ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.054.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 54

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
23 ta' Frar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 054/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2013 li tirrelata mal-pjan għad-dispożizzjoni ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekommissjoni tar-Reatturi tar-Riċerka Studsvik R2 u R2-0, li jinsabu fi Nyköping, l-Isvezja

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 054/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6852 – CVC/Cerved Holding) ( 1 )

3

2013/C 054/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6823 – CD&R/B&M) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 054/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 054/05

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

5

2013/C 054/06

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għal permess esklussiv għat-tiftix ta' minjieri ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ Permis de Mirande)  ( 1 )

6

2013/C 054/07

Avviż tal-Gvern tar-Rumanija skont id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 054/08

Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

9

2013/C 054/09

Sejħa għall-proposti – EACEA/07/13 – MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-Films Ewropej – L-iskema tal-aġent tal-bejgħ 2013

10

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Frar 2013

li tirrelata mal-pjan għad-dispożizzjoni ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekommissjoni tar-Reatturi tar-Riċerka Studsvik R2 u R2-0, li jinsabu fi Nyköping, l-Isvezja

(It-test bl-Isvediż biss huwa awtentiku)

2013/C 54/01

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fid-19 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea irċeviet mill-Gvern tal-Isvezja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, id-Dejta Ġenerali relatata mal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekommossjonar tar-Reatturi tar-Riċerka Studsvik R2 u R2-0.

Abbażi ta din id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Ottubru 2012 u pprovduta mill-awtoritajiet Svediżi fis-16 ta’ Novembru 2012, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni segwenti:

(1)

Id-distanza bejn is-sit ta' Studvisk u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ il-Finlandja, hi ta’ 200 km. L-Estonja u l-Latvija huma l-eqreb Stati Membri li jmiss, il-fruntieri tagħhom jinsabu madwar 265 km ’il bogħod. Il-fruntiera tan-Norveġja, bħala pajjiz ġar, hi 320 km ’il bogħod.

(2)

Waqt operazzjonijiet normali ta' dekommissjoni l-ħruġ ta’ effluwenti radjuattivi likwidi u gassużi mhux responsabbli li jikkawża esponiment tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz ġar li jkun sinifikanti mill-punt tas-saħħa.

(3)

L-iskart solidu radjuattiv se jinħażen fis-sit sakemm toħroġ id-deċiżjoni tal-gvern dwar l-għażla ta’ soluzzjoni repożitorja fit-tul. Skart solidu mhux radjuattiv jew fdal materjali skont il-livelli ta’ approvazzjoni se jinħelsu mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew biex jerġa' jiġi użat jew riċiklat. Dan se jseħħ f’konformità mal-kriterji mniżżla fl-Istandards Bażiċi ta’ Sigurtà (Id-Direttiva 96/29/Euratom).

(4)

F’każ ta’ rilaxxi mhux ppjanat ta' effluwenti radjuattivi li jistgħu jseħħu wara aċċident tat-tip u l-kobor ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li probabbilment il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz ġar jirċievi ma jkunux sinifikanti mil-lat ta’ saħħa.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe forma li jirriżulta mid-dekommissjoni tar-Reatturi tar-Riċerka Studsvik R2 u R2-0, li jinsabu f'Nyköping, l-Isvezja, kemm f’operazzjoni normali u fil-każ ta' aċċident tat-tip u l-kobor ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, mhux responsabbli li jirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, l-ilma, il-ħamrija jew l-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz ġar.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, 2001/42/KE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6852 – CVC/Cerved Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 54/02

Fil-15 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6852. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6823 – CD&R/B&M)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 54/03

Fil-15 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6823. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Frar 2013

2013/C 54/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3186

JPY

Yen Ġappuniż

122,98

DKK

Krona Daniża

7,4596

GBP

Lira Sterlina

0,86205

SEK

Krona Żvediża

8,4572

CHF

Frank Żvizzeru

1,2272

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,492

HUF

Forint Ungeriż

292,55

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6997

PLN

Zloty Pollakk

4,1539

RON

Leu Rumen

4,3784

TRY

Lira Turka

2,3639

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2763

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3458

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2277

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5736

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6320

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 431,09

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,6984

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2289

HRK

Kuna Kroata

7,5887

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 799,65

MYR

Ringgit Malażjan

4,0896

PHP

Peso Filippin

53,717

RUB

Rouble Russu

40,0600

THB

Baht Tajlandiż

39,347

BRL

Real Brażiljan

2,5939

MXN

Peso Messikan

16,7762

INR

Rupi Indjan

71,5370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/5


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

2013/C 54/05

Għajnuna Nru: SA.35845 (12/XF)

Stat Membru: L-Italja

Reġjun li qed jagħti l-għajnuna: Marche

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: avviso pubblico per la concessione di contributi ai sensi della misura 2.1 — sottomisura 1 — Acquacoltura del PO FEP 2007/2013 – l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Bażi ġuridika: Decreto dirigente della Posizione di Funzione Pesca e Zootecnia (illum Attività Ittiche e faunistico-venatorie) Nru 128 tat-18 Diċembru 2008.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: Flimkien mar-riżorsi tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, hija prevista l-possibbiltà li jintużaw ir-riżorsi proprji, skont l-applikazzjonijiet għall-finanzjament li jaslu. Għalhekk, l-ammont ta’ riżorsi proprji li jistgħu jintużaw irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ każ b’każ, skont id-dati ta’ skadenza individwali ta’ kull applikazzjoni għall-finanzjament. B’mod indikattiv l-ammont jista’ jkun ta’ madwar EUR 300 000 kull sena.

Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, jiġifieri:

40 % għall-impriżi mikro, żgħar u medji, kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Data tad-dħul fis-seħħ: Wara l-pubblikazzjoni fil-Bulletin Uffiċjali tar-Reġjun tal-Marche

Tul ta' żmien tal-għajnuna (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

skont l-iskema: sa liema data tista' tingħata l-għajnuna: fir-rigward tal-ewwel data ta' skadenza ta' meta jridu jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet, l-għajnuna se tingħata sal-2009; fir-rigward tat-tieni data ta' skadenza ta' meta jridu jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet, l-għajnuna se tingħata sal-ewwel nofs tal-2010; fir-rigward tat-tielet data ta' skadenza ta' meta jridu jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet, l-għajnuna se tingħata sal-ewwel nofs tal-2011.

Għan tal-għajnuna: Ir-riġenerazzjoni tas-settur tal-akkwakultura fil-limiti tar-restrizzjonijiet imposti mill-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u r-Regolament ta' implimentazzjoni. L-iskop huwa li jinħolqu sottoskrizzjonijiet żejda ta' proġetti li jikkonformaw mar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 se jiġi applikat: L-Artikolu 11

Attività kkonċernata: Investimenti produttivi fis-settur tal-akkwakultura.

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Regione Marche

Servizio Agricoltura, Forestazione e Pesca

P.F. Attività ittiche e faunistico-venatorie (l-isem ġdid tal-ex P.F. Pesca e zootecnia, minn wara l-14 ta’ Marzu 2009)

Via Tiziano 44

60125 Ancona AN

ITALIA

Is-sit fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema ta' għajnuna: http://www.pesca.marchc.it/web/F-E-l–200/index.htm

Ġustifikazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: din hija l-istess għajnuna stabbilita fil-Fond Ewropew għas-Sajd, eventwalment iffinanzjata wkoll bl-użu ta’ riżorsi proprji supplimentari, u għalhekk taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 736/2008. Għaldaqstant, l-għajnuna tagħti l-possibbiltà li jkun hemm sottoskrizzjoni żejda ta' proġetti li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti mill-FES u mal-kriterji speċifiċi stabbiliti f'konformità mar-regolamenti tal-UE tas-settur, fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna eżentati. Jekk isir użu mir-riżorsi proprji flimkien ma’ dawk tal-FES, se tingħata attenzjoni b’mod partikolari kemm lill-konformità tal-hekk imsejjaħ “effett ta' inċentiv” kif ukoll lill-konformità mal-prinċipju Deggendorf.


23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/6


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għal permess esklussiv għat-tiftix ta' minjieri ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Mirande”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 54/06

Permezz ta' applikazzjoni li saret fit-18 ta’ Marzu 2011, l-impriża GAS2GriD Ltd, li għandha s-sede tagħha fl-indirizz Level 7, 10 Barrack Street, Sydney NSW 2000 (l-Awstralja), talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames (5) snin, għat-tiftix ta' minjieri tal-idrokarburi likwidi u fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Mirande”, f’partijiet mid-Dipartimenti tal-Haute-Garonne, ta' Gers u tal-Hautes-Pyrénées.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Quċċata

Lonġitudni tal-Punent

Latitudni tat-Tramuntana

A

2,40

48,50

B

1,30

48,50

C

1,30

48,30

D

1,20

48,30

E

1,20

48,20

F

1,10

48,20

G

1,10

48,00

H

1,40

48,00

I

1,40

48,10

J

2,20

48,10

K

2,20

48,30

L

2,30

48,30

M

2,30

48,40

N

2,40

48,40

Skont din id-definizzjoni, is-superfiċje hija ta’ madwar 3 292 km2.

Il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-dritt

In-notifikaturi tal-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet li jikkompetu magħha għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, kif iddefinit fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 immodifikati skont id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien 90 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, il-paġna 11, u stabbiliti bid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

It-talbiet li jikkompetu mal-oħrajn għandhom jiġu indirizzati lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz indikat hawn taħt.

Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

In-notifikaturi huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għad-Digriet immodifikat 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Enerġija:

Direction générale de l’énergie et du climat — Direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Téléphone: +33 140819527.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fuq is-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/8


Avviż tal-Gvern tar-Rumanija skont id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi

2013/C 54/07

Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi, ir-Rumanija permezz ta' dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.

1.

Il-livell ta' ħażniet speċifiċi li r-Rumanija timpenja ruħha li se żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum tal-konsum medju ta' kuljum.

2.

L-impenn japplika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/9


Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

2013/C 54/08

RIGWARD IL-KWISTJONI IRISH BANK RESOLUTION CORPORATION LIMITED (F’LIKWIDAZZJONI SPEĊJALI) U FIR-RIGWARD TAL-KWISTJONI TAL-IRISH BANK RESOLUTION CORPORATION ACT, 2013

B’dan qed jingħata AVVIŻ li fis-7 ta Frar 2013, il-Ministru tal-Finanzi, is-Sur Michael Noonan T.D., ta Ordni skont it-Taqsima 4 tal-Irish Bank Resolution Corporation Act 2013 tal-Irlanda (“l-Att”) li tipprovdi għall-istralċ tal-Irish Bank Resolution Corporation Limited (f’likwidazzjoni speċjali) taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att. Skont l-istess Ordni, is-Sur Kieran Wallace u s-Sur Eamonn Richardson tal-KPMG, 1 Stokes Place, St. Stephen's Green, Dublin 2, Ireland, kienu wkoll maħturin Likwidaturi Speċjali konġunti tal-Irish Bank Resolution Corporation Limited (f’likwidazzjoni speċjali) bid-dmirijiet u s-setgħat kollha mogħtija lilhom permezz tal-Att.

L-istralċ tal-Irish Bank Resolution Corporation Limited (f’likwidazzjoni speċjali) hija proċedura ta’ stralċ għall-iskopijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001.

Kieran Wallace u Eamonn Richardson

Il-likwidaturi speċjali tal-Irish Bank Resolution Corporation Limited (f’likwidazzjoni speċjali)

KPMG

1 Stokes Place

St. Stephen's Green

Dublin 2

IRELAND


23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/10


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/07/13

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ

Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-Films Ewropej

L-“iskema tal-aġent tal-bejgħ” 2013

2013/C 54/09

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).

Wieħed mill-objettivi tal-programm huwa li tiġi inkoraġġita u sostnuta d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ tal-films Ewropej reċenti permezz ta’ fondi lid-distributuri, abbażi tal-prestazzjoni tagħhom fis-suq, għal investiment ulterjuri f’films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali.

L-iskema timmira wkoll li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-oqsma tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni b’hekk jittejjeb is-sehem tas-swieq tal-films Ewropej u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej.

Il-proposta tal-Kummissjoni marbuta mal-Programm Ewropa Kreattiva s’issa għadu ma ġiex adottat mil-Leġiżlatur Ewropew. Madankollu, biex tippermetti implimentazzjoni f’waqtha ta’ dan il-programm wara l-adozzjoni tiegħu mil-Leġiżlatur Ewropew u biex il-benefiċjarji potenzjali tal-appoġġ tal-Unjoni jkunu jistgħu jħejju l-proposti tagħhom mill-aktar fis possibbli, l-Aġenzija ddeċidiet li tippubblika din is-Sejħa għal Proposti.

Din is-Sejħa għal Proposti ma tinvolvix ir-responsabbiltà legali tal-Aġenzija. Din tista’ titħassar u tipi oħra ta’ sejħiet għal proposti jistgħu jiġu mnedija b’dati ta’ skadenzi xierqa.

B’mod aktar ġenerali, l-implimentazzjoni ta’ din is-Sejħa għal Proposti hija soġġetta għall-kundizzjoni li ġejja:

adozzjoni tal-programm ta’ ħidma marbut mal-Programm Ewropa Kreattiva wara referenza lill-kumitat tal-programm.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avvviż huwa intiż għal kwalunkwè kumpanija Ewropea li tagħmilha ta’ aġent intermedjarju għall-produttur, li jispeċjalizza fl-esplojtazzjoni kummerċjali ta’ film permezz tal-markiting u l-liċenzjar ta’ film lil distributuri jew xerrejja oħra minn pajjiżi barranin u li l-attivitajiet tiegħu jikkontribwixxu għall-kisba tal-imsemmija għanijiet tal-programm MEDIA kif imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi taż-ŻEE

L-Isvizzera

Il-Kroazja

Il-Bożnja u l-Ħerżegovina (skont il-kondizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż fil-programm MEDIA)

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-iskema ta’ sostenn “Aġent tal-Bejgħ” taħdem f’żewġ fażijiet:

Il-ġenerazzjoni ta’ Fond potenzjali, li jkun ikkalkolat skont il-prestazzjoni tal-kumpanija fis-suq Ewropew matul il-perjodu ta’ referenza (2008-2012).

Investiment mill-ġdid tal-Fond potenzjali: għaldaqstant, iġġenerat minn kull kumpanija, il-Fond irid jiġi investit mill-ġdid f’2 moduli (2 tipi ta’ azzjoni) sal-2 ta’ Marzu 2015:

(1)

garanziji minimi jew avvanzi mħallsin għad-drittijiet ta’ bejgħ internazzjonali dwar films ġodda mhux Ewropej;

(2)

u/jew fil-promozzjoni, it-tqegħid fis-suq u r-reklamar fis-suq ta’ films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali.

Sabiex il-film ikun eliġibbli l-ewwel jeddijiet miżmuma ma jkunux iridu ġew imwaqqfa qabel l-2008.

It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa 18-il xahar mid-data tal-firma tal-kuntratt ta’ bejgħ internazzjonali.

L-azzjonijiet ta’ investiment mill-ġdid tal-fond potenzjali ġġenerati b’din is-Sejħa jeħtieġ li jirrispettaw id-dati ta’ skadenza li ġejjin:

Il-kuntratt/ftehim internazzjonali ta’ bejgħ mal-produttur jista’ jiġi ffirmat mhux qabel it-18 ta’Ġunju 2013.

L-applikazzjonijiet ta’ investiment mill-ġdid iridu jiġu sottomessi lill-Aġenzija fi żmien 6 xhur mill-firma tal-kuntratt/ftehim internazzjonali ta’ bejgħ mal-produttur u mhux aktar tard mit 2 ta’ Marzu 2015 (it-timbru tal-posta jittieħed bħala prova ta’ meta tkun intbagħtet il-posta).

4.   Kriterji għall-għoti

Ser jiġi attribwit Fond potenzjali għall-kumpaniji ta’ Aġenti tal-Bejgħ Ewropej eliġibbli abbażi tal-prestazzjonijiet tagħhom fis-swieq Ewropej (jiġifieri l-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm MEDIA). Is-sostenn ser jieħu l-forma ta’ Fond potenzjali (il-“Fond”) li ser ikun disponibbli għall-Aġenti tal-Bejgħ għal aktar investimenti f’films reċenti Ewropej li mhumiex nazzjonali.

Jekk is-somma ġġenerata taqbeż EUR il-1,5M f’din is-sejħa, kull fond potenzjali jiġi mnaqqas b’mod proporzjonali.

Il-Fond jista’ jiġi investit mill-ġdid:

(1)

Fil-laqgħa tal-Garanziji tal-Bejgħ Minimi jew avvanzi mħallsin għad-drittijiet ta’ bejgħ internazzjonali dwar films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali;

(2)

Fil-laqgħa tal-ispejjeż ta’ promozzjoni, it-tqegħid fis-suq u r-reklamar għal films ġodda Ewropej li mhumiex nazzjonali.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 1 500 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija hija sussidju. Is-sostenn finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax ikun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. M'hemmx ammont massimu.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-proposti għall-“ġenerazzjoni” ta’ Fond potenzjali jridu jintbagħtu (bid-data tat-timbru) sa mhux aktar tard mit-18 ta’Ġunju 2013 f’dan l-indirizz:

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Sari Vartiainen

MEDIA Programme

BOUR 3/66

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmata mill-persuna intitolata li tidħol fi ftehim legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika. L-inviloppi jridu juru biċ-ċar:

MEDIA programme — Distribution EACEA/07/13 — Sales agent

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email ser jiġu rifjutati.

7.   Dettalji kollha

Il-linji gwida dettaljati flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/culture/media/fundings/distribution/support-to-sales-agents/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha mitlubin.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.