-Kummissjoni fi zmien sentejn tippreżenta rapport dwar l-aspetti relevanti tas-sikurezza tal-mobilita' elettrika, inklużi l-'e-bikes' u l-'pedelecs';

77.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta sal-2013 proposta maħsuba b'tali mod li tiżgura li kull vettura ġdida tkun mgħammra b'mod standard b'sistema mtejba biex tfakkar lil dak li jkun jilbes iċ-ċinturin ta' sigurtà li tagħti sinjali kemm bil-ħoss kif ukoll viżivi;

78.

Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-utilità tal-installazzjoni ta' sistemi tat-twissija kontra l-għejja u tagħmilhom obbligatorji jekk xieraq;

79.

Jitlob lill-manifatturi tal-karrozzi jagħtu attenzjoni speċjali, waqt li jkunu qed jiżviluppaw karozzi elettriċi u teknoloġiji oħra ta’ magni, biex, f'każ ta' inċident, jipproteġu b'mod effettiv kemm lill-passiġġieri, kif ukoll lil min jagħti l-ewwel għajnuna u l-membri tas-servizzi ta' slavataġġ, kontra sorsi ta' perikli ġodda li jistgħu jaffaċċjaw;

80.

Jitlob lill-Istati Membri jikkontrollaw b'mod effikaċi u sostantiv, fl-importazzjoni ta' aċċessorji, komponenti u partijiet tal-bdil ta' vetturi bil-mutur, muturi u roti, sabiex jiżguraw li huma adattati u li jissodisfaw standards stretti ta' protezzjoni għall-konsumaturi Ewropej;

81.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra fid-dettall ir-rabta possibbli bejn it-teknoloġija mtejba ta' sikurezza ta' vetturi u t-tnaqqis fis-sensibilizzazzjoni tas-sewwieqa dwar ir-riskji u tirrappreżenta rapport lill-Parlament dwar dan il-fatt fi żmien sentejn;

82.

Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi żona Ewropea waħda għall-ispezzjonijiet regolari tekniċi tal-vetturi bil-mutur kollha u s-sistemi elettroniċi relatati mas-sikurezza; jistenna li l-istandards l-aktar stretti u uniformi jiffurmaw il-bażi għal spezzjonijiet bħal dawn; jistenna li korpi tal-ispezzjoni indipendenti ċċertifikati fuq il-bażi ta' standard armonizzat ikunu responsabbli biex iwettqu spezzjonijiet u joħorġu ċertifikati li vettura tkun f'kundizzjoni tajba għat-triq; jistenna li r-rikonoxximent reċiproku ta' tali ċertifikati ta' kundizzjoni tajba għat-triq ikun garantit;

83.

Jitlob lill-Kummissjoni fi żmien sentejn, tiddefinixxi standards komuni għall-kontrolli tekniki li għandhom jitwettqu fuq il-vetturi li jkunu ġew involuti f'inċidenti serji;

84.

Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi standards ogħla tas-sikurezza tal-vetturi, bħal fil-każ tat-teknoloġija tal-vetturi, bħala mezz ta' prevenzjoni tal-ħabtiet; jenfasizza r-rwol importanti li jiżvolġu s-sistemi ta' traffiku intelliġenti (STI) fit-tnaqqis tan-numru ta' mwiet minħabba inċidenti tat-traffiku, itenni l-potenzjal ekoloġiku ta' karrozzi intelliġenti u toroq intelliġenti, kif ukoll tal-proġetti pilota R&D għal mezzi V2V u V2R; u jitlob kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri jiffukaw fuq l-użu tas-STI, mhux biss fuq toroq li jiffurmaw parti mit-TEN;

85.

Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards komuni għat-tajers tal-vetturi, b'mod partikolari għall-fond tal-wiċċ (tread) tat-tajer u l-pressjoni tat-tajer, u tintroduċi kontrolli korrispondenti; jappoġġa l-inklużjoni ta' kontrolli tat-tajers fit-testijiet regolari li jsiru fuq il-vetturi biex jiċċertifikaw li jkunu f'kundizzjoni tajba għat-triq; jappoġġa infurzar aktar effettiv ta' regoli relatati mat-tajers permezz ta' spezzjonijiet li jsiru aktar frekwenti fit-triq; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi speċifikazzjonijiet għas-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) bl-għan li tassigura li t-tajers jijintużaw kif suppost, li jwasslu għal benefiċċji kemm għas-sikurezza fit-toroq kif ukoll għall-ambjent;

Teknoloġiji moderni għal vetturi, infrastruttura u servizzi tal-emerġenza

86.

Jitlob biex id-dettalji dwar informazzjoni dwar 'l-istat tat-triq', informazzjoni dwar sezzjonijiet tat-triq li huma estremament perikolużi jew mhux tas-soltu u dwar ir-regoli tat-traffiku attwalment fis-seħħ fi Stati Membri individwali (pereżempju rigward limiti tal-veloċità u livell massimu awtorizzat BAC) jiġu provvduti lil utenti tat-triq, pereżempju bl-għajnuna ta' sistemi intelliġenti tat-trasport, qabel u waqt il-vjaġġ; jistenna li l-potenzjal tas-Sistema ta' Navigazzjoni Satellitari Ewropea Galileo se tiġi sfruttata bis-sħiħ f'dan il-qasam;

87.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva, inkluż kalendarju u proċedura dettaljata tal-approvazzjoni, sa tmiem l-2012, li tkun tipprovdi għall-introduzzjoni gradwali, inizjalment fil-vetturi tal-kiri u sussegwentament fil-vetturi kummerċjali u privati wkoll, ta' sistema integrata ta' rekordjar tal-inċidenti b'qari standardizzat li jirrekordja l-informazzjoni relevantiqabel, waqt u wara l-inċidenti ('Reġistrazzjoni ta' Data tal-Avvenimenti'); jenfasizza, f'dak ir-rigward, il-bżonn li l-informazzjoni personali tal-individwu tiġi protetta u li l-informazzjoni rrekordjata tintuża esklussivament għar-riċerka dwar l-inċidenti;

88.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal proposta għat-tagħmir ta' vetturi b'sistemi intelliġenti ta' assistenza tal-veloċità, li tkun tinkludi kalendarju, proċedura ta' approvazzjoni u deskrizzjoni tal-infrastruttura tat-toroq neċessarja;

89.

Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa azzjonijiet li jistimulaw il-klijenti biex, meta jixtru vetturi, jibdew jużaw teknoloġiji innovattivi tas-sikurezza tal-vetturi, li ħafna minnhom għadhom mhumiex obbligatorji iżda li għandhom benefiċċji ta' sikurezza li jistgħu jiġu ppruvati; jitlob lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni jkunu aktar lesti joffru rati favorevoli għas-sewwieqa li l-vetturi tagħhom huma mgħammra b'sistemi ta' sikurezza li wrew li jevitaw inċidenti jew li jnaqqsu l-ħsara li jikkawżaw;

90.

Jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju dwar it-teknoloġiji ġodda, li jistgħu jgħinu jtejbu s-sikurezza fit-toroq, bħal mhuma s-sistemi innovattivi (eż. adattabbli) tal-fanali ta' quddiem;

91.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tagħha tad-Direttiva 2007/38/KE; jitlob biex jiġi kkunsidrat l- avvanz teknoloġiku billi t-trakkijiet kollha jiġu mgħammra b'mirja speċjali li juru wara, tagħmir ta' kamera/monitoraġġ jew strumenti tekniċi oħrajn li jeliminaw il-partijiet mhux viżibbli, sabiex jipprevjenu, partikolarment, inċidenti li jinvolvu ċiklisti u persuni li jkunu mixjin li jsibu ruħhom fil-partijiet mhux viżibbli tas-sewwieq;

92.

Jilqa' l-għan iddikkjarat mill-Kummissjoni li tagħti aktar attenzjoni lis-sikurezza tas-sewwieqa tal-muturi,

93.

Jikkunsidra l-introduzzjoni obbligatorja f'fażijiet tas-sistemi kontra l-imblukkar tal-brejkijiet fuq il-muturi ġodda kollha bħala miżura importanti li tista' tnaqqas b'mod sostanzjali n-numru ta' inċidenti serji tal-muturi;

94.

Jitlob lill-Istati Membri jieħdu passi biex jiżguraw li r-rekwiżiti imponuti fuq vetturi kummerċjali jiġu fuq l-istess livell tal-kundizzjonijiet tekniċi, eż. rigward mezzi ta' twissija kontra l-għejja u d-distrazzjoni;

95.

Jirrakomanda t-twaħħil ta' sistemi tal-kondizzjonar tal-arja għat-tipi l-aktar ġodda ta' trakkijiet għall-bogħod u f'każ ta' tipi aktar qodma abbażi tal-fattibilità teknika; huwa tal-opinjoni li dawn is-sistemi għandhom jaħdmu wkoll meta l-magna tkun wieqfa, sabiex jiggarantixxu l-mistrieħ adegwat għas-sewwieq tal-vettura; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikklassifika t-terminu 'faċilitajiet għall-irqad xierqa' rigward l-Artikolu 8.8 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

96.

Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li bi ħsiebha tħaffef l-introduzzjoni tal-"eCall" u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra, fis-sentejn li ġejjin, jekk għandhiex tiġi estiża għall-muturi, il-vetturi kummerċjali tqal u x-xarabankijiet, b'mod parikolari rigward l-bżonnijiet speċjali ta' persuni b'diżabilità, u, jekk hu xieraq, tagħmel proposti li jikkorrispondu;

97.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal miżuri biex tappoġġa u tipproteġi membri tas-servizzi tas-salvataġġ f'każ ta' inċidenti, bħall-possibilità li tiġi identifikata jew miksuba informazzjoni fuq il-post dwar it-tip ta' magna tal-vettura, it-tagħmir passiv tas-sikurezza, bħall-airbags, jew l-użu ta' materjal speċifiku, kif ukoll l-informazzjoni teknika relevanti fir-rigward tas-salvataġġ dwar kull mudell ta' karrozza, sabiex titħaffef l-operazzjoni ta' salvataġġ;

Protezzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq

98.

Jitlob li tingħata kunsiderazzjoni akbar lill-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq bħal motoċiklisti, persuni mixjin fit-triq, ħaddiema li jmantnu t-toroq, ċiklisti, tfal, persuni anzjani u persuni b'diżabbiltà bħala elementi integrali tas-sikurezza fit-toroq, pereżempju permezz tal-użu ta' teknoloġiji innovattivi fil-vetturi u fl-infrastruttura; jitlob li tingħata aktar attenzjoni għall-bżonnijiet tal-anzjani u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa bħala utenti tat-triq; jitlob, f'dak ir-rigward, lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi għall-prevenzjoni ta' inċidenti relatati mal-anzjanità u li jagħmluha aktar faċli li l-anzjani jibqgħu utenti attivi tat-triq; jirrakomanda l-użu tal-barrieri tas-sikurezza tat-toroq b'uċuħ lixxi u l-introduzzjoni ta' karreġġjati speċjali għall-utenti vulnerabbli;

99.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jippromwovu skemi ta' 'rotot sikuri lejn l-iskola' biex tiżdied is-sikurezza tat-tfal; jindika li, minbarra l-introduzzjoni tal-limiti ta' veloċità u t-twaqqif ta' pulizija tat-traffiku tal-iskola, għandu jiġi żgurat li l-vetturi użati bħala xarabankijiet tal-iskola u l-kapaċitajiet professjonali tas-sewwieqa jkunu xierqa;

100.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġaw iċ-ċikliżmu u l-mixi bħala mezzi ta' trasport fihom infushom u parti integrali mis-sistemi kollha tat-trasport;

101.

Jappella lill-Istati Membri biex:

jagħmlu l-ġarr ta' sdieri tas-sigurta' obbligatorju għal kull min ikun f'vettura;

jinkoraġixxu liċ-ċiklisti, speċjalment bil-lejl lil hinn minn żoni mibnija, jużaw l-elmi tas-sigurtà jew jilbsu sdieri tas-sigurtà jew lbies simili bħala mezz kif itejbu l-viżibilità tagħhom;

102.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi fir-rigward ta' dwal u mezzi li jirriflettu li għandhom jiġu rrispettati mill-manifatturi tar-roti;

103.

Jirrakomanda li tfal sal-eta' ta' sentejn jintrabtu f'sits tat-tfal li jħarsu lejn in-naħa ta' wara;

*

* *

104.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ‘Il-preparzzjoni tal-Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq 2011-2020’.

(2)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 609.

(3)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 268.

(4)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 220.

(5)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 50.

(6)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 43.

(7)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 58.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0260.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/67


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
L-infrastruttura tad-digi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

P7_TA(2011)0409

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-finanzjament u l-infurzar tal-infrastruttura tad-digi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2010/2270(INI))

2013/C 56 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-istrateġija enerġetika tal-Bank Dinji għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (1),

wara li kkunsidra "ir-Rapport dwar l-Iżvilipp Dinji 2010: l-Iżvilupp u t-Tibdil fil-Klima",

wara li kkunsidra r-rapport tal-2011 tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), bit-titolu "Valutazzjoni Integrata tal-Karbonju Iswed u l-Ożonu Troposferiku. Sommarju għal Dawk li jieħdu d-Deċiżjonijiet",

wara li kkunsidra t-tielet Rapport tan-NU dwar l-Iżvilupp Dinji, 2009,

wara li kkunsidra r-rapport 2008 tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bit-titolu "Is-Sitwazzjoni tal-Aċċess għall-Enerġija fil-Pajjiżi li qegħdin Jiżviluppaw",

wara li kkunsidra r-rapport għall-2007 dwar il-Proġett UNEP dwar id-Digi u l-Iżvilupp bit-titolu "id-Digi u l-Iżvilupp: Prassi rilevanti għal titjib fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Kompendju ta' prassi rilevanti għat-teħid aħjar ta' deċiżjonijiet dwar id-digi u l-alternattivi tagħhom".

wara li kkunsidra ir-Rapport Finali min-naħa tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, bit-titolu “Id-Digi u l-Iżvilupp: qafas ġdid għat-teħid ta’ deċiżjonijiet”, tas-16 ta’ Novembru 2000,

wara li kkunsidra r-rapport UNEP tat-8 ta’ Novembru 2010 bit-titolu, il-“Glaċjali Muntanjużi Għoljin u t-Tibdil fil-Klima”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-UNEP 2008 bit-titolu "L-ilma ħelu jinsab mhedded. L-Asja tan-Nofsinhar. Valutazzjoni tal-Vulnerabbiltà tar-Riżorsi tal-Ilma Ħelu għal Tibdil Ambjentali",

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp (A7-0213/2011),

A.

billi skont stimi attwali hemm aktar minn 50 000 diga ta' daqs kbir, 100 000 diga iżgħar u miljun diga ta' daqs żgħir fid-dinja kollha,

B.

billi l-istandards internazzjonali jiddefinixxu diga kbira bħala waħda li tkun ogħla minn 15-il metru, u diga żgħira, ġeneralment, bħala waħda li tkun iktar baxxa minn 15-il metru,

C.

billi madwar 589 diga ta' daqs kbir inbnew fl-Asja mill-1999 sal-2001 u mill-2006, 270 diga ta' 60 metru jew ogħla ġew ippjanati jew kienu qegħdin jinbnew,

D.

billi l-liċenzja biex tinbena t-tielet l-ikbar diga fid-dinja, id-diga Belo Monte fil-Brażil, inħarġet minkejja tħassib ambjentali serju, peress li d-diga se tgħarraq 500 kilometru kwadru u b’hekk se tikkawża danni serji għall-ekosistema u l-bijodiversità imprezzabbli fl-Amażonja, u se twassal biex 50 000 persuna, prinċipalment persuni indiġeni, se jkollhom jitilqu minn din iż-żona,

E.

billi l-Bank Ewropew tal-Investiment kien involut f’numru ta’ proġetti kbar tad-digi, inkluż fl-Asja (bħal pereżempju f’Laos u l-Pakistan),

F.

billi l-ilma hija vitali għall-agrikoltura, 5 % biss tal-art ikkultivata fl-Afrika tissaqqa, inqas minn 10 % tal-potenzjal tal-enerġija ġġenerata mill-ilma qiegħed jintuża, u 58 % biss tal-Afrikani għandhom aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb,

G.

billi ġestjoni ħażina tal-ilma miġbura fl-Afrika wasslet għal erożjoni eċċessiva tal-ħamrija, żieda fl-ispejjeż għat-trattament tal-ilma, depożitu rapidu ta’ sediment fil-ġibjuni tal-ilma, tnaqqis fl-attività ekonomika, u tfixkil fil-provvisti tal-ilma,

H.

billi l-proġetti kbar tal-enerġija mill-ilma jammontaw għal 25 % tal-krediti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-Mekkaniżmu tal-Iżvilupp Nadif (CDM),

I.

billi l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma huwa prerekwiżit għas-sigurtà tal-ilma fl-Afrika u biex jintlaħqu l-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju; billi hemm il-ħtieġa ta’ ħażna artifiċjali tal-ilma, ta’ kapaċità adegwata, li tiżgura provvista affidabbli ta’ ilma matul perjodi ta’ nixfa u biex jinħażen ilma eċċessiv f’perjodi ta’ għargħar; billi l-medja tal-kapaċità ta’ ħżin per capita fl-Afrika hija ta’ madwar 200 metru kubiku fis-sena, jiġifieri ferm inqas minn dik ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw f’reġjuni oħra,

J.

billi mill-2007sal-2008, is-sostenn għall-infrastruttura relatata mal-kummerċ (IRT) żdied sew (sa 75 %), u minkejja li l-impenji varjaw estensivament f'dan il-qasam, iċ-ċifra totali għall-2008 ta' madwar EUR 5 biljun, tlaħħaq livell rekord,

K.

billi l-Bank Dinji huwa l-akbar finanzjatur estern fis-settur tal-ilma, b'portafoll ta' USD 20 biljun f'proġetti relatati mal-ilma li qegħdin jiġu implimentati f'aktar minn 100 pajjiż.

L.

billi d-digi, li jikkawżaw tibdil kbir fix-xmajjar u fl-użu tar-riżorsi naturali, għandhom impatt sinifikanti fuq il-komunitajiet tan-nies, u fuq l-ekosistemi u l-bijodiversità tax-xmajjar u tal-artijiet mistagħdra,

M.

billi r-rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tas-16 ta’ Novembru 2000 jikkonkludi li, filwaqt li digi kbar ma rnexxielhomx jipproduċu l-elettriku, l-ilma, jew jikkontrollaw id-danni kkawżati mill-għargħar daqskemm kien previst, huma kellhom impatti soċjali u ambjentali enormi, u l-isforzi biex jittaffew dawn l-impatti fil-biċċa l-kbira tagħhom fallew,

N.

billi mill-ġibjuni tad-digi joħorġu gassijiet b’effett ta’ serra, inkluż il-metanu minħabba t-taħsir tal-veġetazzjoni,

O.

billi n-NU tikkalkula li sal-2050 żewġ biljun persuna se tkun qed tgħix fil-preżenza tat-theddida ta' dannu serju kkaġunat minn għargħar,

P.

billi l-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tikkalkula li, fid-dinja kollha, madwar 40-80 miljun persuna kellhom fiżikament jiċċaqilqu minn dawn iż-żoni kawża tad-digi,

Q.

billi l-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tikkonkludi li digi kbar wasslu, f’ħafna każijiet, għal telf sinifikanti u irriversibbli ta’ speċijiet u ekosistemi; u billi huwa essenzjali li nifhmu, nipproteġu u nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-ekosistemi fil-livell tal-baċin tax-xmara biex inrawmu l-ugwaljanza fl-iżvilupp tal-bniedem u benessri għall-ispeċijiet kollha,

1.

Jikkunsidra li globalment, matul dawn l-aħħar għaxar snin, ma hemm l-ebda perikolu naturali ieħor mill-għargħar li għamel aktar ħsara lill-propjetà jew li kkaġuna l-akbar telf ta' ħajja umana, minkejja l-biljuni ta' dollari li ntefqu fuq il-ġestjoni tal-għargħar;

2.

Jenfasizza li l-ilma huwa riżors naturali skars, u dan iqajjem il-kwistjoni tal-kunsiderazzjoni ta’ kif għandha ssir l-allokazzjoni tiegħu biex tkun ġusta għal kulħadd; għalhekk jenfasizza li r-ristrutturazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma ħelu, fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, hija mingħajr dubju ta’ xejn sfida ewlenija li d-dinja qed taffronta;

3.

Jenfasizza li kien hemm żieda dokumentata fil-frekwenza ta' għargħar serju matul it-tieni parti tas-seklu għoxrin u li l-għargħar se jirrappreżenta kwestjoni kritika fl-għexieren ta' snin li ġejjin;

4.

Jieħu nota li huma l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) li huma l-aktar vulnerabbli għall-effetti tal-għargħar; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-UNEP biex jiġi affrontat l-għargħar, liema rakkomandazzjonijiet jistipulaw li l-ġestjoni mtejba tal-art għandha tiġi kkombinata ma’ metodi mtejba ta’ ħżin li jiddependu fuq l-għarfien tradizzjonali u fuq għarfien xjentifiku iktar attwali; jirrakkomanda r-riabilitazzjoni u l-irkupru ta’ ekosistemi kritiċi, li jvarjaw minn foresti sa artijiet mistagħdra, li jistgħu jtejbu l-provvisti tal-ilma u jaġixxu ta’ lqugħ kontra avvenimenti klimatiċi estremi bħalma hu l-għargħar;

5.

Jenfasizza li t-tisħin globali se jaffettwa kemm u meta tinżel ix-xita, se jkollu impatti fuq il-glaċjali u s-silġ, u b’hekk se jirrappreżenta sfida dejjem tikber f’termini ta’ sikurezza tal-ikel;

6.

Jieħu nota wkoll li minħabba li huwa fatt li s-silġ glaċjali qiegħed idub b’rata mgħaġġla aktar, speċjalment fil-Ħimalajas u fl-Andes, reġjuni fil-muntanji huma aktar fil-periklu li jintlaqtu minn għargħar jew avalangi; madankollu jindika li l-fatt li qed idubu l-glaċjali mhuwiex l-uniku fattur li qed jaffettwa l-flussi tal-ilma fil-Ħimalajas, iżda li ż-żmien u l-intensità tal-monsun, xita oħra u b’mod speċjali l-prattiki tal-użu tal-art bħal pereżempju d-deforestazzjoni, il-mergħa eċċessiva, is-sistemi agrikoli u l-mod li bih jinbnew l-insedjamenti huma kollha fatturi determinanti; b’mod partikolari, jenfasizza li ta’ spiss id-deforestazzjoni żżid ir-rata u l-veloċità tal-fluss tal-ilma f’kanali ewlenin, filwaqt li l-għargħar ikkawżat minn “għargħar imnissla mill-fawra ta’ għadajjar glaċjali” (GLOFs) ta’ spiss jiggrava minħabba prattiki mhux sostenibbli tal-użu tal-art;

7.

Iħoss li huwa essenzjali li tiġi adottata strateġija tal-għargħar li tkopri ħafna oqsma f’reġjuni fejn hemm riskju kritiku ta’ għargħar minħabba għadajjar glaċjali, li qed jiżdied minħabba l-effetti tat-tisħin globali fuq kemm u meta tinżel ix-xita u minħabba d-depożiti ta’ karbonju iswed, li t-tnejn huma ppruvati li jaċċeleraw id-dewbien glaċjali; għalhekk, juri dispjaċir għan-nuqqas totali ta’ miżuri kontra l-għargħar f’ħafna LDCs; iżda jwissi li m’għandniex niddependu fuq digi kbar biex nevitaw id-danni tal-għargħar, b’mod speċjali fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, ladarba avvenimenti ta’ xita estrema x’aktarx iżidu l-intensità u l-frekwenza tal-għargħar ta’ ħeffa kbira, u b’hekk jiżdied it-tħassib dwar is-sikurezza tad-digi;

8.

Jenfasizza li l-kostruzzjoni tad-digi għandha tiġi valutata f'termini tal-impatt tagħha fuq il-flussi tal-ixmajjar, id-drittijiet għall-aċċess għall-ilma u r-riżorsi tal-ixmajjar, u jekk id-diga se tispostja stabbilimenti eżistenti, tfixkel il-kultura u s-sorsi tal-għajxien tal-komunitajiet lokali, jew tnaqqas jew tiddegrada r-riżorsi ambjentali;

9.

Jenfasizza li l-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi jikkonkludi, fir-rapport bit-titolu "id-Digi u l-Iżvilupp: Qafas ġdid għat-Teħid tad-Deċiżjonijiet" tas-16 ta' Novembru 2000, li l-profittabbiltà ekonomika ta' proġetti tad-digi kbar tibqa' elużiva, peress li l-ispejjeż ambjentali u soċjali ta' digi kbar ma ġewx ikkunsidrati sew f'termini ekonomiċi;

10.

Jenfasizza li l-irtirar glaċjali iwassal biex għadajjar glaċjali li nħolqu b'mod naturali jespandew rapidament sal-punt fejn ikunu fir-riskju li jfuru bħala għargħar ikkaġunat mill-fawra ta' għadajjar glaċjali (GLOFs); jilqa’ l-prijorità mogħtija mill-programm tan-Nofsinhar tal-Asja tal-Faċilità Globali għat-Tnaqqis tad-Diżastri u l-Irkupru, bi sħubija mal-Istrateġija Internazzjonali għat-Tnaqqis tad-Diżastri tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-kwistjoni tal-GLOFs;

11.

Ifakkar id-diżastru traġiku tal-1941, meta l-belt ta' Huaraz, fil-Peru, iġġarrfet minħabba li faret diga glaċjali, u mietu 4 500 persuna;

12.

Ifakkar li għargħar f'LDCs huma ta' theddida mhux biss għall-ħajja tan-nies iżda għall-iżvilupp taż-żona wkoll; ifakkar li GLOF, li seħħ fl-1985 u li oriġina minn għadira glaċjali fi Kumbu Ħimal, fin-Nepal, qered il-proġett Namche Small Hydel li kien kważi tlesta;

13.

Jenfasizza li l-ICIMOD (Iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżvilupp Integrat fil-Muntanji) identifika aktar minn 8 000 għadira glaċjali biss biss fil-Hindu Kush-Ħimalajas, li 203 minnhom, minħabba n-natura tal-lokalità fejn jinsabu u l-instabbiltà ta’ art naturali li sservi ta’ diga (moreni), jitqiesu bħala potenzjalment perikolużi;

14.

Jenfasizza li fin-Nofsinhar tal-Asja huwa stmat li 1,3 biljun persuna jiddependu fuq l-għaxar sistemi perinnjali identifikati tax-xmajjar, mitmugħa minn ilma tax-xita u minn ilma li jiskula fihom meta jdub is-silġ u minn glaċjali fil-Ħimalajas; iħeġġeġ lill-UE biex tipprijoritizza r-reġjun sabiex ikunu evitati diżastri umanitarji futuri kkaġunati minħabba żieda fil-frekwenza tal-perikli mnissla minn spustjar tal-ilma.

15.

Jenfasizza wkoll li ż-żoni, tal-LDCs, minn fejn jgħaddi l-fluss tal-ilma, jgħixu minn fuq riżorsi naturali li jinsabu f' baċini tal-ixmajjar u huma fost l-aktar żoni agrikoli rikki fid-dinja. ifakkar li kemm it-tkabbir ekonomiku rapidu taċ-Ċina kif ukoll dak tal-Indja huwa dovut parzjalment għall-istatus konġunt tagħhom bħala l-akbar produtturi tar-ross, u l-biċċa l-kbira tal-eżitu tagħhom jiġi mill-baċini tal-ixmajjar tal-Ganges, il-Yangtze u x-Xmara Safra, li lkoll jinsabu fil-periklu li jintlaqtu minn GLOFs;

16.

Jinnota li jinħtieġ investiment bilanċjat fil-miżuri ta' ġestjoni min-naħa tad-domanda, fil-ġestjoni tal-artijiet, fil-metodi mtejba għall-akkwist u l-ħżin tal-ilma u fl-istituzzjonijiet biex jiżdied l-użu sostenibbli u effikaċi tal-ilma, jittaffa l-effett tal-għargħar u l-perjodi ta’ nixfa rikorrenti, u biex tinkiseb sigurtà bażika tal-ilma bħala pjattaforma għat-tkabbir ekonomiku fl-Afrika; jitlob biex tingħata prijorità lill-investimenti li jiffukaw fuq it-tkabbir, lit-tnaqqis tal-faqar rurali, lill-adattament għall-klima u lit-trawwim ta’ kooperazzjoni fil-baċini tax-xmara internazzjonali;

17.

Jinnota li m’hemm l-ebda metodu magħruf ta’ kif nistgħu nsaħħu l-għadajjar glaċjali naturali, iżda jinnota li r-rapport tal-UNEP dwar “Glaċjali Muntanjużi Għoljin u t-Tibdil fil-Klima” (2010) isemmi metodi oħra biex jittaffew l-effetti ta’ għargħar imnissla mill-fawra billi jintużaw sifuni u jinbnew kanali u mini miftuħin biex jitbaxxa l-livell tal-ilma fl-għadajjar glaċjali u billi jiġi kkontrollat il-fluss tal-ilma fis-sistema tax-xmara lokali biex b’hekk il-ġibjun tal-ilma jintuża bħala riżorsa;

18.

Huwa tal-fehma li sakemm iż-żoni agrikoli li jipproduċu ħafna ma jiġux protetti mill-effetti tal-għargħar, ekonomiji emerġenti jistgħu jesperjenzaw waqfien f'salt fl-iżvilupp tagħhom u problema fis-sikurezza tal-ikel, li kull ma tmur tibqa' tikber; Ifakkar li filwaqt li t-tidwib tal-glaċjali fil-Ħimalajas huwa mistenni li jżid l-ewwel u qabel kollox il-flussi tax-xmara għall-20-30 sena, il-flussi se jonqsu b’mod sostanzjali iktar ’il quddiem; għalhekk iqis li huwa essenzjali li jiġu żviluppati strateġiji ta’ mitigazzjoni u adattament biex jiġu indirizzati l-problemi tal-perjodi tan-nixfa fil-futur,

19.

Huwa tal-opinjoni li l-investiment fil-bini ta’ kapaċitajiet huwa meħtieġ biex b’hekk l-istituzzjonijiet responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-ilma jkunu jistgħu jiżguraw redditu kostanti mill-investimenti għall-infrastruttura u jottimizzaw l-allokazzjoni u l-użu tal-ilma minn setturi ekonomiċi multipli u fil-fruntieri amministrattivi u politiċi;

20.

Jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCD li skonthom il-prijorità għandha tingħata lil miżuri ta’ ġestjoni tad-domanda u lit-titjib tal-prestazzjoni tal-infrastruttura eżistenti qabel ma jinbeda kwalunkwe proġett ġdid ta’ kostruzzjoni; analiżijiet parteċipatorji perjodiċi għad-digi eżistenti biex jiġu vvalutati kwistjonijiet inklużi s-sikurezza tad-digi u l-possibilità ta’ żmantellament tad-digi;

21.

Jenfasizza li mingħajr informazzjoni attwali ddettaljata dwar iż-żoni fir-riskju minn perikli kkaġunati minn spustjar tal-ilma, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ allarm bikri, il-monitoraġġ ta’ għadajjar glaċjali u l-provvista ta’ miżuri prattiċi għar-reġjuni muntanjużi fir-rigward tal-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ilkoll se jirrappreżentaw kompitu li diffiċli jitwettaq; jappoġġja l-inizjattiva magħrufa bħala l-Konsorzju tal-Università fil-Ħimalajas meħuda mill-universitajiet lokali biex ikun hemm koperazzjoni permezz ta’ iktar studji xjentifiċi dwar il-kwestjoni;

22.

Jinnota li l-maġġoranza tad-digi huma ddisinjati abbażi ta’ dejta storika dwar il-flussi tax-xmajjar, bis-suppożizzjoni li l-flussi se jibqgħu l-istess bħalma kienu fil-passat; jindika li t-tibdil fil-klima introduċa inċertezzi enormi fil-parametri bażiċi li jaffettwaw il-proġetti tad-digi (ladarba t-tibdil fil-klima ma jirrigwardax sempliċement il-medji, iżda wkoll l-estremitajiet); jindika wkoll li t-tibdil fil-klima x’aktarx ikompli jiggrava l-problemi ta’ sedimentazzjoni, billi l-akkumulazzjoni tal-imsemmi sediment wara dawn id-digi ċċaħħad ukoll lill-pjanuri, li jinsabu fil-passaġġ minn fejn jgħaddi l-fluss tal-ilma, min-nutrijenti li huma essenzjali biex l-art tkun għammiela;

23.

Jenfasizza li faċilitajiet ta' infrastruttura maġġuri, importanti għall-promozzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar żvilupp sostenibbli u t-tisħiħ fis-sikurezza tal-ikel b'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, jinsabu f'riskju akbar li jintlaqtu ħażin mill-effetti tal-għargħar, u għandhom jiġu salvagwardjati; Jirrakkomanda li l-aġenziji tal-iffinanzjar (l-aġenziji ta’ għajnuniet bilaterali, il-banek multilaterali tal-iżvilupp, l-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni, il-BEI) għandhom jiżguraw li kwalunkwe għażla ta’ diga li għaliha jkun ġie approvat finanzjament tirriżulta minn proċess miftiehem li jikklassifika l-alternattivi li jirrigwardaw l-irrigazzjoni, il-ħżin tal-ilma u l-enerġija ġġenerata mill-ilma u għandhom jirrispettaw il-linji gwida tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi; barra minn hekk jenfasizza li l-impjanti li jiġġeneraw l-enerġija mill-ilma, liema impjanti, ukoll jinsabu partikolarment f’riskju ta’ għargħar ta’ ħeffa kbira u ta’ avalangi;

24.

Jindika li l-faċilitajiet ż-żgħar għall-ħżin tal-ilma jistgħu jżidu l-adattament għall-klima billi jipprovdu soluzzjonijiet li ma jkunux jiswew ħafna flus għall-provvista tal-ilma u għall-mitigazzjoni tan-nixfa u jistgħu jtejbu s-sikurezza tal-ikel billi jżidu l-produttività agrikola; possibilitajiet ta’ ħażniet żgħar jinkludu ġibjuni off-stream, netwerks ta’ ġibjuni żgħar li jaqdu diversi skopijiet u ħażniet ta’ ilma tal-pjan;

25.

Jenfasizza li hemm ftit evidenza biex jiġi stabbilit li digi kbar huma l-unika jew l-aħjar soluzzjoni għall-kwistjoni tal-elettriku ladarba dawn mhux bilfors itejbu l-aċċess għall-enerġija għall-fqar u għas-sezzjonijiet vulnerabbli tas-soċjetà;

26.

Ifakkar l-obbligi tal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp; jenfasizza wkoll li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-impatt tad-digi fuq il-popolazzjonijiet li jgħixu minn fejn jgħaddi l-fluss tal-ilma, li għalihom il-bini ta’ digi jista’ jwassal għal tibdiliet fundamentali, bħal pereżempju t-telf tas-sikurezza tal-ikel;

27.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-iffinanzjar u lill-UE biex jiffinanzjaw il-bini ta’ kapaċitajiet u t-taħriġ għat-titjib fil-ġestjoni tal-art u t-titjib tal-metodi tal-ħżin tal-ilma, liema metodi jikkunsidraw l-għarfien xjentifiku, teknoloġiku u l-użu mill-ġdid tal-għarfien tal-antik, bħal pereżempju s-sistemi ta’ irrigazzjoni tradizzjonali antiki, kif deskritt fir-rapport tal-UNEP “Glaċjali Muntanjużi Għoljin u t-Tibdil fil-Klima”; iqis li l-iffinanzjar kollu mill-UE għandu jwieġeb għall-promozzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp sostenibbli u s-sikurezza tal-ikel f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;

28.

Iħeġġeġ li l-kostruzzjoni u t-tisħiħ tad-digi f'LDCs mhuwiex biżżejjed biex jiġu salvagwardjati żoni vulnerabbli u jitlob għal sforz konġunt biex il-problema tiġi indirizzata mill-għeruq tagħha, u mhux sempliċiment mis-sintomi, biex b'hekk il-flus mit-taxxi li jħallsu ċ-ċittadini tal-UE ma jintefqux fix-xejn.

29.

Biex jiġu indirizzati l-kawżi oriġinali taż-żieda fil-frekwenza u l-intensità tal-għargħar, jistieden lill-UE biex timpenja ruħha iktar għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra biex b’hekk tilħaq l-objettiv tagħha li tillimita t-tibdil fil-klima għal 2 °C ogħla mil-livell preindustrijali;

30.

Iħeġġeġ lill-UE biex timplimenta u tippromwovi b’mod mifrux il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jiffukaw fuq il-karbonju iswed, bħal pereżempju l-irkupru tal-metanu mill-estrazzjoni u t-trasport tal-faħam, taż-żejt u tal-gass, il-qbid tal-metanu fil-ġestjoni tal-iskart u l-użu ta’ fran li ma jdaħħnux għat-tisjir fid-djar - dan kollu għandu jikkontribwixxi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u biex jitnaqqas id-dewbien glaċjali;

31.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li digi żgħar għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-ilma huma iktar sostenibbli u ekonomikament vijabbli minn digi kbar użati għall-istess skop; b’mod partikolari, jenfasizza li għażliet deċentralizzati u fuq skala żgħira (sistemi mikroidriċi, sistemi elettriċi solari għad-djar, sistemi ta’ riħ u bijomassa) ibbażati fuq riżorsi rinnovabbli lokali huma iktar adegwati f’żoni rurali ’l bogħod min-netwerks tal-provvista ċentralizzati;

32.

Jenfasizza li l-karbonju iswed jibqa’ kawża prevalenti fid-dewbien glaċjali, daqs id-diossidu tal-karbonju; ifakkar, b'mod partikolari, li l-karbonju iswed u l-ożonu fin-naħa t'isfel tal-atmosfera huma inkwinanti li huma ta' ħsara għas-saħħa, inaqqsu l-għomor u jaggravaw it-tidwib tas-silg u tal-borra madwar id-dinja, inklużi l-Artiku, il-Himalayas, u reġjuni oħra glaċjali u li huma koperti mill-borra; jenfasizza li l-ożonu huwa wkoll l-iktar inkwinant tal-arja li wassal għat-tnaqqis fl-uċuħ tar-raba’, u b’hekk jaffettwa s-sikurezza tal-ikel; jinnota li l-metanu huwa prekursur importanti tal-formazzjoni tal-ożonu u li t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metanu inaqqas wkoll il-formazzjoni tal-ożonu;

33.

Iħeġġeġ azzjoni immedjata biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju iswed, l-iktar permezz tal-promozzjoni tar-riċerka u l-investimenti fit-teknoloġija bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet inkwinanti, bħala metodu ta’ azzjoni fil-pront biex jitwaqqaf id-dewbien glaċjali; jirrakkomanda li, minħabba l-ħajja atmosferika qasira tal-karbonju iswed u tal-metanu, mitigazzjoni maqgħuda permezz ta’ strateġiji ta’ azzjoni fil-pront, jistgħu jtaffu drammatikament u rapidament it-theddida tal-GLOFs;

34.

Jistieden lill-UE biex tippromwovi t-teknoloġija eżistenti li tnaqqas drastikament l-emissjonijiet tal-karbonju iswed; ikompli jħeġġeġ li regolamenti li jipprojbixxu tattiċi aqta' u aħraq fil-foresti, li jinfurzaw testijiet regolari u stretti dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, li jillimitaw il-ħruq tal-bijomassa u li jissorveljaw l-emissjonijiet annwali ta' impjanti għall-produzzjoni tal-elettriku, għandhom jiġu appoġġjati u mħeġġa; Jistieden lill-UE biex tippromwovi s-16-il miżura differenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju iswed u tal-metanu li huma ppreżentati fir-rapport tal-UNEP “Valutazzjoni Integrata tal-Karbonju Iswed u l-Ożonu Troposferiku”, biex b’hekk tikseb kemm titjib fil-kwalità tal-arja kif ukoll benefiċċji klimatiċi fil-futur qarib fid-djalogu tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex taħdem sabiex twessa’ l-ftehimiet differenti ta’ prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja reġjonali eżistenti abbażi tax-xogħol fi ħdan il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfinali f’Distanza Kbira (CLRTAP);

35.

Jistieden lill-UE tippromwovi l-istabbiliment ta’ sistema ta’ allarm bikri globali għall-għargħar, il-landslides u t-tsunamis (possibilment skont l-awspiċji tan-NU) u biex tiżgura li din l-informazzjoni tasal fiż-żoni remoti u għand il-partijiet l-iktar vulnerabbli tal-popolazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

36.

Jiġbed l-attenzjoni biex in-negozjati li għaddejjin jinkludu l-karbonju iswed fir-reviżjoni tal-protokoll ta’ Gothenburg tal-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfinali f’Distanza Kbira (CLRTAP) bħala mudell, u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm segwitu tar-rapport tal-UNEP dwar il-“Valutazzjoni Integrata tal-Karbonju Iswed u l-Ożonu Troposferiku” billi jiġi żviluppat Pjan ta’ Azzjoni Globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ forzaturi klimatiċi ta’ durata qasira;

37.

Jistieden lill-UE, fid-dawl tan-natura transkonfinali tal-GLOFs, biex trawwem djalogi bejn il-pajjiżi bl-għan li jiġu żviluppati politiki li jindirizzaw id-diżastri naturali u jħeġġeġ l-investimenti xierqa għall-protezzjoni mill-għargħar tal-pajjiżi fir-reġjun Hindu Kush-Ħimalajas; iħeġġeġ li jiġi rikonoxxut il-fatt li din mhijiex kwistjoni li qed jaffronta pajjiż wieħed iżda qed jaffrontawha ħafna pajjiżi u għalhekk jitlob li jkun hemm approċċ multilaterali għas-soluzzjoni tagħha;

38.

Jirrakkomanda l-formazzjoni urġenti ta’ aġenzija transkonfinali, stabbiltà skont l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, li jkollha r-rwol ċar li tqassam dejta disponibbli, tindirizza l-problemi u l-kawżi ta’ perikli transkonfinali mnissla minn spustjar tal-ilma u tipproponi miżuri xierqa ta’ adattament u mitigazzjoni; iħeġġeġ li mingħajr tali aġenzija aġġudikatriċi li tmexxi, in-negozjati kruċjali dwar il-prevenzjoni u t-taffija tal-għargħar jistgħu jirrappreżentaw kompitu li diffiċli jitwettaq bejn pajjiżi f’kunflitt bejniethom; jenfasizza li r-reġjuni glaċjali, li ta’ spiss huma s-sors ta’ avvenimenti ta’ għargħar, huma meqjusa punti ta’ importanza strateġika, billi jiffurmaw fruntieri bejn in-nazzjonijiet, u għaldaqstant jista’ jagħti l-każ li l-partijiet affettwati ma jkunux jixtiequ jikkondividu informazzjoni vitali;

39.

Jindika li l-proġetti għall-bini tad-digi għandhom impatt fuq is-sikurezza internazzjonali; jenfasizza li dawn l-impatti jistgħu jkunu negattivi billi joħolqu kunflitti transkonfinali, inkwiet soċjali u ħsara ambjentali; iżda jfakkar li l-kwistjonijiet tal-enerġija u tal-provvista tal-ilma jista’ jkollhom impatt pożittiv billi jrawmu djalogu bejn stati jew reġjuni konfinanti;

40.

Jenfasizza li kwalunkwe pjan għad-digi għandu jiġi vvalutat skont ħames valuri: l-ekwità, l-effiċjenza, il-parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, is-sostenibilità u r-responsabbiltà; iħeġġeġ, b'mod aktar ġenerali, li l-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar id-digi iqisu bis-sħiħ li-kunċett tad-drittijiet tal-bniedem; b’mod partikolari, ifakkar li f’każ li proġetti jaffettwaw lill-popli indiġeni u tribali, tali proċessi għandhom isiru bil-kunsens liberu, minn qabel u informat tagħhom; jitlob li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati li jivvalutaw b’mod sħiħ l-ispejjeż ambjentali u soċjali tal-proġetti tad-digi li għandhom jitwettqu b’mod trasparenti, bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku, qabel ma tingħata approvazzjoni għal kwalunkwe proġett ta’ kostruzzjoni tad-digi;

41.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Bank Dinji nefaq iktar minn 100 biljun dollaru fuq il-bini tad-digi, prinċipalment għal proġetti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija mill-ilma fuq skala kbira u bi skop ta’ esportazzjoni, li wasslu biex madwar 40-80 miljun persuna telqu minn fejn kienu joqogħdu, u wasslu wkoll biex intilfu mezzi tal-għajxien, saret ħsara lill-ekosistemi u nħolqu piżijiet ta’ djun kbar fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

42.

Jenfasizza li n-nies li kellhom jitilqu minn fejn kienu jgħixu minħabba l-bini tad-digi mhux talli għandhom jirċievu kumpens finanzjarju iżda għandhom ukoll jingħataw iċ-ċertezza li jkunu jistgħu jiżguraw il-ħtiġijiet tal-għajxien tagħhom fuq perjodu twil ta’ żmien;

43.

Jitlob li ssir valutazzjoni komprensiva, trasparenti u parteċipatorja tal-firxa sħiħa ta’ għażliet disponibbli biex jitnaqqsu l-impatti tal-għargħar u biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ilma u l-enerġija, fejn il-prijorità tingħata lil soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekosistemi u biex is-sistemi eżistenti jsiru iktar effettivi u sostenibbli;

44.

Iħeġġeġ lill-UE biex ssegwi politiki ta' ġestjoni ‘soft-path’ (ta' fehim u adattament), biex bihom jiġu indirizzati l-għargħar; jirrikonoxxi li l-kundizzjonijiet għall-għargħar mhumiex statiċi u bħala tali jesiġu approċċ flessibbli; jitlob għal titjib fit-tbassir tal-għargħar, fil-protezzjoni li bini individwali jista' joffri kontra l-għargħar u għall-iżvilupp tal-ħżin tal-ilma minn għargħar u ta' sistemi li jidderieġu l-flussi tal-ilma.

45.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0067.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/75


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel

P7_TA(2011)0410

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (2010/2100(INI))

2013/C 56 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-obbligi li hemm fil-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu dwar id-dritt għall-ikel, li tiegħu l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma firmatarji,

wara li kkunsidra l-objettiv tas-Summit Dinji dwar l-Ikel tal-1996 (id-Dikjarazzjoni ta' Ruma) li sal-2015 jitnaqqas bin-nofs in-numru ta’ nies li jbatu l-ġuħ,

wara li kkunsdidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), adottati fis-Sumimt tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2000, u b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju 1 dwar il-prinċipju tat-tneħħija tal-faqar u tal-ġuħ estrem,

wara li kkunsidra s-Sessjoni Speċjali tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta' Mejju 2008, f'Ġinevra, dwar "L-impatt negattiv tad-deterjorament tal-kriżi dinjija tal-ikel fuq id-dritt għall-ikel, ikkawżat inter alia minħabba prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew",

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni Ewropea bit-titolu "Il-Konsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja",

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Għajnuna tal-Ikel iffirmata f’Londra fit-13 ta’ April 1999, li l-objettivi tagħha huma li jsir kontribut għas-sigurtà alimentari dinjija u li titjieb l-abilità tal-komunità internazzjonali biex tirrispondi għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fl-ikel u bżonnijiet oħra ta' ikel tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit Dinji dwar is-Sigurtà Alimentari tal-2009 u l-preparazzjoni mill-FAO tal-"Linji Gwida Volontarji dwar Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art u ta' Riżorsi Naturali oħra",

wara li kkunsidra “Il-Linji Gwida Volontarji FAO għas-sostenn tal-materjalizzazzjoni progressiva tad-dritt għal alimentazzjoni adegwata fil-kuntest tas-sigurtà alimentari nazzjonali",

wara li kkunsidra r-rapport interagenzjarja għall-G20 dwar il-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel bit-titolu "Il-Volatilità tal-Prezzijiet fis-Swieq Agrikoli u tal-Ikel: Reazzjonijiet tal-Politika", li tressaq lill-Presidenza Franċiża tal-G20 fit-2 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra "Il-linji gwida tal-politika tal-UE dwar l-art" minn Novembru 2004,

wara li kkunsidra l-Prospettiva Agrikola tal-OECD u l-FAO 2011-2020, li ġiet ippubblikata b'mod konġunt fis-17 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Maputo dwar l-Agrikoltura u s-Sigurtà tal-Ikel iffirmata fl-2003, fejn il-gvernijiet Afrikani impenjaw ruħhom li jallokaw minimu ta' 10 % tal-baġits nazzjonali annwali tagħhom għall-agrikoltura,

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Bank Dinji dwar l-Iżvilupp Dinji għall-2008: "Agrikoltura għall-Iżvilupp",

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-KAP lejn l-2020”

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Prospettiva Bijannwali dwar l-Ikel, l-aktar riċenti tal-FAO (Ġunju, 2011),

wara li kkunsidra r-rapport ippublikat fil-15 ta' April 2008 dwar Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien Agrikolu, ix-Xjenza u t-Teknoloġija għall-Iżvilupp (IAASTD),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà Alimentari Globali tal-Ikel f’L’Aquila, adottata fl-10 ta’ Lulju 2009,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta' Bażi tal-Protezzjoni Soċjali tan-NU,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982,

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Mġiba tal-FAO għal Sajd Responsabbli tal-1995,

wara li kkunsidra r-reviżjoni annwali tal-FAO dwar L-Istat tas-Sajd u l-Akwakultura Dinji tal-2010,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar "Qafas taa' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel" (COM(2010)0127) adottata fil-31 ta' Marzu 2010 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-10 ta' Mejju 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-"Għajnuna Umanitarja tal-Ikel" (COM(2010)0126) adottata fil-31 ta' Marzu 2010 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-10 ta' Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-prezzijiet tal-ikel u tal-għalf li dejjem qed jogħlew (2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (3), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew (4)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar l-avvanz fl-agrikoltura Afrikana – Proposta għall-iżvilupp agrikolu u s-sigurtà tal-ikel fl-Afrika (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar il-Politika Agrikola Komuni u s-Sigurtà Globali tal-Ikel (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-laqgħa għolja tal-FAO u s-sigurtà tal-ikel (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp u l-kunċett ta' Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u Iktar (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar is-sigurtà tal-ikel, adottata f'Kinshasa fl-4 ta' Diċembru 2010 (9),

wara li kkunsidra t-tmien rakkomandazzjonijiet tal-G20 ippubblikati mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel fid-29 ta' Jannar 2011,

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu l-"Agroekoloġija u d-Dritt għall-Ikel" mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel, imressaq quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-8 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0284/2011),

A.

billi skont il-FAO, in-numru ta’ persuni li qed ibatu l-ġuħ fl-2010 jammonta għal 925 miljun persuna; billi, globalment, il-prevalenza ta' piż inqas milli suppost fit-tfal taħt il-5 snin hija ta’ 26 fil-mija u aktar minn terz tal-imwiet ta’ tfal taħt il-ħames snin huma kawża ta' nuqqas ta' nutrizzjoni; billi nofs biss tal-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw (62 minn 118) jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira tal-MDG. billi t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku dinji u ż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-ikel u l-fjuwil aggravaw s-sitwazzjoni tal-ikel f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-anqas żviluppati, u b’hekk ikkawżaw waqfa parzjali tal-progress imwettaq fl-aħħar deċennju għat-tnaqqis tal-faqar;

B.

billi l-ġuħ u n-nuqqas ta' ikel sustanzjuż huma r-raġunijiet prinċipali tal-moralità tal-bnedmien, kif ukoll l-ikbar theddidiet għall-paċi u sigurtà tad-dinja,

C.

billi, skont il-pubblikazzjoni riċenti ta' Jannar 2011 mill-Indiċi FOA tal-Prezzijiet tal-Ikel, kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-ikel kull xahar minn Awwissu 2010, li ssewgi t-tendenza tal-aħħar għaxar snin, b'livelli ta' spiss ogħla minn dawk irreġistrati fl-2008 meta kien hemm żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel; billi l-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti qed ikollha impatt kbir fuq pajjiżi bi dħul baxx u l-aktar partijiet foqra, vulnerabbli u emarġinati tal-popolazzjonijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

D.

billi d-domanda globali għall-prodotti agrikoli mistennija li se tiżdied b'70 % sal-2050 u dawn il-prodotti se jkollhom jiġu fornuti b'użu ristrett ta' ilma u pestiċidi, b'anqas art agrikola disponibbli u bl-applikazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni agroekoloġiċi sostenibbli, filwaqt li huwa previst li l-popolazzjoni dinjija se tlaħħaq disa' biljun persuna sa dak iż-żmien; billi n-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel hu aggravat aktar bl-ispekulazzjoni fuq il-prodotti, id-deġenerazzjoni tal-artijiet, l-iskarsezza tal-ilma, it-tibdil fil-klima, l-akkwist globali tal-artijiet u l-insigurtà dwar il-pussess tal-art, b'mod partikolari għall-partijiet tal-popolazzjoni l-aktar foqra u vulnerabbli, il-monpolji globali taż-żrieragħ, id-domanda għal fjuwils Agro u l-politiki relatati mal-enerġija,

E.

billi 85 % tal-istokkijiet evalwati tal-ħut tad-dinja jew huma sfruttati kompletament, sfruttati żżejjed jew eżawriti u billi d-dipendenza fuq il-ħut bħala sors tal-proteina tal-annimali fil-pajjiżi bi dħul baxx b’nuqqas ta’ ikel hija mill-anqas 20 % skont "L-Istat tas-Sajd u l-Akwakultura Dinjija 2010" tal-FAO,

F.

billi l-agrikoltura tipprovdi l-impjieg u l-għajxien għal aktar minn 70 % tal-forza tax-xogħol, il-biċċa l-kbira minnhom nisa, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-Bank Dinji jistma li t-tkabbir fis-settur agrikolu huwa darbtejn aktar effikaċi biex inaqqas il-faqar mit-tkabbir f’setturi oħra, iżda jindika wkoll l-importanza tal-investiment fit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fis-settur rurali mhux agrikolu;

G.

billi l-evidenza turi l-potenzjal li għandhom sistemi ta' bdiewa fuq skala żgħira biex iżidu l-produzzjoni tal-ikel ġenerali; billi li wieħed jiffoka biss fuq il-produzzjoni għall-esportazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jista’ jkollu impatti negattivi, speċjalment fuq in-nisa, bħala bdiewa fuq skala żgħira,

H.

Billi d-difiża tal-proprjetà privata u l-istat tad-dritt huma rekwiżiti bażiċi biex jiżdied l-investiment privat fl-agrikoltura.

I.

billi minħabba n-nuqqas ta’ aċċess għas-self jew mikrokreditu għal investiment f’mekkaniżmi mtejba ta’ żrieragħ, fertilizzanti u irrigazzjoni, bdiewa fuq skala żgħira fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċjaw ostakli serji għaż-żieda fil-produzzjoni agrikola; billi l-istat għandu rwol kruċjali għal żvilupp sostenibbli u biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għall-produzzjoni u l-ipproċessar,

J.

billi s-sehem tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) allokat għall-agrikoltura fl-livell internazzjonali waqa' drammatikament matul dawn l-aħħar tliet deċennji,

K.

billi l-UE rreaġixxiet malajr għall-kriżi tal-ikel tal-2008 permezz tal-ħolqien tal-Faċilità tal-Ikel; billi l-impatt ta' tali miżuri fuq il-kawżi strutturali tal-ġuħ u n-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u fuq azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari dawk immexxija min-nisa, diffiċli jitkejjel, iqis li estensjoni ulterjuri ta' din il-Faċilità tal-Ikel, jew l-allokazzjoni addizzjonali ta' fondi għaliha, ma għandhiex tkun awtomatika, iżda deċiża abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt indipendenti tal-effikaċja tal-infiq tal-fondi biex itejjeb is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi benefiċjarji kollha,

L.

billi l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ nutrizzjoni, bħat-tkabbir fqir jew tfixkil tal-fetu fl-ewwel sentejn tal-ħajja jwassal għal ħsara irriversibbli, inklużi tul iqsar fl-adulti, kisba aktar baxxa tat-tagħlim, anqas dħul tal-adulti, u piż anqas tat-trabi li jitwieldu, għad iridu jidhru bħala problema kbira għall-iżvilupp sostenibbli f’ħafna pajjiżi tan-Nofsinhar;

M.

billi kien hemm enfasi politika mġedda fuq is-sigurtà tal-ikel mill-2008 li wasslet għall-multiplikazzjoni tal-inizjattivi fuq livell internazzjonali li jitlob għal strateġija globali komprensiva,

Qafas politiku tal-UE dwar is-sigurtà alimentari u nutrizzjonali: approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għas-sostenibilità tal-agrikoltura

1.

Jenfasizza li l-għadd ta' nies li jbatu l-ġuħ huwa inaċċettabbli u jiddispjaċih li l-isforzi globali internazzjonali s'issa ma laħqux il-MDG 1 jitlob li jittieħdu passi urġenti għas-sodisfazzjon ta' impenji vinkolanti f'livell internazzjonali u biex id-dritt għal alimentazzjoni adegwata jsir realtà;

2.

Jenfasizza li l-istabbiltà politika hija l-prerekwiżit għal iktar sigurtà tal-ikel, u għalhekk jistieden lill-partijiet kollha involuti juru r-rieda politika meħtieġa biex tiġi garantita dik l-istabbiltà;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel; iqis, madankollu, li l-kriżi tal-ikel dinjija tirrappreżenta, mhux biss diżastru umanitarju mingħajr preċedenti, iżda wkoll theddida gravi għall-paċi u għas-sigurtà fid-dinja, u li, anki jekk il-Kummissjoni għandha tiġi rikonoxxuta għall-impenn tagħha li ssib soluzzjonijiet li jistgħu jsolvu l-faqar estrem ta' biljun persuna, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom, b'urġenza, jagħmlu investimenti ġodda fl-agrikoltura u fl-iżvilupp rurali, fuq kollox minħabba t-test il-ġdid tal-PAK, li jdaħħal mekkaniżmi intiżi għall-ġbir ta' stokkijiet dinjin kbar biżżejjed ta' prodotti bażiċi tal-ikel, ineħħu l-ostakli tagħhom stess għall-kummerċ u jtaffu d-dejn tal-aktar pajjiżi milquta; jemmen li l-Kummissjoni għandha tqis iżjed il-kwistjoni tas-sigurtà tal-ikel f'xi pajjiżi meta tikkalkula l-għajnuna għall-iżvilupp;

4.

Jilqa’ ż-żewġ Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-għajnuna umanitarja tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel; jitlob li ż-żewġ komunikazzjonijiet ikunu implimentati b'mod koerenti u koordinat biex jiġu indirizzati aħjar il-kawżi ewlenin tal-ġuħ, in-nuuqas ta' nutrizzjoni u n-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, flimkien mal-kwistjoni tat-tqassim tal-ikel bejn u fi ħdan il-pajjiżi, b’enfasi partikolari fuq l-aktar partijiet foqra u marġinalizzati tas-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-proċess tal-iżvilupp tal-pjan ta’ implimentazzjoni b’appoġġ għall-Qafas ta’ Politika dwar is-Sigurtà tal-Ikel u biex jadottawh meta jitlesta; jilqa’ l-fatt li attenzjoni speċjali tingħata lil dawk li jbagħtu l-aktar meta jseħħ xi diżastru, jiġifieri, in-nisa u t-tfal; iqis li meta sseħħ kriżi, huwa essenzjali li tiġi assigurata l-kapaċità tal-komunità biex takkwista l-ikel fuq medda qasira ta’ żmien u anki fuq dik twila, ifakkar li l-mekkaniżmi għall-emerġenza ma għandhomx ikunu soluzzjoni fit-tul; jesprimi tħassib serju dwar l-effetti negattivi ta’ tali mekkaniżmi speċjalment fuq l-ekonomiji lokali; jenfasizza li politika ta’ żvilupp sostenibbli għandha tkun ibbażata fuq approċċi fit-tul u ta’ kooperazzjoni;

5.

Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp; jitlob għall-mobilizzazzjoni ta' iktar mezzi biex jiġi żgurat li l-għajnuna tkompli tingħata u biex id-dibattitu jikkonċentra aktar fuq il-flessibilità u l-kumplementarjetà tal-istrumenti finanzjarji eżistenti; jitlob titjib fid-djalogu u l-koordinazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-aġenziji tal-iżvilupp;

6.

Jistieden lill-UE biex tivvaluta l-impatt tal-iżvilupp tal-proposti tagħha dwar ir-riforma tal-PAK sabiex titjieb il-koerenza bejn l-objettivi tal-politika ta’ żvilupp tal-PAK u tal-UE;

7.

Jistieden lill-UE żżid is-sostenn favur produzzjoni agrikola sostenibbli min-naħa ta' azjendi agrikoli żgħar, tal-biewa u ta' daqs medju, prinċipalment, għall-konsum lokali, fil-programmi tagħha ta’ għajnuna għall-iżvilupp u tinvesti fi pjanijiet immexxija fuq livell nazzjonali li għandhom jiġu implimentati fuq livell lokali b’kooperazzjoni mal-bdiewa u r-rappreżentanti tagħhom, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar investimenti pubbliċi fir-riċerka għal sistemi ta’ produzzjoni agroekoloġiċi sostenibbli li jtejbu wkoll b’mod konsiderevoli il-produttività u l-kompetittività tas-settur agrikolu u rurali;

8.

jinsisti fuq il-ħtieġa għal approċċ ta’ sħubija mal-firxa sħiħa ta’ dawk interessati fl-iżvilupp dwar is-sigurtà tal-ikel, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li minħabba l-qrubija tagħhom għat-territorji u l-popolazzjonijiet lokali u l-kapaċità tagħhom biex jikkoordinaw l-azzjonijiet minn atturi differenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol essenzjali bħala pjattaforma intermedjarja u ta’ żvilupp; jenfasizza li d-Djalogu Strutturat bejn l-Isituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jiġi estiż għall-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-donaturi oħra tal-għajnuna għall-iżvilupp, inklużi l-NGOs, jimmiraw l-investiment tagħhom ħafna aktar fuq is-settur agrikolu sabiex il-popolazzjoni lokali jkollha raġuni biex ma titlaqx minn fejn hi;

10.

Itenni l-importanza tal-promozzjoni tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-importanza li jiġi allokat sehem xieraq tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp barrani (ODA) għall-iżvilupp tas-settur agrikolu; jiddispjaċih li kien hemm tnaqqis kbir ħafna fil-livell ta' għajnuna għall-iżvilupp allokat għall-agrikoltura mis-snin tmenin ‧l hawn u jilqa‧ b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li din it-tendenza tinbidel; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-agrikoltura fl-għajnuna għall-iżvilupp tagħha, inkluża l-għajnuna lill-bdiewa biex ikollhom aċċess għas-swieq;

11.

Ifakkar li billi l-komunitajiet l-aktar fil-bżonn għandhom tendenza jgħixu fuq l-agrikoltura, l-iżvilupp tal-agrikoltura sostenibbli u kunsiderazzjoni serja tal-valutazzjonijiet tal-IAASTD jirrappreżentaw għalhekk kundizzjoni neċessarja biex jintlaħaq l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju 1; jemmen li l-biedja fuq skala żgħira tista', b'mod partikolari, tirrappreżenta tweġiba għall-isfida tas-sigurtà tal-ikel billi ssaħħaħ ir-rwol fundamentali tan-nisa, permezz tal-ipproċessar tal-prodotti fil-post u l-ġeneralizzazzjoni tas-self u tal-mikrokrediti, u bl-involviment ta' kooperattivi tal-produtturi ż-żgħar bħala parteċipanti ewlenin fid-definizzjoni ta' politiki agrikoli kummerċjali effiċjenti;

12.

Ifakkar li l-iżvilupp tas-settur agrikolu jeħtieġ investimenti fuq medda twila ta’ żmien, li jkopru l-katina tal-produzzjoni kollha, mill-produttur sal-konsumatur; u li dan ifisser li huwa importanti li jiġu stabbiliti l-infrastrutturi meħtieġa, bħal rotot, konnessjonijiet mas-swieq u informazzjoni fir-rigward tas-swieq innifishom u fir-rigward tad-diversifikazzjoni eventwali tal-prodotti;

13.

Jemmen li strateġija ta' sostenn għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tinkludi pjan edukattiv u ta' taħriġ, li jxeqleb lejn il-ħolqien tal-impjiegi, u li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jkunu jistgħu jkomplu jitgħallmu xjenza agrikola sostenibbli bil-għan li jipproduċu forom ta' produzzjoni speċjalizzati, sostenibbli kif ukoll aqwa minn dawk preċedenti, u b'hekk jiġi limitat l-eżodu miż-żoni rurali u jitnaqqas il-faqar;

14.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, kemm huwa importanti li l-bdiewa, minbarra li jissodisfaw il-ħtiġijiet alimentari tagħhom, għandhom jiġġeneraw id-dħul li għandhom bżonn għall-edukazzjoni u l-investiment;

15.

Jenfasizza li huwa kruċjali li l-organizzazzjonijiet agrikoli lokali jiġu involuti fl-istadji differenti tal-implimentazzjoni ta' politika agrikola fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li għalhekk l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha biex issaħħaħ lill-assoċjazzjonijiet lokali, biex tiżgura li jitħarsu l-interessi tal-komunitajiet lokali;

16.

Jaqbel li l-programmi tal-UE għall-għajununa għandhom jiffokaw prinċipalment fuq produzzjoni tal-ikel fuq skala żgħira u medja, kif rakkomandat fir-rapport IAASRD, u fuq l-approċċi li jsaħħu l-bijodiversità, jipprevjenu d-degradazzjoni tal-art fertili u jippromwovu prassi ta' dħul estern baxx (LEI) filwaqt li jżidu l-eżitu agrikolu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li jista' jinkinseb billi l-azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju ikollhom aċċess aħjar għas-self u għal mikrokrediti b'rati tal-imgħax u kundizzjonijiet ġusti;

17.

Iqis li l-UE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-użu ta’ żerriegħa minn varjetajiet lokali li tkun adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li tkun tista’ tinħażen, tiġi kkummerċjalizzata u fornita faċilment lill-bdiewa, peress li ma jkollhiex drittijiet tal-proprjetà intellettwali marbuta magħha;

18.

Jistieden lill-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiżviluppaw kapaċitajiet konġunti għar-riċerka u t-taħriġ fir-rigward ta' metodi tal-biedja sostenibbli u teknoloġiji ġodda, l-aktar permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati u intrapriżi konġunti, li tinkludi l-produzzjoni tal-valur miżjud fil-punt tal-ġbir u l-ħżin tal-ikel permezz tal-imballaġġ u l-ipproċċessar;

19.

Jinsisti fuq il-bżonn li tissaħħaħ ir-riċerka abbażi ta’ finanzjament pubbliku u għat-trażmissjoni tal-għarfien fil-qasam tal-agrikoltura sostenibbli, billi jiġu promossi l-attivitajiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-azjendi agrikoli żgħar fl-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni agrikola, isir adattament għall-isfidi li jġibu t-tibdil fil-klima u d-domanda akbar fuq ir-riżorsi.

20.

Jitlob it-twaqqif ta’ mekkaniżmi li jipproteġu l-foresti, in-nies tal-post, l-artijiet mistagħdra u l-prattiki agrikoli tradizzjonali fil-pajjiżi terzi li jesportaw.

21.

Iqis, li fid-dawl tal-popolazzjoni dinjija li kulma tmur qed tikber u ż-żieda fil-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti forom ta’ produzzjoni iktar sostenibbli, effikaċi fl-użu tal-enerġija u li jiffrankaw l-enerġija, fil-livell dinji; jitlob li l-allokazzjoni tal-għajnuna mill-UE u mill-Istati Membri tagħha tkun marbuta mal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ produzzjoni agrikola sostenibbli u awtosuffiċjenti f’termini ta’ użu ta’ enerġija, u li parti minn din l-għajnuna tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli (pereżempju bbażati fuq ir-riħ u x-xemx) u ġestjoni tajba tal-ilma;

22.

Jenfasizza li fil-kuntest tan-negozjati tan-NU dwar il-Fond għat-Tibdil fil-Klima, l-UE għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li parti sostanzjali mill-fondi allokati lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw tintuża b'mod effikaċi biex jisaħħew il-politiki agrikoli lokali, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-iżvilupp soċjali u ambjentali sostenibbli;

23.

Jenfasizza li jekk irridu naraw lill-azjendi agrikoli żgħar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment in-nisa, ikunu mhux biss sostenibbli iżda wkoll f'pożizzjoni li jiżviluppaw il-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom, dawn għandhom ikollhom aċċess akbar għall-mikrokreditu, inkluż il-mikrokreditu bla profitt, għal investiment f’mekkaniżmi mtejba ta’ żrieragħ, fertilizzanti u irrigazzjoni u l-firxa meħtieġa ta’ strumenti għall-protezzjoni tal-uċuħ biex jipproteġu l-għelejjel tagħhom mill-insetti u l-mard;

24.

Jenfasizza l-importanza ta’ żieda fl-iskala kemm tal-attivitajiet u l-politiki speċifiċi għan-nutriment kif ukoll dawk sensittivi li jaffettwaw in-nutriment u biex jiġu allinjati l-interventi tal-kontribwenti f’das-settur fil-livell tal-pajjiż, tal-UE u dak internazzjonali;

25.

Jenfasizza li l-azjendi agrikoli żgħar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jingħataw aċċess akbar għad-drittijiet tal-proprjetà, li jippermettu sidien ta’ biċċa art żgħira jagħtu prova tas-sjieda u b’hekk ikollhom garanzija għas-self meħtieġ biex iżidu l-produzzjoni tagħhom;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni ssostni l-kapaċitajiet tal-agroproċessar fil-pajjiżi sħab sabiex jitnaqqas it-telf wara l-ħsad, jittawwal il-perjodu ta’ skadenza u l-preservazzjoni tal-prodotti tal-ikel u jiġu żviluppati faċilitajiet aħjar għall-ħżin, u b’hekk jiġi ostakolat it-telf mit-taħsir, li bħalissa huwa għoli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fid-dinja kollha u jittejjeb l-aċċess għas-suq lokali u jinħoloq xogħol deċenti għall-popolazzjoni lokali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu kull sforz biex jiffaċilitaw it-trasferiment tat-teknoloġija, il-ħila esperta u l-appoġġ bil-bini tal-kapaċitajiet lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra r-rwol tal-artijiet aridi jew semi aridi (ASAL), b’attenzjoni speċjali fuq il-bhejjem ladarba l-akbar provvista tal-laħam għaż-żoni l-aktar urbanizzati tiġi provduta mir-reġjuni ASAL;

28.

Ifakkar li l-aċċess għal alimentazzjoni adegwata huwa dritt universali tal-bniedem; iħeġġeġ lill-pajjiżi sħab jimplimentaw il-linji gwida volontarji FAO dwar id-dritt għall-ikel;

29.

Ifakkar li l-iżvilupp agrikolu għandu jissejjes fuq id-dritt għall-ikel u d-dritt li wieħed jipproduċi l-ikel; jinsisti li l-UE għandha tirrikonoxxi u tiddefendi l-bżonn li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiksbu s-sigurtà tal-ikel (kemm f’termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi), u d-dritt tagħhom li jkunu kemm jista’ jkun awtosuffiċjenti; jenfasizza f’dan ir-rigward l-impenn tal-UE li telimina gradwalment is-sussidji fuq l-esportazzjonijiet, b'mod parallel ma' ċerti miżuri li qed jittieħdu minn sħab tad-WTO; jenfasizza fl-istess waqt il-bżonn li tiġi żgurata ugwaljanza fl-aċċess għall-ikel f’dawn il-pajjiżi għall-popolazzjonijiet lokali;

30.

Jitlob ir-rikonoxximent tal-kunċett tas-sigurtà tal-ikel, definit bħala l-kapaċità ta’ pajjiż jew reġjun li jimplimenta b’mod demokratiku l-politiki agrikoli u tal-ikel proprji tiegħu, flimkien mal-prijoritajiet u l-istrateġiji tiegħu permezz ta' mudell agrikolu sostenibbli; jenfasizza li l-kapaċitajiet tal-produzzjoni domestika f’uħud mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu ma jkoprux il-bżonnijiet u li l-kisba tas-sigurtà tal-ikel fuq terminu twil ta’ żmien tesiġi li jitnaqqsu d-dipendenzi tal-importazzjoni;

31.

Ifakkar l-importanza ta' approċċ għall-governanza tas-sigurtà tal-ikel li jinvolvi qafas globali li jerġa' jqiegħed l-enfasi fuq il-politika alimentari lil hinn mill-għajnuna alimentari, fuq il-kooperazzjoni bejn id-donaturi u bejn id-donaturi u l-benefiċjarji, kif ukoll fuq ir-rwol kruċjali tal-politiki tal-pajjiżi benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom li jipprovdu kundizzjonijiet pubbliċi bażiċi bħall-paċi interna u l-investiment fl-infrastruttura rurali;

32.

Jilqa' d-deċiżjoni dwar l-integrazzjoni tad-dimensjoni alimentari fil-programmi tal-UE jistieden lill-Kummissjoni tfassal Komunikazzjoni speċifika dwar din id-dimensjoni; jitlob li l-aspett alimentari jiddaħħal b'mod permanenti fil-politiki dwar is-siġurtà tal-ikel u għal interventi fis-settur tal-agrikoltura;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol fundamentali tan-nisa, bħala azjendi agrikoli żgħar, fis-sigurtà tal-ikel u n-nutriment, u tinvesti fi programmi li jsostnuhom b’mod partikolari; ifakkar li l-importanza tan-nisa fil-kisba tas-sigurtà tan-nutriment għalihom infushom u għat-tfal tagħhom għad trid tkun rikonoxxuta kif jixraq u, għalhekk, l-għajxien tan-nisa jrid ikun assigurat u l-għarfien dwar in-nutriment adegwat irid jiżdied; jinsisti dwar il-fatt li l-istrateġija tal-UE għandha wkoll tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġi assigurat li dawk l-aktar vulnerabbli, speċjalment f’żoni rurali, jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet tat-taħriġ agrikolu, l-edukazzjoni dwar in-nutriment, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u sigurtà f’każ li din tkun meħtieġa;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-FAO biex ikomplu l-proċessi ta’ konsultazzjoni li għaddejjin bħalissa mas-soċjetà ċivili globali u atturi mhux statali, b’mod partikolari mal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, tas-sajjieda u tar-raħħala, li l-involviment u l-kontribuzzjoni tagħhom hija vitali bil-għan li jiġu adottati miżuri speċifiċi biex titjieb il-produzzjoni tal-ikel;

35.

Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-previżjonijiet tal-FAO dwar il-popolazzjoni, li jindikaw li, sal-2025, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja li qed tiżviluppa (madwar 3,5 miljun ruħ) se tkun qed tgħix f'żoni urbani, politika ta' appoġġ għall-ortikoltura urbana tista' toffri mod biex wieħed ma jibqax jgħix fil-faqar, meta jitqiesu l-ispejjeż baxxi inizjali, iċ-ċikli qosra tal-produzzjoni u l-ħsad kbir meta mqabbel mal-ħin ta' xogħol, d-daqs tal-artijiet u l-volumi tal-ilma użati, u minbarra l-fatt li l-bliet ġodda jistgħu jsiru aktar ħodor;

36.

Iħeġġeġ lill-UE ssostni l-inizjattiva tan-NU dwar livell minimu ta’ protezzjoni soċjali, li jkun ta’ għajnuna biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-ikel bażiċi tal-popolazzjonijiet foqra;

37.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq in-nuqqas ta’ nutriment, speċjalment in-nuqqas ta’ nutriment tal-omm u tat-trabi, u biex jiġu integrati strateġiji sodi u multisettorjali dwar in-nutriment fil-politika tagħha għall-iżvilupp;

38.

Jenfasizza d-dikjarazzjoni mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel li l-parteċipazzjoni tal-bdiewa hija vitali għas-suċċess tal-prattiki agroekoloġiċi u tistimola lill-bdiewa jkomplu jitgħallmu; għalhekk jinkuraġġixxi lill-produtturi tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jinvolvu ruħhom fl-NGOs globali u lokali u fil-kooperattivi tal-bdiewa;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu u jaħdmu favur l-implimentazzjoni ta' strumenti ta’ finanzjament innovattivi, bħal pereżempju taxxa internazzjonali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji; ifakkar li dawn l-istrumenti għandhom jiżdiedu mal-objettiv, iffissat min-Nazzjonijiet Uniti, li jingħata 0,7 % tal-ING lill-koperazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza, fl-istess ħin, li hija r-responsabbiltà tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jżidu l-isforzi tagħhom fil-qasam fiskali, prinċipalment fil-ġbir tat-taxxi u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa;

Miżuri effikaċi kontra l-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel u l-akkwist bla rażan tal-art: il-limitazzjoni tal-ispekulazzjoni fis-swieq tal-prodotti bażiċi tal-ikel u agrikoli

40.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li s-sena 2008, is-sena tal-kriżi globali tal-ikel, kienet ukoll is-sena li fiha ġie prodott l-akbar ammont ta' qamħ fl-istorja tad-dinja, u jenfasizza f'dan l-isfond ir-rwol negattiv tal-ispekulazzjoni fuq l-indiċijiet tal-prezzijiet tal-komoditajiet;

41.

Jiġbed l-attenzjoni għall-kawżi strutturali tal-volatilità tal-prezzijiet u jenfasizza bil-qawwi li minħabba spekulazzjoni fuq id-derivati tal-komoditajiet essenzjali l-volatilità tal-prezzijiet marret ħafna għall-agħar; japprova l-konklużjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel rigward ir-rwol tal-investituri kbar li jinfluwenzaw l-indiċi tal-prezzijiet tal-komoditajiet;

42.

Jenfasizza li riċentement għadd ta’ fatturi oħra imprevedibbli affettwaw ukoll ħażin l-istabbiltà fis-swieq tal-ikel, inkluż il-katastrofi fil-Ġappun, mewġa mingħajr mingħajr preċedenti ta’ inkwiet politiku li ħakem ħafna pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Qrib, żieda kbira oħra fil-prezzijiet taż-żejt, inċertezza mtawla fis-swieq finanzjarji u fl-ekonomija dinjija kollha kellhom impatt;

43.

Jemmen li l-ispekulazzjoni finanzjarja u ż-żieda fil-liberalizzazzjoni fis-swieq finanzjarji u fil-kummerċ tal-prodotti agrikoli jikkontribwixxu ħafna għall-instabbiltà tal-prezzijiet, u li jeħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi regolatorji li jiżguraw ċertu livell ta’ stabbiltà tas-suq; iqis li għandha tiżdied it-trasparenza tas-swieq biex ikun żgurat dħul ġust għall-bdiewa u settur agrikolu vijabbli li jipprovdi s-sigurtà tal-ikel; jitlob b’mod partikolari li jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-protagonisti involuti fil-kummerċ tal-ikel u analiżi fil-fond tal-mekkaniżmi ta’ trażmissjoni tal-ispekulazzjoni fuq il-prodotti tal-ikel fis-swieq lokali u dinjija;

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta biex jindirizzaw b'mod effikaċi l-ispekulazzjoni finanzjarja fuq il-qmuħ u l-ikel;

45.

Jemmen li d-derivati tal-komoditajiet huma differenti minn derivati finanzjarji oħra u li l-aċċess għal dan is-suq għandu jkun irregolat aħjar;

46.

Jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu passi biex iġġib l-istokkijiet dinjija tal-ikel għal li kienu, li wara li laħqu l-anqas livell tagħhom fl-2007, ikkontribwixxew għal spekulazzjoni li ilha taffettwa l-prezzijiet tal-prodotti agrikoli f'livell dinji, b'effetti allarmanti fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

47.

Jitlob żieda, ġestjoni aħjar u ħażna tar-riżervi fiżiċi tal-qmuħ u ikel fil-livell nazzjonali u reġjonali u tisħiħ tal-koordinazzjoni u monitoraġġ internazzjonali, b’hekk ipatti għall-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel u jippermetti rispons aħjar u aktar mgħaġġel għall-kriżi tal-ikel;

48.

Jesprimi tħassib profond rigward l-akkwisti tal-artijiet fuq skala kbira attwalment imwettqa minn investituri barranin fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li hija għad-detriment tal-bdiewa fuq skala żgħira lokali u għas-sigurtà tal-ikel lokali, reġjonali u nazzjonali; jistieden għalhekk lill-UE tħeġġeġ il-gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, jimpenjaw ruħhom għar-riforma tal-artijiet sabiex jaċċertaw it-titoli tal-artijiet għall-bdiewa indiġeni u għall-bdiewa ż-żgħar u ta' daqs medju, speċjalment in-nisa, u biex jipprevjenu prassi ta' ħtif tal-artijiet minn korporazzjonijiet;

49.

Jenfasizza li l-art għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, u li jeħtieġ li jitħarsu d-drittijiet għal fond, tal-kera u tal-użu tal-art tal-żajendi agrikoli żgħar flimkiem mal-aċċess ta' komunitajiet lokali għar-riżorsi naturali, sabiex jiġi evitat aktar akkapparrar tal-artijiet, kif diġà qed jiġri b'mod allarmanti f'xi reġjuni tad-dinja, speċjalment fl-Afrika;

50.

Jittama li l-programmi Ewropej ta’ għajnuna u azzjoni jisfruttaw l-għarfien dwar il-produzzjoni tal-ikel tal-bdiewa lokali;

51.

Iħeġġeġ l-adozzjoni tal-linji gwida volontarji tal-FAO dwar l-akkwisti tal-art u jassigura l-implimentazzjoni parteċipatorja tagħhom, iżda jitlob ukoll regolamenti nazzjonali u internazzjonali strettament vinkolanti dwar l-akkwist tal-artijiet; jenfasizza li n-negozjati kuntrattwali għandhom ikunu trasparenti b’tali mod li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-parlamenti u tar-rappreżentanti eletti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali wara konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili;

52.

Iqis li jeħtieġ li jiġi garantit li l-komunitajiet u l-istituzzjonijiet lokali jkollhom is-setgħa u l-kapaċità li jinnegozjaw sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-biedja lokali; jipproponi t-tfassil ta’ kodiċi ta’ mġiba biex l-investituri jingħataw inċentivi qawwija biex jibbażaw l-attivitajiet tagħhom fuq iż-żieda tal-produttività agrikola u tal-mezzi ta’ għajxien tal-popolazzjonijiet lokali;

53.

Jiġbed l-attenzjoni għall-akkwist mhux biss tal-art iżda wkoll tal-liċenzji tas-sajd li jsir minn investituri barranin; jenfasizza l-ħtieġa tat-trasparenza u t-tħollija tal-parteċipazzjoni fin-negozjati kuntrattwali għall-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili, kif ukoll il-ħtieġa biex tinżamm lista tal-ftehimiet konklużi fid-dominju pubbliku;

54.

Jitlob għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi li jipprevjenu "l-użu ta' prezzijiet baxxi" biex il-bdiewa lokali jitqaċċtu 'l barra mis-suq u l-kapaċità tagħhom li jipproduċu l-ikel għall-popolazzjonijiet lokali;

55.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi sħab dwar l-effetti pożittivi ta’ sistemi ta’ produzzjoni agroekoloġiċi fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u li s-sigurtà tal-ikel fit-tul tiddependi fuq kif se jiġi indirizzat l-impatt ambjentali tal-produzzjoni, sabiex ir-riżorsi naturali u l-provvisti tal-ikel jiġu protetti; jenfasizza madankollu li l-iskop prinċipali tal-għajnuna agrikola lil reġjuni b'nuqqas ta' sigurtà tal-ikel urġenti jew ġuħ għandu jkun biex tiżdied il-produzzjoni tal-ikel u l-aċċess għall-ikel;

56.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-G20 biex jindirizzaw il-volatilità tal-prezzijiet u s-sigurtà tal-ikel;

57.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu rigward it-tnaqqis tar-riżorsi naturali u ż-żamma tal-kundizzjonijiet effettivi għall-produzzjoni agrikola, inklużi l-kwalità tal-ħamrija, l-aċċess għall-ilma u l-prevenzjoni tat-tniġġis ambjentali; jinsisti fuq il-fatt li l-partijiet kollha interessati, partikolarment il-bdiewa, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandu jkollhomrwol sinifikanti fl-iżvilupp ta’ strateġija għal żvilupp agrikolu sostenibbli;

Il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp: l-impatt tal-politiki tal-UE dwar is-sigurtà alimentari globali

58.

Jemmen li s-sigurtà tal-ikel m’għandhiex tkun ipperikolata minħabba l-iżvilupp tal-agrofjuwils; jitlob għalhekk li jittieħed approċċ ibbilanċjat li jagħti prijorità lill-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ agrofjuwils li jużaw skart mill-biedja u mill-forestrija (skart ta’ tiben u pjanti oħra, demel tal-annimali, bijogass, eċċ.) minflok pjanti tal-ikel, biex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn il-produzzjoni tal-ikel u l-produzzjoni tal-enerġija; iqis ukoll li l-UE għandha tiżgura li l-importazzjoni ta’ agrofjuwils minn pajjiżi li qed jiżviluppaw issir fir-rispett tal-kriterji ta’ sostenibbiltà;

59.

Iħeġġeġ l-adozzjoni ta' perspettiva aktar globali fit-tfassil tal-PAK wara l-2013 li għandu jkun konformi mal-prinċipju "tagħmilx ħsara", għas-swieq tal-ikel f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' impatt tal-PAK li se tanalizza l-impatt estern tagħha fis-swieq internazzjonali tal-ikel u fuq is-sigurtà tal-ikel f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;

61.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-problema tal-ħela tal-ikel fl-UE, billi sa 40 % tal-ikel disponibbli, inkluż ikel prodott f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u esportat lejn l-UE, hu maħsub li jintrema, u biex tipproponi miżuri effikaċi biex tindirizza l-problema u jitjiebu l-mudelli tal-konsum;

62.

Jitlob li gradwalment jitneħħew għalkollox is-sussidji tal-esportazzjoni;

63.

Jinsisti li l-Kummissjoni taċċerta li d-dimensjoni esterna tar-riforma attwali tal-Politika Komuni dwar is-Sajd tkun integrata mal-politiki ta’ żvilupp tal-UE.

64.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-Kodiċi tal-Kondotta tal-FAO għal Industrija tas-Sajd Responsabbli qed tiġi rispettata fil-pajjiżi fejn l-UE għandha Ftehimiet ta’ Sħubija dwar l-Industrija tas-Sajd, speċjalment rigward ir-rakkomandazzjoni biex jingħata aċċess preferenzjali lis-sajjieda artiġjanali lokali għar-riżorsi;

65.

Jenfasizza li s-settur tal-industrija tas-sajd f’ħafna pajjiżi huwa kruċjali għall-impjiegi u s-sigurtà tal-ikel u għalhekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna tal-UE lis-settur biex jiżviluppaw l-industrija tas-sajd sostenibbli tagħhom stess, ir-riċerka, il-kontroll u l-infurzar biex jikkumbattu sajd illegali mhux rappurtat u mhux regolat;

66.

Jitlob riformi li jespandu l-opportunitajiet għall-aċċess tas-suq għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jippermettulhom joperaw b'mod kompetittiv fis-swieq nazzjonali u reġjonali proprji tagħhom;

67.

Ifakkar li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura konsistenza massima bejn il-politiki tagħha ta' kooperazzjoni u ta' żvilupp u l-politiki kummerċjali tagħha, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet u l-preokkupazzjonijiet kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

68.

Jemmen li l-UE għandha tappoġġa l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp sostenibbli tas-swieq lokali tal-ikel li ġej mis-settur agrikolu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u speċjalment ftehimiet kummerċjali reġjonali li jippromwovu l-produzzjoni vijabbli u sostenibbli u l-kapaċitajiet ta’ pproċessar fil-livell lokali, u għandha talloka parti sostanzjali tal-għajnuna tagħha għall-iżvilupp ta' dan l-għan;

69.

Itenni t-tħassib tiegħu li l-istrateġija kummerċjali tal-UE kultant tonqos milli tipprovdi approċċ favur l-iżvilupp; jitlob għalhekk ftehimiet kummerċjali ġusti u favur l-iżvilupp, peress li huma element essenzjali ta’ rispons fil-konfront tas-sigurtà tal-ikel globali;

70.

Ifakkar li s-sigurtà tal-ikel titlob il-koerenza u l-koordinazzjoni tad-diversi politiki settorjali fil-livell tal-Unjoni Ewropa, jiġifieri l-politika tal-iżvilupp, il-PAK, il-politika kummerċjali komuni, il-politika dwar l-enerġija u l-programmi ta’ riċerka,

71.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tappoġġa l-għelejjel tal-proteina fl-Unjoni Ewropea biex l-Unjoni tingħata awtonomija akbar biex b'hekk tikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li spiss ikollhom politiki agrikoli li joperaw purament abbażi tal-esportazzjonijiet u l-aċċess għas-swieq esterni, għad-detriment tal-benesseri u l-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali;

72.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq tħassib marbut mal-iżvilupp tan-negozjati EPA li għaddejin, twessa' l-lok għal manuvru tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tar-regoli tal-kummerċ u, b'mod partikolari, tapplika klawżoli ta' salvagwardja għall-iżvilupp endoġeneku u sostenibbli tal-kapaċità ekonomika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li l-użu ta’ restrizzjonijiet tal-esportazzjoni mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-protezzjoni għall-industrija li għadha tibda huma strumenti ta’ żvilupp li jistgħu jintużaw biex jissaħħew il-produzzjoni lokali u s-sigurtà tal-ikel; jitlob lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni qawwija favur l-iżvilupp matul in-negozjati WTO; jistieden lill-Kummissjoni tapplika approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għan-negozjati kummerċjali internazzjonali u biex fil-ftehimiet mal-pajjiżi terzi tapplika valutazzjonijet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem;

73.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw konvenzjoni bbażata fuq il-ħtiġijiet li fiha l-livell ta’ impenji għall-għajnuna tal-ikel tal-kontribwenti tkun konnessa mal-ħtiġijiet tan-nies u mal-volumi garantiti tax-xiri lokali fil-pajjiżi benefiċjarji;

74.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar in-nuqqas ta’ trasparenza, tal-informazzjoni provduta u tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti fin-negozjati attwali tal-FAC;

*

* *

75.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 62.

(2)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 621.

(3)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 71.

(4)  Test adottat, P7_TA(2011)0071.

(5)  ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 201.

(6)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 10.

(7)  GU C 285 E, 21.10.2010, p. 69.

(8)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 47.

(9)  Test adottat ACP-EU/100.879/10/fin.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/86


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Dikjarazzjonijiet unilaterali għall-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill

P7_TA(2011)0411

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar dikjarazzjonijiet unilaterali imdaħħla fil-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill (2011/2090(INI))

2013/C 56 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta' Diċembru 2009 mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati lill-President tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-22 ta' Diċembru 1998 fuq linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità (1),

wara li kkunsidra t-tweġibiet mill-Kunsill u l-Kummissjoni għall-Mistoqsijiet bil-Miktub P-3977/2010 u E-3981/2010 rispettivament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0269/2011),

A.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompetenza ċara u esklużiva biex tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-liġi Ewropea, kemm jekk tkun primarja jew sekondarja,

B.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat diversi drabi li d-dikjarazzjonijiet mhumiex legalment vinkolanti,

C.

billi l-Kunsill għandu l-obbligu li jinforma lill-Parlament bis-sħiħ dwar il-pożizzjoni tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri legiżlattivi (2),

D.

billi skont it-Trattat l-istituzzjonijiet għandhom l-obbligu li jipprattikaw bejniethom il-kooperazzjoni leali (3),

E.

billi dikjarazzjonijiet unilaterali mill-Istati Membri jew mill-Kunsill jistgħu jaffettwaw ħażin is-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament, jagħmlu ħsara lill-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jimminaw il-prinċipju ta' ċertezza legali,

F.

billi l-ebda stqarrija mniżżla fil-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill jew tal-kumitat ta' konċiljazzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedura leġiżlattiva ma tista' tantiċipa r-riżultat tan-negozjati bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva,

1.

Jafferma mill-ġdid li l-istqarrijiet u d-dikjarazzjonijiet li ma jkunux inkorporati f'test legali iżda li jikkonċernawh, irrespettivament minn jekk dawn ikunux maħruġin minn Stat Membru wieħed jew aktar, ma għandhom l-ebda forza legali u jistgħu jimminaw il-koerenza tal-liġi Ewropea u l-interpretazzjoni ċara tagħha;

2.

Jinsisti li d-dikjarazzjonijiet unilaterali m’għandhomx inaqqsu jew jikkompromettu l-ħtieġa li l-Istati kollha josservaw b’mod sistematiku d-dixxiplina tal-pubblikazzjoni ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni, li jistabbilixxu l-modi u l-mezzi li permezz tagħhom il-liġi tal-UE għandha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali, fl-interess tal-implimentazzjoni effiċjenti u trasparenti tal-leġiżlazzjoni fl-Unjoni kollha;

3.

Jitlob li d-dikjarazzjonijiet kollha jiġu notifikati lill-Parlament, u fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet mill-Istati Membri, li ma jiġux ippublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jistieden lill-Kunsill jgħaddi l-minuti tal-parti leġiżlattiva tal-laqgħat tiegħu lill-Parlament fl-istess ħin li jgħaddihom lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet tal-Istati Membri;

5.

Jirriżerva d-dritt li juża kwalunkwe mezz legali għad-dispożizzjoni tiegħu fil-każ li dikjarazzjonijiet unilaterali jiġu deliberatament maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali;

6.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jidħlu f'negozjati mal-Parlament, fuq il-bażi tal-Artikolu 295 tat-TFUE, bil-għan li jaġġornaw id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' kodeċiżjoni (issa l-proċedura leġiżlattiva ordinarja) sabiex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u jkun iddefinit sewwa l-ambitu tad-dikjarazzjonijiet unilaterali;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 73, 17.3.1999, p. 1

(2)  Artikolu 294 tat-TFUE (fl-ewwel qari).

(3)  Artikolu 13 TUE.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/87


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija EWROPA 2020

P7_TA(2011)0412

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija EWROPA 2020 (2010/2152(INI))

2013/C 56 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020" (COM(2010)0612),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "L-Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija. Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-istat attwali tan-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (2)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonaliazzjonali (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u r-Repubblika ta' Korea (6)

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew bit-titolu "Kontribut għall-Iżvilupp Sostenibbli": Ir-rwol tal-kummerċ Fair Trade u l-iskemi mhux governattivi ta' assigurazzjoni ta' sostenibilità relatati mal-kummerċtal-5 ta' Mejju 2009 (COM(2009)0215),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta“ Kummerċ Internazzjonali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mal-Amerika Latina (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mat-Turkija (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (13)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2009 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2009 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali (16),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 bit-titolu "Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: vantaġġ għall-Ewropa",

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-Kummerċ fis-servizzi (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar "Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata" (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Korea (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar L-Ewropa Globali: l-aspetti esterni tal-kompetittività (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u ta' kummerċ tal-UE mal-Indja (24),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi trans-Atlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika (25),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17–18 ta' Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0255/2011),

Is-sehem tal-Unjoni u tal-Istati Uniti fil-PDG  (26) relattiv dinji qiegħed jonqos filwaqt li l-pajjiżi emerġenti qegħdin iżidu l-prestazzjoni tagħhom b'mod mgħaġġel

A.

billi, fi żmien it-tnedija tal-Istrateġija ta' Lisbona, l-Unjoni kellha 25 % tal-PDG tad-dinja fis-sena 2000 (imkejjel skont parità ta' kapaċità ta' akkwist (PPP)), issa hu stmat li ser ikollha biss 18 % tal-PDG dinji fl-2020, li jfisser tnaqqis ta' 28 % tal-prestazzjoni ekonomika relattiva tagħha,

B.

billi l-akbar żewġ ekonomiji żviluppati, l-Unjoni u l-Istati Uniti kellhom 48 % tal-PDG dinji fis-sena 2000 (skont il-PPP), illum hu stmat li ser ikollhom 35 % tal-PDG dinji fis-sena 2020, li jfisser tnaqqis ta' 27 % fil-prestazzjoni ekonomika relattiva konġunta tagħhom,

C.

billi l-akbar żewġ ekonomiji emerġenti, iċ-Ċina u l-Indja, kellhom 10 % tal-PDG dinji fis-sena 2000 (skont il-PPP), illum hu stmat li ser ikollhom 25 % tal-PDG dinji fis-sena 2020, li jfisser żieda ta' 150 % fil-prestazzjoni ekonomika relattiva tagħhom,

Dan it-tnaqqis relattiv fil-PDG tal-Unjoni hu rifless fil-prestazzjoni kummerċjali tagħha  (27)

D.

billi l-Unjoni kellha 19 % tal-esportazzjoni ta' merkanzija dinjija fis-sena 1999 u billi kellha 17,1 % tal-esportazzjonijiet dinjija fis-sena 2009, li jfisser tnaqqis ta' 10 % fil-prestazzjoni ta' esportazzjoni relattiva tagħha,

E.

billi l-Unjoni kellha 19,5 % tal-importazzjoni ta' merkanzija dinjija fis-sena 1999 u billi kellha 17,6 % tal-importazzjonijiet dinjija fis-sena 2009, li jfisser tnaqqis ta' 10 % fl-importazzjonijiet relattivi tagħha,

F.

billi s-sehem tal-esportazzjoni ta' servizzi żdied minn 26,7 % għal 30,2 % fil-prestazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-esportazzjonijiet globali bejn l-1999 u l-2009 (28),

G.

billi 50 pajjiż (30 jekk l-UE titqies bħala entità unika) jirrappreżentaw 80 % tal-kummerċ dinji,

Il-bidliet demografiċi  (29) wkoll għandhom effett fuq il-prestazzjoni ekonomika

H.

billi hu previst li l-popolazzjoni tal-Unjoni se tiżdied bi kważi 5 % sas-sena 2035, u din iż-żieda ser tiġi segwita minn tnaqqis kostanti, u billi l-popolazzjoni li għandha età li taħdem hi mistennija tibda tonqos mis-sena 2010 'il quddiem,

L-ekonomija tal-Unjoni hi dipendenti ħafna fuq il-parteċipazzjoni fi tkabbir estern

I.

billi t-tkabbir, il-prosperità, l-impjiegi u ż-żamma tal-mudell soċjali Ewropew huma kollha interkonnessi u jsostnu lil xulxin,

J.

billi l-Kummissjoni tistma li sal-2015, 90 % tat-tkabbir dinji ser jinħoloq barra mill-Unjoni,

K.

billi l-ftuħ kummerċjali jwassal għal produttività akbar, jikkontribwixxi għal kompetittività esterna mkabbra u jista' jikkontribwixxi minnufih għal aktar minn 1,5 % tat-tkabbir ekonomiku dirett u jwassal għal benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi,

L.

billi l-Kummissjoni tistma li 18 % tal-ħaddiema tal-Unjoni, jew 36 miljun impjieg, jiddependu mill-prestazzjoni kummerċjali tal-Unjoni u billi t-tqabbil bejn il-ftuħ kummerċjali u l-impjiegi tul l-aħħar 10 snin juri li l-ftuħ kummerċjali jimxi id f'id mal-impjiegi u mal-ħolqien ta' impjiegi,

M.

billi, b'kunsiderazzjoni tal-istimi demografiċi tal-Unjoni u l-effetti negattivi tagħhom fuq il-potenzjal ta' tkabbir, hu essenzjali li jiġu kkontrollati l-potenzjal ta' tkabbir inerenti fi produttività miżjuda u l-potenzjal ta' tkabbir inerenti fil-kummerċ estern u li jinkiseb benefiċċju minnhom,

Strateġija Ewropea futura dwar il-Politika Kummerċjali għandha tqis il-karatteristiċi partikolari tal-industriji u t-territorji tal-UE, kif ukoll id-dipendenza tagħha fuq it-tkabbir estern

N.

billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija" tissuġġerixxi miżuri adegwati fuq żmien qasir iżda tonqos milli tirrifletti fuq ir-rwol ġejjieni tal-Unjoni f'dinja li nbidlet,

O.

billi l-Kummissjoni proponiet regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet ta' investiment bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi bħala parti tal-politika ta' investiment tal-UE,

Il-Parlament kien qed jistenna li jirċievi strateġija kummerċjali futura reali, li tqis żviluppi fuq żmien medju u twil u li ma tibnix fuq is-suppożizzjoni żbaljata li l-istatus quo fl-isfera tal-kummerċ dinji se jkompli

1.

Jilqa' b'mod ġenerali t-tliet objettivi tal-Ewropa 2020 jiġifieri tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli flimkien mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija", u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija futura li tħares 'il quddiem u li tkun innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment li tkun tqis l-isfidi ġodda tal-UE;

2.

Jiddispjaċih li ħafna għanijiet b'miri speċifiċi tal-Istrateġija dwar l-Ewropa Globali għadhom ma ntlaħqux u kien jistenna analiżi li tikkritika aktar l-Istrateġija bl-għan li jkun hemm fehim aħjar ta' għala wħud minnhom ma rnexxilhomx jinkisbu;

3.

Jinsisti li l-Unjoni għandha bżonn strateġija koerenti fit-tul sabiex tkun tista' tqis l-isfidi li ġejjin u b'mod partikolari tal-pajjiżi emerġenti ewlenin; jinsisti li tali strateġija għandha tkun ibbażata fuq analiżi profonda tat-tendenzi attwali fil-kummerċ dinji, l-iżvilupp intern u estern tal-Unjoni, kif ukoll id-diversità tal-intrapriżi Ewropej, l-għerf tagħhom u l-progressi teknoloġiċi li kisbu; jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tonqos milli tagħti previżjoni dettaljata dwar kif "id-dinja tal-kummerċ" tista' tidher f'perspettiva ta' ippjanar politiku ta' bejn 15 sa 20 sena oħra; iqis li dan ir-rieżami għandu jistabilixxi l-ambizzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali tagħha matul dan il-perjodu inkluża strateġija ġeografika distinta, pereżempju, permezz tal-ħolqien ta' ftehimiet jew miri ġodda għat-tneħħija ta' tariffi u ostakoli mhux tariffarji mas-sħab kummerċjali maġġuri tagħha;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq din il-previżjoni bħala bażi u tippreżenta strateġija kummerċjali riveduta fuq żmien medju u twil sas-Sajf tal-2013, peress li l-Komunikazzjoni dwar it-Tkabbir Kummerċjali u l-Affarijiet Dinjija tonqos milli tagħmel dan;

Il-Parlament jagħraf li l-politika kummerċjali mhijiex għan fiha nnifisha

5.

Ifakkar lill-partijiet interessati kollha li politika kummerċjali moderna teħtieġ li tikkunsidra oqsma ta' politika oħrajn bħal:

a)

id-drittijiet tal-bniedem,

b)

il-garanzija u l-ħolqien tal-impjiegi,

c)

id-drittijiet tax-xogħol u l-istandards fundamentali tal-ILO dwar ix-xogħol,

d)

ir-responsabilità soċjali korporattiva,

e)

il-politika tal-agrikoltura,

f)

il-politika ambjentali,

g)

it-tibdil fil-klima,

h)

il-ġlieda kontra l-faqar fi ħdan u lil hinn mill-UE,

i)

il-politika tal-iżvilupp,

j)

il-protezzjoni tal-interessi u d-drittijiet tal-konsumatur,

k)

is-sigurtà tal-materja prima u l-provvista tal-enerġija,

l)

il-politika barranija,

m)

il-politika tal-viċinat,

n)

il-politika industrijali,

o)

il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

p)

il-promozzjoni tal-istat tad-dritt;

6.

Jenfasizza li l-prinċipji espressi fir-riżoluzzjonijiet tal-25 ta' Novembru 2010, adottati mill-Parlament Ewropew b'maġġoranza kbira, dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards ambjentali u soċjali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali (30), dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpanniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (31), u dwar il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil tal-klima (32), rispettivament għandhom jitqiesu orizzontalment, u l-inklużjoni tal-istandards soċjali u ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu vinkolanti fl-FKĦ kollha;

7.

Huwa tal-opinjoni li l-ksib ta' objettivi dwar il-klima huwa possibbli biss permezz ta' kooperazzjoni mas-sħab kummerċjali prinċipali tal-UE, li fl-istess ħin huma l-akbar produtturi tas-CO2;

8.

Jenfasizza li, filwaqt li il-politika kummerċjali ma għandhiex tkun ristretta mingħajr bżonn minħabba kwestjonijiet mhux direttament relatati mal-kummerċ internazzjonali, ma tistax tiġi indirizzata fin-nuqqas ta' kuntest, u jenfasizza li għandu jinstab bilanċ bejn l-objettivi kummerċjali tal-Unjoni u aspetti oħra tal-politika esterna tagħha, bħalma huma strateġija ambjentali, għanijiet umanitarji u l-impenji preċedenti tal-UE biex tiġi żgurata Koerenza fil-Politika għall-Iżvilupp. jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità għolja lill-interessi kummerċjali tal-UE vis-à-vis is-sħab kummerċjali tagħha waqt li tkun qed tinnegozja ftehimiet kummerċjali u tikseb koordinament intra u interistituzzjonali aħjar meta tkun qiegħda tindirizza kwestjonijiet kummerċjali;

9.

Iħeġġeġ li ftehimiet kummerċjali multilaterali u bilaterali għandhom jiffurmaw parti integrali minn strateġija industrijali tal-UE fit-tul b'mod partikolari għat-tiġdid u t-tisħiħ sostenibbli tat-tessut industrijali, u l-impjiegi li jipprovdi, fl-Unjoni Ewropea;

10.

Jenfasizza li l-politika kummerċjali hija element importanti tal-politika industrijali ġdida tal-UE u li l-kummerċ għandu jkun ibbażat fuq kompetizzjoni globali ġusta u reċiproċità sħiħa biex tinżamm bażi tal-manifattura f'saħħitha fl-Ewropa;

Il-Parlament huwa favur bil-qawwi approċċ multilaterali fi ħdan id-WTO

11.

Itenni li s-sistema multilaterali tal-kummerċ, inkorporata fid-WTO, tibqa' bil-bosta l-aktar qafas effettiv biex jintlaħaq kummerċ ħieles u ġust fuq bażi globali; iqis, madankollu, li s-sistema tad-WTO, b'mod partikolari l-Korp għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim, għandha tiġi riformata sabiex tkun aktar effettiva u li l-UE għandha tiżviluppa proposti li jsaħħu d-WTO u li jestendu l-kapaċità tagħha li tfassal regoli għal oqsma ġodda tal-politika kummerċjali, anke billi jkun żgurat li r-regoli tad-WTO jiġu interpretati u żviluppati b'tali mod li jsostnu l-impenji li jkunu saru fi ftehimiet ambjentali multilaterali (FAM);

12.

Jiddispjaċih li ċ-Ċiklu ta’ Doha għadu ma setax jingħalaq, lanqas wara li ilu għaddej għaxar snin, u li fil-mument xejn ma jidher probabbli li jseħħ dan l-għeluq neċessarju u raġonevoli; Itenni s-sostenn qawwi tiegħu għall-konklużjoni pożittiva taċ-Ċiklu ta' Doha għall-Iżvilupp, waqt li jżomm f'moħħu li konklużjoni pożittiva għandha tirrifletti l-bidliet fit-tendenzi kummerċjali madwar id-dinja u d-distribuzzjoni tal-benefiċċji tal-kummerċ dinji minn mindu ġie varat iċ-Ċiklu, waqt li jżomm f'moħħu wkoll il-bżonn għal test NAMA bbilanċjat li jiggarantixxi l-aċċess għal swieq emerġenti bħal dawk tal-Indja, iċ-Ċina u l-pajjiżi ASEAN, filwaqt li jwaqqaf lill-ekonomiji emerġenti milli jużaw il-flessibbilitajiet tan-NAMA biex jipproteġu setturi fundamentali speċifiċi billi jżommu tariffi għoljin;

Il-Parlament iqis li l-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles (FKĦ) huma strumenti importanti għall-aċċess tas-suq

13.

Itenni li l-FKĦ il-ġodda kollha li ġew konklużi mill-UE għandhom ikunu kompatibbli mad-WTO, kif ukoll komprensivi, ambizzjużi anke fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli, ibbilanċjati u li jwasslu għall-aċċess reċiproku ta' vera għas-suq u li jmorru lil hinn kemm mill-impenji multilaterali eżistenti, kif ukoll minn dawk mistennija li joħorġu minn konklużjoni pożittiva tad-DDA; jilqa' l-progress li sar f'xi negozjati; fl-istess ħin jiddispjaċih li ħafna min-negozjati s'issa għadhom ma ġewx konklużi; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza x'jista jisr jew x'jista' jinbidel sabiex in-negozjati pendenti marbutin ma' FKĦ jiġu konklużi aħjar u aktar malajr, iżda qatt bi ħsara għall-interessi Ewropej, peress li l-kontenut dejjem għandu jingħata preċedenza fuq it-tempiżmu; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt possibbli f'termini ta' impjiegi, b'mod partikolari, sabiex taġġusta l-mandati tagħha ħalli tkun tista' tikkonkludi FKĦ li joffru benefiċċji fit-tul għat-tkabbir tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-possibilità li tinkludi mekkaniżmi tad-WTO għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles bilaterali; jitlob lill-Kummissjoni tnaqqas "l-Effett Spaghetti-Bowl", pereżempju billi tinnegozja regoli ta' oriġini multilaterali; jitlob għall-integrazzjoni ta' kapitolu dwar is-sostenibilità, li jkun marbut mal-klawżoli ta' salvagwardja, biex ikopri oqsma bħalma huma l-kummerċ, l-ambjent, il-produzzjoni u l-ipproċessar fi ħdan il-FKĦ;

14.

Ifakkar lill-Kummissjoni twettaq – fi ħdan qafas li jiddefinixxi l-prijoritajiet ta' kummerċ f'termini ta' kalendarji u żoni ġeografiċi strateġiċi – valutazzjoni ex ante bir-reqqa, imparzjali u mingħajr preġudizzju tal-interessi Ewropej, qabel ma tiddeċiedi dwar sħab futuri u mandati ta' negozjar futuri għal FKĦ; jenfasizza li l-FKĦ għandhom ikunu negozjati biss ma' pajjiżi ta' interess ekonomiku u għandhom jirrispettaw prinċipji kruċjali bħar-reċiproċità,iż-żarmar ta' tariffi żero għal żero, it-tneħħija ta' ostakoli mhux tariffarji, il-projbizzjoni ta' reġimi għar-rifużjoni tad-dazju, u l-applikazzjoni uniformi ta' limitu minimu għoli rigward ir-regoli ta' oriġini; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkunsidraw bis-serjetà l-opinjonijiet tal-Parlament meta jiddeċiedu dwar il-mandati; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt estensivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq diversi industriji u setturi tal-UE permezz ta' konsultazzjonijiet fil-fond mal-partijiet ikkonċernati kollha, qabel ma jitlestew in-negozjati u b'mod regolari matul il-perjodu ta' żmien tal-ftehim; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill li jekk jixtiequ li l-Parlament jerżerċità s-setgħat ta' kunsens tiegħu b’responsabilità, huma għandhom jinvolvu lill-Parlament f’kull stadju mill-qbil dwar il-mandat tan-negozjati u f'kull ċiklu tan-negozjati;

Il-Parlament jitlob għal aktar riżultati u riżultati aħjar fid-djalogi ta' livell għoli mas-sħab kummerċjali ewlenin bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun u r-Russja

15.

Jenfasizza l-importanza li jsir progress fir-relazzjonijet kummerċjali bejn l-UE u s-sħab kummerċjali ewlenin tagħha, bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun u r-Russja, immirati biex jitneħħew l-ostakoli tarrifarji u mhux, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards tekniċi, id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, l-aċċess għas-suq, l-akkwist pubbliku u l-provvista ta' materja prima; jiddispjaċih, madankllu, li s'issa, ftit li xejn sar progress f'dawn l-oqsma; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq negozjati aktar proattivi bil-prospettiva li jkun hemm progress pożittiv fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħna ma' dawn il-pajjiżi, u jħeġġeġ lis-sħab kummerċjali tagħna jagħmlu l-istess;

16.

Jenfasizza l-importanza li jibqgħu jissaħħew ir-relazzjonijiet ekonomiċi trans-Atlantiċi mingħajr ma jitpoġġew fil-periklu l-politiki tal-UE f'oqsma bħall-istandards ambjentali, id-diversità kulturali, id-drittijiet soċjali u s-servizzi pubbliċi; jenfasizza b'mod partikolari l-importanza li jsir aktar progress fl-akbar relazzjoni kummerċjali tad-dinja, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards u ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ; jilqa' t-tnedija mill-ġdid tal-KET u jqis li, biex dan id-djalogu jkun ta' suċċess, għandu jiġi intensifikat ulterjurment fil-livelli kollha u li l-laqgħat ta' livell għoli bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-kontrapartijiet Amerikani tagħhom, għandhom isiru fuq bażi aktar regolari; jissuġġerixxi li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika t-tnejn li huma jaħdmu biex jiżviluppaw ‘Inizjattiva Trans-Atlantika għat-Tkabbir u l-Imjiegi’ komprensiva u li tevolvi, li tinkludi pjanijiet għat-tneħħija tal-ostakoli mhux tariffarji li għad fadal għall-kummerċ u l-investiment sal-2020 (‘is-suq trans-Atlantiku), u li jieħdu passi lejn livelli żero tat-tariffi f’xi setturi ta’ prodotti, kif ipproponiet aktar kmieni dan ix-xahar il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerika; isostni li inizjattiva bħal din għandha tkun inkluża fuq l-aġendi tal-laqgħat li ġejjin tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku (KET) u tas-Samit UE/Stati Uniti tal-Amerika;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni komprensiva tal-impatt tal-benefiċċji u l-iżvantaġġi għad-diversi setturi industrijali u għas-settur tal-impjiegi tal-Ewropa sabiex ikun jista' jsir progress fid-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ (HED) maċ-Ċina; jiddikkjara li l-istrateġija tal-UE dwar il-kummerċ maċ-Ċina għandha tqis l-interessi Ewropej, speċjalment fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-akkwist pubbliku u l-materja prima, u dwar ir-rispett għall-prinċipju tar-reċiproċità; jiddikkjara li ċ-Ċina għandha tissodisfa l-obbligi WTO tagħha jekk tixtieq tevita li jintużaw l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ; jenfasizza li l-Unjoni għandha tagħmel użu aktar sistematiku tal-istrumenti legali adattati, kull meta ċ-Ċina ma tonorax l-obbligi tagħha;

18.

Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet bilaterali pendenti fl-adeżjoni tar-Russja mad-WTO u jqis l-adeżjoni mħaffa mad-WTO bħala prijorità fundamentali; jilqa' wkoll in-negozjati bilaterali dwar ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Russja u jħeġġeġ lir-Russja ttejjeb l-ambjent kummerċjali għall-operaturi tal-Unjoni fir-Russja;

19.

Jinnota li l-Parlament għandu interess li jtejjeb ir-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun billi, bħala l-ewwel pass, jitneħħew l-ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ u l-investiment; mhuwiex sodisfatt bil-progress negliġibbli li sar f'dan il-qasam tul dawn l-aħħar snin; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament fiż-żmien dovut valutazzjoni tal-impatt komprensiva li telenka l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta' FKĦ bejn l-UE u l-Ġappun qabel ma tidħol għal kwalunkwe impenn;

20.

Jirrikonoxxi l-kisbiet tal-Istrateġija ta' Aċċess għas-Suq u l-prevenzjoni ta' miżuri protezzjonisti tul il-kriżi finanzjarja; jilqa' għalhekk l-Istrateġija ta' Aċċess għas-Suq u l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha; jistieden, madanakollu, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar biex jippromwovu u jħeġġu l-użu tal-inizjattivi u l-istrumenti eżistenti disponibbli bħad-"database għall-aċċess għas-suq" u "l-helpdesk għall-esportazzjoni", biex iċ-ċittadini u l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE;

21.

Jenfasizza li l-attività ta' bosta operaturi ekonomiċi, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji multinazzjonali, hi r-raġuni ewlenija għas-suċċess ekonomiku tal-UE; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifletti l-ħtiġijiet u l-interessi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi differenti fin-negozjati kummerċjali u r-regolamenti interni ġodda;

Iżda min-naħa l-oħra l-Unjoni, bħala ekonomija relattivament miftuħa, teħtieġ strumenti għad-difiża tal-kummerċ effettivi

22.

Itenni biex ikun hemm liberalizzazzjoni kummerċjali ulterjuri xorta għad hemm bżonn il-kapaċità li l-produtturi Ewropej jitħarsu kontra prassi kummerċjali inġusti; għalhekk, iqis li l-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ (TDIs) huma element indispensabbli għall-istrateġija tal-UE allavolja qatt ma għandhom jintużaw b'intenzjoni ħażina għal raġunijiet protezzjonisti; jilqa' l-isforzi kollha biex dawn l-istrumenti jiġu ssemplifikati u jitħaffew, anke bit-titjib tat-trasparenza, il-prevedibbiltà, u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-SMEs (pereżempju l-istrument għat-tressiq tal-ilmenti lill-helpdesk għall-aċċess tas-suq);

Il-kompetittività u s-suċċess ekonomiku tal-UE ma jistgħux iseħħu mingħajr servizzi u investimenti diretti barranin li jkunu protetti tajjeb

23.

Jenfasizza l-potenzjal ferm aktar qawwi tal-prodotti u s-servizzi fil-kummerċ internazzjonali, iżda jtenni li l-aċċess għas-suq u l-abolizzjoni tal-ostakoli kummerċjali fil-livell tad-WTO u fin-negozjati tal-FKĦ ma felħux iżommu l-pass ma' dawn l-iżviluppi; hu konxju li ħafna ostakoli għall-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi huma kkawżati b'mod partikolari minn regolamenti nazzjonali; ifakkar li kwalunkwe liberalizzazzjoni ulterjuri f'dan il-qasam ma għandhiex tipperikola l-kapaċità li jiġu żviluppati s-servizzi eżistenti u futuri ta' interess ġenerali li jkunu element fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi kollha;

24.

Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tiżgura li s-sħab ekonomiċi tagħna jagħtu aċċess għas-suq aqwa lill-fornituri tas-servizzi tagħna f'pajjiżi industrijalizzati jew fl-ekonomiji emerġenti ewlenin, b'kunsiderazzjoni li s-suq intern tal-UE hu diġà pjuttost miftuħ għall-fornituri ta' servizz barranin; jinnota, madankollu, li xi servizzi pubbliċi għandhom jibqgħu esklużi abbażi tad-diversitajiet kulturali nazzjonali jew reġjonali;

25.

Iqis li l-protezzjoni tal-investituri għandha tingħata l-akbar importanza fid-dawl tal-politika futura għall-investiment Ewropew u jqis li l-kapaċità għal regolamentazzjoni pubblika għandha tiġi garantita u salvagwardjata wkoll; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tiżgura ċ-ċertezza legali tal-protezzjoni għall-investituri tal-UE; jistieden lill-Kunsill jagħti l-mandati tiegħu għall-ftehimiet ta' investiment futuri lill-Kummissjoni waqt li jqis l-fehmiet u l-pożizzjonijiet tal-Parlament stipulati fir-riżoluzzjoni tas-6 ta' April 2011 dwar "Il-Politika Ewropea Futura ta' Investiment Internazzjonali" (33);

26.

Jindika li l-UE għandha rabtiet storiċi mal-Afrika, mal-Amerika Latina u mal-Ażja u li, għalhekk, għandha titmexxa hemm politika ta' investiment adattata, fil-prospettiva ta' żvilupp sostenibbli;

27.

Jirrikonoxxi li l-moviment temporanju tal-persuni fiżiċi (Mode IV) għandu rwol importanti fi ħdan n-negozjati bilaterali tal-UE; jemmen li huwa importanti li Mode IV ma jipperikolax il-prinċipju ta' negozjar kollettiv u l-leġiżlazzjoni dwar il-paga minima;

Il-Parlament jitlob reċiproċità pożittiva fis-swieq tal-akkwist pubbliku internazzjonali

28.

Jiddispjaċih li l-akbar grad ta' ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE f'kull livell ta' gvern f'ħafna każijiet mhuwiex korrispost ma' aċċess proporzjonali għall-fornituri barranin tal-UE; jinnota li xi servizzi pubbliċi għandhom jibqgħu esklużi abbażi tad-diversitajiet kulturali nazzjonali jew reġjonali;

29.

Jitlob li l-Kummissjoni taħdem għal aċċess reċiproku pożittiv f'dak is-settur ekonomiku importanti, waqt li tqis il-fatt li l-prijorità ċara fl-aċċess reċiproku mhijiex li jingħalqu s-swieq tagħna, iżda li jinfetħu s-swieq tal-akkwist pubbliku barranin;

Il-Parlament jitlob sforz ambizzjuż biex jiġu indirizzati l-ostakoli regolatorji – fi ħdan l-Ewropa u lil hinn minnha

30.

Jenfasizza r-rilevanza dejjem akbar ta' kwistjonijiet regolatorji għall-kummerċ internazzjonali u għalhekk jitlob għal konsistenza akbar bejn ir-regoli u l-prassi tal-UE u dawk tas-sħab kummerċjali ewlenin tagħna, b'kunsiderazzjoni qawwija li dan ma għandux ibaxxi l-istandards tal-UE, iżda għandu jwassal għal aċċettazzjoni aħjar tal-istandards multilaterali eżistenti;

31.

Jenfasizza li l-armonizzazzjoni tal-standards internazzjonali u tal-prassi ta' ċertifikazzjoni ma' pajjiżi terzi ma tistax issir jekk din se tmajna l-livell tal-istandards tekniċi, tas-saħħa u tas-sikurezza u dawk għall-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tipproteġi l-istandards tal-UE u tinfurzahom b’mod effettiv fir-rigward tal-importaturi u l-operaturi ekonomiċi li jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom fl-Ewropa;

32.

Jappoġġa l-proposta tal-Att dwar is-Suq Uniku dwar il-konverġenza regolatorja mas-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE, partikolarment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, il-benesseri tal-annimali, is-saħħa u l-istandards tax-xogħol; jenfasizza l-importanza tal-adozzjoni tal-istandards internazzjonali f'livell għoli f'dawn l-oqsma kruċjali; jikkonferma li l-politiki ta' standardizzazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-liċenzji, is-servizzi u l-aċċess għall-akkwist pubbliku għandhom ikunu fil-qalba tan-negozjati ta' FKĦ;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-aspett tal-kompetittività internazzjonali fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha marbutin ma' proposti leġiżlattivi ġodda;

34.

Ifakkar lill-Kummissjoni tagħti importanza partikolari "għall-ostakoli mhux tariffarji" u l-ostakoli regolatorji li jintużaw minn ħafna pajjiżi, inklużi membri tad-WTO, vis-à-vis l-esportazzjonijiet tal-EU, mhux tal-anqas fil-prospettiva ta' ftehimiet ta' sħubija kummerċjali futuri; jirrimarka li, matul in-negozjati, għandhom jiġu previsti strumenti ta' intervent immirati biex jirrestawraw ir-reċiproċità u l-kundizzjonijiet ta' bilanċ bejn il-partijiet fil-każ li jittieħdu miżuri unilaterali ("ostakoli mhux tariffarji"), inklużi miżuri sempliċiment amministrativi (ċertifikazzjoni, spezzjoni), li jistgħu jiżvantaġġaw lin-neogozji tal-UE fir-rigward tal-kompetittività tagħhom u jagħtu lok għal kundizzjonijiet operattivi asimmetriċi; jistieden lill-UE tieħu passi fil-livell internazzjonali favur il-kooperazzjoni regolatorja għall-promozzjoni tal-ekwivalenza u l-konverġenza tal-standards internazzjonali u b'hekk tillimita t-tilwim u l-ispejjeż kummerċjali assoċjati miegħu;

Il-Parlament hu impenjat fil-ġlieda kontra l-faqar fi ħdan l-UEu lil hinn minnha

35.

Ifakkar li l-Parlament huwa impenjat għal kummerċ ħieles u ġust - mhumiex biss l-Istati Membri li għandhom responsabbiltà soċjali, iżda l-Unjoni kollha kemm hi; kemm il-fondi ta' koeżjoni tal-UE, kif ukoll il-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jintużaw u jiġu żviluppati aktar fl-interess tal-poplu u bħala appoġġ biex ikomplu jinħolqu impjiegi kompetittivi ġodda fi ħdan l-Unjoni;

36.

Ifakkar li l-mikroimpriżi u l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jirrappreżentaw 99 % tal-impriżi kollha fl-UE u għandhom potenzjal kbir biex joħolqu impjiegi ġodda u l-innovazzjoni; għalhekk, iqis li l-politiki interni u esterni għandhom jindirizzaw aħjar il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom biex isaħħu l-kompetittività tagħhom, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari għat-titjib tal-fondi ta' koeżjoni tal-UE f'termini ta' aċċessibbiltà u trasparenza sabiex il-kompetittività tal-SMEs tingħata spinta;

37.

Jinnota li, fir-rigward tal-politika esterna, il-Parlament isostni lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li tippromwovi – inter alia – l-iżvilupp sostenibbli, il-kummerċ ħieles u ġust, standards tax-xogħol internazzjonali u xogħol diċenti, pereżempju billi tinnegozja FSE li jikkombinaw flimkien l-interessi Ewropew ma' dawk tal-pajjiżi AKP; jirrimarka li l-politika kummerċjali għandha tippromwovi l-iżvilupp, tagħti lok għal kooperazzjoni reġjonali aħjar, tħeġġeġ l-investiment u ttejjeb il-governanza ekonomika, u jfakkar lill-partijiet interessati kollha li reġjuni oħra madwar id-dinja wrew kif il-kummerċ jista' jikkontribwixxi għall-benessri; jitlob lill-Kummissjoni għal approċċ integrat fir-rigward tal-politiki kummerċjali, barranin, għall-iżvilupp, soċjali u ambjentali; itenni t-talba preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura politiki kkoordinati li jsostnu l-Kummerċ Ġust;

38.

Jenfasizza li, bħala parti mill-istrateġija kummerċjali ġdida tagħha, l-UE għandha interess partikolari li ssostni l-iżvilupp endoġenu tar-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba l-bijodiversità u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, li tipprovdi lill-UE b'aċċess għall-baħar, għall-foresti tropikali u għal żona ta' sperimentazzjoni u riċerka spazjali;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-FSE, tirrispetta r-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlamement dwar il-ħtieġa għal flessibbiltà matul in-negozjati ma' sħabna u tonora l-impenn għal trattament speċjali u differenti tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

40.

Jinnota li l-Parlament bi ħsiebu jadotta SPĠ futura li għandha tiffoka aħjar fuq kif il-pajjiżi l-iktar fil-bżonn u li jissodisfaw r-rekwiżiti kummerċjali tagħna, u rekwiżiti oħra, jistgħu jibbenefikaw mill-SPĠ;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibbiltà li tadotta miżuri ta' għajnuna kummerċjali għal waqt emerġenza għal pajjiżi li jintlaqtu minn diżastri naturali u kunflitti biex ikunu jistgħu jerġgħu jibnu l-ekonomiji tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tressaq eżempji konkreti ta' miżuri li jistgħu jwasslu għal serħan minn emerġenza fil-qasir, kif ukoll miżuri li jistgħu jħallu impatt fuq l-iżvilupp fuq żmien medju jew twil qabel ma tintalab l-approvazzjoni tal-Parlament għal dawn il-miżuri;

42.

Jenfasizza li l-politika kummerċjali esterna għandha tissalvagwardja l-kapaċità tal-UE li żżomm settur agrikolu b'saħħtu sabiex tiggarantixxi s-sigurtà u s-sovranità tal-ikel għal 500 miljun konsumatur fl-UE;

Il-Parlament jitlob provvista sostenibbli u mingħajr distorsjoni ta' materja prima

43.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi strateġijakonsistenti, sostenibbli, komprensiva u li tqis il-politiki kollha fir-rigward tal-materja prima, bl-għan li twaqqaf u telimina prassi kummerċjali inġusti bħal restrizzjonijiet tal-esportazzjoni, taxxi fuq l-esportazzjoni u l-hekk imsejħa mekkaniżmi ta' prezzar doppju fil-livell multilaterali u bilaterali, filwaqt li jirrikonoxxi li, taħt ċerti ċirkustanzi, ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni jistgħu jitqiesu bħala importanti biex isostnu l-objettivi tal-iżvilupp, il-protezzjoni tal-ambjent jew l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar foqra, bħal LDCs u SIDs; jistieden lill-Kummissjoni tiddiversifika l-fornituri tal-materja prima tagħha u tikkonkludi ftehimiet bilaterali fit-tul f'dan il-qasam; iqis li din il-politika għandha tqis il-politika tal-UE dwar l-iżvilupp u l-objettivi tal-iżvilupp tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (FSE);

44.

Jenfasizza l-importanza tal-involviment tas-soċjetà ċivili fi ħdan il-FSE; isostni l-inizjattiva tal-Kummissjoni fi ħdan l-FSE bejn l-UE u l-Korea biex tlaqqa' Grupp Konsultattiv Domestikubiex is-soċjetà ċivili tkun tista' tagħmel il-kontribut proprju tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa din l-inizjattiva fi ħdan l-FSE futuri;

45.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm sod fuq l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni, tat-taxxi tal-esportazzjoni u l-hekk imsejħa mekkaniżmi ta' pprezzar doppju f'kull ftehim bilaterali ta' kummerċ ħieles konkluż fil-ġejjieni; jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha fil-kuntest tad-WTO biex tinnegozja regoli multilaterali ċari;

46.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni mhux biss tilmenta rigward l-imġiba inaċettabbli ta' xi wħud mis-sħab kummerċjali, iżda tirreagixxi wkoll b'mod strett u kif jixraq f'dan ir-rigward; ifakkar lill-Kummissjoni li, barra l-politika kummerċjali hemm ukoll politiki oħrajn, bħall-ambjent, l-iżvilupp, ir-riċerka u l-affarijiet barranin, li għandhom jappoġġjaw politika konġunta dwar il-provvista ta' materja prima; jenfasizza li r-riċerka għandha tiġi sostnuta u żviluppata. b'mod partikolari fir-rigward tal-kimika bijoveġetali u r-reċiklar ta' sustanzi kimiċi, sabiex tonqos id-dipendenza tal-UE fuq pajjiżi li jfornu l-materja prima u l-elementi metalliċi rari;

Tinħtieġ kooperazzjoni doganali aħjar ġewwa l-UE u lil hinn minnha

47.

Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni doganali internazzjonali fi ħdan l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija u fuq livell bilaterali biex twassal għall-proċeduri doganali aktar effikaċi, biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-kummerċjanti u biex l-isfidi ta' sigurtà, sikurezza u tal-IPR jiġu indirizzati aħjar;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw bis-serjetà l-idea li jitwaqqaf servizz doganali unifikat tal-UE għal implimentazzjoni aktar effettiva tar-regoli u l-proċeduri doganali fit-territorju doganali kollu tal-UE;

Il-Parlament jitlob protezzjoni tal-IPR adegwata li tikkunsidra wkoll l-interessi tal-ifqar nies

49.

Jenfasizza li l-falsifikazzjoni jwasslu għal telf ta' impjiegi u jimminaw l-innovazzjoni u jenfasizza li l-protezzjoni xierqa u l-infurzar effettiv tal-IPR huma s-sisien tal-ekonomija globali; iqis li l-protezzjoni adegwata tal-IPRs, speċjalment it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi min-naħa tas-sħab kummerċjali prinċipali tagħna hija rekwiżit indispensabbli għall-preservazzjoni u t-titjib tal-kompetittività tal-UE; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tinforza l-impenji eżistenti;

50.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-politika Ewropea dwar l-IPR fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u tal-pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw, kif ukoll lejn il-produtturi prinċipali tal-prodotti ġeneriċi, b'mod notevoli l-Indja u l-Brażil, għandha tibqa' fi ħdan l-obbligi tal-Ftehim TRIPS u għandha tirrispetta bis-sħiħ id-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2001 dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, speċjalment fil-qasam tal-mediċina ġenerika u s-saħħa pubblika;

*

* *

51.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0068.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0224.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0225.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0257.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0141.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0063.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0445.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2010)0434.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2010)0446.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2010)0387.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2010)0324.

(12)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 57.

(13)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 166

(14)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 132.

(15)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 101.

(16)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 47.

(17)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 67.

(18)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 5.

(19)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.

(20)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 16.

(21)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 520.

(22)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(23)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.

(24)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.

(25)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.

(26)  "Konverġenza, Irkupru u Sorpass", PWC, 2010.

(27)  Dejta tal-Eurostat

(28)  Eurostat, UN Servicetrade.

(29)  Kummissjoni Ewropea, Rapport dwar it-Tixjiħ; Eurostat/Sessjoni ta' Ħidma UNECE 2010.

(30)  Testi adottati, P7_TA(2010)0434.

(31)  Testi adottati, P7_TA(2010)0446.

(32)  Testi adottati, P7_TA(2010)0445.

(33)  Testi adottati, P7_TA(2011)0141.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/99


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji "Erasmus" u "Leonardo da Vinci"

P7_TA(2011)0413

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-ħolqien tal-programmi Ewro-Mediterranji "Erasmus" u "Leonardo da Vinci"

2013/C 56 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi x-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran għaddej minn evoluzzjoni mingħajr preċedenti li l-Unjoni Ewropea għandha takkumpanja permezz ta' inizjattivi ġodda,

B.

billi l-edukazzjoni għandha rwol fundamentali favur id-demokrazija u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali,

C.

billi t-taħriġ professjonali huwa importanti fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ,

D.

billi l-programmi "Erasmus" u "Leonardo da Vinci" jikkostitwixxu suċċessi maġġuri tal-kostruzzjoni Ewropea,

E.

billi hemm numru żgħir ta' benefiċjarji tat-taqsima Mediterranja tal-programm Erasmus Mundus u hemm nuqqas ta' mobilità min-Nofsinhar għan-Nofsinhar.

1.

Jitlob lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President biex minn issa sal-2011 jipproponu l-applikazzjoni ta' programm "Erasmus" Ewro-Mediterranju maħsub biex jiffavorixxi l-mobilità transnazzjonali tal-istudenti miż-żewġ ixtut;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President biex minn issa sal-2011 jipproponu l-applikazzjoni ta' programm "Erasmus" Ewro-Mediterranju maħsub biex jiffavorixxi l-mobilità taż-żgħażagħ li jixtiequ jiksbu taħriġ professjonali barra minn pajjiżhom;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President, lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-UgħM, u lill-parlamenti tagħhom, lis-Segretarjat Ġenerali tal-UgħM u lill-AP-UgħM.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tas-27 ta' Settembru 2011 (P7_PV(2011)09-27(ANN1)).


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/100


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru

P7_TA(2011)0427

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fin-Nazzjonijiet Uniti

2013/C 56 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/RES/60/251 li tistabbilixxi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-16 ta’ Marzu 2006 mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea dwar it-twaqqif tal-UNHRC,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar is-16-il sessjoni tal-UNHRC (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2009 u l-politika tal-UE dwar din il-kwistjoni (2),

wara li kkunsidra l-istqarrijiet u d-dikjarazzjonijiet konġunti preċedenti fin-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-istqarrija konġunta sabiex jintemmu l-atti ta' vjolenza u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem relatat ibbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tat-22 ta’ Marzu 2011 fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, u d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Orjentazzjoni Sesswali u l-Identità tal-Ġeneru tat-18 ta’ Diċembru 2008 fl-Assemblea Ġenerali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-UNHRC A/HRC/17/19 tas-17 ta’ Ġunju 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru,

wara li kkunsidra s-17-il sessjoni tal-UNHRC, fejn kienet adottata r-riżoluzzjoni A/HRC/17/19 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, u d-19-il sessjoni tal-UNHRC, li ser tinkorpora fiha d-diskussjoni tal-panel b’mandat tar-riżoluzzjoni A/HRC/17/19,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1728 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tad-29 ta’ April 2010 dwar id-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri CM/Rec(2010)5 tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar miżuri sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni AG/RES. 2653 tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru,

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-omofobija, it-transfobija u d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ orjentament sesswali u identità tal-ġeneru tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (Novembru 2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 2, 3(5), 18, 21 u 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra s-Sett ta’ Miżuri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Leżbjani, Gej, Bisesswali u Transesswali (LGBT),

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fin-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rispett għall-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħha jagħmlu parti mill-acquis etiku u legali tal-Unjoni Ewropea u huma wieħed mill-elementi ewlenin tal-għaqda u tal-integrità Ewropea;

B.

billi kuljum iseħħu diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbutin mal-orjentazzjoni sesswali u mal-identità tal-ġeneru fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f'pajjiżi terzi;

C.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u l-prattiki tagħhom stess, sabiex tissaħħaħ u ssir kredibbli l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-UNHRC;

D.

billi l-Unjoni Ewropea tagħti importanza primarja lid-drittijiet universali u indiviżibbli tal-bniedem;

E.

billi l-Unjoni Ewropea diġà tinkludi l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fix-xogħol tagħha fin-Nazzjonijiet Uniti, fi ħdan il-korpi reġjonali u f’uħud mid-djalogi bilaterali tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem;

F.

billi r-riżoluzzjoni tal-UNHRC dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru hi l-ewwel riżoluzzjoni adottata fin-NU li titratta b’mod speċifiku l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru;

G.

billi stati mir-reġjuni kollha, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE fil-UNHRC ivvotaw favur ir-riżoluzzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, filwaqt li 21 Stat Membru tal-UE sponsorjaw ir-riżoluzzjoni;

H.

billi diversi korpi marbuta mat-trattati tad-drittijiet tal-bniedem, rapporteurs speċjali u aġenziji fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll is-Segretarju Ġenerali u l-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti esprimew tħassib serju dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jesperjenzaw persuni LGBT mad-dinja kollha;

I.

billi istituzzjonijiet reġjonali oħra, fosthom il-Kunsill tal-Ewropa u l-OAS, riċentement adottaw riżoluzzjonijiet li jikkundannaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem għal raġunijiet ta' orjentazzjoni sesswali u ta’ identità tal-ġeneru;

1.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-diskriminazzjoni mifruxa abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u tal-identità tal-ġeneru, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżi terzi;

2.

Jirrikonoxxi u jappoġġa x-xogħol li twettaq diġà mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, mill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-korpi marbuta mat-trattati tad-drittijiet tal-bniedem, mir-rapporteurs speċjali u minn aġenziji oħra tan-NU biex jiżguraw li l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem japplikaw għalkollox, independentement mill-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru ta’ persuna;

3.

Jilqa’ l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni A/HRC/17/19 dwar id-drittijiet tal-Bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;

4.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riżoluzzjoni ġiet appoġġata minn stati mir-reġjuni kollha u miktuba mill-Afrika t’Isfel; itenni li d-drittijiet tal-bniedem huma universali u indiviżibbli, u japplikaw ugwalment għal kull persuna, indipendentement mill-orjentazzjoni sesswali u mill-identità tal-ġeneru tagħha;

5.

Jappoġġa l-organizzazzjoni ta’ diskussjoni f’panel waqt id-19-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rebbiegħa tal-2012 għal ‘djalogu kostruttiv, infurmat u trasparenti dwar il-kwistjoni ta’ liġijiet u prattiki diskriminatorji u atti ta’ vjolenza kontra individwi abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u tal-identità tal-ġeneru tagħhom’; hu tal-fehma li djalogu b’rispett u apert dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fost l-Istati Membri tan-NU mir-reġjunijiet kollha huwa indispensabbli;

6.

Jilqa’ l-appoġġ li ilhom jagħtu l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-inklużjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fix-xogħol tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u ta’ korpi oħra tan-NU, anke fil-każ ta’ stqarrijiet u dikjarazzjonijiet konġunti preċedenti;

7.

Ifakkar li s-Sett ta’ Miżuri għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni LGBT tal-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-UE jsemmi d-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità fid-dinja, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem bħala prijoritajiet ewlenin; hu tal-fehma li r-Rappreżentant Għoli, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri għandhom iħaddnu dawn il-prijoritajiet b’mod sistematiku kemm domestikament kif ukoll fir-relazzjonijiet barranin tagħhom;

8.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri jippromwovu, b’mod sistematiku u bi sħab ma’ pajjiżi terzi, il-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem b’konnessjoni mal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fin-NU u f’fora multilaterali oħra, u bilateralment fid-djalogi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem;

9.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimpenjaw irwieħhom b’mod kostruttiv, u bi sħab ma’ pajjiżi terzi, mal-Eżami Perjodiku Universali u l-proċeduri tal-korpi marbuta mat-trattati biex jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem relatati mal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru jiġu rispettati b’mod sħiħ fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi terzi; għal dan l-għan, iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-Rappreżentant Għoli jiżguraw konsistenza bejn l-azzjoni esterna u interna tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kif previst fl-Artikolu 21(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

10.

Jitlob lir-Rappreżentant Għoli, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex bi sħab ma’ pajjiżi terzi jkomplu jippromwovu id-drittijiet tal-bniedem relatati mal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru permezz ta’ djalogi bilaterali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u strumenti finanzjarji esterni oħra;

11.

Jiddispjaċih li d-drittijiet tal-persuni leżbjani, gej, bisesswali u transesswali għadhom mhumiex qed jiġu rispettati bis-sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fosthom id-dritt tal-integrità fiżika, id-dritt tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, id-dritt tal-libertà tal-għaqda, id-dritt tan-nondiskriminazzjoni, id-dritt tal-libertà tal-moviment, inkluż id-dritt ta' moviment liberu għal koppji tal-istess sess u l-familji tagħhom, id-dritt ta' aċċess għal kura tas-saħħa preventiva u d-dritt li wieħed jibbenefika minn trattament mediku u d-dritt għall-asil;

12.

Ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu jew jagħtu asil lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jaħarbu minn persekuzzjoni jew qed jissograw li jiġu ppersegwitati fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (3) tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija;

13.

Jikkundanna bis-sħiħ il-fatt li l-omosesswalità, il-bisesswalità jew it-transesswalità għadhom jiġu kkunsidrati bħala mard mentali f'ċerti pajjiżi, anke fl-UE, u jħeġġeġ lill-Istati sabiex jiġġieldu kontra dan il-fenomenu; jitlob partikularment sabiex it-tranżizzjoni tat-transesswali u tat-trans ma tibqax tiġi kkunsidrata aktar bħala patoloġija psikjatrika, li jkun hemm għażla libera fir-rigward ta’ dawk li jipprovdu l-kura, is-simplifikazzjoni tat-tibdil tal-identità u sabiex is-sigurtà soċjali tagħmel tajjeb għall-ispejjeż;

14.

Jiġbed l-attenzjoni dwar is-sejbiet tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rapport tagħha dwar l-Omofobija, it-transfobija u d-diskriminazzjoni għal raġunijiet tal-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex kemm jista' jkun jieħdu azzjoni fuq l-opinjonijiet inkorporati fir-rapport;

15.

Jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jindirizzaw dawn l-inugwaljanzi b’mod sħiħ; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproduċi pjan direzzjonali komprensiv kontra l-omofobija, it-transfobija u d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ orjentament sesswali u identità tal-ġeneru;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex ineħħu d-diżordnijiet tal-identità tal-ġeneru mil-lista ta' diżordnijiet mentali u tal-imġiba, u biex jiżguraw riklassifikazzjoni li ma tqishomx bħala patoloġiji fin-negozjati dwar il-ħdax-il verżjoni tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-11);

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0097.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0489.

(3)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/104


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Is-sitwazzjoni fil-Palestina

P7_TA(2011)0429

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina

2013/C 56 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tat-8 ta' Diċembru 2009, tat-13 ta' Diċembru 2010, u tat-18 ta' Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet relevanti tan-NU, ir-Riżoluzzjonijiet 181 (1947) u 194 (1948) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u r-riżoluzzjonijiet 242 (1967), 338 (1973), 1397 (2002), 1515 (2003), u 1850 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, u b'mod partikolari dik tat-23 ta' Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fl-okkażjoni tas-66 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-President tal-Awtorità Nazzjonali Palestinjana, Mahmoud Abbas, talab rikonoxximent tal-istatus ta' Stat Palestinjan u sħubija fin-NU,

B.

billi l-Palestina hija entità osservatriċi permanenti iżda mhux membru fl-Assemblea Ġenerali tan-NU,

C.

billi, fir-Riżoluzzjoni 181 tagħha tad-29 ta' Novembru 1947, l-Assemblea Ġenerali tan-NU talbet li jinħolqu żewġ stati fit-territorju ta' dak li kien il-Mandat għall-Palestina,

D.

billi l-UE b'mod ripetut ikkonfermat l-appoġġ tagħha għal soluzzjoni ta' żewġ stati bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, talbet li jerġgħu jinbdew it-taħditiet diretti dwar il-paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani, u ddikjarat li m'għandhomx jiġu rikonoxxuti bidliet tal-fruntieri ta' qabel l-1967, anke fir-rigward ta' Ġerusalemm, ħlief dawk li diġà ntlaħaq ftehim dwarhom bejn il-partijiet,

E.

billi, skont il-valutazzjonijiet tal-Bank Dinji, il-FMI, u n-NU, l-Awtorità Palestinjana qabżet il-livell limitu ta' stat funzjonanti fis-setturi ewlenin li eżaminaw, u l-istituzzjonijiet Palestinjani m'għandhom xejn inqas minn dawk fi stati stabbiliti,

F.

billi d-dritt tal-Palestinjani għall-awtodeterminazzjoni u d-dritt li jkollhom l-istat tagħhom huwa inkontestabbli, daqs kemm huwa inkontestabbli d-dritt tal-Iżrael li jeżisti fi fruntieri sikuri,

G.

billi r-"Rebbiegħa Għarbija" żiedet l-urġenza li tinstab soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani, li hija fl-interess fundamentali tal-partijiet involuti, tal-popli kollha fir-reġjun u tal-komunità internazzjonali,

H.

billi waqt il-laqgħa informali fit-2 u t-3 ta' Settembru 2011, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE ppreżentaw pożizzjonijiet differenti meta ddiskutew il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani u l-inizjattivi diplomatiċi relevanti previsti waqt is-Sessjoni ta' Settembru tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

1.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi President tal-Kummissjoniu u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE jibqgħu jagħmlu ħilithom biex tinstab pożizzjoni komuni tal-UE dwar it-talba tal-Awtorità Palestinjana għal sħubija fin-NU, u jkunu evitati d-diviżjonijiet bejn l-Istati Membri;

2.

Jappoġġja u jistieden lill-Istati Membri jkunu magħquda fl-indirizzar tat-talba leġittima tal-Palestinjani li jkunu rappreżentati bħala stat fin-Nazzjonijiet Uniti b'riżultat tan-negozjati li għandhom jiġu konklużi matul is-66 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU;

3.

Jistieden, fl-istess ħin, lill-komunità internazzjonali, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, biex jerġgħu jikkonfermaw l-impenn sod tagħhom favur is-sigurtà tal-Istat tal-Iżrael;

4.

Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967 b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà;

5.

Jirrikonoxxi u jilqa' s-suċċess tal-isforzi ta' bini tal-istat tal-President Palestinjan Mahmoud Abbas u tal-Prim Ministru Salam Fayyad, li ġew appoġġjati mill-UEu approvati mid-diversi atturi internazzjonali;

6.

Jerġa' jenfasizza l-fatt li l-mezzi paċifiċi u mhux vjolenti huma l-uniku mod kif tista' tinkiseb soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani;

7.

Jenfasizza li għandhom jitkomplew bla dewmien in-negozjati diretti li jwasslu għal soluzzjoni ta' żewġ stati bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, u skont l-iskadenzi mitluba mill-Kwartett, biex jingħeleb l-istatus quo inaċċettabbli; jerġa' jenfasizza li l-passi kollha li jistgħu jipperikolaw il-prospetti ta' ftehim negozjat għandhom ikunu evitati u li m'għandhomx jiġu aċċettati bidliet tal-fruntieri ta' qabel l-1967, anke fir-rigward ta' Ġerusalemm, ħlief dawk li diġà ġew miftiehma miż-żewġ partijiet; jinsisti fuq il-fatt li kwalunke soluzzjoni li tirriżulta m'għandhiex taffettwa d-dinjità ta' xi waħda mill-partijiet; jistieden lill-Gvern Iżraeljan iwaqqaf il-kostruzzjoni u l-estensjoni ta' insedjamenti fix-Xatt tal-Punent u fil-Lvant ta' Ġerusalemm; jitlob li jieqfu l-attakki bil-missili fuq l-Iżrael mill-Istrixxa ta' Gaża u jinsisti fuq il-ħtieġa ta' tregwa permanenti;

8.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkollhom pożizzjoni magħquda u jibqa' jkollhom rwol aktar attiv, anke fi ħdan il-Kwartett, fl-isforzi bl-għan li tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Kwartett u jappoġġja bis-sħiħ ir-Rappreżentant Għoli fl-isforzi tagħha biex il-Kwartett joħloq perspettiva kredibbli għat-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta' paċi;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u l-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/106


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Samit dwar id-Dinja Rio+20

P7_TA(2011)0430

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta’ pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20)

2013/C 56 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), li se ssir f'Rio de Janeiro f'Ġunju 2012, li se tiffoka fuq żewġ temi: ‘ekonomija ekoloġika fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar’ u ‘l-qafas istituzzjonali għall-iżvilupp sostenibbli’,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-objettivi tal-UE għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), li se ssir f'Rio de Janeiro f'Ġunju 2012 (O-000181/2011 - B7-0436/2011, O-000182/2011 - B7- 0437/2011),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu ‘Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar’ (COM(2011)0363),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza dwar id-Diversità Bijoloġika f'Nagoya, il-Ġappun fl-2010,

wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Kjoto tal-1997,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li fasslet l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala għanijiet stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali biex jinqered il-faqar,

wara li kkunsidra l-inizjattiva globali dwar l-Ekonomija tal-Ekosistemi u l-Bijodiversità (TEEB) approvata mill-mexxejja tal-G8+5 f’Ġunju 2007 u r-riżultati ppubblikati tagħha fl-2009 u l-2010,

wara li kkunsidra r-rapport ta' valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni,

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD) adottat fl-2008,

wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Dritt għall-Ikel, ‘Agro-ecology and the right to food’ (‘Agroekoloġija u d-dritt għall-ikel’), imressaq lill-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fit-8 ta' Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi għalkemm sar progress lejn l-iżvilupp sostenibbli sa mis-Samit ta' Rio fl-1992 u s-Samit ta' Johannesburg fl-2002, xorta għad fadal sfidi u lakuni ta’ implimentazzjoni konsiderevoli, filwaqt li bosta impenji mill-komunità internazzjonali għadhom ma ġewx rispettati bis-sħiħ;

B.

billi t-tliet objettivi tas-Samit Rio+20 se jkunu l-iżgurar tat-tiġdid tal-impenn politiku għall-iżvilupp sostenibbli, l-evalwazzjoni tal-progress magħmul s'issa u l-lakuni li għad fadal fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tas-samits ewlenin dwar l-iżvilupp sostenibbli, u l-indirizzar ta' sfidi ġodda u emerġenti;

C.

billi għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn it-tliet Konvenzjonijiet ta' Rio dwar il-Bijodiversità (CBD), it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u d-Deżertifikazzjoni (UNCCD);

D.

billi madwar 1.4 biljuni persuni għadhom jgħixu f'faqar estrem, u nofshom jgħixu fl-Afrika sub-Saħarjana; billi wieħed minn kull sitta tal-popolazzjoni dinjija huwa malnutrit filwaqt li l-insigurtà tal-ikel qed tiżdied u l-qgħad jew is-sottoimpjiegi għadhom jeżistu għall-parti kbira tal-popolazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi 70 % tal-persuni li qed jgħixu b'inqas minn dollaru kuljum huma nisa;

E.

billi l-bidla fil-klima tippreżenta theddida serja għat-tnaqqis fil-faqar, għad-drittijiet tal-bniedem, għall-paċi u għas-sigurtà, u għall-kisba tal-Għanijiet ta Żvilupp tal-Millenju (MDGs) f’bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw;

F.

billi l-popolazzjoni dinjija mistennija tiżdied għal tal-anqas 9 biljuni fl-2050, u dan iqiegħed eżiġenzi akbar fuq il-provvista limitata tar-riżorsi naturali u fuq il-kapaċità li jiġu ġestiti l-flussi riżultanti tal-iskart;

G.

billi l-bżonn dejjem jikber tal-ilma, l-art u l-foresti wassal għat-telf dejjem jikber u d-deġenerazzjoni ta' dawn ir-riżorsi; billi t-telf tal-bijodiversità, is-sajd eċċessiv, id-degradazzjoni tal-ekosistema u d-deforestazzjoni għadhom għaddejjin b'rata allarmanti;

H.

billi l-livelli tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett serra għadhom jiżdiedu;

I.

billi l-oċeani tad-dinja għandhom rwol ċentrali fil-proċessi klimatiċi globali, partikolarment f'termini ta' sekwestru tal-karbonju, huma sors ewlieni tal-enerġija, fihom rikkezza ta' bijodiversità, huma mezzi importanti ta' trasportazzjoni, jipprovdu mezzi ta' sussistenza sostenibbli kif ukoll elementi essenzjali għall-ħajja, li jinkludu l-ikel, il-mediċini, u ilma ħelu; billi t-tibdil fil-klima, il-prattiki ta' sajd mhux sostenibbli, u l-qirda rampanti ta' ekosistemi, ħabitats u speċi marini, fost impatti oħrajn, qed jheddu l-kapaċità tal-oċeani li jibqgħu jipprovdu dawn is-servizzi;

J.

billi 80 % tal-ħażniet tal-ħut globali huma totalment sfruttati jew sfruttati żżejjed u madwar 20 % tal-popolazzjoni dinjija hija direttament dipendenti fuq is-sajd għas-sors ewlieni ta' proteini;

K.

billi d-diżastri ambjentali qed iwasslu għal numru dejjem jikber ta' persuni spustati; billi jeħtieġ li jiġi stabbilit status internazzjonali għar-refuġjati klimatiċi u ambjentali;

L.

billi n-nisa u t-tfal huma partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima, speċjalment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'dawk li huma l-anqas żviluppati; billi numru kbir ta' nisa għadhom marġinalizzati u dawn isofru minn diskriminazzjoni;

M.

billi l-isfidi tal-futur mhumiex kwistjonijiet separati minn xulxin imma huma relatati b'mod reċiproku u interdipendenti; billi Rio+20 huwa l-uniku forum multilaterali li jindirizza t-tliet kolonni tal-iżvilupp sostenibbli u għalhekk jiżgura approċċ ħolistiku;

N.

billi l-kunċett tal-UNEP tal-approċċ b’bażi tripla tripla jista' jipprovdi bażi tajba għal diskussjoni;

O.

billi huma disponibblisoluzzjonijiet fattibbli għall-isfidi ta' sostenibilità multipla; billi, pereżempju, ir-rendiment tal-investimenti fiż-żamma tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema huma 200 darba iżjed;

P.

billi l-limiti għall-PDG bħala indikazzjoni tal-benessri u l-iżvilupp tal-persuna huma rikonoxxuti fil-wisa';

Q.

billi teżisti n-neċessità ta' promozzjoni tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli;

R.

billi teżisti n-neċessità li tiġi promossa soċjetà soċjalment inklużiva, b'saħħitha, bla periklu u ġusta b'rispett lejn id-drittijiet fundamentali u d-diversità kulturali li toħloq opportunitajiet indaqs u tiġġieled id-diskriminazzjoni f'kull forma tagħha;

S.

billi l-governanza ambjentali tajba tmur lil hinn mill-arranġamenti istituzzjonali u hija magħmula fost l-oħrajn mit-trasparenza, ir-responsabilità u l-involviment tas-soċjetà ċivili; billi l-Prinċipju 10 tad-Dikjarazzjoni ta' Rio jikkonferma li kwistjonijiet ambjentali huma ttrattati l-aħjar bil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini kollha kkonċernati u jenfasizza l-bżonn li jiġi pprovdut aċċess għall-informazzjoni rigward l-ambjent, id-dritt li jkun hemm parteċipazzjoni fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess effettiv għall-proċeduri ġuridiċi u amministrattivi;

T.

billi tul l-għoxrin sena li għaddew, it-tibdil radikali fid-dinja ġeopolitika, fejn xi pajjiżi li qed jiżviluppaw saru protagonisti ekonomiċi u politiċi ewlenin, wassal għal bilanċ ġdid tas-setgħat u tal-influwenzi, u dan ġab miegħu rwoli u responsabilitajiet ġodda;

U.

billi l-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lin-NU qabel l-1 ta' Novembru 2011, bħala kontribut għan-negozjati li jibdew fil-bidu tal-2012;

1.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 64/236 biex tiltaqa' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-ogħla livell possibbli f'Rio de Janeiro f'Ġunju 2012, li tirrappreżenta opportunità unika għall-mexxejja dinjija biex ifasslu l-aġenda tas-sostenibilità għall-10 snin li ġejjin filwaqt li ġie mtenni l-bżonn ta' solidarjetà globali; jitlob li l-pajjiżi jiġu rappreżentati fil-livell ta' Kapijiet tal-Istat u/jew Gvernijiet;

2.

Jilqa' l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem "Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar"; iqis, madankollu, li l-enfasi fuq l-ekonomija ekoloġika u s-settur privat m'għandhiex tiġbed l-attenzjoni minn fuq il-bżonn li tingħata s-setgħa liċ-ċittadini u milli titħeġġeġ governanza ambjentali tajba lil hinn mill-arranġamenti istituzzjonali; jenfasizza li l-UE tista' taqsam esperjenzi importanti f'dan ir-rigward biex jiġi implimentat il-Prinċipju 10 ta' Rio,

3.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li titressaq quddiem in-NU qabel l-1 ta' Novembru 2011 pożizzjoni b'saħħitha u magħquda tal-UE, bħala kontribut għan-negozjati li jibdew fil-bidu tal-2012;

4.

Jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli għandu jkun minn ta' quddiem fil-proċessi u l-politiki tal-UE jekk hi tixtieq tkun konsistenti internament u fl-aspirazzjonijiet internazzjonali tagħha;

5.

Jenfasizza li s-Samit Rio+20 jirrappreżenta opportunità kruċjali biex jissaħħu l-impenn politiku għal żvilupp sostenibbli fil-livell globali u s-sħubijiet bejn il-pajjiżi industrijalizzati u dawk li qed jiżviluppaw;

6.

Jenfasizza li hemm bżonn kruċjali li tingħata doża ta' urġenza akbar u ta' dinamiżmu fl-implimentazzjoni u l-governanza internazzjonali tal-politiki tal-iżvilupp sostenibbli li l-progress tagħhom qed isir bil-mod;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li s-Samit Rio+20 ma jwassalx biss għal dikjarazzjonijiet ta' rieda tajba, imma għal azzjonijiet tanġibbli u miri responsabbli u mezzi biex dawn jitkejlu, li huma bżonjużi biex jixprunaw is-sinerġija fost l-elementi ta' żvilupp sostenibbli;

8.

Rigward il-fatt li qed titqiegħed enfasi fuq l-‘ekonomija ekoloġika’ bħala waħda miż-żewġ temi ewlenin tas-Samit, jinsisti li l-‘ekonomija ekoloġika’ għandha tinftiehem bħala l-ekonomija kollha kemm hi li topera fil-limiti tas-sostenibilità fir-rigward tal-bijodiversità, iż-żamma tas-servizzi tal-ekosistema, il-ħarsien tal-klima u l-użu ta' riżorsi naturali; jenfasizza li għandha tingħata iktar importanza lill-kapital uman, ambjentali u naturali u li l-iżvilupp sostenibbli għandu jinvolvi iktar mis-sempliċi ekonomija ekoloġika;

9.

Jisħaq fuq il-fatt li s-Samit Rio+20 għandu jiffoka fuq it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-aġendi ambjentali, ekonomiċi u soċjali, filwaqt li jbiddel il-mod kif wieħed iħares lejhom minn tliet kolonni indipendenti għal approċċ aktar koerenti u interdipendenti;

10.

Huwa tal-fehma li t-tweġiba adatta biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-ġejjieni mhijiex li titnaqqas il-veloċità tat-tkabbir iżda li jiġu promossi t-tkabbir sostenibbli u l-ekonomija ekoloġika, li joffru opportunitajiet lill-pajjiżi kollha, irrispettivament mil-livell ta' żvilupp tagħhom u l-istruttura tal-ekonomija tagħhom;

11.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu indirizzati sfidi ġodda u emerġenti, bħall-iskarsezza tar-riżorsi u r-rwol tagħha fil-kunflitti;

12.

Jenfasizza l-fatt li l-ekwità hija l-bażi tal-bidla fil-mudelli li għandha ssir, u din għandha tiġi żgurata fuq skala globali, u b'hekk tippermetti lill-pajjiżi l-inqas żviluppati u lil dawk li qed jiżviluppaw biex, bl-għajnuna tal-pajjiżi żviluppati, jiddaħħlu fil-mewġa normali ta' żvilupp u jinbtu bi status ogħla f'termini ta' benessri uman, iżda wkoll fil-forma tal-ekwità ta' bejn il-pajjiżi u dik interġenerazzjonali;

13.

Jenfasizza li s-Samit Rio+20 għandu jistabbilixxi għanijiet speċifiċi u konkreti u mezzi li bihom jistgħu jiġu mkejla u mmonitorjati, u jitlob biex jiġi adottat Pjan Direzzjonali għall-Ekonomija Ekoloġika f'dan ir-rigward;

14.

Jenfasizza li biex titwettaq it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika fil-kuntest tal-eliminazzjoni tal-faqar, jeħtieġ li tinħoloq rabta bejn il-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem u jiġu indirizzati t-tliet dimensjonijiet ta' politika marbutin ma' xulxin li ġejjin:

l-investiment fl-immaniġġjar sostenibbli ta' riżorsi ewlenin u kapital naturali fuq il-bażi ta' sforz ikkoordinat fir-R&Ż,

it-twaqqif tas-suq u l-kundizzjonijiet regolatorji t-tajbin ibbażati fuq il-mudell tal-prinċipju tal-ekwità,

it-titjib tal-governanza u l-involviment tas-soċjetà ċivili u s-settur privat;

15.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu inklużi l-prinċipju ta' approċċ komuni imma differenzjat, il-prinċipju prekawzjonali, il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u responsabilità estiża tal-produttur ħalli jitħeġġeġ ammont xieraq ta' responsabilitajiet għall-iżvilupp sostenibbli globali; jenfasizza li l-politiki ta' tkabbir ekoloġiku għandu jkollhom l-għan li jsibu soluzzjonijiet favorevoli għal kulħadd billi jsawru l-imprenditorija, il-kompetittività u l-innovazzjoni fis-setturi kollha u jiffukaw fuq żoni fejn it-titjib ikun l-iktar effiċjenti f'termini ekonomiċi u effikaċi f'termini ambjentali;

16.

Jenfasizza li ekonomija ekoloġika għandha tkun iffukata fuq it-tneħħija tar-rabta bejn l-attività ekonomika mill-użu tar-riżorsi u d-degradazzjoni ambjentali;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li s-Samit Rio+20 jipprova jsib soluzzjoni għad-differenzi persistenti u dejjem jikbru tal-ekwità fil-livell globali u f’dak nazzjonali minħabba l-mudell ekonomiku preżenti;

18.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-iktar soluzzjonijiet siguri, prattiċi u disponibbli malajr għall-problemi konġunti tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u d-diversifikazzjoni jikkonsistu fil-ħarsien u l-espansjoni tal-ekosistemi naturali;

19.

Jenfasizza li s-Samit Rio+20 għandu jiddiskuti approċċ integrat biex jindirizza l-isfidi multipli bħalma huma l-eliminazzjoni tal-faqar, is-saħħa, il-provvista tal-ikel, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tibdil klimatiku u l-provvista tal-enerġija; jenfasizza li dawk il-problemi ma jistgħux jissolvew b'mod iżolat u li m'hemm l-ebda ‘soluzzjoni maġika’ u dan jagħmel il-kooperazzjoni saħansitra iktar importanti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol indispensabbli ta' ekosistemi b'saħħithom u naturali fl-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

20.

Jitlob biex is-Samit Rio+20 jinsisti fuq il-progress mgħaġġel fl-iżgurar tal-effikaċja ta' qafas ġuridiku internazzjonali eżistenti għall-ħarsien tal-ambjent billi l-Istati jiġu inkuraġġiti jadottaw strumenti internazzjonali li jeżistu diġà, u l-pajjiżi firmatarji jitħeġġew jipproċedu bir-ratifika veloċi tagħhom;

Azzjonijiet rigward ir-riżorsi u l-kapital naturali

21.

Jenfasizza li t-tranżizzjoni favur ekonomija ekoloġika teħtieġ azzjoni urġenti fir-rigward tal-ħarsien tal-ekosistemi, effiċjenza u sostenibilità tar-riżorsi u l-kapital naturali, filwaqt li jiġu promossi konsum u produzzjoni sostenibbli; jenfasizza l-bżonn li jitkomplew l-inizjattivi attwali fuq il-bini tal-kapaċità;

22.

Itenni li l-kunċett ta' ‘ekonomija ekoloġika’ bir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni mhux se jġib awtomatikament prosperità għall-foqra u jikseb l-MDGs sakemm l-ekonomiji jkunu ġestiti b'mod xieraq, il-kapital naturali mmexxi b'mod effettiv u b'ekwità u l-aċċess għad-distribuzzjoni jkun garantit b'mod ugwali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-ġejjieni;

23.

Jenfasizza l-bżonn li jitfasslu u jiġu implimentati pjanijiet għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, u li l-impatti tal-użu tar-riżorsi naturali jinżammu fil-limiti ekoloġiċi sikuri;

24.

Jenfasizza li l-aċċess ġust u ekwitabbli għal, u d-distribuzzjoni ta', riżorsi għal ġenerazzjonijiet preżenti u futuri huwa prekundizzjoni kruċjali għall-iżvilupp u l-eliminazzjoni tal-faqar u li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom ikunu jistgħu japprofittaw mir-riżorsi naturali tagħhom bl-iktar modi sostenibbli u inklużivi; jenfasizza li huwa ta' importanza fundamentali li l-pajjiżi kollha jipparteċipaw f'dan sabiex jinħolqu soċjetajiet sostenibbli; jisħaq fuq il-fatt li l-ifqar pajjiżi u l-ifqar segmenti tal-popolazzjoni dinjija se jkunu l-aktar affettwati mill-impatti tat-tibdil fil-klima u b'hekk għandhom bżonn l-appoġġ għall-adattament, speċjalment biex jitqiesu l-bżonnijiet u l-għarfien tan-nisa u tal-iktar popolazzjonijiet vulnerabbli,

25.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu vvalutati r-riżorsi, il-kapital naturali u s-servizzi tal-ekosistema bil-valur reali tagħhom, filwaqt li ma jiġux ikkummerċjalizzati s-sistemi naturali; jitlob għat-twaqqif ta' proċessi ta' kontabilità tal-kapital naturali u l-integrazzjoni tagħhom fl-istrutturi tal-kontabilità ekonomika u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi;

26.

Iqis li huwa parti mir-responsabilità tal-pajjiżi industrijalizzati li jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fi triqithom lejn l-iżvilupp, u li jippermettulhom ma jwettqux l-istess żbalji fir-rigward tar-riżorsi naturali u tal-mezzi ta' żvilupp mhux sostenibbli;

27.

Jenfasizza li l-estrazzjoni u l-użu tar-riżorsi għandhom impatt kbir fuq l-ambjent u fuq il-komunitajiet lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra l-kunċett tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni fuq l-ambjent u l-komunitajiet fid-diskussjonijiet u n-negozjati f'Rio+20;

28.

Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li jiġu indirizzati riżorsi skarsi, bħalma hija l-materja prima, l-użu sostenibbli tagħha u l-opportunitajiet tar-riċiklar; iżda wkoll biex tittejjeb ir-riċerka fit-teknoloġiji għall-użu effiċjenti tar-riżorsi, kif ukoll l-aċċess għal dawn it-teknoloġiji u t-tixrid tagħhom;

L-ilma

29.

Jenfasizza li s-Samit Rio+20 għandu bżonn iġedded l-impenn tiegħu favur it-tħeġġiġ tal-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u ta' mmaniġġjar sostenibbli tal-ilma bħala oġġett pubbliku; iqis li t-twaqqif ta' sħubijiet internazzjonali f'dan ir-rigward jistgħu jgħinu biex jintlaħaq dan l-għan, speċjalment permezz ta' programmi ta' adattament għat-tibdil fil-klima bl-għan li l-ilma jinqabad fejn jaqa';

30.

Jenfasizza li r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Lulju 2010 tirrikonoxxi l-aċċess għall-ilma tax-xorb bħala dritt tal-bniedem, u jitlob għal protezzjoni speċjali għall-ilma bħala element partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima, li jista' jwassal għal tnaqqis fil-kwantità u fil-kwalità tal-ilma disponibbli, partikolarment tal-ilma tax-xorb;

31.

Jitlob li s-Sammit ta' Rio+20 jiżgura li d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità jkun miksub globalment;

32.

Jisħaq fuq l-importanza ta' mmaniġġjar integrat tal-baċir tax-xmara, u jitlob għal tisħiħ ta' politiki biex jitjieb l-aċċess għall-ilma, iż-żmien taż-żamma, il-kwalità u l-effiċjenza, kif ukoll il-kooperazzjoni transkonfinali fil-baċiri tax-xmajjar transkonfinali;

L-ambjent marin u l-oċeani

33.

Jisħaq fuq il-bżonn li titjieb il-governanza u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent marin, il-bijodiversità marina u l-oċeani; iqis li l-ibħra u l-oċeani għandhom isiru waħda mill-pilastri ewlenin tal-Qafas ta' Rio, barra l-protezzjoni tal-klima u tal-bijodiversità;

34.

Jistieden b'mod partikolari lis-Samit Rio+20 iniedi negozjati speċifiċi sabiex jadotta strumenti ġuridiċi internazzjonali għall-:

kontroll tat-tniġġis ibbażat fuq l-art tal-ibħra u tal-oċeani,

ġestjoni sostenibbli u evalwazzjoni tal-attivitajiet umani fiż-żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali, u

għall-konservazzjoni tal-bijodiversità marina u l-introduzzjoni u r-rikonoxximent taż-żoni marini protetti fl-ibħra internazzjonali;

Strumenti ta' dan it-tip għandu jistabbilixxi l-qafas ġuridiku għal żoni marini protetti għal ħafna skopijiet, valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u l-qsim ġust u ekwitabbli tal-benefiċċji derivati mill-użu ta' riżorsi ġenetiċi u riżorsi oħrajn. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi ta' sorveljanza u ta' tisħiħ;

35.

Jitlob li tiġi stabbilita malajr sistema globali ta' monitoraġġ tal-ekosistema marina biex tidentifika tibdil fl-ekosistemi marini u fir-riżorsi tal-ħut;

36.

Iqis li għandu jsir impenn qawwi għall-immaniġġjar sostenibbli tas-sajd, b'mod partikolari billi: jkun hemm programmi ta' qbid sostenibbli, filwaqt li jiġi żgurat impenn politiku mġedded biex jiġu implimentati ftehimiet internazzjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi marittimi ħajjin; jintlaħaq ftehim dwar il-proċess ta' reviżjoni tal-implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l-ħażniet tal-ħut jitħallew jipproċedu biss jekk ikunu ġestiti bi qbil mal-obbligi internazzjonali; u jissaħħu l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd u jiġu introdotti prattiki tajbin f'termini ta' istituzzjonijiet, mekkaniżmi tat-trasparenza u responsabilità, tas-sorveljanza u tal-infurzar;

37.

Jinsisti dwar il-bżonn li jiġu applikati l-prinċipju prekawzjonarju u approċċ ta' ekosistema għal kwalunkwe attività li għandha impatt fuq l-ambjent tal-ħajja;

L-enerġija

38.

Jagħmel referenza għall-iskarsezza dejjem tiżdied ta' sorsi tal-enerġija fossili, bħalma huma ż-żejt, il-gass naturali jew il-faħam; jfakkar fil-kontribut tagħhom għall-effett tal-gassijiet b'effett serra, filwaqt li sorsi mhux konvenzjonali għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali u tal-produttività;

39.

Iwissi kontra kwalunkwe operazzjoni ta' esplorazzjoni u estrazzjoni taż-żejt offshore f'żoni fraġli mil-lat ambjentali bħaż-żona Artika biex jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn produzzjoni enerġetika internazzjonali mingħajr karbonju u huwa kontra l-estrazzjoni taż-żejt miksub minn ramel tal-qatran u shales taż-żejt,

40.

Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika teħtieġ trasformazzjoni radikali tas-settur tal-enerġija sabiex ikunu promossi l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija u wkoll l-aċċess universali għall-enerġija għall-foqra u biex titkattar l-elettrifikazzjoni, speċjalment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati; jenfasizza l-bżonn għal teknoloġija ta' enerġija rinovabbli u teknoloġija (transettorjali) u trasferiment tal-għarfien, partikolarment biex ikun appoġġat użu tal-enerġija rinovabbli lokali u fuq skala żgħira, biex ma jiġix ostakolat id-dritt tagħhom għall-iżvilupp;

41.

Jitlob għal miri u miżuri globali biex jiżdiedu l-użu tal-enerġija rinovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija mad-dinja kollha;

42.

Jemmen li l-enerġija rinovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija għandhom il-potenzjal li jtaffu t-tibdil fil-klima, jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, itejbu s-sigurtà tal-provvista u jipprovdu benefiċċji ambjentali u tas-saħħa;

43.

Jitlob lis-samit ta' Rio+20 biex jiżgura li s-sostenibilità tal-prodotti tal-bijofjuwil u tal-bijoenerġija tkun garantita, u jenfasizza f'dan ir-rigward li d-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu rispettati bis-sħiħ;

44.

Iqis li t-termini qosra fil-metodoloġija attwali ta' kontabilità GHG LULUCF jikkompromettu r-riżultati miksuba fit-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHG); jitlob li ssir reviżjoni ta' din il-metodoloġija biex tiġi salvagwardjata l-kapaċità ta' adattament ta' ekosistemi naturali;

45.

Iqis li l-ispejjeż esterni tal-provvista tal-enerġija għandhom ikunu riflessi fil-prezz tal-enerġija;

46.

Ifakkar, b’kunsiderazzjoni tad-diżastru ta' Fukushima, fil-ħtieġa assoluta li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza nukleari fl-UE u li dawn ir-rekwiżiti jiġu promossi fil-livell internazzjonali;

L-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel

47.

Jenfasizza li l-aċċess għal ikel adegwat u tajjeb għas-saħħa jikkostitwixxi dritt bażiku tal-bniedem u għaldaqstant jappella għal azzjoni qawwija u kkoordinata kontra l-kawżi primarji kkaġunati mill-bniedem tal-ġuħ u għall-garanzija ta' sovranità tal-ikel għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

48.

Jenfasizza li hemm bżonn urġenti li tkun promossa agrikoltura fuq skala żgħira, sostenibbli, u organika fil-kuntest tal-eliminazzjoni tal-faqar, filwaqt li jiġi rikonoxxut li, is-sistemi tal-biedja multifunzjonali b'impatt baxx xieraq li tuża boskijiet ta' żerriegħa tradizzjonali, diġà jeżistu u għandhom jiġu promossi;

49.

Jemmen li s-settur tat-trobbija tal-bhejjem għall-ikel huwa parti fundamentali tal-ekonomija l-ħadra, li t-twettiq ta’ prattiki umani u sostenibbli għat-trobbija tal-bhejjem huwa essenzjali, u li t-titjib u s-salvagwardja tal-għejun tal-għajxien għandhom irwol importanti fit-trażżin tal-impatt tat-tibdil fil-klima, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fl-inħawi rurali;

50.

Huwa tal-istess opinjoni tal-Kummissjoni li l-inizjattivi eżistenti li jippromwovu l-agrikoltura sostenibbli li jibnu fuq azzjonijiet multilaterali (bħalma hija l-FAO), attivitajiet reġjonali, nazzjonali u lokali (bħalma huma l-biedja organika u dik ta' valur naturali għoli, serer effiċjenti mil-lat enerġetiku, alloġġi sostenibbli għaż-żamma tal-annimali, agrikoltura ta' preċiżjoni, imprenditorija agrikola newtrali f'termini ta' CO2, bijomassa u fermentazzjoni tad-demel) kif ukoll attivitajiet ta' negozju għandhom jissaħħu, u li, barra minn hekk, inizjattivi u sħubijiet ġodda għandhom jitniedu skont l-arranġamenti ta' governanza tal-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ikel biex il-konsum u l-produzzjoni tal-ikel isiru aktar sostenibbli ħalli tkun promossa l-kapaċità ta' rkupru tal-komunità u jitnaqqas il-ġuħ;

51.

Jitlob għal miżuri globali biex tinħoloq trasparenza akbar fis-suq tal-prodotti primarji u biex tieqaf l-ispekulazzjoni finanzjarja li tikkontribwixxi għall-volatilità għolja fil-prezzijiet tal-ikel u l-kriżijiet globali sussegwenti tal-ikel, billi jiġu adottati r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Dritt għall-Ikel; josserva bi tħassib it-tendenzi globali fl-akkwist ta' art fuq skala kbira min-naħa ta' entitajiet barranin fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq fuq il-bżonn biex din it-tendenza tieqaf biex tiġi garantita s-sigurtà alimentari u jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa ż-żgħar u tal-komunitajiet indiġeni;

52.

Jiddispjaċih tal-progress dgħajjef tan-negozjati u tal-impenji fil-kuntest tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD); iqis li l-ħamrija hija riżors skars u li d-degradazzjoni tal-art u l-bidla fl-użu tal-art jeħtieġu rispons globali; jitlob għal azzjoni konkreta, miżuri effiċjenti u monitoraġġ, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-bijofjuwils;

53.

Jisħaq fuq l-importanza li jintuża l-potenzjal totali sħiħ u li jkunu żgurati d-drittijiet tal-propjetà ta' produtturi indiġeni u rziezet tal-familja, li huma responsabbli għall-maġġoranza tal-forniment globali tal-ikel u li għandhom bżonn appoġġ għall-produzzjoni u l-aċċess għas-suq;

54.

Jenfasizza l-bżonn għal riċerka u innovazzjoni applikati fil-qasam tal-agrikoltura sabiex jiġu stimolati soluzzjonijiet sostenibbli, bħall-agrikolturi ta' preċiżjoni, li tnaqqas il-bżonn ta' tisqija u tal-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti;

55.

Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-FAO, l-IFAD, il-FMI, l-OECD, l-UNCTAD, il-Programm Dinji tal-Ikel (PDI), il-Bank Dinji, id-WTO, l-IFPRI u t-Task Force ta' Livell Għoli dwar il-Kriżi Globali tas-Sigurtà Alimentari (HLTF) tan-NU lill-G20 biex l-istati jneħħu d-dispożizzjonijiet tal-politiki nazzjonali attwali li jissussidjaw jew jafdaw b'mandat il-produzzjoni jew il-konsum tal-bijofjuwils, tal-anqas sakemm il-garanziji għat-tneħħija tal-kompetizzjoni mal-produzzjoni tal-ikel, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-klima jkunu stabbiliti,

Il-foresti

56.

Jenfasizza li d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jirriżultaw fi ħsara ambjentali u soċjali li jkun diffiċli biex terġa' tinġieb lura s-sitwazzjoni preċedenti, bħal disturb fit-tul tal-kundizzjonijiet tal-ilma, il-formazzjoni ta' steppi u d-deżertifikazzjoni, it-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, il-faqar rurali, u kunflitti minħabba l-art, l-aċċess għar-riżorsi, id-drittijiet u l-benefiċċji, il-kostijiet ekonomiċi kumplessivi li jaqbżu bil-kbir in-nefqa għall-miżuri ta' protezzjoni u titjib; iqis li s-Samit Rio+20 kellu jkollu objettiv li jiggarantixxi governanza tal-foresti parteċipattiva, kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji u l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti fuq livell dinji;

57.

Jisħaq fuq il-bżonn li tkun promossa ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tiġi miġġielda d-deforestazzjoni, fost l-oħrajn, permezz tal-għeluq ta' swieq għall-injam maqtugħ illegalment u b'mod mhux sostenibbli; jisħaq fuq il-bżonn li jiġu stabbiliti sħubijiet mal-gvernijiet, il-komunitajiet lokali u l-gruppi indiġeni, is-soċjetà ċivili u s-settur privat sabiex jintlaħaq dan l-għan;

58.

Jenfasizza f'dan il-kuntest il-bżonn li jiġi rispettat l-impenn ta' Nagoya sa tal-anqas nofs u, meta jkun fattibbli, ir-rata tat-telf tal-ħabitats naturali kollha, fosthom il-foresti, titqarreb lejn iż-żero sal-2020;

59.

Jemmen li kif inhu mfassal l-istrument REDD+ skont il-UNFCCC għandu jiżgura r-rispett ta', u jikkontribwixxi għall-objettivi u l-miri ġenerali tal-protezzjoni tal-foresti, u li jiżgura wkoll il-kontribut għalihom, pereżempju, għandhom ikunu żviluppati infrastrutturi speċifiċi għall-osservazzjoni satellitari u fil-post bil-għan li jivvalutaw jekk il-karbonju huwiex jinġabar f'foresta protetta, kif ukoll bħala rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; jappella għalhekk għal aktar trasparenza fl-allokazzjoni tal-fondi rilevanti u monitoraġġ aktar solidu; jenfasizza li d-disinjar tal-mekkaniżmu REDD+ għandu jiżgura vantaġġi konsiderevoli għall-bijodiversità u servizzi vitali tal-ekosistemi lil hinn mill-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-drittijiet u t-titjib tal-mezzi ta' sussistenza tal-persuni dipendenti mill-foresti, partikolarment tal-komunitajiet indiġeni u lokali;

60.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-Kodiċi Forestali l-ġdid, li ser jadotta s-Senat Brażiljan, li ser jaggrava d-deforestazzjoni fl-Amazzonja Brażiljana, u b'hekk ixekkel l-isforzi fuq skala internazzjonali favur il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

61.

Iħeġġeġ lill-pajjiż ospitanti, il-Brażil, jimpenja ruħu biċ-ċar fil-protezzjoni tal-foresta Amazzonika u jikkumbatti l-vessazzjonijiet kriminali fil-konfront tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li joperaw b'mod attiv favur l-ħarsien tal-ambjent;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni biex qabel is-Samit Rio+20 tagħmel disponibbli studju li jivvaluta l-impatt tal-konsum ta' prodotti tal-ikel u mhux mill-UE fuq id-deforestazzjoni; jitlob biex l-istudju jivvaluta wkoll l-impatt tal-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fil-qasam tad-deforestazzjoni u jiddefinixxi inizjattivi politiċi ġodda biex jittrattaw l-impatti identifikati;

Il-kimiċi u sustanzi perikolużi

63.

Jappoġġja l-opinjoni tal-Kummissjoni li huwa l-waqt li jiġi stabbilit reġim internazzjonali aktar robust u koerenti biex jiġi ggvernat l-użu tas-sustanzi kimiċi u perikolużi, u li s-Samit Rio+20 għandu jfittex li jilħaq dan l-għan, filwaqt li jitlob li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar REACH tkun mudell li għandu jiġi adottat minn numru kemm jista' jkun kbir ta' pajjiżi;

Il-ġestjoni tal-iskart

64.

Jisħaq fuq il-fatt li mmaniġġjar tajjeb ta' skart mhux biss jimminimizza impatti ambjentali imma jipprovdi wkoll sors ta' materjali rijutilizzabbli u riċiklati u impjiegi,

65.

Jenfasizza li hemm ħafna riżorsi li attwalment jiġu mixħutin f'landfill, jiġu inċinerati jew ikollhom impatt negattiv fuq l-ambjent u fuq il-komunitajiet lokali u li jistgħu jerġgħu jintużaw jew ikunu riċiklati; jisħaq fuq il-fatt li għandu jsir sforz kbir fir-riċiklaġġ ta' dawn ir-riżorsi sabiex jagħti valur addizzjonali lis-soċjetajiet lokali permezz tal-impjiegi u tal-innovazzjoni, u li r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid jipprevjenu l-qerda tal-ħabitats naturali u tas-soċjetajiet lokali;

L-iżvilupp ta' kundizzjonijiet biex jiġu stimulati s-swieq u l-investiment fil-kapital uman

66.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' integrazzjoni tal-bijodiversità, tas-servizzi tal-ekosistema u tar-riżorsi naturali fil-kontijiet nazzjonali kif ukoll il-pjanijiet u l-istrateġiji kollha fil-qasam tal-iżvilupp / eliminazzjoni tal-faqar;

Sussidji ta' dannu għall-ambjent

67.

Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li jiġu ttrattati s-sussidji li jkunu ta' dannu għall-ambjent u jiġu żviluppati u implimentati l-inċentivi pożittivi biex jittieħed benefiċċju mill-bijodiversità u din tal-aħħar tkun kkonservata;

68.

Jilqa' favorevolment f'dak il-rigward l-attenzjoni akbar mogħtija lejn it-tiħdir tal-PAK fil-proposti ta' riforma tal-PAK;

69.

Jistieden lis-Samit Rio+20 biex iniedi numru ta' azzjonijiet ikkoordinati minn pajjiżi li jfittxu li jidentifikaw u jneħħu b'mod gradwali s-sussidji kollha li huma ta' dannu għall-ambjent sal-2020, bi qbil mal-impenji ta' Nagoya;

Strumenti regolatorji u bbażati fuq is-suq

70.

Jenfasizza li l-użu ta' strumenti regolatorji, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali, flimkien ma' strumenti bbażati fuq is-suq, se jkollhom rwol kruċjali fis-sostenibbiltà ġenerali tas-soċjetà tagħna; jenfasizza f'dan il-kuntest l-urġenza li jiġi ttrattat l-impatt klimatiku tan-navigazzjoni u l-avjazzjoni internazzjonali u jenfasizza l-eżempju tal-UE u tal-objettivi tagħha tal-20-20-20, kif ukoll tal-politiki ambjentali progressivi tagħha u tal-istandards b'mod ġenerali;

71.

Jenfasizza li qafas regolatorju ċar, affidabbli u komprensiv huwa meħtieġ biex iħalli lill-atturi jispustjaw il-motivazzjoni ekonomika fuq ekonomija effiċjenti, responsabbli u ekoloġika;

72.

Jitlob għall-istabbiliment, fuq livell internazzjonali, ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji;

73.

Jenfasizza li riformi fiskali mfassla biex imexxu l-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu ta' riżorsi u t-tniġġis jistgħu jgħinu biex joħolqu riżultat, fejn bih jirbaħ kulħadd, kemm għall-impjiegi kif ukoll għall-ambjent, billi din il-bidla tagħmel l-effiċjenza tar-riżorsi, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid aktar attraenti u b'hekk toffri aktar opportunitajiet għall-impjiegi;

74.

Jistieden lill-Kummissjoni tal-UE biex tħeġġeġ l-inklużjoni ta' aspetti ambjentali fin-negozjati tal-kummerċ internazzjonali;

Il-finanzjament

75.

Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika globali se teħtieġ investiment finanzjarju fuq skala kbira; jenfasizza li l-flus pubbliċi waħedhom mhux se jkunu biżżejjed, u li l-iffinanzjar pubbliku se jkollu jservi ta' katalist u lieva għal investiment privat ħafna akbar; jenfasizza fuq il-bżonn ta' promozzjoni tal-innovazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda billi jitjieb ukoll l-aċċess għall-finanzjament;

76.

Jistieden lis-Samit Rio+20 biex jirrakkomanda li jirriforma strateġiji finanzjarji eżistenti u biex jiġu stabbiliti skemi ġodda ta' finanzjar pubbliku u privat u sħubijiet kif ikun hemm bżonn;

77.

Jemmen li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom bżonn qafas fuq tul ta' żmien twil stabbli rigward l-appoġġ finanzjarju, tkabbir tal-kapaċità u trasferiment tat-teknoloġija biex ikun promoss l-iżvilupp sostenibbli u jkunu jistgħu jevitaw l-iżvilupp intensiv tal-enerġija u tal-karbonju li għaddew minnu l-pajjiżi industrijalizzati;

78.

Jitlob li s-samit Rio+20 isaħħaħ l-miżuri u jżid ir-riżorsi disponibbli għall-mitigazzjoni tar-riskju ambjentali globali u l-mekkaniżmi tat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri;

79.

Jenfasizza li l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għandha tkun monitorjata aħjar, inkluż l-użu ta' miżuri alternattivi għal impenji għall-iżvilupp, bħalma hija l-għajnuna programmabbli tal-pajjiż l-OKŻE jew l-Impenn tal-Indiċi ta' Żvilupp, biex ikunu garantiti l-konformità mal-ftehimiet ambjentali multilaterali u tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, kif ukoll għall-objettivi usa' tal-ekonomija ekoloġika;

80.

Iqis li hija kruċjali li l-ifqar pajjiżi jkollhom aċċess għal forom innovattivi ta' ffinanzjar biex titnaqqas id-differenza fl-ekwità li jesperjenzaw dawn il-pajjiżi;

81.

Jitlob monitoraġġ tal-effetti tal-finanzjamenti fuq il-bilanċ tal-ġeneru bil-għan li jiġu garantiti finanzjamenti li jqisu l-ġeneru;

Is-setgħa liċ-ċittadini

82.

Iqis li hija tal-akbar importanza li ċ-ċittadini jkomplu jingħataw is-setgħa fil-governanza ambjentali u jitlob għal progress f'Rio+20 biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni globali tal-Prinċipju 10 ta' Rio; iqis li l-UE għandha esperjenza importanti x'toffri għad-diskussjonijiet internazzjonali b'aktar minn 10 snin implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Aarhus;

83.

Jitlob li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus jitwessgħu lil hinn mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) permezz ta' Konvenzjoni globali jew il-ftuħ tal-Konvenzjoni ta' Aarhus għal partijiet barra min-NU/KEE;

84.

Jirrakkomanda approċċ komprensiv għar-rispett tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jiġu implimentati politiki favur l-iżvilupp sostenibbli; jisħaq fuq il-bżonn li jingħata livell adegwat ta' protezzjoni għall-persuni l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima;

85.

Jenfasizza l-fatt li kwalunkwe strument ta' regolamentazzjoni jista' jirnexxi biss jekk jingħaqad mal-informazzjoni u l-edukazzjoni; huwa barra minn hekk tal-fehma li t-tibdil tal-valuri u tal-imġiba fl-approċċi minn isfel għal fuq għandhom importanza ewlenija, u jitlob speċifikament għal inizjattivi li jimmobilizzaw iż-żgħażagħ, bħala l-ġenerazzjoni li jmiss li se tintlaqat mill-konsegwenzi tal-azzjonijiet tagħna;

It-taħriġ

86.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu appoġġjati programmi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, fil-pajjiżi kollha; jemmen li l-promozzjoni ta' kapaċitajiet ġodda se tgħin biex jinħolqu impjiegi ġodda fis-suq tax-xogħol dinji, li jiġġeneraw effetti multipli pożittivi fuq livell soċjali;

Teknoloġiji

87.

Jisħaq fuq l-importanza tar-R&Ż u l-innovazzjoni, u l-bżonn għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika;

88.

Jirrikonoxxi li l-innovazzjoni teknoloġika, il-valutazzjoni u t-trasferiment huma essenzjali biex jiġu sodisfatti l-isfidi ambjentali, ekonomiċi u soċjali; jenfasizza wkoll, madankollu, li l-iżvilupp teknoloġiku ma jistax ikun l-unika soluzzjoni għall-problemi ambjentali jew għall-eliminazzjoni tal-faqar;

89.

Jenfasizza l-innovazzjoni hija iktar minn innovazzjoni teknika – l-innovazzjoni soċjali tagħti soluzzjonijiet ġodda u effikaċi għal bżonnijiet soċjali l-aktar urġenti maħluqa minn individwi jew organizzazzjonijiet b'importanza soċjali, u mhux neċessarjament kummerċjali; jenfasizza wkoll li l-innovazzjoni soċjali tipprovdi opportunità għaċ-ċittadini, fi kwalunkwe rwol, biex itejbu l-ambjent tax-xogħol u tal-ħajja tagħhom, b'hekk tgħin fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetà ċivili globalment u tipprovdi l-opportunità biex is-soċjetà ċivili tipparteċipa fil-protezzjoni u fl-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali;

90.

Jesprimi l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposti għal ġeoinġinerija fuq skala kbira;

91.

Ifakkar li l-protezzjoni tal-għarfien, l-innovazzjonijiet u l-prattiki tal-komunitajiet indiġeni u lokali tagħmel espliċitament parti mill-Ftehimiet oriġinali tas-Samit ta' Rio, li tagħti metodi ta' ħidma man-natura ttestjati fuq skala ta' żmien, sikuri u reżiljenti;

92.

Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda u emerġenti ma jridux jissagrifikaw il-miri ta' żvilupp ġust u sostenibbli u tal-eliminazzjoni tal-faqar; jenfasizza li t-teknoloġiji jista' jkollhom impatti differenti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u mingħajr sorveljanza xierqa ċerti teknoloġiji jistgħu jwasslu għal sfruttar mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali (bħalma huma l-ilma, l-art u l-bijomassa), iżidu l-faqar u effetti soċjali detrimentali oħrajn;

93.

Jappoġġa għalhekk il-Pjan Strateġiku ta' Bali għall-Appoġġ Teknoloġiku u t-Tkabbir tal-Kapaċità għal teknoloġija relatata mal-ambjent kif ukoll għall-miri għall-evalwazzjoni u t-trasferiment ta' teknoloġiji ambjentalment tajbin; jitlob għall-ħolqien ta' kapaċità fi ħdan is-sistema tan-NU biex timmonitorja, tevalwa u tipprovdi informazzjoni dwar teknoloġiji ġodda biex jiġi integrat kunċett usa' ta' sostenibbiltà u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli ta' prodotti u tal-proċessi fl-oqsma kollha;

Il-kejl tal-progress

94.

Jitlob għal studji urġenti għall-iżvilupp ta' sensiela ġdida ta' kriterji metriċi biex jitkejjel il-progress li sar f'termini ta' ekwità u ta' żvilupp sostenibbli;

95.

Jenfasizza li s-Samit Rio+20 għandu jwassal għal mudell alternattiv biex jitkejlu t-tkabbir u l-benessri ‘lil hinn mill-PDG’, u jibni fuq inizjattivi bħas-sistema internazzjonali tal-kontijiet integrati tal-ambjent u tal-ekonomija (SEEA), l-Indiċi ta' Żvilupp Uman, u l-proġett ‘Kejl tal-Progress tas-Soċjetajiet’ tal-OKŻE; jenfasizza li huwa meħtieġ sabiex jitkejjel il-progress f'sens wiesa', li jiġbor fih id-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali; jitlob għalhekk għall-adozzjoni ta' indikaturi ċari u li jitkejlu li jqisu t-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-inklużjoni soċjali;

96.

Jitlob għal diskussjoni wiesgħa dwar l-inklużjoni ta' dawn l-indikaturi fuq livell internazzjonali fi proċessi komunement użati biex ikun evalwat il-progress pubbliku u dak privat;

97.

Jitlob għar-rikonoxximent tal-prinċipju tan-non regressjoni fil-kuntest tal-protezzjoni tal-ambjenti kif ukoll tad-drittijiet fundamentali;

It-titjib tal-governanza u l-involviment tas-settur privat

98.

Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li titjieb il-governanza tal-iżvilupp sostenibbli;

99.

Huwa tal-opinjoni li l-UNEP għandu bżonn jissaħħaħ fis-sistema interna tan-NU, pereżempju billi l-UNEP jinbidel f'Aġenzija Speċjalizzata tan-NU (bħall-ILO), għax dan ikun l-akbar pass 'il quddiem biex titjieb il-governanza ambjentali internazzjonali u jsir progress favur żvilupp sostenibbli globali; madankollu f'dan il-kuntest jirrferi għall-alternattivi kollha li ġew identifikati mill-konklużjonijiet ta' Ħelsinki-Najrobi;

100.

Jitlob għall-istabbiliment, taħt l-awspiċji tal-UNEP, ta' grupp ta' xjenzjati esperti ddedikati biex jimxi skont il-mudell tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima u fdat bil-kompiti ta' rieżami u valutazzjoni transettorjali tal-informazzjoni xjentifika, teknika u soċjoekonomika l-aktar reċenti prodotta fid-dinja kollha rilevanti għall-fehim tal-bijodiversità u tas-sostenibbiltà;

101.

Ifakkar il-proposta tiegħu għal qorti ambjentali internazzjonali sabiex il-leġiżlazzjoni ambjentali globali ssir b'mod li tkun torbot u infurzata aktar, jew almenu awtorità internazzjonali, bħal ombudsman b'setgħat ta' medjazzjoni;

102.

Jistieden lis-Samit Rio+20 biex iniedi strateġija għat-tisħiħ tal-koerenza bejn il-ftehimiet ambjentali multilaterali differenti; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-bżonn ta' approċċ ikkoordinat bejn it-tliet Konvenzjonijiet ta' Rio (Bijodiversità, Tibdil fil-Klima u Deżertifikazzjoni) billi dawn huma intrinsikament marbuta ma' xulxin, joperaw fl-istess ekosistemi u jittrattaw kwistjonijiet interdipendenti;

103.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu involuti atturi globali, nazzjonali u lokali fil-proċessi ta' implimentazzjoni;

104.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiżdied l-involviment tal-ministri tal-finanzi, il-ministri tal-ekonomija, il-ministri tal-iżvilupp, il-ministri tal-ambjent u oħrajn fil-politiki tal-iżvilupp sostenibbli;

105.

Jistieden lis-Samit Rio+20 biex isaħħaħ l-involviment tal-partijiet interessati ewlenin, inkluż is-settur privat; jenfasizza li n-negozju u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-NGOs, il-movimenti soċjali u l-komunitajiet indiġeni, għandu jkollhom rwol prominent;

106.

Jisħaq fuq l-importanza li n-negozju u s-soċjetà ċivili jaħdmu flimkien f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk li huma żviluppati sabiex jagħtu riżultati tanġibbli;

107.

Jisħaq fuq l-importanza tal-involviment taċ-ċittadini; jitlob biex tiżdied il-kuxjenza u tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar il-konsum sostenibbli, u jiġu introdotti u promossi inċentivi sabiex jinbidlu l-valuri u l-imġiba u jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet responsabbli kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-industrij;

108.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' azzjoni biex tixpruna l-bidla fl-imġiba favur mudell ta' konsum sostenibbli;

109.

Jenfasizza li l-partijiet interessati ewlenin kollha għandu jkollhom aċċess sħiħ, miftuħ u ġust għan-negozjati, il-laqgħat intersessjonali u l-laqgħat preparatorji kollha għal Rio+20;

110.

Jemmen li r-rappreżentanti parlamentari għandu jkollhom rwol attiv fir-rigward tal-konferenza; idealment, il-Parlament Ewropew għandu jkun formalment assoċjat mal-konferenza u jingħata status ekwivalenti għal dik tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-anqas l-istess status li gawda minnha f'konferenzi oħrajn;

*

* *

111.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/119


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Il-futur tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni

P7_TA(2011)0431

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-futur tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

2013/C 56 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), li stabbilixxa l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Baġit għall-Ewropa 2020” (COM(2011)0500),

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-FEG,

wara li kkunsidra l-konferenzi tal-partijiet interessati tal-Kummissjoni f'Jannar u Marzu 2011 ma' Stati Membri u rappreżentanti tas-sħab soċjali, li jikkonċernaw il-futur tal-FEG,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet li kien adotta minn Jannar 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, inklużi l-kummenti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) dwar l-applikazzjonijiet rispettivi,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar il-finanzjament u l-funzjonament tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (5), inkluża l-opinjoni għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) tal-25 ta' Ġunju 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bl-isem ta' “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva” (6),

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma speċjali tal-Kumitat EMPL dwar l-FEG,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-FEG twaqqfet biex tappoġġa miżuri għal dawk il-ħaddiema li l-aktar intlaqtu ħażin mis-sensji tal-massa kkawżati mill-globalizzazzjoni jew mill-kriżi finanzjarja u ekonomika fl-Unjoni Ewropea, bl-għan li tippromwovi r-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

B.

billi, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-FEG ġiet mobilizzata għas-sensji kkawżati mill-kriżi finanzjarja u ekonomika;

C.

billi l-Kummissjoni qiegħda tipproponi li testendi d-deroga temporanja sal-aħħar tal-2013 filwaqt li tippermetti lill-FEG biex jintuża bħala appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

D.

billi l-FEG tfassal bħala għodda għal intervent rapidu f'każ ta' sensji tal-massa, bl-għan li jipprevjeni l-qgħad fuq medda twila ta' żmien f'kundizzjonijiet diffiċli tas-suq tax-xogħol; billi l-għan oriġinali tal-FEG bħala strument kien li jtaffi, fi żmien qasir, problemi kbar tas-suq tax-xogħol li ma jkunux previsti, ikkawżati mil-liċenzjament ta' numru kbir ta' ħaddiema jew minn kumpaniji kbar jew minn SMEs li joperaw f'settur partikolari u f'reġjun partikolari; itenni, fl-istess ħin, li l-objettivi ta' Ewropa 2020 fuq medda twila ta' żmien, li għandhom l-għan li jżidu l-impjiegi u r-rati tal-impjegabbiltà, huma appoġġati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

E.

billi l-proċedura twila għall-mobilizzazzjoni tal-FEG ġiet identifikata bħala nuqqas maġġuri tar-regolamentazzjoni rilevanti;

F.

billi ċerti Stati Membri ssieltu biex jużaw l-FEG minħabba d-diffikultajiet fit-tiftix ta' finanzjament nazzjonali li jaqbel;

G.

billi l-FEG ikkontribwiet għall-proġett pilota ta' miżuri innovattivi mfassla biex itejbu l-impjegabbiltà tal-ħaddiema;

H.

billi r-Regolament attwali tal-FEG wera' li huwa flessibbli biżżejjed biex jiġi applikat f'sistemi differenti tas-suq tax-xogħol u f'kuntesti madwar l-UE;

I.

billi l-FEG iffinanzjat miżuri komplementari għal dawk iffinanzjati mill-FSE, flimkien ma' allowances mogħtija matul it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid;

1.

Ifakkar li l-FEG twaqqaf bl-għan li juri s-solidarjetà tal-UE mal-ħaddiema affettwati mis-sensji tal-massa bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, u li fl-2009 dan ġie estiż – bħala parti mill-Pjan ta' Rkupru – biex ikopri l-liċenzjamenti kkawżati mill-kriżi finanzjarja u ekonomika ukoll;

2.

Jagħraf il-valur miżjud tal-FEG bħala strument ta' intervent rapidu bi skop limitat biex jikkofinanzja miżuri attivi tas-suq tax-xogħol biex jgħin lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol; jenfasizza wkoll li fil-futur il-fokus għandu jkun fuq politiki sostenibbli tas-suq tax-xogħol; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni biex jimplimentaw l-objettivi Ewropej, biex jiksbu l-objettivi tal-UE u jippromwovu ħiliet ġodda, inkluż għal impjiegi ‘ħodor’ sostenibbli ġodda ta’ kwalità għolja;

3.

Jinnota bi pjaċir li l-FEG kien kapaċi jappoġġa madwar 10 % tal-ħaddiema kollha fl-UE li sfaw imkeċċija matul il-perjodu 2009-2010, u jinnota li madwar 40 % tal-ħaddiema fil-mira tal-FEG fl-2009 kienu integrati mill-ġdid b'suċċess fis-suq tax-xogħol minkejja l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fis-swieq tax-xogħol;

4.

Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex l-FEG jitkompla lil'hinn mill-MFF, u jitlob għal kjarifika urġenti dwar is-sitwazzjoni fir-rigward ta' bdiewa u dawk b'kuntratt għal terminu fiss;

5.

Jitlob li l-FEG imġedded ikun marbut mill-qrib ma' qafas Ewropew għar-ristrutturar meħtieġ sabiex jantiċipa u jimmaniġja t-tranżizzjoni;

6.

Jikkunsidra li l-akbar valur miżjud li FEG mġedded jista' jipprovdi jkun appoġġ effikaċi għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid ta' ħaddiema bil-ħsieb li jintegrahom mill-ġdid fl-impjieg f'sitwazzjonijiet diffiċli tas-suq tax-xogħol li jirriżultaw minn ristrutturar mhux mistenni ta' kumpaniji jew setturi li joħloq jew jiggrava n-nuqqas ta' adegwatezza tal-ħiliet; jenfasizza li tali strument jipprovdi komplement siewi għal dawk il-miżuri finanzjati mill-FSE li predominantement għandhom l-għan li jadattaw l-isfidi globali bil-ħsieb ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli; jisħaq, barra minn hekk, li minn naħa dan l-istrument jiżgura s-solidarjetà tal-UE mal-ħaddiema li ntlaqtu ħażin mir-ristrutturar, u li min-naħa l-oħra l-Istati Membri kollha jistgħu jibbenefikaw mill-intervent f'ħin xieraq, immirata u mfassla apposta sabiex tipprevjeni l-qgħad fuq medda twila ta' żmien;

7.

Huwa tal-opinjoni li l-introduzzjoni ta' proċeduri ta' intervent aktar mgħaġġla sabiex ikun permess li l-FEG ikun mobilizzat b'mod aktar effiċjenti u malajr hija l-isfida prinċipali għall-futur;

8.

Jikkunsidra l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippreżenta soluzzjonijiet vijabbli bil-ħsieb li tnaqqas it-tul tal-applikazzjoni u l-proċedura ta' mobilizzazzjoni għal massimu ta' sitt xhur bejn id-data tal-applikazzjoni u t-trasferiment ta' fondi lill-Istati Membri kkonċernati, skont il-proċeduri leġiżlattivi u baġitarji li huma attwalment stabbiliti għall-FEG; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' progress li sar fl-erba' snin li fihom l-FEG ilu jopera, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iħaffu l-operazzjoni tagħha billi jikkonċentraw il-miżuri fl-ambitu tagħha mingħajr ma jpoġġu lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw diffikultajiet baġitarji fi żvantaġġ;

9.

Iħeġġeg li l-FEG tal-futur jiffoka sew fuq l-innovazzjoni, f'konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti fejn kriżi reġjonali jew nazzjonali li twassal għal telf sostanzjali ta' xogħlijiet tista' tkun ikkunsidrata wkoll taħt l-FEG;

10.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma koerenti u kumpatibbli mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, u li tuża parti mill-baġit tal-assistenza teknika biex tippromwovi u tqassam l-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri;

11.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura koerenza bejn l-interventi tal-FEG u l-azzjoni mmirata lejn kumpaniji u setturi fil-qasam tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u l-politika industrijali;

12.

Jitlob għal titjib fir-Regolament tal-futur dwar l-FEG biex jiżgura li l-Fond ma jiġġenerax effetti morali perikolużi għal kumpaniji multinazzjonali;

13.

Jenfasizza li s-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti ferm fil-proċedura ta' applikazzjoni u, fuq kollox, fit-tfassil tal-pakkett ta' miżuri ikkoordinat; ifakkar li s-sħab soċjali għandhom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tar-rendikonti għall-ħaddiema;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvestiga modi li jiżguraw li l-finanzjament tal-FEG mhuwiex użat indirettament minn kumpaniji multinazzjonali li juru profitt nett biex inaqqsu l-ispejjeż għalihom biex jimmaniġjaw ir-ristruttrar soċjalment responsabbli u biex ma jassumux ir-responsabbilitajiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas tal-UE għall-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar tal-bidla u r-ristrutturar li fih dawn il-kumpaniji jinżammu finanzjarjament responsabbli għal miżuri ta' impjieg mill-ġdid;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika r-raġunijiet li għalihom ċerti Stati Membri għadhom ma użawx l-FEG anke jekk kellhom sensji tal-massa, u biex tipproponi soluzzjonijiet sabiex tiżgura li l-finanzjament tal-FEG huwa mqassam f'konformità mal-objettiv tal-Unjoni biex tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u solidarjetà bejn l-Istati Membri (Artikolu 3 TUE);

16.

Jenfasizza li l-FEG għandu jkompli jiffinanzja biss dawk il-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li huma addizzjonali għall-miżuri provduti fil-liġi nazzjonali f'każ ta' sensji tal-massa; barra minn hekk, jipproponi li fil-futur l-allowances appoġġati mill-FEG għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn miżuri ta' taħriġ jew taħriġ mill-ġdid iffinanzjati wkoll mill-FEG, u li m'għandhomx jieħdu post l-allowances provduti fil-liġi nazzjonali jew tal-Komunità jew fil-ftehimiet kollettivi;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li r-rata ta' kofinanzjament tal-FEG tiġi allinjata ma' dik applikabbli tal-Fondi Strutturali fl-Istati Membri konċernati;

18.

Jitlob għall-applikazzjonijiet biex jipprovdu informazzjoni dwar is-sorsi ta' kofinanzjament;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja l-proċess ta' implimentazzjoni aktar mill-qrib sabiex tiżgura li l-ħaddiema kollha jibbenefikaw ugwalment mir-rendikonti tal-miżuri, u biex tibni bażi ta' data tal-aħjar prattiki u mudelli;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0303.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0266.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/122


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Il-ħolqien ta’ Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

P7_TA(2011)0432

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar il-ħolqien ta’ Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

2013/C 56 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 214(5), jistipula: li, “Sabiex jiġi stabbilit qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti minn żgħażagħ Ewropej għall-azzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja”,

B.

billi l-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni fit-23 ta’ Novembru 2010 dwar “Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta’ Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja”,

C.

billi l-2011 hija s-“Sena Ewropea tal-Volontarjat”,

1.

Jiddikjara li l-azzjoni umanitarja hija espressjoni fundamentali tal-valur Ewropew tas-solidarjetà;

2.

Jenfasizza li t-tradizzjoni antika tal-volontarjat fl-Ewropa hija parti indispensabbli mill-identità Ewropea komuni tagħna;

3.

Jenfasizza li l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja se jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini Ewropej billi jħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom u billi se jkun qed jikkontribwixxi għal soċjetà iktar koeżiva;

4.

Jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-funzjonament tal-Korp b’reazzjoni għad-diżastri u għax-xogħol biex jiġi stabbilit il-Korp mill-aktar fis possibbli;

5.

Jikkunsidra li l-komponenti ewlenin tas-Servizz Volontarju għandhom ikunu l-identifikazzjoni u l-għażla ta’ volontiera u t-taħriġ u t-tħejjija tagħhom;

6.

Jenfasizza li s-Servizz Volontarju għandu jkun ibbażat fuq id-domanda u fuq il-ħtiġijiet u li s-sigurtà għandha tingħata importanza enormi;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tas-29 ta’ Settembru 2011 (P7_PV(2011)09-29(ANN1)).


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/123


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Il-pajżana invalidati bil-gwerra

P7_TA(2011)0433

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-pajżana invalidati bil-gwerra

2013/C 56 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma adottat mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura,

A.

billi l-Unjoni Ewropea ilha promotur tal-paċi internazzjonali u tal-prevenzjoni tal-użu tal-majns splussivi,

B.

billi l-pajżana invalidati bil-gwerra, il-vittmi ta’ majns splussivi u ta’ fdalijiet ta’ armi oħra u l-vittmi ta’ terroriżmu fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati jaffrontaw diffikultajiet kontinwi ta’ natura sanitarja u soċjoekonomika li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod komprensiv u koordinat,

1.

Jikkunsidra li l-Ewropa għandha tkun ta’ eżempju għall-kumplament tad-dinja billi tirrikonoxxi u tindirizza l-ħtiġijiet fuq perjodu twil ta’ żmien tal-vittmi ta’ atti terroristiċi u ta’ pajżana invalidati bil-gwerra, u billi tagħtihom stejtus speċjali;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi adegwati biex tiżgura li l-ħtiġijiet kontinwi ta’ natura medika u soċjetali tal-pajżana invalidati bil-gwerra u tal-vittmi tat-terroriżmu jiġu ssodisfati mingħajr diskriminazzjoni fl-UE, bl-għan li tali persuni jingħataw l-għajnuna biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża fl-ambjent tagħhom;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tas-29 ta' Settembru 2011 (P7_PV(2011)09-29(ANN2)).


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/124


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Il-Kummerċ ta' prodotti agrikoli u tas-sajd bejn l-UE u l-Palestina ***

P7_TA(2011)0396

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (07770/2011 – C7-0100/2011 – 2011/0042(NLE))

2013/C 56 E/18

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07770/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (07769/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)-(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0100/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0300/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u tal-Medda ta’ Gaża.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/125


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Ftehima bejn il -KE u l-Messiku dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***

P7_TA(2011)0397

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (05735/2011 – C7-0067/2011 – 2008/0161(NLE))

2013/C 56 E/19

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05735/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (07158/2/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 100(2), 218(8) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0067/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0298/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti Messikani.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/125


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd UE-Kap Verdre ***

P7_TA(2011)0398

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (09793/2011 – C7-0228/2011 – 2011/0097(NLE))

2013/C 56 E/20

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09793/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (09791/2011),

wara li kkunsidra t-talba ta' approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0228/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0299/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet u l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali multiannwali tas-sajd previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll u l-evalwazzjonijiet annwali rispettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr ma jiġu imponuti restrizzjonijiet bla bżonn fuq l-aċċess għal dan id-dokument;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament infurmat minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri marbuta mal-Protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont l-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kap Verde.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/126


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili ***

P7_TA(2011)0399

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (09390/2011 – C7-0141/2011 – 2011/0021(NLE))

2013/C 56 E/21

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09390/2011),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (06458/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0141/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0301/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/127


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro ***

P7_TA(2011)0400

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro (17787/2010 – C7-0025/2011 – 2010/0206(APP))

2013/C 56 E/22

(Proċedura leġislattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill (17787/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0025/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0077/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/127


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
It-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I

P7_TA(2011)0405

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2010)0377 – C7-0186/2010 – 2010/0204(COD))

2013/C 56 E/23

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0377),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0186/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0076/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 278, 15.10.2010, p. 1.


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0204

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Patrlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru. 1214/2011.)


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/128


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
Il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ***I

P7_TA(2011)0406

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD))

2013/C 56 E/24

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0854),

wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0062/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni), skont liema r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju tħassar b'seħħ mis-27 ta' Awwissu 2009,

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-18 ta' Lulju 2011 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0028/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (1);

2.

Japprova l-istqarrija konkunta tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Din il-pożizzjoni hija minflok l-emendi adottati fil-5 ta' April 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0125).


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2008)0249

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▐ li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru. 1232/2011.)


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni:

Il-Kummissjoni biħsiebha teżamina dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tal-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni dwar spedizzjonijiet ta' valur baxx.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar spedizzjonijiet ta' valur baxx:

Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni dwar spedizzjonijiet ta' valur baxx maħruġa minn Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/130


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011: ir-riżorsi proprji u l-flussi ta' migrazzjoni u ta' rifuġjati

P7_TA(2011)0414

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13990/2011 – C7-0243/2011 – 2011/2128(BUD))

2013/C 56 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2011 (COM(2011)0375),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011, adottat mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2011 (13990/2011 – C7-0243/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0312/2011),

A.

billi l-objettiv tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 għall-baġit ġenerali 2011 huwa doppju, jiġifieri li jissaħħu l-approprjazzjonijiet taħt is-sottointestatura 3a u li jiġu riveduti l-previżjonijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali,

B.

billi t-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta' impenn bi kważi EUR 41.1 miljun għall-ġestjoni tal-flussi ta' migrazzjoni u ta' refuġjati (permezz tal-Aġenzija Frontex, tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, tal-Fond Ewropew għar-Ritorn u tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati) jagħmel parti minn tweġiba multiformi tal-Unjoni għall-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi tal-Nofsinhar tal-Mediterran,

C.

billi ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn hija netta u konformi mal-prinċipju tal-‧approprjazzjonijiet ġodda għal kompiti ġodda‧,

D.

billi t-tisħiħ konkomitanti propost fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas b'EUR 43.9 miljun huwa possibbli permezz ta' riallokazzjoni ta' ħlasijiet sotto-implimentati mill-partita tal-baġit 'Proġetti ta' enerġija biex jgħinu l-pjan ta' rkupru ekonomiku – Netwerks tal-enerġija,

E.

billi l-ħlasijiet sotto-implimentati mill-partita tal-baġit imsemmija hawn fuq se jkunu ntużaw kollha permezz tal-adozzjoni tal-Baġit ta' emenda Nru 2/2011, l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 u bosta trasferimenti,

F.

billi kwalunkwe rekwiżit potenzjali eventwali għal ħlasijiet għas-sena 2011 għandu jiġi ppreżentat billi titqies id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' ħlas adottata miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2011;

2.

Jinnota, b'sorpriża kbira, il-pożizzjonijiet kontradittorji tal-Kunsill, li approva t-tisħiħ ta' bosta programmi taħt is-sottointestatura 3a fl-Abboz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2011, iżda jieħu pożizzjoni opposta fir-rigward tal-istess strumenti għas-sena finanzjarja 2012 billi jnaqqas l-approprjazzjonijiet;

3.

Ifakkar f'dan ir-rigward fil-fatt li l-konsistenza u l-koerenza tal-impenji tal-Unjoni b'rabta mal-istrumenti tagħha huma prerekwiżiti għal infiq effiċjenti u ottimizzat, li huwa ferm mixtieq f'ambjent baġitarju mimli tensjoni u restrizzjonijiet;

4.

Japprova, mingħajr emendi, l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit ta' emenda Nru 4/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/131


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/017 DK/ Midtjylland Machinery/Danimarka

P7_TA(2011)0415

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/017 DK/ Midtjylland Makkinarju mid-Danimarka) (COM(2011)0421 – C7-0194/2011 – 2011/2159(BUD))

2013/C 56 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0421 – C7-0194/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0309/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l hawn biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b’mod effiċjenti kemm jista’ jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi d-Danimarka talbet għajnuna fir-rigward ta’ każ li jikkonċerna 813-il sensja, li 325 minnhom huma l-mira ta' għajnuna, f’sitt intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 28 tan-NACE Reviżjoni 2 ('Manifattura ta' makkinarju u tagħmir') fir-reġjun NUTS II ta' Midtjylland (DK04) fid-Danimarka,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li fil-proċedura jsiru aktar titjibiet fil-qafas tar-rieżamijiet li se jsiru dalwaqt tal-FEG u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibilità akbar tal-FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u ta’ żmien limitat immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji b’riżultat tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u l-anqas ikkwalifikati;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG la għandha tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tad- diversi objettivi ta' politika;

6.

Jilqa' t-tisħiħ tal-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG b’EUR 50 000 000 permezz tal-Baġit ta' emenda Nru 3/ 2011, li se jintuża biex ikopri l-ammont meħtieġ għal din l-applikazzjoni;

7.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/017 DK/Midtjylland Makkinarju mid-Danimarka)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/725/UE.)


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/133


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija tal-karrozzi/ Il-Ġermanja)

P7_TA(2011)0416

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija awtomobilistika mill-Ġermanja) (COM(2011)0447 – C7-0209/2011 – 2011/2163(BUD))

2013/C 56 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0447 – C7-0209/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament tal-FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0311/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħin fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Ġermanja talbet l-għajnuna fir-rigward tal-każ li jikkonċerna 778 sensja, ilkoll fil-mira biex jieħdu l-għajnuna, f'ħames impriżi li joperaw fid-Diviżjoni 29 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE ("Il-manifattura ta' vetturi bil-mutur, karrijiet u nofs-karrijiet") fir-reġjuni NUTS II ta' Arnsberg (DEA5) u Düsseldorf (DEA1) fil-Ġermanja,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li jingħataw is-sensja;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jilqa' l-fatt li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tad-diversi objettivi ta' politika;

6.

Jilqa' t-tisħiħ previst tal-linja baġitarja 04.05.01 tal-FEG b’EUR 50 000 000 permezz tal-Baġit ta' emenda Nru 3/2011, li se jintuża biex ikopri l-ammont meħtieġ għal din l-applikazzjoni;

7.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija awtomobilistika mill-Ġermanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/724/UE.)


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/135


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/026 PT/Rohde/Portugall

P7_TA(2011)0417

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/026 PT/Rohde mill-Portugall) (COM(2011)0491 – C7-0222/2011 – 2011/2167(BUD))

2013/C 56 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0491 – C7-0222/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament tal-FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0310/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħin fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa sa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Portugall talab għall-għajnuna fir-rigward ta' każ li jikkonċerna 974 sensja, li 680 minnhom huma l-mira ta' għajnuna, fi ħdan impriża waħda li tinstab prinċipalment fil-muniċipalità ta’ Santa Maria Da Feira u affettwaw ukoll il-muniċipalità kontigwa ta’ Ovar, li t-tnejn li huma jinstabu rispettivament f’żewġ reġjuni ta’ NUTS II: Norte u Centro fil-Portugal,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il- FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li jingħataw is-sensja;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jenfasizza iktar li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG jinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jilqa' l-fatt li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tad-diversi objettivi ta' politika;

6.

Jilqa’ t-tisħiħ previst tal-linja baġitarja tal-FEG 04 05 01 b’EUR 50 000 000 permezz tal-Baġit ta' emenda 3/ 2011, li se jintuża biex ikopri l-ammont meħtieġ għal din l-applikazzjoni;

7.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/026 FR/Rohde mill-Portugall)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/726/UE.)


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/137


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-Arġentina) ***

P7_TA(2011)0418

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06609/2011 – C7-0104/2011 – 2011/0027(NLE))

2013/C 56 E/29

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06609/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06610/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0104/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0297/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Arġentina.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/138


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-Awstralja) ***

P7_TA(2011)0419

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06603/2011 – C7-0144/2011 – 2011/0032(NLE))

2013/C 56 E/30

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06603/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06604/2011),

wara li kkunsira t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0144/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0296/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/139


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (Ftehim UE-New Zealand) ***

P7_TA(2011)0420

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06536/2011 – C7-0106/2011 – 2011/0029(NLE))

2013/C 56 E/31

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06536/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (06537/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0106/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0295/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tan-New Zealand.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/139


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Is-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ***I

P7_TA(2011)0421

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (COM(2010)0526 – C7-0300/2010 – 2010/0280(COD))

2013/C 56 E/32

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0526),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0300/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0178/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0291).


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0280

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1175/2011.)


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/140


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I

P7_TA(2011)0422

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM(2010)0524 – C7-0298/2010 – 2010/0278(COD))

2013/C 56 E/33

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0524),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0298/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2)

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0180/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk (3);

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 46.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0290).


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0278

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1173/2011.)


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Qabel tmiem l-2011, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ sistema ta’ ħruġ komuni ta’ bonds sovrani Ewropej (eurotitoli) b’obbligazzjoni in solidum, b’konformità mal-Artikolu [13(4)] tar-Regolament dwar l-infurzar tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro. Dawn l-eurotitoli jkollhom l-għan li jsaħħu d-dixxiplina fiskali u jsaħħu l-istabilità fiż-żona tal-euro permezz tas-swieq, kif ukoll billi, jisfruttaw iż-żieda fil-likwidità, u b’hekk jiżguraw li l-Istati Membri li jgawdu mill-ogħla standards ta' kreditu possibbli ma jkollhomx iħallsu rati ogħla ta' imgħax. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi, jekk meħtieġ.

Fil-kuntest tal-ewwel rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament kif previst fl-Artikolu [13], il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tirrieżamina l-funzjonament ta’ kwalunkwe mekkaniżmu li jieħu post il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja u l-Faċilità Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja tul il-perjodu kopert fir-rapport. Dan ir-rieżami se jivvaluta wkoll l-kontribut ta' dan il-mekkaniżmu fiż-żamma tal-istabbilità finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi; fl-infurzar tad-dixxiplina baġitarja fost l-Istati Membri, fit-titjib tal-governanza ekonomika u l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE. Se jivvaluta wkoll l-effikaċja tal-arranġamenti istituzzjonali li jirregolaw l-mekkaniżmu msemmi qabel u jevalwa l-benefiċċji possibbli f’termini ta’ effikaċja, effiċjenza u r-responsabilità ta’ diversi arranġamenti istituzzjonali.”


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/142


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I

P7_TA(2011)0423

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (COM(2010)0525 – C7-0299/2010 – 2010/0279(COD))

2013/C 56 E/34

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0525),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 121(6) u l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0299/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0182/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 53.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0292).


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0279

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1174/2011.)


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/143


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ***I

P7_TA(2011)0424

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (COM(2010)0527 – C7-0301/2010 – 2010/0281(COD))

2013/C 56 E/35

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0527),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0301/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0183/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 53.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0287).


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0281

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1176/2011.)


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tilqa' l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Ir-Regolament jirrikonoxxi li n-natura, l-importanza u l-urġenza tal-isfidi talpolitika jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti skont l-Istati Membri kkonċernati, u li minħabba lvulnerabbiltajiet u d-daqs tal-aġġustament meħtieġ, il-ħtieġa ta’ azzjoni ta' politika hija partikolarment urġenti fi Stati Membri li persistentement juru defiċits kbar fil-kontijiet kurrenti u telf kbir fil-kompetittivita. Hija tirrikonoxxi wkoll li fi Stati Membri li jakkumulaw bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti, il-linji ta' politika għandu jkollhom l-għan li jidentifikaw u jimplimentaw il-miżuri li jgħinu fit-tisħiħ tad-domanda domestika u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom. Fl-implimentazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tirrispetta dan lapproċċ u ser tiżgura li s-sorveljanza makroekonomika tkopri l-pajjiżi b'defiċits u bilanċi faveroli fil-kontijiet kurrenti b'differenzazzjoni xierqa fir-rigward tal-urġenza tat-tweġibiet tal-politika u t-tip ta' azzjonijiet korrettivi meħtieġa.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/144


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv *

P7_TA(2011)0425

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (COM(2010)0522 – C7-0396/2010 – 2010/0276(CNS))

2013/C 56 E/36

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0522),

wara li kkunsidra l-Artikolu 126(14), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0396/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0179/2011),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata (2);

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0288).


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-CNS(2010)0276

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (2),

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni, kif prevista mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) , għandha tinkludi l-konformità mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (5). Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 rispettivament. Barra minn hekk, kien adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar it-‘Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’.

(3)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli bħala mezz ta’ tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal stabbiltà fil-prezzijiet u għal tkabbir qawwi sostenibbli bbażat fuq stabbiltà finanzjarja u li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(4)

Il-qafas komuni għall-governanza ekonomika jeħtieġ li jkun imsaħħaħ, anki fir-rigward tas-sorveljanza baġitarja mtejba , b’konformità mal-grad għoli ta’ integrazzjoni bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari fiż-żona tal-euro.

(4a)

Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma’ xulxin, b'mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b’attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, qafas effikaċi biex jiġi evitat u korrett d-defiċit tal-gvern eċċessiv (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), qafas b’saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(4b)

Il-kisba u ż-żamma ta’ Suq Uniku dinamiku għandhom jiġu kkunsidrati bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(4c)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika għandhom jikkompletaw u jappoġġaw l-strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn il-fergħat differenti m’għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(4d)

It-tisħiħ tal-governanza għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-kontropartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas ta’ dan id-djalogu huma l-Istituzzjonijiet Ewropej u r-Rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat mid-deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 126(7) tat-TFUE, avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, jew deċiżjoni li tittieħed skont l-Artikolu 126(11) tat-TFUE biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet. L-attendenza tal-Istati Membri hija volontarja.

(4e)

L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel għaxar snin ta’ funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja juru ħtieġa ta' governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali iktar b’saħħitha ta’ regoli u politiki miftehma b'mod komuni u fuq qafas ta’ sorveljanza aktar b'saħħtu tal-politika ekonomika nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

(4f)

Il-Kummissjoni u l-Kunsill, meta jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkunsidraw kif xieraq il-fatturi rilevanti kollha u s-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri konċernati.

(5)

Ir-regoli dwar id-dixxiplina baġitarja għandhom jissaħħu b’mod partikolari billi jingħata rwol aktar prominenti lil-livell u l-evoluzzjoni tad-dejn u s-sostenibbiltà ġenerali. Mekkaniżmi sabiex jiżguraw konformità ma’ dawn ir-regoli u l-infurzar tagħhom għandhom jissaħħu wkoll.

(5a)

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet.

(6)

L-implimentazzjoni tal-proċedura eżistenti ta’ defiċit eċċessiv abbażi kemm tal-kriterju tad-defiċit kif ukoll tal-kriterju tad-dejn teħtieġ ▐ punt ta’ referenza numeriku li jikkunsidra ċ-ċiklu kummerċjali li miegħu ssir il-valutazzjoni dwar jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross huwiex qed jonqos biżżejjed u joqrob lejn il-valur referenzjali b’pass sodisfaċenti. Għandu jiddaħħal perjodu ta' tranżizzjoni biex l-Istati Membri li huma soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv fid-data tal-adozzjoni ta' dan ir-regolament jadattaw il-politiki tagħhom għall-punt ta' referenza numeriku għat-tnaqqis tad-dejn. Dan għandu japplika wkoll għall-Istati Membri li huma suġġetti għal programm ta' aġġustament tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

(7)

▐ Nuqqas ta’ konformità mal-punt ta’ referenza numeriku għat-tnaqqis tad-dejn m’għandux ikun suffiċjenti biex jiġi stabbilit defiċit eċċessiv, iżda ▐ għandha titqies il-firxa kollha ta’ fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) TFUE . B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-effett taċ-ċiklu u l-kompożizzjoni tal-aġġustament tal-flussi tal-istokks fuq l-iżviluppi tad-dejn taf tkun biżżejjed biex teskludi l-istabbiliment ta’ defiċit eċċessiv fuq il-bażi tal-kriterju tad-dejn.

(8)

Fl-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-defiċit u l-passi li jwasslu għalih, hemm il-ħtieġa li titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE jekk id-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross ma jaqbiżx il-valur ta’ referenza.

(8a)

Meta fost il-fatturi rilevanti jitqiesu riformi sistemiċi tal-pensjonijiet, il-kunsiderazzjoni ċentrali għandha tkun jekk dawn humiex qed itejbu s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema ta’ pensjonijiet kollha kemm hi mingħajr ma jżidu r-riskji għall-pożizzjoni baġitarja fuq medda medja ta’ żmien.

(9)

Ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE għandu jqis kif jixraq il-kwalità tal-qafas fiskali nazzjonali, minħabba li dan għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-konsolidazzjoni fiskali u l-finanzi pubbliċi sostenibbli. Din il-kunsiderazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti minimi kif stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill [dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri] kif ukoll rekwiżiti mixtieqa miftiehma oħra għad-dixxiplina fiskali.

(10)

Sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-avviżi tal-Kunsill għall-korrezzjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ defiċit eċċessiv, hemm il-ħtieġa li dawn jispeċifikaw miri baġitarji annwali konsistenti mat-titjib fiskali meħtieġ f’termini aġġustati ċiklikament, netti minn miżuri ta’ darba jew temporanji. F’dan il-kuntest, il-punt ta’ referenza annwali ta’ 0.5 % tal-PDG għandu jkun mifhum bħala bażi medja annwali.

(11)

Il-valutazzjoni ta’ azzjoni effettiva tibbenefika meta l-konformità mal-miri tal-infiq tal-amministrazzjoni pubblika tittieħed bħala referenza flimkien mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta' dħul speċifiċi ppjanati.

(12)

Fil-valutazzjoni tal-każ għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali għal tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-UE kollha bil-kondizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perijodu medju .

(13)

Huwa xieraq li tiżdied l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji previsti mill-Artikolu 126(11) tat-TFUE sabiex jikkostitwixxu inċentiv reali għall-konformità mal-avviżi taħt l-Artikolu 126(9).

(14)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandhom jitfasslu sanzjonijiet ibbażati fuq ir-regoli fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-TFUE, biex ikunu żgurati mekkaniżmi ġusti, f’waqthom u effettivi għall-konformità mar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(14a)

Il-multi li jinġabru għandhom jiġu assenjati lill-mekkaniżmi ta’ stabbilità biex tingħata għajnuna finanzjarja, maħluqa mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardata l-istabbiltà taż-żona tal-euro inġenerali,

(15)

Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandhom jieħdu kont tal-innumerar ġdid tal-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għas-sostituzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (6).

(16)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandu jkun emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex titħaffef u tkun iċċarata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv . L-objettiv tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv huwa li jkunu evitati defiċits governattivi eċċessivi u, jekk iseħħu, biex tinkoraġġixxi aktar il-korrezzjoni tagħhom, meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata fuq il-bażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern.

2.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘Stati Membri parteċipanti’ għandha tfisser ‘dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro’.”

2.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   “L-eċċess tad-defiċit tal-gvern fuq il-valur ta’ referenza għandu jitqies bħala eċċezzjonali, b’mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), meta jirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u b'impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika, jew meta jirriżulta minn riċessjoni ekonomika severa.” ’

(b)

jiddaħħal il-paragrafu ▐ li ġej:

"1a.   Meta jaqbeż il-valur ta’ referenza, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u javviċina l-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti skont l-Artikolu 126(2)(b) tat-Trattat jekk id-differenza fir-rigward tar-referenza tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b’rata medja ▐ fl-ordni ta’ wieħed minn kull għoxrin fis-sena bħala punt ta’ referenza, abbażi tal-aħħar tliet snin li jkunu għaddew li għalihom ikun hemm dejta disponibbli . Ir-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jiġu kkunsidrat ukoll bħala sodisfatt jekk il-previżjonijiet tal-baġit kif ipprovduti mill-Kummissjoni jindikaw li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenza jseħħ fuq il-perjodu ta’ tliet snin li jinkludi s-sentejn wara l-aħħar sena li għaliha d-dejta hija disponibbli. Għal Stat Membru li huwa soġġett għal proċedura ta' defiċit eċċessiv fi [id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament - trid tiddaħħal] u għal perijodu ta' tliet snin mill-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, ir-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jitqies sodisfatt jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħmel progress suffiċjenti lejn il-konformità kif ivvalutata fl-Opinjoni adottata mill-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà u Konverġenza tiegħu.

Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-punt ta’ referenza tal-aġġustament, trid tiġi kkunsidrata l-influwenza tal-pass tat-tnaqqis tad-dejn.”;

(c)

il-paragrafu 3 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"3.   Meta tkun qed tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f’dak l-Artikolu, sakemm dawn jaffettwaw b’mod sinifikanti l-evalwazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn mill-Istat Membru kkonċernat . Ir-rapport għandu jirrifletti kif xieraq:

L-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika fuq perjodu ta’ żmien medju, b’mod partikolari, it-tkabbir potenzjali, inklużi l-kontribuzzjonijiet varji pprovduti mix-xogħol, l-akkumulazzjoni ta’ kapital u l-prodottività tal-fatturi totali, l-iżviluppi ċikliċi u l-pożizzjoni tat-tfaddil nett tas-settur privat;

L-iżviluppi fil-pożizzjonijiet baġitarji għall-perijodu medju (b'mod partikolari r-rekord tal-aġġustament lejn l-objettiv tal-estimi fuq terminu medju ta’ żmien, il-livell ta’ bilanċ primarju u żviluppi fin-nefqa primarja, kemm kurrenti u kemm kapitali , l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika fil-kuntest tal-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika fil-kuntest tal-istrateġija ta' tkabbir komuni għall-Unjoni u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari, l-effettività ta' oqfsa baġitarji nazzjonali )▐;

Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-iżviluppi għas-sitwazzjoni tad-dejn tal-gvern fuq perjodu ta’ żmien medju, id-dinamika u s-sostenibbiltà tiegħu (b’mod partikolari, ▐ il-fatturi ta’ riskju inklużi l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn, l-aġġustament u l-kompożizzjoni tiegħu , ir-riservi akkumulati u assi oħrajn finanzjarji ; il-garanziji, b’mod partikolari dawk marbuta mas-settur finanzjarju; u kwalunkwe responsabbiltajiet impliċiti ▐ relatati max-xjuħija u d-dejn privat sal-punt li tista’ tirrapreżenta responsabbiltà impliċita kontinġenti għall-gvern);

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa u espliċita lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex tkun evalwata b’mod komprensiv il-konformità mal-kriterji tad-defiċit u d-dejn u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni. F’dak il-kuntest, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari għal : kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim ta' solidarjetà internazzjonali u għall-kisba tal-miri tal-linji tal-politika tal-Unjoni ; id-dejn li jsir fil-forma ta' appoġġ bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri fil-kuntest tas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja ; id-dejn relatat mal-operazzjonijiet ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja waqt tfixkil finanzjarju ewlieni.”;

(d)

il-paragrafu 4 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu valutazzjoni kumplessiva bbilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, speċifikament il-limitu safejn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni. Meta jevalwaw il-konformità fuq il-bażi tal-kriterju tad-defiċit, jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur ta’ referenza, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza tad-defiċit eċċessiv previsti fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-TFUE biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali – li, qabel jitqiesu dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u l-eċċess tiegħu fuq il-valur ta’ referenza jkun temporanju – tiġi ssodisfatta b’mod sħiħ.

Madankollu, dawn il-fatturi, għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċessi li jwasslu għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv meta tiġi valutata konformità dwar il-bażi tal-kriterju tad-dejn.”;

(da)

il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"5.     Il-Kummissjoni u l-Kunsill, meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità mal-kriterji ta' defiċit u ta' dejn u fil-passi sussegwenti tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, għandhom jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa lill-implimentazzjoni ta' riformi tal-pensjoni li jintroduċu sistema b'diversi pilastri li tinkludi pilastru obbligatorju ffinanzjat kompletament u l-kost nett tal-pilastru ġestit b’mod pubbliku. B'mod partikolari, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi tas-sistema ġenerali tal-pensjoni maħluqa mir-riforma, jiġifieri jekk tippromwovix is-sostenibbiltà għall-perijodu twil mingħajr ma żżid ir-riskji għall-pożizzjoni baġitarja għall-perijodu medju.”;

(db)

il-paragrafu 6 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"6.     Jekk il-Kunsill, filwaqt li jikkunsidra l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, ikun iddeċieda, fuq il-bażi tal-Artikolu 126(6) TFUE, li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkunsidraw il-fatturi rilevanti msemmija f’paragrafu 3, billi huma jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ukoll fil-passi proċedurali sussegwenti tal-Artikolu 126 TFUE, inkluż kif speċifikat fl-Artikoli 3(5) u 5(2) ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-iffissar ta’ skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv u eventwalment fl-estensjoni tagħha. Madankollu, dawk il-fatturi rilevanti m’għandhomx jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) TFUE dwar it-tħassir ta’ xi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet kollha skont il-paragrafi 6 sa 9 u l-paragrafu 11 tal-Artikolu 126 TFUE.”;

(e)

il-paragrafu 7 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"7.   Fil-każ ta’ Stati Membri fejn l-eċċess tad-defiċit mill-valur ta’ referenza jirrifletti l-implimentazzjoni ta’ riformi tal-pensjonijiet bl-introduzzjoni ta’ sistema msejsa fuq diversi pilastri li tinkludi pilastru mandatorju ffinanzjat għal kollox, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu wkoll l-ispiża tar-riforma ▐ meta jivvalutaw l-iżviluppi taċ-ċifri tad-defiċit ▐ fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv sakemm id-defiċit ma jaqbiżx b’mod sinifikanti livell li jista’ jitqies ▐ qrib il-valur ta’ referenza, u l-proporzjon tad-dejn ma jaqbiżx il-valur ta’ referenza bil-kundizzjoni li tinżamm is-sostenibbiltà fiskali globali . ▐ Din l-ispiża netta ▐ għandha titqies ukoll għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) TFUE dwar it-tneħħija ta’ wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew tad-deċiżjonijiet tiegħu kollha taħt il-paragrafi 6 sa 9 u 11 tal-Artikolu 126 -TFUE, jekk id-defiċit ikun naqas sostanzjalment u kontinwament u jkun laħaq livell li joqrob lejn il-valur ta’ referenza ▐.”.

2a.

Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“TAQSIMA 1a

DJALOGU EKONOMIKU

Artikolu 2a

1.     Bl-iskop li jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u bl-iskop li jkunu żgurati aktar trasparenza u responsabilità politika, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Eurogroup sabiex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu d-deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 126(6) tat-TFUE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 126(7) TFUE u avviż abbażi tal-Artikolu 126(9) TFUE u deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 126(11) TFUE.

Il-Kunsill huwa mistenni li, bħala regola, jsegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni jew jispjega l-pożizzjoni tiegħu b'mod pubbliku.

Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn tali rakkomandazzjoni, avviż u deċiżjonijiet sabiex jipparteċipa fl-iskambju ta’ opinjonijiet

2.     Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinfurmaw regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament”.

3.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Meta tqis b’mod sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk tqis li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza opinjoni u proposta lill-Kunsill skont l-Artikoli 126(5) u (6) tat-TFUE u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew .”;

(b)

Fil-paragrafu 3, ir-referenza għall-‘Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93’ hija ssostitwita bir-referenza għall-‘Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009’.

(c)

il-paragrafu 4 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"4.   Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn sitt xhur ▐ għal azzjoni effettiva li trid tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat. Meta l-livell ta’ gravità tas-sitwazzjoni jkun jiġġustifikataha, l-iskadenza għal azzjoni effettiva tista’ tkun ta’ tliet xhur. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, li għandha titlesta fis-sena ta' wara l-identifikazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu , il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, imsejjes fuq it-tbassir li huwa l-bażi tar-rakkomandazzjoni, ikunu konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt ta’ referenza, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjoni."

(d)

jiddaħħal il-paragrafu ▐ li ġej:

"4a.   Qabel l-iskadenza ▐ prevista fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri ▐ għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji fin-naħa kemm tan-nefqa kif ukoll tad-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) TFUE, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.”.

(e)

il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"5.   Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet b'konformità mar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 126(7) TFUE u wara l-adozzjoni ta' dik ir-rakkomandazzjoni jseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b'konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista' jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) TFUE. Ir-rakkomandazzjoni riveduta, li tqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, tista’ testendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena, Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi imprevisti b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, kontra t-tbassir ekonomiku fir-rakkomandazzjoni tiegħu. Fil-każ ta' tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew l-UE kollha, il-Kunsill jista' wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perijodu medju.”

4.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"1.     Kull deċiżjoni tal-Kunsill li jagħmel pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fejn ikun stabbilit li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva skont l-Artikolu 126(8) TFUE, għandha tittieħed immedjatament wara li jiskadi l-limitu ta' żmien iffissat skont l-Artikolu 3(4) ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

▐ il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-Kunsill, meta jqis jekk itteħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula b'konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-Artikolu 3(4a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat.’

Meta l-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-Artikolu 126(8) TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat ikun naqas milli jieħu azzjoni effettiva, huwa għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew f'dan is-sens.”.

5.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"1.   Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li jingħata avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex iwettaq miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit b'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva b'konformità mal-Artikolu 126(8). Fl-avviż, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, fuq il-bażi tat-tbassir li huwa l-bażi tal-avviż, huma konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt ta’ referenza, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fl-avviż. Il-Kunsill għandu wkoll jindika miżuri li jwasslu għall-kisba ta’ dawn il-miri.”

(b)

jiddaħħal il-paragrafu ▐ li ġej:

"1a.   B’segwitu għall-avviż tal-Kunsill mogħti f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għal miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tan-nefqa kif ukoll tad-dħul u kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jieħu, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 6 (2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.”

(c)

il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"2.   Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet b'konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) TFUE. L-avviż rivedut, li jqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, jista’ jestendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv b’sena. Il-Kunsill jista’ jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. Fil-każ ta' tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew l-UE kollha, il-Kunsill jista' wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perijodu medju.”

6.

L-Artikolu 6 huwa sostiwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Meta jqis jekk ittieħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tiegħu magħmul b'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE, il-Kunsill, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport imressaq mill-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-Artikolu 5(1a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-riżultati tal-missjoni ta’ sorveljanza magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a għandhom jiġu kkunsidrati.

2.   Meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 126(11) TFUE jiġu ssodisfatti, il-Kunsill għandu jimponi sanzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 126(11) TFUE. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu l-miżuri skont l-Artikolu 126(9) TFUE.”

7.

▐ L-Artikolu 7 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Jekk Stat Membru parteċipant ma jikkonformax mad-deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill skont it-termini tal-Artikoli 126(7) u (9) TFUE, id-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi sanzjonijiet, skont it-termini tal-Artikolu 126(11) TFUE, għandha tittieħed bħala regola fi żmien sittax-il xahar mid-dati ta’ rapportaġġ stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009. F'każ fejn jiġu applikati l-Artikoli 3(5) jew 5(2) ta' dan ir-Regolament, l-iskadenza ta' 16-il xahar għandha tiġi emendata f'dan is-sens. Għandha tiġi użata proċedura ta’ malajr xierqa fil-każ ta' żbilanċ ippjanat deliberatament li l-Kunsill jiddeċiedi li hu eċċessiv.”.

8.

L-Artikolu 8 huwa sostiwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill biex jintensifika s-sanzjonijiet, b'konformità mal-Artikolu 126(11) TFUE, għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill biex tneħħi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet tiegħu kollha skont l-Artikolu 126(12) TFUE għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.".

9.

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 9, ir-referenza għall-‘Artikolu 6’ hija sostitwita mir-referenza għal-Artikolu 6(2)’.”.

10.

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissorveljaw b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-azzjoni meħuda.";

(b)

fil-paragrafu 3, ir-referenza għar-‘Regolament (KE) Nru 3605/93’ hija ssostitwita b’referenza għar-‘Regolament (KE) Nru 479/2009.”.

10a.

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 10a

1.     Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-iskop, Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel missjonijiet ta’ valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membri u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe riskji jew diffikultajiet ta’ konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

2.     Sorveljanza msaħħa tista’ ssir għal Stati Membri li huma soġġetti għal rakkomandazzjonijiet u avviżi b’segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 126(8) u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 126(11) TFUE għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ in situ. L-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-preparazzjoni u t-tmexxija tal-missjoni.

3.     Meta l-Istat Membru konċernat ikun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, jew li jipparteċipa fl-ERM II, il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk tqis dan xieraq, biex jieħdu sehem fiż-żjarat ta' djalogu u ta' sorveljanza.

4.     Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni li jirreferi għaliha t-tieni paragarafu u jekk ikun xieraq tista' tiddeċiedi li tagħmel is-sejbiet tagħha disponibbli għall-pubbliku.

5.     Meta torganizza missjonijiet ta’ sorveljanza li jirreferi għalihom it-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.".

11.

L-Artikolu 11 huwa sostiwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Kull meta l-Kunsill jiddeċiedi li japplika s-sanzjonijiet għal Stat Membru parteċipanti skont l-Artikolu 126(11) TFUE, bħala regola, għandha tkun meħtieġa multa. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jissupplimenta din il-multa bil-miżuri l-oħrajn previsti fl-Artikolu 126(11) TFUE.”.

12.

L-Artikolu 12 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   L-ammont tal-multa għandu jinkludi komponent fiss ugwali għal 0,2 % tal-PDG, u komponent li jvarja. Il-komponent varjabbli għandu jammonta għal wieħed minn għaxra tad-differenza bejn id-defiċit bħala perċentwal tal-PDG fis-sena preċedenti u, jew il-valur ta' referenza għad-defiċit tal-gvern, jew, jekk in-nuqqas ta' konformità mad-dixxiplina baġitarja tinkludi l-kriterju tad-dejn, il-bilanċ ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika bħala perċentwal tal-PDG li kellu jinkiseb fl-istess sena skont l-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.

2.   Kull sena sussegwenti, sakemm titneħħa d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE. F'din il-valutazzjoni annwali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b'konformità mal-Artikolu 126(11) TFUE, li jintensifika s-sanzjonijiet, sakemm l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ma jkunx ikkonforma mal-avviż tal-Kunsill. Jekk tittieħed deċizjoni dwar multa addizzjonali, għandha tkun ikkalkulata bl-istess mod bħal tal-komponent varjabbli tal-multa fil-paragrafu 1.

3.   Kwalunkwe multa waħdanija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex taqbeż il-limitu massimu ta’ 0.5 % tal-PDG.".

13.

L-Artikolu 13 huwa rrevokat u r-referenzi għalih fl-Artikolu 15 huma ssostitwiti b’referenza għall-‘Artikolu 12’.

14.

L-Artikolu 16 huwa sostiwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati lill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja. Hekk kif jinħoloq mekkaniżmu ta' stabbiltà ieħor mill-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita, li jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tkun salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, il-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu tal-aħħar. ”.

14a.

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 17a

1.     Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull hames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a)

l-effettività tar-regolament;

(b)

il-progress fl-iżgurar ta' koordinament iktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u tal-konverġenza kontinwa fl-attività ekonomika tal-Istati Membri bi qbil mat-TFUE.

2.     Fejn ikun xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.

3.     Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”

15.

Ir-referenzi kollha għall-‘Artikolu 104’ huma sostitwiti fir-Regolament kollu b'referenzi għall-‘Artikolu 126 TFUE’.

16.

Fil-punt 2 tal-Anness, ir-referenzi fil-Kolonna I għall-‘Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93’ huma ssostitwiti b’referenzi għall-‘Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi,

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011.

(2)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(5)  ĠU C 236, 2.8.1997, p. 1.

(6)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.


26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/156


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri *

P7_TA(2011)0426

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM(2010)0523 – C7-0397/2010 – 2010/0277(NLE))

2013/C 56 E/37

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0523),

wara li kkunsidra l-Artikolu 126(14), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0397/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0184/2011),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata fit-23 ta' Ġunju 2011 (2);

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

7.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  Testi adottati P7_TA(2011)0289.


L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni

Fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, b’dan qed jiġi ddikjarat li l-qbil milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fil-kuntest tal-ftehim globali dwar il-pakkett tal-governanza ekonomika u tal-fatt li l-att leġiżlattiv speċifiku huwa Direttiva tal-Kunsill, ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.

Dikjarazzjoni mill-Kunsill

B’dan qed jiġi ddikjarat li l-ftehim globali milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rigward ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro, ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u d-Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha favur l-iżgurar li l-Istati Membri jistabbilixxu tabelli ta’ korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri ta’ traspożizzjoni li jadottaw mad-direttiva tl-UE u li jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-kuntest tat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-interess taċ-ċittadini, ta’ leġiżlazzjoni mtejba u ta’ aktar trasparenza legali, kif ukoll biex jassistu l-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali ma’ dispożizzjonijiet tal-UE.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha għan-nuqqas ta’ appoġġ għad-dispożizzjoni inkluża fil-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, li kellha l-għan li l-istabbiliment ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni tagħmlu obbligatorju.

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta’ kompromess u biex tiżgura l-adozzjoni immedjata ta’ dik il-proposta, tista’ taċċetta li d-dispożizzjoni obbligatorja dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni inkluża fit-test tkun sostitwita b’dispożizzjoni li tħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu din il-prattika.

Madankollu, il-pożizzjoni meħuda mill-Kummisjsoni f'dan id-dossier m’għandhiex titqies bħala preċedent. Il-Kummissjoni sejra tissokta bl-isforzi tagħha bil-għan li, flimkien mal-Parlament u mal-Kunsill, issib soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali.


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011

26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/158


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ***I

P7_TA(2011)0428

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2011)0336 – C7-0161/2011 – 2011/0147(COD))

2013/C 56 E/38

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0336),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0161/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0308/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif tinsab hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0147

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li għaddew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 (2) stabbilixxa l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-'FEG') biex jippermetti lill-Unjoni issostni u turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fil-mudelli tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni.

(2)

Bħala parti mir-reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika, ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 billi jipprovdi, b'mod partikolari, għal deroga temporanja mmirata biex twessa' l-ambitu tiegħu sabiex ikopri s-sensji kawża tal-kriżi kif ukoll żieda temporanja fir-rata ta' finanzjament mill-FEG.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni, huwa f'loku li din id-deroga tiġi estiża qabel l-iskadenza tagħha fit-30 ta' Diċembru 2011.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 għandu għalhekk ikun emendat bl-istess mod.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Din id-deroga għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha mressqa qabel il-31 ta' Diċembru 2013.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011.

(2)  ĠU L 48, 22.2.2008, p. 82

(3)  ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26