ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2013.051.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 51E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
22 ta' Frar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2011–2012
Dati tas-seduti: 13–15 ta' Settembru 2011
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 7 E, 10.1.2012.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/01

Il-politika tal-awditjar: lezzjonijiet mill-kriżi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-politika tal-awditjar: lezzjonijiet mill-kriżi (2011/2037(INI))

1

2013/C 051E/02

Is-sitwazzjoni tan-nisa li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-pensjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-pensjoni (2011/2091(INI))

9

2013/C 051E/03

Id-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri, l-impatt tagħha fuq il-medjazzjoni u l-adozzjoni tagħha mill-qrati (2011/2026(INI))

17

2013/C 051E/04

Strateġija effikaċi dwar il-materja prima għall-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar strateġija effettiva tal-materja prima għall-Ewropa (2011/2056(INI))

21

2013/C 051E/05

Is-sajd fil-Baħar l-Iswed
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Settembru 2011 dwar il-ġestjoni attwali u futura tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (2010/2113(INI))

37

2013/C 051E/06

Is-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar (2011/2072(INI))

43

2013/C 051E/07

L-intraprenditorija tan-nisa fl-impriżi ta' daqs żgħir u medju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-intraprenditorija tan-nisa f’impriżi żgħar u ta' daqs medju (2010/2275(INI))

56

 

L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/08

Rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE (2009)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-27 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-UE (2009) (2011/2027(INI))

66

2013/C 051E/09

L-aċċess pubbliku għad-dokumenti 2009-2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Artikolu 104(7)) għas-snin 2009-2010 (2010/2294(INI))

72

2013/C 051E/10

Negozjati ta' Doha li għaddejjin bħalissa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp

84

2013/C 051E/11

It-tfassil aħjar tal-liġijiet, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u r-regolamentazzjoni intelliġenti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u r-Regolamentazzjoni Intelliġenti (2011/2029(INI))

87

2013/C 051E/12

L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar ir-Rapport Annwali 2010 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (2010/2295(INI))

95

2013/C 051E/13

Strateġija tal-UE għal persuni mingħajr dar
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar

101

2013/C 051E/14

Approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tad-CO2 li jaffettwaw lill-klima
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv lejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 rilevanti għall-klima

104

 

Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/15

In-negozjati tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE rigward in-negozjati bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (2011/2079(INI))

108

2013/C 051E/16

Is-Sitwazzjoni fil-Libja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

114

2013/C 051E/17

Is-sitwazzjoni fis-Sirja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja

118

2013/C 051E/18

Innaqqsu d-distakk bejn il-liġi kontra l-korruzzjoni u r-realtà
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni

121

2013/C 051E/19

Il-Karestija fl-Afrika tal-Lvant
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-karestija fl-Afrika tal-Lvant

125

2013/C 051E/20

Il-pożizzjoni u l-impenn bil-quddiem tal-UE fil-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-impenn tagħha bil-quddiem għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx

130

2013/C 051E/21

L-approċċ politiku tal-UE għall-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni 2012 tal-UIT
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-approċċ politiku tal-Unjoni Ewropea għall-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2012 tal-UIT (WRC-12)

137

2013/C 051E/22

Belarus: l-arrest ta' Ales Bialatski, difensur tad-drittijiet tal-bniedem
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-Belarus: l-arrest ta' Ales Bialatski, difensur tad-drittijiet tal-bniedem

140

2013/C 051E/23

Sudan: is-sitwazzjoni fil-Kordofan t'Isfel u fl-Istat tan-Nil l-Iżraq
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-Sudan: is-sitwazzjoni fin-Nofsinhar tal-Kordofan u t-tfaqqigħ ta' ġlied fl-Istat tal-Blue Nile

143

2013/C 051E/24

Eritrea: il-każ ta' Isaak Dawit
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar Eritrea: Il-każ ta Dawit Isaak

146

2013/C 051E/25

L-epilessija
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-epilessija

149

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/26

Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Hans-Peter Martin
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hans-Peter Martin (2011/2104(IMM))

150

2013/C 051E/27

Proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati, laqgħat tal-koordianturi u tagħrif tal-Membri Mhux Affiljati (interpretazzjoni tal-Artikoli 51 u 192 tar-Regoli ta' Proċedura)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati, laqgħat tal-koordianturi u tagħrif tal-Membri Mhux Affiljati (interpretazzjoni tal-Artikoli 50 u 56 tar-Regoli ta' Proċedura)

151

 

L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/28

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura dwar is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nnominati
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-emenda tal-Artikoli 106 u 192 u l-Anness XVII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (2010/2231(REG))

152

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/29

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) (COM(2010)0061 – C7-0045/2010 – 2010/0039(COD))

157

P7_TC1-COD(2010)0039Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

158

ANNESS

158

2013/C 051E/30

Reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju (COM(2010)0509 – C7-0289/2010 – 2010/0262(COD))

159

P7_TC1-COD(2010)0262Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

159

ANNESS

161

2013/C 051E/31

Atti tal-Kunsill li m'għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li m'għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2010)0764 – C7-0006/2011 – 2010/0368(COD))

161

P7_TC1-COD(2010)0368Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika agrikola komuni

162

2013/C 051E/32

Tħassir ta' atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ (COM(2010)0765 – C7-0009/2011 – 2010/0369(COD))

162

P7_TC1-COD(2010)0369Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni

163

2013/C 051E/33

Tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 429/73 u tar-Regolament (KE) Nru 215/2000 ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 u jagħmel dispożizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1059/69 u joriġinaw fit-Turkija u r-Regolament (KEE) Nru 215/2000 li jġedded għas-sena 2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffa Komunitarja fl-1995 għal ċerti prodotti tal-agrikultura ipproċessati. (COM(2010)0756 – C7-0004/2011 – 2010/0367(COD))

163

P7_TC1-COD(2010)0367Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 tal-Kunsill li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija

164

2013/C 051E/34

L-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (test kodifikat) (COM(2011)0189 – C7-0095/2011 – 2011/0080(COD))

164

P7_TC1-COD(2011)0080Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (Kodifikazzjoni)

165

2013/C 051E/35

L-arranġamenti ta' aċċess għas-servizz pubbliku rregolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita mill-programm Galileo ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ta' aċċess għas-servizz pubbliku rregolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita mill-programm Galileo (COM(2010)0550 – C7-0318/2010 – 2010/0282(COD))

165

P7_TC1-COD(2010)0282Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo

166

2013/C 051E/36

Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 2006 (05812/2011 – C7-0061/2011 – 2006/0263(NLE))

166

2013/C 051E/37

Ftehim UE-Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli (16198/2010 – C7– 0126/2011 – 2010/0317(NLE))

167

2013/C 051E/38

Ftehim UE-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (14206/2010– C7-0101/2011 – 2010/0243(NLE))

168

2013/C 051E/39

Estensjoni għal-Liechtenstein tal-Ftehim KE-Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein (16209/2010 – C7– 0125/2011 – 2010/0313(NLE))

168

2013/C 051E/40

Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (08135/2011 – C7-0098/2011 – 2011/0047 (NLE))

169

2013/C 051E/41

Ftehim UE/Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (13989/1/2010 – C7-0336/2010 – 2010/0143(NLE))

170

2013/C 051E/42

Ftehim bejn l-UE, l-Islanda u n-Norveġja dwar il-proċedura ta' konsenja bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Islanda u n-Norveġja ***
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta' konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja (05307/2010 – C7-0032/2010 – 2009/0192(NLE))

170

2013/C 051E/43

Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu *
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li tistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (COM(2011)0224 – C7-0120/2011 – 2011/0091(NLE))

171

2013/C 051E/44

Modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti skont il-politika agrikola komuni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta' modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti skont il-politika agrikola komuni (COM(2010)0772 – C7-0013/2011 – 2010/0372(COD))

172

P7_TC1-COD(2010)0372Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta' modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuni

172

2013/C 051E/45

Krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b’sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD))

173

P7_TC1-COD(2006)0167Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali u li tħassar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE

173

 

L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011

2013/C 051E/46

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: AT/AT&S (Awstrija)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija) (COM(2011)0339 – C7-0160/2011 – 2011/2125(BUD))

174

ANNESS

175

2013/C 051E/47

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: AT/Steiermark u Niederösterreich (Awstrija)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/007 AT/Steiermark u Niederösterreich mill-Awstrija) (COM(2011)0340 – C7-0159/2011 – 2011/2124(BUD))

176

ANNESS

177

2013/C 051E/48

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/000 TA 2011 - għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2011)0358 – C7-0167/2011 – 2011/2130(BUD))

178

ANNESS

179

2013/C 051E/49

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2011)0388 – C7-0172/2011 – 2011/2136(BUD))

180

ANNESS

181

2013/C 051E/50

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord-Brabant Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda) (COM(2011)0386 – C7-0173/2011 – 2011/2137(BUD))

182

ANNESS

183

2013/C 051E/51

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2011)0387 – C7-0174/2011 – 2011/2138(BUD))

184

ANNESS

185

2013/C 051E/52

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland u Flevoland Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EFG/2010/030 NL/ Noord-Holland u l-Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2011)0389 – C7-0175/2011 – 2011/2139(BUD))

186

ANNESS

187

2013/C 051E/53

L-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (COM(2010)0726 – C7-0407/2010 – 2010/0363(COD))

188

P7_TC1-COD(2010)0363Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa

188

ANNESS

189

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 13–15 ta' Settembru 2011 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 7 E, 10.1.2012. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/1


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Il-politika tal-awditjar: lezzjonijiet mill-kriżi

P7_TA(2011)0359

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-politika tal-awditjar: lezzjonijiet mill-kriżi (2011/2037(INI))

2013/C 51 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ktiba Ħadra tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2010, dwar il-politika tal-awditjar: lezzjonijiet mill-kriżi (COM(2010)0561)),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0200/2011),

A.

billi l-kriżi finanzjarja reċenti tefgħat dubji fuq ix-xogħol tal-awdituri,

B.

billi, wara l-kriżi, it-teħid ta' riskji eċċessiv min-naħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji kien assoċjat b'mod sinifikanti ma' mekkaniżmi ta' kontroll u ta' ġestjoni tar-riskju flessibli, skarsi u mhux effettivi, partikolament f'istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika (SIFIs),

C.

billi l-awdituri kienu identifikati bħala dawk li jistgħu jiżvolġu rwol fundamentali fit-tisħiħ tas-sorveljanza tal-ġestjoni tar-riskju b'mod partikolari ta' istituzzjonijiet finanzjarji,

D.

billi r-rwol tal-kumitati tal-awditjar fi ħdan l-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari, ma kienx sfruttat totalment,

E.

billi l-awditjar ta’ kwalità huwa fundamentali għall-istabilità ekonomika u l-fiduċja tas-suq, ladarba jipprovdi garanziji rigward is-saħħa finanzjarja ġenwina tal-kumpaniji,

F.

billi l-indipendenza tal-awditur għandha sehem fundamentali fil-kwalità tal-awditjar,

G.

billi x'aktarx jeżisti kunflitt ta' interess meta impriżi tal-awditjar joffru servizzi differenti lill-istess impriża,

H.

billi l-konċentrazzjoni għolja tas-suq tal-erbgħa ditti l-kbar tal-awditjar tista' toħloq konċentrazzjoni eċċessiva tar-riskju, u billi l-impriżi iżgħar huma differenti u t-tkabbir u l-għarfien espert tagħhom għandhom ikunu inkoraġġiti permezz ta' żieda fl-opportunitajiet biex jikkompetu,

I.

billi, konsegwentement, jeħtieġ li jitnieda mill-ġdid dibattitu fil-fond dwar il-funzjoni tal-awditur u l-istruttura tas-suq tal-awditjar,

Kwistjonijiet ġenerali

1.

Jilqa’ l-Ktiba Ħadra tal-Kummissjoni u jfaħħar l-approċċ globali tagħha,

2.

Jilqa’ l-kwistjoni fundamentali li tqajmet fil-Ktiba Ħadra, jiġifieri kif l-awditjar jista’ jittejjeb, għalkemm fil-passat ma kien hemm l-ebda prova serja li tindika li l-awditjar ma sarx skont ir-regoli u r-rekwiżiti rilevanti;

3.

Huwa tal-fehma li d-dibattitu dwar il-funzjoni tal-awditur irid ikun akkumpanjat mit-tisħiħ tal-funzjoni tal-kumitat tal-awditjar – li llum bilkemm hu effikaċi – kif ukoll mir-rapporti dwar il-finanzi u r-riskji li l-impriżi jridu jipprovdu,

4.

Għadu s'issa mhu jara l-ebda bażi suffiċjenti għal evalwazzjoni finali, u għalhekk ifakkar lill-Kummissjoni li hu meħtieġ iktar użu mir-regolamenti u mit-tip ta' evalwazzjoni tal-impatt li tkopri ħafna oqsma u fil-fond, li tqis diversi alternattivi politiċi, tiffoka fuq kwestjonijiet prattiċi skont il-prinċipji tat-tfassil aħjar tal-liġijiet, tindirizza l-importanza tal-kontabilità fil-provvediment ta' informazzjoni preċiża dwar l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-kumpaniji, inkluża analiżi tal-gruppi ta' interess, sabiex tiċċara s-segmentazzjoni tal-istudju ta' evalwazzjoni tal-impatt għall-gruppi varji, bħall-SMEs, is-SIFIs u kumpaniji oħra kwotati u mhumiex; huwa tal-fehma li għandha ssir evalwazzjoni tal-impatt fuq l-utenti tar-rapporti tal-awditjar, bħall-investituri u r-regolaturi tas-SIFI; jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-valur miżjud iġġenerat kemm mir-regolament propost u kemm mill-armonizzazzjoni progressiva tal-istandards tal-awditjar u l-prattiki fus-suq uniku Ewropew;

5.

Jilqa’ r-rikonoxximent tal-proporzjonalità fil-Ktiba Ħadra;

Il-funzjoni tal-awditur

6.

Huwa tal-fehma li l-awditjar statutorju għandu funzjoni soċjali u li dan hu fl-interess pubbliku, ladarba dan hu komponent assolutament fundamentali tas-sistema demokratika ekonomika u politika, u għalhekk jilqa' l-għan tal-Ktiba Ħadra li żżid it-trasparenza u ttejjeb il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar sabiex jingħata kontribut għall-istabilità tas-suq finanzjarju u jitjieb l-aċċess għall-finanzjament; huwa favur kull miżura bbażata fuq l-evidenza li l-ispejjeż u l-piżijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari, ikollhom piż inqas jekk tiżdied il-kwalità tagħhom b'mod sinifikanti, kif ukoll jekk issir evalwazzjoni esterna regolari u jkun hemm sorveljanza regolatorja adegwata; jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni speċifika;

7.

Jinnota li sistema ta' awditjar ta' kwalità għolja hija parti integrali minn qafas b'saħħtu ta' governanza korporattiva; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha dwar il-governanza u l-awditjar tal-korporazzjonijiet lill-Parlament u lill-Kunsill b'mod konsistenti;

8.

Jenfasizza l-importanza tar-rapport tal-awditjar għall-azzjonisti u għall-pubbliku; jagħraf il-prinċipju li "verifika hija verifika" u jwissi dwar ir-riskju għoli li l-applikazzjoni ta' standards differenti twassal għall-inċertezza legali; għalhekk huwa favur l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha,

9.

Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-prinċipju li l-konklużjonijiet ta' rapport tal-awditjar għandhom jiffukaw fuq is-sustanza iktar milli fuq il-forma;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni tistudja kif ir-rwol tal-awditur jista' jitwessa' biex jinkludi l-awditjar tar-rapporti dwar ir-riskju mressqa mill-entità li qed issirilha l-verifika, flimkien mal-verifika tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji prinċipali; jirrakkomanda li l-awdituri għandhom ikunu informati dwar id-drabi kollha fejn il-kumitat dwar ir-riskju kien injorat;

11.

Huwa tal-fehma li r-rapporti tal-awditjar għandhom ikunu qosra, b'konklużjonijiet ċari u konċiżi, u għandhom jindirizzaw l-aspetti kollha tal-mandat statutorju tal-awdituri; iqis li l-awditur għandu jipprovdi spjegazzjonijiet addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar u lill-assemblea ġenerali dwar kwestjonijiet ġenerali bħall-metodoloġija li ntużat fit-fassil tal-karta tal-bilanċ, u dwar kwestjonijiet speċifiċi, bħall-indikaturi fundamentali, iċ-ċifri rilevanti, l-evalwazzjoni tar-riskju involut fl-istimi tal-kontabilità pertinenti jew l-opinjonijiet sinifikanti li ngħataw, dwar kwalunkwe problema partikulari li l-awditur iltaqa' magħha waqt it-twettiq tal-verifika;

12.

Jitlob li r-rapporti ta' awditjar ta' istituzzjonijiet finanzjarji jinkludu rekwiżiti ta' żvelar imtejba li jirrigwardaw il-valutazzjoni ta' assi inqas likwidi sabiex jippermettu t-tqabbil ta' valutazzjonijiet ta' strument finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet;

13.

Jenfasizza li l-awdituri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tas-superviżuri jew l-awtoritajiet rilevanti meta jindunaw bi problemi li jistgħu jipperikolaw il-futur tal-entità li qed issirilha l-verifika; jirrakkomanda li jsiru laqgħat bilaterali bejn l-awdituri u s-superviżuri ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar;

14.

Jinnota li jista’ jkun hemm responsabilità potenzjali marbuta mal-provvediment ta' informazzjoni addizzjonali barra dik meħtieġa mir-regolament; jemmen, madankollu, li s-soċjetà titlob li l-awdituri jkollhom responsabiltà b’viżjoni kemm għall-futur u kemm għas-soċjetà inġenerali, speċjalment fir-rigward ta’ korporazzjonijiet kbar u sistemikament rilevanti; huwa tal-fehma li l-informazzjoni disponibbli għall-awdituri li hija fl-interess pubbliku u għandha x'taqsam mar-riskju, ma' operazzjonijiet li mhumiex fuq il-karta tal-bilanċ jew riskji potenzjali futuri għandha dejjem tkun żvelata lir-regolaturi u fil-parti l-kbira taċ-ċirkustanzi għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

15.

Jappella għat-tisħiħ tar-rwol tal-kumitati tal-awditjar tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha billi dawn jintalbu japprovaw mudell ta' evalwazzjoni tar-riskju li jinkludi paraguni speċifiċi għall-impriżi skont indikaturi, inkluż ir-rappurtar dwar il-ħtiġijiet finanzjarji futuri, konvenji bankarji, flussi futuri tal-kontanti, ġestjoni tar-riskju, stimi ta' ġestjoni u aderenza għall-prinċipji tal-kontabilità ewlenin u kwalunkwe riskju prevedibbli rigward il-mudell kummerċjali tal-kumpanija; jitlob li din l-evalwazzjoni tkun ippreżentata kull sena lill-bordijiet superviżorji u eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji, flimkien mar-rapport ta' awditjar sħiħ, għall-eżami u l-approvazzjoni;

16.

Iqis li x-xettiċiżmu professjonali huwa vitali fl-awditjar u jkollu impatt fuq kull fażi ta' verifika; jafferma li dan ix-xettiċiżmu jirriżulta mill-oġġettività u l-indipendenza tal-awditur, flimkien mal-ġudizzju professjonali żviluppat mill-esperjenza li ma jistax ikun issotitwit minn proċeduri fejn wieħed jimmarka kaxxa;

17.

Jemmen li s-sistema tal-kwalifiki fir-rapporti tal-awditjar m'għandhiex tkun rieżaminata, għaliex din għandha funzjoni dissważiva u tikkontribwixxi għall-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja;

18.

Iqis li djalogu fluwidu u regolari bejn l-awditur estern, l-awditur intern u l-kumitat tal-awditjar huwa essenzjali biex isir awditjar effikaċi, għaliex huwa neċessarju li l-azzjonisti jinżammu infurmati – pereżempju, bir-raġunijiet tal-għażla, l-għażla mill-ġdid jew ir-revoka tal-inkarigu, tal-awditur – permezz ta’ spjegazzjonijiet speċifiċi għar-rapport tal-kumitat tal-awditjar;

19.

Huwa tal-fehma li l-awdituri għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-rwol tagħhom bħala awdituri;

20.

Jemmen li hemm bżonn li ż-żewġ aspetti tal-awditjar – intern u estern – ikunu ċirkoskritti b’mod ċar fil-liġi;

Standards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs)

21.

Jissuġerixxi li l-Kummissjoni tadotta b'mod urġenti l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs), iċċarati permezz ta' regolament, li jippermettu l-armonizzazzjoni tal-awditjar fil-livell Ewropew u jiffaċilitaw il-kompitu tal-korpi ta’ sorveljanza; huwa tal-fehma li l-awditjar huwa proċedura unika, irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija li qed issirilha l-verifika, iżda li l-applikazzjoni tiegħu jeħtieġ li tkun adattata għall-karatteristiċi ta’ intrapriżi żgħar u medji (SMEs); iffakkar lill-Kummissjoni li apparti minn dawk il-kumpanniji li għalihom għandhom japplikaw l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar, hemm ukoll kumpaniji oħra li, minkejja li huma eżentati minn dawk l-istandards, għandhom madankollu jaraw li s-sitwazzjonijiet finanzjarji tagħhom ikunu verifikati minn kumpanniji tal-awditjar awtorizzati;

Il-governanza u l-independenza tad-ditti tal-awditjar

22.

Jaqbel li jeżisti kunflitt ta’ interess inevitabbli minħabba l-fatt li awditur jitqabbad u jitħallas mill-intrapriża li qed issirilha l-verifika; ma jarax, madankollu, li bħalissa hemm ġustifikazzjoni biex dan l-inkarigu jingħata minn parti terza; jitlob, waqt li jżomm dan f'moħħu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37 (2) tad-Direttiva 2006/43/KE, biex ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar jissaħħaħ;

23.

Huwa tal-fehma li l-awditur, fejn dak ir-rwol huwa wieħed statutorju, għandu jinħatar mill-kumitat tal-awditjar u mhux mill-bord maniġerjali tal-kumpannija li qed issirilha l-verifika, u f’dan ir-rigward jaħseb li l-membri tal-kumitat tal-awditjar għandu jkollhom l-esperjenza rilevanti, b'nofshom, tal-anqas, b'esperjenza fil-kontabilità u l-awditjar; iqis li l-kumitat tal-awditjar għandu jieħu passi biex jiżgura li l-awditur ikun indipendenti, b'mod partikolari rigward kwalunkwe servizzi ta’ konsulenza li l-awditur jipprovdi jew joffri li jipprovdi;

24.

Huwa tal-fehma li għandu jsir rieżami dettaljat tar-regoli li jiggarantixxu l-indipendenza tal-awdituri u l-kwalità tal-verifika minn korp ta’ sorveljanza pubbliku indipendenti għal kollox mill-professjoni;

25.

Jappoġġa l-ħolqien ta’ kodiċi internazzjonali ta’ governanza tajba għal ditti tal-awditjar li jagħmlu l-verifiki ta' entitajiet ta’ interess pubbliku;

26.

Jaqbel li l-indipendenza tal-awditur hija ta' importanza kbira u li għandhom jittieħdu passi biex ma jkunx hemm familjarità żejda; jisuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-impatt li tkopri firxa ta' alternattivi, b'mod partikolari r-rotazzjoni esterna u l-impatt tal-verifiki konġunti volontarji; iqis ir-rotazzjoni esterna bħala mezz għat-tisħiħ tal-indipendenza tal-awdituri, iżda jtenni l-fehma tiegħu li mhix ir-rotazzjoni esterna iżda pjuttost it-tibdil regolari fl-awdituri interni li jirrappreżenta l-aħjar soluzzjoni regolatorja, kif ikkonfermat bid-Direttiva 2006/43/KE, u li l-arranġamenti eżistenti tar-rotazzjoni tas-sieħba jipprovdu l-indipendenza meħtieġa biex il-verifiki jkunu effettivi;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-prattiċi tal-kumpaniji jgħinu biex jippreservaw il-mezzi ta' protezzjoni pprovduti, inkluża l-protezzjoni tar-rotazzjoni obbligatorja tas-sieħba ewlenin tal-awditjar anke fejn dawk is-sieħba jibdlu l-kumpaniji;

28.

Jissuġġerixxi li għandhom jitqiesu għażliet oħra barra minn, jew flimkien ma', ċiklu ta’ rotazzjoni fiss – pereżempju, jekk jintagħżlu l-verifiki konġunti ċ-ċiklu ta’ rotazzjoni jista’ jkun id-doppju ta’ dak fejn jintuża awditur wieħed peress li d-dinamika ta’ “tlieta f’kamra” hija differenti minn dik ta’ “tnejn f’kamra”, u r-rotazzjoni tal-awditjar konġunt tista’ anke tkun irranġata b’tali mod li ma taħbatx flimkien;

29.

Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm demarkazzjoni ċara bejn l-għoti ta’ servizzi tal-awditjar u servizzi oħra, mhux tal-awditjar, li ditta tal-awditjar tipprovdi lill-klijent, bl-għan li jkunu evitati kunflitti ta’ interess kif imsemmija fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2006/43/KE u skont il-kodiċi tal-prattika tal-awditjar; b’hekk jista’ jkun limitat il-"lowballing", fejn ikunu offerti prezzijiet artifiċjalment baxxi għall-awditjar bit-tama li l-prezz iktar baxx ikun ikkumpensat mill-ħlas għal servizzi addizjonali; huwa tal-fehma, għalhekk, li d-demarkazzjoni għandha tkun applikata għad-ditti kollha u għall-klijenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, b'referenza għar-Rakkomandazzjonijiet tal-2002 dwar l-Indipendenza Statutorja tal-Awdituri, biex tfassal lista ta' kundizzjonijiet skont liema tali servizzi jkunu meqjusa bħala inkompatibbli mas-servizzi tal-awditjar; jirrikonoxxi li l-provvista ta’ servizzi barra l-awditjar, fejn ma tkunx inkompatibbli mal-indipendenza tal-awditur, jista’ jkollha rwol essenzjali biex tkabbar il-bażi tal-ħiliet ta' ditti żgħar u ta' daqs medju, iżda huwa tal-fehma li servizzi ta' awditjar interni u esterni m'għandhomx ikunu pprovduti simultanjament;

30.

Iqis li l-manteniment tal-indipendenza tal-awditur huwa essenzjali; huwa tal-fehma li l-awdituri esterni għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi lill-kumpanija li qed issirilha l-verifika li jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli rigward l-indipendenza, jew ma’ rekwiżiti etiċi oħra; jirrikonoxxi li, sabiex tingħata spinta lit-tkabbir fl-ekonomija Ewropea, huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-impriżi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, u inklużi l-SMEs, jistgħu jikkuntrattaw awdituri indipendenti u ditti tal-awditjar li jkollhom firxa wiesgħa ta’ ħiliet;

31.

Jinnota b'mod partikulari li s-servizzi tal-awditjar li huma meqjusa li jagħtu lok għal kunflitt ta' interess ma għandhomx isiru mill-istess kumpanija, inklużi ċerti servizzi ta' konsulenza u evalwazzjonijiet ta' prodotti strutturati kumplessi, u jsostni li għandu jkun hemm sorveljanza mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti;

32.

Jemmen li l-kumitati tal-awditjar għandhom rwol superviżorju importanti biex ikun żgurat li l-awditur jibqa’ indipendenti u jitlob lill-Kummissjoni tagħti pariri biex jgħinu lill-kumitati tal-awditjar f’dan ir-rigward;

33.

Jirrakkomanda li l-kumitat tal-awditjar, bħala entità tal-bord superviżorju, mhux il-bord eżekuttiv, għandu jiddeċiedi jekk għandux jippermetti l-provvista ta' servizzi mhux tal-awditjar lill-impriża finanzjarja determinata u għandu jinnegozja l-offerta u d-dettalji tal-mandat; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni tal-impatt rigward il-vijabilità u l-effetti ta' limitu massimu fuq is-servizzi mhux tal-awditjar f'rabta mad-dħul;

34.

Huwa tal-fehma li l-ħlas li ditta tal-awditjar jew netwerk ta’ ditti tal-awditjar jistgħu jirċievu minn klijent wieħed għandu jkun ippublikat meta jaqbżu limitu massimu determinat u s-superviżuri għandhom ikunu jistgħu jintervjenu b’kontrolli, limiti jew rekwiżiti oħra tal-ippjanar meta jaqbżu ċertu perċentwal tad-dħul totali tagħhom sabiex tkun evitata sitwazzjoni fejn id-ditta tal-awditjar titlef l-indipendenza ekonomika tagħha; jirrimarka, madankollu, li għal ditti iżgħar intervent bħal dan m'għandux jirrestrinġi t-tkabbir u wkoll li l-kisba ta' klijent kbir u sinifikanti li jipprovdi persentaġġ għoli tax-xogħol tad-ditta tal-awditjar fl-istadji bikrija hija parti essenzjali mill-proċess tat-tkabbir tagħha;

35.

Iqis li d-ditti tal-awditjar li jivverifikaw il-kontijiet ta' entitajiet ta’ interess pubbliku għandhom jippublikaw il-kontijiet tagħhom u li dawn il-kontijiet, kif ukoll il-metodi li ntużaw, għandhom ikunu kkontrollati sabiex ikun żgurat li l-affarijiet saru kif suppost;

36.

Iqis li, fejn ikun hemm prova ta’ abbuż tal-kariga ta’ direttur ta’ impriża jew ta’ entità ta’ interess pubbliku u/jew tad-ditta ta’ awditjar, għandha tkun possibbli l-prosekuzzjoni ta’ dawk kollha kkonċernati;

37.

Jemmen li l-mudell ta’ sħubija huwa l-mudell xieraq għad-ditti tal-awditjar, għaliex dan jipproteġi l-indipendenza tagħhom;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-awditjar ta' entitajiet pubbliċi jkun eżemplari u biex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess li jirriżulta minn konnessjonijiet bejn l-awditur u min jieħu d-deċiżjonijiet fi ħdan l-entità pubblika li tkun qed issirilha l-verifika;

Awditi ta’ gruppi

39.

Jappoġġa l-proposti tal-Ktiba Ħadra dwar l-awditi ta’ gruppi;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-kwestjoni tat-trasmissjoni ta' data matul l-awditi ta' gruppi fil-kuntest tar-reviżjoni futura tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

41.

Iqis li l-awdituri ta’ grupp għandu jkollhom stampa ċara tal-grupp u, fil-każ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji ssorveljati fuq bażi ta’ grupp, għandu jkollhom djalogu mas-superviżur tal-grupp;

Is-sorveljanza

42.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn l-awdituri ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u l-awtoritajiet regolatorji;

43.

Jemmen li għandhom ikunu stabbiliti protokolli dwar il-komunikazzjoni u l-kunfidenzjalità u li d-djalogu għandu jkun ġenwinament reċiproku;

44.

Jistieden komunikazzjoni mtejba fiż-żewġ direzzjonijiet bejn l-awdituri u s-superviżuri finanzjarji ta' istituzzjonijiet finanzjarji, speċjalment fir-rigward ta' oqsma li fejn hemm tħassib speċifiku, inkluża l-interazzjoni bejn prodotti finanzjarji differenti; jitlob li tkun stabbilita l-istess komunikazzjoni għall-entitajiet transkonfinali mill-awdituri u l-awtoritajiet superviżorji Ewropej;

45.

Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn tal-armonizzazzjoni tal-prattiki superviżorji tal-awditjar u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-integrazzjoni tal-Grupp Ewropew ta’ Entitajiet ta’ Sorveljanza tal-Awdituri fis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, possibiliment permezz tal-AETS;

46.

Jistieden lill-awdituri esterni ta' istituzzjonijiet finanzjarji biex jirrapurtaw perjodikament, fuq bażi settorjali lill-BERS, sabiex jiġu identifikati xejriet settorjali u sorsi potenzjali ta' riskju sistemiku u ta' fallimenti potenzjali, u josserva li dan għandu jsir b'mod proporzjonali;

47.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw konformità mar-riżultati ppublikati minn uffiċċji nazzjonali tal-awditjar fil-kompitu tal-awditjar tagħhom;

Il-konċentrazzjoni u l-istruttura tas-suq

48.

Jemmen li meta wieħed iqis il-konfigurazzjoni attwali tas-suq, il-falliment ta’ waħda mill-erba’ ditti l-kbar idgħajjef il-kredibilità tal-professjoni tal-awditur kollha kemm hi;

49.

Huwa tal-fehma li, anki jekk il-falliment ta' ditta tal-awditjar jista' ma jkollux effett domino dirett fuq il-bqija tal-ekonomija, id-ditti li huma meqjusa ‧kbar wisq biex ifallu‧ jistgħu joħlqu riskju ta' periklu morali u li l-pjanijiet ta' kontinġenza relatati mad-ditti tal-awditjar il-kbar għandhom jissaħħu; jemmen, barra minn hekk, li l-objettivi ta’ dawn il-pjanijiet għandhom ikunu mfassla biex jimminimizzaw il-possibilità li ditta tal-awditjar tabbanduna s-suq mingħajr raġuni valida u biex inaqqsu l-inċertezza u t-tfixkil li dan kieku jikkawża;

50.

Huwa tal-fehma li l-pjanijiet ta' kontinġenza huma mezz importanti ta' prevenzjoni tax-xoljiment diżordinat ta' ditta u li l-pjanijiet għandhom jinkludu mekkaniżmu li permezz tiegħu r-regolatur ikun infurmat bi kwalunkwe problema li thedded ditta ta’ awditjar fil-livell nazzjonali jew internazzjonali, sabiex ir-regolaturi jkunu jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom u jimmaniġġjaw dawn is-sitwazzjonijiet bl-attenzjoni dovuta;

51.

Jappoġġa l-introduzzjoni ta' testmenti waqt il-ħajja (living wills) għall-erbgħa ditti l-kbar tal-awditjar u għal dawk l-awdituri li jipprovdu servizzi sinifikanti ta' awditjar lis-settur finanzjarju, kif ukoll l-istabbiliment ta' pjanijiet ta' kontinġenza transkonfinali għat-trasferiment ordnat ta' kuntratti tal-klijenti, jekk attur importanti jirtira mis-suq;

52.

Jenfasizza li wieħed mill-għanijiet ta’ kull azzjoni meħuda fil-qasam tal-awditjar għandu jkun l-iżvilupp tal-kompetizzjoni fost id-ditti varji li jaħdmu fis-settur, waqt li jinżammu l-kwalità, il-preċiżjoni u r-reqqa tal-verifiki;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet kompetittivi indaqs għad-ditti kollha li joperaw fis-suq tal-awditjar u tissimplifika r-regoli li jirregolaw l-awditjar fil-livell Ewropew; huwa tal-fehma li aċċess aktar faċli għas-suq u t-tneħħija tal-ostakoli għad-ditti li jixtiequ jidħlu fis-suq huma vitali jekk għandu jkun attirat numru akbar ta’ parteċipanti għas-suq tal-awditjar; iqis li l-kumitati tal-awditjar u mhux il-bordijiet tal-kumpaniji huma l-iktar indikati biex jagħżlu it-tip ta' verifika li jissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-entità li qed issirilha l-verifika u biex jimmonitorjaw l-effikaċja u l-kwalità ta' dik il-verifika, u li għandha ssir enfasi partikolari fuq l-indipendenza tal-awditur; jemmen li l-Kummissjoni għandha tesplora modi li jippermettu lill-entitajiet ta’ interess pubbliku, is-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet Ewropej jiġġudikaw aħjar il-kwalità tas-servizzi tal-awditjar ipprovduti mid-ditti tal-awditjar, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

54.

Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta' verifiki konġunti jista' jkollha effetti pożittivi fuq id-diversifikazzjoni tas-suq tal-awditjar; ifakkar li Stati Membri differenti għandhom sitwazzjonijiet tas-suq differenti u esperjenzi differenti ta' verifiki konġunti; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-benefiċċji potenzjali u l-ispejjeż tal-introduzzjoni obbligatorja kemm għall-impriżi tal-awditjar, b'mod partikolari l-impriżi ta' awditjar żgħar, u kemm għall-kumpaniji li ssirilhom il-verifika – b'mod partikolari l-istituzzjonijiet finanzjarji – u kif din tista' taffettwa l-konċentrazzjoni tas-suq tal-awditjar u l-istabilità finanzjarja;

55.

Iqis li x-xiri tal-akbar għadd ta' ishma f'ditti oħra mill-erba' ditti l-kbar irid jitqies fid-dawl tal-impatt tiegħu fuq it-tkabbir ta' ditti jew networks oħra;

56.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-użu ta' ftehimiet restrittivi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra dwar krediti u prodotti finanzjarji oħra għall-kumpaniji, li jista' jkun li qed jillimitaw l-għażla tal-awdituri;

57.

Iqis vitali l-introduzzjoni ta' projbizzjoni tal-inklużjoni ta' klawżoli restrittivi fil-kuntratti li jiffavorixxu l-erba’ ditti l-kbar;

58.

Jitlob li jkun mħeġġa l-amalgamazzjonijiet bejn ditti tal-awditjar medji u żgħar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità tal-ħolqien ta’ ċertifikat u reġistru ta’ kwalità għad-ditti tal-awditjar, sabiex id-ditti tal-awditjar żgħar u medji jkunu jistgħu juru li xogħolhom huwa ta' standard sodisfaċenti; iqis li s-settur tal-akkwist pubbliku għandu jimmira li juża ditti oħra barra l-erba’ ditti l-kbar u li l-korpi pubbliċi għandhom jistabbilixxu persentaġġ ta’ referenza għall-użu ta' tali ditti;

59.

Jitlob lill-Kummissjoni, f’rabta mas-sejħiet għall-offerti mill-entitajiet ta' interess pubbliku, biex tistipula li għandu jingħata aċċess ġust għall-proċess tas-sejħiet għall-offerti lil tal-anqas żewġ ditti li mhumiex mill-erba' l-kbar, flimkien mal-erba' ditti l-kbar; huwa tal-fehma li l-kumitati tal-awditjar għandhom jingħataw rwol ewlieni f’dan il-proċess, li fih għandhom jipparteċipaw ukoll l-azzjonisti; jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-prattiki tal-kumitati tal-awditjar fir-rigward tal-proċessi tas-sejħa għall-offerti, b’rigward partikolari għall-piżijiet amministrattivi assoċjati ma’ proċess formali ta’ sejħa għall-offerti u bl-għan li tiżgura li d-deċiżjoni finali tal-azzjonisti dwar il-ħatra tal-awdituri tkun ibbażata fuq proposta mill-kumitat tal-awditjar; huwa tal-fehma li din il-proposta għandha tinkludi deskrizzjoni tal-proċedura segwita, il-kriterji użati u r-raġunijiet sottostanti għar-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar;

60.

Jitlob lill-Kummissjoni (DĠ COMP) twettaq investigazzjoni dettaljata tas-suq tal-awditjar;

Il-ħolqien ta’ suq Ewropew

61.

Huwa tal-fehma li l-awditjar huwa kruċjali għall-proċess ta’ rivitalizzazzjoni tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa liema punt miżuri għall-faċilitazzjoni tal-forniment transkonfinali ta’ servizzi ta’ verifika jistgħu jservu biex jeliminaw ostakli għall-aċċess għas-suq u l-ħniq tal-kapaċità; jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa liema punt suq Ewropew għas-servizzi ta’ verifika jista’ jservi biex jitnaqqsu l-kumplessità u l-ispejjeż proċedurali għall-parteċipanti kollha tas-suq, b'mod partikolari għad-ditti tal-awditjar żgħar u ta’ daqs medju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha xierqa biex tinkorpora fil-liġi tal-UE u tinforza standards internazzjonali tal-awditjar li jistgħu jgħinu biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet kompetittivi li jkunu ġenwinament indaqs għad-ditti tal-awditjar; ifakkar lill-Kummissjoni fir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar ir-responsabilità tal-awditur; jistieden lill-Kummissjoni, biex f'dan l-isfond, tressaq proposti għat-titjib tal-armonizzazzjoni bl-għan li jkun stabbilit passaport Ewropew għall-awdituri, b'enfasi partikolari fuq dak kollu li jiggarantixxi l-indipendenza tal-awditur;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa reġim ta' responsabilità pan-Ewropew għall-professjoni tal-awditjar;

Il-kooperazzjoni internazzjonali

63.

Jitlob lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha favur iktar konverġenza;

*

* *

64.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0223.

(2)  ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 23.

(3)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/9


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Is-sitwazzjoni tan-nisa li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-pensjoni

P7_TA(2011)0360

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-pensjoni (2011/2091(INI))

2013/C 51 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 2 u 3 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 23 u 25 tagħha,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bit-titolu ‧Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015‧ (COM(2010)0491),

wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2009 dwar kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE (Ir-Rapport dwar it-Tixjiħ 2009)’ (COM(2009)0180),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies li huma esklużi mis-suq tax-xogħol (2008/867/KE) (1),

wara li kkunsidra r-rapport ikkummissjonat mill-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2010 bit-titolu Aċċess għall-kura tas-saħħa u kura fit-tul - Ugwali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel?

wara li kkunsidra r-rapport ikkummissjonat mill-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2009 bit-titolu Politiki ta' inklużjoni attiva għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi’,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu 2011-2020,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 dwar l-impatt ta' popolazzjoni u forza tax-xogħol li qegħdin jixjieħu fuq il-politiki tal-impjieg,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2010 dwar tixjiħ attiv,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar ħajja f'saħħitha u dinjituża,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa: tixjiħ attiv u dinjituż,

wara li kkunsidra r-rapport tal-1 ta' Mejju 2008 mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol bit-titolu Kundizzjonijiet tax-xogħol għal forza tax-xogħol li qiegħda tixjieħ’,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali ta' Madrid dwar it-Tixjiħ, adottat fit-Tieni Assemblea Dinjija dwar it-Tixjiħ (A/CONF.197/9 8) fit-12 ta' April 2002,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0291/2011),

A.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, fost affarijiet oħra fuq il-bażi tal-età, huma prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea mħaddna fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u wieħed mill-objettivi u kompiti tal-Komunità,

B.

billi l-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi mira għal rata ta' impjieg headline ta' 75 % kemm għan-nisa kif ukoll għall-irgiel u tiddikjara l-objettiv li jitnaqqas in-numru ta' dawk li qegħdin jgħixu fir-riskju tal-faqar, b'20 miljun persuna; billi l-grupp ta' nisa li qabżu l-età ta' 50 sena, minħabba l-livelli għoljin ta' faqar u qgħad marbutin ma' dan il-grupp, jirrappreżenta għalhekk grupp deċisiv li fir-rigward tiegħu għandhom jintlaħqu dawn iż-żewġ miri,

C.

billi l-persistenza ta' sterjotipi tal-ġeneru li, flimkien mad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fil-konfront ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol, tnaqqas l-opportunitajiet ta' impjieg, taħriġ u promozzjoni għan-nisa mdaħħla fiż-żmien u hija responsabbli parzjalment għar-riskju miżjud ta' faqar fl-età avvanzata,

D.

billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru hija tip speċifiku ta' diskriminazzjoni sal-punt li hi sistematika u tinfired mal-forom l-oħra kollha ta' diskriminazzjoni u tiżdied magħhom,

E.

billi s-suq tal-impjieg huwa ferm aktar dinamiku u fluwidu llum il-ġurnata minn qatt qabel, li jfisser li l-impjieg fl-istess qasam ma għadux garantit għal tul ħajja ta' bniedem; billi, għalhekk, il-kriżi ekonomika wriet biċ-ċar li n-nisa għandhom rwol importanti fi ħdan is-suq tax-xogħol,

F.

billi l-kompetittività ekonomika futura tal-Ewropa, il-prosperità u l-inklussività jiddependu kruċjalment fuq l-abilità tagħha li ttejjeb effettivament l-użu tar-riżorsi tax-xogħol tagħha, mhux biss billi testendi l-perjodu ta' impjieg matul il-ħajja ta' bniedem iżda wkoll bil-ħolqien tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sistemi tas-sigurtà soċjali li t-tnejn isostnu titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u huma ta' benefiċċju għall-ekonomija, filwaqt li dan jinkludi wkoll politiki xierqa għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-familja u l-ħajja privata u biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta u l-isterjotipi tas-sessi li jwasslu għal lakuni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol,

G.

billi bejn l-1990 u l-2010 l-popolazzjoni fl-UE-27 ta' persuni impjegati ta' età bejn 20-64 sena żdiedet b'1,8 %, il-popolazzjoni ta' persuni impjegati mdaħħla fiż-żmien (aktar minn 65 sena) żdiedet bi 3,7 %, u l-proporzjon taż-żgħażagħ impjegati (0-19-il sena) naqas b' 5,4 %; billi l-proporzjon tal-popolazzjoni f'età ta' aktar minn 65 sena huwa proġettat li se jiżdied minn 17,4 % fl-2010 għal 30 % fl-2060 (3)

H.

billi fl-2008 r-riskju tal-faqar fost in-nisa mdaħħla fiż-żmien kien ta' 22 % kontra 16 % fir-rigward tal-irġiel tal-istess età (4),

I.

billi, minħabba r-rata tad-divorzju li dejjem qiegħda tiżdied u għomor iqsar għall-irġiel,in-nisa qegħdin ta' spiss ikollhom rappreżentazzjoni qawwija wisq fost l-anzjani iżolati u din it-tendenza qiegħda tiżdied biż-żmien; billi r-romol u n-nisa anzjani li jgħixu waħedhom huma, b'mod ġenerali, f'riskju ogħla ta' faqar, iżolament u esklużjoni soċjali,

J.

billi r-rata ta' impjieg fost in-nisa ta' età bejn 55-64 sena kienet 37,8 % fl-2009 kontra 54,8 % għall-irġiel tal-istess età (5),

K.

billi r-rata ta' qgħad huwa ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel fil-21 Stat Membru u, anke jekk r-rata ta' qgħad fit-tul fost l-irġiel hija ogħla minn dik għan-nisa fi 12-il pajjiż, hemm aktar probabbiltà li l-qgħad tan-nisa jkun qiegħed jinħeba bħala "nuqqas ta' attività" jekk ikunu miżżewġin jew qed irabbu t-tfal,

L.

billi d-dħul medju fis-siegħa tan-nisa taħt it-30 sena huwa 92 % dak tal-irġiel, u 67,5 % għal dawk bejn 50-59 sena (6), u l-medja tad-differenza bejn il-pagi bbażata fuq il-ġeneru fl-UE għadha għolja sa 17,5 %,

M.

billi d-differenzi bejn is-sessi fl-istatus soċjo-ekonomiku għandhom l-għeruq fil-parti l-kbira tagħhom fid-diviżjoni tar-rwoli tradizzjonali bejn is-sessi, fejn l-irġiel huma meqjusa li għandhom ir-responsabbiltà ewlenija li jipprovdu finanzjarjament għall-familja u n-nisa huma responsabbli għal xogħol fid-dar u biex jieħdu ħsieb il-familja mingħajr ħlas, inkluża kura tal-familja aktar mifruxa, u dan għandu impatt kbir fuq il-kapaċità tan-nisa, meta mqabbla ma' tal-irġiel, li jakkumulaw drittijiet tas-sigurtà soċjali, pereżempju, għall-irtirar tagħhom,

N.

billi hemm possibbiltà akbar li n-nisa jkollhom karrieri iqsar, bi progress bilmod u/jew interrotti u qligħ medju aktar baxx mill-irġiel, li huwa rifless fid-distakk tal-pagi bejn in-nisa u l-irġiel u joħloq differenzi fil-kontribuzzjonijiet tan-nisa u l-irġiel għall-kontabilità tal-pensjoni, u b'hekk iżid ir-riskju tal-faqar għan-nisa anzjani,

O.

billi d-distakk bejn il-ġeneri huwa iċken qabel ma tifforma l-familja u tiżdied meta l-individwi jsiru koppja; billi jkun hemm tnaqqis fir-rata tal-impjiegi meta n-nisa jkollhom l-ewwel tarbija u billi dawn jakkumulaw żvantaġġi fis-suq tax-xogħol fl-istadji bikrija taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b'rabta mal-kura tat-tfal, li fi stadju aktar tard jinbidel fil-kura tal-persuni anzjani, u ta' spiss twassal għal faqar minkejja li l-persuna tkun impjegata,

P.

billi n-nisa mdaħħla fiż-żmien, meta jitqabblu mal-irġiel, ta' spiss jagħżlu jew ikollhom jagħżlu xogħol part-time u ta' spiss jitilqu mis-suq tax-xogħol billi jagħżlu jew ikollhom jagħżlu li jirtiraw kmieni,

Q.

billi l-importanza ta' approċċ ibbażat fuq il-ġeneru għall-politiki ta' suq tax-xogħol attiv hija rikonoxxuta fuq livell wiesa' fi kważi l-pajjiżi Ewropej kollha, iżda valutazzjonijiet tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol juru li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għadha mhix uniformi u pjuttost dejqa fil-mira tagħha,

R.

billi n-nisa ta' età ta' aktar minn 50 sena ħafna drabi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni doppja jew fuq diversi livelli bbażata fuq sterjotipi tal-ġeneru u tal-età, li ta' spiss huma aggravati mix-xogħol u t-tendenzi tal-ħajja speċifiċi għall-ġeneru tagħhom (pereżempju, waqfiet temporanji mix-xogħol, impjieg part-time, il-fatt li jistgħu jirrinunzjaw għax-xogħol tagħhom sabiex jieħdu ħsieb il-familji tagħhom jew biex jaħdmu fin-negozju tal-familja tagħhom, speċjalment fin-negozji ta' distribuzzjoni jew fil-biedja, mingħajr ma jitħallsu salarju jew mingħajr ma jkollhom skema ta' sigurtà soċjali, u d-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel); billi, madanakollu, hemm tendenza li n-nisa jkollhom jaffrontaw akkumulazzjoni akbar ta' żvantaġġi minn irġiel tal-istess gruppi; billi, barra minn hekk, fi żmenijiet ta' riċessjoni ekonomika n-nisa kkonċernati jinsabu f’periklu akbar li jsiru foqra,

S.

billi ħafna drabi fis-suq tax-xogħol, in-nisa jitqiesu bħala "xjuħ" f'età ħafna iżgħar mill-irġiel; billi 58 % tal-Ewropej jaħsbu li d-diskriminazzjoni tal-età hija mifruxa ħafna (7)

T.

billi l-vjolenza kontra nisa mdaħħla fiż-żmien hija kwistjoni sottovalutata ħafna minħabba r-reżistenza min-naħa tan-nisa mdaħħla fiż-żmien li jiżvelaw l-abbuż, sterjotipi mill-fornituri tas-servizzi li jemmnu li n-nisa mdaħħla fiż-żmien għandhom inqas riskju, u l-firxa fqira ta' għażliet disponibbli għan-nisa mdaħħla fiż-żmien li huma vittmi ta' abbuż,

U.

billi l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza mill-età bikrija, il-politiki ta' gwida vokazzjonali, u l-politiki li jippromwovu l-impjieg tan-nisa huma l-uniċi modi kif tista' titwaqqaf id-diskriminazzjoni ta' dan it-tip għal dejjem,

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-2012 tkun nominata s-Sena Ewropea għal Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, u jistieden lill Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu passi xierqa u effettivi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, anke billi jittrattaw l-isterjotipi assoċjati mad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru u l-età u billi jippromwovu s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-diskriminazzjoni fuq diversi livelli kontra n-nisa ta' età akbar minn 50 sena hija riflessa aħjar u tiġi trattata b'mod effettiv fil-metodu miftuħ ta' koordinament fir-rigward tal-pensjonijiet, l-inklużjoni soċjali, l-impjieg, it-tibdil tal-isterjotipi tal-ġeneru u l-inklużjoni tan-nisa f'korpi politiċi u ekonomiċi, għat-teħid tad-deċiżjonijiet;

3.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-riforma tal-pensjoni – punt li għandu jitqies ukoll fil-White Paper li jmiss dwar is-sistemi tal-pensjoni u riformi oħra fil-politika tas-sigurtà soċjali –għall-promozzjoni tal-użu ta' kalkolu attwarjali tal-pensjonijiet li jsaħħaħ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, għall-promozzjoni ta' passi li jnaqqsu r-riskju tal-faqar, li tindirizza l-faqar attwalment esperjenzat minn persuni avvanzati aktar fl-età, li ttejjeb il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-kura tas-saħħa u biex itemm il-prattika ta' rtirar obbligatorju, filwaqt li n-nisa avvanzati aktar fl-età jitħallew jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol billi tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni;

4.

Jistieden lill-Istati Membri jiddisponu iktar fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-pensjonijiet favur il-pensjonijeit tar-romol sabiex in-nisa mdaħħla fiż-żmien ikunu inqas vulnerabbli għar-riskju tal-faqar;

5.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li jittieħdu miżuri li jippromwovu l-inklużjoni tan-nisa mill-kategoriji l-iktar vulnerabbli, jiġifieri l-immigranti, in-nisa minn minoranzi, nisa b'diżabbiltà, nisa bi ftit edukazzjoni, nisa mingħajr esperjenza tax-xogħol, nisa fil-ħabs, eċċ., sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għal ħajja diċenti;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu passi u miżuri biex jiżguraw tixjiħ b'dinjità mingħajr umiljazzjoni, diskriminazzjoni jew kwalunkwe forma ta' vjolenza kontra nisa mdaħħla fiż-żmien;

7.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-nisa mdaħħla fiż-żmien jikkostitwixxu riżors ekonomiku u fond ta' esperjenzi u jipprovdu appoġġ vitali għall-komunità u l-familji bħala dawk li jieħdu ħsieb il-persuni dipendenti u wkoll bħala konsulenti f'oqsma tax-xogħol, b'kunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali estensiva tagħhom, u, barra minn hekk, li dawn qed jgħinu jippreservaw id-dinja rurali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu inizjattivi biex itejbu l-fehim tal-lingwi u l-kulturi ta' teknoloġiji ġodda sabiex jagħmluha possibbli għall-popolazzjoni femminili mdaħħla fiż-żmien li tegħleb il-qabża diġitali u żżid il-ħiliet interpersonali u ta' komunikazzjoni tagħha u l-kapaċitajiet tagħha li tiġġestixxi l-indipendenza u l-interessi tagħha;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkonkludu studju, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, dwar is-sitwazzjoni tan-nisa li għandhom iktar minn 50 sena, b'mod partikolari billi jiffokaw fuq l-esperjenzi tagħhom fis-suq tax-xogħol, l-esperjenzi ta' għoti ta' kura kif ukoll dwar kwistjonijiet tas-saħħa u sfidi oħra li ffaċċaw;

In-nisa fis-suq tax-xogħol:

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu kundizzjonijiet li jħeġġu n-nisa mdaħħla fiż-żmien ikomplu u/jew jerġgħu lura għas-suq tax-xogħol skont is-Sena Ewropea għal Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, biex il-potenzjal tagħhom ma jinħeliex; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri wkoll jimplimentaw il-miżuri li jħeġġu l-impjegati jtejbu l-politiki tagħhom ta' opportunitajiet indaqs sabiex jiġu indirizzati prassi li jiddiskriminaw kontra n-nisa mdaħħla fiż-żmien u biex impjegati nisa mdaħħla fiż-żmien ikollhom l-istess aċċess għal pereżempju, it-taħriġ, il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-karriera;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu approċċ għall-impjieg komprensiv, multidimensjonali, u li jqis l-istat taż-żewġ sessi u li ma jiddiskriminax fuq l-età flimkien ma' politiki soċjali sabiex tiżgura l-impjieg u l-inklużjoni soċjali tan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwettqu wkoll reviżjoni fid-dettall dwar is-sitwazzjoni tal-ġenerazzjoni tan-nisa mdaħħla fiż-żmien li diġà jgħixu fil-faqar u biex malajr jieħdu miżuri xierqa u effettivi biex dawn in-nisa jinħarġu mill-faqar;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod adegwat id-diskriminazzjoni multipla li qed jiffaċċaw in-nisa mdaħħla fiż-żmien meta jfittxu aċċess għal impjieg;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa u ttejjeb il-ġbir u l-analiżi ta' dejta speċifika għall-Ewropa, preċiża, rilevanti u kumparabbli dwar il-ġeneru u l-età, b'mod partikolari marbuta mar-rata tal-impjieg u tal-qgħad tan-nisa mdaħħla fiż-żmien, inklużi nisa migranti u b'xi diżabbiltà, l-involviment (informali) tan-nisa mdaħħla fiż-żmien fil-kura (bla ħlas) tal-familji u l-qraba tagħhom, u r-rata tal-persuni anzjani li għadhom dipendenti u dwar l-abbuż tax-xjuħ, li għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni attwali kollha tal-Istati Membri rigward il-protezzjoni tad-dejta;

14.

Jilqa' l-fatt li l-Istati Membri diġà rrikonoxxew li t-tendenzi u l-kawżi tal-inugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol huma relatati strettament mal-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja, u jenfasizza li approċċ dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħol għandu għalhekk, jiġi promoss; madanakollu, – sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi taċ-ċiklu tal-ħajja b'mod adegwat –, iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw, permezz ta' miżuri ffokati fil-politiki tagħhom għal suq tax-xogħol attiv, il-pożizzjoni żvantaġġata tan-nisa żgħar u ta' dawk imdaħħla fiż-żmien meta mqabbla ma' dik tal-irġiel tal-istess età u mhux jużaw dawn il-politiki biex jindirizzaw biss in-nisa u l-irġiel f'età adulta;

15.

Jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki biex itejbu l-kwalità tal-kundizzjonijiet ta' xogħol tan-nisa mdaħħla fiż-żmien, sabiex joħolqulhom post tax-xogħol sostenibbli u tajjeb għas-saħħa;

16.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu n-nisa mdaħħla fiż-żmien fi proċessi għal tagħlim tul il-ħajja u biex jiżviluppaw aktar u jsostnu programmi flessibbli ta' taħriġ mill-ġdid li huma adattati għan-nisa mdaħħla fiż-żmien, billi jqisu l-bżonnijiet u l-kapaċitajiet speċifiċi tagħhom biex dawn in-nisa jkunu jistgħu jiġu impjegati aktar faċilment u jgħinuhom jgħixu ħajja indipendenti u attiva, u jaqsmu l-esperjenza akkumulata u l-għarfien tagħhom ma' ġenerazzjonijiet iżgħar;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-iżvantaġġi li jaffrontaw in-nisa fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari dawk ġejjin minn responsabbiltajiet għall-għoti tal-kura, ma għandhomx jippenalizzawhom fir-rigward tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni jew drittijiet oħra ta' sigurtà soċjali;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiddisponu fis-sistemi ta' benessri favur arranġamenti ta' aggregazzjoni li jagħmluha possibbli li l-kontribuzzjonijiet minn perjodi ta' impjieg b'salarju u impjieg indipendenti, jew minn impjiegi differenti, jiżdiedu flimkien, jekk dan ma jkunx sar diġà;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jippromwovu sistemi tal-pensjoni evalwati skont il-ġeneru billi jqisu r-riskju ogħla ta' faqar għan-nisa mdaħħla fiż-żmien, kif ukoll il-pawżi fil-karrieri tagħhom minħabba obbligi ta' kura, sabiex ikun evitat li jinħolqu trappoli ġodda ta' dipendenza;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu, mingħajr telf ta' żmien, miżuri effettivi biex jimplimentaw il-prinċipju ta' paga ugwali għall-istess tip ta' xogħol (eż. permezz ta' skema obbligatorja għall-valutazzjoni tal-impjieg u pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol), sabiex jitneħħa id-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, li jista' jgħin ukoll biex jitnaqqas id-distakk fil-pensjonijiet tagħhom, bl-għan li jitnaqqas u fl-aħħar mill-aħħar jiġi eliminat għal kollox il-fattur tar-riskju tal-faqar ogħla għan-nisa - li l-biċċa l-kbira minnhom ikunu mdaħħla fiż-żmien;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw politiki xierqa biex jirrikonċiljaw ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata u biex jintegraw id-dimensjoni tat-tixjiħ fil-politiki kollha rilevanti, permezz tal-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-età, b'kunsiderazzjoni għad-diversi stadji tul il-ħajja; jistieden lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi li jinsab f'Vilnius, biex iħejji l-istudju neċessarju dwar l-impatt u r-riċerka;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ u effikaċi mill-istrumenti u l-programmi eżistenti tal-UE, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa mdaħħla fiż-żmien fis-swieq tax-xogħol u tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa mdaħħla fl-età, fl-oqsma kollha;

23.

Jitob lill-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa mdaħħla fiż-żmien fis-settur tan-negozju billi jħeġġu n-nisa jniedu negozji ġodda u jipprovdulhom sostenn u jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għall-finanzjament, speċjalment permezz tal-mikrokreditu, u jiżguraw rappreżentanza ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fil-korpi ekonomiċi għat-teħid tad- deċiżjonijiet, inklużi f'bordijiet għat-tmexxija tal-kumpaniji;

24.

Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu l-kumpaniji jintegraw prinċipji u strumenti għall-ġestjoni tal-età fil-politika tagħhom, b'mod partikolari fil-politika dwar il-persunal tagħhom, biex jadottaw politika "favur l-età avvanzata u sensittiva għall-ġeneru" fuq il-postijiet tax-xogħol, biex jirrikonoxxu u jirrispettaw aktar l-għarfien u l-esperjenza akkumulati tal-impjegati (nisa) tagħhom imdaħħla fiż-żmien, u biex jiżviluppaw politika ta' informazzjoni affidabbli u trasparenti li tagħti l-opportunità lill-impjegati mdaħħla fiż-żmien jippreparaw għall-irtirar billi jkunu jafu bis-sħiħ bil-fatti dwar l-irtirar tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-proċeduri għall-impożizzjoni ta' penalitajiet fuq min jimpjega li jiddiskrimina kontra l-impjegati (nisa) mdaħħla fiż-żmien; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li dawn il-politiki jiddaħħlu fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar;

In-Nisa bħala fornituri tal-kura

25.

jistieden lill-Istati Membri jinstensifikaw il-progress lejn l-ilħuq tal-bżonnijiet tal-familji li huma responsabbli għal dawk dipendenti fuqhom u jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni l-iżvilupp ta' strutturi għall-kura bl-użu tal-Fondi Strutturali;

26.

Jitlob lill-Istati Membri jiffaċilitaw id-dispożizzjoni għal servizzi tal-kura ta' kwalità, (li jinkludu kura fid-djar għall-anzjani), jiggarantixxu l-aċċessibilità u l-vijabbiltà finanzjarja ta' tali kura ta' kwalità, itejbu l-apprezzament għall-valur tax-xogħol li jsir minn professjonisiti li jagħtu l-kura, u jsostnu l-familji li jipprovdu l-kura lill-persuni mdaħħla fiż-żmien, pereżempju billi joffrulhom kumpens finanzjarju għal dak li jagħmlu u joffrulhom pariri u taħriġ sabiex ikunu jistgħu jagħtu kura informali ta' kwalità għolja;

27.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn li ssir dispożizzjoni għal standard għoli, kif inhu xieraq, għas-servizzi tal-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni dipendenti oħra, li għandha tiġi offruta bi prezzijiet affordabbli u tkun kompatibbli max-xogħol full-time tal-persuna sabiex ikun żgurat li n-nisa ma jkunux obbligati jinterrompu, jabbandunaw jew iqassru l-karrieri tagħhom biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet ta' persuni li jiddependu mill-kura tagħhom;

28.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn is-servizzi tal-kura tat-tfal u tal-persuni dipendenti jikkostitwixxu sors sostanzjali ta' impjiegi li jista' jimtela min-nisa mdaħħla fiż-żmien, li r-rata ta' impjieg tagħhom bħalissa hija waħda mill-iktar baxxi;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ u żvilupp tal-kapaċità sabiex ikunu garantiti servizzi tal-kura ta' kwalità għolja u jieħdu azzjoni kontra n-nuqqas tal-persunal fis-settur privat (il-kura u s-saħħa) ikkaġunat minn tendenzi demografiċi;

30.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jestendu l-aċċess għal-liv tal-ġenituri lin-nanniet u lit-tfal li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom, u jirrikonoxxu l-kura għal persuni dipendenti, filwaqt li jqisu l-possibbiltà li jiġi żviluppat perjodu ta' liv għal min jagħti l-kura, u jipprovdu servizzi, taħriġ u konsulenza għal dawk li jagħtu l-kura;

31.

Jirrikonoxxi li n-nisa li qegħdin joqorbu l-età tal-irtirar, ta' spiss ikunu nanniet; jirrikonoxxi, mandankollu, li n-nisa li qeghdin joqorbu l-età tal-irtirar m'għadhomx jitqiesu biss bħala dawk li jagħtu l-kura; għalhekk, jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw faċilitajiet tal-kura tat-tfal li jistgħu joffru lin-nanniet, jekk dawn jixtiequ jagħmlu dan, il-libertà li jipparteċipaw f'attivitajiet oħra;

32.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-involviment taċ-ċivil u proġetti interġenerazzjonali għal persuni mdaħħla fiż-żmien, permezz ta' inizjattivi u skemi ta' finanzjament;

33.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri fil-livelli kollha, inkluż billi jsostnu l-NGOs rilevanti, jindirizzaw il-bżonnijiet speċjali tal-persuni mdaħħla fiż-żmien, b'mod partikolari nisa mdaħħla fiż-żmien li jgħixu waħedhom, sabiex ma jibqgħux daqshekk iżolati u dipendenti u jippromwovu l-ugwaljanza, is-sigurtà u l-benessri tagħhom;

34.

Jitlob lill-Istati Membri jqisu firxa ta' għażliet ta' akkomodazzjoni u jsostnu gruppi u organizzazzjonijiet komunitarji fil-ġlieda kontra l-iżolament fost in-nisa anzjani u joħolqu ambjent favorevoli fejn titrawwem is-solidarjetà interġenerazzjonali;

35.

Jirrikonoxxi li n-nisa mdaħħla fiż-żmien għandhom ikollhom l-għażla dinjituża li jgħixu kif jixtiequ, sew jekk jixtiequ jibqgħu waħedhom u sew jekk jixtiequ jgħixu f'komunità;

Kwistjonijiet tas-saħħa

36.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-dimensjoni tal-ġeneru fis-saħħa bħala parti essenzjali tal-politiki tal-UE dwar is-saħħa, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jadottaw strateġija doppja li tinvolvi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u azzjonjiet speċifiċi relatati mal-ġeneru, fil-politika nazzjonali u tal-UE dwar is-saħħa;

37.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza tal-kura tas-saħħa kurattiva u paljattiva li tqis l-età u l-ġeneru; jistieden lill-Istati Membri jespandu r-riċerka dwar mard relatat mal-ġeneru, inkluża riċerka dwar il-kawżi, il-prevenzjoni possibbli u t-trattamenti għal dan il-mard;

38.

Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tat-trattament preventiv u tal-monitoraġġ mediku fil-kura tas-saħħa, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-metodu miftuħ ta' koordinament biex tiżgura l-iskambju tal-opinjonijiet, tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-monitoraġġ mediku fl-UE kollha u tidentifika l-aħjar prattiki u tistabbilixxi linji gwida;

39.

Jilqa' l-isforzi ta' xi Stati Membri li jipprovdu aċċess mingħajr ħlas għall-prevenzjoni ta' mard relatat mal-ġeneru u jħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex isaħħu l-kura tas-saħħa preventiva għal nisa mdaħħla fiż-żmien billi jipprovdu, pereżempju, mammografiji regolari u aċċessibli, ineħħu l-limiti tal-età fl-aċċess għall-prevenzjoni tas-saħħa bħall-iskrinjar tal-kankru tas-sider, u jqajmu l-kuxjenza dwar l-importanza tal-monitoraġġ mediku.

40.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jaddottaw strateġija dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tas-saħħa u biex jiżguraw l-ugwaljanza fl-aċċess għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, speċjalment għall-persuni mdaħħla aktar fiż-żmien, u għal dawk li huma żvantaġġati fuq diversi livelli;

41.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri li jiżguraw saħħa u sikurezza mtejba fuq il-post tax-xogħol, u b'hekk jippreservaw l-impjegabbiltà u l-kapaċitajiet tal-ħaddiema biex ikunu aktar f'saħħithom f'età avvanzata;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jissieltu kontra kull forma ta' vjolenza fil-konfront tan-nisa mdaħħla fiż-żmien, filwaqt li jirrikonoxxu li din il-problema mhix stmata biżżejjed, jittrattaw l-isterjotipi fis-soċjetà u jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tal-vittmi tal-vjolenza mdaħħla fiż-żmien, sabiex tiġi żgurata t-tgawdija bis-sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u jintuża bis-sħiħ il-programm DAPHNE;

*

* *

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0306.

(3)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal: Rapport Demografiku 2010, il-Kummissjoni Ewropea, paġna 62

(4)  Lista ta' 100 inugwaljanzi, L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(5)  Rapport dwar il-Progress fl-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea, paġna 31.

(6)  Il-ħajja tan-nisa u l-irġiel fl-Ewropa - stampa tal-istatistika, Eurostat, 2008, paġna 196.

(7)  L-Ewrobarometru speċjali 317, id-Diskriminazzjoni fl-UE fl-2009, Novembru 2009, paġna 71.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/17


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Id-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri

P7_TA(2011)0361

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri, l-impatt tagħha fuq il-medjazzjoni u l-adozzjoni tagħha mill-qrati (2011/2026(INI))

2013/C 51 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 67 u 81(2)g tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni fi kwistjoni ċivili u kummerċjali (1).

wara li kkunsidra s-seduti ta’ smigħ li kellu l-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-20 ta' April 2006, fl-4 ta' Ottubru 2007 u fit-23 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (2).

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0275/2011),

A.

billi l-iżgurar ta' aċċess aħjar għall-ġustizzja hija waħda mill-għanijiet ewlenin tal-politika tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; billi l-kunċett ta’ aċċess għall-ġustizzja għandu, f’dan il-kuntest, jinkludi l-aċċess għal proċessi adegwati ta' riżoluzzjoni ta' kontroversji għall-individwi u n-negozji;

B.

billi l-għan tad-Direttiva 2008/52/KE huwa li tiġi promossa is-soluzzjoni bonarja tal-kontroversji billi tinkoraġġixxi l-użu ta' medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni bbilanċjata bejn il-medjazzjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji,

C.

billi sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-medjazzjoni bħala alternattiva vjabbli għall-approċċ kontenzjuż tradizzjonali u sabiex jiġi żgurat li l-partijiet li jirrikorru għall-medjazzjoni fl-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn qafas ta' leġiżlazzjoni prevedibbli, id-Direttiva tintroduċi prinċipji komuni li jindirizzaw, b'mod partikolari, aspetti ta' proċedura ċivili,

D.

billi, minbarra l-prevedibilità, id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas li jippreserva l-vantaġġ ewlieni tal-medjazzjoni, li hu l-flessibilità; billi dawn iż-żewġ rekwiżiti għandhom jiggwidaw lill-Istati Membri meta jfasslu liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva,

E.

billi d-Direttiva 2008/52/KE wkoll kienet ta’ interess għall-Istati ġirien u kellha effett dimostrabbli fuq l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni simili f’uħud minn dawn il-pajjiżi,

F.

billi l-Istati Membru huma meħtieġa li jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-21 ta' Mejju 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 10, li għalih id-data ta' konformità kienet il-21 ta' Novembru 2010; billi s'issa l-maġġoranza tal-Istati Membri rraportaw li huma wettqu l-proċess ta' implimentazzjoni jew se jwettquh sad-data tal-iskadenza, u għadd żgħir ta' Stati Membri biss għadhom ma rraportawx il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva: ir-Repubblika Ċeka, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja,

G.

billi l-Parlament Ewropew iqis importanti li jiġi eżaminat il-mod ta' kif din il-leġiżlazzjoni ġiet implimentata mill-Istati Membri, sabiex ikun jaf x'jaħsbu mill-medjazzjoni l-operaturi u l-utenti u sabiex jidentifika jekk u kif tista' tittejjeb,

H.

billi, għal dan l-iskop, għandha titwettaq analiżi dettaljata tal-approċċ regolatorji ewlenin tal-Istati Membri biex jiġu identifikati prattiki tajba u jissieltu konklużjonijiet dwar kwalunkwe azzjoni ulterjuri fil-livell Ewropew,

I.

billi l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Stokkolma (COM(2010)0171) jipprevedi Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-2013,

J.

billi huwa utli li jiġi kkunsidrat il-mod ta' kif l-Istati Membri implimentaw id-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva tal-Medjazzjoni fir-rigward tal-possibbiltà għall-qrati li jissuġġerixxu l-medjazzjoni direttament lill-partijiet (Artikolu 5), il-garanzija tal-kunfidenzjalità (Artikolu 7), l-inforzabbiltà ta’ ftehimiet li jirriżultaw minn medjazzjoni (Artikolu 6), u l-effett tal-medjazzjoni fuq il-perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni (Artikolu 8),

K.

billi l-Kummissjoni inkludiet fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2011 proposta leġiżlattiva dwar Riżoluzzjoni Alternattiva tal-Kontroversji,

1.

Josserva li r-rekwiżit ta' kunfidenzjalità stabbilit mid-Direttiva kien diġà jeżisti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' ċerti Stati Membri: fil-Bulgarija, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi li l-medjaturi jistgħu jirrifjutaw jixhdu dwar kontroversja li għaliha huma għamluha ta' medjaturi; fi Franza u l-Polonja, il-liġijiet li jirregolaw il-medjazzjoni ċivili jistabbilixxu dispożizzjonijiet simili; jinnota li, fost l-Istati Membri, l-Italja tadotta approċċ strett fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti ta' medjazzjoni, filwaqt li r-regoli Svediżi dwar il-medjazzjoni jipprovdu li l-kunfidenzjalità mhijiex awtomatika u teħtieġ ftehim bejn il-partijiet f'dan is-sens; iqis li jidher li huwa meħtieġ approċċ aktar koerenti;

2.

Josserva li, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva, il-maġġoranza tal-Istati Membri jiddisponu minn proċedura intiża sabiex il-ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni jingħata l-istess saħħa ta' deċiżjoni ġudizzjarja; jinnota li dan iseħħ jew billi l-ftehim jiġi ppreżentat lill-qorti jew billi l-ftehim jiġi insinwat u li jidher li xi leġiżlaturi nazjonali għażlu l-ewwel soluzzjoni filwaqt li, b'kuntrast ma' dan, f'ħafna Stati Membri l-insinwar huwa għażla disponibbli wkoll skont id-dritt nazzjonali: pereżempju, filwaqt li fil-Greċja u s-Slovenja l-liġi tipprovdi li ftehim ta' medjazzjoni jista' jiġi infurzat mill-qrati, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Ġermanja l-ftehimiet jistgħu jsiru eżegwibbli bħala atti notarili, u fi Stati Membri oħra, inkluża l-Awstrija, jistgħu, bħalma tgħid il-liġi bħalissa, jiġu inforzati bħala atti notarili minkejja n-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni espliċita f'dak is-sens fil-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri kollha li għadhom ma jikkonformawx mal-Artikolu 6 tad-Direttiva, jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

3.

Huwa tal-opinjoni li l-Artikolu 8, li jittratta l-effetti tal-medjazzjoni fuq il-perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni, huwa dispożizzjoni essenzjali peress li dan jiżgura li l-partijiet li jagħżlu l-medjazzjoni sabiex jippruvaw isolvu kontroversja ma jkunux sussegwentement impediti milli jibdew proċedimenti ġudizzjarji minħabba l-perjodu ta' żmien li huma jkunu għaddew f'medjazzjoni; jinnota li l-ebda problema partikolari ma tqajmet mill-Istati Membri fir-rigward ta' dan il-punt;

4.

Jirrimarka li xi Stati Membri għażlu li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva f'żewġ oqsma, li huma l-inċentivi finanzjarji għall-parteċipazzjoni f'medjazzjoni u r-rekwiżiti ta' medjazzjoni obbligatorja; jinnota li l-inizjattivi nazzjonali ta’ dan it-tip jgħinu biex jirrendu r-riżoluzzjoni tat-tilwim aktar effettiva u jnaqqsu l-ammont ta’ xogħol tal-qrati;

5.

Jirrikonoxxi li l-Artikolu 5(2) jippermetti lill-Istati Membri jirrikorru għall-medjazzjoni obbligatorja jew dik suġġetta għal inċentivi jew sanzjonijiet, kemm jekk qabel jew wara l-bidu tal-proċedimenti ġudizzjarji, sakemm dan ma jimpedixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom għall-qrati;

6.

Josserva li xi stati Ewropew ħadu numru ta' inizjattivi sabiex jipprovdu inċentivi finanzjarji lill-partijiet li jirreferu l-kawżi għall-medjazzjoni: fil-Bulgarija, il-partijiet se jirċievu rifużjoni ta' 50 % tal-pagament statali diġà mħallas għall-preżentata tal-kontroversja quddiem il-qorti jekk huma jsolvu l-kontroversja permezz tal-medjazzjoni, u l-leġiżlazzjoni Rumena tipprovdi għar-rimborż totali tat-taxxa tal-qorti jekk il-partijiet isolvu kontroversja legali pendenti permezz tal-medjazzjoni; jinnota li tinsab dispożizzjoni simili fil-leġiżlazzjoni Ungeriża u li fl-Italja l-atti u l-ftehimiet ta' medjazzjoni kollha huma eżenti mill-bolol u l-ispejjeż;

7.

Josserva li, flimkien mal-inċentivi finanzjarji, ċerti Stati Membri li s-sistemi ġudizzjarji tagħhom huma mgħobbija żżejjed irrikorrew għal regoli li jagħmlu l-użu tal-medjazzjoni obbligatorju; jinnota li f'tali każijiet ma jistgħux jiġu ppreżentati kontroversji fil-qorti qabel ma l-partijiet ikunu l-ewwel ippruvaw isolvu l-kwistjonijiet permezz tal-medjazzjoni;

8.

Jirrimarka li l-eżempju l-aktar ċar huwa d-Digriet Leġiżlattiv Taljan Nru 28, li għandu l-għan li b'dan il-mod jirriforma s-sistema legali u jagħmel tajjeb għall-qrati Taljani, magħrufin li huma maħnuqa bix-xogħol, billi jnaqqas il-kawżi u l-perjodu ta' żmien medju ta' disa' snin għall-konklużjoni tal-kontestazzjoni ta' kawża ċivili; josserva li, hekk kif previst, dan ma ntlaqax tajjeb mill-professjonisti, li kkontestaw id-digriet quddiem il-qorti u anki strajkjaw;

9.

Jirrimarka li, minkejja l-polemika, l-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tmur lil hinn mir-rekwiżiti essenzjali tal-Direttiva tal-Medjazzjoni jidhru li kisbu riżultati sinifikanti fil-promozzjoni tat-trattament mhux ġudizzarju tal-kontroversji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali; josserva li r-riżultati miksuba b'mod partikolari fl-Italja, il-Bulgarija u r-Romanija juru li l-medjazzjoni tista' twassal għas-soluzzjoni extraġudizzjarja kosteffikaċi u rapida ta' kontroversji permezz ta' proċessi mfassla skont il-bżonnijiet tal-partijiet;

10.

Josserva li l-medjazzjoni obbligatorja tidher li qed tilħaq l-objettiv fis-sistema legali Taljana billi tnaqqas il-konġestjoni fil-qrati; madankollu, jenfasizza li l-medjazzjoni għandha tiġi promossa bħala forma ta’ ġustizzja alternattiva vijabbli, ta’ spiża baxxa u aktar rapida minflok aspett obbligatorju tal-proċedura ġudizzjarja;

11.

Jirrikonoxxi r-riżultati pożittivi miksuba mill-inċentivi finanzjarji li jinsabu fil-liġi Bulgara dwar il-medjazzjoni; jirrikonoxxi, madankollu, li dawn huma dovuti wkoll għall-interess fil-medjazzjoni, li ilu jeżisti, mis-sistema legali Bulgara peress li l-komunità tal-medjazzjoni ilha teżisti mill-1990 u ċ-Ċenru ta' Soluzzjoni – kompost minn medjaturi li jaħdmu bix-xifts – ilu jipprovdi servizzi ta' medjazzjoni u informazzjoni bla ħlas u kuljum lill-partijiet f'kawżi pendenti quddiem il-qorti mill-2010; jinnota li fil-Bulgarija żewġ terzi mill-kawżi kienu s-suġġett ta' medjazzjoni u nofs minnhom irriżultaw f'konklużjoni b'suċċess fil-kuntest tal-medjazzjoni;

12.

Jinnota wkoll ir-riżultati pożittivi tal-liġi Rumena dwar il-medjazzjoni: flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar inċentivi finanzjarji, Kunsill ta' Medjazzjoni – awtorità nazzjonali għall-prattika ta' medjazzjoni li teżisti bħala entità legali separata u awtonoma – ġie stabbilit; dan huwa ddedikat kompletament għall-promozzjoni ta' attività ta' medjazzjoni, l-iżvilupp ta' standards ta' taħriġ, il-preparazzjoni ta' persuni li jipprovdu korsijiet ta' taħriġ, il-ħruġ ta' dokumenti li jiċċertifikaw il-kwalifiki professjonali tal-medjaturi, l-adozzjoni ta' kodiċi ta' etika u t-tfassil ta' proposti għal aktar leġiżlazzjoni;

13.

Jemmen, fid-dawl ta' dak kollu li ntqal hawn fuq, li l-Istati Membri jinsabu, fit-totalità tagħhom, ġeneralment fit-triq it-tajba sabiex jimplimentaw id-Direttiva 2008/52/KE sal-21 ta' Mejju 2011 u li, għalkemm l-Istati Membri qed jużaw approċċi regolatorji differenti u xi stati għadhom ftit lura, il-fatt jibqa' li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mhux biss huma konformi, iżda fil-fatt imorru lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva;

14.

Jenfasizza li l-partijiet li huma lesti li jistinkaw għar-riżoluzzjoni tal-każ tagħhom għandhom aktar probabilità li jaħdmu ma’ xulxin milli kontra xulxin; huwa tal-fehma li għalhekk dawn il-partijiet għandhom aktar probabilità li jqisu l-pożizzjoni tal-parti l-oħra u li jaħdmu fuq il-kwistjonijiet sottostanti tal-kontroversja; iqis li dan kemm-il darba jkollu l-benefiċċju miżjud li jippreserva r-relazzjoni li l-partijiet kellhom qabel il-kontroversja, u dan huwa importanti ħafna fi kwistjonijiet tal-familja li jinvolvu lit-tfal;

15.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex, fil-Komunikazzjoni tagħha li jmiss dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/52/KE, teżamina wkoll dawk l-oqsma fejn l-Istati Membri għażlu li jestendu l-miżuri tad-Direttiva lil hinn mill-ambitu oriġinali tagħha;

16.

Jenfasizza l-karatteristiċi li huma favorevoli għall-konsumaturi tal-iskemi alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ kontroversji, li joffru soluzzjoni prattika mfassla apposta; jitlob f’dan il-kuntest li jkun hemm preżentazzjoni fil-pront ta’ proposta leġiżlattiva dwar ir-riżoluzzjoni ta’ kontroversji mill-Kummissjoni;

17.

Jinnota li s-soluzzjonijiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni u li huma żviluppati bejn il-partijiet ma jistgħux jiġu pprovduti minn imħallef jew ġurija; għalhekk, huwa tal-fehma li l-medjazzjoni għandha aktar probabilità li tipprovdi riżultat li jkun miftiehem b’mod reċiproku mill-partijiet jew li tkun tista’ tgawdi minnu kull parti; għalhekk jinnota li hemm aktar probabilità li jiġi aċċettat tali ftehim u li l-konformità ma’ ftehimiet li jkunu s-suġġett ta' medjazzjoni hija ta’ spiss għolja;

18.

Huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ żieda fl-għarfien u fil-fehim tal-medizzjoni u jitlob biex ikun hemm aktar azzjoni rigward l-edukazzjoni, iż-żieda fl-għarfien tal-medjazzjoni, it-tisħiħ tal-użu tal-medjazzjoni min-negozji u r-rekwiżiti tal-aċċess għall-professjoni ta’ medjatur;

19.

Jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu inkoraġġiti jiżviluppaw programmi li jippromwovu għarfien xieraq tar-riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji; iqis li dawk l-azzjonijiet għandhom jindirizzaw il-vantaġġi ewlenin tal-medjazzjoni – l-ispiża, ir-rata ta’ suċċess u l-effiċjenza fil-ħin – u għandhom jirrigwardaw l-avukati, in-nutara u n-negozji, partikolarment l-SMEs, kif ukoll l-akkademiċi;

20.

Jagħraf l-importanza li jiġu stabbiliti standards komuni għall-aċċess għall-professjoni ta' medjatur sabiex tiġi mħeġġa kwalita aħjar tal-medjazzjoni u sabiex jiġu żgurati standards għoljin ta' taħriġ professjonali u akkreditazzjoni madwar l-Unjoni;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 122.

(2)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/21


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Strateġija effikaċi dwar il-materja prima għall-Ewropa

P7_TA(2011)0364

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar strateġija effettiva tal-materja prima għall-Ewropa (2011/2056(INI))

2013/C 51 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2011 bl-isem ‧Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima‧ (COM(2011)0025),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Novembru 2008 bl-isem ‧L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima - nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa‧ (COM(2008)0699),

wara li kkunsidra r-rapport ‧Materja Prima Kritika għall-UE‧ mis-Sottogrupp tal-Grupp dwar il-Provvista tal-Materja Prima tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem ‧Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv‧ (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bl-isem ‧Ewropa li tuża r-riżorsi b‧effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020' (COM(2011)0021),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 bl-isem ‧Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050‧ (COM(2011)0112/4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2010 bl-isem ‧Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni - Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali‧ (COM(2010)0614),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2010 bl-isem ‧Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 - Unjoni tal-Innovazzjoni‧ (COM(2010)0546),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 bl-isem ‧Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija - Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020‧ (COM(2010)0612),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar ‧Politika Industrijali għall-Era Globalizzata‧ (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2011 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (4),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ gwida ‧Non-energy mineral extraction and Natura 2000‧ (L-estrazzjoni ta' minerali mhux għall-enerġija u r-rekwiżiti ta' Natura 2000) tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, il-Kummissjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma maħruġ flimkien mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Novembru 2008 bl-isem ‧L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima - nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa‧ (COM(2008)0699) (SEC(2008)2741),

wara li kkunsidra ‧Poltika dwar il-materja prima - rapport annwali 2009‧ mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, il-Kummissjoni Ewropea (6),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ gwida ‧The links between the environment and competitiveness‧ (Ir-rabtiet bejn l-ambjent u l-kompetittvità) tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, il-Kummissjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2010 bl-isem ‧Politika tal-iżvilupp tal-UE għall-appoġġ ta' tkabbir inklussiv u żvilupp sostenibbli - Żieda fl-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE‧ (COM(2010)0629 finali),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2010 bl-isem 'dwar il-konsolidazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (COM (2010)0634 finali),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li jmiss dwar il-kummerċ u l-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 bit-titolu ‘Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp – L-Istabbiliment ta’ qafas ta’ politika għall-approċċ uniku tal-Unjoni’ (COM(2009)0458),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp u l-kunċett ta" ‧Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u iktar‧ (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (9),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar it-trattament tal-isfidi dwar il-materja prima u fis-swieq tal-prodotti bażiċi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Trattat ta’ Lisbona), li jafferma mill-ġdid li l-UE għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

wara li kkunsidra n-negozjati attwali taċ-Ċiklu ta' Doha,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta Afrika-UE tal-2007 u d-Dikjarazzjoni ta' Tripli tat-3 Summit Afrika-UE fid-29/30 ta' Novembru 2010,

wara li kkunsidra l-kawża quddiem id-WTO dwar disa' materji primi mill-UE, l-Istati Uniti u l-Messiku kontra ċ-Ċina,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura (A7-0288/2011),

A.

billi l-UE teħtieġ bażi industrijali soda, li tkun tiddependi ħafna minn provvisti suffiċjenti ta' materja prima, waqt li ssir aktar favorevoli għall-ambjent, sabiex taqleb għal ekonomija b’użu baxx tal-karbonju u biex tibqa’ kompetittiva;

B.

billi l-kumplessità tal-proċessi amministrattivi u n-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet jistgħu jwasslu għal dewmien ta’ diversi snin biex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-isfruttament tar-riżorsi minerali, billi dan id-dewmien huwa eċċessiv, iżid l-ispiża kapitali tal-investiment u jeskludi mis-suq kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju;

C.

billi d-domanda dinjija għall-materja prima ilha bil-mod tiżdied, speċjalment għall-‘metalli meħtieġa għat-teknoloġija’,

D.

billi l-Istati Membri tal-UE, l-Awstralja u l-Istati Uniti għandhom il-potenzjal li jiżviluppaw l-estrazzjoni tagħhom tar-riżorsi proprji ta’ materja prima kritika, metalli bażiċi u elementi terrestri rari,

E.

billi l-avvanzi f'teknoloġiji ġodda se jkomplu jżidu d-domanda għal riżorsi ċentrali għall-iżvilupp ta' dawn l-industriji,

F.

billi l-forniment internazzjonali huwa parzjalment ristrett minn kwoti tal-esportazzjoni, u l-prezzijiet qed jilħqu livelli ta’ rekord,

G.

billi fis-settur tal-manifattura s-sehem tal-ispiża tal-materjal bħala parti mill-ispejjeż tal-produzzjoni totali hija ferm ogħla mis-sehem relatat mal-pagi tal-ħaddiema, u billi fis-setturi kollha t-tendenza tal-ewwel li jiżdied mhux mistennija li tinbidel, għall-inqas f’perjodu ta’ żmien medju,

H.

billi s-swieq igawdu meta joperaw fuq pjattaforma ġusta u b’kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd,

I.

billi ż-żieda fil-kompetizzjoni dwar il-materji primi tista' tiggrava r-relazzjonijiet internazzjonali u twassal għal kunflitti dwar riżorsi;

J.

billi dawn l-isfidi jistgħu jkunu ta' opportunità għal sħubiji ġodda u innovattivi ta' kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku bejn l-UE u pajjiżi terzi,

K.

billi f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw l-isfruttar tar-riżorsi naturali ma jseħħx għall-benefiċċju tal-popolazzjoni minħabba l-eżistenza ta’ reġimi mhux demokratiċi, frodi, korruzzjoni jew kunflitti armati,

L.

billi l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni biex tippromwovi l-effiċjenza tar-riżorsi u r-riċiklaġġ huma limitati, fil-biċċa l-kbira tagħhom, għal valutazzjonijiet ta’ x'jista’ jsir, minflok li jipproponu miżuri konkreti li jridu jittieħdu, u għaldaqstant huma insuffiċjenti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti,

M.

billi l-Kummissjoni tidddikjara li implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iskart huma essenzjali biex tiġi promossa Ewropa aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi,

N.

billi ż-żieda fir-riċiklaġġ ta’ materjali prezzjużi, speċjalment l-elementi terrestri rari, teħtieġ xogħol ta’ żmantellament intensiv,

O.

billi r-riċiklaġġ bi profitt jinsab fi klassifikazzjoni affidabbli u effiċjenti u t-teknoloġija tas-separazzjoni, peress li l-valur tal-materjali riċiklati jiddependi mill-purezza tal-frazzjoni;

P.

billi ż-żieda tal-effiċjenzi u r-riċiklaġġ iwasslu għas-sostenibilità, il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista,

Q.

billi l-produttività tal-forza tax-xogħol żviluppat ħafna aktar mgħaġġla fl-aħħar deċennji mill-produttività tar-riżorsi, bl-istimi juru li l-kosti tal-forza tax-xogħol huma anqas minn 20 % ta’ prodott u l-kosti tar-riżorsi jirrappreżentaw 40 %; billi dan ifisser li hemm bżonn li ssir azzjoni b’ħeffa biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi,

R.

billi huwa importanti ħafna li jittieħdu passi f'waqthom u deċiżivi fl-implimentazzjoni ta' strateġija effikaċi li tħalli r-riżultati fir-rigward tal-Inizjattiva Ewropea tas-Swieq tal-Materja Prima;

Strateġija dwar il-Materji Prima

1.

Jemmen li l-Ewropa qed tiffaċċja kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet fir-rigward ta’ materja prima; jenfasizza li l-UE issa, meta d-domanda għall-materja prima tiżdied sewwa globalment, għandha l-opportunità li taħsad benefiċċji billi ssaħħaħ il-provvista u l-effiċjenza fil-materja prima, filwaqt li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-industriji tal-UE u s-settur tal-materja prima; jenfasizza li d-disponibilità ta’ aċċess ġust għall-materja prima, u l-prezzijiet stabbli u prevedibbli tagħha, huma ta’ importanza kruċjali għall-potenzjal tal-iżvilupp, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-preservazzjoni tal-industrija Ewropea; filwaqt li restrizzjonijiet fl-aċċess u l-provvista, partikolarment għall-materja prima kritika, bħall-REE, kif ukoll volatilità kbira fil-prezzijiet, jistgħu jostakolaw il-kompetittività, l-effiċjenza ambjentali u l-prospetti ta’ innovazzjoni tal-industrija tal-UE, speċjalment l-SMEs; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kienet minn ta’ quddiem fil-kwistjoni tal-politika tal-materja prima bl-Inizjattiva dwar il-Materja Prima (RMI) fl-2008, u jitlob bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimxu bil-ħeffa lejn l-implimentazzjoni tagħha. Jemmen li l-politika u d-diplomazija fir-rigward tar-riżorsi huma ta’ importanza kbira għall-UE, mhux biss fir-rigward tal-politika industrijali u l-kummerċ internazzjonali, iżda wkoll bħala kwestjoni trasversali li tikkonċerna oqsma differenti tal-politika domestika, kif ukoll tal-politika barranija u tas-sigurtà; jitlob lill-Kummissjoni tagħti kemm jista’ jkun attenzjoni lil din il-kwestjoni daqs kemm tagħti lill-kwestjoni tal-enerġija; iqis ukoll li dan huwa inkarigu għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS);

2.

Jemmen li r-responsabilità għal diplomazija tal-UE koerenti u effikaċi tinsab fl-EEAS u fis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni – u b'mod speċjali d-DĠ għall-Kummerċ rigward kwistjonijiet kummerċjali – b'koordinament mill-qrib mal-Kunsill u mal-Parlament; jemmen, barra minn hekk, li r-relevanza strateġika tal-materja prima għandha tiġi riflessa fl-organizzazzjoni tal-EEAS u fir-reklutaġġ ta’ delegazzjonijiet relevanti tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-koordinament tal-politika barranija tal-UE u tal-Istati Membri fil-qasam tal-materja prima;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra b’mod suffiċjenti fuq is-swieq tal-komoditajiet u l-RMI separatament, peress li ż-żewġ oqsma jvarjaw fin-natura tagħhom u jirrikjedu miżuri speċifiċi biex jindirizzaw problemi diverġenti; jenfasizza l-fatt li s-swieq finanzjarji u tal-komoditajiet illum huma minsuġa flimkien ħafna aktar minn qatt qabel u li l-volatilità tal-prezzijiet hija aggravata mill-ispekulazzjoni; jinnota li l-funzjonament xieraq tas-suq tal-materja prima jagħti l-inċentivi meħtieġa biex in-negozji jużaw ir-riżorsi b’mod aktar effiċjenti, jissostitwixxu r-riżorsi, jirriċiklaw u jinvestu aktar fl-attivitajiet tal-R & D għas-sostituzzjoni; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni, għalhekk, issaħħaħ il-funzjonament xieraq tas-swieq tal-materja prima billi, pereżempju, tkompli bir-rieżami tas-swieq fid-Direttiva dwar is-Servizzi Finanzjarji, sabiex tipprovdi għal aktar kummerċ trasparenti; jenfasizza li t-tliet pilastri tal-RMI jikkomplementaw lil xulxin fis-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet tal-materja prima u l-garanzija tal-provvista tal-materja prima fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-istrateġija tal-materja prima b’mod ibbilanċjat u koerenti, partikolarment fir-rigward ta' politiki Ewropew importanti oħra, speċjalment fi ħdan l-industrija, ir-riċerka, l-ambjent, it-trasport u Ewropa 2020; jinnota, f’dan il-kuntest, b’mod partikolari, ir-rwol importanti li għandhom l-innovazzjoni b’saħħitha u l-politika industrijali;

4.

Jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni tal-materji primi kritiċi, li kollha huma “metalli meħtieġa għat-teknoloġija” ta’ importanza u għandhom jiġu kkunsidrati f’miżuri sussegwenti; jistieden lill-Kummissjoni:

taġġorna regolarment il-lista ta’ materji primi kritiċi u tosserva materja prima mhux skarsa iżda strateġikament importanti, bil-għan li tiffaċċja t-tendenzi lejn l-inflazzjoni li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni ta’ sjieda min-naħa tal-fornituri;

tistabbilixxi “radar tar-riskju għall-materji primi kritiċi” biex tanalizza bżonnijiet attwali u futuri u l-prezzijiet kif ukoll l-effetti negattivi tan-nuqqasijiet f’materji primi kritiċi potenzjali, speċjalment l-REE, fir-rigward tas-setturi tal-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġija avvanzata, id-difiża u anki tal-karozzi;

tanalizza l-katini tal-provvista li jiddependu mill-materji primi kritiċi, il-kapaċità tar-raffinar, li wkoll twassal għal prodotti nofshom lesti, u l-interazzjoni bejn il-materji primi kritiċi u l-metalli ta’ bażi tagħhom;

ifakkar li, fi ħdan il-materja prima u l-materja prima kritika b’mod partikolari, il-grad ta’ kemm materja tkun kritika jvarja minn element għal ieħor, kif ukoll id-disponibilità, l-użu tagħhom, il-ħtieġa li jkollhom għall-ipproċessar u konsegwentament, l-iffissar tal-prezzijiet fl-istadji differenti tal-katina tal-provvista, li għandhom jiġu kkunsidrati fl-analiżi; jiġbed l-attenzjoni wkoll għad-diversità tal-paradigmi loġistiċi għall-flussi tal-materja prima fis-suq komuni;

5.

Jinnota li mhux is-swieq kollha tal-materja prima jaġixxu bl-istess mod u, b'mod partikulari, li s-swieq tal-materja prima fis-settur agrikolu huma suġġetti għal fatturi staġjonali u klimatiċi qawwija u għaldaqstant jeħtieġu attenzjoni partikulari;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tippreżenta studju dwar l-importazzjoni Ewropea tal-materja prima li, għalkemm ma tkunx klassifikata bħala kritika (pereżempju l-litju, il-ħafnju u n-nikil), hija madankollu ta’ importanza strateġika f’dak li jirrigwarda l-qadi tal-bżonnijiet industrijali Ewropej u l-ħolqien ta’ prodotti tal-konsumatur b'valur miżjud għoli; l-istudju għandu jivvaluta wkoll id-dipendenza tal-industriji tagħna fuq dawn il-materji primi u l-miżuri li jiżguraw il-provvista tagħhom, kif ukoll il-kost ambjentali tal-estrazzjoni tagħhom u l-alternattivi li jistgħu jkunu previsti;

7.

Jilqa' l-fatt li firxa wiesgħa ta’ materja prima, bħal-lastiku naturali, l-injam u l-aggregati, huma inklużi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi dwar id-disponibilità ta’ dawn il-materjali u d-domanda potenzjali għalihom u fuq din il-bażi tieħu azzjoni xierqa, jekk u fejn ikun meħtieġ; jiddikjara li dan ir-rapport jiffoka fuq materja prima strateġika u kritika;

8.

Jinnota li governanza effettiva tal-politika tal-materja prima hija ta' importanza ewlenija għal strateġija effettiva dwar il-materja prima; jinnota li strateġija effettiva trid tinkludi djalogu kontinwu mal-partijiet interessati kkonċernati; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mill-qrib u l-provvista ta’ informazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew u bejn l-Istati Membri; jirrakkomanda t-twaqqif ta' task force interdipartimentali ta’ livell għoli fl-2011, dwar il-materja prima, bħalma hemm fi Franza u fl-Istati Uniti, li jkun jinkludi d-DĠs rilevanti, iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka (JRC), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-EEAS, biex jelabora, jimmoniterja u jirrevedi l-politiki, inklużi l-ftehimiet ta’ sħubija, biex jiżgura l-koerenza strateġika u biex jippromwovi t-twaqqif ta' sistema ta' twissija bikrija, inter alia għad-distorsjoni tas-swieq u għall-kunflitti minħabba r-riżorsi, ikkompletati minn grupp ta' monitoraġġ; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf ‘Pjan direzzjonali għall-materja prima fl-Ewropa għall-2050”, li jidentifika żviluppi, theddidiet u opportunitajiet futuri fis-setturi tal-materja prima u tal-materja prima kritika, u li jista’ jgħin lill-industriji u l-istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka Ewropej jimpenjaw ruħhom f’ippjanar u investiment fuq żmien fit-tul; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji tal-materja prima proprja tagħhom u biex irawmu l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika bejniethom, inkluża d-dimensjoni esterna; jissuġġerixxi li l-komunikazzjoni li jmiss dwar id-dimensjoni esterna tal-enerġija tista' ssevi bħala mudell;

9.

Jinsisti li l-Parlament Ewropew għandu jiġi regolarment infurmat dwar l-iżvilupp tal-materja prima bla enerġija fil-qafas tal-RMI u l-ilħiq tal-objettivi tagħha permezz ta’ rapport annwali dwar il-progress, li jiffoka wkoll fuq il-koerenza fil-politika fir-rigward tal-politika tal-kummerċ, l-iżvilupp u l-ambjent, l-impatti soċjali, kif ukoll dwar il-materja prima kritika;

Indawru sfida f’opportunità għall-industrija Ewropea: effiċjenza tar-riżorsi, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni

10.

Jinnota li meta negħlbu l-isfidi tal-materja prima, niksbu opportunità biex tingħata spinta lill-bażi industrijali, il-kapaċità teknoloġika u n-know-how tal-UE u jiżdiedu l-kompetittività u l-impjiegi kkwalifikati stabbli bis-saħħa ta' strateġija ta’ innovazzjoni industrijali ambizzjuża; jinnota li, minkejja l-importanza ta’ politika kummerċjali effettiva u l-użu ta’ riżorsi proprji, governanza tajba tal-materja prima u ż-żieda tal-effiċjenza, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ effiċjenti mil-lat ta’ enerġija, it-tnaqqis fl-użu tar-riżorsi, anki permezz ta’ standards imtejba tal-kwalità tal-prodott u l-prinċipju ta’ użu aktar fit-tul (‧use-it-longer‧ principle), fejn ikun xieraq, u l-użu ta’ teknoloġiji favorevoli għall-ambjent se jkunu l-qofol għall-kompetittività, is-sostenibilità u għas-sigurtà tal-provvista f’perjodu ta’ żmien medju sa żmien twil; jemmen li kull inizjattiva f’dan ir-rigward għandha tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet tal-impatt kif inhu xieraq li jiffokaw fuq impatti ambjentali, soċjali potenzjali kif ukoll possibilment fuq il-kompetittività; jenfasizza l-importanza li tkun applikata b’konsistenza l-Ġerarkija Ewropea tal-Iskart, li torbot legalment, kif stabbilit fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, li tagħti prijorità lill-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, segwiti mill-irkupru u r-rimi; jinnota li l-Kummissjoni għandha tappoġġa l-innovazzjoni soċjali, it-tibdiliet fl-istil tal-ħajja u kunċetti ġodda bħalma huma l-"eco-leasing", u l-"chemical leasing" u l-kondiviżjoni tas-sustanzi kimiċi;

11.

Jinnota li livelli iżjed baxxi ta' konsum, prevenzjoni ta' ġenerazzjoni ta’ skart u l-użu mill-ġdid tiegħu huma komponenti prinċipali għat-tranżizzjoni għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

12.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni twettaq studju komprensiv dwar mudelli ta' leasing ekonomiku bħala alternattivi għas-sjieda tal-prodotti u l-impatt tagħhom fuq l-użu u l-irkupru tal-materjali; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni hi l-isfida primarja f'dan ir-rigward;

13.

Jenfasizza l-bżonn li naħdmu lejn is-separazzjoni bejn it-tkabbir ekonomiku u użu akbar ta’ riżorsi, li wkoll se jgħinu biex inaqqsu d-dipendenza relattiva fuq l-importazzjonijiet; jinnota l-importanza li tiġi stabbilita strateġija tal-materja prima anki fi ħdan il-kuntest usa’ tat-tibdil fil-klima; għaldaqstant, jilqa' l-pjan tal-Kummissjoni biex tniedi inizjattiva emblematika fuq l-effiċjenza tar-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-ostakoli għat-tisħiħ tal-produttività tar-riżorsi (inklużi l-limitazzjonijiet tekniċi, il-kosti, eċċ) u biex tinkorpora u tevalwa miri għat-titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi fuq perjodu ta’ żmien medju u twil li jirreflettu l-ħtieġa li tonqos id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-materja prima, peress li l-importazzjonijiet tal-materja prima fl-Unjoni Ewropea huma per capita l-ogħla fid-dinja; sabiex il-progress jiġi vvalutat b’mod oġġettiv u biex isir tqabbil ma’ pajjiżi oħra, jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija aktar affidabbli għall-kejl tal-effiċjenza fir-riżorsi, filwaqt li jiġi kkunsidrat ix-xogħol tal-Eurostat f'dan il-qasam, kif ukoll ir-riżultati ta’ studju tal-Parlament Ewropew ikkummissjonat reċentement dwar is-suġġett;

14.

Jilqa’ l-iżvilupp ta’ strumenti u indikaturi, bħat-TEEB (l-Ekonomija tal-Ekosistemi u l-Bijodiversità); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi u tistimula l-iżvilupp ta' dawn l-istrumenti u l-użu tagħhom;

15.

Jemmen li taxxa fuq ir-riżorsi minerali mhijiex għodda fiskali adattata biex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni tikkummisjona studju dwar l-effetti ta’ taxxa fuq l-użu tal-ilma u tal-art, b’attenzjoni speċjali għal riperkussjonijiet mhux maħsuba li jista' jkun hemm fuq attivitajiet ekonomiċi u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-UE;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis serjament li testendi, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, l-approċċ tal-ekodisinn għall-materja prima, biex teżamina l-possibilità ta’ introduzzjoni ta’ strumenti ġodda, taħdem ma' korpi ta' standardizzazzjoni, biex tevalwa l-fattibiltà ta' programm tal-ogħla kwalità għal prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-effiċjenza tar-riżorsi, biex issaħħaħ is-servizzi konsultattivi rigward l-effiċjenza tar-riżorsi, l-aktar għall-SMEs, pereżempju billi ssaħħaħ programmi bħalma huwa l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI); jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-SMEs f’dan il-qasam billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri, billi tipprovdi aċċess għar-riċerka relevanti fil-qafas tal-FP7 u l-programmi futuri ta’ riċerka tal-UE; jistieden lill-kumpaniji jużaw jew l-Iskema għall-Immaniġġjar tal-Ambjent u Verifika (EMAS) jew l-istandards ISO; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jestendu l-proċedura tal-akkwist pubbliku sabiex jitkattru l-prodotti effiċjenti fir-riżorsi u l-prodotti li jutilizzaw materja prima sekondarja, kif ukoll biex jiġi żgurat li jkun hemm riċiklaġġ tajjeb u trasparenti fi tmiem il-ħajja tagħhom; jinnota li fir-riċiklaġġ mhix importanti biss il-kwantità iżda wkoll il-kwalità; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza ta’ disinn tal-prodott li jkun jirrispetta l-ambjent; jenfasizza l-valur li fit-tagħrif tal-prodotti u fuq l-ekotikketti tiddaħħal informazzjoni dwar l-użu tar-riżorsi, biex tagħti s-setgħa lill-konsumaturi; jistieden lill-entitajiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej biex jistandardizzaw il-kwistjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi fid-definizzjoni tal-istandards;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja kif id-Direttiva dwar l-Ekodisinn, id-Direttiva dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, id-Direttiva dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku u d-Direttiva dwar l-Iskart tal-Batteriji jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jiżdied ir-riċiklaġġ, mhux biss mil-lat ġenerali, iżda wkoll għal materja prima prezzjuża, inklużi l-REE, pereżempju billi jkun hemm rekwiżiti aktar speċifiċi dwar iż-żarmar, u biex, b’konsegwenza, tipproponi emendi għal dawn l-atti;

18.

Jinnota l-kontribut li l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ jistgħu jagħtu fejn jidħol it-tnaqqis tal-gassijiet serra (GHG), peress li l-materja prima hija sors sinifikattiv tal-produzzjoni ta’ GHG; jinnota, barra minn hekk, ir-rati għolja ta’ riċiklaġġ għal setturi speċifiċi regolati minn leġiżlazzjoni dwar ir-riċiklaġġ; jitlob lill-Kummissjoni tidentifika modi biex tkompli żżid ir-riċiklaġġ f’setturi relattivi billi inter alia ttejjeb il-qafas legali għall-ekonomija ċirkolari; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fir-riċiklaġġ tal-materja prima, partikolarment l-REE; jistieden lill-Kummissjoni tniedi analiżi fil-fond dwar il-fluss tal-materjali tal-UE, dwar iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-materja prima (mill-estrazzjoni għall-iskart), kull settur individwalment u bil-ħsieb li jiġu eżaminati u proposti modi effiċjent fil-konfront tal-ispejjeż biex jiżdied ir-riċiklaġġ tal-materja prima, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-leġiżlazzjoni Ewropea u standards minimi tar-riċiklaġġ bil-ħsieb ta’ konsistenza akbar; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, jistieden ukoll lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija jippromwovu attivament ir-riċiklaġġ fost il-membri tagħhom u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tar-riċerka u ma’ setturi oħra; jinnota l-importanza li l-ammont ta’ skart prodott jiġi separat miż-żieda fil-produzzjoni tal-manifattura;

19.

Jinnota l-importanza li jinħolqu sinerġiji industrijali dwar ir-riċiklaġġ u l-għoti tal-għajnuna lill-kumpaniji biex jiskopru kif l-iskart u l-prodotti sekondarji tagħhom jistgħu jservu bħala riżorsi għal ħaddieħor; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu metodi bħalma għamel ir-Renju Unit bil-Programm Nazzjonali tas-Simbjożi Industrijali;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni:

tinvestiga u tippromwovi proġetti dwar minjieri urbani, peress li dawn jistgħu jkunu ħafna aktar rikki mid-depożiti tal-minjieri primarji u l-parti l-kbira tal-materja prima sekondarja tista’ tiġi estratta, użata mill-ġdid u riċiklata, u biex jinvestu fi proġetti li ġeneralment inaqqsu l-użu tal-materja prima u b’hekk iġibu tibdil fis-soċjetà,

tinvestiga, inkluż permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt indipendenti, jekk landfills magħluqa jistgħux jerġgħu jinfetħu biex fihom jiġi rriċiklat skart ta’ materjal bl-aqwa teknoloġiji disponibbli (BAT), peress li dan iwassal għal disponibilità akbar ta’ materja prima u impjiegi addizzjonali madwar l-Unjoni,

teżamina l-miżbliet tal-iskart tal-minjieri u dak metallurġiku li għad fadal,

tlesti database tal-UE dwar is-siti tal-miżbliet tal-minjieri sal-2012 u tinforza d-direttiva dwar l-iskart tal-minjieri,

tiżgura li dan l-iskart jiġi trattat bil-BAT,

tinkoraġġixxi l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-binjiet, filwaqt li tiżgura, fejn ikun xieraq, il-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-materjali użati fil-kostruzzjoni tagħhom,

tintroduċi gradwalment projbizzjoni ġenerali fuq il-landfills għall-iskart fl-Unjoni Ewropea kollha;

21.

Huwa tal-opinjoni li hemm bżonn kbir ta' aktar informazzjoni dwar it-tħaffir fil-minjieri urbani u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni tevalwa b'mod speċjali l-potenzjal, iżda wkoll il-limitazzjonijiet possibbli f'dan ir-rigward;

22.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ta' riċiklaġġ bi rkupru qrib kemm jista' jkun tas-sors tal-iskart, inkluża l-purifikazzjoni tal-ilma tad-drenaġġ, peress li dan jippermetti l-irkupru ta' konċentrazzjonijiet ogħla ta' materja prima, jevita n-nuqqas ta' rkuprar, inaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent u possibbilment ikun aktar effiċjenti f'termini ta' enerġija;

23.

Jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tressaq proposta biex temenda d-Direttiva dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma (10) u biex tiżviluppa u tespandi l-objettivi stipulati fl-Artikolu 5(2) tagħha; iqis, barra minn hekk, li skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, il-mira ta' tnaqqis tal-projbizzjoni li skart bijodegradabbli urban jintbagħat f'terraferma għandha tiġi estiża, b’bidu mill-2020, għall-iskart bijodegradabbli kollu, b'mira ta' tnaqqis stabbilita għal 5 %;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa s-sħubijiet tar-riċiklaġġ mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa proġetti pilota bħalma huma ż-żoni ta' skart żero;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa kif il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jista' jgħin inaqqas ir-riskji finanzjarji għal investimenti f'impjanti ta' riċiklaġġ b'teknoloġija ġdida u inizjattivi oħra ta’ riċiklaġġ;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-riċerka u l-iżvilupp dwar inċentivi ekonomiċi għar-riċiklaġġ, inkluż ir-riċiklaġġ ta’ REE, anki billi tħares lejn valutazzjoni tal-impatt; jistieden lill-Kummissjoni wkoll tistħarreġ kif is-swieq għal materjal riċiklat jista' jkun appoġġat minn, fost l-oħrajn, ċertifikati għal materjal riċiklat, rekwiżiti ta' ekodisinn, u biex tiżgura li l-politika ta' koeżjoni u l-baġits ikunu estiżi biex jippromwovu l-effiċjenza u r-riċiklaġġ tar-riżorsi;

27.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġi miġġieled it-trasport illegali tal-iskart riċiklabbli u l-iskart li fih materja prima utli, partikolarment skart elettroniku kopert mid-Direttiva WEEE (2002/96/KE), billi tittejjeb il-leġiżlazzjoni u tissaħħaħ l-implimentazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni urġenti għal dan il-kompitu; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga kif l-użu ulterjuri tal-kunċett tar-responsabbiltà tal-produttur jista’ jsostni din il-mira; jenfasizza l-ħtieġa li titwaqqaf skema ta' ċertifikazzjoni globali għall-faċilitajiet ta' riċiklaġġ; jinnota l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tad-dwani nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk huwiex meħtieġ mekkaniżmu kollettiv biex jinforma lill-awtoritajiet dwar il-flussi ta’ trasport illegali jekk ikun neċessarju; jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-flussi illegali tal-flussi tal-iskart u tirrapporta regolarment dwar is-suċċessi fil-ġlieda kontra l-esportazzjonijiet illegali tal-iskart; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi distinzjoni effettiva fid-dikjarazzjonijijiet doganali bejn oġġetti ġodda u oħrajn użati billi tindirizza dan fl-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità Moderna (MCCC-IP);

28.

Jistieden ukoll, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni, fejn ikun mixtieq, tappoġġa s-sħab kummerċjali tal-UE, biex jadottaw liġijiet xierqa u jinfurzaw miżuri adegwati ta’ kontroll ħalli jevitaw l-importazzjoni illegali ta’ kwalunkwe tip ta’ skart fit-territorju tagħhom u jiġġieldu b’mod attiv kontra l-korruzzjoni li spiss tippermetti li jsiru dawn l-importazzjonijiet illegali.

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-kummenti kritiċi minn uħud mill-Istati Membri dwar ir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ metall skreppjat ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, u jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott u ttejjeb il-possibilitajiet biex tiċċekkja u tiżgura li l-iskrep iddikjarat bħala skrep ta’ tmiem l-iskart ikollu l-kwalità meħtieġa;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-prijoritajiet għar-riċerka u l-innovazzjoni f’metodi ta’ produzzjoni u esplorazzjoni sostenibbli, iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott u r-riċiklaġġ (cradle-to-cradle), is-sostituzzjoni u l-effiċjenza tar-riżorsi, peress li dan ukoll jista’ jnaqqas id-dipendenza ta’ importazzjoni li għandha l-Ewropa fuq fornituri monopolistiċi; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza sfidi eżistenti fir-rigward tar-riċiklaġġ fi ħdan il-programmi ta’ qafas, u jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni lil strateġiji differenti ta’ riċiklaġġ għall-metalli massivi kif ukoll għall-materja prima kritika bħalma huma l-REE; jistieden lill-Kummissjoni tassoċja l-finanzjament għar-riċerka dwar il-materja prima kritika, bħall-REE, ma’ miri ċari, bħal pereżempju, il-mira Ġappuniża li jitnaqqas il-konsum tal-REE b’terz; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-esperjenza mill-pajjiżi terzi li diġà laħqu livelli għoljin ta’ ġbir mill-ġdid, bħan-Norveġja, fejn madwar 80 % tal-iskart elettroniku jerġa’ jinġabar, u biex tiffissa miri adegwati ta’ ġbir mill-ġdid tagħha stess; jenfasizza l-importanza ta’ sħubijiet pubbliċi-privati f’dan il-qasam li jkunu jinvolvu l-industrija, l-akkademja u l-gvern; jirrikonoxxi s-servizz ta’ fejda li dawn l-istituzzjonijiet jagħtu wkoll lill-SMEs; jinsisti dwar l-importanza ta' Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni fuq il-materja prima strateġika biex issir promozzjoni tal-iżvilupp tal-effiċjenza fir-riżorsi, teknoloġija ewlenija, is-sigurtà tal-provvista u s-settur domestiku tal-materja prima; jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2011 tniedi sħubija simili;

31.

Jiddispjaċih li s-sostituzzjoni u l-użu mill-ġdid mhumiex indirizzati b’mod suffiċjenti fil-Komunikazzjoni; ifakkar li s-sostituzzjoni, partikolarment għall-materja prima kritika, hija ta’ rilevanza kbira ferm u tista’ toffri soluzzjonijiet effiċjenti għar-riskji fil-provvista u l-perikli ambjentali fejn possibbli; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tintensifika l-ħidma tagħha f'dan il-qasam, billi testendi r-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-iżvilupp possibbli ta’ programm ta’ R & D għas-sostituzzjoni fil-programm ta’ qafas dwar ir-riċerka li jmiss, u tagħti appoġġ lill-impjanti għad-dimostrazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw l-iffissar ta’ miri għas-sostituzzjoni filwaqt li jikkunsidraw valutazzjonijiet tal-impatt relevanti; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-kompetenza eżistenti dwar l-REE fi ħdan l-UE;

Forniment sostenibbli fl-UE

32.

Jitlob politiki mhux fiskali biex jiġu appoġġati setturi domestiċi tal-materja prima biex jattiraw l-investimenti; jilqa', għalhekk, il-kooperazzjoni bejn timijiet ta’ stħarriġ nazzjonali ġeoloġiku; jitlob li jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejniethom u jinkoraġġixxi l-użu ta' standards u prattiki komuni li jiffaċilitaw l-iskambju u l-użu tad-data ġeoloġika disponibbli; jilqa' l-pubblikazzjoni annwali tal-Annwarju Ewropew tal-Materja Prima (ERMY), filwaqt li jenfasizza li d-data fuq riżorsi sekondarji u fuq it-tħaffir ta' minjieri urbani għandhom jiġu inklużi; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk huwiex meħtieġ il-ħolqien ta' Sevizz Ġeoloġiku tal-UE li jiġbor il-ħidma ta' stħarriġiet nazzjonali u l-ħidmiet ma' sħab internazzjonali; jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-bażi tal-għarfien ġeoloġiku tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mappa diġitali ta' riżorsi tal-Unjoni;

33.

Jinnota l-importanza u l-forniment ta' provvista ta' materja prima fl-Ewropa; għalhekk jistieden sabiex,

ikun hemm koordinazzjoni aħjar rigward l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni, il-proċessar, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti (nazzjonali, reġjonali u lokali) japplikaw proċeduri amministrattivi ċari, effikaċi u koordinati fl-għoti tal-awtorizzazzjonijiet biex jesplojtjaw materja prima domestika, possibilment billi jinkludu l-istabbiliment ta' punt ta' kuntatt uniku biex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-proċess tal-ħruġ ta’ liċenzji;

l-Istati Membri iħejju politiki tal-ippjanar għall-użu tal-art, inkluż stimi għal tul ta' żmien għad-domanda reġjonali u lokali tal-minerali, biex jiġu riflessi fil-politiki nazzjonali tal-materja prima, li għandhom ikunu bbażati fuq know-how ġeoloġiku b'saħħtu dwar materja prima li hu preżenti f'bosta Stati Membri u m'għandux jimpedixxi n-negozju fl-UE jew jeskludi d-domanda transkonfinali;

Jinnota r-rwol importanti tal-kumpanniji li jipprovdu servizzi upstream fil-kuntest tat-tħaffir ta' mini domestiċi; jenfasizza l-importanza li jiġu stimulati raggruppamenti reġjonali jew nazzjonali ta' materja prima li jiġbru flimkien l-industrija, is-servizzi ġeoloġiċi, il-fornituri ta' servizzi upstream, il-manifatturi tat-tagħmir, il-kumpanniji ta' tħaffir ta' minjieri u ta' raffinar, kif ukoll l-industrija tat-trasport u s-sħab soċjali fit-tħaffir ta' minjieri sostenibbli fl-Ewropa, anki bl-użu ta' teknoloġiji ġodda tat-tħaffir ta' minjieri;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-objettivi tal-pjan ta' azzjoni dwar il-bijodiversità fl-istrateġija dwar il-materja prima biex issaħħaħ ir-rabtiet bejn l-ekonomija u l-ambjent u tqis l-effetti ambjentali tal-estrazzjoni, il-produzzjoni, l-użu u r-rimi tal-materja prima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp ta' ppjanar strateġiku dwar l-użu tal-art fl-Istati Membri kollha biex l-estrazzjoni tal-materja prima tiġi bbilanċjata mad-domandi l-oħra għall-użu tal-art u biex l-ambjent u l-bijodiversità jiġu ssalvagwardjati;

35.

Jenfasizza li l-attivitajiet ta' estrazzjoni għandhom jitwettqu b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ogħla standards tas-sigurtà fil-post tax-xogħol u tal-protezzjoni ambjentali sabiex jiġu evitati inċidenti u ż-żoni affettwati jiġu rriabilitati;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni biżżejjed lill-iżvilupp ta' żoni b'ħafna riżorsi u biex tinkludi approċċ komprensiv biex ittejjeb l-infrastruttura tat-trasport li tgħaqqad żoni tal-Unjoni b'ħafna riżorsi maż-żoni industrijali tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżgura li l-linji gwida rreveduti fuq in-Netwerks Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija billi jipprovdu aċċess bla xkiel għall-materja prima;

37.

Jirriafferma li l-linji gwida ta' NATURA 2000 jipprovdu bażi soda li fil-qafas tagħha jistipulaw li għandhom isiru attivitajiet ta' estrazzjoni ta' bla enerġija fid-dawl tal-prinċipju ta' sussidjarjetà; jistieden lill-Kummissjoni tiċċekkja fuq bażi regolari jekk sarx progress fl-Istati Membri fir-rikonċiljazzjoni tal-estrazzjoni tal-materja prima mal-konservazzjoni tan-natura; jinnota li l-kodiċi ta' prattika biex tinkiseb l-eċċellenza teknika, soċjali, kompetittiva u ambjentali huma strumenti importanti; ifakkar fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Jannar 2011 dwar politika sostenibbli tal-UE għat-Tramuntana Estrema (11) u jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni, skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, biex teżamina l-possibilitajiet ta' esplojtazzjoni ambjentalment sostenibbli ta' żoni sensittivi li jistgħu jkunu fornituri prezzjużi ta' materja prima essenzjali, bħall-Artiku, ir-Reġjun ta' Barents u Greenland u, jekk huwa possibli, jestendi l-ftehimiet ta' sħubija mal-pajjiżi f'dawn ir-reġjuni;

38.

Jenfasizza l-bżonn ta’ kundizzjonijiet ta' qafas aktar trasparenti u prevedibbli fuq il-proċessi ta' approvazzjoni regolatorja għall-istabbiliment ta' minjieri ġodda għall-estrazzjoni ta' metalli u minerali, filwaqt li, fl-istess ħin, ma jiġux kompromessi l-istandards ambjentali;

39.

Jinnota li pajjiżi Ewropej tat-Tramuntana u r-Reġjun ta' Barents għandhom depożiti sostanzjali ta' minerali u foresti; jemmen li r-reġjun Ewropew tat-Tramuntana jista' jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-bżonnijiet ta' provvista ta' materja prima tal-kumpanniji oħra Ewropej u b'hekk inaqqas id-dipendenza Ewropea fuq l-importazzjoni; jemmen li hemm bżonn ċar li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal tal-Ewropa tat-Tramuntana fid-diskussjoni attwali dwar il-materja prima;

40.

Jenfasizza l-importanza tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (R&D&I) sabiex jiġu affrontati sfidi ġodda; jinnota l-importanza tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R & D) fl-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi u metodi sostenibbli tat-tħaffir tal-minjieri, tar-raffinar, il-produzzjoni ta' minerali u tar-riċiklaġġ, biex ikomplu jonqsu l-impatt ambjentali u l-effetti soċjali negattivi li huma possibli;

41.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri sabiex tixpruna interess fil-ftuħ mill-ġdid ta' xi minjieri, billi tisfruttahom b’mod sostenibbli, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tnaqqis fil-provvista ta' materja prima għall-industrija Ewropea;

42.

Jenfasizza l-importanza tal-ħiliet u t-taħriġ u r-rwol li għandhom il-ġeologi, l-inġiniera, il-minaturi u persunal ieħor; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidħlu għal djalogu fil-qrib mas-sħab soċjali, l-akkademja u l-industrija relevanti; jitlob lill-Kummissjoni tidentifika l-ħtieġa u l-provvista ta' persunal imħarreġ fil-qasam tal-materja prima R&D, l-estrazzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ sal-2012 u biex taqsam is-sejbiet mal-Parlament Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mal-industrija u l-akkademja, biex jappoġġaw l-edukazzjoni dwar il-materja prima permezz tal-istabbiliment ta' programmi universitarji u boroż ta' studju speċjali; jappoġġa wkoll, f'dan il-kuntest, il-programmi ta' skambju f'dan il-qasam bħall-Erasmus Mundus Minerals and Environmental Programme;

43.

Jilqa' l-proposta għal diplomazija tal-UE dwar il-materja prima u r-riżorsi naturali rari tad-dinja bil-għan li tinħoloq pjattaforma regolatorja internazzjonali, li tiżgura aċċess għal u l-forniment ta' materja prima, speċjalment dik kritika, li tiżgura swieq globali miftuħa u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali dwar it-tħaffir sostenibbli ta' materja prima u l-użu effikaċi tar-riżorsi skont interessi reċiproċi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġi stabbilit djalogu b'saħħtu fil-qasam tad-diplomazija dwar il-materja prima bejn il-pajjiżi industrijalizzati, dawk li bdew jindustrijalizzaw, u dawk il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li huma sinjuri fir-riżorsi, bil-għan ukoll li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza t-tajba, l-istabilità reġjonali u l-prevenzjoni tar-riskju ta' kunflitti dwar ir-riżorsi;

44.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura infurzar l-aktar strett tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE, biex tinkludi s-sikurezza u l-istandards tat-tħaffir tal-minjieri tad-deheb taħt l-inizjattiva emblematika "Unjoni ta' Innovazzjoni", biex tinkludi punt ta' ħidma speċifiku għall-Panel Internazzjonali dwar il-Ġestjoni Sostenibbli ta' Riżorsi (UNEP) dwar l-estrazzjoni tad-deheb, inklużi l-aspetti ta' sikurezza, innovazzjoni, ġestjoni ta' kimiċi, it-tħaffir ta' minjieri illegali kif ukoll t-tħaffir ta' minjieri artiġjanali, sabiex tinkiseb soluzzjoni sostenibbli fit-tul li tiżgura li d-deheb jiġi prodott jew importat għall-użu fl-UE b'mod sostenibbli, u biex tikkunsidra l-Linji Gwida Berlin II dwar tħaffir ta' minjieri fuq skala żgħira u artiġjanali;

45.

Jenfasizza li t-tħaffir artiġjanali u fuq skala żgħira fil-minjieri (ASM) jista' jkollu rwol vitali fil-ħajja lokali, jipprovdi l-impjiegi u jsostni għanijiet ta' żvilupp meta jkun uffiċjalment rikonoxxut, regolat u sostnut; juri dispjaċir għan-nuqqas relattiv ta' għarfien u għodda analitiċi f'dan il-qasam u jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-viżibbiltà tiegħu, li jiġu ffaċilitati t-tfassil u l-implimentazzjoni aktar effikaċi tal-politika ASM u jiġu sorveljati l-isforzi għall-għoti tal-assistenza li jgħinu fil-prevenzjoni ta' nases tal-faqar bħat-tħaddim tat-tfal, ambjent tax-xogħol perikoluż, xogħol furzat, li spiss jinsab fit-tħaffir artiġjanali fil-minjieri, u kunflitti assoċjati ma' attivitajiet ta' tħaffir fil-minjieri fuq skala żgħira; jistieden ukoll lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw kemm fil-livell nazzjonali u fil-livell lokali billi jagħmlu disponibbli għarfien dwar prattiki ta’ tħaffir sostenibbli fil-minjieri, effiċjenza akbar fir-riżorsi u użu mill-ġdid u riċiklaġġ;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-bżonn li jiġi stabbilt mekkaniżmu ta' ħażna għall-materja prima kritika, speċjalment l-REErari, li jiggarantixxi lill-kumpanniji Ewropej aċċess għall-materjal strateġiku użat fis-settur ambjentali, tat-teknoloġika avvanzata, tad-difiża u tas-saħħa, kif ukoll protezzjoni kontra l-pressjoni monopolistika u ż-żidiet fil-prezzijiet; jenfasizza l-fatt li r-rwol tal-UE f'kwalunkwe programm potenzjali ta' ħażna għandu jkun limitat għall-forniment tal-qafas legali u l-kontroll regolatorju;

Il-forniment internazzjonali ġust u sostenibbli tal-materja prima

47.

Jinnota n-numru li dejjem qed jiżdied tar-restrizzjonijiet kummerċjali u d-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-kummerċ tal-materja prima; jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod konsistenti u tindirizza l-kwistjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni fil-livelli reġjonali, multilaterali u bilaterali; miżuri li jxekklu n-negozju rigward il-materja prima industrijali u partikolarment materja prima kritika għandhom jiġu investigati b'mod sħiħ u jistgħu jwasslu għal aktar passi legali fi ħdan il-qafas tad-WTO; jitlob lid-WTO biex jissorvelja mill-qrib l-impatt tar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u, f'dan ir-rigward, jappoġġa l-ħolqien fid-WTO ta' għodda ta' sorveljanza dwar barrieri tariffarji u mhux tariffarji għan-negozju ta' materja prima u ta' REE u l-istabbiliment fil-G20 ta' ‧Bord ta' Stabilità dwar il-Materja Prima u l-Elementi Rari‧; jistieden lill-Kummissjoni tuża n-netwerks internazzjonali kollha tagħha, inkluż is-servizz diplomatiku, sabiex jittejbu r-relazzjonijiet mal-pajjiżi u r-reġjuni fornituri tal-materja prima u l-materja prima kritika, biex b'hekk tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali fil-materja prima, u b'mod speċjali l-materja prima kritika; jilqa' l-intenzjoni tal-UE biex titħaddem diplomazija attiva tal-materja prima li tinkludi diversi politiki bħal politika barranija, kummerċjali, ambjentali u tal-iżvilupp u li tippromwovi u ssaħħaħ il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, l-istabilità reġjonali, it-trasparenza u l-iżvilupp sostenibbli; jemmen li azzjonijiet ta' prijorità konkreti u strateġija komprensiva għal provvista sostenibbli ta’ REE għandhom ikunu żviluppati fi żmien qasir ħafna; jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi l-partijiet interessati Ewropej fis-settur REE fl-identifikazzjoni ta' azzjonijiet bħal dawn;

48.

Jirrikonoxxi d-drittijiet leġittimi tal-gvernijiet u tal-parlamenti tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jadottaw politiki u jirregolaw l-investiment barrani fl-interess pubbliku, b’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, b’tali mod li l-investiment barrani jkun ta' benefiċċju għall-ekonomija lokali, joħloq valur miżjud intern u jrawwem l-iżvilupp; jenfasizza li l-Istrateġija tal-UE dwar il-Materja Prima ma għandhiex tostakola dawn id-drittijiet;

49.

Jilqa' l-isforzi tal-UE li tippromwovi l-kummerċ sostenibbli tal-materja prima ma’ pajjiżi terzi (eż. FLEGT);

50.

Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqfu regoli ċari għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ tal-materja prima bejn il-parteċipanti kollha involuti (produtturi, esportaturi, pajjiżi ta' tranżitu, importaturi);

51.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm koerenza bejn il-politika tal-iżvilupp u l-RMI (Inizjattiva Ewropea tas-Swieq tal-Materja Prima), fejn il-politika tal-UE dwar il-materja prima għandha tqis għalkollox it-tkabbir ekonomiku sostenibbli fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u għandha tkun konsistenti mal-għan ewlieni li jinqered il-faqar, kif stipulat fl-Artikolu 208 tat-TFUE; jenfasizza li l-appoġġ sħiħ għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi għonja fir-riżorsi, jista' jgħinhom biex jibnu istituzzjonijiet solidi u demokratiċi, li jiżguraw benefiċċji reċiproki kemm għal pajjiżi li jesportaw kif ukoll għal dawk li jimpurtaw; jitlob, għalhekk biex il-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni jiddaħħlu fi ftehimiet futuri mal-pajjiżi sħab li jesportaw il-materja prima; jemmen li l-UE għandha wkoll tappoġġa l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-esportazzjonijiet tal-materja prima u jżidu l-valur tal-prodotti tagħhom permezz ta' manifattura u proċessar domestiku; jistieden lill-Kummissjoni, sabiex tinkludi fit-tħejjija ta' strumenti ta' azzjoni esterna ġodda għall-perjodu wara l-2013, miżuri ta' appoġġ għall-governanza tajba u t-tħaffir sostenibbli fil-programmi għall-istabilità demokratika u ekonomika ta' stati fraġili li huma fornituri ta' materja prima;

52.

Jikkunsidraha bħala r-responsabbiltà tal-kumpanniji biex jiksbu r-riżorsi; jirrikonoxxi d-diffikultajiet fil-ksib tar-riżorsi għall-SMEs; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kif kunċetti bħalma huwa s-Sehem Ewropew tal-Materja Prima jistgħu jkunu appoġġjati b'mod mhux finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-JOGMEC tal-Ġappun sew;

53.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw flimkien bħala parti mill-istrateġija Ewropea għall-materja prima; jitlob biex din l-istrateġija tieħu vantaġġ mis-sinerġiji bejn il-politika ekonomika, il-politika tat-tħaffir tal-minjieri, il-politika industrijali u l-politika internazzjonali u biex timmira lejn is-salvagwardja tal-provvisti ta' sustanzi strateġiċi;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa r-riżultat tal-kawża tad-WTO kontra ċ-Ċina u biex fil-ġejjieni u fejn ikun xieraq tuża mekkaniżmi tad-WTO;

55.

Jinnota l-importanza tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika u l-ftehim Addis Ababa ta' Ġunju 2010; jinsisti li din is-sħubija għandha tkun ibbażata fuq l-interessi reċiproki, jinnota li sabiex jitrawmu prattiki ta' tħaffir tal-minjieri sostenibbli, huwa importanti li jkun hemm skambju tal-aħjar prattiki dwar governanza tajba, aktar effiċjenza tar-riżorsi, użu mill-ġdid u riċiklaġġ, ġestjoni tar-residwi u tal-iskart tal-ġebel, riabilitazzjoni tas-siti tal-minjieri, saħħa u sikurezza, protezzjoni tal-ħaddiema u eliminazzjoni tax-xogħol tat-tfal; jirrimarka li l-Unjoni Afrikana ddikjarat fil-African Mining Vision (Viżjoni Afrikana fuq it-Tħaffir tal-Minjieri) li l-pajjiżi Afrikani għandhom ma jistgħux jibbenefikaw s'issa mill-vantaġġ kompetittiv tagħhom fir-riżorsi naturali, u għalhekk għandhom jitqiesu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-ġid tar-riżorsi naturali tgawdi minnu l-popolazzjoni tal-pajjiżi għonja fir-riżorsi;

56.

Jiddeskrivi l-importanza tal-kooperazzjoni bilaterali dwar il-materja prima, kif muri mill-UE u l-Unjoni Afrikana f'Ġunju 2010, u jħeġġeġ sforzi ulterjuri fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt bejn l-Afrika u l-UE għall-2011-2013; jitlob l-iżvilupp ta' kooperazzjoni simili ma' pajjiżi oħrajn li huma produtturi ewlenin ta' materja prima kritika; jipproponi, bħala waħda mill-miri reali tad-diplomazija dwar il-materja prima, id-diversifikazzjoni tar-riżorsi mill-Asja tax-Xlokk lejn l-Amerika Latina u l-Afrika, ta' ċerta materja prima li l-UE tiddependi fuq l-importazzjoni tagħha;

57.

Jilqa’ l-approċċ ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni li jipprovdi taħriġ fl-aħjar prattiki biex jiġu negozjati kuntratti dwar il-minerali u jrawwem il-kooperazzjoni xjentifika fis-settur tal-minjieri, flimkien mal-promozzjoni ta’ governanza tajba, inkluża t-trasparenza;

58.

Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tonqos mill-issemmi reġjuni jew pajjiżi oħra; jemmen li għandhom jiġu esplorati sorsi alternattivi ta' materja prima sabiex tiġi evitata d-dipendenza Ewropea fuq numru limitat ta' pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi sħubiji vantaġġjużi reċiprokament ma' pajjiżi u reġjuni għonja fir-riżorsi; jemmen li l-UE għandha toffri sħubiji forma ta' trijangolu tal-infrastruttura, ta' tpartit tal-għarfien u tar-riżorsi"; jitlob lill-UE biex tappoġġa l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma għonja fir-riżorsi fl-iżvilupp tal-għarfien ġeoloġiku, tat-tħaffir tal-minjieri u tal-ipproċessar tal-minerali tagħhom, kif ukoll fi kwistjonijiet xjentifiċi u legali, sabiex jiġi stabbilit il-bini sostenibbli tal-kapaċità; jipproponi f'dan il-kuntest it-twaqqif ta' sedji ffinanzjati b’mod konġunt f'fakultajiet ġeoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni timmoniterja mill-qrib il-ftehimiet internazzjonali konklużi minn pajjiżi għonja fir-riżorsi ma' Stati Membri li mhumiex fl-UE, li jipprevedu aċċess esklussiv għal riżorsi u sabiex jiġi garantit aċċess ġust għar-riżorsi u l-funzjonament xieraq tal-liġijiet kummerċjali internazzjonali;

59.

Huwa mħasseb li ma ġietx identifikata strateġija għad-djalogu u l-kooperazzjoni maċ-Ċina u atturi internazzjonali prinċipali oħra; jenfasizza l-ħtieġa ta' kummerċ u djalogu dwar it-teknoloġija maċ-Ċina; jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif jistgħu jinbdew proġetti pilota maċ-Ċina fuq it-tħaffir sostenibbli tal-minjieri u l-ipproċessar tal-minerali, is-sostituzzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi jew ir-riċiklaġġ ta' materja prima kritika, għall-benefiċċju reċiproku; jappoġġa bis-sħiħ ukoll djalogi bilaterali simili dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw materja prima ma' fornituri prinċipali oħra, bħal BRICS, peress li huma għandhom u jużaw ammont kbir ta' materja prima; jistieden lill-Kummissjoni tittratta bl-istess mod il-kwistjoni tal-materja prima fil-Politika Ewropea tal-Viċinat tagħha;

60.

Iqis li l-istrateġija għall-materja prima tal-UE għandha tirrifletti d-differenzi bejn l-ekonomiji żviluppati u emerġenti kbar, minn naħa, u l-pajjiżi l-anqas żviluppati min-naħa l-oħra;

61.

Jenfasizza li l-kwestjoni tal-aċċess għall-materja prima għandha tiġi integrata b'suċċess fil-miżuri tal-politika għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-promozzjoni tal-paċi, peress li numru sostanzjali ta' kunflitti reġgħu tfaċċaw f'ċerti reġjuni;

62.

Jaqbel li politika tal-iżvilupp għandha rwol biex tgħin pajjiżi jdawru l-għana tar-riżorsi tagħhom fi żvilupp sostenibbli u inklussiv, fost l-oħrajn billi jtejbu l-governanza u t-trasparenza; jissottolinja l-fatt li l-politika tal-iżvilupp, inkluż l-SPĠ, mhijiex għodda ta' diplomazija tal-materja prima, iżda jemmen li jista' jkollha rwol importanti ta' appoġġ fil-politika Ewropea tal-materja prima; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm koerenza bejn it-tnejn; jilqa' l-inklużjoni ta' garanziji konkreti dwar l-aċċess għas-swieq għall-materja prima fil-ftehimiet kummerċjali fl-UE u bħala prerekwiżit għal sħubija fid-WTO; iżda jaqbel li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jipprovdu l-flessibbiltà neċessarja biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex joħolqu rabtiet bejn l-industrija estrattiva u dik lokali; jemmen li s-sovranità tal-pajjiżi rigward ir-riżorsi għandha tkun irrispettata, u jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tikkumpensa l-oppożizzjoni għat-taxxi fuq l-esportazzjoni billi tuża approċċ differenzjat li jqis il-kuntesti nazzjonali varji sabiex l-għanijiet ta' żvilupp u l-industrijalizzazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw ma jitqegħdux f'periklu; jenfasizza li l-kummerċ ħieles u ġust huwa ta' importanza għall-iżvilupp tas-settur globali tal-Materja Prima u l-ħolqien tal-ġid fis-soċjetajiet kollha; jinnota li d-dħul mill-Materja Prima jista' jkollu rwol kruċjali fil-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju mill-pajjiżi l-anqas żviluppati;

63.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-inizjattiva mġedda dwar il-materja prima la tirreferi għall-SPĠ jew għall-SPĠ+ u lanqas tipproponi inċentivi kummerċjali alternattivi għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards ambjentali, tal-evitar tat-tħaddim tat-tfal u tas-sostenn għal riformi interni għall-pajjiżi li ma jidħlux fl-ambitu ta’ dawn l-iskemi; jitlob lill-Kummissjoni ssostni u tħeġġeġ inizjattivi ta’ diversifikazzjoni fl-ekonomiji tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li jiddependu ħafna minn materja prima partikolari;

64.

Jitlob lill-Kummissjoni tgħin pajjiżi li qed jiżviluppaw jegħlbu n-nuqqas ta' simmetrija tal-informazzjoni fin-negozjar tal-materja prima u kuntratti tat-tħaffir tal-minjieri bis-saħħa tal-bini ta' kapaċità, u biex tgħin fin-negozjar tat-trasferiment tat-teknoloġija, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll qalb il-komunitajiet lokali;

65.

Jenfasizza r-rwol li r-responabbiltà soċjali u korporattiva taqdi billi timxi skont standards għoljin u ta' barra mill-pajjiż u li huma ambjentali, soċjali u tal-ħaddiema, u bl-applikazzjoni tagħha tal-aqwa teknoloġiji disponibbli; jemmen li dawn għandhom jiġu promossi permezz ta' fora relevanti bħall-G8, il-G20, id-WTO, l-OECD, il-UNCTAD, il-UNEP u l-Bord Internazzjonali għall-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi tagħha, il-gruppi ta' studju internazzjonali dwar il-metalli, u korpi oħrajn; ifaħħar f'dan il-kuntest il-kontribut pożittiv permezz tal-Patt Globali tan-NU (UN's Global Compact); jistieden lill-kumpanniji tal-UE jiżviluppaw kodiċi xierqa dwar il-kondotta għal dawk li jaħdmu f'pajjiżi terzi, u jibbażaw l-attività tagħhom fuq il-linji gwida tal-OECD għall-impriżi multinazzjonali u l-ISO 26000; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri li jiżguraw il-konformità mal-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol mill-kumpanniji Ewropej li qed iwettqu attività ta' tħaffir ta' minjieri f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta tagħha dwar rappurtar għal kull pajjiż fir-rigward ta' minerali ta' konflitt u biex tistabilixxi rekwiżiti li huma legalment mandatorji għal impriżi tal-estrazzjoni biex jippublikaw il-ħlas fiskali tagħhom għal kull proġett u għal kull pajjiż li jinvestu fih, skont l-eżempju tal-Liġi Dodd-Frank tal-Istati Uniti; jappoġġja l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u n-netwerk globali "Ippubblika Dak Li Tħallas" (PWYP); jemmen li dawn l-istandards għandhom ikunu applikati partikolarment għal proġetti li jirċievu l-fondi tal-UE, pereżempju mill-BEI; iħeġġeġ lill-UE tinvestiga kif l-importazzjoni ta' minerali kkumerċjalizzati jew estratti illegalment tista' tiġi evitata; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga jekk tistax tintuża t-teknoloġija "tal-marki tas-swaba'" f'dan il-kuntest u tippromwovi proġetti pilota bbażati fuq l-esperjenzi "tal-marki tas-swaba' coltan"; jistieden lill-BEI jwettaq analiżi regolari tal-impatti mistennija tas-self tiegħu lill-industrija estrattiva;

66.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tal-każijiet numerużi u dokumentati tajjeb, fejn kumpaniji Ewropej jiksru standards ambjentali, standards tax-xogħol u drittijiet tal-bniedem;

67.

Itenni li inizjattivi ta' trasparenza fis-settur tal-industrija ta' estrazzjoni huma fil-fatt favur in-negozju, li jistgħu joħolqu sigurtà legali u sħubiji sostenibbli fit-tul u jistgħu jaġixxu bħala salvagwardji kontra l-ftuħ mill-ġdid tan-negozjati jew l-espulsjoni; jinnota li hemm sfidi x’jiġu indirizzati u li ċerti kuntratti jeħtieġu kunfidenzjalità, iżda madankollu għandhom ikunu sottoposti għal skrutinju pubbliku; jinnota li l-Ghanaian Petroleum Revenue Management Bill huwa eżempju tajjeb biex minn banda tinżamm ċerta kunfidenzjalità filwaqt li mill-banda l-oħra, jiġi ssalvagwardat l-iskrutinju parlamentari;

68.

Jikkunsidra li l-kumpanniji tal-UE għandhom ikunu legalment responsabbli fil-pajjiżi tagħhom stess għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards ambjentali jew l-istandards bażiċi tax-xogħol tal-ILO minn sussidjarji tagħhom barra l-pajjiż u minn entitajiet li jikkontrollaw;

69.

Jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jikkunsidraw b'mod aktar rigoruż jekk il-proġetti jikkontribwixxux għall-qerda tal-faqar, għall-iżviluppp sostenibbli u għat-tkabbir inklussiv, qabel ma jiddeċiedu dwar sostenn min-naħa tagħhom għall-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

70.

Hu mħasseb dwar il-persistenza tal-kummerċ fil-minerali, u l-użu tagħhom, li jkun ġej minn żoni ta’ kunflitt, li l-produzzjoni tagħhom twassal għal vjolenza inaċċettabbli u attivitajiet illegali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-EEAS, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jqisu din is-sitwazzjoni fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi fornituri strateġiċi tal-UE jiżviluppaw b'mod konġunt sistemi effikaċi għall-intraċċar tal-materja prima mill-importazzjoni sar-riċiklaġġ jew rimi, u jintroduċu skema ta' ċertifikazzjoni reċiproka għall-materja prima u l-katini tal-kummerċ tagħhom (Certified Trading Chains), sabiex jiggarantixxu kummerċ ġust, u, b'mod partikulari sabiex jevitaw l-abbużi fir-rigward ta' kummerċ ta' materja prima minn reġjuni fi kriżi; jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera mal-istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti (in-NU, l-OECD, l-ILO) bil-għan li tidentifika u tistinka biex tarmonizza l-aħjar prattiki ta’ ċertifikazzjoni;

71.

Jenfasizza li s-swieq finanzjarji jista’ jkollhom rwol importanti bħala kopertura kontra r-riskju kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi tal-materja prima u l-komoditajiet; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura t-trasparenza fis-swieq tal-komoditajiet u taġixxi b’mod deċiżiv kontra l-ispekulazzjoni mhux ġustifikata tal-kommoditajiet, li twassal għall-abbuż fis-suq tal-kommoditajiet; jekk jitqies neċessarju fuq il-bażi ta' analiżi empirika profonda; jinnota li dan jinkludi inizjattivi xierqa fil-kuntest tan-negozjati tal-G8 u l-G20;

72.

Hu mħasseb dwar l-impatt tas-swieq tad-derivati fuq ix-xejriet tal-prezzijiet għall-materja prima; iqis li għandu jkun hemm iktar kontrolli effikaċi fuq is-swieq tad-derivati barra l-Borża; f'dan il-kuntest, jappoġġa miżuri bħaż-żieda fit-trasparenza tad-derivati barra l-Borża taħt is-sorveljanza tal-AETS; iqis li tali miżuri jistgħu jwasslu għal iktar sigurtà għall-investituri u l-SMEs u jippermettu lill-produtturi Ewropej jippjanaw b’iktar ċertezza;

73.

Jilqa' l-ħidma fuq il-materja prima u s-sostenibilità fl-OECD, il-G8 u l-G20 u jenfasizza l-ħtieġa ulterjuri ta' djalogu G20 dwar il-materja prima sabiex tiġi żviluppata perspettiva komuni; jilqa' wkoll il-volontà ta' membri tal-G8 u tal-G20 li jiġġieldu kontra l-volatilità tal-prezz tal-materja prima u jistieden għall-iżvilupp ta' miżuri konkreti sabiex tiġi mrażżna l-ispekulazzjoni dwar dawk il-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi x-xogħol tal-OECD dwar l-impatt tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u dwar l-użu tagħhom bħala strument ta' politika; jappoġġja l-inklużjoni f'dawn id-diskussjonijiet ta' membri li mhumiex fl-OECD; jitlob li tinħoloq strateġija ta' kooperazzjoni bejn l-UE, l-Istati Uniti u l-Ġappun fuq il-materja prima kritika lejn "sorveljanza dinjija tal-materja prima" billi jaqsmu bejniethom id-data dwar it-talba u l-forniment, it-tbassir komuni, jinkoraġixxu l-iskambju tal-aqwa prattika, in-know-how teknoloġiku u l-privattivi, l-analiżi ta' katni tad-distribuzzjoni, bl-istħarriġ tal-possibbilità għal ħżin strateġiku u konġunt, u t-twaqqif ta' proġetti konġunti tal-R & D; hu tal-opinjoni li tali kwistjonijiet għandhom jagħmlu parti mill-aġenda tas-Sammits li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi diplomazija Track-II dwar il-materja prima billi jiġi appoġġjat l-iskambju ta’ organizzazzjonijiet, l-akkademja u gruppi ta’ riflessjoni nongovernattivi mill-UE u minn pajjiżi oħra b’riżorsi rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni torganizza avvenimenti regolari, bħall-‘Metal Saloons’ tal-JOGMEC, dwar il-materja prima mal-pajjiżi b'riżorsi rilevanti; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tistħarreġ il-fattibililtà ta' inizjattiva ta' statistika internazzjonali fuq il-materja prima kritika bbażata fuq l-eżempju tal-Inizjattiva dwar id-Dejta tal-Organizzazzjonijiet Konġunti (JODI), kif ukoll jekk ftehim internazzjonali għall-metalli jkunx strument utli; jitlob lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tikkontribwixxi, bi qbil mal-Artikolu 42(3) tat-TUE, għall-identifikazzjoni ta' miżuri għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża fir-rigward tal-materja prima;

Prodotti agrikoli u swieq tal-prodotti bażiċi

74.

Isostni l-analiżi pprovduta mill-Kummissjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel globali, fejn ir-riżervi tal-ikel globali qegħdin jiċkienu u n-numru ta' nies li qegħdin isofru l-ġuħ qed jiżdied, u f’dak li jirrigwarda l-perspettivi tas-suq, jenfasizza l-volatilità estrema tal-prezzijiet tal-ikel u tal-għalf, l-imperfezzjonijiet tal-katini tal-ikel u tal-għalf u r-rwol tal-istrumenti finanzjarji u l-imġiba spekulattiva bħala kaġun possibbli tal-instabbiltà, li għandu jiġi kkunsidrat bis-serjetà; ifakkar li erba’ Stati Membri tal-UE huma attwalment fost dawk il-pajjiżi fid-dinja l-aktar vulnerabbli għal-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew;

75.

Jitlob li tingħata attenzjoni bir-reqqa lill-inċertezza fundamentali li hemm madwar iż-żieda fl-interazzjoni bejn iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-kommoditajiet tal-enerġija u dawk li mhumiex tal-enerġija, speċjalment l-ikel;

76.

Jinsisti, bi qbil mal-Kummissjoni, li l-komunità internazzjonali għandha tadotta approċċ koordinat fuq medda twila ta’ żmien għas-sikurezza tal-ikel, li jinkludi aktar sforzi ta’ riċerka u investiment fis-settur tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, partikolarment permezz ta’ politiki prijoritarji sabiex jiżdiedu l-flessibilità u l-adattibilità għal xokkijiet rigward ikel;

77.

Jappoġġa l-isforzi riċenti tal-G20 dwar reazzjonijiet politiċi fil-konfront tal-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq tal-ikel u tal-agrikoltura, inkluż permezz ta' aktar skambju tal-informazzjoni fil-previżjonijiet tal-produzzjoni tal-ikel u jenfasizza l-ħtieġa għal aktar trasparenza u informazzjoni f'waqtha fuq riżervi u stokkijiet tal-prodotti tal-ikel;

78.

Jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta tat-Tielet Summit ta' Berlin tal-Ministri tal-Agrikoltura tat-22 ta' Jannar 2011, iffirmata minn 48 pajjiż, li talbet b'mod partikolari għal titjib fil-kapaċità tas-swieq agrikoli biex jiffunzjonaw sew u li rrikonoxxiet l-importanza tal-kummerċ biex jinħoloq bilanċ bejn l-atturi differenti fis-swieq agrikoli u jittejjeb l-aċċess tal-bdiewa għall-materja prima u l-enerġija;

79.

Jitlob rapport mill-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni tad-derivati finanzjarji u l-kommoditajiet u dwar jekk hemmx bżonn regolamentazzjoni separata għall-kommoditajiet agrikoli fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-settur; jappoġġa l-proposta riċenti tal-Kummissjoni dwar ir-regolametazzjoni tad-derivati OTC u tal-konsultazzjoni pubblika dwar id-Direttiva MiFiD; jemmen li l-imġiba spekulattiva abbużiva u l-prattika ħażina u l-abbuż fis-swieq tad-derivati għandhom jiġu indirizzati b'urġenza;

80.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri konkreti biex tiżgura s-sigurtà tal-ikel, tindirizza l-instabbiltà tas-suq u, b’responsabbiltà sostenibbli ġenerali, issaħħaħ b'urġenza l-operabbiltà tas-swieq tad-derivati għall-kommoditajiet agrikoli;

*

* *

81.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  http://ec.europa.eu/enterprise/policies/raw-materials/files/docs/report-b_en.pdf.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0093.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0037.

(4)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 57.

(5)  http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/neei_n2000_guidance.pdf.

(6)  http://ec.europa.eu/trade/creating-opportunities/trade-topics/raw-materials/

(7)  L-istudju ‘The links between the environment and competitiveness’, Proġett ENV.G.1/ETU/2007/0041, http://ec.europa.eu/environment/enveco/economics_policy/pdf/exec_summary_comp.pdf

(8)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 47.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2010)0446.

(10)  Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f’miżbla; ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2011)0024.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/37


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Is-sajd fil-Baħar l-Iswed

P7_TA(2011)0365

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Settembru 2011 dwar il-ġestjoni attwali u futura tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (2010/2113(INI))

2013/C 51 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 intitolata "Il-politika marittima integrata – evalwazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda" (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1256/2010 tas-17 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2011 (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u tal-flora selvaġġa (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata "Politika Marittima Integrata għall-UE" (COM(2007)0575),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1992 dwar il-protezzjoni tal-Baħar l-Iswed mit-tniġġis (Il-Konvenzjoni ta' Bukarest) u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-1993 dwar il-protezzjoni tal-Baħar l-Iswed (Id-Dikjarazzjoni ta' Odessa),

wara li kkunsidra l-analiżi dijanjostika transkonfinali tal-Baħar l-Iswed tal-2007 (8),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-istat tal-ambjent tal-Baħar l-Iswed rigward il-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed mit-Tniġġis,

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni strateġiku tal-Kummissjoni tal-2009 għall-protezzjoni ambjentali u r-riabilitazzjoni tal-Baħar l-Iswed rigward il-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed mit-Tniġġis,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-liġi tal-baħar,

wara li kkunsidra l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna,

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Parti XI tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar,

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO tal-1995 għal sajd responsabbli,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1992 dwar id-diversità bijoloġika,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-kummerċ internazzjonali ta' speċijiet fil-periklu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-artijiet mistagħdra ta' importanza internazzjonali partikolarment bħala ħabitats tal-għasafar tal-ilma (Il-Konvenzjoni ta' Ramsar),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1979 dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet migratorji tal-annimali selvaġġi (Il-Konvenzjoni ta' Bonn),

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-konservazzjoni taċ-ċetaċji tal-Baħar l-Iswed, tal-Baħar Mediterran u taż-żona Atlantika kontigwa (ACCOBAMS),

wara li kkunsidra l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar l-istokkijiet tal-ħut,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 intitolat "It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-Baħar l-Iswed" tat-tnejn u tletin sessjoni tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM),

wara li kkunsidra l-istudju reġjonali tal-2009 tal-GFCM dwar tonn żgħir fil-Mediterran, inkluż il-Baħar l-Iswed,

wara li kkunsidra l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009 (Id-Dikjarazzjoni ta' Praga),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0236/2011),

A.

billi d-dibattitu dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) fl-UE għadu għaddej, u billi għandu jqis l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' dan il-baħar, għaliex din se tkun l-ewwel riforma tal-PKS li tinkorpora l-Baħar l-Iswed,

B.

billi sal-lum kien hemm ftit wisq kollaborazzjoni u kooperazzjoni, jekk mhux saħansitra ineżistenti, nuqqas ta' qafas leġiżlattiv konkret u armonizzat u nuqqas ta' att leġiżlattiv komuni li jirregola l-attivitajiet tas-sajd bejn l-istati tal-Baħar l-Iswed, minħabba l-fatt li l-ilmijiet kollha jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' stati kostali differenti, kif ukoll minħabba n-nuqqas ġenerali ta' riċerka xierqa u sistematika u ta' informazzjoni xjentifika dwar il-baċin tal-Baħar l-Iswed,

C.

billi l-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar l-Iswed hija diffiċli ferm, għaliex tnejn biss mis-sitt pajjiżi madwar il-baċin huma Stati Membri tal-UE, u anke dawk it-tnejn huma Stati Membri ġodda li ilhom biss membri tal-UE mill-2007,

D.

billi l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' politika komuni għas-sitt pajjiżi madwar il-Baħar l-Iswed għandu jkun eżaminat minn perspettiva fit-tul biex, fost affarijiet oħra, jiġi ggarantit il-ħarsien tal-ambjent u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żoni littorali,

E.

billi dan il-mekkaniżmu ġdid ta' politika komuni għall-Baħar l-Iswed għandu jkollu l-għan li jħares u jtejjeb il-bijodiversità u l-prosperità tan-nies li jaħdmu fis-settur tas-sajd fl-inħawi, li huma wħud mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea,

F.

billi l-Baħar l-Iswed għandu jieħu postu kif xieraq fost iż-żoni tal-baħar ewlenin tal-Ewropa, ladarba huwa l-aktar żagħżugħ u l-aktar dinamiku tal-ibħra semi-magħluqa,

G.

billi l-Baħar l-Iswed għandu jieħu postu fil-PKS riformata u fil-Politika Marittima Integrata, u billi l-ħtiġijiet tas-sajjieda, u tal-industriji tas-sajd, tal-produzzjoni u tal-ipproċessar, għandhom jitqiesu b'mod xieraq fil-qafas finanzjarju ġdid tal-Fond Ewropew għas-Sajd wara l-2013,

H.

billi r-rapport attwali jista' jitqies mhux biss bħala linja gwida għar-riforma tal-PKS, iżda jista' jsir ukoll parti minn politika futura tal-UE dwar il-kollaborazzjoni mas-sħab tagħha tal-Lvant biex jiġi mmassimizzat l-użu tal-Komunikazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni dwar Sinerġija tal-Baħar l-Iswed (COM(2007)0160) sabiex tiġi intensifikata l-kooperazzjoni fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li fiha s-sajd u l-iżvilupp tad-diversi setturi għandhom rwol sinifikanti,

I.

billi l-ġestjoni tas-sajd fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed tibbenefika b'mod sinifikanti minn kooperazzjoni xjentifika aktar ikkoordinata bejn l-istati littorali, kif ukoll minn politika koerenti għall-ħarsien u t-titjib tal-istat tal-istokkijiet tal-ħut f'livell Ewropew,

J.

billi ħafna mill-ekosistemi tal-baħar inġenerali, u l-ekosistema tal-Baħar l-Iswed b'mod partikolari, huma milquta serjament minn bidliet dinamiċi marbuta mas-sajd, mat-tibdil fil-klima u t-tniġġis,

K.

billi l-popolazzjoni tal-'veined rapa whelk' (Rapana venosa) għandha impatt negattiv fuq il-Baħar l-Iswed, u hija theddida għall-bilanċ ekoloġiku tiegħu, billi teqred il-filtri naturali tal-ilma bħall-masklu l-blu (Mythilus galloprovincialis) u l-'istriped white venus' (Chamelea gallina),

L.

billi l-biċċa l-kbira tal-bastimenti tas-sajd użati fil-Baħar l-Iswed minn sajjieda tal-UE huma anqas minn 12-il metru twal, u għalhekk għandhom impatt limitat fuq l-ambjent tal-Baħar l-Iswed, madankollu, għandhom jirrispettaw l-isforzi li qed isiru biex jinkiseb sajd sostenibbli u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom f'dan ir-rigward,

M.

billi s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat fil-Baħar l-Iswed għandu jiġi ttrattat minnufih,

N.

billi n-nuqqas ta' ftehim komuni bejn is-sitt pajjiżi madwar il-Baħar l-Iswed jista' jiġi rimedjat bi ftehim qafas innegozjat, pereżempju, abbażi ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni, li fiha jiġu mfissra u kkunsidrati l-interessi tal-partijiet kollha,

O.

billi parti kbira mill-problemi tal-Baħar l-Iswed hija r-riżultat tan-nuqqas ta' struttura istituzzjonali xierqa li tikkoordina u twettaq il-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar l-Iswed f'livell professjonali u speċjalizzat; billi ilhom għaddejjin negozjati bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali involuti fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd għal dawn l-aħħar għaxar snin dwar il-ħolqien ta' tali struttura istituzzjonali, kif ukoll dwar il-forma u r-responsabbiltajiet tagħha, u billi dawn in-negozjati għadhom ma rnexxewx; billi, għal din ir-raġuni, ma ttiħdux miżuri xierqa biex jiġu kkontrollati l-qabdiet u, b'mod partikolari, is-sajd transkonfinali,

P.

billi, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), li l-mandat tagħha jkopri ż-żona tal-Baħar l-Iswed, s’issa ma tissodisfax daqs kemm huwa possibbli l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, partikolarment tas-sajjieda, u għandha tagħmel użu mill-għodod kollha disponibbli f’dan il-qasam,

Q.

billi l-Baħar l-Iswed huwa differenti ħafna mill-Mediterran fir-rigward tal-istokkijiet ta' ħut, il-livelli ta' tniġġis, il-varjetà tal-ispeċijiet, l-ispeċijiet dominanti, il-bijomassa komuni u l-produttività tiegħu,

R.

billi f'Jannar 2011 il-Parlament Ewropew adotta rapport dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (9), li jenfasizza wkoll il-ħtieġa tal-applikazzjoni ta' pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali għas-sajd, kif ukoll il-ħolqien ta' korp reġjonali indipendenti għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar l-Iswed,

Ġenerali

1.

Jiġbed l-attenzjoni li għandu jitwaqqaf settur tas-sajd vijabbli, stabbli u sostenibbli f'livell Ewropew u li, b'mod aktar speċifiku, il-Baħar l-Iswed jeħtieġ politika speċjali biex tinżamm u tittejjeb is-sitwazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u biex jiġi żgurat li s-settur tas-sajd ikun adattat għall-baċin tal-Baħar l-Iswed, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, kif ukoll il-fatt li l-politika dwar is-sajd fil-Baħar l-Iswed għandha tkun parti integrali mir-riforma li jmiss tal-PKS;

2.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' riċerka xjentifika u analitika iktar eżatta u kkoordinata f'livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew biex jitħarsu u jittejbu r-riżorsi u l-ekosistemi tas-sajd fil-baċin tal-Baħar l-Iswed;

3.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi djalogu aktar solidu u strutturat mal-Istati madwar il-Baħar l-Iswed li mhumiex membri tal-UE, u jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha sakemm jintlaħaq ftehim dwar qafas komuni aktar strutturat li jkopri l-baċin kollu tal-Baħar l-Iswed u li jsegwi approċċ reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd fir-reġjun;

4.

Huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet u l-politiki kollha marbuta mal-Baħar l-Iswed għandhom ikunu bbażati fuq dejta xjentifika soda u jitlob il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha għal dan il-għan;

5.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' analiżi xjentifika kontinwa tal-istat tal-istokkijiet tal-ħut u ta' sistema stabbli u fuq perjodu twil ta' żmien ta' osservazzjoni tas-sajd, u jinnota li jeħtieġ li l-Istati littorali kollha tal-Baħar l-Iswed jieħdu sehem f'din l-analiżi;

6.

Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni tuża l-mezzi diplomatiċi u finanzjarji kollha disponibbli biex ikunu jistgħu jinkisbu riżultati konkreti rigward sajd sostenibbli u li jirnexxi, fl-interess tal-UE, filwaqt li jintużaw bl-aħjar mod l-Assemblea Parlamentari Euronest u l-Inizjattiva dwar is-Sħubija tal-Lvant, meta jitqies ir-rwol kruċjali tal-ġirien l-aktar qrib tal-UE;

7.

Jappella għal sistema msaħħa ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, li tikkontribwixxi għal esplojtazzjoni fit-tul u sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut u għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat b’mod aktar effikaċi;

8.

Jappoġġja r-rwol internazzjonali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u jappella sabiex ikun hemm kontribut aktar attiv u kooperazzjoni aktar effikaċi fil-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza taż-żona tal-Baħar l-Iswed;

9.

Huwa tal-fehma li t-tekniki tas-sajd għall-ispeċijiet demersali għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa u f'ċertu dettall sabiex jiġu identifikati dawk li ma jagħmlux ħsara jew dawk li jagħmlu l-anqas ħsara lil qiegħ il-baħar; jenfasizza li l-użu xieraq tat-tekniki tas-sajd għall-istokkijiet demersali huwa ta' importanza kbira fil-prevenzjoni ta' popolazzjonijiet eċċessivi ta' ‧veined rapa whelk‧ (Rapana venosa), li jheddu l-filtru naturali li huwa l-masklu l-blu (Mythilus galloprovincialis), l-'istriped venus clam' (Chamelea gallina), kif ukoll il-popolazzjonijiet tal-gajdra ċatta (Ostrea edulis) u ħafna frott tal-baħar ieħor;

10.

Huwa tal-fehma li l-Baħar l-Iswed għandu jkollu status xieraq fil-politiki Komunitarji, u għal dan il-għan għandhom isiru sforzi diplomatiċi u xjentifiċi xierqa u għandhom isiru disponibbli riżorsi finanzjarji xierqa għal sajd sostenibbli fil-baċin; jemmen li r-riżorsi baġitarji tal-UE għandhom ikunu flessibbli, aċċessibbli u trasparenti, biex l-UE tkun tista' tiżgura s-sostenibbiltà tas-sajd fil-Baħar l-Iswed;

11.

Jenfasizza li d-djalogu bejn il-partijiet interessati huwa l-bażi għall-promozzjoni b'suċċess tal-Politika Marittima Integrata fiż-żona tal-Baħar l-Iswed; jinnota li l-Politika Marittima Integrata għandha tiffaċilita wkoll l-istabbiliment ta' rabta bla kunflitti u bla inkwiet bejn is-setturi marittimi, filwaqt li jitqies l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni kostali;

12.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-kooperazzjoni bilaterali u tal-ftehimiet internazzjonali, billi l-biċċa l-kbira tal-istati tal-Baħar l-Iswed mhumiex membri tal-UE u għalhekk mhumiex obbligati jirrispettaw il-liġi Komunitarja;

13.

Jemmen li l-istati kollha tal-Baħar l-Iswed, speċjalment dawk li huma Stati Membri tal-UE jew pajjiżi kandidati, għandhom jirrispettaw il-liġi internazzjonali u tal-UE li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd, li l-għan tagħha huwa li tiggarantixxi s-sostenibbiltà mhux biss tal-istokkijiet tal-ħut, iżda anke tas-settur tas-sajd;

14.

Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi aktar l-iżviupp taż-żoni kostali billi jiġi żviluppat sajd sostenibbli, li huwa partikolarment importanti għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, minħabba r-rati għoljin ta' qgħad;

Kunsiderazzjonijiet speċifiċi

15.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bl-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi gruppi ta' ħidma fil-qasam tal-ġestjoni tas-sajd mat-Turkija u mal-Federazzjoni Russa, li jipprovdu l-bażi għal aktar dibattitu dwar il-kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha u d-djalogu mal-pajjiżi kollha madwar il-Baħar l-Iswed; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ tal-organizzazzjonijiet eżistenti, kif ukoll tal-għodod rilevanti, sabiex isir progress lejn koordinazzjoni aħjar tal-politiki; huwa tal-fehma, sadattant, li Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) indipendenti għall-Baħar l-Iswed tista', fuq perjodu twil ta' żmien, tħeġġeġ u tippromwovi l-komunikazzjoni bejn istituti xjentifiċi u organizzazzjonijiet professjonali tas-sajjieda, tal-produtturi u ta' min jipproċessa bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet għat-tilwim u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-Baħar l-Iswed; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni taħdem mal-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed f'livell bilaterali, filwaqt li tqis li ħafna minnhom mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi eżaminat fuq perjodu twil ta' żmien il-ħolqien ta' RFMO, li tikkoordina r-riċerka xjentifika, tanalizza s-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u twettaq politiki speċjali rigward l-osservazzjoni tal-ispeċijiet fil-periklu; jinnota li din l-organizzazzjoni tista' wkoll tressaq proposti rigward il-livell tal-pjanijiet ta' ġestjoni multiannawali tas-sajd u tqassam il-kwoti għall-pajjiżi madwar il-Baħar l-Iswed;

17.

Iħeġġeġ lill-UE tuża r-riżorsi diplomatiċi tagħha biex tikkonvinċi lil kemm jista' jkun pajjiżi littorali tal-Baħar l-Iswed li mhumiex membri tal-UE dwar il-valur tal-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-applikazzjoni tal-pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali;

18.

Jemmen li għodda tal-UE għandha tintuża f'attivitajiet xjentifiċi bħala strument li jħeġġeġ u jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-ħidma konġunta bejn it-timijiet xjentifiċi Ewropej u l-kontropartijiet tagħhom mill-Ukraina, il-Federazzjoni Russa, il-Ġeorġja u t-Turkija;

19.

Jemmen li l-attivitajiet tal-UE marbuta mas-sajd fil-Baħar l-Iswed, partikolarment il-Politika Marittima Integrata, għandhom jiffukaw l-aktar fuq is-sajd fuq skala żgħira, li huwa kruċjali għar-reġjun u għall-istatus ekonomiku taż-żoni kostali;

20.

Jenfasizza li l-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE għandha tinkuraġġixxi l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tas-sajjieda professjonali u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fl-industriji tas-sajd u tal-akkwakultura fil-Baħar l-Iswed fejn dawn ma jkunux jeżistu jew ikunu sottożviluppati ferm;

21.

Jemmen li l-prinċipji tal-Qabdiet Totali Permissibbli u l-kwoti annwali applikati attwalment m'għandhomx ikunu l-unika għażla għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar l-Iswed; jemmen li għandhom jiġu mħeġġa pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali li jistgħu jipprovdu aktar ċarezza rigward l-objettivi tal-UE fil-qasam tas-sajd fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u rigward il-viżjoni tagħha għall-futur tal-baċin;

22.

Jenfasizza li għandu jkun hemm approċċ komuni, koordinat u fuq perjodu twil ta' żmien mill-partijiet interessati kollha fir-reġjun bl-għan li l-partijiet kollha fil-Baħar l-Iswed jiksbu sajd sostenibbli, u għaldaqstant jilqa' l-iskambju tal-prassi tajba bejn il-partijiet interessati involuti;

23.

Jenfasizza l-importanza ta' ġestjoni tas-sajd li tippermetti l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-ekosistemi, l-iżvilupp tal-attivitajiet tas-sajd legali u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat; jitlob li jitwaqqaf Gwardjan tax-xtut Ewropew bl-għan li tiġi żviluppata b’mod effikaċi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tissaħħaħ is-sikurezza marittima u biex jiġu miġġielda t-theddidiet moderni fil-baħar, partikolarment fil-Baħar l-Iswed;

24.

Jemmen li l-pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali huma ta' interess kbir ferm kemm għas-sitwazzjoni ekonomika tas-settur tas-sajd kif ukoll għas-sitwazzjoni ambjentali tal-ekosistemi tal-Baħar l-Iswed; jemmen li l-approċċ ta' pjan ta' ġestjoni multiannwali għandu jkun akkumpanjat minn kontroll effikaċi tal-qabdiet;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa li titħeġġeġ ir-riċerka xjentifika dwar kwistjonijiet rigward il-Baħar l-Iswed, sabiex id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet responsabbli Ewropej, reġjonali u nazzjonali jkunu jistgħu jqisu l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom; jemmen li jeħtieġ li ssir riċerka dettaljata u koordinata sabiex tingħata tweġiba ċara u bla ekwivoċi għall-mistoqsijiet rigward il-ġestjoni tas-sajd u l-impatt li jista' jkollhom metodi ta' sajd (i.e. is-sajd li jsir bit-tkarkir mal-qiegħ), billi fin-nuqqas ta' studji dwar l-effetti tagħhom ma jistgħux jinsiltu konklużjonijiet serji; huwa tal-fehma li programmi u proġetti ta' riċerka fil-qasam tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, bħal SESAME, KNOWSEAS, WISER u BlackSeaFish, għandhom jitħeġġu aktar;

*

* *

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Ukraina, il-Federazzjoni Russa, il-Ġeorġja u t-Turkija.


(1)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 37.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0025.

(3)  ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 15.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0386.

(5)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 2.

(6)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 50.

(7)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(8)  http://www.grid.unep.ch/bsein/tda/main.htm.

(9)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hawn fuq msemmija tal-20 ta' Jannar 2011.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/43


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Is-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar

P7_TA(2011)0366

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar (2011/2072(INI))

2013/C 51 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju, 1994, dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE tat-3 ta' November 1992 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (id-Direttiva IPPC) (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (id-Direttiva dwar l-istima tal-Impatt Ambjentali) (4), kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE (5), 2003/35/KE (6) u 2009/31/KE (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (id-Direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali jew ELD) (8),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (9), kif emendat,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima) (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar azzjoni tal-UE fil-qasam tat-tfittxija għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt fl-Ewropa (12),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu: "L-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar" (COM (2010)0560),

wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 u l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-inċident tad-Deepwater Horizon li wassal għat-telf traġiku ta' ħajjiet u ħsara ambjentali sinifikanti,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Istati Uniti dwar it-tixrid ta' żejt ikkawżat mill-pjattaforma Deepwater Horizon tal-BP u t-tħaffir fil-baħar,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats) (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0290/2011),

A.

billi l-Artikolu 194 TFUE speċifikament isostni d-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta' enerġija tiegħu, filwaqt li jkompli jħares is-solidarjetà u l-protezzjoni ambjentali,

B.

billi l-Artikolu 191 TFUE, jistabbilixxi l-fatt li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent trid timmira għal livell għoli ta' protezzjoni u hi msejsa fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas,

C.

billi sorsi indiġeni ta' żejt u gass jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv għall-bżonnijiet attwali ta' enerġija tal-Ewropa u huma fil-mument kruċjali għas-sigurtà tal-enerġija tagħna u d-diversità enerġetika,

D.

billi l-attività offshore qed tikber f'żoni qrib it-territorju tal-UE, li mhumiex suġġetti għad-dritt tal-UE, iżda fejn kwalunkwe inċident jista' jkollu impatt fuq it-territorju tal-UE u billi ħafna minn dawn iż-żoni huma politikament instabbli;

E.

billi ġa hemm ġabra estensiva ta' liġijiet internazzjonali u ta' konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw l-ibħra, inklużi dawk Ewropej,

F.

billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tistipula l-qafas ġuridiku li fih l-attivitajiet fl-oċeani u l-ibħra għandhom jitwettqu, inkluża d-delimitazzjoni tal-blata kontinentali u ż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE);

G.

billi s-sigurtà u l-integrità tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali u l-protezzjoni massima għaċ-ċittadini tal-Ewropa u għall-ambjent jeħtieġ li jiġu garantiti,

H.

billi l-effetti ta' inċident jistgħu jkunu transkonfinali fin-natura tagħhom u għaldaqstant jiġġustifikaw l-eżistenza ta' kapaċità ta' rispons mill-UE dwar it-tniġġis ippreparata minn qabel, li tikkunsidra l-inċidenti barra l-ibħra tal-UE,

I.

billi t-tixrid ta' żejt ikkawżat mill-pjattaforma Deepwater Horizon wera l-konsegwenzi potenzjalment devastanti li jista' jkollu fuq l-ambjent u għall-bniedem l-isfruttmanet taż-żejt f'ambjenti estremi, u l-ispejjeż ekonomiċi enormi assoċjati ma' tali impatti ambjentali,

J.

billi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Istati Uniti dwar it-tixrid ta' żejt ikkawżat mill-pjattaforma Deepwater Horizon tal-BP u t-tħaffir fil-baħar jirriflettu numru ta' prattiki li ilhom prevalenti f'partijiet tal-UE għal 20 sena jew aktar,

K.

billi t-tixrid ta' żejt ikkawżat mill-pjattaforma Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku għandu jwassal lill-UE biex, b'mod urġenti, u fejn ikun meħtieġ, twettaq rieżami bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni tagħha fil-qasam, fir-rigward tal-prinċipju prekawzjonarju u l-prinċipju li għandha tittieħed azzjoni preventiva, dwar l-aspetti kollha tat-tħaffir u tat-tiftix fil-baħar għaż-żejt u għall-gas, inkluż it-trasferiment sikur permezz ta' pajpijiet taħt l-ilma mqiegħda fuq il-qiegħ, jew taħt il-qiegħ, tal-baħar, fit-territorji tagħha; billi f'dan il-kuntest il-Parlament jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tieħu ħsieb b'mod urġenti l-lakuni fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

L.

billi d-diżastru fil-Golf tal-Messiku wassal biex l-industrija u l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu fora, bħall-GIRG (14) u l-OSPRAG (15) biex jitgħallmu mid-diżastru, u billi ħafna minn dawn l-inizjattivi diġà pproduċew riżultati konkreti;

M.

billi l-Kumpaniji Nazzjonali taż-Żejt pproduċew 52 % tal-produzzjoni globali taż-żejt u kkontrollaw 88 % tar-riżervi aċċertati taż-żejt fl-2007 u billi l-importanza tagħhom fir-rigwrd tal-kumpaniji taż-żejt internazzjonali qed tiżdied b'mod straordinarju;

N.

billi l-mekkaniżmi regolatorji differenti tal-Istati Membri jagħmluha iktar diffiċli li tiġi żgurata l-integrità tal-miżuri ta' sikurezza, joħolqu piż finanzjarju żejjed fuq l-impriżi u jfixklu l-funzjonament adegwat u tajjeb tas-suq intern,

O.

billi l-provi jissuġġerixxu li s-separazzjoni tal-proċess ta' ħruġ tal-liċenzji minn dak tal-valutazzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà tista' tevita kwalunkwe kunflitti tal-interess potenzjali, jew konfużjoni tal-objettivi,

P.

billi r-regolaturi nazzjonali għandhom jivvalutaw il-vijabbiltà finanzjarja u l-kapaċità qabel tinħareġ liċenzja u l-kunsens finali għat-tħaffir, filwaqt li jiżguraw li jeżistu biżżejjed fondi, inklużi dawk permezz ta' assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili u fondi komuni,

Q.

billi diversi fora internazzjonali diġà jeżistu fejn ir-regolaturi jistgħu jiskambjaw l-aħjar prattiki, inkluż in-NSOAF (16),

R.

billi l-Kummissjoni, f'isem l-UE, diġà hi parti kontraenti tal-OSPAR (17), Konvenzjoni Reġjonali li tipproteġi l-ambjent marittimu tal-Oċean Atlantiku tal-Grigal,

S.

billi diġà jeżistu mekkaniżmi li jirrappurtaw l-inċidenti, inkluż ir-rapport tal-OSPAR dwar l-iskariki, it-tixrid u l-emissjonijiet annwali, u billi l-kanali mhux regolatorji bħall-"bulettini ta' sikurezza" tal-NSOAF jistgħu jintużaw biex jitwasslu t-tagħlimiet miksuba minn inċidenti bħal dawn,

T.

billi diversi ftehimiet eżistenti diġà jiddenfinixxu l-proċeduri ta' reazzjoni internazzjonali għat-tixrid ta' importanza internazzjonali, bħall-ftehim OCES (18),

U.

billi d-Direttiva tal-UE dwar il-Makkinarju tapplika normalment għat-tagħmir fil-faċilitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar iżda teskludi l-unitajiet ta' tħaffir mobbli fil-baħar u t-tagħmir marbut magħhom,

V.

billi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima diġà tipprovdi għajnuna teknika lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà marittima u ngħatat impenji operattivi fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis biż-żejt, fil-monitoraġġ bis-satelliti u fl-identifikazzjoni b'firxa wiesgħa u l-intraċċar tal-bastimenti,

W.

billi r-responsabbiltà għat-tindif ta' kwalunkwe tixrid ta' żejt u r-responsabbiltà għad-danni huma bbażati fuq l-Artikolu 191 TFUE li jistabbilixxi l-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u dan huwa rifless fil-leġiżlazzjoni sekondarja bħad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (ELD) u d-Direttiva dwar l-Iskart,

X.

billi diġà teżisti skema ta' kumpens volontarju fil-każ ta' tniġġis miż-żejt fil-Baħar tat-Tramuntana,

Approċċ regolatorju

1.

Jirrikonoxxi li l-ħruġ ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet oħra għall-esplorazzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi ta' idrokarburi huwa prerograttiv ta' Stat Membru, u li kull sospensjoni ta' attivitajiet hija fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat; jisħaq, madankollu, li l-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji jridu jkunu konformi ma' ċerti kriterji komuni tal-UE u jenfasizza li l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju ta' prekawzjoni meta joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' riżorsi ta' idrokarburi;

2.

Jinsisti, għaldaqstant, li l-introduzzjoni ta' moratorju fl-UE kollha dwar it-tħaffir ġdid kollu fil-baħar fond għaż-żejt fl-ilmijiet tal-UE tkun reazzjoni sproporzjonata għall-bżonn li jiġu żgurati standards għolja ta' sikurezza fl-UE;

3.

Jenfasizza li s-sistema leġiżlattiva u regolatorja ta' kull Stat Membru għandha tiżgura li l-operaturi kollha jippreżentaw “każ ta' sikurezza”, ibbażat fuq ir-riskju u speċifiku skont is-sit, li jitlobhom juru bis-sħiħ lill-awtoritajiet tas-saħħa, tas-sigurtà u tal-ambjent rilevanti tagħhom li ġew ikkunsidrati r-riskji skont is-sit flimkien ma' oħrajn u ġew implimentati kontrolli għal kull installazzjoni;

4.

Jenfasizza li l-oqfsa leġiżlattivi u regolatorji kollha tal-Istati Membri għandhom jadottaw sistema soda skont l-aħjar prattika kurrenti fejn il-proposti kollha għat-tħaffir ikollhom każ ta' sikurezza, li għandu jiġi approvat qabel ma jistgħu jibdew l-operazzjonijiet, inklużi proċeduri ta' verifika indipendenti minn partijiet terzi u rieżami f'intervalli regolari u xierqa minn esperti indipendenti; jisħaq li "punti ta' stennija" regolatorji qabel it-tħaffir se jiżguraw iktar li r-riskji kollha jiġu kkunsidrati u mitigati, u li r-rieżamijiet minn esperti indipendenti jiġu implimentati f'intervalli xierqa għal kull installazzjoni;

5.

Jitlob biex il-każijiet ta' sigurtà kollha jsiru dokument aġġornat u li jevolvi sabiex bidliet sostanzjali, tekniċi jew fit-tagħmir jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u jenfasizza li l-każijiet ta' sigurtà kollha għandhom jiġu rieżaminati minn tal-inqas kull ħames snin, inkluż mir-regolaturi indipendenti; jenfasizza li l-proċeduri kollha fil-post u t-tagħmir disponibbli sabiex jiġu affrontati blow-outs possibbli jeħtieġ li jkunu inklużi fil-każ ta' sikurezza;

6.

Jirrikonoxxi li diġà hemm netwerk ta' sistemi u l-aħjar prattiki, u jemmen li hemm riskju li kull element ġdid ta' leġiżlazzjoni speċifika tal-UE jkollu effett destabilizzanti fuq in-netwerk attwali ta' sistemi, li jwarrabhom mill-approċċ aċċertat tal-każ ta' sikurezza, u jenfasizza li l-leġiżlazzjoni l-ġdida ma għandhiex tfittex li tidduplika jew tikkomprometti l-aħjar prattika eżistenti;

7.

Jappoġġja l-aspiċju tal-Kummissjoni li tgħolli l-istandards minimi fi ħdan l-UE, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri; jemmen li t-tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent għandu jiġi inkorporat fil-leġiżlazzjoni kollha u li l-ogħla standards ta' sikurezza u tal-ambjent għandhom jiġu applikati fl-oqsma kollha tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fil-baħar; jappella li terz indipendenti jżid il-livell ta' koordinament fil-każ ta' inċident; jirrakkomanda li tinħatar l-EMSA għal dan ir-rwol;

8.

Jitlob li d-Direttiva dwar l-istudju tal-Impatt Ambjentali (EIA) (19) tiġi estiża sabiex tkopri l-fażijiet kollha tal-proġetti fuq il-baħar (ta' tiftix u operattiva) u jitlob li jkun hemm rekwiżiti speċifiċi għall-EIAs f'każ ta' ibħra fondi, bjar kumplessi, u kundizzjonijiet diffiċli għat-tħaffir, u t-trasferiment taż-żejt/tal-gass permezz ta' pajpijiet taħt l-ilma mqiegħda fuq il-qiegħ jew taħt il-qiegħ tal-baħar; iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-EIAs għall-proġetti fuq il-baħar approvati mill-awtoritajiet nazzjonali jkopru wkoll il-proċeduri li l-operaturi jridu jsegwu waqt id-dekummissjonar; jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-dispożizzjonijiet ġuridiċi dwar l-EIAs u tistipula fihom li l-proċeduri tal-istudju tal-impatt ambjentali jridu jiġu fdati f'idejn esperti li jkunu indipendenti mill-klijent;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-qafas regolatorju attwali dwar id-dekummissjonar tal-infrastruttura eżistenti ta' tħaffir, u tiċċara, jekk ikun hemm bżonn permezz ta' leġiżlazzjoni, ir-responsabbiltà tal-operaturi li jiżguraw it-tneħħija sikura u r-responsabbiltà għal kull ħsara ambjentali li tirriżulta mid-dekummissjonar jew minn sit ta' tħaffir wara li jkun ġie ddekummissjonat;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li testendi l-prinċipji sodi fil-leġiżlazzjoni tagħha biex tikkontrolla l-perikli fuq il-baħar (SEVESO II (20) u III (21)) għal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-attivitajiet taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar; fl-istess waqt, u f'każ li l-Kummissjoni ma tipproponix leġiżlazzjoni speċifika ġdida, jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-proposta SEVESO III tagħha sabiex testendi l-ambitu tagħha għall-pjattaformi taż-żejt u għall-pajpijiet taħt l-ilma mqiegħda fuq il-qiegħ jew taħt il-qiegħ tal-baħar, għall-fażijiet kollha tat-tiftix għal riservi taż-żejt u tal-gass sakemm il-bir jiġi ddekummissjonat; jilqa' l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva SEVESO II, li fih il-Kummissjoni tgħid li hi se tevalwa l-mod xieraq biex issaħħaħ il-leġiżlazzjoni ambjentali;

11.

Jinnota li l-attivitajiet taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar huma esklużi mid-dispożizzjonijiet fundamentali tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (22); jissuġġerixxi li fil-punt 1.5 tal-Anness I, il-Kummissjoni żżid "attivitajiet taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar" bħala parti mill-ewwel reviżjoni tal-ambitu li trid issir sal-31 ta' Diċembru 2011, u jissuġġerixxi li l-Bureau Ewropew tal-IPPC jiddefinixxi l-Aħjar Prattiki Disponibbli (BAT) għall-attivitajiet tat-tħaffir għaż-żejt u l-gass fuq il-baħar;

12.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li teżamina mill-ġdid id-Direttiva 92/91/KEE, u jitlob li jkun hemm approċċ ibbażat fuq standards komuni, biex jiġu evitati differenzi fit-trattament bejn l-impjegati fi ħdan l-istess impriża, skont il-post tax-xogħol tagħhom; jitlob, barra minn hekk, li jkun hemm għadd ta' regoli trasparenti, effiċjenti u konsistenti li japplikaw għall-impjegati kollha li jaħdmu fis-settur tal-offshore (fuq il-baħar), u li jkun hemm evalwazzjoni ta' kemm l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ kif ukoll il-possibilitajiet għal armonizzazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni;

13.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea tippromwovi l-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ILO dwar Sistemi ta' Ġestjoni tas-Sikurezza tax-Xogħol u s-Saħħa (ILO-OSH 2001) fl-industrija kollha taż-żejt u l-gass;

14.

Iwissi, madankollu, li l-effettività tal-leġiżlazzjoni fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq il-kwalità tal-implimentazzjoni tagħha mill-awtoritajiet u l-entitajiet Ewropej u nazzjonali relevanti li jimplimentaw, jimmaniġġjaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni relevanti; jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun attiva fl-iżgurar tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

15.

Jenfasizza li xi Membri diġà għandhom mekkaniżmi ta' sikurezza eċċellenti meta mqabbla mal-livell internazzjonali u Ewropew;

16.

Jenfasizza l-importanza ta' spezzjonijiet regolari, varjati u rigorużi mwettqa minn speċjalisti indipendenti u mħarġa li huma familjari mal-kundizzjonijiet lokali; jemmen li s-sistemi ta' spezzjoni ta' operatur għandhom ukoll ikunu suġġetti għal verifika minn terzi; jappoġġja l-isforzi li diġà saru minn ċerti Stati Membri biex iżidu n-numru ta' spezzjonijiet rigorużi; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali u tat-trattament trasparenti tal-kunflitti tal-interess possibbli li l-ispetturi jistgħu jiffaċċjaw ma' dawk li jistgħu jħaddmuhom fil-futur;

17.

Jinnota li r-riżorsi huma limitati fir-rigward ta' spetturi b'esperjenza u jappella għal investiment ulterjuri biex jiġi żviluppat netwerk ta' spezzjoni aktar kwalifikat fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni teżamina modi li bihom tista' tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw l-ispettorati tagħhom stess;

18.

Jinsisti fuq il-bżonn li jkun hemm sistemi ta' kontroll effikaċi mill-entitajiet ta' spezzjoni, b'metodi innovattivi ta' verifiki speċifiċi fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol u l-operazzjonijiet ta' salvataġġ, u l-bżonn li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet għal ksur ta' regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema;

19.

Jirrimarka li s-sistemi ta' spezzjoni ta' operatur għandhom ikunu suġġetti għal verifika minn terzi kif ukoll ispezzjonijiet fil-livell tal-UE u li l-verifika ta' bastimenti għandha tiġi estiża għall-pjattaformi fuq il-baħar taż-żejt u tal-gass;

20.

Jirrikonoxxi li f'xi operazzjonijiet inqas estensivi jista' jkun hemm l-ekonomiji ta' skala jekk l-Istati Membri jkollhom spettorati komuni;

21.

Jirrimarka li kwalunkwe estensjoni potenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodott għat-tagħmir ta' installazzjonijiet fuq il-baħar għandha tirrikonoxxi li, fid-dawl tar-rata għolja tal-progress teknoloġiku, l-ispeċifikazzjonijiet preskrittivi żejda jista' malajr ma jkunx hemm iktar bżonnhom;

22.

Huwa mħasseb li "kontrollur tal-kontrolluri" fuq il-livell tal-UE mhux se jġib miegħu valur miżjud suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat l-użu ta' riżorsi regolatorji skarsi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; jirrikonoxxi, minkejja dan, l-potenzjal li hemm fl-esperjenza sinifikanti tal-EMSA fil-ġestjoni tal-prevenzjoni ta' inċidenti taż-żejt, attivitajiet ta' monitoraġġ u detezzjoni, u li l-ġbir ta' data, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-koordinament tar-riżorsi ta' rispons għandhom jiġu kkoordinati fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga jekk korp regolatorju Ewropew għall-operazzjonijiet fuq il-baħar, li jiġbor flimkien ir-regolaturi nazzjonali fuq il-linji tal-BEREC fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, jistgħax iġib miegħu valur miżjud u jsaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards fl-UE,

Prevenzjoni, Skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattika

23.

Jenfasizza l-importanza tal-inizjattivi reġjonali bħala l-ewwel saff ta' azzjoni multilaterali u jemmen li fora simili għall-NSOAF fil-Baħar tat-Tramuntana għandhom jiġi stabbiliti għall-Istati Membri madwar il-Baħar Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed sabiex jissorveljaw l-adozzjoni u l-infurzar tal-istandards minimi; f'dan ir-rigward jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-ħolqien tal-Forum Mediterranju tal-Awtoritajiet Offshore (MOAF) u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi mhux membri fl-UE; hu tal-fehma li l-istandards u r-regoli adottati għall-UE għandhom jikkunsidraw kwistjonijiet ambjentali marbutin mal-esplorazzjoni tal-idrokarbur fiż-żoni mhux tal-UE;

24.

Jirrikonoxxi l-varjetà ta' kundizzjonijiet fiż-żoni ta' baħar differenti iżda jemmen li għandu jkun hemm koordinament inter-fora bejn l-inizjattivi reġjonali, fejn xieraq, sabiex tiġi żgurata l-aħjar prattika fil-livell tal-UE; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżvolġi rwol attiv f'dawn il-fora;

25.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi laqgħat konġunti UE/NSOAF bħala opportunità ta' skambju tal-aħjar prattiki fl-UE kollha; jenfasizza li dawn il-laqgħat għandhom jiġu valutati mill-parteċipanti;

26.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi taż-Żejt u l-Gass għall-ħolqien tal-Grupp Globali ta' Reazzjoni Industrijali (GIRG) wara d-diżastru fil-Golf tal-Messiku; iħeġġiġhom jaħdmu b'mod trasparenti fil-qsim ta' informazzjoni u fil-ħidma mal-awtoritajiet;

27.

Jenfasizza l-benefiċċji ta' sikurezza mill-programmi ta' involviment tal-forza tax-xogħol; iħeġġeġ rabtiet b'saħħithom, u inizjattivi konġunti, bejn l-industrija, il-forza tax-xogħol u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-protezzjoni tal-ambjent;

28.

Jenfasizza li s-settur tal-attivitajiet taż-żejt u l-gass fuq il-baħar iġib miegħu riskji kbar għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema minħabba l-kundizzjonijiet ambjentali kultant estremi, il-ħinijiet tax-xogħol f'forma ta' perjodi ta' 12-il siegħa, u s-sitwazzjoni ta' iżolament, u jirrikonoxxi li dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi tax-xogħol, speċjalment l-istress psikoloġiku, huma u jeħtieġ li jkomplu jkunu, regolamentati sabiex jiġu minimizzati l-iżbalji umani u sabiex ikunu protetti l-ħaddiema; jirrakkomanda għalhekk li l-ħaddiema jingħataw assigurazzjoni li tkun tal-livell tar-riskju li jiffaċċjaw;

29.

Jemmen li għandha tiġi żviluppata kultura preventiva ta' saħħa u ta' sikurezza, permezz tal-impenn min-naħa ta' min iħaddem u tat-trejdunjins u l-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-ħaddiema, partikolarment billi dawn jiġu kkonsultati, billi jiġu involuti fit-tfassil u fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' sikurezza u billi jingħataw informazzjoni dwar ir-riskju potenzjali involut; jenfasizza l-importanza tat-testjar u l-monitoraġġ ta' dawn il-proċeduri tul il-katina kollha ta' kmand sabiex ikun żgurat li l-iktar persuni mlaħħqin fl-amminstrazzjoni wkoll ikunu mħarrġa u responsabbli f'każ ta' inċidenti jew nuqqasijiet ta' sikurezza;

30.

Jitlob lill-industrija timpenja lilha nnifisha għal kultura ta' sikurezza reali fl-organizzazzjonijiet tagħhom, kemm dawk offshore jew dawk f'ambjent ta' uffiċċju; għalhekk jippromwovi programmi ta' taħriġ regolari għall-impjegati permanenti u dawk fuq kuntratt kollha kif ukoll għal dawk li jħaddmu;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi standards u sistemi komuni għal sikurezza għolja, biex jiġu ffaċċjati u limitati t-theddidiet ħalli jonqsu r-riskji u, meta jkun jeħtieġ, biex ikun hemm rispons mgħaġġel u effikaċi; jitlob ukoll biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' taħriġ fl-Istati Membri tal-UE għall-ħaddiema, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, involuti f'kompiti b'riskju għoli, u biex dawn jiġu armonizzati ħalli tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti fl-ilmijiet kollha Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tibda azzjoni pożittiva ma' sħab internazzjonali biex tesplora l-possibbiltà li tinkiseb inizjattiva globali dwar ir-regoli ta' saħħa u sikurezza tal-ħaddiema u biex dawn jiġu aġġornati regolarment ħalli jieħdu inkunsiderazzjoni l-iktar teknoloġija avvanzata;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jippermettu biss taħriġ intern jew estern kwalifikat;

33.

Jilqa' l-programmi ta' skambju internazzjonali u ta' taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu inizjattivi li jħeġġuhom;

34.

Jitlob li jiġu applikati regoli stretti fil-qasam tas-sikurezza, tal-protezzjoni tas-saħħa, u tat-taħriġ lis-sottokuntratturi, li għandu jkollhom il-kompetenzi meħtieġa biex iwettqu kompiti ta' manutenzjoni u ta' kostruzzjoni fil-qasam ta' responsabbiltà tagħhom; jitlob li l-ħaddiema, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema jkunu informati dwar ir-riskji kollha involuti fix-xogħol qabel ma dan jitwettaq;

35.

Jenfasizza li l-impjegati ta' katina ta' proċessar ulterjuri fuq il-baħar jew fuq l-art huma wkoll esposti għal riskji estremament kbar għas-saħħa u s-sikurezza; jitlob lill-Istati Membri jinkludu lil dawn l-impjegati fl-attivitajiet ta' regolamentazzjoni tagħhom;

36.

Jitlob li tiġi prevista kura medika ta' segwitu regolari u speċifika għall-ħaddiema li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fis-settur taż-żejt u l-gass fuq il-baħar; jirrakkomanda li ssir vista medika li tevalwa s-saħħa fiżika u psikoloġika tal-ħaddiema mill-inqas darba fis-sena;

37.

Jitlob li jiġi approvat mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tar-riskji ffaċċjati mill-ħaddiema, u jitlob li din l-evalwazzjoni titqies fil-kalkolu tar-rimunerazzjoni tal-ħaddiema;

38.

Jistieden lill-industrija ssegwi l-aħjar prattika dwar ir-rappreżentanti tas-sikurezza; l-impjegati għandhom ikunu jistgħu jeleġġu rappreżentant tas-sikurezza li hu involut fi kwistjonijiet ta' sikurezza fil-livelli kollha tal-proċess operattiv u tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jemmen ukoll li l-impjegati għandhom ikunu jistgħu jiddikjaraw nuqqasijiet jew riskji ta' sikurezza lill-awtoritajiet kompetenti b'mod anonimu filwaqt li jiġu protetti minn fastidju;

39.

Jappoġġja sforzi aktar qawwija biex l-aħjar prattiki tajba jiġu skambjati bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' leġiżlazzjoni, standards, proċeduri, u fir-rappurtaġġ u l-ġestjoni ta' inċidenti, inklużi l-opinjonijiet xjentifiċi, is-sikurezza operattiva u s-sistemi ta' protezzjoni ambjentali, il-ġestjoni tar-riskju, il-proċeduri ta' reazzjoni eċċ;

40.

Jirrikonoxxi li diġà qed tiġi mqassma informazzjoni, jew mill-gruppi regolatorji jew mill-imsieħba kummerċjali u mill-impriżi konġunti; jemmen li s-sikurezza mhijiex proprjetà esklużiva;

41.

Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġbru u jaqsmu bejniethom informazzjoni u jippubblikawha mir-rappurtaġġ tal-inċidenti, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sensittivitajiet kummerċjali, sabiex jitgħallmu minnha; jirrikonoxxi li l-konsolidament u l-koordinament akbar ta' prattiki eżistenti u ta' rappurtaġġ ta' inċident li jistgħu jgħinu biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-konsistenza madwar l-UE; din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata malajr kemm jista' jkun wara li jkun seħħ l-inċident and għandha tinkludi, inter alia, inċidenti personali, ħsara fil-makkinarju, tixrid tal-idrokarburi u kwistjonijiet ta' tħassib; jilqa' l-inizjattivi internazzjonali, inkluż fil-Grupp ta' ħidma G20, bħala appoġġ fil-livell globali fl-iżgurar li hemm għarfien mifrux ta' inċidenti u kwalunkwe azzjoni ta' rimedju meħtieġa;

42.

Jemmen lil-Kummissjoni għandha tivvaluta: l-effikaċja ta' kanali varji ta' informazzjoni eżistenti u/jew in-neċessità li jiġu stabbiliti sistemi internazzjonali ġodda, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-piż amministrattiv li jirriżulta minn dan;

Il-ħruġ ta' liċenzji u l-kunsens għat-tħaffir

43.

Jinnota d-differenza bejn il-ħruġ ta' liċenzji li jippermettu t-tħaffir u l-persuna li tingħatalha l-liċenzja tista' ma tkunx l-organizzazzjoni inkarigata mit-tħaffir; jemmen li jrid ikun hemm "punti ta' stennija" wara li tingħata liċenzja u qabel it-tħaffir;

44.

Jirrakkomanda li l-funzjonijiet tal-ħruġ ta' liċenzji u tas-saħħa u tas-sikurezza jkunu separati fl-Istati Membri kollha; jemmen li l-Kummissjoni għandha taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tistabbilixxi kriterji ta' ħruġ ta' liċenzji li jkunu komuni, trasparenti u oġġettivi li jiżguraw is-separazzjoni tal-funzjonijiet ta' ħruġ ta' liċenzji u ta' saħħa u ta' sikurezza, biex jitnaqqas ir-riskju ta' kunflitt ta' interess;

45.

Jinnota li numru sinifikanti ta' installazzjonijiet fl-ibħra tal-UE qed jiqdiemu; jilqa' l-isforzi għat-titjib tal-integrità tal-assi tal-pjattaformi eżistenti;

46.

Iqis li l-operaturi taż-żejt u tal-gass iridu jinħtieġu, waqt il-proċedura tal-ħruġ ta' liċenzji u matul il-perjodu operattiv u matul il-fażijiet kollha tal-proġetti fuq il-baħar (tiftix, operazzjoni, trasport u dekummissjonar), juru li jkollhom biżżejjed kapaċità finanzjarja biex jiżguraw rimedju fir-rigward tal-ħsara ambjentali kkawżata mill-attivitajiet speċifiċi li huma jwettqu, inklużi dawk ikkawżati minn inċidenti ta' impatt kbir u ta' probabbiltà baxxa – kemm permezz ta' skemi obbligatorji ta' garanzija industrijali reċiproka, jew permezz ta' assigurazzjoni obbligatorja, jew permezz ta' skema mħallta li tiggarantixxi s-sigurtà finanzjarja;

L-ippjanar ta' kontinġenza

47.

Iħeġġeġ l-użu ta' pjanijiet ta' kontinġenza speċifiċi għas-sit li jidenfikaw il-perikli, jivvalutaw sorsi potenzjali ta' tniġġis u l-effetti tagħhom, jippreżentaw strateġija ta' reazzjoni u jippreżentaw pjanijiet ta' tħaffir għal bjar ta' salvataġġ potenzjali; jirrakkomanda li l-operaturi li jiksbu liċenzja għandhom, bħala prerekwiżit għall-ksib tal-kunses għat-tħaffir, iwettqu studju ta' impatt ambjentali u jippreżentaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom minn tal-anqas xahrejn qabel il-bidu tal-operazzjonijiet; fil-każ ta' bjar kumplessi jew kundizzjonijiet ta' tħaffir diffiċli, il-pjan ta' kontinġenza għandu jiġi vvalutat, ikkonsultat u approvat flimkien ma' proċessi ta' approvazzjoni regolatorja oħra (pereżempju dawk konnessi mal-impatti ambjentali jew id-diżinn tal-bir); f'kull każ l-operazzjonijiet ma jistgħux jibdew qabel ma jiġi approvat pjan ta' kontinġenza mill-Istat Membru li fih dawn għandhom jitwettqu; il-pjanijiet ta' kontinġenza għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti b'kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni tad-data;

48.

Jistieden lill-Istati Membri jabozzaw, jemendaw jew jaġġornaw il-Pjanijiet ta' Kontinġenza Nazzjonali li jispeċifikaw il-kanali ta' ordni u l-mekkaniżmi għall-użu tal-assi nazzjonali b'mod parallel mar-riżorsi tal-industrija fil-każ ta' tnixxija; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw ma' xulxin u mal-pajjiżi ġirien tal-UE fit-tfassil ta' pjanijiet ta' kontinġenza reġjonali; jitlob li dawn il-pjanijiet jiġu trażmessi lill-EMSA;

49.

Jinnota li avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji ta' attivitajiet ta' esplorazzjoni u ta' produzzjoni taż-żejt u tal-gass fil-baħar għat-trasport marittimu u għall-ambjent tal-baħar; huwa tal-opinjoni li l-użu tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-EMSA għandhom ikunu estiżi b'mod espliċitu sabiex ikopru l-prevenzjoni u r-rispons għat-tniġġis li joriġina minn attivitajiet ta' din ix-xorta;

50.

Jissuġġerixxi li l-inventarji tar-riżorsi ta' rispons tal-EMSA għandhom jinkludu ir-riżorsi relevanti kollha tal-industrija u dawk pubbliċi sabiex l-EMSA titqiegħed pożizzjoni tajba biex tipprovdi rwol ta' koordinament, fejn xieraq, f'każ ta' inċident kbir;

51.

Jissuġġerixxi li kull tagħmir disponibbli għat-trażżin ta' kull tixrid potenzjali għandu jifforma parti essenzjali mill-pjanijiet ta' kontinġenza u li dan it-tagħmir għandu jkun disponibbli fi prossimità tal-installazzjonijiet sabiex jiġi permess l-użu tiegħu f'waqtu f'każ ta' inċident kbir;

52.

Iħeġġeġ lill-kumpaniji jkomplu jallokaw fondi għar-riċerka u għall-iżvilupp fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda ta' prevenzjoni u ta' rimedju wara l-inċidenti; jenfasizza li qabel ma tiżdied kull teknoloġija ta' rispons għal diżastru, din għandha tiġi ttestjata, ivvalutata u awtorizzata b'mod indipendenti;

53.

Jikkunsidra bħala essenzjali li titwettaq riċerka xjentifika mmirata u innovattiva bil-għan li jkun possibbli li jintużaw sistemi awtomatiċi għall-monitoraġġ ta' operazzjonijiet ta' tħaffir u għeluq u b'hekk tiżdied l-affidabbiltà ta' operazzjonijiet ta' tħaffir u struttament, u ta' sistemi ta' sikurezza għan-nar f'kundizzjonijiet ta' temp estremi;

54.

Huwa favur il-kontroll strett, it-testjar kontinwu u l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tas-sustanzi kimiċi li jferrxu (u dwar pjanijiet għal rispons ta' emerġenza li jinvolvu l-użu ta’ sustanzi kimiċi li jferrxu), kemm biex tiġi żgurata l-adegwatezza tagħhom f'każ ta' tixrid ta' żejt kif ukoll biex jiġu evitati implikazzjonijiet għas-saħħa pubblika u għall-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għal aktar riċerka ddettaljata fl-impatti ta’ dawn is-sustanzi kimiċi, permezz ta’ programmi ta’ riċerka tal-UE jekk ikun hemm bżonn;

Rispons għad-diżastri

55.

Jirrikonoxxi li l-industrija għandha r-responsabbiltà primarja għar-rispons għad-diżastri jilqa' l-inizjattivi konġunti tal-industrija li jiġu żviluppati, mobbilizzati u utilizzati riżorsi biex jiġi affaċċjat it-tixrid ta' żejt; jenfasizza li s-settur pubbliku għandu rwol importanti fir-regolament, is-sikurezza u l-koordinament ta' rispons għal diżastru;

56.

Jirrakkomanda li għandha tingħata enfasi akbar fuq it-taħriġ sistematiku, partikolarment fuq l-applikazzjoni prattika tat-tagħmir ta' rispons għal diżastru;

57.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li s-sistema ta' ħruġ ta' liċenzji tinkludi l-protezzjoni adatta tal-istrumenti finanzjarji biex tiżgura li f'każ ta' inċidenti kbir dawn ikunu jistgħu jintużaw b'mod urġenti, għall-għoti ta' kumpens għat-telf ekonomiku, soċjali u ambjentali kkawżati minn tixrid ta' żejt jew ta' gass;

58.

Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni li testendi l-ambitu tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima sabiex tkopri mhux biss bastimenti iżda wkoll installazzjonijiet fuq il-baħar;

59.

Jinnota li r-rikors għall-kompetenza u għar-riżorsi tal-EMSA għandha tiġi ddeterminata mir-regolament rivedut tal-EMSA, iżda dan għandu jsir estiż biċ-ċar biex ikopri r-rispons għat-tniġġis li joriġina mill-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass u għandu jkun disponibbli madwar l-UE u l-pajjiżi ġirien, jekk meħtieġ;

60.

Jemmen li l-għodod ta' rispons u ta' monitoraġġ żviluppati fil-livell tal-UE, rispettivament in-netwerk ta' bastimenti għall-irkupru taż-żejt stand-by tal-EMSA u tal-CleanSeaNet (CSN), għall-monitoraġġ u d-detezzjoni tat-tixrid ta' żejt, jistgħu jintużaw għal inċidenti f'installazzjonijiet fuq il-baħar;

61.

Jirrakkomanda l-użu tas-Servizz CleanSeaNet tal-EMSA għall-monitoraġġ ta' pjattaformi taż-żejt u t-tixrid ta' żejt illegali minn bastimenti; jirrikonoxxi li 50 % tal-istampi attwalment ipprovduti lill-CleanSeaNet jistgħu jintużaw biex jiġu mmonitorjati l-pjattaformi taż-żejt;

62.

Jirrakkomanda, għalhekk, l-użu tan-Netwerk ta' Servizz ta' Bastimenti Stand-by ta' Rispons għat-tixrid taż-żejt tal-EMSA (SOSRV) wara r-rieżami tal-punti li ġejjin:

(a)

mhux il-bastimenti kollha jistgħu jaħdmu f'atmosferi bi flashpoint ta' anqas minn 60°;

(b)

il-kuntratti jeħtieġu jitjiebu sabiex jiġu permessi operazzjonijiet ta' rkupru ta' żejt itwal;

(c)

id-diskrepanzi fin-netwerk attwali jeħtieġu jiġu koperti;

(d)

għandhom jiġu kkunsidrati teknoloġiji ġodda bħal pereżempju l-użu tax-xbieki taż-żejt;

63.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti mill-aktar fis biex tistabbilixxi Forza tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE bbażata fuq il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE u biex tfassal pjan ta’ azzjoni Ewropew, flimkien mal-Istati Membri, li jintegra mekkaniżmi speċifiċi li jistipulaw kif l-UE tista’ tirrispondi għal tniġġis kbir ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt fuq il-baħar, inklużi pajpijiet taħt l-ilma mqiegħda fuq il-qiegħ jew taħt il-qiegħ tal-baħar;

64.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-MIC (23) li jikkomplementa l-mekkaniżmi ta' rispons ta' emerġenza tal-Istati Membri u l-industrija;

65.

Jappoġġja servizzi innovattivi diretti għas-settur marittimu; jilqa' d-diskussjoni mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar il-bini ta' inizjattiva e-marittima ġdida dwar il-proġett SafeSeaNet, u jemmen li din tkun tista' toffri benefiċċji ulterjuri għas-sikurezza tal-industrija taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar;

66.

Jenfasizza li kull żona ta' baħar għandha dejjem ikollha aċċess suffiċjenti għat-tagħmir disponibbli biex tiffaċċja t-tixrid ta' żejt kbir, u fl-agħar qagħda possibbli għal żona tal-baħar speċifika u mhux biss fl-ilmijiet tal-UE;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ġestjoni mtejba tad-data dwar il-baħar proposta fil-Komunikazzjoni "Għarfien dwar il-Baħar 2020" (24), u fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata (25), tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ xieraq tat-theddid ta' tniġġis sabiex tiġi ddeterminata l-azzjoni xierqa fil-mument opportun;

68.

Jitlob lill-Kummissjoni tħejji proposta biex l-għarfien xjentifiku ġġenerat mill-operaturi fuq l-baħar li joperaw permezz ta’ liċenzja pubblika jkun disponibbli għall-awtoritajiet responsabbli bl-użu ta’ standards u protokolli żviluppati fil-kuntest tal-"Għarfien dwar il-Baħar 2020", bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iskrutinju pubbliku u biex jiżdied l-għarfien tal-ambjent tal-baħar;

Responsabbiltà

69.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, meta jkunu qed jikkunsidraw mekkaniżmi ta' garanzija finanzjarja, inkluż il-bżonn għal assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili, joqogħdu attenti biex jiffissaw rati ta' assigurazzjoni fuq il-bażi tar-riskju reali li jirriżulta mid-diffikultajiet tat-tħaffir u ta' sfruttament, sabiex ma jeskludux mis-suq operaturi żgħar u ta' daqs medju mis-suq filwaqt li jiġi żgurat li danw huma koperti għar-responsabbiltà ċivili;

70.

Jenfasizza li, filwaqt li fil-prinċipu jistgħu jingħataw garanziji finanzjarji permezz ta’ assigurazzjoni jew ta’ mutwalizzazzjoni industrijali, huwa importanti li jiġi żgurat li l-operaturi juru li jkollhom garanziji finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż kollha ta’ tindif u ta’ kumpens f’każ ta’ diżastru kbir, u li r-riskji u r-responsabbiltà ma jkunux esternalizzati lil kumpaniji iżgħar li jkun aktar probabbli li jiddikjaraw insolvenza f’każ ta’ inċident; jitlob li kwalunkwe skema konġunta tkun stabbilita b’mod li jinżammu l-inċentivi biex jiġu evitati r-riskji u tkun tirrispetta l-ogħla standards ta’ sikurezza possibbli fl-operazzjonijiet individwali;

71.

Jirrikonoxxi l-mertu tal-fondi komuni bħall-OPOL fil-Baħar tat-Tramuntana u, jitlob li fondi bħal dawn jiġu stabbiliti f'kull żona marittima tal-UE; jitlob li s-sħubija tkun obbligatorja għall-operaturi u li tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika sabiex jiġu pprovdut mekkaniżmu ta' sikurezza maħsub ħalli l-Istati Membri, is-settur marittimu, b'mod partikolari s-sajjieda u l-kontribwenti jiġu assigurati;

72.

Jenfasizza li n-natura volontarja tal-iskemi bħall-OPOL jillimitaw il-kontroll ġuridiku tagħhom u għalhekk jemmen li dawn il-fondi jistgħu jissaħħu b'rekwiżit ta' liċenzja obbligatorja;

73.

Jenfasizza li l-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu bbażati kemm fuq il-livell ta' riskju fuq is-sit ikkonċernat kif ukoll fuq il-pjanijiet ta' kontinġenza, u jkunu konsistenti magħhom;

74.

Iqis li l-ambitu tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (26) għandu jiġi estiż sabiex il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u r-responsabbiltà stretta japplikaw għall-ħsara kollha kkawżata lill-ilmijiet tal-baħar u lill-bijodiversità, sabiex il-kumpaniji taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe ħsara u għall-ħsara ambjentali kollha li huma jikkawżaw, u jkunu jistgħu jassumu r-responsabbiltà kollha;

75.

Jappella biex issir reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali sabiex tkopri wkoll l-ibħra kollha tal-UE, f’konformità mad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (27);

76.

Jistieden lill-Kummissjoni, skont id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, tbaxxi l-limiti minimi ta' ħsara u sabiex tinforza sistema ta' responsabbiltà stretta li jkopri l-ħsara kollha mwettqa lill-ibħra u lill-bijodiversità tal-baħar;

77.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina jekk jistax jinħoloq fond ta’ kumpens għad-diżastri taż-żejt fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà ambjentali, li jkun fih dispożizzjonijiet ta’ sigurtà finanzjarja;

78.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jqisu jadottaw u jsaħħu diżinċentivi għal negliġenza u n-nuqqas ta' konformità, bħall-multi, l-irtirar tal-liċenzji, u r-responsabbiltà penali għall-impjegati; jirrimarka, madankollu, li tali sistema kienet teżisti fl-Istati Uniti tal-Amerika qabel t-tnixxija tad-Deepwater Horizon;

79.

Jenfasizza li dawk il-partijiet b'responsabbiltà finanzjarja għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ambigwità qabel ma jibda t-tħaffir;

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

80.

Iħeġġeġ lill-industrija tapplika tal-anqas l-istandards ambjentali u ta' sikurezza tal-UE jew l-ekwivalenti tagħhom, irrispettivament mill-post li fih ikunu qed joperaw fid-dinja; huwa konxju tal-kwistjonijiet ta' infurzar tar-rekwiżit għall-kumpaniji bbażati fl-UE li joperaw skont l-istandards tal-UE fid-dinja, iżda jitlob lill-Kummissjoni teżamina liema mekkaniżmi jistgħu jkunu adegwati biex jiżguraw li l-kumpaniji bbażati fl-UE joperaw globalment tal-anqas skont l-istandards tal-UE; jemmen li r-responsabbiltà tal-kumpaniji għandha tkun il-forza ewlenija f'dan il-qasam u li s-sistemi ta' ħruġ ta' liċenzji tal-Istati Membri għandhom jikkunsidraw inċidenti globali li jinvolvu kumpaniji fil-ħruġ ta' liċenzji, sakemm dawn l-inċidenti huma akkumpanjati b'reviżjonijiet dettaljati; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ta' standards għoljin flimkien mas-sieħba globali;

81.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jikkontribwixxu għal inizjattivi offshore (fuq il-baħar) fi ħdan il-qafas tal-G20, b'kunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS);

82.

Jinnota l-importanza tal-leġiżlazzjoni eżistenti li seħħet bl-inizjattiva tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, permezz tal-OSPAR, il-Konvenzjonijiet ta' Barċellona u ta' Ħelsinki, iżda jirrikonoxxi li d-dritt internazzjonali attwali ma tipprovdix qafas sħiħ jew konsistenti għal standards ta' sikurezza u ambjentali fit-tħaffir fil-baħar, u tista' tkun diffiċli li tiġi infurzata;

83.

Jenfasizza l-importanza tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Offshore tal-Mediterran tal-1994 li mhuwiex irratifikat, iffukat fuq il-protezzjoni kontra l-inkwinament konsegwenza tal-esplorazzjoni u tal-isfruttament;

84.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv mal-istati l-oħra li jmissu ma' żoni tal-baħar tal-UE biex tiżgura li l-oqfsa regolatorji u s-sorveljanza jipprovdu l-istess livelli għolja ta' sikurezza;

85.

Jistieden lill-UE tikkollabora mal-pajjiżi relevanti barra l-UE, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem tagħhom, li ċ-ċittadini tagħhom jwettqu servizzi fl-industrija taż-żejt u l-gass fuq il-baħar tal-UE, sabiex jiżguraw li l-kumpaniji bbażati barra l-UE iżda li joperaw fl-ilmijiet tal-UE jkunu marbuta bil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-UE u l-leġiżlazzjoni OSH;

86.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi dibattitu dwar ir-regolamenti fl-oqsma tar-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali u tal-garanziji finanzjarji li jkunu jinkludu wkoll pajjiżi terzi;

87.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem flimkien mas-sħab u mal-ġirien biex tikseb sistema speċjali għal kull operazzjoni fl-Artiku, b'kunsiderazzjoni partikolari għas-sostenibbiltà u n-neċessità ta' attivitajiet fuq il-baħar f'ambjent daqstant vulnerabbli u uniku;

88.

Jippromwovi s-sħubijiet bilaterali internazzjonali permezz tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li, inter alia, iħeġġu lill-pajjiżi terzi jadottaw standards ta' sikurezza għoljin; iħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma attivawx bis-sħiħ il-PEV biex jagħmlu dan;

89.

Joppoġġja skemi mmexxija mill-industrija għat-trasferiment ta' kompetenzi, speċjalment lejn dawk il-pajjiżi b'oqfsa regolatorji inqas żviluppati;

*

* *

90.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

(2)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 9.

(3)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(4)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(5)  ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5.

(6)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

(7)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

(8)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(9)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(12)  Testi adottati, P7_TA(2010)0352.

(13)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(14)  Grupp ta’ Reazzjoni għall-Industrija Globali.

(15)  Grupp ta’ Reazzjoni għat-Tixrid taż-Żejt

(16)  Forum tal-Awtoritajiet dwar Attivitajiet fil-Baħar tat-Tramuntana.

(17)  Il-Konvenzjoni OSPAR hi l-istrument ġuridiku li bħalissa qed tiggwida l-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-ambjent marittimu tal-Atlantiku tal-Grigal.

(18)  Is-Servizzi ta’ Emergenza b’Kooperazzjoni fil-Baħar li jiġbor flimkien l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Irlanda, tal-Pajjiżi l-Baxxi, tan-Norveġja u tar-Renju Unit.

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (kif emendata).

(20)  Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi; (ĠU L 10, 14.01.97, p. 13).

(21)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, (COM(2010)0781).

(22)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis); (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(23)  Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni, immexxi mill-Kummissjoni.

(24)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Għarfien tal-Baħar 2020", dejta u osservazzjoni tal-baħar għat-tkabbir intelliġenti u sostenibbli (COM (2010)0461).

(25)  COM(2010)0494.

(26)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali; (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.).

(27)  Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/56


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
L-intraprenditorija tan-nisa fl-impriżi ta' daqs żgħir u medju

P7_TA(2011)0367

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-intraprenditorija tan-nisa f’impriżi żgħar u ta' daqs medju (2010/2275(INI))

2013/C 51 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (1),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 bl-isem ‘Implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ Barċellona rigward il-faċilitajiet ta’ kura għat-tfal f’età ta’ qabel l-iskola’ (COM(2008)0638),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni ‘Promotion of Women Innovators and Entrepreneurship’ (Promozzjoni tal-Innovatriċi u tal-Intraprenditorija tan-Nisa) tal-25 ta’ Lulju 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titolu ‘Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir’: “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tas-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar l-Att tan-Negozji Żgħar (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2006 dwar Wasal iż-żmien li ningranaw – Noħolqu Ewropa ta' imprenditorija u tkabbir (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2002 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill: L-Inizjattiva għat-Tkabbir u l-Impjiegi - miżuri fuq l-assistenza finanzjarja għall-innovazzjoni u għall-ħolqien ta' impjiegi ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0207/2011),

A.

billi huwa importanti li jkun rikonoxxut li t-tqassim bejn in-nisa u l-irġiel tal-familja u r-responsabbiltajiet domestiċi tagħhom, l-aktar permezz ta' rikors akbar għal liv tal-ġenituri u tal-paternità, huwa essenzjali għall-avvanz u l-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għalhekk jinħtieġ li jinżamm bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, li jista' jgħin lin-nisa jibdew negozju tagħhom biex jiżguraw l-indipendenza finanzjarja tagħhom u l-indipendenza fix-xogħol,

B.

billi l-impjieg indipendenti ġeneralment joffri flessibilità akbar fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol, l-għadd ta’ sigħat maħduma u l-post tax-xogħol milli l-impjieg dipendenti, u b’hekk jipprovdi possibilitajiet għal dawk li jimmiraw li joħolqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-kompiti ta’ kura tagħhom jew attivtajiet oħra, jew għal dawk li jeħtieġu post tax-xogħol adattat,

C.

billi l-kategorija ta' intrapriżi żgħar ħafna, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) hija magħmulha minn intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li ta' kull sena l-valur tal-introjtu tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 50 miljun u t-total tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 43 miljun,

D.

billi 99 % tat-twaqqif ta' negozji fl-Ewropa huma intrapriżi żgħar ħafna jew intrapriżi żgħar u terz minn dawn jitniedu minn nies qiegħda, u billi l-intrapriżi żgħar ħafna li jimpjegaw anqas minn 10 min-nies jammontaw għal 91 % tan-negozji Ewropej,

E.

billi l-‘Pjan ta’ Azzjoni: L-Aġenda Ewropea għall-Intraprenditorija’ (COM(2004)0070) jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' skemi aħjar tas-sigurtà soċjali, billi l-Kummissjoni qed tippjana li tippreżenta Komunikazzjoni dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar kmieni fl-2011, u billi l-bżonn ta' dispożizzjoni mtejba tas-sigurtà soċjali għal imprendituri nisa partikolarment għandu jkun enfasizzat,

F.

billi n-nisa jistgħu jaffaċċjaw ostakli fl-aċċess għall-appoġġ informazzjonali u finanzjarju u għall-għodda u s-servizzi teknoloġiċi li jistgħu joħolqulhom limiti fil-kapaċità tagħhom li jespandu n-negozji tagħhom u jikkompetu għal kuntratti tal-gvern u muniċipali,

G.

billi, skont it-terminoloġija tal-Kummissjoni Ewropea, l-impjieg indipendenti fals huwa tip ta’ impjieg li ma jeżistix li jinħoloq minħabba klassifikazzjoni inadegwata tal-istat ta’ impjieg li ssir biex wieħed japprofitta mis-sistema ta’ protezzjoni soċjali u li teskludi lil ħaddiema bħal dawn minn drittijiet bażiċi tal-ħaddiema sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-impjieg;billi l-ħaddiema kkonċernati jibqgħu ekonomikament dipendenti,

H.

billi l-intraprendituri huma dawk il-persuni (sidien ta' negozji) li jfittxu biex jiġġeneraw valur, bis-saħħa tal-ħolqien jew tat-tkabbir ta' attività ekonomika, billi jidentifikaw u jisfruttaw prodotti, proċessi jew swieq ġodda (8),

I.

billi intraprenditur mara tista' tiġi ddefinita bħala mara li ħolqot negozju fejn hija għandha l-ikbar sehem fih u fejn hija tieħu interess attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fit-teħid tar-riskji u fil-ġestjoni ta' kuljum,

J.

billi bosta negozji, immexxija fil-maġġorparti min-nisa, inbdew fir-reġjuni tal-‘Objettiv 1’ li dalwaqt se jitneħħew mill-istatus tagħhom ta’ reġjuni żvantaġġati meta jissieħbu pajjiżi ġodda,

K.

billi bosta mir-reġjuni li mhux se jibqgħu jirċievu appoġġ jinkludu żoni rurali li għadhom mhumiex adegwatament żviluppati, filwaqt li reġjuni f’pajjiżi li ssieħbu reċentement sikwit ma jkollhomx ir-riżorsi kulturali, soċjali u organizzattivi biex jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-finanzjament Ewropew,

L.

billi hemm diskrepanzi bejn l-Istati Membri u l-għadd ta' intraprendituri nisa; billi inqas nisa milli rġiel iqisu li l-intraprenditorija bħala għażla ta' karriera vijabbli u minkejja r-riżultat pożittiv fl-aħħar għaxar snin fil-għadd ta’ nisa li jmexxu SMEs, fl-Unjoni Ewropea huma biss 1 minn 10 nisa li huma intraprendituri meta mqabbla ma’ 1 minn 4 rġiel, billi n-nisa jammontaw għal madwar 60 % tal-gradwati universitarji kollha, iżda mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-impjieg full-time fis-suq tax-xogħol, partikolarment fil-qasam tan-negozju; billi huwa kruċjali li n-nisa jitħeġġu u jingħataw is-setgħa li jibdew negozji intraprenditorjali sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi eżistenti bejn is-sessi,

M.

billi l-att tal-Istati Uniti ‧Women's Business Ownership Act (1988)‧ żied l-ammont ta' nisa proprjetarji ta' negozju bħala perċentwali min-negozji kollha minn 26 % fl-1992 għal 57 % fl-2002; billi s-suċċess ta’ dan l-Att jista' jgħin lill-UE fl-identifikazzjoni ta' prattiki tajba,

N.

billi dawk l-intraprendituri nisa li għandhom inqas għarfien dwar l-għażliet disponibbli tal-finanzjament u inqas esperjenza fil-ġestjoni finanzjarja, minħabba fatturi soċjali, jeħtieġu appoġġ mhux biss matul il-fażi tal-bidu imma wkoll tul iċ-ċiklu ekonomiku ta' impriża, minħabba li hemm differenza fit-tip ta' appoġġ meħtieġ għall-ippjanar tan-negozju fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp,

O.

billi l-intraprenditorija femminili u l-SMEs nisa jipprovdu sors ewlieni għal żieda fl-għadd ta' impjiegi femminili u b'hekk jiġi sfruttat iktar il-livell ta' edukazzjoni tan-nisa, kif ukoll jiġi żgurat li n-nisa ma jidħlux għal impjiegi prekarji, u billi l-intraprenditorija tan-nisa tiżgura dinamiżmu u innovazzjoni fin-negozju, li l-potenzjal tiegħu għadu mhux qed jiġi sfruttat fl-Unjoni Ewropea, b’żieda fl-għadd ta' intraprendituri nisa li jirriżulta f’impatt pożittiv u f'kontribuzzjoni immedjata għall-ekonomija b’mod ġenerali; billi fi klima ekonomika instabbli l-miżuri ta' appoġġ għall-intraprendituri nisa huma sikwit ittraskurati,

P.

billi l-irġiel u n-nisa ġeneralment m'għandhomx l-istess opportunitajiet biex imexxu u jiżviluppaw kumpaniji u billi l-promozzjoni tal-intraprenditorija tan-nisa hija proċess twil li titlob il-ħin biex jinbidlu l-istrutturi u l-attitudnijiet fis-soċjetà; billi n-nisa minn dejjem kienu intraprenditorjali, imma r-regoli u l-firda tradizzjonali tar-rwoli fissru li l-intraprenditorija mhux dejjem kienet għażla għan-nisa,

Q.

billi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) żied sostanzjalment l-attività ta' self tiegħu ddedikata lill-SMEs minn EUR 8,1 biljun fl-2008 għal madwar EUR 11,5 biljun fl-2009; billi l-istrumenti tal-SME mogħtija skont il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni kienu kontinwament implimentati (EUR 1,13 biljun allokati għall-2007-2013); billi l-Kummissjoni adottat qafas temporanju dwar l-għajnuna statali 2009/2010 li jagħti lill-Istati Membri iktar possibilitajiet biex jindirizzaw l-effetti tal-problema tal-kreditu,

R.

billi programmi ta' dispożizzjoni għall-investiment iqawwu l-kapaċità ta' SME jew intraprenditur biex jifhem il-biżgħat tal-banek jew ta' investituri oħra li jkunu jistgħu jipprovdu finanzjament estern,

S.

billi intraprendituri nisa huma grupp eteroġenu, li jvarja f'termini ta' età, sfond u edukazzjoni, minn dawk li għadhom kemm iggradwaw għal dawk li mxew sew fil-karriera tagħhom li jixtiequ jsibu toroq ġodda biex jużaw it-talenti tagħhom tal-ġestjoni, l-ispirtu intraprenditorjali, il-ħiliet komunikattivi, l-approċċ konsenswali u l-abilità biex jivvalutaw ir-riskji b'mod preċiż, u billi l-intraprendituri nisa huma attivi f'medda wiesgħa ta' setturi u negozji; billi l-irġiel u n-nisa m'għandhomx l-istess opportunitajiet biex imexxu u jiżviluppaw kumpaniji minħabba sterjotipi sesswali u ostakli strutturali, in-nisa li sikwit u inġustifikabbilment huma mifhuma bħala dawk li għandhom nuqqas ta' ħiliet intraprenditorjali bħalma huma l-fiduċja fihom infushom, il-ħiliet tal-ġestjoni, l-assertività u t-teħid tar-riskji,

T.

billi l-konsulenza u l-appoġġ minn nisa attivi kif ukoll minn intraprendituri rġiel jistgħu jgħinu intrapriżi ġodda minn intraprendituri nisa biex jingħelbu ħafna mill-biżgħat marbuta mal-eżordji tan-negozji,

U.

billi huwa importanti li jkunu promossi rakkomandazzjonijiet prattiċi li jqisu r-realtà tal-ħajja tan-negozju u ekonomika fl-ambjent tas-suq kompetittiv,

V.

billi ma kienx hemm biżżejjed riċerka dwar l-intraprenditorija tan-nisa fil-livell tal-UE li tista’ tinforma l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki madwar l-UE f’dan il-qasam,

W.

billi, f'ħafna Stati Membri, persuni li jaħdmu għal rashom m'għandhomx drittijiet soċjali xierqa, bħalma huwa l-liv tal-maternità u tal-paternità, l-assigurazzjoni kontra l-qgħad u l-mard, il-ħlas għal diżabilità, dispożizzjonijiet tal-pensjoni u faċilitajiet għat-tfal, anki jekk faċilitajiet simili huma essenzjali biex jippermettu intraprendituri nisa jirrikonċiljaw l-impenn professjonali u l-ħajja familjari u jippermettu l-Unjoni Ewropea tgħolli l-isfida demografika; billi, fil-linji gwida għall-politiki tal-impjegar, l-Istati Membri huma mitluba jippromwovu l-impjieg indipendenti filwaqt li jiżguraw sigurtà soċjali adegwata għall-persuni li jaħdmu għal rashom,

X.

billi hemm grupp magħmul prinċipalment minn nisa li huwa attiv fix-xogħol bħalma hu x-xogħol domestiku jew dak tal-kura privata li mhuwiex uffiċjalment impjegat iżda wkoll li ma jaħdimx għal rasu, u għalhekk ma jibbenefika minn l-ebda protezzjoni soċjali,

Aċċess għall-appoġġ finanzjarju u edukattiv

1.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu aħjar mill-opportunitajiet tal-iffinanzjar li huma disponibbli għall-intraprendituri nisa bis-saħħa ta' għotjiet speċjali, kapital ta' riskju, dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali u rati mraħħsa tal-interessi li jippermettu aċċess ġust u ugwali għall-finanzjament, bħalma hi l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress, li tipprovdi mikrokrediti ta' mhux iktar minn EUR 25 000 lil mikrointrapriżi u lil dawk li jridu jibdew negozju żgħir tagħhom mingħajr aċċess għas-servizzi bankarji tradizzjonali, bħalma huma dawk li huma qiegħda;

2.

Jistieden lill-Istati Membri jifformaw kampanji nazzjonali, inklużi workshops u seminars, li jippromwovu u jinformaw lin-nisa b’mod iktar effettiv dwar il-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress u dwar il-possibilitajiet kollha ta’ finanzjament offruti minn din il-faċilità;

3.

Jirrimarka li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-UE, rikonoxxut mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, waqt li, billi minkejja l-progress sinifikanti li sar, għad fadal ħafna inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel f’termini ta’ intraprenditorija u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet,

4.

Jiddispjaċih li l-kriżi finanzjarja u ekonomika żiedet il-problemi għal bosta intraprendituri nisa potenzjali, speċjalment fl-ewwel tliet snin tan-negozju; jisħaq li l-iżvilupp ta' SMEs li jagħmlu profitt kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa jista' jgħin biex l-Istati Membri jiksbu iktar tkabbir ekonomiku sostenibbli;

5.

Jilqa' t-taqsima separata dwar għajnuna għal intraprenditorija femminili fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 msemmi hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li din l-għajnuna tibqa' tingħata f'qafas ta’ appoġġ Komunitarju futur sabiex tgħin jissaħħu l-intraprendituri nisa wara l-iskadenza ta' dan ir-Regolament;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-SMEs immexxija (u mwaqqfa) minn nisa jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-vantaġġi fiskali pprovduti għal SMEs;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw sew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment u jiżguraw li l-intraprendituri li m'għadhomx biżżejjed flus biex jonoraw l-obbligi kummerċjali tagħhom jew li għaddew minn waqfiet fil-karrieri tagħhom ikollhom aċċess għal assistenza u appoġġ ta' rkupru finanzjarju sabiex ikunu jistgħu jkomplu bi proġetti mibdija jew ibiddlu d-direzzjoni;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattika bejn ir-reġjuni li mhux se jibqgħu jikkwalifikaw għall-istatus tal-Objettiv 1 u r-reġjuni f’pajjiżi li għadhom kemm issieħbu sabiex jiżguraw l-involviment ta’ intraprendituri nisa, partikolarment fis-settur agrikolu bi skala żgħira, kemm biex jippermettilhom jgħaddu l-esperjenza li kisbu, u b’hekk jevitaw it-tneħħija ħesrem tal-appoġġ finanzjarju, kif ukoll bl-għan tat-taħriġ u tal-ħolqien ta’ klassi ġdida ta’ nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali fil-pajjiżi li ssieħbu l-iktar reċentement;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej jippromwovu l-intraprenditorija femminili, l-appoġġ finanzjarju u l-istruttura tal-konsulenza professjonali u biex iwettqu, flimkien ma' skejjel u organizzazzjonijiet tan-negozju u organizzazzjonijiet nazzjonali għan-nisa, programmi ta' dispożizzjoni għall-investiment li jistgħu jgħinu lin-nisa joħolqu pjanijiet kummerċjali vijabbli u jsibu u jiddefinixxu investituri potenzjali;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestigaw l-ostakli għall-intraprenditorija femminili u partikolarment imexxu analiżi komprensiva tal-aċċess tan-nisa għall-finanzi;

11.

Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-banek u lill-istituzzjonijiet finanzjarji jqisu servizzi ta’ appoġġ għan-negozji li jistgħu jużawhom faċilment in-nisa;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej jikkunsidraw il-ħolqien ta' skemi ta' konsulenza u programmi ta' appoġġ li jagħmlu użu partikulari minn skemi ta' tixjiħ attiv li jutilizzaw is-suġġerimenti u l-esperjenza ta' rġiel u nisa li rtiraw minn professjonijiet intraprenditorjali;

13.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari s-sitwazzjoni tan-nisa li għandhom iktar minn 50 sena biex jgħinuhom iwaqqfu l-kumpaniji tagħhom;

14.

Jinsisti li l-Istati Membri jimplimentaw politiki li jippermettu lin-nisa jiksbu bilanċ adegwat bejn il-ħajja u x-xogħol u jistabbilixxu faċilitajiet xierqa ta' kura għat-tfal, minħabba li l-prezzijiet mhux raġonevoli tagħhom, in-nuqqas ta' disponibilità u ta' kwalità tagħhom joħolqu ostakoli żejda lin-nisa li jixtiequ jniedu intrapriża;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw l-aċċess għal valutazzjonijiet potenzjali ta' tkabbir ta' intraprendituri nisa li jkejlu l-potenzjal tar-riskju u li huma mmexxija minn konsulenti ta' esperjenza;

16.

Jinnota li diversi studji riċenti taw kreditu lil intraprendituri nisa talli għandhom approċċ iktar meqjus mill-irġiel fit-teħid ta' riskji ekonomiċi u finanzjarji; iqis li s-sejbiet ta' tali studji għandhom jiġu eżaminati iktar mill-qrib biex ikun aċċertat jekk dawn humiex korretti u liema konklużjonijiet għandhom jittieħdu minnhom;

17.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jħaddnu kunċetti edukattivi u nazzjonali biex iqajmu l-kuxjenza tal-bniet għall-intraprenditorji u n-nisa fil-ġestjoni u jiżviluppaw ‧intraprenditorija żagħżugħa‧ fl-iskejjel sabiex tul il-kors ta' sena skolastika l-istudenti femminili jkunu jistgħu, jekk jixtiequ, jesperjenzaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta' negozju mit-twelid tiegħu, it-treġija u l-likwidazzjoni ta' kumpanija, filwaqt li jintrabat ma' dan il-proċess il-konsulenza minn għalliema u minn konsulenti minn ‧tixjiħ attiv‧ mill-komunità kummerċjali lokali.

18.

Jirrikonoxxi li minn età żgħira ħafna bniet ma jitħeġġux jistudjaw suġġetti tal-iskola jew tal-università li huma meqjusa bħala ‧tal-irġiel‧ minnhom innifishom, bħax-xjenza, il-matematika u t-teknoloġija; jirrakkomanda l-introduzzjoni fl-iskejjel ta' korsijiet inizjali dwar il-bażi tal-intraprenditorija u twessigħ tal-medda ta' suġġetti u karrieri possibbli miftuħa għall-bniet, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw il-bażi tal-għarfien u sensiela sħiħa ta' ħiliet neċessarji biex jirnexxu fin-negozju; jenfasizza l-importanza li titjieb l-impjegabilità tat-tfajliet u tan-nisa permezz ta' taħriġ tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja;

19.

Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jinkoraġġixxu programmi ta' intraprenditoriji jew ta' apprendistat ta' sena mmirati għat-tfajliet u skambji f'universitajiet madwar l-Ewropa, fejn l-istudenti jmexxu proġetti ta' żvilupp ibbażati fuq kunċetti reali tan-negozju bil-għan li jibdew kumpanija vijabbli u li tkun tagħmel il-qligħ waqt is-snin tal-edukazzjoni; jikkunsidra wkoll li attivitajiet minn għaqdiet ta' gradwati u ta' studenti għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-proċess biex tiddaħħal il-fiduċja u wkoll il-mentalità ta' ‧mudell‧ fl-istudenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prassi f'dan il-qasam;

20.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej jinsebilizzaw, u jippromwovu l-programm ta' skambju tal-intraprendituri Ewropej, ‧Erasmus għall-intraprendituri żgħar‧, li għandu l-għan speċifiku li jikkontribwixxi biex titjieb l-intraprenditorija, l-internazzjonalità u l-kompetittività ta' intraprendituri potenzjali li għadhom jibdew fl-UE u ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar li għadhom jibdew, u li joffru l-possibilità lill-intraprendituri ġodda biex jaħdmu sa 6 xhur ma' intraprenditur tal-esperjenza fl-SME tiegħu/tagħha f'pajjiż ieħor tal-UE; jirrakkomanda boroż ta' studju speċifiċi, bħall-għotjiet tal-UE ‧Leonardo da Vinci‧, biex jingħataw lil studenti tfajliet li għandhom potenzjal eċċezzjonali, li laħqu l-ogħla punti f'ċerimonji ta’ għoti ta’ premji għall-‧aqwa prattika‧ għal gradwati li kisbu suċċess;

21.

Jinsisti li l-Istati Membri jippromwovu aċċess ugwali għall-kuntratti tal-akkwist u jagħmlu l-politika tal-akkwist fis-settur pubbliku ‧newtrali għas-sessi‧;

Aċċess għal opportunitajiet ta' netwerks ta' negozji tradizzjonali u teknoloġiji tal-informazzjoni tal-komunikazzjoni

22.

Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali mmirati lejn l-istabbiliment ta' ċentri transkonfinali ta' appoġġ għall-intraprendituri nisa sabiex jipprovdu bażi għall-iskambji ta' esperjenza, ir-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi, u d-disseminazzjoni tal-aħjar prassi;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jutilizzaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex ikun hemm sensibilizzazzjoni u appoġġ fin-netwerking għan-nisa; jirrikjedi li l-qasma diġitali madwar l-Ewropa tiġi indirizzata permezz tat-titjib tal-konnessjonijiet broadband, u b'hekk ikun possibbli li n-nisa jkollhom il-flessibilità li jmexxu negozji mid-dar jekk ikunu jixtiequ dan;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kmamar tal-kummerċ lokali, f'NGOs speċifiċi, fi gruppi li jagħmlu pressjoni u f'organizzazzjonijiet ibbażati fl-industrija li jifformaw l-integrazzjoni ġenerali tal-komunità kummerċjali biex huma jkunu jistgħu jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet kummerċjali tal-kompetittività, u jistieden lill-kmamar tal-kummerċ biex jagħmlu l-parti tagħhom li jistiednu attivament lil intraprendituri nisa biex ikunu involuti u biex jippromwovu t-twaqqif ta' servizzi speċjali u gruppi rappreżentattivi għal intraprendituri nisa li jassistu t-tisħiħ u l-iżvulupp tagħhom f'kultura intraprenditorjali;

25.

Jitlob lill-Istati Membri jenfasizzaw ir-rwol tal-NGOs fit-tħeġġiġ u fl-iffaċilitar tal-intraprenditorija tan-nisa;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prassi sabiex tinkoraġġixxi l-intraprenditorija fost in-nisa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej iħeġġu u jagħmlu provediment għal intraprendituri nisa biex ikunu marbuta mas-sħab xierqa tan-negozji f'oqsma oħra sabiex huma jkun jista’ jkollhom l-opportunità li jaqsmu l-esperjenzi u l-prattiki u jiksbu fehim aħjar tad-dinja kummerċjali fil-wisa' tagħha;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kunsilli konsultattivi b'għarfien espert speċifiku dwar l-isfidi u l-ostakoli li jħabbtu wiċċhom l-intraprendituri nisa bħala parti min-network tal-Enterprise Europe, li jista' jservi wkoll ta' punti uniċi ta' kuntatt għal każijiet ta' diskriminazzjoni mill-fornituri ta' servizzi finanzjarji dwar l-aċċess għall-kreditu;

28.

Jirrikonoxxi l-importanza ta' ambaxxaturi nisa, pereżempju n-Netwerk Ewropew ta’ Ambaxxaturi Nisa tal-Intraprenditorija (ENFEA), li jenfasizza r-rwol li n-nisa jista' jkollhom fil-ħolqien ta' impjiegi u jippromwovi l-kompetittività billi jispira lin-nisa u lill-bniet biex jiżviluppaw negozju tagħhom bis-saħħa ta' attivitajiet fl-iskejjel, universitajiet, gruppi komunitarji u l-midja; jinnota li l-Ambaxxaturi għandu jkollhom sfondi, etajiet u esperjenzi differenti u jkunu attivi fl-industriji kollha;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tmexxi kampanja li tippromwovi l-involviment tan-nisa fix-xogħol permezz tat-twaqqif tal-kumpaniji tagħhom, u fl-istess ħin biex tipprovdi informazzjoni dwar id-diversi strumenti disponibbli li jiffaċilitaw il-bidu tan-negozji;

30.

Iqis li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi, b'kooperazzjoni mal-missjonijiet kummerċjali tal-Istati Membri, jistgħu jgħinu biex jiġu żviluppati netwerks ta' SMEs immexxija min-nisa;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data komparabbli u komprensiva dwar l-intraprenditorija femminili fl-Unjoni Ewropea (bħalma hija l-età tal-intraprendituri femminili, it-taqsima tan-negozju, id-daqs tan-negozju, kemm ilu jeżisti n-negozju u l-etniċità skont ir-regolamenti tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-data personali) bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, b'tali mod li ma titfax piż żejjed fuq l-SMEs, u tanalizza dawn id-data fir-rapport annwali fuq l-SMEs tal-UE tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-SME; iqis li d-data u l-informazzjoni miġbura għandhom jilluminaw lill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-problemi speċifiċi li intraprendituri nisa jaffaċċjaw;

32.

Jilqa' l-istudju tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-innovaturi nisa u l-intraprenditorija, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaderixxu mar-rakkomandazzjonijiet politiċi tiegħu;

33.

Jitlob li jittieħdu miżuri mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali jittrattaw l-intraprendituri nisa bl-istess mod bħala huma ttrattati l-impjegati meta jiġu għal servizzi soċjali u komunitarji oħra, u biex titjieb il-pożizzjoni soċjali tal-kointraprendituri u l-intraprendituri nisa fl-SMEs – permezz ta' arranġament aħjar tal-maternità, faċilitajiet aħjar tal-kura tat-tfal u tal-kura tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll dispożizzjoni aħjar tas-sigurtà soċjali, u billi jitkissru l-isterjotipi bbażati fuq is-sessi – u biex titjieb il-pożizzjoni kulturali u legali tagħhom, speċjalment fir-riċerka, fix-xjenza, fl-inġinerija, fil-medja l-ġodda, fl-ambjent, fit-teknoloġija ambjentali u ta' livell ta' karbonju baxx, fis-setturi agrikoli u industrijali f'żoni urbani u rurali;

34.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżaminaw l-ostakli għall-awtoimpjieg minn nisa Roma, biex joħolqu programmi li jagħmlu reġistrazzjoni aċċessibbli, rapida u mhux għolja possibbli għal intraprendituri nisa Roma u għal persuni impjegati għal rashom u biex jistabbilixxu modi għal kreditu aċċessibbli – inkluż il-mikrokreditu – għall-finanzjament ta' intrapriżi ta' nisa Roma, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa dawn l-attivitajiet permezz ta' mekkaniżmi rilevanti ta' fondi;

35.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiġġieldu b'mod attiv l-awtoimpjieg falz billi jiddefinixxi b'mod effettiv l-awtoimpjieg u jissanzjonaw l-awtoimpjieg falz;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu programm immirat biex jgħin lil dawk li jkunu attivi fix-xogħol domestiku, fix-xogħol tal-kura u f'xogħol ieħor ta' servizz, prinċipalment in-nisa, li la huma impjegati u lanqas huma impjegati għal rashom, biex jidħlu fl-impjieg għal rashom iddikjarat jew jistabbilixxu l-intrapriża tagħhom;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru appoġġ lil nisa li qed jippjanaw li jibdew jew li jixtru kumpanija, jew li jibdew imexxu negozju tal-familja, inklużi dawk li huma involuti fil-professjonijiet liberali bħalma huma dawk li jkollhom uffiċċju legali jew mediku privat; iqis li l-appoġġ għandu jikkonsisti f'seminars u workshops xierqa ta' taħriġ sabiex jagħmluha possibbli għal dawn in-nisa li jiksbu l-ħiliet maniġerjali biex jaffaċċjaw b'suċċess sitwazzjoni ta' akkwist, partikolarment evalwazzjonijiet, l-ivvalutar ta' kumpanija u kwistjonijiet bankarji u legali; jirrikonoxxi li għandha tingħata attenzjoni partikulari lil nisa taħt il-25 sena u dawk ta' 'l fuq minn 50, minħabba li dawn huma l-iktar persuni milquta mill-kriżi finanzjarja;

38.

jistieden lill-Polonja tenfasizza l-intraprenditorija tan-nisa matul il-presidenza tagħha, partikolarment fil-bidu ta' Ottubru permezz tal-Ġimgħa Ewropea tal-SME; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, kemm jista' jkun malajr, pjan ta' azzjoni biex jiżdied il-proporzjon tan-nisa intraprendituri, u biex tniedi kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jkissru l-isterjotipi fejn skonthom in-nisa mhumiex kapaċi jkunu mexxejja tajbin fin-negozju;

39.

Jistieden lin-negozji tal-familji jipprovdu l-istess livell ta' oppportunità għall-qraba nisa – bħall-ulied bniet – meta jqisu li jħallu kumpanija lil xi ħadd jew li jittrasferixxuha;

40.

Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri li jagħmluha eħfef li wieħed jirrikonċilja t-talbiet li jikkompetu ma' xulxin tal-familja u tal-ħajja privata, li jiffaċilitaw l-impjieg tan-nisa u jgħinu biex jitjiebu l-prospetti tal-karriera għal dawk impjegati għal rashom;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproteġi l-immaġini tan-nisa fil-forom kollha tal-medja tal-komunikazzjoni, u b'hekk tiġġieled kontra l-idea miksuba li n-nisa huma vulnerabbli min-natura tagħhom u li huma suppost inkapaċi li jkollhom kwalitajiet kompetittivi u ta' tmexxija ta' negozju;

42.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn li jitħeġġu inizjattivi li jgħinu biex jitfasslu u jiġu implimentati politiki pożittivi ta' azzjoni u ta' riżorsi umani fil-livell tal-kumpanija li jippromwovu l-ugwaljanza tas-sessi, filwaqt li jitpoġġa enfasi ikbar fuq il-miżuri ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ li jservu biex jippromwovu, jittrasferixxu u jinkorporaw prattiki li kellhom suċċess f'organizzazzjonijiet u f'kumpaniji;

43.

Jirrikonoxxi li fit-23 ta' Frar 2011 ir-reviżjoni tas-Small Business Act għall-Ewropa tat aġenda b'saħħitha għall-SMEs, imma jitlob li l-idea ta' ‧aħseb fiż-żgħir l-ewwel‧ xorta titqies f'kull ma jimplimentaw l-UE u l-Istati Membri;

44.

Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw programmi mfassla biex jagħmluha possibbli li nisa migranti jaħdmu fuq bażi ta' impjieg għal rashom jew li jibdew negozju permezz ta' politiki ta' taħriġ u ta' konsulenza u miżuri ta' appoġġ għall-aċċess għall-kreditu;

45.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu kumpaniji li qed jipprovaw jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u jiffaċilitaw il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, filwaqt li l-objettiv ikun li wieħed jgħin li jinxterdu l-prattiki ta' eċċellenza f'dan il-qasam;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu rappreżentanza bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet ta' ġestjoni tal-kumpaniji, partikolarment fejn l-Istati Membri jkollhom l-ishma;

47.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu r-Responsabilità Soċjali Korporattiva fost in-negozji ta' sidien nisa biex jgħinu jiżguraw li x-xogħol u l-ħinijiet ta' ħidma tan-nisa jkunu organizzati fuq bażi iktar flessibbli u biex iħeġġu l-provvediment ta' servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-familja;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi politiki ta' taħriġ vokazzjonali u programmi għan-nisa, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet ta' litteriżmu tal-kompjuter, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi industrijali, b'kunsiderazzjoni tal-appoġġ finanzjarju disponibbli fil-livelli lokali, nazzjonali u Komunitarji u billi jiġu provduti iktar inċentivi biex dawn jintużaw minn kumpaniji kbar u SMEs;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-appoġġ mogħti lill-programmi ta' taħriġ vokazzjonali għan-nisa fl-SMEs industrijali u tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, skont is-Seba' Programm Qafas u l-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar, kif approvata fl-Anness III tal-konkużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Santa Maria da Feira tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000;

50.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn li jitħeġġeġ l-istabbiliment tan-netwerks tan-nisa fi ħdan kumpaniji, bejn kumpaniji fl-istess settur industrijali u bejn is-setturi industrijali;

51.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jfasslu u jimplimentaw strateġiji biex jindirizzaw id-diskrepanzi kemm fl-ambjent tax-xogħol kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp tal-karriera għan-nisa li jaħdmu fix-xjenza u t-teknoloġija;

52.

Iqisha bħala ħaġa importanti li jinxterdu prattiki tajbin dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fir-riċerka industrijali u fl-industriji innovattivi; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li l-ġestjoni fil-kumpaniji industrijali b'parteċipazzjoni baxxa tan-nisa ssir iktar konxja mill-perspettiva tas-sessi, li għandha tiġi tinqaleb f'objettivi numeriċi;

*

* *

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(4)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.

(5)  ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 48.

(6)  ĠU C 316 E, 22.12.2006, p. 378.

(7)  ĠU C 279E, 20.11.2003, p. 78.

(8)  ‘A Framework for Addressing and Measuring Entrepreneurship’ minn N. Ahmad u A.N. Hoffman, l-24 ta' Jannar 2008, STD/DOC (2008) 2.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/66


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE (2009)

P7_TA(2011)0377

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-27 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-UE (2009) (2011/2027(INI))

2013/C 51 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (1),

wara li kkunsidra is-27 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Dritt tal-UE (2009) (COM(2010)0538),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SEC(2010)1143) u SEC(2010)1144),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat ‧Rapport ta' Evalwazzjoni tal-proġett “EU Pilot” ‧ (COM(2010)0070),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (SEC(2010)1371),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 intitolat ‧Ewropa Li Tikseb ir-Riżultati – L-applikazzjoni tad-Dritt Komunitarju‧ (COM(2007)0502),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward il-ksur tad-dritt Komunitarja (COM(2002)0141),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-26 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-dritt Komunitarja (2008) (2),

wara li kkunsidra r-risposta tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-26 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt Komunitarju (2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0249/2011),

A.

billi t-Trattat ta’ Lisbon daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009 u daħħal għadd ta’ bażijiet legali ġodda bil-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE,

B.

billi, skont l-Artikolu 298 TFUE, fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti,

1.

Huwa tal-fehma li l-Artikolu 17 TUE jiddefinixxi r-rwol fundamentali tal-Kummissjoni bħala ‘għassiesa tat-Trattati’; f’dan il-kuntest, il-poter u d-dover tal-Kummissjoni li tmexxi proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru li ma jkunx wettaq obbligu skont it-Trattati inklużi obbligi fir-rigward tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, huwa ġebla tax-xewka tal-ordni ġuridiku tal-UE u hu konsistenti mal-kunċett ta’ Unjoni msejsa fuq l-istat ta’ dritt;

2.

Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-istat tad-dritt bħala kundizzjoni mhux biss għal-leġittimità ta' kwalunkwe forma ta' governanza u amministrazzjoni u għal demokrazija ġenwina fejn l-azzjonijiet speċifiċi jkunu konformi man-normi ġenerali stabbiliti, iżda wkoll għall-prevedibilità u għall-validità oġġettiva tad-deċiżjonijiet, u bħala garanzija li ċ-ċittadini jistgħu jgawdu drittijiethom bis-sħiħ u b'mod effikaċi kif stipulat mil-liġi;

3.

Jenfasizza li s-27 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Dritt tal-UE juri li, minkejja li l-Kummissjoni fetħet inqas każijiet ta' ksur, fl-aħħar tas-sena 2009 xorta kienet għadha qed taħdem fuq madwar 2 900 ilment u fajl dwar ksur, u li f’aktar minn nofs il-każijiet, l-Istati Membri kienu waqgħu lura fit-traspożizzjoni tagħhom tad-direttivi, sitwazzjoni li ċertament mhix sodisfaċenti u li l-parti l-kbira tar-responsabilità għaliha hija tal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

4.

Jinnota li l-proċedura ta’ ksur tikkonsisti f’żewġ fażijiet: l-istadju amministrattiv (ta’ investigazzjoni) u l-istadju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; iqis li r-rwol taċ-ċittadin bħala kwerelant huwa vitali fil-fażi amministrattiva għal garanzija ta’ osservanza tad-dritt tal-Unjoni in situ, li huwa rikonoxxut għal darba oħra mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Marzu 2002 msemmija aktar ’il fuq; iqis li għalhekk huwa importantissmu li jkunu ggarantiti t-trasparenza, il-ġustizzja u l-affidabilità tal-proċeduri li jippermettu liċ-ċittadin jintebaħ bi ksur tad-Dritt tal-Unjoni u jressaq l-istess ksur għall-attenzjoni tal-Kummissjoni;

5.

Jinnota li permezz tal-Proġett EU Pilot, il-Kummissjoni għandha l-għan li tkattar ‘l-impenn, il-kooperazzjoni u s-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri’ (3) u qed tikkunsidra kif, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tittratta l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; iqis li din l-inizjattiva twieġeb parzjalment għall-bżonn ġdid ta' kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi li ċ-ċittadini jkunu dejjem inklużi fir-rigward tal-osservanza mad-dritt tal-UE;

6.

Jinnota li minn naħa ċ-ċittadini huma ppreżentati bħala dawk li għandhom rwol essenzjali fl-iżgurar tal-osservanza mad-dritt tal-UE in situ (4), filwaqt li min-naħa l-oħra – fl-EU Pilot – huma jistgħu jiġu esklużi ulterjorment minn kwalunkwe proċedura sussegwenti; iqis li dan għandu jkun evitat billi l-EU Pilot jiġi ttrattat bħala alternattiva simili għal ‧medjazzjoni‧ fejn iċ-ċittadini huma involuti b’mod sħiħ u integrati bħala l-kwerelanti inizjali; hu tal-fehma li dan ikun jirrifletti aħjar l-għanijiet tat-Trattat li ‧d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin‧ (Artikolu 1 TUE), li ‧l-istituzzjonijiet tal-Unjoni … għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ‧ (Artikolu 15 TFUE) u li ‧fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jingħataw attenzjoni ndaqs mill-istituzzjonijiet‧ (Artikolu 9 TUE);

7.

Jinnota l-għadd ta' petizzjonijiet li ma tistax tinstab soluzzjoni għalihom skont il-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE jew skont normi tat-trattati applikati direttament, imma li minkejja kollox jindikaw ksur tal-prinċipji meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni li jikkorrispondu mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, filwaqt li l-Artikolu 7 TUE li jirregola l-proċeduri għat-tħaddin ta' dawn il-valuri;

8.

Jinnota li l-poter diskrezzjonali kkonferit lill-Kummissjoni permezz tat-Trattati għat-trattament tal-proċess ta’ ksur għandu jirrispetta l-istat ta’ dritt, ir-rekwiżit tat-trasparenza u l-ftuħ u l-prinċipju tal-proporzjonalità, u ma għandu qatt jipperikola l-ewwel għan ewlieni ta’ dak il-poter, jiġifieri li jiggarantixxi l-applikazzjoni f’waqtha u korretta tad-Dritt tal-Unjoni; itenni li ‘d-diskrezzjoni assoluta flimkien man-nuqqas assolut ta’ trasparenza huwa fundamentalment kuntrarju għall-istat ta’ dritt’ (5);

9.

Jitlob lill-Kummissjoni ddaħħal aktar trasparenza fil-proċedimenti ta’ ksur u tinforma liċ-ċittadini kemm jista' jkun malajr, u b'mod xieraq, dwar l-azzjoni meħuda fuq it-talbiet tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi paramentru referenzjarju għall-osservanza tal-Istati Membri mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja;

10.

Jinnota li biex l-EU Pilot jiġi operattiv, il-Kummissjoni ħolqot bażi tad-data elettronika kunfidenzjali għall-komunikazzjoni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri; itenni li hemm nuqqas ta’ trasparenza vis-à-vis l-kwerelanti fl-EU Pilot u jtenni wkoll it-talba tal-Parlament li jingħata aċċess għall-bażi tad-data fejn jinġabru l-ilmenti kollha biex ikun jista’ jwettaq ir-rwol tiegħu ta’ skrutinju fuq ir-rwol tal-Kummissjoni bħala għassiesa tat-Trattati;

11.

Jilqa' l-impenji tal-Kummissjoni, imma jqis li jinħtieġu aktar sforzi mill-partijiet kollha kkonċernati – l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament – sabiex l-Unjoni u s-suq intern tagħha jsiru realtà tanġibbli għaċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tagħhom u l-impriżi tagħhom;

12.

Hu tal-fehma li l-inizjattiva ‘EU Pilot’ tista’ tagħti kontribut biex jissolvew il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-individwi u n-negozji fis-suq uniku u jistieden lill-Kummissjoni testendi l-kopertura tal-inizjattiva minn 24 għal 27 Stat Membru;

13.

Jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ħtieġa li titjieb il-prevenzjoni tal-ksur billi jintużaw l-istrumenti kollha eżistenti u billi jkun żgurat li jkun hemm biżżejjed mezzi disponibbli;

14.

Jenfasizza li ż-żamma tal-konsistenza fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri u l-iżgurar tar-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward jirrikjedu li l-Kummissjoni tinvestiga bir-reqqa u, jekk ikun meħtieġ, tibda proċedimenti ta' ksur meta petizzjoni jew ilment huma diretti kontra rifjut minn qorti nazzjonali li titlob sentenza preliminari meta din hija obbligata tagħmel dan skont it-trattati u l-acquis;

15.

Jilqa' l-fatt li ż-żmien meħtieġ għall-investigazzjoni ta' ksur allegat qsar bis-saħħa tal-metodu tal-proġett pilota, iżda jqis li l-Kummissjoni għandha tagħti kjarifika u informazzjoni ulterjuri biex il-Parlament ikun jista' jiġġudika s-suċċess ta' dan il-metodu mil-lenti tal-osservanza reali tal-Istati Membri;

16.

Jinnota li fit-tweġiba tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010, sar riferiment għall-kawżi tal-Qorti biss (6), u dan jikkonferma l-ħtieġa tal-Kummissjoni li tiżgura l-kunfidenzjalità tad-dokumenti marbuta mal-proċedimenti ta' ksur u l-investigazzjonijiet ta' qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta' ksur; ifakkar lill-Kummissjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma caħdet, f’dawk il-każijiet, li jeżisti interess pubbliku li jissoprasjedi kull interess ieħor li għandu mnejn jiġġustifika l-aċċess għad-dokumenti; jinnota wkoll li l-Ombudsman wera approċċ pożittiv għar-rilaxx ta’ dokumenti marbutin mal-proċedimenti ta’ ksur (7);

17.

Iqis li jista' jingħata iktar aċċess għall-informazzjoni dwar il-fajls ta' ksur mingħajr ma jkun ipperikolat l-għan tal-investigazzjoni u li interess pubbliku li jissoprasjedi għandu mnejn jiġġustifika l-aċċess għal dawn il-fajls, partikolarment f'każijiet li jinvolvu riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew ħsara irriversibbli għall-ambjent; jixtieq ukoll li jkun faċilitat l-aċċess għal informazzjoni li diġà tkun disponibbli għall-pubbliku fuq il-fajls ta' ksur;

18.

Għaldaqstant jistieden għal darb’ oħra lill-Kummissjoni tipproponi liġi proċedurali fil-forma ta' regolament skont il-bażi ġuridika ġdida tal-Artikolu 298 TFUE, li tistipula l-aspetti varji tal-proċediment ta' ksur, inklużi n-notifiki, il-limiti taż-żmien vinkolanti, id-dritt għas-smigħ, l-obbligu tal-għoti ta' raġunijiet u d-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tagħha, sabiex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini u tkun żgurata t-trasparenza;

19.

Jinnota li ħafna petizzjonijiet jirreferu għal kunflitti ta' interess bejn dawk li jieħu d-deċiżjonijiet u jappoġġja bil-qawwa l-adozzjoni ta' regolament dwar il-proċeduri amministrattivi tal-UE li għandu jinkludi wkoll il-prinċipji ġenerali dwar il-proċedimenti ta' ksur;

20.

Jinnota f’dan il-kuntest ir-risposta tal-Kummissjoni għat-talba tal-Parlament għal liġi proċedurali fejn fissret id-dubji tagħha dwar il-possibilità tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe regolament futur imsejjes fuq l-Artikolu 298 TFUE minħabba l-poter diskrezzjonali konferit fuq il-Kummissjoni mit-Trattati sabiex din ‘torganizza l-mod kif tiġġestixxi l-proċedimenti ta’ ksur u x-xogħol marbut mal-istess ħalli tiżgura l-applikazzjoni korretta tad-Dritt tal-UE’; huwa konvint li tali liġi proċedurali m’għandha bl-ebda mod tillimita l-poter diskrezzjonali tal-Kummissjoni imma sservi biss ta’ garanzija li fl-eżerċizzju tal-poter tagħha, hija tirrispetta l-prinċipji ta’ ‘amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti’ kif jingħad fl-Artikolu 298 TFUE u fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

21.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali li jinkludi l-Petizzjoni 1028/2009 b'talba għal normi vinkolanti dwar il-proċedimenti ta’ ksur fil-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma li ħoloq għall-Artikolu 298 TFUE;

22.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-20 ta’ Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-kwerelant fir-rigward tal-ksur tad-dritt tal-UE tinkludi fiha passi proċedurali li l-Kummissjoni tqis li huma aċċettabbli f’dak li għandu x’jaqsam mar-regolamentazzjoni tad-diskrezzjoni tagħha u li għalhekk ma joħolqu ebda xkiel biex regolament jiġi msejjes fuq dan l-istrument; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi dik il-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ma tużux is-soft law meta tkun qed tittratta proċedimenti ta’ ksur imma li tipproponi regolament ħalli l-Parlament jiġi nvolut b’mod sħiħ bħala koleġiżlatur f’element daqstant essenzjali tal-ordni ġuridiku tal-UE;

23.

Jinnota b’mod partikolari li l-Kummissjoni qed tippjana li tirrevedi l-politika ġenerali tagħha dwar ir-reġistrazzjoni tal-ilmenti u r-relazzjonijiet mal-kwerelanti fid-dawl tal-esperjenza miksuba tal-metodi ġodda li qed jiġu ttestjati issa; huwa mħasseb dwar ir-rinunzja min-naħa tal-Kummissjoni tal-użu tal-proċedimenti ta’ ksur bħala għodda essenzjali għalbiex ikun żgurat li l-Istati Membri japplikaw id-Dritt tal-Unjoni b’mod f’waqtu u korrett; jisħaq li dan hu dmir impost fuq il-Kummissjoni mit-Trattati li ma jistax jiġi rinunzjat unilateralment; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prova, permezz ta’ data konsistenti, tas-suċċess mistqarr ta’ dawn il-‘metodi l-ġodda’, b’data dettaljata ta’ qabel u wara l-EU Pilot u li tinkludi fir-regolament futur il-prinċipji u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-ilmenti u kwalunkwe drittijiet oħra tal-kwerelant;

24.

Jilqa’ l-element ġdid fl-Artikolu 260 TFUE li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq Stat Membru għat-traspożizzjoni tardiva ta’ direttiva meta tkun qed tressaq każ quddiem il-Qorti skont it-termini tal-Artikolu 258 TFUE; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar l-użu ta' din is-setgħa diskrezzjonarja ġdida, biex tiggarantixxi trasparenza akbar;

25.

Tqis li huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tuża dan il-mezz u kull mezz ieħor possibbli biex tiggarantixxi li l-Istati Membri jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod f’waqtu u korrett, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ każijiet ambjentali;

26.

Jenfasizza li t-traspożizzjoni f'waqtha tad-direttivi tal-UE hija essenzjali għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq uniku għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-impriżi fl-UE; jilqa' l-progress li sar biex jintlaħaq dan l-għan, iżda għadu mħasseb dwar l-għadd għoli ta’ każijiet ta’ ksur miftuħin minħabba t-traspożizzjoni tardiva tad-direttivi;

27.

Japprova l-inizjattivi meħudin mill-Istati Membri biex jottimizzaw it-traspozizzjoni tad-direttivi tas-suq uniku, bħall-ħolqien ta’ inċentivi adatti għad-dipartimenti relevanti kif ukoll it-twaqqif ta' sistemi ta' twissija għal meta tkun qed toqrob l-iskadenza għat-traspożizzjoni;

28.

Jitlob lill-Kummissjoni tissokta bil-promozzjoni tal-‘aħjar prattiki’ fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, billi tibni fuq ir-rakkomandazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2009 dwar miżuri għal titjib fil-funzjoni tas-suq uniku (8);

29.

Jinnota li l-qrati nazzjonali għandhom rwol vitali fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-UE biex iżżid u tikkoordina t-taħriġ ġudizzjarju għall-imħallfin nazzjonali, il-professjonisti fil-qasam legali u l-uffiċjali u l-ħaddiema taċ-ċivil li jaħdmu fl-amministrazzjonijiet nazzjonali;

30.

Jenfasizza li filwaqt li l-Kummissjoni għandha raġun tindika li primarjament huwa dmir is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri li jieħdu passi meta jkun hemm ksur tad-dritt tal-UE, iċ-ċittadini sikwit iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet konsiderevoli li jirriżultaw minn proċeduri tal-qorti nazzjonali, li jaf jiswew ħafna flus jew ikunu twal wisq; għaldaqstant, iqis li l-linji gwida stipulati fil-Programm ta’ Stokkolma għandhom jiġu segwiti;

31.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tuża iktar il-missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti biex tinvestiga ksur in situ u jqis li għandha taħdem għal koordinazzjoni u sinerġiji mal-missjonijiet imwettqa mill-PE, b’mod partikolari l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, filwaqt li tiġi rrispettata l-indipendenza ta' kull istituzzjoni;

32.

Jinnota li l-possibilità għaċ-ċittadini, l-impriżi jew l-interessi tas-soċjetà ċivili li jressqu l-proċedimenti tagħhom quddiem il-korpi ta’ reviżjoni amministrattiva, qrati jew tribunali tal-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tad-Dritt tal-UE hija separata, indipendenti u mhux inkontradizzjoni mat-twettiq ta’ proċedimenti ta’ ksur min-naħa tal-Kummissjoni;

33.

Jiddispjaċih li għadd kbir wisq ta’ proċedimenti ta’ ksur jieħdu ħafna żmien biex jingħalqu jew jitressqu quddiem il-Qorti tal-Gustizzja; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex tinstab soluzzjoni għall-proċedimenti ta’ ksur, u jitlob lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-ksur f’setturi differenti b’mod aktar sistematiku u trasparenti;

34.

Jinsab imħasseb dwar l-għadd għoli ta’ ksur fl-oqsma tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, is-servizzi u l-akkwist pubbliku; huwa tal-opinjoni li kjarifika ulterjuri tal-qafas legali f'dawn l-oqsma tkun utli sabiex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali fil-proċess ta' implimentazzjoni;

35.

Jilqa’ l-ħolqien ta’ bażi tad-data pubblika tal-leġiżlazzjoni u l-każistika fil-qasam tal-prattiki kummerċjali inġusti; huwa tal-fehma li inizjattivi simili għandhom jitqiesu f’oqsma oħrajn;

36.

Ifakkar l-importanza tas-SOLVIT sabiex jgħin lill-konsumaturi u lin-negozji tal-UE jgawdu drittijiethom fis-suq uniku; jilqa' l-progress li sar fit-titjib tal-funzjonament tas-SOLVIT u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħuh aktar;

37.

Iqis li huwa importanti li ċ-ċittadini tal-UE jiġu mgħarrfa b’mod iktar sħiħ u prattiku dwar id-drittijiet tagħhom fis-suq uniku; jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tal-portal l-Ewropa Tiegħek;

38.

Jindika li l-proċeduri ġudizzjarji jiswew ħafna flus u jirrikjedu ħafna ħin kemm għall-individwi u kemm għan-negozji, u jirrappreżentaw piż sinifikanti fuq il-qrati tal-UE u dawk nazzjonali, li diġà huma mgħobbijin iżżejjed; jenfasizza l-importanza ta' miżuri preventivi u mekkaniżmi alternattivi xierqa għas-sejba ta’ soluzzjoni għat-tilwim sabiex jitnaqqas dan il-piż;

39.

Jindika li l-mekkaniżmu ta' petizzjoni għadu qed jintuża miċ-ċittadini, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-impriżi l-aktar biex jirrappurtaw, u jilmentaw dwar, nuqqas ta' osservanza mad-dritt tal-UE minn awtoritajiet tal-Istati Membri f’livelli differenti. Il-kwistjonijiet ewlenin invokati huma relatati mal-ambjent u mas-suq intern, filwaqt li l-moviment ħieles, id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza jissemmew bi prominenza;

40.

Iqis li ħafna petizzjonijiet jirreferu għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, anki meta l-Karta ma tkunx tapplika għall-atti tal-Istati Membri, filwaqt li oħrajn jinvokaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE; jinsab mħasseb li ċ-ċittadini jħossuhom żgwidati dwar l-ambitu proprju tal-applikazzjoni tal-Karta, u jqis li huwa importanti ħafna li jiġi ċċarat l-ambitu tal-applikabbiltà u tal-infurzar tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jenfasizza li l-prinċipju tas-sussidjarjetà, li huwa pilastru bażiku tal-Unjoni Ewropea, irid jiġi spjegat sew sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini ma jitgerfxux rigward l-applikabilità tal-Karta;

41.

Jilqa' t-taqsima speċifika dwar il-petizzjonijiet fis-27 rapport annwali, kif mitlub mill-Parlament, fejn il-Kummissjoni tagħti rendikont tal-petizzjonijiet ġodda li rċeviet u tiddikjara li ‘anki jekk ħafna mill-petizzjonijiet ma jinvolvux ksur, jipprovdu lill-Parlament u lill-Kummissjoni b'informazzjoni siewja dwar it-tħassib taċ-ċittadini’;

42.

Jesiġi li l-Kunsill, skont ma’ jingħad fl-istqarrija tiegħu stess f’punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, jitlob lill-Istati Membri jfasslu u jippubblikaw tabelli li jagħtu eżempju tal-korrelazzjoni bejn id-direttivi u l-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali; jenfasizza li dawn it-tabelli huma essenzjali biex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja b'mod effettiv il-miżuri ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha;

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Ombudsman Ewropew u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(2)  Testi adottati P7_TA(2010)0437.

(3)  Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Proġett EU Pilot, p. 2.

(4)  Ara l-kommunikazzjoni mill-Kummissjoni msemmija hawn fuq, tal-20 ta' Marzu 2002, p. 5: ‧il-Kummissjoni rrikonoxxiet regolarment ir-rwol vitali tal-kwerelant meta jinnota ksur tal-liġi tal-Kommunità‧.

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-26 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea (2008) (Testi adottati, P7_TA(2010)0437).

(6)  Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-105/95 WWF UK v l-Kummissjoni [1997] ECR II-313 u fil-Kawża T191/99 Petrie u Oħrajn v l-Kummissjoni [2001] II-3677 u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2010 fil-Kawżi Magħquda C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P Ir-Renju tal-Isvezja v l-“Association de la presse internationale” u l-Kummissjoni Ewropea, l-“Association de la presse internationale ASBL” v l-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea v l-“Association de la presse internationale”, li għadhom ma ġew rappurtati fil-Ġabra tal-Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

(7)  Ara http://www.ombudsman.europa.eu/cases/decision.faces/en/10096/html.bookmark.

(8)  ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/72


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
L-aċċess pubbliku għad-dokumenti 2009-2010

P7_TA(2011)0378

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Artikolu 104(7)) għas-snin 2009-2010 (2010/2294(INI))

2013/C 51 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 10 u 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 15 u 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 (id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (3),

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ġenerali dwar l-aċċess għad-dokumenti, u partikolarment is-sentenzi tal-Qorti fil-kawżi Turco (kawżi magħquda C-39/05 P u C-52/05 P) (4), Bavarian Lager (kawża C-28/08) (5), Volker und Marcus Schecke (kawżi magħquda C-92/09 u C-93/09) (6), Technische Glaswerke Ilmenau - TGI (C-139/07 P) (7), u API (kawżi magħquda C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P) (8) u s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi ta’ Access Info Europe (T-233/09) (9), MyTravel (kawża T-403/05) (10), Borax (kawżi T-121/05 u T-166/05) (11), Joséphidès (kawża T-439/08) (12), Co-Frutta (kawżi magħquda T-355/04 u TT-446/04) (13), Terezakis (kawża T-380/04) (14), Agrofert Holdings (kawża T-111/07) (15), u Editions Jacob (kawża T-237/05) (16),

wara li kkunsidra l-attivitajiet u d-dokumenti prodotti mill-Ombudsman Ewropew dwar il-kwistjoni tal-aċċess għad-dokumenti, kif ukoll mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) fir-rigward tal-bilanċ ġust bejn it-trasparenza u l-protezzjoni tad-data,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0229),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2011)0137),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU/KEE tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-2008 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Aċċess għad-Dokumenti Uffiċjali,

wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali għall-2009 u l-2010 mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar l-aċċess għad-dokumenti, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001,

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-2010 dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (17),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (19), tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2009 (20), u tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar it-titjib meħtieġ fil-qafas legali għall-aċċess għad-dokumenti wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, Regolament (KE) Nru 1049/2001 (21),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 u l-Artikolu 104(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0245/2011),

A.

billi t-Trattat ta’ Lisbona introduċa qafas kostituzzjonali ġdid tat-trasparenza istituzzjonali tal-UE – bl-għan ta’ amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti (l-Artikolu 298 TFUE) - billi stabbilixxa dritt fundamentali sod dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE; billi dan id-dritt jingħata permezz tat-Trattat, mhux biss liċ-ċittadini tal-UE iżda wkoll lil kull persuna fiżika jew ġuridika residenti fi Stat Membru u għandu jiġi eżerċitat b’konformità mal-prinċipji ġenerali u l-limiti (stabbiliti bl-għan li jiġu protetti ċerti interessi pubbliċi jew privati) stabbiliti mir-regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (l-Artikolu 15 TFUE),

B.

billi issa hi regola ġenerali li l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi għandu jiġi kompletament provdut, filwaqt li l-eċċezzjonijiet fir-rigward tad-dokumenti mhux leġiżlattivi għandhom jitnaqqsu, u billi ż-żewġ approċċi m’għandhomx idgħajfu lil xulxin,

C.

billi t-Trattati l-ġodda ma jsemmux iktar li l-Kunsill irid ‘jippreserva l-effettività tiegħu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet’ (Artikoli 255 u 207(3) tat-TKE preċedenti) – l-hekk imsejjaħ ‘spazju għall-ħsieb’ – bħala limitu possibbli għat-trasparenza safejn dan jikkonċerna l-proċeduri leġiżlattivi; billi għall-proċeduri amministrattivi l-'ispazju għall-ħsieb' għandu jkun konformi mal-Artikolu 1 tat-TUE u l-Artikolu 298 tat-TFUE, li jirrikjedu ġestjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti,

D.

billi t-trasparenza hi parti essenzjali mid-demokrazija parteċipattiva, li hi kumplimentari għad-demokrazija rappreżentattiva, fuq liema hu bbażat it-tħaddim tal-Unjoni, kif imniżżel b’mod espliċitu fl-Artikoli 9-11 TUE, li jippermettu liċ-ċittadin jipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jeżerċita l-iskrutinju pubbliku u b'hekk jiżguraw il-leġittimità ta’ sistema politika demokratika,

E.

billi ċ-ċittadini qed jitlobu għal iktar demokrazija, trasparenza, u ftuħ min-naħa tal-istituzzjonijiet u tal-atturi politiċi u għal ġlieda iktar b’saħħitha kontra l-korruzzjoni; billi l-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni huwa wieħed mill-modi kif jiġu żgurati l-involviment taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku u l-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha,

F.

billi, barra minn dan, l-UE qed tirriskja b’mod progressiv li ssir il-mira tal-kritika minħabba n-nuqqas kontinwu ta’ trasparenza u aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni liċ-ċittadini, kif intwera bl-impossibilità li jiġi adottat Regolament ġdid dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti, minħabba li l-Kummissjoni rrifjutat li taċċetta l-emendi tal-Parlament u minħabba n-nuqqas ta' rieda tal-Istati Membri li jiftħu d-dokumenti, id-diskussjonijiet u d-deliberazzjonijiet tagħhom għaċ-ċittadini u l-Parlament,

G.

billi għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri iktar stretti kontra l-korruzzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom immunità għaliha, fil-livelli kollha u kullimkien, u billi l-Parlament għandu jieħu lezzjoni mill-esperjenzi negattivi reċenti billi jfassal ir-regoli, inklużi r-regoli li jipprevedu trasparenza mtejba, fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-MEPs u tal-persunal tal-Parlament mal-“lobbyists” u mal-gruppi ta’ interess,

H.

billi, sabiex jiġu garantiti r-responsabilità u l-leġittimità ta’ sistema politika demokratika, iċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu kif jaġixxu r-rappreżentanti tagħhom, ladarba jiġu eletti jew maħtura f’korpi pubbliċi jew ikunu qed jirrappreżentaw lill-Istati Membri fil-livell Ewropew jew f’dak internazzjonali (il-prinċipju tar-responsabilità), kif jiffunzjona l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (inkluż id-dokumenti, l-emendi, il-kalendarji, l-atturi involuti, il-voti mitfugħin, eċċ.), u kif il-flus pubbliċi jiġu allokati u jintefqu, u x’riżultati jkollhom (il-prinċipju tat-traċċabilità tal-fondi),

I.

billi r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kurrenti ma jagħtix definizzjonijiet ċari tad-diversi kwistjonijiet importanti, bħad-dritt tal-veto tal-Istati Membri, il-limitazzjonijiet tal-‘ispazju għall-ħsieb’, definizzjoni ċara u stretta tal-eċċezzjonijiet, il-klassifikazzjoni tad-dokumenti, u l-ekwilibriju bejn it-trasparenza u l-protezzjoni tad-data,

J.

billi bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-UE kisbet kompetenzi ġodda fl-oqsma tal-liġi kriminali (l-Artikoli 82 u 83 tat-TFUE) u tal-kooperazzjoni tal-pulizija; billi tali kompetenzi ġodda jistgħu jaffettwaw id-drittijiet bażiċi tal-bniedem u jindikaw il-bżonn ta’ proċedura leġiżlattiva aktar miftuħa,

K.

billi l-Artikolu 15 tat-TFUE u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jintroduċu kunċett wiesa' tat-terminu ‘dokument’ li jkopri informazzjoni jkun xi jkun il-mezz tal-ħażna,

L.

billi l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mhix uniformi hekk kif l-istatistika turi varjazzjoni bejn l-istituzzjonijiet differenti; billi d-data kwantitattiva fir-Rapport Annwali għall-2009 skont l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mill-Istituzzjonijiet tal-UE tissuġġerixxi tnaqqis ġenerali fin-numru u fir-rata ta’ rifjuti, għal 12 % (22) (16 % fl-2008) fil-Parlament (33 każ), 22,5 % (23) (28 % fl-2008) fil-Kunsill (2 254 każ) u 11,65 % (13,99 % fl-2008) fil-Kummissjoni (589 każ), filwaqt li r-raġunijiet għar-rifjut varjaw fost l-istituzzjonijiet tal-UE fl-2009, waħda mill-eċċezzjonijet l-iktar użati kienet il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (il-Parlament (39,47 % (24)), il-Kunsill (39,2 % għall-applikazzjonijiet inizjali) (25), u l-Kummissjoni (26 %)) (26),

M.

billi l-Qorti Ġenerali fil-kawża Toland v Parlament (27) annullat id-deċiżjoni tal-Parlament Eworpew li tirrifjuta l-aċċess għar-rapport dwar is-Servizz ta’ Verifika Interna tad-9 ta’ Jannar 2008 intitolat ‘Verifika tal-’allowance’ tal-assistenza Parlamentari’,

N.

billi, fir-rigward tad-dokumenti sensittivi, il-Kummissjoni u l-Parlament fl-2009 ma daħħlu ebda dokument bħal dan fir-reġistri tagħhom, filwaqt li l-Kunsill daħħal 157 dokument sensittiv ikklassifikat ‘CONFIDENTIEL UE’ jew ‘SECRET UE’ minn 4445 dokument ikklassifikat b’dak il-mod,

O.

billi l-ftehimiet internazzjonali għandhom effetti legali fl-ordni legali tal-UE simili għal dawk tal-leġiżlazzjoni interna tal-UE, u billi l-pubbliku għandu jiġi infurmat bil-ftehimiet internazzjonali u jingħata l-aċċess għad-dokumenti relatati magħhom,

P.

billi r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistabbilixxi l-obbligu li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-aċċess parzjali għal dokument jekk partijiet biss minnu jkunu koperti mill-eċċezzjoni; billi aċċess parzjali mogħti ta’ spiss ikun limitat b’mod mhux xieraq u jestendi biss it-titolu jew il-paragrafi introduttorji tad-dokumenti filwaqt li l-aċċess għall-paragrafi sostantivi huwa pprojbit,

Q.

billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistabbilixxi “id-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju”; u billi għad hemm diskrepanzi serji fl-implimentazzjoni ta’ dan id-dritt, li joħloq pressjoni biex jiġu invokati r-regoli dwar l-aċċess pubbliku biex persuna tikseb l-aċċess għall-fajl tagħha stess,

R.

billi l-Artikolu 15 tat-TFUE jistabbilixxi obbligu ċar għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE li “iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod kemm jista’ jkun miftuħ”; billi dan l-obbligu japplika wkoll għall-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fi dmirijietha; billi dan l-obbligu ma jiġix rispettat fir-regoli ta’ proċedura standard tal-Kummissjoni għall-kumitati, li jistipulaw li d-diskussjonijiet u d-dokumenti kollha tal-kumitati relatati mal-proċeduri tal-“komitoloġija” għandhom ikunu kunfidenzjali;

Aċċess għad-dokumenti bħala dritt fundamentali

1.

Ifakkar li t-trasparenza hi r-regola ġenerali u bit-Trattat ta’ Lisbona (u bl-istess mod, minn meta l-Karta tal-UE tad-Drittijiet tal-Bniedem kisbet forza legali vinkolanti) saret dritt fundamentali taċ-ċittadin li hu legalment vinkolanti, u għaldaqstant kwalunkwe deċiżjonijiet li jċaħħdu l-aċċess għad-dokumenti jridu jkunu bbażati fuq eċċezzjonijiet ċari u definiti b’mod strett, spjegati b’mod raġunat u b’bażi tajba, li jippermettu liċ-ċittadin jifhem ir-rifjut u li juża b’mod effettiv ir-rimedji legali għalih disponibbli;

2.

Iqis li l-UE għandha tkun minn ta’ quddiem nett, waqt li tipprovdi mudell għat-trasparenza istituzzjonali u d-demokrazija moderna għall-Istati Membri kif ukoll għall-pajjiżi terzi;

3.

Ifakkar li t-trasparenza hija l-aħjar mod kif wieħed jipprevieni l-korruzzjoni, il-frodi, il-kunflitti ta’ interess u l-amministrazzjoni ħażina;

4.

Jistieden lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-UE, inkluż s-Servizz Ewropew ġdid għall-Azzjoni Esterna, biex japplikaw immedjatament u b’mod sħiħ ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kif mitlub mit-Trattati, u jippubblikaw f’dak ir-rigward rapport annwali kif mitlub mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

5.

Jindika li l-interventi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Ombudsman Ewropew u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), li bażikament jieħdu pożizzjonijiet dwar każijiet individwali, ma jistgħux jieħdu post attività leġiżlattiva f’dak li għandhom x’jaqsmu ċ-ċertezza legali u l-ugwaljanza quddiem il-liġi; jiddispjaċih li minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbiliet prinċipju ċar, bħal pereżempju fil-kawża Turco dwar it-trasparenza leġiżlattiva, dan għadu mhux qed ikun hemm konformità miegħu; konsegwentement, itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw mas-sentenza Turco dwar l-opinjonijiet tas-servizzi legali abbozzati fil-qafas tal-proċess leġiżlattiv; jirriafferma li l-leġiżlatur jeħtieġ li jindirizza u jegħleb il-problemi enfasizzati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u jimplimenta d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti b’mod sħiħ u estensiv, fl-ispirtu tal-modifiki l-ġodda tat-Trattat li jistabbilixxu b’mod ċar id-dritt fundamentali tal-aċċess għad-dokumenti;

6.

Jikkunsidra li tinħtieġ reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sabiex jiġu ċċarati ftit mid-dispożizzjonijiet tiegħu, jiġu definiti b’mod preċiż u jitnaqqsu l-eċċezzjonijiet tiegħu u jiġi żgurat li dawn l-eċċezzjonijiet ma jdgħajfux it-trasparenza mogħtija mit-Trattati u mill-Karta; iqis li din ir-reviżjoni għandha ssaħħaħ id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti, mingħajr ma, b’xi mod, jitnaqqsu l-istandards eżistenti għall-ħarsien ta’ dan id-dritt, u tikkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jenfasizza f’dan il-kuntest li r-Regolament rivedut għandu jkun sempliċi u aċċessibbli liċ-ċittadini sabiex jippermettilhom jagħmlu użu b’mod effikaċi mid-dritt tagħhom;

7.

Iqis li l-proposta tal-Kummissjoni tal-2008 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ma ttejjibx il-livell meħtieġ skont it-Trattat ta’ Lisbona iżda għall-kuntrarju ta’ dan, ħafna mill-emendi proposti mill-Kummissjoni fil-verità jnaqqsu l-livell eżistenti; b’mod partikolari, iqis li l-emenda għall-Artikolu 3 proposta mill-Kummissjoni, li tirrestrinġi sostanzjalment d-definizzjoni ta’ “dokument” meta mqabbla ma’ dik eżistenti, tmur kontra t-Trattat ta’ Lisbona; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta reveduta għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li tqis bis-sħiħ ir-rekwiżiti għal aktar trasparenza li jinsabu fit-Trattat ta’ Lisbona, iddikjarati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u espressi fix-xogħol preċedenti tal-Parlament;

8.

Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat fil-kawża Svezja vs Kummissjoni (kawża C-64/05 P) (28) li l-Istati Membri m’għandhomx dritt assolut tal-veto fir-rigward ta’ dokumenti li joriġinaw minnhom, iżda biss il-possibbiltà ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni, li l-iskop tagħha hu li tivvaluta jekk eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tapplikax jew le (29); jikkunsidra li hemm bżonn ta’ kjarifika leġiżlattiva sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ din il-ġurisprudenza sabiex jiġi evitat id-dewmien u l-kontroversji persistenti, kif muri mill-kawża IFAW (30);

9.

Ifakkar li l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar dokumenti sensittivi hu kompromess li ma jirriflettix iktar l-obbligi kostituzzjonali u legali ġodda wara t-Trattat ta’ Lisbona;

10.

Jisħaq li l-klassifikazzjoni tad-dokumenti taffettwa b’mod dirett id-dritt taċ-ċittadin li jaċċessa d-dokumenti; ifakkar li s-sistema kurrenti ta’ klassifikazzjoni taħdem biss abbażi ta’ ftehimiet interistituzzjonali u hi vulnerabbli għal klassifikazzjoni żejda; jappella għal regoli komuni ta’ klassifikazzjoni f’forma ta’ regolament;

11.

Jistieden speċjalment lill-Kunsill jagħti aċċess sħiħ lill-Parlament għad-dokumenti kklassifikati relatati mal-ftehimiet internazzjonali, kif previst mill-Artikolu 218 TFUE, kif ukoll għad-dokumenti klassifikati li huma relatati mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-UE, sabiex jiġu evitati problemi interistituzzjonali bħal dawk, pereżempju, f’konnessjoni mal-adeżjoni tal-UE fil-KEDB, il-valutazzjoni ta’ Schengen dwar il-Bulgarija u r-Rumanija, il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u d-djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina;

12.

Jenfasizza r-rwol importanti ta’ regoli dwar klassifikazzjoni xierqa għal kooperazzjoni interistituzzjonali sinċiera; jilqa’ f’dak ir-rigward il-ftehimiet interistituzzjonali dwar il-klassifikazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti, għalkemm ma jistgħux jieħdu post bażi leġiżlattiva xierqa; jistieden f’dan il-kuntest lill-Kunsill u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jsegwu l-mudell tal-IIA ġdid bejn il-Parlament u l-Kummissjoni u jikkonkludu ftehim simili mal-Parlament b'urġenza;

13.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu lejn regoli aktar trasparenti fl-UE dwar il-libertà tal-informazzjoni li jikkunsidraw bis-sħiħ il-proposti f’dan ir-rapport, il-ġurisprudenza reċenti u t-Trattati l-ġodda;

14.

Ifakkar li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda Svezja u Turco v Kunsill saħqet fuq l-obbligazzjoni ta’ trasparenza fil-proċedura leġiżlattiva, peress li ‘trasparenza f’dan ir-rigward tikkontribwixxi sabiex issaħħaħ id-demokrazija billi tippermetti liċ-ċittadini li jikkontrollaw l-informazzjoni kollha li tkun ikkostitwixxiet il-bażi ta’ att leġiżlattiv’ (31); jisħaq għaldaqstant li kwalunkwe eċċezzjonijiet li jagħmlu riferiment għall-proċedura leġiżlattiva, inkluż il-parir legali, għandhom ikunu limitati b'mod preċiż u l-hekk imsejjaħ ‘spazju għall-ħsieb’ għandu jiġi ddefinit b'mod strett (32);

15.

Jenfasizza li, mikejja dan il-prinċipju ċar, dan għadu mhux implimentat fil-prattika, kif muri mis-sentenza reċenti fil-kawża Access Info Europe (33) fir-rigward tar-rifjut tal-Kunsill li jiżvela l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-tfassil mill-ġdid propost tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u mill-kawża ClientEarth vs Kunsill (34), pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali, dwar opinjoni legali fir-rigward tat-tfassil mill-ġdid tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; jinnota li l-iżvelar pubbliku tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri matul in-negozjati tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-ħafna miżuri adottati sussegwentement, b’ebda mod ma jdgħajfu l-kapaċità ta’ teħid tad-deċiżjoni tal-Kunsill, minħabba li dan l-iżvelar ma jipprevenix il-konklużjoni b’suċċess tal-proċeduri leġiżlattivi rilevanti;

16.

Jistieden lill-Kunsill jirrevedi r-regoli tiegħu u jestendi t-trasparenza fir-rigward tal-proċeduri leġiżlattivi tal-gruppi ta’ ħidma u l-korpi interni tal-Kunsill billi jipprovdi mill-inqas il-kalendarji, l-aġendi, il-minuti tad-diskussjonijiet, id-dokumenti eżaminati, l-emendi, id-dokumenti u d-deċiżjonijiet approvati, l-identità tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri u l-listi ta’ membri, mingħajr preġudizzju għall-possibilità tal-użu tal-eżenzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-publikazzjoni ta’ dawn il-listi; jistieden lill-Kunsill jagħmel id-deċiżjonijiet ta' dawn il-korpi aċċessibbli għall-pubblike; jopponi l-użu ta’ dokumenti ‘limitati’ (terminu li ma jirriżultax mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001) kif ukoll il-prattika ta’ dokumenti mhux reġistrati, bħad-dokumenti tal-kamra;

17.

Jemmen li, sabiex il-proċess leġiżlattiv isir b’iktar responsabbiltà, ikun aktar komprensiv u aċċessibbli għall-pubbliku, il-kumitati tal-Parlament għandhom, f’kull każ, jadottaw tal-inqas voti ta’ orjentazzjoni qabel ma jieħdu sehem fi trilogi mal-Kunsill; il-Kunsill, min-naħa tiegħu, għandu jadotta ‘approċċi ġenerali’ jew japprova pożizzjonijiet ta’ negozjar li jintlaħaq qbil dwarhom mal-Coreper qabel ma jidħol fi trilogi mal-Parlament, filwaqt li tali dokumenti kollha tal-Parlament u tal-Kunsill għandhom jiġu ppubblikati immedjatament;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-aġendi, il-minuti u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess li jirrelataw mal-gruppi ta’ esperti u l-ismijiet tal-membri, il-proċeduri u l-vototazzjonijiet tal-kumitati tal-‘komitoloġija’, flimkien mad-dokumenti kollha li jiġu kkunsidrati minn tali gruppi u kumitati, inklużi l-abbozzi ta’ atti delegati u l-abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni; jistieden lill-Parlament jadotta proċedura iktar trasparenti u miftuħa, inkluż internament, biex jitratta dawn id-dokumenti;

19.

Ifakkar li t-trasparenza kif mitluba mit-Trattati mhix limitata għall-proċeduri leġiżlattivi iżda jkopru wkoll ix-xogħol mhux leġiżlattiv tal-istituzzjonijiet tal-UE, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE; jenfasizza li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 hu l-uniku att legali xieraq għall-valutazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti, u li bażi legali oħra, bħar-regolamenti interni jew ta’ twaqqif tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u tal-korpi, ma jistgħux jintroduċu raġunijiet addizzjonali għar-rifjut tal-aċċess;

20.

Jiddispjaċih li n-negozjati reċenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE għal “ftehim komuni” dwar atti delegati u għal ftehim qafas ġdid bejn il-Kummissjoni u l-Parlament ma kinux kompletament trasparenti; jimpenja ruħu sabiex jagħmel in-negozjati tiegħu mal-Kunsill u mal-Kummissjoni għall-ftehimiet interistituzzjonali li għaddejin jew futuri jew ftehimiet komparabbli, kompletament trasparenti;

21.

Jerġa’ jfaħħar ix-xogħol tal-Ombudsman Ewropew li jiżgura aktar trasparenza fl-UE, peress li madwar terz tal-inkjesti tiegħu jittrattaw in-nuqqas ta’ trasparenza, kif imsemmi fir-rapport tiegħu tal-2009, u jenfasizza r-rwol tiegħu li influwenza, pereżempju, il-bidla fil-politika ta’ trasparenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) fir-rigward tal-iżvelar ta’ rapporti dwar reazzjonijiet kuntrarji (35) u rapporti ta’ studji kliniċi (36); jenfasizza li d-data prodotta mill-entitajiet tal-UE għandha b’mod ġenerali tkun disponibbli għall-pubbliku;

22.

Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’xi wħud mid-deċiżjonijiet reċenti tiegħu bħal dawk fil-kawżi tal-API u tat-TGI msemmija hawn fuq, stabbilixxa l-eżistenza ta’ ‘suppożizzjoni ġenerali’, u għaldaqstant neħħa d-dover tal-Kummissjoni f’ċeri każi li teżamina individwalment id-dokumenti mitluba; jenfasizza li dan fil-prinċipju imur kontra l-prinċipji fundamentali tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; ifakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza wkoll il-bżonn li jiġu reveduti r-regolamenti dwar l-aċċess għall-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-fajls tagħhom stess miżmuma mill-istituzzjonijiet;

23.

Jenfasizza li filwaqt li l-Artikolu 15 tat-TUE japplika speċifikament biss għad-dokumenti amministrattivi tal-Qorti, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE l-oħra kollha, għandha twettaq xogħolha ‘b’mod kemm jista’ jkun miftuħ’, skont l-Artikolu 1 tat-TUE; b'dan il-għan, jistieden lill-Qorti tfittex modi kif iżżid it-trasparenza tal-attivitajiet ġudizzjarji tagħha. ‧peress li mhux biżżejjed li ssir ġustizzja; iżda hemm bżonn li tidher li qed issir‧ (37), u tirrispetta b’mod sħiħ ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-attivitajiet amministrattivi tagħha;

24.

Itenni l-importanza tal-prinċipju tat-traċċabilità, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom għarfien dwar kif il-flus pubbliċi jkunu qed jiġu allokati u minfuqa, u liema riżultati jkun qed ikollhom, u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE japplikaw dan il-prinċipju fir-rigward tal-operat tal-istituzzjoni u tal-politiki u l-fondi allokati biex jimplimentawhom, fil-livelli kollha;

Eċċezzjonijiet

‘Spazju għall-ħsieb’

25.

Ifakkar li t-Trattati l-ġodda m’għadhomx jagħmlu referenza speċifika għall-obbligu tal-Kunsill li jiddefinixxi l-każi li fihom jaġixxi f’kapaċità leġiżlattiva u l-bżonn li tinżamm l-effettività tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu (Artikolu 207(3) tat-TKE preċedenti) – l-hekk imsejjaħ ‘spazju għall-ħsieb’ – u li s-‘sopravivenza’ attwali ta’ dan il-kunċett hi bbażata biss fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) 1049/2001 fir-rigward tal-proċeduri leġiżlattivi;

26.

F’konformità mal-aqwa standards internazzjonali żviluppati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi ewlenin (38), jenfasizza l-bżonn li jintuża test strett li jkun fih tliet partijiet sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut tal-iżvelar ta' dokument: (1) l-informazzjoni li jkun fih id-dokument għandha tirrigwarda għan leġittimu elenkat fl-att leġiżlattiv, (2) l-iżvelar tad-dokument irid ikun theddida li tiġi kkawżata ħsara sostanzjali lil dan l-għan, u (3) il-ħsara li jaffaċċja l-għan għandha tkun akbar mill-interess tal-pubbliku li jkollu l-informazzjoni fid-dokument;

27.

Ifakkar li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistabbilixxi obbligu ċar għall-istituzzjonijiet biex jagħtu aċċess għal dawk il-partijiet kollha tad-dokument li mhumiex koperti minn kwalunkwe eċċezzjoni; jinnota li l-aċċess parzjali mogħti huwa kemm-il darba limitat b’mod mhux xieraq u jenfasizza li l-aċċess għandu jitqies ġenwinament anke fir-rigward ta’ dawk il-partijiet sostantivi tad-dokumenti li jinteressaw lill-applikant;

28.

Jindika li l-Artikolu 4(3) kurrenti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ifittex li jillimita l-ambitu tal-‘spazju għall-ħsieb’ billi jistipula, bħala prerekwiżit għar-rifjut li jingħata aċċess, li l-iżvelar tad-dokument m’għandux sempliċiment idgħajjef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, iżda għandu jdgħajfu b’mod serju u jippermetti f’kull każ, li jinqabeż dan il-limitu fejn hemm “interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu”; jenfasizza madankollu li – minkejja l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq – l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fih definizzjoni miftuħa li ma tagħtix kundizzjonijiet ċari għall-applikazzjoni jew biex titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; jisħaq fuq il-bżonn ta’ definizzjoni xierqa skont il-kunċett ta’ ċertezza legali billi l-kunċett jiġi ristrett

29.

Jenfasizza li t-trilogi u l-proċeduri ta’ konċiljazzjoni (kif imniżżel b’mod espliċitu fl-Artikolu 294 tat-TFUE) huma fażi sostanzjali tal-proċedura leġiżlattiva, u mhux ‘spazju għall-ħsieb’ separat; jemmen speċjalment li l-proċeduri attwali, fir-rigward ta’ trilogi qabel il-possibilità ta' qbil waqt l-ewwel qari, ma jiżgurawx livell sodisfaċenti ta’ trasparenza leġiżlattiva u aċċess għad-dokumenti, kemm b’mod intern fir-rigward tal-Parlament, u anke b’mod estern fir-rigward taċ-ċittadini u tal-opinjoni pubblika; jitlob, għaldaqstant, li d-dokumenti maħluqa fil-qafas tagħhom, bħal pereżempju aġendi, sommarji tar-riżultati u dokumenti ta’ “erba’ kolonni”, imfassla biex jiffaċilitaw in-negozjati, fil-prinċipju m’għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti minn dokumenti leġiżlattivi oħra, u li għandhom jiġu pubblikati fir-rigward ta’trilogi qabel il-possibilità ta' qbil waqt l-ewwel qari; konsegwentement, jagħti istruzzjonijiet lill-korpi kompetenti tiegħu biex jistandardizzaw din il-proċedura u jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra jagħmlu l-istess;

Il-protezzjoni tad-data u t-trasparenza

30.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi stabbilit ekwilibriju xieraq bejn it-trasparenza u l-protezzjoni tad-data (39), kif iċċarat mill-ġurisprudenza fil-kawża Bavarian Lager, u jenfasizza li l-protezzjoni tad-data m'għandix ‘tintuża ħażin’, b’mod partikolari, biex jitgħattew il-kunflitti ta’ interess u influwenza mhux xierqa fil-kuntest tal-amministrazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; jindika li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Bavarian Lager hi bbażata fuq il-formulazzjoni kurrenti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u ma ma żżommhiex milli tinbidel, bdil li huwa neċessarju u urġenti partikolarment wara l-proklamazzjoni ċara tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

31.

Jilqa’ l-kunsens milħuq mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u mill-Ombudsman Ewropew dwar il-bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tad-data u t-trasparenza, speċjalment fir-rigward tal-approċċ proattiv li jfisser li ‘l-istituzzjonijiet jivvalutaw u sussegwentement jippermettu s-suġġetti tad-data – qabel jew mill-inqas il-mument li fih jiġbru d-data tagħhom – sabiex l-ipproċessar ta’ tali data jinkludi jew jista’ jinkludi l-iżvelar pubbliku tiegħu’ (40);

Konvenzjoni ta’ Aarhus

32.

Jenfasizza li bosta diverġenzi bejn ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Konvenzjoni ta’ Aarhus, kif qed jiġi applikat mir-Regolament (KE) Nru 1367/2006, bhan-nuqqas fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus ta’ raġunijiet ‘assoluti’ għar-rifjut, u eċċezzjonijiet abbażi tal-protezzjoni ta’ kwistjonijiet militari, politika finanzjarja, monetarja u ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, parir legali jew spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki, u l-limitazzjoni tal-eċċezzjoni tal-interess kummerċjali għall-każi fejn tali kunfidenzjalità hi protetta mil-liġi sabiex tipproteġi interess ekonomiku leġittimu;

33.

Jistieden lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-UE biex japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 b’mod koerenti mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus; jappella f’dak ir-rigward lill-Kummissjoni biex tippubblika l-istudji dwar il-verifika tal-konformità fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-direttivi ambjentali tal-UE (41) u l-istudji xjentifiċi, pereżempju dwar l-impatt tal-bijofjuwils (42), u jistieden lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tapplika b’mod sħiħ l-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (43) fir-rigward tal-aċċess pubbliku elettroniku, taċċetta biss talbiet ta’ kunfidenzjalità li huma ġustifikabbli b'mod ċar li huma validi skont l-Artikolu 119(2) tar-REACH, u tinterpreta l-informazzjoni li s-soltu hi meqjusa li ddgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali strettament skont l-Artikolu 118(2) tar-REACH u mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 biex tibbilanċja kwalunkwe għotja ta’ kunfidenzjalità kontra l-possibilità ta’ interess pubbliku akbar każ b’każ;

34.

Jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha tirrispetta b'mod sħiħ il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u għandha tiddefinixxi kwalunkwe eżenzjoni b’konformità sħiħa miegħu;

Relazzjonijiet internazzjonali

35.

Jenfasizza li d-dokumenti relatati mal-ftehimiet internazzjonali li jikludu dokumenti adottati minn kwaunkwe korpi jew sottomessi lilhom li jkollhom id-dover li jimplimentaw jew jissorveljaw l-applikazzjoni ta’ tali ftehimiet, għandhom jiġu żvelati lill-pubbliku, billi dawn mhumiex kategorikament esklużi mill-aċċess pubbliku, u li l-aċċess għalihom għandu jiġi miċħud biss meta jkun hemm dannu reali għar-relazzjonijiet internazzjonali, u waqt li jitqies l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar konsultazzjonijiet ma' parti terza; jenfasizza li billi l-ftehimiet internazzjonali għandhom effetti vinkolanti, test ta’ interess pubbliku għandu jiġi introdott fir-rigward tal-eċċezzjoni; jindika li l-Parlament, li jiġi elett miċ-ċittadini tal-UE, huwa fdat mit-Trattati bi rwol istituzzjonali fir-rappreżentanza tal-interess pubbliku; jesprimi d-determinazzjoni soda tiegħu li jiżgura li jiġu rrispettati b’mod sħiħ il-prerogattivi istituzzjonali l-ġodda assenjati lill-Parlament mit-Trattat ta' Lisbona (l-Artikolu 218 tat-TFUE) fil-qasam tal-ftehimiet internazzjonali, u li l-ebda ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi ma jistgħu jċaħħdu dan;

Governanza tajba

36.

Jenfasizza li t-trasparenza hi marbuta mill-qrib mad-dritt ta’ ġestjoni tajba, kif imsemmi fl-Artikolu 298 tat-TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali; jenfasizza l-fatt li t-trasparenza amministrattiva tiggarantixxi kontroll demokratiku tal-kompiti amministrattivi tal-UE, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-promozzoni ta’ governanza tajba (l-Artikolu 15 tat-TFUE);

37.

Jenfasizza li n-nuqqas kurrenti ta’ koerenza fil-liġi amministrattiva għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE, bħar-regolamenti fir-rigward tal-għotja tad-deċiżjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu appellati kontra (44), jew kunċett ċar ta’ ‘kompiti amministrattivi’ kif imsemmija fl-Artikolu 15(3) tat-TFUE; jistieden, għaldaqstant, lill-istituzzjonijiet tal-UE jiddefinixxu malajr kemm jista’ jkun liġi amministrattiva komuni tal-UE skont l-Artikolu 298 tat-TFUE, u jipprovdu definizzjoni komuni u orizzontali ta’ ‘kompitu amministrattiv’ li tista’ tiġi applikata speċjalment għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-Bank Ewropew tal-Investiment u għall-Qorti tal-Ġustizzja; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi proposta leġiżlattiva dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, li għandha, inter alia, tindirizza l-kwistjoni tat-trasparenza u r-responsabilità tal-imġiba tal-Kummissjoni tal-proċeduri ta’ ksur fil-konfront ta’ min iressaq ilmenti, tal-Parlament u taċ-ċittadini.

38.

Jenfasizza li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistabbilixxi dati ta’ skadenza stretti għat-trattament tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti (45); jindika bi tħassib kbir li l-Kummissjoni ma rrispettathomx, anke fir-rigward tar-rakkomandazzjoni u l-azzjoni stretta tal-Ombudsman Ewropew, pereżempju fil-kawża 676/2008/RT (l-hekk imsejjaħ ‘Porsche case’); jiddispjaċih li mill-aħħar rapport tal-Parlament fl-2009 il-prattika ma nbidlitx, kif jidher miż-żewġ kawżi pendenti tal-qorti mressqa mill-ClientEarth and Others (kawżi T-120/10 u T-449/10);

39.

Jindika li f’bosta każi id-dewmien estensiv wassal biex jinfetħu proċeduri quddiem mill-Qorti tal-Ġustizzja abbażi ta’ nuqqas ta’ rispons, segwit minn risposta tard tal-Kummissjoni, u b’hekk il-kawża tal-qorti saret null u bla effett u l-individwu kkonċernat kellu għal darb’oħra jerġa’ jibda l-proċedura sħiħa mill-bidu (46); jappella lill-Kummissjoni biex tirrispetta b’mod sħiħ id-dati ta’ skadenza mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001; jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ konsegwenzi, bħall-obbligu li tippubblika d-dokumenti, jekk id-dati ta’ skadenza ma jiġux irrispettati;

40.

Jitlob biex ir-rapporti annwali ppreparati u ppublikati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ikollhom kalkolu tal-ħin medju meħud biex jiġu ttrattati l-applikazzjonijiet, kif previst fir-rapport tal-Kunsill dwar l-aċċess għad-dokumenti fl-2009;

41.

Ifakkar li governanza tajba tgħaqqad il-kunċetti ta’ ‘aċċess għad-dokumenti’ u ‘aċċess għall-informazzjoni’; jitlob bidla fil-leġiżlazzjoni attwali li tapplika l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, fir-rigward ta’ kjarifika tat-talbiet u l-għajnuna liċ-ċittadin, għal kawżi ta’ ‘talba għall-informazzjoni’ fejn jeżistu dokumenti li huma rilevanti għal tali talba;

42.

Ifakkar li t-trasparenza mhix biss kwistjoni ta’ reazzjonijiet passivi mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE, iżda teħtieġ ukoll approċċ proattiv kif enfasizzat bosta drabi mill-Ombudsman Ewropew; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu kemm jista’ jkun kategoriji ta’ dokument disponibbli għall-pubbliku b’mod awtomatiku fis-siti tal-Internet tagħhom (inkluż baġits u listi tal-kuntratti tal-akkwist pubbliku mogħtija dawn l-aħħar tliet snin); jenfasizza li approċċ proattiv jista’ jipprevjeni tilwim mhux neċessarju, li jwassal biex il-flus ta’ min iħallas it-taxxa jintnefqu b’mod mhux effikaċi kif ukoll joħloq dewmien, spejjeż u piżijiet mhux neċessarji għal dawk li jitolbu l-aċċess;

43.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza fil-ġestjoni tal-fondi Ewropej, permezz tal-pubblikazzjoni tal-istess kategoriji ta’ informazzjoni, fuq websajt waħda, f’waħda mil-lingwi ta’ ħidma tal-UE, fir-rigward tal-benefiċjarji ta’ dawk il-fondi;

44.

Jikkunsidra li għandhom jinħolqu punti fokali fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti u għandu jingħata taħriġ xieraq għall-uffiċjali provdut f’kull DĠ jew unità korrispondenti tal-istituzzjonijiet biex tinħoloq l-aħjar politika proattiva possibbli biex jiġu evalwati t-talbiet bl-iktar mod effikaċi possibbli u biex jiġi żgurat li jiġu rispettati l-iskadenzi kollha stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

45.

Itenni li l-Parlament għandu jkun minn ta’ quddiem fl-approċċ proattiv dwar il-pubbliċità, it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti; jenfasizza f’dak ir-rigward is-suċċess tal-webstreaming tas-smigħ u l-laqgħat tal-kumitati flimkien mas-seduti plenarji, u jemmen li din għandha tkun in-norma u li l-Osservatorju Leġiżlattiv (OEIL) għandu jikber iktar biex jinkludi l-lingwi u l-informazzjoni uffiċjali kollha tal-UE, kemm fil-livell ta’ kumitati u fil-livell plenarju, bħall-emendi, l-opinjonijiet minn kumitati oħra, l-opinjonijiet tas-Servizz Legali, il-listi tal-voti, il-votazzjonijiet b’sejħa tal-ismijiet, l-MEPs li jkunu preżenti u li jivvutaw, l-ittri interistituzzjonali, l-ismijiet tax-shadow rapporteurs, il-funzjoni ta' ‧tiftix skont il-kelma‧, it-tiftix multilingwistiku, l-iskadenzi għat-tressiq, l-RSS feeds, l-ispjegazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva, il-links għal webstreaming tad-diskussjonijiet, eċċ., biex jiġi żgurat ċiklu sħiħ ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini, jingħata l-aċċess għad-dokumenti kif ukoll għas-sommarji tal-proposti leġiżlattivi multilingwistiċi taċ-ċittadini u sommarji tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (SCADPLUS), għal liema għandhom jingħataw ukoll faċilitajiet ta’ tiftix u navigazzjoni adegwati;

46.

Ifakkar li hu importanti li tiġi protetta l-indipendenza tal-mandati tal-MEPs; jemmen li fl-istess ħin it-trasparenza għandha tapplika għax-xogħol tal-korpi uffiċċjali tal-Parlament (bħall-Konferenza tal-Presidenti, il-Bureau (47) u l-Kwesturi), kif ukoll l-attivitajiet tal-MEPs, bħall-parteċipazzjoni fix-xogħol parlamentari u l-attendenza parlamentari, skont it-termini mitluba mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2009; iqis li l-kwistjoni tal-allowances tal-MEPs għandha tiġi riżolta b’mod trasparenti, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ ir-regoli ta’ protezzjoni tad-data personali;

47.

Iqis li t-trasparenza fil-livell tal-UE għandha tiġi riflessa mill-Istati Membri meta jittrasponu l-liġi tal-UE fil-liġi nazzjonali, l-aktar billi jistabbilixxu t-tabelli ta’ korrelazzjoni, filwaqt li tintuża, inter alia, l-aħjar prattika fir-rigward tat-trasparenza tal-Parlament elettroniku u tal-gvern elettroniku;

48.

Jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Istati Membri b’mod ġenerali ma jikkonformawx mad-dritt għall-informazzjoni taċ-ċittadini u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni – filwaqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ governanza tajba – teżamina d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-aċċess għad-dokumenti u tinkoraġġihom ifasslu regoli kemm jista’ jkun trasparenti li jippromwovu l-aċċess taċ-ċittadini għad-dokumenti;

49.

Jinnota xi titjib fir-reġistri tal-Kunsill, iżda jiġbed l-attenzjoni li għad hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni u interoperabilità bejn l-istituzzjonijiet, minħabba li għad m’hemmx mudell għar-reġistri tagħhom li jippermetti liċ-ċittadin isib id-dokumenti neċessarji u l-informazzjoni li jinkludu f’ ‘punt partikolari’ jew biex tintuża magna tat-tiftix komuni konnessa b’mod integrat l-aktar mal-Osservatorju Leġiżlattiv (OEIL) fejn id-dokumenti li jappartjenu lil proċedura leġiżlattiva waħda jinġabru flimkien;

50.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinnegozjaw flimkien mal-Parlament dwar l-emendar tad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u l-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, għal dan l-għan; sadanittant, jikkommetti lilu nnifsu biex jemenda r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż il-kodiċi tal-kondotta anness rigward in-negozjati dwar il-kodeċiżjoni, biex jagħti effett vinkolanti sħiħ lil dawn il-prinċipji;

51.

Jikkunsidra li l-Kumitat Interistituzzjonali stabbilit mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu jaħdem b’mod iktar intens u jirrapporta lill-kumitati kompetenti dwar il-kwistjonijiet diskussi, il-pożizzjonijiet li l-Parlament jiddefendi, il-kwistjonijiet problematiċi mressqa minn istituzzjonijiet oħra u r-riżultati miksuba, dejjem jekk ikun hemm; għaldaqstant jistiednu jitlaqa’ b’mod iktar regolari, u f’kwalunkwe każ minn tal-inqas darba f’sena, u jiftaħ id-diskussjonijiet u d-deliberazzjonijiet interni billi jiżgura li dawn ikunu pubbliċi, jistieden u jqis is-sottomissjonijiet imressqa mis-soċjetà ċivili u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; il-kumitat għandu jaħdem fuq ir-rapport ta’ ‘verifika’ annwali dwar it-trasparenza u l-aċċess fl-UE, li għandu jitħejja mill-Ombudsman Ewropew; jitolbu jindirizza b’mod urġenti l-kwistjonijiet msemmija f’din ir-riżoluzzjoni;

*

* *

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.

(4)  Sentenza tal-1 ta’ Lulju 2008 fil-kawżi konġunti C-39/05 P u C-52/05 P, Svezja u Turco v Kunsill, Ġabra 2008 p. I-4723.

(5)  Sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża C-28/08 P, Kummissjoni v Bavarian Lager, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(6)  Sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010 fil-kawża C-92/09 P u C-93/09 P, Volker und Markus ScheckeGbR u Hartmut Eifert v Land Hessen, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(7)  Sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża C-139/07 P, Kummissjoni v Bavarian Lager, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(8)  Sentenza tal-21 ta’ Settembru 2010 fil-kawżi magħquda C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P, Svezja, u API v Kummissjoni, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(9)  Sentenza tat-22 ta’ Marzu 2011 fil-kawża T-233/09, Access Info Europe v Kunsill, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(10)  Sentenza tad-9 ta’ Settembru 2008 fil-kawża T-403/05, MyTravel v Kummissjoni, Ġabra 2008 p. II-2027.

(11)  Sentenza tal-11 ta’ Marzu 2009 fil-kawża T-121/05, MyTravel v Kummissjoni, Ġabra 2009 p. II-27.

(12)  Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2010 fil-kawża T-439/08, Agapiou Joséphidès v Kummissjoni u l-EACEA, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(13)  Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2010 fil-kawżi magħquda T-355/04 u T-446/04, Co-Frutta v Kummissjoni, Ġabra 2010 p. II-1.

(14)  Sentenza tat-30 ta’ Jannar 2008 fil-kawża T-380/04, Terezakis v Kummissjoni, Ġabra 2008 p. II-11.

(15)  Sentenza tas-7 ta’ Lulju 2010 fil-kawża T-111/07, Agrofert Holding v Kummissjoni, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(16)  Sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-237/05, Éditions Jacob v Kummissjoni, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(17)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(18)  ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1.

(19)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 80.

(20)  Testi Adottati, P7_TA(2010)0435.

(21)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 12.

(22)  9 % fl-2010.

(23)  36,1 % mingħajr id-dokumenti parzjalment żvelati. Fl-2010, ir-rata ta’ rifjuti kienet 13,3 % (29,1 % mingħajr id-dokumenti parzjalment żvelati).

(24)  37 % fl-2010.

(25)  33 % fl-2010 għall-applikazzjonijiet inizjali.

(26)  Ir-raġunijiet prinċipali l-oħra fl-2009 kienu: għall-Parlament Ewropew, il-protezzjoni tal-privatezza (26 %) u l-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-verifiki (15 %), għall-Kunsill (applikazzjonijiet inizjali), il-protezzjoni tal-interessi pubbliċi fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali (22,7 %), is-sigurtà pubblika (5,6 %), u l-kwistjonijiet tad-difiża u tal-militar (3,5 %), u għall-Kummissjoni (applikazzjonijiet inizjali), il-protezzjoni tal-ispezzjonijiet (27,6 %) u tal-interessi kummerċjali (13,99 %).

(27)  Sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2011 fil-kawża T-471/08, Toland v Parlament, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(28)  Sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2007 fil-kawża C-64/05 P, Svezja vs Kummissjoni, Ġabra 2007 p. I-11389

(29)  Svezja v Kummissjoni, para. 76

(30)  Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2011 fil-kawża T-362/08, IFAW vs Kummissjoni, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.

(31)  Turco, para. 46.

(32)  Turco, para. 67.

(33)  Fis-sentenza tagħha Access Info (T-233/09) il-Qorti Ġenerali affermat mill-ġdid li (para. 69) ‘l-eżerċizzju miċ-ċittadini tad-drittijiet demokratiċi tagħhom, jippresupponi l-possibbiltà tagħhom li jsegwu fid-dettall il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet li jipparteċipaw fil-proċeduri leġiżlattivi u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha’.

(34)  ClientEarth vs Kunsill, kawża T-452/10.

(35)  Ilment 2493/2008/(BB)TS.

(36)  Ilment 2560/2007/BEH.

(37)  R v Sussex Justices, Ex parte McCarthy ([1924] 1 KB 256, [1923] All ER 233)).

(38)  Artikolu 19, “The Public’s Right to Know: Principles of Freedom of Information Legislation’, London, 1999 (Id-Dritt li l-Pubbliku jkun jaf: il-Prinċipji tal-Libertà tal-Leġiżlazzjoni tal-Informazzjoni), Londra, 1999; Transparency International, “Using the Right to information as an Anti-Corruption Tool” (L-Użu tad-Dritt għall-Informazzjoni bħala Għodda Kontra l-Korruzzjoni), Berlin, 2006.

(39)  Regoament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(40)  KEPD, ‘L-aċċess pubbliku għad-dokumenti li fihom data personali wara s-sentenza Bavarian Lager’, 24 ta’ Marzu 2011 (http://www.edps.europa.eu:80/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/EDPS/Publications/Papers/BackgroundP/11-03-24_Bavarian_Lager_EN.pdf) u “L-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data, 2005 (http://www.edps.europa.eu:80/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/EDPS/Publications/Papers/BackgroundP/05-07_BP_accesstodocuments_EN.pdf).

(41)  Ara l-kawża pendenti ClientEarth vs Kummissjoni, T-111/11.

(42)  Ara l-kawżi pendenti ClientEarth and Others v Kummissjoni, T-120/10, u ClientEarth and Others vs Kummissjoni, T-449/10.

(43)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(44)  Il-kawża Access Info (T-233/09) uriet li hemm prattika li d-deċiżjonijiet konfermattivi jintbagħtu bil-posta normali, mhux reġistrata, għalkemm il-prova tad-data tal-wasla hi essenzjali biex jiġi valutat ir-rispett tad-dati ta’ skadenza għat-tiftix ta’ rimedji legali (tal-qorti) ulterjuri. Ara para. 20-29.

(45)  Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

(46)  Ara, pereżempju, Ryanair Ltd. vs Kummissjoni (kawżi magħquda T-494/08 sa T-500/08 u T-509/08), u Stichting Corporate Europe Observatory vs Kummissjoni (kawża T-395/10).

(47)  Pereżempju, mill-2009, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament (ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 145) ma inkludewx iktar lista ta’ dokumenti tal-PE li huma aċċessibbli direttament lill-pubbliku iżda issa jagħtu prerogattiva lill-Bureau biex jistabbilixxi tali lista (Artikolu 104(3)).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/84


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Negozjati ta' Doha li għaddejjin bħalissa

P7_TA(2011)0380

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp

2013/C 51 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-14 ta' Novembru 2001,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Ħong Kong tad-WTO tat-18 ta' Diċembru 2005,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Rawnd ta’ Doħa wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ħong Kong (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA), u b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Ottubru 2008 (2), u tas-16 ta' Diċembru 2009 (3),

wara li kkunsidra d-Dokument Finali tas-Sessjoni Annwali tal-2011 tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO, adottat b'kunsens fit-22 ta’ Marzu 2011 f’Ġinevra,

wara li kkunsidra l-laqgħat informali tal-Kumitat tan-Negozjati dwar il-Kummerċ fil-31 ta' Mejju 2011, fit-22 ta' Ġunju 2011 u fis-26 ta’ Lulju 2011, kif ukoll id-dokumenti tal-presidenti tan-negozjati ppreżentati fil-21 ta' April 2011,

wara li kkunsidra l-istqarrija tad-Direttur Ġenerali tad-WTO, Pascal Lamy, fil-laqgħa informali tal-Kumitat għan-Negozjati dwar il-Kummerċ li saret fis-26 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-istqarrija magħmula mill-President tal-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tas-27 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-Rawnd ta' Doha tnieda fl-2001 bl-għan li joħloq opportunitajiet ġodda ta' kummerċ, isaħħaħ ir-regoli kummerċjali multilaterali, jindirizza l-iżbilanċi attwali fis-sistema kummerċjali u jqiegħed il-kummerċ għall-qadi tal-iżvilupp sostenibbli, b'enfasi fuq l-integrazzjoni ekonomika tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs), konsegwenza tal-konvinzjoni li sistema multilaterali, ibbażata fuq regoli aktar ġusti u ekwi, tista' tikkontribwixxi biex ikun hemm kummerċ ġust u ħieles li jaqdi l-iżvilupp tal-kontinenti kollha;

B.

billi huwa essenzjali li wieħed iqis il-ftehimiet multilaterali, plurilaterali u bilaterali bħala parti minn sett ta' strumenti komuni tal-affarijiet internazzjonali, u għaldaqstant karatteristiċi standard ta' relazzjonijiet politiċi u kummerċjali bbilanċjati u komplementari;

C.

billi t-Taħditiet Ministerjali tad-WTO biex jingħalaq ir-Rawnd ta’ Doha weħlu fl-aħħar ta’ Lulju 2008;

D.

billi sar xi progress fin-negozjati fil-bidu tal-2011, kif juru r-rapporti tal-presidenti tan-negozjati ppreżentati fil-21 ta' April 2011, iżda billi mill-istess rapporti sar evidenti wkoll li se jkun difficli ħafna li jintlaħaq ftehim tul l-2011, kif kien diskuss preċedentement fil-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali;

E.

billi t-Tmien Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC 8) se ssir f'Ġinevra bejn il-15 u s-17 ta' Diċembru 2011; billi l-President tal-Kunsill ġenerali stqarr fis-27 ta' Lulju 2011 li “hemm sens ġenerali li l-MC m’għandhiex toqgħod lura milli tindirizza d-DDA” u li “kwistjonijiet tal-iżvilupp għandhom jibqgħu ċentrali fl-MC8, u b’mod partikolari dawk tal-pajjiżi l-anqas żviluppati”;

1.

Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur is-sistema kummerċjali multilaterali u d-WTO bħala l-organizzazzjoni li tiggarantixxi sistema kummerċjali bbażata fuq ir-regoli; jemmen li d-WTO għandha rwol ċentrali fl-iżgurar ta' ġestjoni aħjar tal-globalizzazzjoni, tqassim aktar ġust tal-benefiċċji tagħha u tkabbir ekonomiku bbilanċjat tajjeb; jafferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tiegħu favur konklużjoni bbilanċjata u ġusta tad-DDA, li tkun sinjal importanti ta’ fiduċja politika fil-futur ta' sistema kummerċjali globali bbażata fuq ir-regoli u ekwa;

2.

Jirrimarka li n-negozjati tad-DDA għandhom jiffukaw primarjament fuq il-ħtiġijiet tal-pajjiżi l-anqas żviluppati; iqis li l-eżitu tad-DDA għandu jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u l-ilħiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju;

3.

Huwa kompletament konxju mid-diffikultajiet tal-prinċipju ta' impenn uniku;

4.

Jiddispjaċih li mhux se jkun possibli li jintlaħaq qbil dwar il-kwistjonijiet pendenti taħt l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp fit-Tmien Konferenza Ministerjali f'Ġinevra mill-15 sas-17 ta' Diċembru 2011; jenfasizza l-importanza li, madanakollu, jkunu jistgħu jinkisbu riżultati u progress tanġibbli, sabiex is-sistema kummerċjali multilaterali u r-rwol ta' tfassil tar-regoli tagħha ma jiddgħajfux;

5.

Jerġa’ jafferma l-appoġġ qawwi tiegħu biex l-iżvilupp jitqiegħed fil-qalba tad-DDA, u jistieden lill-Membri tad-WTO sabiex iwettqu l-għanjiet stipulati fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Doha tal-2001 u l-impenji meħuda fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong fl-2005; jemmen bis-saħħa li t-Tmien Konferenza Ministerjali tad-WTO jeħtiġilha tħalli riżultati konkreti, tal-anqas favur l-LDCs;

6.

Jikkunsidra li ftehim għall-aktar implementazzjoni bikrija possibbli, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 47 tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Doha, għandu tal-anqas jinkludi pakkett komprensiv għal-LDCs u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkun jikkonsisti f’dan li ġej:

(a)

aċċess għas-suq mingħajr l-ebda dazju u mingħajr l-ebda kwota għal prodotti tal-LDCs għal tal-anqas 97 % tal-linji tariffarji kollha, kif miftiehem f'Ħong Kong fl-2005;

(b)

eliminazzjoni mill-pajjiżi żviluppati tas-sussidji fuq l-esportazzjoni għall-qoton b’konformità mal-ftehimiet ta' qabel, kif ukoll impenji konkreti biex bil-ħeffa u speċifikament jitnaqqsu u jiġu eliminati sussidji domestiċi li jgħawġu l-kummerċ tal-qoton;

(c)

trattament speċjali u differenzjat b’konformità mal-ftehimiet preċedenti, inklużi deroga rigward is-servizzi u Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ tat-Trattament Speċjali u Differenzjat;

(d)

regoli preferenzjali tal-oriġini mtejba applikabbli għall-importazzjonijiet mil-LDCs sabiex ikun żgurat li dawn ikunu trasparenti u sempliċi, u jikkontribwixxu għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq;

7.

Jitlob li l-pajjiżi żviluppati u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw avvanzati kollha jsegwu l-mudell tal-inizjattiva tal-UE ‧kollox għajr l-armi‧ billi jiggarantixxu aċċess 100 % għas-suq bla dazji u kwoti għal-LDCs, għax il-linji tariffarji li tħallew barra mill-ftehim ta' Ħong Kong ikopru xi prodotti kruċjali għall-pajjiżi foqra, u b'hekk inaqqsu sostanzjalment il-benefiċċji għal-LDCs;

8.

Ifakkar id-differenzi maġġuri fit-tkabbir ekonomiku nazzjonali madwar id-dinja kif ukoll il-bidla għaddejja bħalissa fil-fluss kummerċjali internazzjonali; iħeġġeġ lill-ekonomiji emerġenti jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom bħala protagonisti ekonomiċi globali u jagħtu konċessjonijiet paragunabbli mal-livell ta' żvilupp u kompetittività tagħhom;

9.

Jikkunsidra, barra minn hekk, li l-progress li sar s'issa fin-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ jippermetti li dan il-qasam jilħaq ftehim bikri, għaliex titjib fir-regoli tad-WTO dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ jibbenefika lill-membri kollha tad-WTO billi jtejjeb iċ-ċertezza legali, inaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u jevita l-abbuż;

10.

Itenni l-importanza li jittejjeb l-aċċess għal prodotti u teknoloġiji ħodor biex jintlaħqu l-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli;

11.

Iqis, minħabba l-impass persistenti fl-objettivi u l-arkitettura oriġinali tad-DDA, li issa huwa aktar neċessarju minn qatt qabel li jerġa' jibda d-dibattitu dwar il-funzjonament futur tad-WTO b’riforma possibbli tas-sistema kummerċjali multilaterali ġdida; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta b'mod proattiv mal-Parlament dwar viżjoni komuni tal-arkitettura ta' sistema kummerċjali globali futura; fil-kuntest attwali tal-kriżijiet ekonomiċi u soċjali, u anke jekk id-DDA ma tkunx konkluża, iħeġġeġ lid-WTO, flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, tindirizza b'mod konsistenti u urġenti l-isfidi globali l-ġodda li jinvolvu l-kummerċ, bħas-sigurtà tal-ikel, l-enerġija, l-iżvilupp sostenibbli u l-Għajnuna għall-Kummerċ;

12.

Huwa assolutament konvint li d-WTO bħala parti minn sistema dinjija ta' governanza ekonomika hija ta' importanza vitali għad-dinja; iħeġġeġ lill-membri tad-WTO kollha jikkontribwixxu aktar għal żvilupp komprensiv, ambizzjuż u bbilanċjat tad-WTO sabiex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku u l-eliminazzjoni tal-faqar madwar id-dinja;

13.

Jenfasizza li tinħtieġ analiżi dwar jekk iċ-ċirkustanzi li nbidlu wara l-bidu tar-Rawnd ta' Doha, b'referenza partikolari għar-rwol tal-pajjiżi BRIC fl-ekonomija dinjija, jagħmluhiex impossibbli li jintlaħqu l-objettivi oriġinali tar-Rawnd ta' Doha;

14.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi żviluppati u lill-pajjiżi li qegħdin f’fażi avvanzata ta’ żvilupp sabiex jappoġġjaw il-kapaċità tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, biex jipparteċipaw bis-sħiħ f’dan il-proċess ta’ riflessjoni dwar id-DDA u kwalunkwe pjan direzzjonali għall-kumplament tan-negozjati, u biex jiżguraw li jiġu rrispettati l-interssi tagħhom;

15.

Jenfasizza li l-fluttwazzjonijiet li seħħew dan l-aħħar fil-prezzijiet tal-ikel joħolqu l-ħtieġa li r-regoli li jirregolaw il-kummerċ internazzjonali jippromwovu aktar sigurtà tal-ikel;

16.

Jiddispjaċih li ħafna pajjiżi japplikaw restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet għar-riżorsi naturali li l-provvista tagħhom hija limitata; iqis neċessarju li r-regoli tal-kummerċ internazzjonali jirregolaw b'mod komprensiv dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet;

17.

Iħeġġeġ lill-membri tad-WTO biex jappoġġaw l-istabbiliment ta’ rabtiet istituzzjonali b’saħħithom bejn id-WTO u istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn bħall-ILO, il-FAO, l-UNCTAD, il-UNFCCC u organizzazzjonijiet oħra tan-NU;

18.

Huwa ddiżappuntat li, s'issa, ma kienx possibbli li jiġu kkunsidrati aspetti bħall-protezzjoni tal-klima u l-protezzjoni ambjentali fid-diskussjonijiet dwar il-kummerċ multilaterali;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u ‘l-Kunsill biex jiżguraw li l-Parlament ikun involut mill-qrib fil-preparazzjoni tat-Tmien Konferenza Ministerjali f'Ġinevra bejn il-15 u s-17 ta' Diċembru 2011;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO.


(1)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(2)  ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 31.

(3)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 1.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/87


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
It-tfassil aħjar tal-liġijiet, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u r-regolamentazzjoni intelliġenti

P7_TA(2011)0381

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u r-Regolamentazzjoni Intelliġenti (2011/2029(INI))

2013/C 51 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Frar 2010 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għat-terminu leġiżlattiv li jmiss (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2010 dwar Tfassil aħjar tal-Liġijiet – il-15-il rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-26 Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea (2008) (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-iżgurar ta' studji tal-impatt indipendenti (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-27 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-UE (7),

wara li kkunsidra l-‘Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni li Jmiss‧ ippreżentati mill-President tal-Kummissjoni fit-3 ta' Settembru 2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea‧ (COM(2010)0543),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (is-17-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-sena 2009) (COM(2010)0547),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‧It-Tielet Reviżjoni Strateġika ta’ Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea‧ (COM(2009)0015),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni bl-isem ‧Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea‧ – rapport tal-progress 2008 u perspettivi tal-2009 (COM(2009)0016),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni bl-isem ‧It-Tielet Rapport ta’ Progress dwar l-Istrateġija għas-Simplifikazzjoni tal-Ambjent Regolatorju‧ (COM(2009)0017),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‧Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE – Il-Pjanijiet għat-Tnaqqis Settorjali u l-Azzjonijiet tal-2009‧ (COM(2009)0544),

wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ Settembru 2009 tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-30 ta’ Mejju 2011, dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0251/2011),

A.

billi l-aġenda tar-regolamentazzjoni intelliġenti kienet introdotta bħala parti mill-Istrateġija UE2020, li timmira għall-ilħiq ta' ‧żvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv‧ sas-sena 2020, primarjament billi jitnaqqsu piżijiet amministrattivi għan-negozju bl-iżgurar ta' kwalità mtejba u bis-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE,

B.

billi l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità hija estremament importanti biex l-Unjoni Ewropea tiffunzjona kif għandu jkun u biex l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jissodisfaw dak li jistennew minnhom iċ-ċittadini tagħha, il-kumpaniji li joperaw fis-suq intern kif ukoll il-gvern nazzjonali u lokali, u biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin,

C.

billi l-kwistjoni tar-regolamentazzjoni intelliġenti għandha titqies mhux biss fil-kuntest tal-programm leġiżlattiv tal-Kummissjoni, imma wkoll f'sens usa', b'rabta mal-implimentazzjoni kontinwata tal-karatteristiċi l-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona li jaffettwaw il-proċeduri leġiżlattivi,

D.

billi t-Trattat ta' Lisbona fittex li jirrimedja l-bilanċ tal-poteri bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, u billi jqis il-Parlament bħala ndaqs mal-Kunsill f’dak li hu tfassil ta’ liġijiet skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

E.

billi, wara l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, il-parlamenti nazzjonali issa huma formalment involuti fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, meta s’issa tressqet aktar minn 300 sottomissjoni,

F.

billi l-konsultazzjonijiet mal-partijiet intressati kollha, b’mod partikolari mal-impriżi żgħar u medji (SMEs) u partijiet interessati rilevanti oħra, huma ta’ importanza fundamentali fit-tħejjija ta’ abbozzi leġiżlattivi, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatti,

G.

billi programm li għandu l-għan li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi kkaġunati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ilu stabbilit mill-2005 u jfittex li sal-2012 inaqqas dawk il-piżijiet b'25 %, li jkun ekwivalenti għal żieda ta’ 1.4 % fil-livell tal-PDG,

H.

billi, skont ir-Rapport Annwali tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt (IAB) tal-2010, il-Kummissjoni kkwantifikat b’mod komprensiv 27 % biss tal-valutazzjonijiet ta’ impatt li saru f’dik is-sena,

I.

billi minkejja li l-Kummissjoni pproponiet miżuri biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi li jaqbżu l-mira ta’ ċifra stipulata, il-Parlament u l-Kunsill għadhom ma adottawx miżuri minn qabel li jgħoddu madwar kwart mill-mira ta’ 25 %,

J.

billi wieħed mill-elementi ewlenin tal-programm huwa l-kejl ta’ bażi tal-kosti amministrattivi imsejjes fuq mudell standard tal-kosti,

K.

billi l-użu tar-riformular u tal-ikkodifikar immirati biex jissimiplifikaw u jikkodifikaw il-leġiżjalzzjoni eżistenti jiżgura ċarezza u konsistenza akbar fir-rigward tal-modifikazzjonijiet li jsiru,

L.

billi l-implimentazzjoni korretta u f’waqtha min-naħa tal-Istati Membri hija ta' importanza kruċjali fir-rigward tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, bħalma hija l-problema li għadha għaddejja tal-hekk imsejjħa “induratura” tal-leġiżlazzjoni, jiġifieri l-inklużjoni ta' obbligi li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-liġi Ewropea,

M.

billi d-diverġenzi minħabba implimentazzjonijiet differenti jippreżentaw sfidi kbar għall- funzjonament effiċjenti u effikaċi tas-Suq Uniku, li jirriżultaw fi grupp ta’ tliet livelli ta’ Stati Membri, iffurmat minn dawk b’implimentazzjoni mhux korretta, implimentazzjoni mhux sħiħa jew implimentazzjoni mhux eżatta, b'konsegwenzi ta’ żvantaġġ għan-negozji u l-konsumaturi Ewropej a skapitu ta’ aktar żvilupp,

N.

billi t-Test tal-SMEs kien introdott fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, imma sa issa ġie applikat biss għal minoranza tal-każijiet possibbli,

O.

billi l-Viċi President tal-Kummissjoni, is-Sur Maroš Šefčovič, esprima impenn sod għall-aġenda tar-regolamentazzjoni intelliġenti waqt l-iskambju ta' opinjonijiet li sar fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tas-27 ta' Jannar 2011,

P.

billi s-sistema l-ġdida skont it-Trattat ta’ Lisbona tal-atti delegati u implimentattivi, fl-Artikoli 290 u 291 TFUE, issa hija soġġetta għal qbil komuni u għal regolament rispettivament,

Kummenti ġenerali

1.

Jenfasizza l-importanza vitali li jsiru liġijiet sempliċi u ċari li jkunu aċċessibbli u jinftiehmu faċilment bl-iskop li jitħares il-prinċipju tat-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Ewropea u li tiġi ggarantita l-implimentazzjoni aktar effettiva tagħha, u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jeżerċitaw jeddijiethom b’aktar faċiltà;

2.

Jefasizza li l-istituzzjonijiet Ewropej irridu jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità meta jkunu qed jifformulaw il-proposti u josservaw il-kriterji stabbiliti fil-Protokoll Nru 2 anness mat-TFUE;

3.

Jappoġġja l-approċċ strateġiku adottat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea, li tqiegħed lir-regolamentazzjoni intelliġenti fil-qalba tal-proċess tal-ifformular tal-politiki kollu kemm hu, mill-abbozzar ta' att ġuridiku sal-implimentazzjoni, l-infurzar, il-valutazzjoni u r-reviżjoni;

4.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-atturi istituzzjonali Ewropej kollha għandhom rwol fil-promozzjoni u fit-twassil ta' tfassil aħjar tal-liġijiet, skont il-prinċipji u l-gwida li jinsabu fl-aġenda tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet; iqis li l-partijiet kollha involuti għandhom juru l-impenn imġedded tagħhom għal dawn il-prinċipji;

5.

Jenfasizza li, bl-istess approċċ li kien adottat fir-rapport Monti, għandu jkun hemm użu akbar ta’ regolamenti fil-proposti leġiżlattivi, bħala parti miċ-ċaqliqa lejn leġiżlazzjoni inqas u aħjar;

6.

Iħeġġeġ lill-Presidenzi li jmiss u lill-Kummissjoni biex jibdew iħaddmu l-proċess ta' rinegozjar tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-paragrafi relevanti tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Frar 2010 dwar il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, b'mod speċjali għall-impenn konġunt miż-żewġ istituzzjonijiet li jaqblu dwar il-bidliet ewlenin bi tħejjija għal negozjati futuri mal-Kunsill tal-Ministri dwar l-adattament tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona;

7.

Jisħaq li għandu jsir kull sforz ħalli jiġi żgurat li l-Parlament u l-Kunsill jiġu ttrattati bħala ndaqs ta’ xulxin fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet, u b’hekk jiġi implimentat il-prinċipju tat-trattament ugwali taż-żewġ istituzzjonjiet li hu derivat mit-Trattat ta’ Lisbona;

8.

Jiqa’ l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bħala sura ġdida ta’ parteċipazzjoni pubblika fit-tiswir tal-politika tal-Unjoni Ewropea; jistenna b’ħerqa l-bidu tal-operazzjoni tagħha f’April 2012, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżgura li ċ-ċittadini jiġu magħmula konxji tar-regoli u r-regolamenti applikabbli ħalli jkunu jistgħu jużaw dan l-istrument b'mod effettiv mill-bidu nett;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha fir-rigward tal-iskadenzi li fihom se tissodisfa t-talbiet tal-Parlament skont it-termini tal-Artikolu 225 TFUE, b’referenza speċifika għall-impenn skont il-Ftehim Qafas biex tfassal rapport dwar is-segwitu konkret ta’ kwalunkwe talba fi żmien it-tliet xhur wara l-adozzjoni ta’ rapport ta’ inizjattiva leġiżlattiva fil-plenarja u biex tissottomentti proposta leġiżlattiva wara sena l-aktar tard;

Il-Parlamenti Nazzjonali

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-involviment akbar tal-parlamenti nazzjoniali fil-proċess leġiżlattiv Ewropew, b’mod partikolari fil-proċess tal-ivverifikar tal-konformità tal-proposti leġiżlattivi mal-prinċipju ta-sussidjarjetà;

11.

Jirrimarka, fil-kuntest tal-użu li jsir tal-istrumenti għat-tqajjim ta’ oġġezzjonijiet u azzjonijiet għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà, in-nuqqas ta’ kriterji materjali biex jiġi stabbilit li jkun sar ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-prinċipju tal-proporzonalità, u jenfasizza l-bżonn li l-kundizzjonijiet materjali għall-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji jiġu definiti b’mod speċifiku fil-livell tal-UE;

12.

Jenfasizza li l-parlamenti nazzjonali se jkunu aktar kapaċi jikkonformaw mar-responsabilità tagħhom skont it-Trattat li jittestjaw il-konformità tal-proposti leġiżlattivi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jekk il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, tirrispetta għalkollox l-obbligu tagħha, kif stipulat fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li tagħti raġunijiet dettaljati u komprensibbli għad-deċiżjonijiet tagħha;

13.

Jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-parlamenti nazzjonali, meta jkunu qed iressqu opinjoni, jagħmlu distinzjoni bejn l-aspett tas-sussidjarjetà u dak tal-proporzjonalità kemm jista’ jkun;

It-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-iżgurar ta' implimentazzjoni xierqa

14.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-programm biex isir tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jista' ma jilħaqx il-mira tiegħu li sal-2012 inaqqas il-piżijiet amministrattivi b'25 % u jirrimarka li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jaġixxu fil-pront ħalli jikkunsidraw u japprovaw il-miżuri proposti; jinnota f'dan ir-rigward il-valur li għandha ż-żieda fl-użu ta' proċeduri aċċellerati biex jiġu adottati dawn il-proposti; jimpenja ruħu li minnufih jikkunsidra l-proposti leġiżlattivi li għandhom x'jaqsmu ma' tali miżuri, u jistieden lill-Kunsill jagħmel dak kollu li jista' biex jiżgura li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi identifikat mill-programm jiġi adottat;

15.

Jinnota l-kontribut pożittiv li għamel il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi għall-programm biex jitnaqqsu dawn il-piżijiet, li qed jiġi implimentat mill-Kummissjoni; jenfasizza, madankollu, li l-kompożizzjoni tal-grupp għandha tkun ekwilibrata aħjar, bl-inklużjoni ta’ aktar esperti li jkunu jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u esperti minn Stati Membri oħrajn;

16.

Iħeġġeġ lill-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi jibda djalogu mal-SMEs minn madwar l-Ewropa kollha, biex jidentifika l-ostakli l-aktar imsemmija li ma jħalluhomx jagħmlu negozju ma' Stati Membri oħra fi ħdan is-Suq Uniku, u jipproponi miżuri biex jitneħħew jew jitnaqqsu dawn l-ostakli għat-tkabbir tal-iżvilupp;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-programm ikompli għaddej wara l-2012 biex ikopri t-term tal-Kummissjoni attwali, b'mira aktar ambizzjuża u definita aħjar u b'mandat imsaħħaħ ħalli l-programm ikun jista’ jestendi lil hinn mill-piżijiet amministrattivi biss u jindirizza l-piżijiet regulatorji u l-ispejjeż li ġejjin mil-leġiżlazzjoni tal-UE kollha kemm hi, inklużi l-'inkonvenjenzi’ regulatorji;

18.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu b’mod konsistenti biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, u jistenna b’ħerqa li tissokta koperazzjoni kostruttiva mal-parlamenti nazzjonali dwar din il-kwestjoni;

19.

Jinnota li, biex jiġi żgurat li l-programmi eżistenti, u futuri, għat-tnaqqis tal-piżijiet ikollhom suċċess, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw flimkien b’mod attiv biex jiġu evitati d-diskrepanzi fl-interpretazzjoni u “l-induratura” tal-leġiżlazzjoni (biż-żieda ta' rekwiżiti aktar stretti mal-leġiżlazzjoni implimentattiva domestika li ma tkunx imnissla mil-liġi tal-UE);

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu aktar informazzjoni meta jkunu qed jirrapportaw ir-rekwiżiti wara li jimplimentaw leġiżlazzjoni speċifika biex jindirizzaw b’mod determinat u organizzat il-problema tal-“induratura”; iqis li d-diskrepanzi jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikattiv jekk l-Istati Membri jintalbu jagħtu opinjonijiet motivati fejn jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom li jmorru lil hinn mill-istandards stabbiliti fid-direttivi li jkunu qed jiġu implimentati;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timplimenta l-miżuri tal-pjanijiet settorjali biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi;

22.

Iqis li l-proċess tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u tas-semplifikar tal-leġiżlazzjoni ma għandux iwassal għal tnaqqis tal-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni attwali;

Il-formulazzjoni tal-politika

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aħjar tal-White Papers li jiressqu abbozzi ta' proposti leġiżlattivi għall-konsiderazzjoni; iqis li dan ikun inaqqas il-frekwenza li biha l-proposti jridu jgħaddu minn reviżjoni sostanzjali, jekk mhux totali, waqt il-proċess leġiżlattiv; barra minn hekk iqis li dan ikun jgħin l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni ssuġġerita, li spiss hija ħaġa diffiċli meta fil-bidu jiġu ppreżentati biss il-punti prinċipali tal-proposti f’sura ta' Green Paper;

24.

Huwa tal-fehma li, bil-għan li l-leġiżlazzjoni Ewropea tiffunzjona aħjar, il-komunikazzjoni dwar il-proċess leġiżlattiv u l-proposti leġiżlattivi għandha tittejjeb, għax ir-rapporti li joħorġu mill-istituzzjonijiet spiss ma jħallux lill-impriżi u lill-pubbliku jagħrfu b’mod ċar preċiżament liema leġiżlazzjoni fl-aħħar tkun ġiet adottata;

25.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid il-proċedura ta' konsultazzjoni tagħha, u japprova d-deċiżjoni meħuda biex il-perjodu minimu ta' konsultazzjoni jittawwal għal 12-il ġimgħa; jenfasizza, madankollu, li hemm bżonn li jkunu involuti aħjar il-partijiet interessati kollha u jqis li l-Kummissjoni tista' tesplora metodi ta’ kif jiġu introdotti proċeduri inklużivi li jkattru l-għarfien; iqis li tali proċedura tkun tista' tinkludi l-identifikar ta' partijiet interessati, kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej, li jkunu ta’ interess għal oqsma ta’ politika u proposti relevanti u l-isforz biex jiġu involuti direttament fil-proċess ta' konsultazzjoni;

26.

Jenfasizza li d-djalogu miftuħ, trasparenti u regolari huwa prekundizzjoni bażika biex is-soċjetà ċivili tinvolvi ruħha aktar fil-proċess tat-tiswir tal-leġiżlazzjoni u l-governanza;

27.

Jissuġġerixxi li metodu sistematiku bħal dan ikun jippermetti lill-partijiet interessati kollha u lil dawk kollha li għandhom interess li huma relevanti jipprovdu analiżi wiesgħa tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali possibbli tal-leġiżlazzjoni proposta, għall-benefiċċju tal-formulazzjoni tal-politiki, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ approċċ integrat;

28.

Iqis li l-metodi mhux simmetriċi u l-forom ta' konsultazzjoni li hemm bħalissa ma jinkoraġġixxux tweġibiet mill-partijiet interessati kollha; jinnota n-nuqqas ta' sodisfazzjon li spiss huwa espress minn dawk li jwieġbu rigward il-forma u l-kontenut ta' kwestjonarji onlajn; jissuġġerxxi li approċċ komuni li jkun jinvolvi forma standard għat-tweġibiet għall- konsultazzjonijiet ikun jissimplifika l-affarijiet għal dawk li jwieġbu u jkun jinkoraġġixxi li tintbagħat għażla aktar dettaljata u motivata ta’ tweġibiet, li jkunu jkopru l-varjetà ta' kwestjonijiet ta’ politiki u għażliet differenti li fuqhom tkun saret konsultazzjoni;

29.

B’mod partikolari, jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-multilingwiżmu b’mod effikaċi fit-treġija u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi, bħala prerekwiżit għall-involviment estensiv tal-partijiet interessati Ewropej kollha;

30.

Jesprimi tħassib minħabba ż-żieda fil-kumplessità tad-dokumenti ta’ konsultazzjoni, u jqis li għandhom isiru sforzi, inkluża ż-żieda fl-użu tal-White Papers, biex jiġu ssemplifikati bil-ħsieb li jiġu mgħejuna u inkoraġġiti t-tweġibiet mill-partijiet interessati relevanti, waqt li tiżdied l-aċċessibbiltà tagħhom għaċ-ċittadini; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tistħarreġ jekk jistax jiddaħħal ‘test taċ-ċarezza‧, biex jiġi żgurat li d-dokumenti ta’ konsultazzjoni jkunu jinftiehmu faċilment u dak li jkun ikun jista’ jweġibhom bla taħbit;

31.

Jiddispjaċih li bħalissa r-rispons u l-kummenti kostruttivi mogħtija mill-Kummissjoni għall-konsultazzjonjiet ħafna drabi jidhru insodisfaċenti minn dawk li jwieġbu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-komunikazzjoni tagħha wara li l-perjodu ta’ konsultazzjoni jkun għalaq, u tagħti l-kummenti kostruttivi tagħha dwar il-kwestjonijiet prinċipali mqajma minn dawk kollha li jkunu wieġbu;

32.

Jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita l-indipendenza u l-kredibilità tal-analiżijiet imwettqa fil-valuzazzjonijiet tal-impatt li jsiru mill-Kummissjoni sabiex jintlaħqu fiż-żgur l-objettivi ġenerali tal-aġenda tar-regolamentazzjoni intelliġenti, u jtenni l-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-kwestjoni kif spjegata fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011;

33.

Jissuġġerixxi fil-kuntest tat-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jidentifikaw l-effetti partikolari – kemm pożittivi u kemm negattivi – li se jkollhom il-miżuri fuq il-kompetittività u t-tkabbair fl-Unjoni Ewropea; iqis li sa fejn hu possibbli dawn l-effetti għandhom jiġu kwantifikati għalkollox;

34.

Japprova bil-qawwa l-proposta li, fejn liġijiet ġodda jkunu jimponu spiża fuq in-negozji, għandhom ikunu identifikati kumpensi tal-ispejjeż ekwivalenti, li jkunu jnaqqsu kemm jista’ jkun il-piż regolatorji band'oħra; dan iqisu bħala aspett ewlieni tal-programmi futuri li se jnaqqas il-piżijiet u jtejjeb il-qafas regolatorju għan-negoziji kollha b’mod ġenerali;

35.

Jinnota li l-piż ivvalutat tal-piżijiet ammministrattivi u regolatorji għandu jiġi espress f’ċifri netti aktar milli grossi;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tifformola leġiżlazzjoni ġdida, tpoġġi l-akbar importanza possibbli fuq l-impatt li jista’ jkollha fuq intrapriżi żgħar u medji; jistieden lill-Kummissjoni tfittex li teżenta lill-SMEs mir-regolamentazzjoni fejn id-dispożizzjonijiet jkunu jaffettwahom b’mod sproporzjonat u fejn ma jkunx hemm raġuni rubusta għall-inklużjoni tagħhom fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni; jemmen bis-saħħa li tali dispożizzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkollhom effett pożittiv fuq l-implimentazzjoni u fuq kemm tista’ tintuża r-regolamentazzjoni, partikolarment għall- intrapriżi ż-żgħar u dawk żgħar ħafna; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE josservaw l-Artikolu 153(2b) tat-TFUE, li jirrikjedi minnhom li jevitaw li jgħaddu liġijiet li jimponu limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-SMEs;

37.

Hu tal-fehma f'dan ir-rigward li t-test tal-SMEs adottat fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għandu rwol ewlieni x'jaqdi, u jistenna li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ ta’ dan it-test; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tat-test tal-SMEs fid-Direttorati kollha fi ħdan il-Kummissjoni, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu kunsiderazzjonijiet simili fil-proċessi li jużaw biex jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali; jistieden lill-kumitati parlamentari kollha japplikaw il-prinċipji tat-test tal-SMEs lir-rapporti leġiżlattivi meta tkun saret votazzjoni fuqhom mill-kumitat relevanti u jkunu qed jitressqu quddiem il-plenarja għall-approvazzjoni;

38.

Jieħu nota li l-Kummissjoni, iktar tard fl-2011, bi ħsiebha tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-użu ta’ mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, bil-għan li tiżgura aċċess rapidu u effikaċi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bi ftehim bonarju.

Is-simplifikazzjoni u l-evalwazzjoni ex-post

39.

Jitlob bi dritt li l-Kunsill, f’konformità mal-istqarrija tiegħu stess fil-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, jirrikjedi mill-Istati Membri li jfasslu u jippubblikaw tabelli li juru l-korrelazzjoni li hemm bejn id-direttivi u l-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali; jisħaq li tali tabelli ta’ korrelazzjoni huma essenzjali biex tiġi pprovduta trasparenza dwar kif il-liġi nazzjonali tittrasponi l-obbligi li jinsabu fid-direttivi tal-UE; jisħaq li l-użu tat-tabelli ta’ korrelazzjonali jista’ jkollu rwol utli fl-identifikar ta’ diskrepanzi u każijiet ta’ ‘indurar’;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-programmi li rnexxew ta’ tfassil aħjar tal-liġijiet u ta’ semplifikazzjoni amministrattiva fl-Istati Membri, inkluż l-użu estensiv tal-proċeduri elettroniċi;

41.

Jenfasizza li t-teknika tar-riformulazzjoni għandha tintuża dejjem meta tkun qed tiġi emendata l-leġiżlazzjoni; fl-istess ħin jirrikonoxxi u jirrispetta d-drittijiet tal-Kummissjoni fill-proċess leġiżlattiv;

42.

Jitlob li tittejjeb il-bażi tad-dejta tal-EUR-Lex sabiex issir aktar trasparenti u faċli biex tintuża;

43.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien mal-Parlament b’mod kostruttiv ħalli jiżguraw li fil-prattika s-sistema l-ġdida tal-atti delegati u tal-atti implimentattivi tkun taħdem ħarir;

44.

Jilqa' l-użu aktar wiesa’ tal-evalwazzjoni ex-post tal-leġiżlazzjoni implimentata; jenfasizza, madankollu, li tali evalwazzjoni għandha tintuża għal-leġiżlazzjoni sinifikanti kollha, mhux f'setturi ewlenin biss; jinnota f'dan ir-rigward li għandhom jitqiesu wkoll l-atti implimentattivi u l-atti delegati; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-evalwazzjoni ex-post kemm jista' jkun għall-oqsma tal-politiki kollha, u jissuġġerixxi li inklużjoni akbar ta’ klawżoli sunset – primarjament fis-sura ta’ dati ta’ rieżami preskritti obbligatorji, bil-għażla, jekk ikun xieraq u mixtieq, li tiġi indikata skadenza awtomatika ta’ dispożizzjonijiet li jinsabu fil-leġiżlazzjoni – tista’ tkun mezz utli biex jiġi ggarantit li r-regolamenti li jkunu għadhom fis-seħħ ikunu meħtieġa u proporzjonati;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid, b'mod partikolari, ir-regolamenti tal-finanzjament kollha bil-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk li japplikaw għas-sussidji tal-UE bil-ħsieb li l-proċedura kollha tal-applikazzjoni ssir aktar effiċjenti;

L-iżgurar tat-tmexxija u tal-vivġilanza kontinwata

46.

Jilqa' l-appoġġ personali li l-President tal-Kummissjoni ta lill-aġenda tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti; iqis il-kwistjoni bħala waħda li għandha importanza biżżejjed biex tirrikjedi tmexxija politika reali mill-Kummissjoni ħalli din il-kwistjoni żżommha fuq quddiem tal-aġenda politika, u f'dan ir-rigward jissuġġerixxi li l-aġenda tinġieb 'il quddiem bħala parti ewlenija tal-portfoljo għal wieħed mill- Kulleġġ tal-Kummissarji; jinnota li, min-naħa tiegħu, il-Parlament għandu jistħarreġ metodi kif tiżdied l-importanza marbuta mat-tfassil aħjar tal-liġijiet fi ħdan il-kumitati tiegħu, u jqis li l-użu tal-laqgħat bejn il-kumitati biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni jirrikjedi aktar ħsieb;

47.

Japprezza t-tkomplija min-naħa tal-Kummisjoni tal-prattika tagħha li teżamina l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-‘każijiet ewlenin’ individwali, li b’hekk ittejjeb iċ-ċarezza tar-rapport ‘Tfassil Aħjar tal-Liġijiet’;

48.

Jimpenja ruħu li jibqa' viġilanti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni li twettaq il-Kummissjoni tal-aġenda tar-regolamentazzjoni intelliġenti, u jistenna bil-ħerqa r-rapport ta' progress skedat għat-tieni nofs tal-2012;

*

* *

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0480.

(3)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 1.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2010)0311.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2010)0437.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0259.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0377.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/95


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2010

P7_TA(2011)0382

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar ir-Rapport Annwali 2010 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (2010/2295(INI))

2013/C 51 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikoli 24, 227, 258 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 202(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0232/2011),

A.

billi jagħraf l-importanza tal-proċess tal-petizzjonijiet u l-attributi speċifiċi tiegħu, li għandhom jippermettu lill-kumitat responsabbli jfittex soluzzjonijiet u jiddefendi liċ-ċittadini tal-UE li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament,

B.

billi jeħtieġ tikber il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tissaħħaħ il-leġittimità u r-responsabilità tagħha,

C.

billi ċ-ċittadini tal-UE huma rappreżentati direttament mill-Parlament u billi d-dritt ta’ petizzjoni joffrilhom il-possibilità li jirreferu għand ir-rappreżentanti tagħhom kull meta jqisu li d-drittijiet tagħhom ikunu ġew miksura u jekk is-suġġett tal-petizzjoni tagħhom jaqa' fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea,

D.

billi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea għandha impatt dirett fuq iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE u billi dawn jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jevalwaw l-effikaċja u n-nuqqasijiet tagħha, u biex jindikaw il-lakuni li baqa’ sabiex tkun żgurata applikazzjoni aqwa tal-leġiżlazzjoni komunitarja min-naħa tal-Istati Membri differenti, u billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jsir interlokutur privileġġat,

E.

billi, permezz tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu, għandu l-obbligu li jinvestiga dawn il-kwistjonijiet u joffri liċ-ċittadini l-aħjar soluzzjonijiet, u biex dan iseħħ il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kompla jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Ombudsman Ewropew, ma' kumitati u organi parlamentari oħrajn, ma’ aġenziji u netwerks Ewropej, u mal-Istati Membri,

F.

billi, madankollu, f'ċerti każijiet, l-Istati Membri għadhom isibuha bi tqila li jikkooperaw b'mod attiv mal-kumitat responsabbli, pereżempju billi ma jattendux il-laqgħat tal-kumitat jew ma jweġbux l-ittri li jintbagħtu lilhom, billi dan juri nuqqas ta' kooperazzjoni bona fede mal-istituzzjoni,

G.

filwaqt li jagħraf, madankollu, li ħafna Stati Membri juru livell tajjeb ta’ kooperazzjoni u jikkollaboraw mal-Parlament fi sforz biex iwieġbu għat-tħassib li jesprimu ċ-ċittadini permezz tal-proċedura ta’ petizzjonijiet,

H.

billi jagħraf il-kontribut tas-servizzi tal-Kummissjoni fil-proċess tal-petizzjonijiet, li jipprovdu evalwazzjonijiet preliminari ta’ ħafna mill-petizzjonijiet li jaslu,

I.

billi l-livell ta’ speċjalizzazzjoni tal-petizzjonijiet kif ukoll id-diversità tat-temi trattati, ifisser li jeħtieġ tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-kumitati parlamentari l-oħra f’każ li tintalab opinjoni, xi ħaġa indispensabbli għat-trattament tajjeb tal-petizzjonijiet,

J.

billi l-għadd ta’ petizzjonijiet li rċieva l-Parlament fl-2010 kien ftit inqas minn dak li ġie rreġistrat fl-2009 (jiġifieri 1 655 petizzjoni meta mqabbel ma’ 1 924, tnaqqis ta’ 14%),

K.

billi l-kollaborazzjoni tajba stabbilita mas-servizzi kompetenti tal-Parlament fl-2010 fissret li ma ġewx reġistrati 91 ilment (4.7%) ippreżentati miċ-ċittadini minħabba li ma laħqux il-kundizzjonijiet minimi biex jitqiesu bħala petizzjonijiet, għax ġew segwiti r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport annwali tal-2009 li ma jiġux reġistrati l-petizzjonijiet mingħajr ir-rekwiżiti minimi,

L.

billi fid-dawl tal-għadd ta’ petizzjonijiet iddikjarati inammissibbli li waslu fl-2010 (40%), għandhom jitkomplew l-isforzi maħsuba biex iċ-ċittadini jiġu infurmati aħjar dwar il-kompetenzi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u r-rwol tal-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni,

M.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet jista’ jikkumplimenta strumenti oħra Ewropej disponibbli għaċ-ċittadini, bħall-possibilità li jippreżentaw ilmenti lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kummissjoni,

N.

billi ċ-ċittadini huma intitolati għal rimedju rapidu u li jkun iffukat fuq proposti ta’ soluzzjonijiet, u billi l-Parlament talab repetutament lill-Kummissjoni biex tuża l-prerogattivi tagħha bħala l-Gwardjan tat-Trattat sabiex tieħu azzjoni kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni Ewropea żvelat mill-petizzjonanti, speċjalment meta l-ksur jirriżulta mit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq skala nazzjonali,

O.

billi ħafna petizzjonijiet iqajmu tħassib li joħolqu t-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fir-rigward tal-ambjent u s-suq intern, u billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-passat diġà kien talab lill-Kummissjoni tiżgura l-kontroll f’dan l-amibtu, u biex dan isir aktar effiċjenti,

P.

billi, minkejja li l-Kummissjoni ma tistax tivverifika l-konformità mal-liġi Ewropea qabel ma tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet nazzjonali, huwa importanti, b'mod partikulari fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali, li minn stadju bikri jiġi vverifikat li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali japplikaw b’mod korrett ir-rekwiżiti proċedurali relevanti kollha skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, u anke li japplikaw il-prinċipju tal-kawtela,

Q.

billi, minħabba n-numru għoli ħafna ta' petizzjonijiet marbuta ma' proġetti li aktarx jistgħu jkolhom impatt fuq l-ambjent, ikunu awspikabbli li tinbeda riflessjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar it-trattament ta' dawn il-petizzjonijiet dwar proġetti sottoposti għal inkjesta pubblika, biex ikun jista' jiddeċiedi bl-aħjar mod it-termini ta' żmien, kemm fil-konfront tal-petizzjonant kif ukoll tal-istat ta' progress tal-proġett kkonċernat,

R.

filwaqt li jżomm f’moħħu l-importanza li jiġi evitat iktar telf irreparabbli tal-bijodiversità, speċjalment fis-siti tan-Natura 2000, u l-impenn tal-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni ta’ żoni ta’ konservazzjoni speċjali skont id-Direttiva tal-Ħabitats (92/43/KEE) u d-Direttiva dwar l-Għasafar (79/409/KEE),

S.

billi l-petizzjonijiet jenfasizzaw l-impatt tal-leġiżlazzjoni Ewropea fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE, u filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li jittieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiġi kkonsolidat il-progress miksub fit-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej,

T.

billi, fid-dawl tan-numru notevoli ta' petizzjonijiet pendenti suġġetti għal proċeduri ta' ksur imnedija mill-Kummissjoni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, fir-rapport ta’ ħidma preċedenti tiegħu u fl-opinjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, talab li jinżamm infurmat regolarment dwar il-progress tal-proċeduri ta’ ksur marbuta ma’ petizzjonijiet,

U.

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, imsejsa fuq il-missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti f’Huelva (Spanja), fil-Campania (l-Italja) u Vorarlberg (l-Awstrija) rigward il-ġestjoni tar-residwi tossiċi kif ukoll dawk urbani u t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-direttiva dwar l-impatt ambjentali,

V.

billi l-paragrafu 32 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar id-deliberazzjonijiet 2009 (1) tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward tat-talba tal-Parlament għal reviżjoni tal-proċess ta' reġistrazzjoni għall-petizzjonijiet,

W.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta opinjoni dwar Petizzjoni 0163/2010 imressqa minn P.B. (Ġermaniż/a) dwar aċċess ta’ terza parti għall-Qorti tal-Ġustizzja għal sentenzi preliminari,

1.

Jittama li l-Parlament u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu se jkunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp tal-inizjattiva taċ-ċittadini, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod sħiħ l-għanijiet mixtieqa u sabiex tkun żgurata aktar trasparenza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, filwaqt li ċ-ċittadini jkollhom opportunità jissuġġerixxu titjib, bidliet jew żidiet fil-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jiġi evitat li din il-pjattaforma pubblika tintuża biss għal skopijiet ta’ pubbliċità;

2.

Jemmen li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet hu l-aktar wieħed xieraq biex isegwi l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej reġistrati mal-Kummissjoni;

3.

Jittama li l-inizjattivi taċ-ċittadini li ma laħqux miljun firma sat-terminu stabbilit jkunu jistgħu jgħaddu għand il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament għal diskussjoni f’aktar dettall;

4.

Jitlob li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun il-kumitat li jirrappreżenta l-Parlament Ewropew fis-seduta ta' smigħ pubbliku tal-Parlament u l-Kummissjoni Ewropea tar-rappreżenanti li jkunu ġabru miljun firma għall-inizjattiva taċ-ċittadini tagħhom, bil-għan li din is-seduta ta' smigħ tibbenefika mill-esperjenza u mil-leġittimità tal-kumitat;

5.

Jiġbed l-attenzjoni għar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (2), strument ġdid li jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw fil-ħidma tal-UE;

6.

Jinnota li l-Parlament jirċievi petizzjonijiet relatati ma’ kampanji b’iktar minn miljun firma, u dan juri l-esperjenza tiegħu fir-relazzjonijiet maċ-ċittadini, iżda jinsisti fuq il-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar id-differenza bejn dan it-tip ta' petizzjonijiet u l-inizjattiva taċ-ċittadini;

7.

Ifakkar li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jfisser li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali issa hija legalment vinkolanti u jenfasizza l-importanza tal-Karta, li tat spinta ġdida lill-azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri f’dan il-qasam, u jinsab fiduċjuż li l-Kummissjoni Ewropea – bħala l-gwardjan tat-Trattati – se tagħmel dak kollu li tista' biex tiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta;

8.

Jieħu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni intitolata: ‘Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea’ u jqis li jeħtieġ tiġi żviluppata, promossa u msaħħa kultura awtentika tad-drittijiet fundamentali, fl-istituzzjonijiet tal-UE kif wkoll fl-Istati Membri, b’mod speċjali meta dawn japplikaw u jimplimentaw il-liġi tal-UE; huwa tal-fehma li l-attivitajiet ta' informazzjoni dwar ir-rwol u l-poteri tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali li hemm referenza għalihom fl-‧Istrateġija‧ għandhom ikunu speċifiċi u komprensivi, bil-għan li jiġi żgurat li fil-futur il-poteri ma joqgħodux jgħaddu ‧l quddiem u lura bejn il-Kummissjoni għal għand l-Istati Membri, partikolarment b'rabta ma‧ kwistjonijiet sensittivi;

9.

Jenfasizza, madankollu, li minkejja n-numru mdaqqas ta' petizzjonijiet dwar id-drittijiet li jinsabu fil-Karta, il-Kummissjoni Ewropea tirrifjuta kostantement, minħabba nuqqas ta' strumenti, li taġixxi biex tipprevjeni ksur flagranti tad-drittjiet fundamentali fl-Istati Membri;

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni se taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħti lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem il-kompetenzi biex tistudja l-atti tal-Unjoni;

11.

Tifraħ għall-fatt li l-Kummissjoni ddikjarat l-2013 is-“Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza” sabiex tagħti spinta lid-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u tinforma liċ-ċittadini tal-UE bid-drittijiet tagħhom u bl-eżistenza tal-istrumenti demokratiċi għad-dispożizzjoni tagħhom biex jaffermaw it-tali drittijiet; huwa tal-fehma li s-"Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza" għandha tintuża għat-tixrid wiesa' tal-informazzjoni dwar l-‧inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej‧ il-ġdida, bil-għan li tiġi evitata rata għolja ta' inammissibilità meta mqabbla mar-rata osservata llum fil-qasam tal-‧petizzjonijiet‧; iqis li fl-istess ħin għandu jingħata bidu għal dibattitu dwar l-ambitu ta' applikazzjoni limitat tal-‧Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea‧;

12.

Jilqa' b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ struttura waħda fil-portal “Id-drittijiet tiegħek fl-UE" għaċ-ċittadini li jixtiequ jiksbu tagħrif jew jippreżentaw ilment jew rikors; jilqa’ l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex tissimplifika s-servizzi ta’ assistenza lill-pubblika maħsuba biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom fuq skala Ewropea u l-mezzi tat-tressiq ta’ lmenti disponibbli f’każ ta’ ksur; jenfasizza li l-istituzzjonijiet Ewropej jeħtieġ jipprovdu aktar informazzjoni u jaġixxu b’aktar trasparenza, partikolarment billi jiżguraw aċċess faċli għad-dokumenti;

13.

Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2009 u jħeġġeġ lill-Ombudsman jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u r-rispett tad-dritt ta' amministrazzjoni tajba, prerekwiżiti indispensabbli biex iċ-ċittadini jkollhom fiduċja fl-istituzzjonijiet; japprova r-Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman lill-Kummissjoni rigward l-Ilment 676/2008/RT dwar id-dewmien eċċessiv fit-tweġibiet lill-Ombudsman;

14.

Jinnota li l-petizzjonijiet li waslu fl-2010 komplew jiffukaw fuq l-ambjent, id-drittijiet fundamentali, is-suq intern u l-ġustizzja; jindika li, f’termini ġeografiċi, ħafna mill-petizzjonijiet kienu jirreferu għal Stat Membru speċifiku: Spanja (16%) jew l-Unjoni kollha kemm hi (16%), segwiti mill-Ġermanja, l-Italja u r-Rumanija;

15.

Jirrikonoxxi l-importanza tax-xogħol tal-petizzjonanti għall-ħarsien tal-ambjent fl-UE, minħabba li l-parti l-kbira tagħhom kienu relatati ma’ evalwazzjonijiet tal-impatt ambjentali, l-ambjent naturali, id-drenaġġ, il-ġestjoni tal-kwalità tal-ilma, il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali, il-kwalità tal-arja, it-tniġġis bl-istorbju, il-ġestjoni tal-iskart jew l-emissjonijiet industrijali;

16.

Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u jiddeplora n-negliġenza li wrew ċerti Stati Membri b'rabta mal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea;

17.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tissorvelja b'mod iktar rigoruż il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea u l-implimentazzjoni tagħha f'kull punt tal-proċedura, u mhux biss meta tittieħed deċiżjoni definittiva;

18.

Jikkondividi t-tħassib li esprimew ħafna petizzjonanti dwar il-fatt li l-UE ma rnexxiliex tiżgura implimentazzjoni effettiva tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Bijodiversità 2010; jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2010 bit-titlu: ‘Alternattivi għal viżjoni Ewropea u mira għall-bijodiversità wara l-2010’ (COM(2010)0004);

19.

Iqis li, il-Kummissjoni għandha tiżgura applikazzjoni korretta tad-Direttivi dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA), dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEIA), u dwar id-Direttivi dwar il-Ħabitats u dwar l-Għasafar min-naħa tal-Istati Membri, imsejsa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat kompetenti tal-Parlament, li miegħu se jaħdem mill-qrib il-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jiġi żgurat li t-tħassib taċ-ċittadini jkun rifless aħjar fl-azzjoni ambjentali tal-futur;

20.

Jilqa’ b’sodisfazzjoni il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (COM (2009)0313), li jidentifika l-problemi rappurtati ta’ sikwit min-naħa tal-petizzjonanti, rigward it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fid-Dritt nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini;

21.

Jirrikonoxxi r-rwol tan-Netwerk SOLVIT li sikwit tiltaqa’ ma’ problemi relatati mal-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq intern, rapportati mill-petizzjonanti, u jitlob li f’każijiet ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE jiġi informat il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament minħabba li l-proċedura tal-petizzjonijiet tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv għal titjib fil-leġiżlazzjoni;

22.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li għadu joqgħod fuq il-kompetenza tagħha fil-valutazzjoni tal-petizzjonijiet, fl-identifikazzjoni tal-ksur tal-leġiżlazzjoni Ewropea u biex jinstab rimedju, u japprezza l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni biex ittejjeb il-ħin totali ta’ reazzjoni (medja ta’ erba’ xhur) għat-talbiet ta’ investigazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex il-każijiet li ġew irrappurtati miċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu solvuti kemm jista’ jkun malajr;

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-preżenza fil-laqgħat tal-Kummissarji differenti li kkollaboraw mill-qrib u b’mod effikaċi mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, filwaqt li ħolqu linja ta’ komunikazzjoni importanti bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE;

24.

Jiddispaċih madankollu li l-Kummissjoni għadha ma laqgħetx it-talbiet ripetuti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex tinfurmah dwar il-progress tal-proċeduri ta’ ksur relatat mal-petizzjonijiet miftuħa, minħabba li l-pubblikazzjoni ta’ kull xahar tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta’ ksur, b’konformità mal-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat, mhix risposta adegwata;

25.

Ifakkar li, f’ħafna każijiet, il-petizzjonijiet jikxfu problemi relatati mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea u jirrikonoxxi li t-tnedija ta’ proċeduri ta’ ksur mhux neċessarjament tipprovdi liċ-ċittadini b'soluzzjonijiet immedjati għall-problemi tagħhom; josserva, madankollu, li jeżistu mezzi oħrajn ta' sorveljanza u ta' pressjoni li jistgħu jintużaw;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi kif jixraq ir-rwol li għandhom il-petizzjonijiet fil-kontroll tal-implimentazzjoni effettiva tad-Dritt Komunitarju, għax il-petizzjonijiet sikwit ikunu l-ewwel indikaturi li l-Istati Membri jkunu waqgħu lura fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-mezzi ġuridiċi;

27.

Jinsab kuntent dwar il-preżenza tal-Kunsill fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda jiddispjaċih li din il-preżenza ma rriżultatx f’kollaborazzjoni aktar attiva li tista’ tmexxi dawk il-petizzjonijiet li fihom il-kollaborazzjoni tal-Istati Membri tkun deċiżiva;

28.

Jisħaq li l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni mill-qrib u sistematika tal-Istati Membri hija importanti ħafna għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; iħeġġiġhom ikollhom rwol proattiv rigward tweġibiet għal petizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni u t-twettiq tal-leġiżlazzjoni Ewropea, u jagħti importanza kbira lill-preżenza u lill-kooperazzjoni attiva tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

29.

Iqis li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jsawwar rabtiet ta’ ħidma aktar mill-qrib ma’ kumitati simili fil-parlamenti reġjonali u nazzjonali tal-Istati Membri u jwettaq missjonijiet ta’ informazzjoni bil-għan li jippromwovi l-komprensjoni reċiproka tal-petizzjonijiet relatati ma’ suġġetti Ewropej, u viċi versa, bil-għan li jinkiseb ċertu fehim tad-diversi metodi ta' ħidma tal-kumitati tal-parlamenti nazzjonali biex il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni konsapevoli u li tħares fil-bogħod meta jirrifjuta petizzjoni minħabba kwistjonijiet ta' kompetenza;

30.

Jinnota l-għadd ta’ petizzjonanti li jduru fuq il-Parlament ifittxu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet li mhumiex kompetenza tal-UE, bħalma huma, pereżempju l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali u l-passività min-naħa tal-amministrazzjonijiet differenti, kwistjonijiet li l-Parlament jipprova jsolvi billi jgħaddu dawn l-ilmenti lill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali kompetenti; jilqa' favorevolment il-proċedura l-ġdida stabbilita mid-DĠ Presidenza u mid-DĠ IPOL tal-Parlament fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-petizzjonijiet;

31.

Jindika l-bżonn tat-trasparenza fil-proċess tal-ġestjoni tal-petizzjonijiet: internament permezz ta’ aċċess dirett min-naħa tal-Membri għall-fajls tal-petizzjonijiet permezz tal-applikazzjoni e-Petition, bis-saħħa tas-semplifikazzjoni tal-proċedura interna u kooperazzjoni mill-qrib bejn il-membri, il-President u s-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u esternament billi jinħoloq portal tal-Internet interattiv għall-petizzjonanti; iqis, madankollu, li l-Membri għandhom ikollhom aċċess fl-applikazzjoni e-Petition għall-petizzjonijiet minn petizzjonanti li talbu l-anonimat;

32.

Jitlob li b'mod immedjat jinħoloq portal tal-Internet iddedikat għall-petizzjonijiet li jkun joffri mudell interattiv għar-reġistrazzjoni tal-petizzjoni, li jinforma liċ-ċittadini dwar il-missjoni tal-Parlament, dwar dak li wieħed jista’ jikseb meta jippreżenta petizzjoni lil din l-Istituzzjoni, u li jipprovdi ħoloq (links) għal mezzi oħra alternattivi ta’ rimedju kemm fuq skala Ewropea kif ukoll nazzjonali u li jiddeskrivi bl-aktar mod dettaljat possibbli l-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea bl-għan li ma jkunx hemm konfużjoni bejn il-kompetenzi tal-Unjoni u l-kompetenzi nazzjonali;

33.

Iħeġġeġ lis-servizzi amministrattivi relevanti tal-Kamra biex jaħdmu mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex isibu l-iktar soluzzjonijiet xierqa, minħabba li portal bħal dan ikun ta’ importanza enormi biex titjieb il-komunikazzjoni bejn il-Parlament u ċ-ċittadini tal-UE u jippermetti liċ-ċittadini jagħtu jew jiċħdu l-appoġġ tagħhom lill-petizzjonijiet (b’konformità mal-Artikolu 202 tar-Regolament);

34.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0261.

(2)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/101


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Strateġija tal-UE għal persuni mingħajr dar

P7_TA(2011)0383

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar

2013/C 51 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tiegħu tat-22 April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta’ persuni mingħajr dar (1) u tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar (2),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

wara li kkunsidra l-verżjoni riveduta tal-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha,

wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2010 tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Naħdmu flimkien biex niġġieldu l-faqar fl-2010 u lil hinn minnha

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza Ewropea ta’ Kunsens dwar il-Persuni Mingħajr Dar tad-9 u l-10 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali (COM(2010)0758),

wara li kkunsidra l-Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Ġunju 1999 dwar L-Akkomodazzjoni u l-persuni mingħajr dar (CdR 376/98 finali), tas-6 ta' Ottubru 2010 dwar L-Indirizzar tal-problema tal-persuni mingħajr dar (CdR 18/2010 finali) u tal-31 ta' Marzu 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (CdR 402/2010 finali),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2011 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar (O-000153/2011 – B7-0421/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-problema ta' persuni mingħajr dar qed għadha qed tolqot lill-persuni fl-Istati Membri kollha tal-UE u hija vjolazzjoni mhux aċċettabbli tad-dinjità tal-bniedem;

B.

billi l-problema ta' persuni mingħajr dar tirrappreżenta waħda mill-aktar forom estremi ta’ faqar u privazzjoni, li kompliet tikber f'bosta Stati Membri tal-UE tul dawn l-aħħar snin,

C.

billi l-2010 hija s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali;

D.

billi l-problema ta' persuni mingħajr dar saret prijorità qawwija fil-proċess ta' inklużjoni soċjali tal-UE,

E.

billi l-kordinament ta' politika fil-livell tal-UE fil-qasam tal-persuni mingħajr dar u fil-qafas tal-Metodu Miftuħ ta' Kordinazzjoni għall-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali saħħaħ u żied il-valur tal-isforzi magħmula fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tul id-deċennju li għadda, u billi jenħtieġ li titkompla din il-ħidma fil-qafas ta' approċċ aktar strateġiku,

F.

billi l-problema ta' persuni mingħajr dar hi kumplessa minnha stess u teħtieġ reazzjoni politika li tolqot aspetti differenti;

G.

billi l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-mira ewlenija tagħha tal-ħruġ ta' mill-anqas 20 miljun persuna mir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali sal-2020 tagħti spinta ġdida lill-ġlieda kontra kull forma ta' faqar u esklużjoni soċjali, inkluż lill-problema ta' persuni mingħajr dar,

H.

billi l-inizjattiva ewlenija ta' Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali tirrappreżenta element ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020,

I.

billi dan il-qafas iwitti t-triq għal azzjoni msaħħa u aktar ambizzjuża fil-livell tal-UE għall-persuni mingħajr dar, billi tidentifika metodi u mezzi li jkomplu bl-aħjar mod il-ħidma mnedija mill-Kummissjoni għall-persuni mingħajr dar, b'kunsiderazzjoni tal-eżitu tal-konferenza ta' kunsens ta' Diċembru 2010,

J.

billi l-Kumitat tar-Reġjuni ddeskriva Aġenda Ewropea ta' Akkomodazzjoni Soċjali li għandha l-għan li tikkordina l-miżuri b'rabta mal-finanzjament tal-akkomodazzjoni soċjali, l-użu tal-fondi strutturali u t-tisħiħ tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; billi l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar għandha tikkontribwixxi għal din l-aġenda;

1.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu progress lejn il-mira tat-temma tal-problema ta' persuni mingħajr dar sal-2015;

2.

Jitlob l-iżvilupp ta' strateġija tal-UE li tkun ambizzjuża, integrata u sostnuta minn strateġiji nazzjonali u reġjonali li jkollhom l-għan għat-tul li jtemmu l-problema ta' persuni mingħajr dar fi ħdan il-kuntest aktar ġenerali tal-qafas ta' inklużjoni soċjali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi grupp ta' ħidma għal strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar u biex tinkludi l-parteċipanti interessati kollha fil-ġlieda kontra l-problema ta' persuni mingħajr dar, bl-inklużjoni ta' dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, riċerkaturi, NGOs li huma fornituri ta' servizzi għall-persuni mingħajr dar, persuni li huma mingħajr dar u s-setturi ġirien bħall-akkomodazzjoni, l-impjiegi u s-saħħa;

4.

Jitlob li t-Tipoloġija Ewropea tal-Persuni Mingħajr Dar u l-Esklużjoni minn Akkomodazzjoni (ETHOS) tiġi kkunsidrata fl-iżvilupp ta' strateġija tal-UE; jitlob lill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali u sotto-grupp ta' indikaturi tiegħu biex jippromwovu ftehim fost l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' din id-definizzjoni; jitlob lill-EUROSTAT jiġbor dejta dwar il-persuni mingħajr dar fl-UE fil-qafas tal-Statistika tal-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (UE-SILC);

5.

Jitlob għal qafas, maqbul mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri, għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-persuni mingħajr dar, bħala element ċentrali tal-istrateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar; jitlob f'dan il-kuntest għal strateġija ta' rappurtaġġ annwali jew biennali li tirrapporta dwar il-progress mwettaq;

6.

Iqis li l-elementi ewlenin misluta minn strateġiji għall-persuni mingħajr dar (imressqa mir-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali tal-2010), għandhom jiġu monitorati u għandu jsir rapport dwarhom;

miri ċari, partikolarment dawk rigward il-prevenzjoni tal-problema ta' persuni mingħajr dar; tnaqqis fit-tul ta' żmien ta' din il-problema; tnaqqis tal-forom l-aktar gravi tal-problema ta' persuni mingħajr dar; titjib tal-kwalità tas-servizzi għall-persuni mingħajr dar u aċċess għal akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli,

approċċ integrat li jkopri l-oqsma ta' politika rilevanti kollha,

governanza adegwata,

ġbir ta' dejta adegwat,

dimensjoni ta' akkomodazzjoni b'saħħitha,

kunsiderazzjoni tal-profili dejjem jinbidlu tal-popolazzjoni ta' persuni mingħajr dar, u b'mod partikolari tal-impatt tal-immigrazzjoni;

7.

Jitlob b'mod speċifiku li dan il-qafas ta' monitoraġġ jindirizza l-progress tal-Istati Membri biex itemmu l-problema ta' persuni mingħajr dar u l-problema fit-tul ta' persuni mingħajr dar;

8.

Jitlob għal strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar li tmur lil hinn mill-monitoraġġ u r-rappurtaġġ u biex toffri pakkett ta' attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp u s-sostenn ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali effettivi għall-persuni mingħajr dar ;

9.

Jitlob għal aġenda ta' riċerka b'saħħitha sabiex jiġi żviluppat l-għarfien u l-fehim fil-qafas ta' strateġija tal-UE għal persuni mingħajr dar, u tagħlim reċiproku u skambju transnazzjonali kontinwu dwar kwistjonijiet ewlenin fil-ġlieda kontra l-problema ta' persuni mingħajr dar;

10.

Jitlob għal mira speċifiku fuq approċċi interni skont it-tifsira tal-innovazzjoni soċjali tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali sabiex tissaħħaħ il-bażi ta' evidenza dwar il-kombinazzjonijiet effettivi ta' akkomodazzjoni u appoġġ mhux fiss għal dawk li kienu persuni mingħajr dar u għall-prattika bbażata fuq l-evidenza u l-iżvilupp ta' politika;

11.

Jitlob għall-strateġija tal-UE għal persuni mingħajr dar li tiffoka fuq il-promozzjoni ta' servizzi ta' kwalità għall-persuni mingħajr dar u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas volontarju ta' kwalità kif stipulat mill-Komunikazzjoni dwar il-Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar;

12.

Jitlob l-iżvilupp ta' rabtiet b'saħħithom bejn l-istrateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar u l-kanali ta' finanzjament tal-UE - speċjalment il-Fondi Strutturali; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-faċilità ta' finanzjament tal-FEŻR ukoll għall-akkomodazzjoni għal gruppi marġinalizzati biex tindirizza l-problema ta' persuni mingħajr dar fl-Istati differenti tal-UE;

13.

Jitlob l-allinjament tal-problema ta' persuni mingħajr dar fost l-oqsma ta' politika rilevanti bħala aspett mill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

14.

Iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar għandha tirrispetta bis-sħiħ it-Trattat ta' Lisbona li jistipula "r-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu, jikkummissjonaw, u jorganizzaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali mill-aktar qrib possibbli għall-ħtiġiet tal-utenti"; iqis li hu f'idejn l-Istati Membri li jiddeffinixxu l-ambiti ta' akkomodazzjoni soċjali bi prezzijiet raġjonevoli u li Strateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-politika tal-Istati Membri dwar l-akkomodazzjoni soċjali li legalment tinkludi l-prinċipju ta' promozzjoni tat-taħlita soċjali u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni soċjali;

15.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) taħdem aktar dwar l-implikazzjonijiet ta' faqar estrem u l-esklużjoni soċjali f'termini ta' aċċess għal u t-tgawdija tad-drittijiet fundamentali, b'kunsiderazzjoni li t-twettiq tad-dritt għall-akkomodazzjoni hu kritiku għat-tgawdija ta' firxa sħiħa ta' drittijiet oħrajn, inklużi d-drittijiet politiċi u soċjali;

16.

Iħeġġeġ lill-Kunsill dwar Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur biex jiddiskuti kif jiżviluppa strateġija tal-UE għall-persuni mingħajr dar;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 19.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0499.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/104


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tad-CO2 li jaffettwaw lill-klima

P7_TA(2011)0384

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv lejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 rilevanti għall-klima

2013/C 51 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta’ Montreal tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu,

wara li kkunsidra l-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija ta’ Diċembru 2008, u r-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet b’effett ta’ serra fluworinat,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bħal COM(2010)0265 li ppreżentat analiżi tal-alternattivi biex isir progress lil hinn mit-tnaqqis ta' 20 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) u l-valutazzjoni tar-riskju ta' rilaxx tal-karbonju, COM(2010)0086 dwar il-politika internazzjonali dwar il-klima adottata wara Kopenħagen: naġixxu issa sabiex insaħħu l-azzjoni globali dwar it-tibdil fil-klima, u COM(2011)0112 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u partikolarment dawk tal-4 ta' Frar dwar 2009 dwar l-2050: il-Ġejjieni jibda llum - Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima (1), u tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tal-Konferenza ta' Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP15) (2), u tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima li saret f'Cancun (COP16) (3),

wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel imressqa skont l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura (O-000135/2011 – B7-0418/2011) tiegħu u wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-evidenza xjentifika dwar it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu ma tħallix dubji, u dan il-fatt ifisser li huwa imperattiv li tittieħed azzjoni b'ħeffa, ikkoordinata u ambizzjuża fuq livell Ewropew u internazzjonali sabiex tiġi ttrattata din l-isfida globali,

B.

billi l-objettiv li ż-żieda globali fit-temperatura medja annwali tal-wiċċ tad-dinja tiġi limitata għal 2 °C ('l-objettiv ta' 2 °C') sar wieħed internazzjonali wara l-ftehimiet ta’ Cancun tas-COP16,

C.

billi l-Protokoll ta’ Kjoto tal-UNFCCC ikopri biss parzjalment l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra responsabbli għat-tisħin dinji, jiġifieri d-dijossidu tal-karbonju (CO2), eżail-metan (CH4), l-ossidu nitruż (N2O), l-idrofluworokarburi (HFCs), il-perfluworokarburi (PFCs) u l-eżafluworur tal-kubrit (SF6), filwaqt li xi alokarburi oħrajn li għandhom potenzjal qawwi ta’ tisħin huma koperti mill-Protokoll ta’ Montreal minħabba l-potenzjal tagħhom li jdgħajfu s-saff tal-ożonu,

D.

billi l-gassijiet b’effett ta’ serra jvarjaw fl-influwenza tagħhom tat-tisħin (espress f’furzar radjattiva f’Watts kull metru kwadru) fuq is-sistema tal-klima globali minħabba l-karatteristiċi radjattivi differenti tagħhom u d-dewmien ta’ ħajja differenti tagħhom fl-atmosfera; billi skont il-4AR tal-IPCC għall-2007, din l-influwenza ta’ tisħin hija ta’ 1.66W/m2 għad-CO2, 0.48W/m2 għall-CH4, 0.16W/m2 għall-N2O u 0.35W/m2 għall-alokarburi,

E.

billi l-gassijiet bħall-monossidu tal-karbonju (CO), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-metan, u komposti organiċi volatili oħrajn (VOCs) jiffurmaw l-ożonu fl-ewwel 10-15 km ’l fuq mill-wiċċ tad-dinja (troposfera); billi minħabba ż-żieda kbira fil-metan, fil-CO, fil-VOCs u fl-NOx mill-era preindustrijali, l-ożonu troposferiku żdied b’madwar 30 % u l-kontribut tiegħu għat-tisħin globali huwa saħansitra ta’ 20 % ta’ dak dovut għad-CO2 (0.36W/m2),

F.

billi l-karbonju iswed (jew nugrufun), li huwa aerosol u huwa fost il-komponenti tal-partikoli mxerrda mill-ħruq inkomplet ta’ fjuwils fossili u bijomassa, jikkawża t-tisħin globali f’żewġ modi; fl-atmosfera jassorbi r-radjazzjoni tax-xemx, li jsaħħan l-arja ta’ madwar, filwaqt li t-tixrid tiegħu fl-arja jista’ jiskura l-borra u s-silġ u jaċċellera t-tidwib (0.10W/m2),

G.

billi n-nuqqas tal-ilħuq tal-objettiv taż-2 °C jkollu impatti ambjentali u prezz ekonomiku enormi, fost l-oħrajn, tiżdied il-probabilità li jintlaħqu l-punti kritiċi fejn il-livelli tat-temperatura jibdew jinfurzaw ir-rilaxx tad-CO2 u tal-CH4 mill-assorbenti bħall-foresti u l-permafrost, u jillimitaw il-kapaċità tan-natura li tassorbi l-karbonju fl-oċeani,

H.

billi, skont ir-Rapport tal-2010 tal-Panil ta’ Evalwazzjoni Xjentifika tal-UNEP/WMO, il-Protokoll ta’ Montreal ta kontribut kbir għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra; billi fl-2010 t-tnaqqis tal-emissjonijiet annwali ta’ sustanzi li jeqirdu l-ożonu (ODSs) fil-qafas tal-Protokoll ta’ Montreal huwa stmat li kien madwar 10 Gigatunnellati ta’ emissjonijiet tad-CO2-ekwivalenti ffrankati fis-sena, li huwa ħames darbiet akbar mill-objettiv ta’ tnaqqis annwali ta’ emissjonijiet għall-ewwel perjodu ta’ impenn (2008-2012) tal-Protokoll ta’ Kjoto,

I.

billi attwalment il-Kummissjoni qed teżamina mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati,

1.

Jinnota li l-politiki Ewropej u internazzjonali dwar il-klima ffukaw l-aktar fuq it-tnaqqis fuq żmien fit-tul tal-emissjonijiet tad-CO2, pereżempju, permezz ta’ effiċjenza enerġetika mtejba, sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu, u strateġiji oħrajn b’konsum baxx tal-karbonju;

2.

Jappella għal politika Ewropea komprensiva dwar il-klima li tista’ tibbenefika mill-kunsiderazzjoni tas-sorsi kollha tat-tisħin u mill-alternattivi kollha ta’ mitigazzjoni; jenfasizza li barra mill tqis it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2, hija għanda tagħmel enfasi fuq strateġiji li jistgħu jipproduċu l-aktar rispons rapidu fir-rigward tal-klima;

3.

Jinnota li hemm disponibbli strateġiji regolatorji ta’ azzjoni rapida bil-għan li gradwalment jitnaqqsu l-produzzjoni u l-konsum tal-idrofluworokarburi u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju iswed u tal-gassijiet li jwasslu għall-formazzjoni tal-ożonu troposferiku, u li jistgħu jinbdew fi żmien sentejn jew tlieta u li jistgħu jiġu implimentati b’mod sostanzjali fi żmien bejn ħames u għaxar snin, li jistgħu jipproduċu r-rispons klimatiku mixtieq f’xi għexieren ta’ snin jew qabel, b’mod partikulari għal uħud mill-idrofluworokarburi, bil-prezz ferm baxx għall-pubbliku ta’ 5 sa 10 ċenteżmi kull tunnellata, meta bħalissa l-prezz tal-karbonju huwa ta’ aktar minn EUR 13 kull tunnellata;

4.

Jinnota li l-azzjoni nazzjonali dwar il-gassijiet fluworinati fl-għamla ta' Regolament dwar il-Gassijiet Fluworinati għadha lura ferm milli tissodisfa l-aspettattivi, kif ukoll li n-nuqqas li jiġu indirizzati r-riżultati ħżiena tagħha jdgħajjef konsiderevolment il-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE fil-UNFCCC;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq reviżjoni tar-regolamenti dwar il-gassijiet fluworinati u tagħmel proposti dwar it-tnaqqis rapidu tal-produzzjoni u l-konsum tal-idrofluworokarburi, tħaffef it-tneħħija tal-idroklorofluworokarburi (HCFCs) fi prodotti u applikazzjonijiet differenti, u tirkupra u teqred il-gassijiet b’effett ta’ serra li jeqirdu l-ożonu stratosferiku u li jinsabu fi prodotti u tagħmir mormija;

6.

Jilqa' l-impenn li ħadet l-Unjoni Ewropea, fil-COP-17 f'Durban, li tappoġġja l-azzjoni dwar l-HFCs skont il-Protokoll ta' Montreal, bħala eżempju eċċellenti ta' approċċ mhux ibbażat fuq is-suq għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

7.

Jinnota li waqt l-aħħar laqgħa tal-Partijiet kontraenti għall-Protokoll ta' Montreal, il-Kummissjoni bħala negozjatur għall-UE, appoġġjat il-prinċipju tal-proposti tal-Amerika ta' Fuq u tal-Istati Federali tal-Mikroneżja, li jitnaqqsu gradwalment l-HFCs u biex jinqered l-HFC-23 li jifforma bħala prodott sekondarju, kif ukoll li fl-aħħar konferenza tal-Partijiet kontraenti għall-UNFCCC f'Cancun, l-UE ressqet proposta għal deċiżjoni li timpenja lill-Partijiet kontraenti jkomplu jippruvaw jilħqu ftehim dwar din il-kwistjoni skont il-Protokoll ta' Montreal bla ħsara għall-ambitu tal-UNFCCC;

8.

Filwaqt li jqis l-użu abużiv identifikat reċentement fir-rigward tal-krediti HFC-23 permezz tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM), iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja mezzi biex tippromwovi tnaqqis immedjat fil-livell internazzjonali permezz tal-Protokoll ta’ Montreal, li kien suċċess, minflok bl-użu tal-mekkaniżmi flessibbli fil-qafas tal-Protokoll ta’ Kjoto;

9.

Iħeġġeġ biex ikun hemm azzjoni immedjata għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju iswed bħala metodu ta’ azzjoni rapida biex jitwaqqaf it-tidwib tas-silġ glaċjali, billi tingħata prijorità għall-emissjonijiet li jaffettwaw ir-reġjuni tal-borra u tas-silġ, inkluż l-Artiku, il-Groenlandja u l-glaċieri tar-reġjun tal-Himilaya-Tibet;

10.

Jistieden lill-UE tippromwovi t-teknoloġiji eżistenti li jnaqqsu drastikament l-emissjonijiet tal-karbonju iswed; ikompli jħeġġeġ l-adozzjoni ta' regolamenti li jipprojbixxu l-prattika tal-qtugħ u l-ħruq tal-foresti u li jinfurzaw testijiet regolari u stretti dwar l-emissjonijiet tal-vetturi;

11.

Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni globali rigoruża tar-regolamenti dwar it-tniġġis tal-arja u tat-teknoloġiji disponibbli, li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tan-NOx u tal-CO, biex b’hekk jitnaqqas l-ożonu troposferiku antropoġeniku, li huwa gass b’effett ta’ serra sinifikanti;

12

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni Ewropea tgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe azzjoni li tieħu f’din id-direzzjoni u sabiex tagħmel tajjeb għaż-żmien mitluf billi tintroduċi minnufih dawn l-alternattivi politiċi fil-proċess leġiżlattiv;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 67 E, 8.3.2010, p. 44.

(2)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 25.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0442.


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/108


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
In-negozjati tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova

P7_TA(2011)0385

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE rigward in-negozjati bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (2011/2079(INI))

2013/C 51 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Moldova tal-15 ta' Ġunju 2009 li adottaw id-direttivi għan-negozjati,

wara li kkunsidra d-direttivi ta’ negozjati taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva mar-Repubblika tal-Moldova adottati mill-Kunsill fl-20 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) iffirmat fit-28 ta' Novembru 1994 bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998,

wara li kkunsidra l-Protokoll għall-FSK UE-Repubblika tal-Moldova dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-Programmi u l-Aġenziji tal-Komunità,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt UE-Repubblika tal-Moldova dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), li jistipula l-objettivi strateġiċi bbażati fuq l-impenji fir-rigward ta' valuri komuni u l-implimentazzjoni effettiva ta' riformi politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali,

wara li kkunsidra d-djalogu bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-viża mniedi fil-15 ta' Ġunju 2010 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża tas-16 ta’ Diċembru 2010,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar Sħubija għall-Mobilità bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Progress tar-Repubblika tal-Moldova tal-Kummissjoni Ewropea adottat fil-25 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat adottati mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-20 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta dwar risposti ġodda għal viċinat li qed jinbidel (A new response to a changing Neighbourhood) tal-25 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit dwar is-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar is-Sħubija tal-Lvant tal-25 ta' Ottubru 2010,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju,

wara li kkunsidra l-ewwel Rapport tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Moldova, b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-qagħda fir-Repubblika tal-Moldova (1) u tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-riformi implimentati u żviluppi fir-Repubblika tal-Moldova (2), kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Repubblika tal-Moldova,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar Strateġija tal-UE għall-Baħar l-Iswed (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 90(4) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0289/2011),

A.

billi l-filosofija ġdida tal-PEV, li skont il-prinċipju “aktar għal aktar” timmira li titratta bħala prijorità lil dawk il-pajjiżi li jkunu l-iktar effettivi fir-realizzazzjoni tar-rekwiżiti tagħha, toħloq opportunità sabiex ir-Repubblika tal-Moldova ssir is-suċċess tal-politika tal-UE rigward il-ġirien tagħha,

B.

billi l-Unjoni Ewropea għamlet mid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija aspett ċentrali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tagħha,

C.

billi, fil-kuntest tal-PEV, is-Sħubija tal-Lvant ħolqot qafas politiku sinifikattiv għall-approfondiment tar-relazzjonijiet, l-aċċellerazzjoni tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika ulterjuri bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova, li huma marbuta b’rabtiet qawwijin ġeografiċi, storiċi u kulturali, billi appoġġat ir-riformi politiċi u soċjo-ekonomiċi u ffaċilitat it-tqarrib lejn l-UE,

D.

billi s-Sħubija tal-Lvant issaħħaħ ir-relazzjonijiet multilaterali bejn il-pajjiżi involuti, tikkontribwixxi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-esperjenza dwar il-kwistjonijiet tal-bidla, ir-riforma u l-modernizzazzjoni, u tipprovdi lill-Unjoni Ewropea bi strumenti addizzjonali biex tappoġġa dawn il-proċessi,

E.

billi s-Sħubija tal-Lvant tiddisponi għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali permezz ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ġodda, waqt li tqis is-sitwazzjoni speċifika u l-ambizzjoni tal-pajjiż sieħeb u l-kapaċità tiegħu li jirrispetta l-impenji li jirriżultaw,

F.

billi l-kuntatti bejn il-persuni huma l-bażi biex jinkisbu l-għanijiet tas-Sħubija tal-Lvant u biex jiġi rikonoxxut li din ma tistax tkun realizzata bis-sħiħ mingħajr il-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viża,

G.

billi r-Repubblika tal-Moldova u pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant se jibbenefikaw minn offerta ta’ privileġġ tal-UE fuq il-liberalizzazzjoni tal-viża f'termini ta’ kalendarju u sustanza, qabel kwalunkwe pajjiż terz ġar ieħor,

H.

billi l-parteċipazzjoni attiva tar-Repubblika tal-Moldova u l-impenn tagħha għall-valuri u l-prinċipji komuni, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tal-minoranzi, huma essenzjali biex il-proċess ikompli miexi 'l quddiem u biex ikun żgurat is-suċċess tan-negozjati u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, li għandu jkun imfassal biex jaqdi l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-pajjiż u se jkollu impatt sostenibbli fuq l-iżvilupp tiegħu,

I.

billi fl-approfondiment tar-relazzjonijiet tagħha mar-Repubblika tal-Moldova, l-UE għandha tippromwovi l-istabilità u l-bini tal-fiduċja, inkluż permezz ta' kontribut proattiv biex tinstab soluzzjoni f’waqtha u vijabbli għall-kunflitt Transnistrijan, li huwa sors ta’ nuqqas ta’ stabilità reġjonali,

J.

billi n-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mixjin b'pass konsistenti u s'issa sar progress tajjeb, kif sar ukoll fid-Djalogu dwar il-Viża; billi, madankollu, in-negozjati dwar iż-żona ta’ kummerċ ħieles profonda u komprensiva (DCFTA) għadhom ma bdewx,

1.

Jindirizza, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE):

(a)

li l-impenn tal-UE u n-negozjati li għaddejjin mar-Repubblika tal-Moldova jkunu bbażati fuq l-affermazzjoni li l-perspettiva tal-UE, inkluż l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandha timxi id f'id mal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali, tkun kemm lieva siewja fl-implimentazzjoni tar-riformi u kemm katalista meħtieġa biex dawn ir-riformi jkollhom l-appoġġ pubbliku;

(b)

li japplikaw fir-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Moldova l-prinċipji ta’ “aktar għal aktar” u differenzazzjoni fuq il-bażi tal-merti u l-kisbiet individwali tar-Repubblika tal-Moldova tul dawn l-aħħar sentejn;

(c)

li jilqgħu l-kooperazzjoni stabbli u progressiva min-naħa tar-Repubblika tal-Moldova fin-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u dwar id-diversi elementi ta’ kooperazzjoni, inklużi l-politika estera u ta’ sigurtà, il-kooperazzjoni rigward l-enerġija, id-drittijiet tal-bniedem u l-kummerċ, li wasslet biex jingħalqu b’suċċess u f’waqthom, il-biċċa l-kbira tal-kapitoli tan-negozjati;

(d)

li jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li n-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova jkomplu bil-pass konsistenti attwali, u, għal dak il-għan, itejbu d-djalogu mal-partiti politiċi kollha, u jinkoraġġixxu d-djalogu bejn il-partiti fir-Repubblika tal-Moldova, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-istabilità politika fl-istat hija essenzjali sabiex jitkompla l-proċess ta’ riforma;

(e)

li jiżguraw li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jkun qafas komprensiv li jħares 'il quddiem għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet mar-Repubblika mal-Moldova fis-snin li ġejjin;

(f)

li jkunu konxji mill-impatt qawwi tal-appoġġ konġunt u kkoordinat tal-Istati Membri, kif inkorporat mill-azzjoni tal-Grupp ta' Ħbieb tar-Repubblika tal-Moldova;

(g)

li jirduppjaw l-isforzi biex tinstab soluzzjoni sostenibbli dwar il-kunflitt tat-Transnistrija u, għal dak il-għan, jipprevedu involviment iktar robust u dirett fis-soluzzjoni politika tal-kunflitt tat-Transnistrija skont il-prinċipju tal-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova, kif ukoll biex jadottaw miżuri biex tinbena l-fiduċja, inkluża d-definizzjoni konġunta tal-programmi ta' rijabilitazzjoni u l-promozzjoni tal-kuntatti bejn il-persuni, bl-għan li jsaħħu s-soċjetà u l-iskambju kulturali, filwaqt li jikkunsidraw li fil-fatt m’hemmx kunflitt fl-art tar-Reġjun tat-Transnistrija;

(h)

li jiżguraw li jkun hemm riżorsi biżżejjed għar-rwol proattiv tal-UE fit-taħdidiet 5 + 2, speċjalment wara li ntemm il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE);

(i)

li jħeġġu lill-Federazzjoni Russa sabiex tadotta azzjoni iktar kostruttiva u orjentata lejn ir-riżultati sabiex in-negozjati jimxu ’l quddiem u jinħolqu l-kundizzjonijiet għal ftehim dejjiemi u komprensiv;

(j)

li jiżguraw li r-reġjun Transnistrijan, bħala parti integrali mir-Repubblika tal-Moldova, ikun kopert mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-effetti tiegħu, partikolarment id-DCFTA;

(k)

li jieħdu l-azzjoni neċessarja sabiex jappoġġaw lir-Repubblika tal-Moldova biex tissodisfa l-benchmarks tal-liberalizzazzjoni tal-viża, ħaġa li preferibbilment għandha ssir qabel il-konklużjoni tal-Ftehim;

(l)

li jinformaw liċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża sabiex jibnu l-appoġġ għall-aġenda ta' riforma;

(m)

li jiżguraw li n-negozjati dwar Żona ta’ Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva jibdew sa tmiem l-2011 u fl-istess ħin jevalwaw l-impatt tal-DCFTA fuq l-ekonomija tal-Moldova, kif ukoll ir-riperkussjonijiet soċjali u ambjentali tagħha;

(n)

li jilqgħu l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin dwar il-kummerċ imħejjija mill-UE, u jniedu negozjati mar-Repubblika tal-Moldova mingħajr dewmien ulterjuri dwar l-inklużjoni tad-DCFTA bħala parti integrali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, sabiex tkun promossa l-integrazzjoni politika u ekonomika sħiħa tar-Repubblika tal-Moldova mal-UE u sabiex ir-Repubblika tal-Moldova tkun tista’ tattira investiment barrani u ssir aktar produttiva, sabiex ittemm id-dipendenza tagħha fuq il-bgħit tal-flus mill-emigranti u tgħamel it-tranżizzjoni lejn ekonomija tas-suq kompetittiva fl-esportazzjoni, waqt li jirrikonoxxu, madankollu, li r-Repubblika tal-Moldova għandha l-ewwel turi li għandha l-kapaċità suffiċjenti li tadatta l-istrutturi legali u ekonomiċi tagħha għall-eżiġenzi tal-integrazzjoni kummerċjali mal-UE;

(o)

li jfasslu aġenda ambizzjuża u ġusta għan-negozjati għad-DCFTA, li tiffoka fuq it-tneħħija ta’ deterrenti għan-negozju u l-investiment bilaterali, jiġifieri d-differenzi legali u regolatorji fl-istandards tekniċi, sanitarji u fitosanitarji, u fuq il-ħidma li għad trid issir rigward is-sistema finanzjarja u l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Moldova; li jilqgħu f’dan ir-rigward il-progress li għamlet ir-Repubblika tal-Moldova fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-dwana, id-djalogu ekonomiku, is-servizzi finanzjarji, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-kooperazzjoni fl-enerġija, li huma koperti min-negozjati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-UE;

(p)

li joffru aktar appoġġ lir-Repubblika tal-Moldova biex tagħti spinta lill-kompetittività tagħha sabiex tibbenefika mill-vantaġġi li tista' toffri d-DCFTA;

(q)

li jenfasizzaw il-bżonn li r-Repubblika tal-Moldova tkompli b'iktar riformi domestiċi, u b’hekk ittejjeb l-klima tagħha għall-kummerċ u l-investiment, u li ssolvi l-kwistjonijiet interni li jimpedixxu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-UE, bħall-fatt li l-pajjiż m’għandux president u l-kontroversja dwar it-Transnistrija;

(r)

li jkomplu jagħmlu pressjoni qawwija fuq l-awtoritajiet tal-Moldova, u fl-istess ħin jappoġġawhom, biex jikkonsolidaw ir-riformi u jagħmlu progress tanġibbli fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fir-riforma tas-servizzi tal-ġudikatura, tal-prosekuzzjoni u tal-pulizija sabiex jibbenefika l-poplu;

(s)

biex jgħinu lill-awtoritajiet tal-Moldova sabiex ikunu jistgħu jagħmlu progress konkret fit-tneħħija tat-trattament ħażin u tortura minn korpi tal-infurzar tal-liġi;

(t)

li jenfasizzaw fil-Ftehim l-importanza tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jkomplu jappoġġaw ir-riforma tal-ġudikatura bħala waħda mill-prijoritajiet; li jikkomunikaw lill-gvern tal-Moldova kemm tkun ħaġa tajba li jkompli l-investigazzjoni sħiħa, trasparenti u imparzjali diġà mibdija dwar l-avvenimenti ta' April 2009;

(u)

li jinkludu klawżoli standard dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li jirriflettu l-ogħla standards internazzjonali u Ewropej, li jibnu fuq id-Djalogu bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u li jisfruttaw bis-sħiħ il-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, u jinkoraġġixxu l-awtoritajiet tal-Moldova biex jippromwovu d-drittijiet tal-persuni li huma parti minn minoranzi, b'konformità mal-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

(v)

li jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet tal-Moldova biex jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva u effettiva kontra d-diskriminazzjoni li tkun f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u wkoll fl-istess spirtu; fost affarijiet oħra, leġiżlazzjoni bħal din għandha tinkludi dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali; li jappoġġaw l-istitutjonalizzazzjoni ta' programmi edukattivi kontra l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, kif ukoll il-ħidma tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tar-rispett u l-fehim reċiproku u kontra n-nuqqas ta' tolleranza fil-familji, il-komunitajiet, l-iskejjel u l-ambjenti soċjali;

(w)

li jiżguraw li l-promozzjoni tal-valuri ta' midja ħielsa tibqa' prijorità fin-negozjati li għaddejjin mar-Repubblika tal-Moldova u jinkoraġġixxu l-awtoritajiet Moldovani biex isaħħu u jappoġġaw midja indipendenti, biex jiżguraw in-newtralità tal-midja pubblika u jippromwovu ambjent tal-midja pluralistiku li jżid it-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; li jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet Moldovani biex jiżguraw li l-aġenziji responsabbli kollha fil-qasam tal-midja jikkonformaw mal-istandards tal-UE dwar il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu fil-qasam;

(x)

li jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tgħin fl-iżvilupp tas-settur ġdid tal-midja u biex tipprovdi appoġġ tekniku għall-iżvilupp tal-Internet broadband fir-Repubblika tal-Moldova;

(y)

li jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet Moldovani biex juru impenn akbar għall-ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi u t-titjib tal-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku sabiex jiżguraw governanza tajba, responsabilità akbar, aċċess ugwali u kompetizzjoni ġusta;

(z)

li jieħdu nota tal-impatt pożittiv li l-preferenzi kummerċjali awtonomi mogħtija lill-Repubblika tal-Moldova fl-2008 kellhom fuq l-esportazzjoni tal-pajjiż, b'dispjaċir għall-fatt li l-użu tagħhom kien imfixkel mid-differenzi fl-istandards bejn iż-żewġ partijiet; li jżommu f'moħħhom li r-Repubblika tal-Moldova trid tkompli tinkoraġġixxi żvilupp ekonomiku u integrazzjoni Ewropea aktar mgħaġġla;

(aa)

li jenfasizzaw il-ħtieġa għal ambjent tan-negozju trasparenti u riforma regolatorja xierqa, sabiex jinkoraġixxu l-investimenti barranin diretti;

(ab)

li jenfasizzaw fil-Ftehim l-importanza kbira tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-proprjetà intellettwali, fid-dawl tal-livell attwali għoli tal-piraterija u l-falsifikazzjoni;

(ac)

li jibnu fuq azzjonijiet konkreti mwettqa fuq il-bażi tal-Protokoll għall-FSK UE-Repubblika tal-Moldova dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-Programmi u l-Aġenziji tal-Komunità li għandhom ikunu riflessi fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

(ad)

li jirriflettu fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni l-ogħla standards ambjentali, b'kunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fl-Istrateġija għar-reġjun tad-Danubju, u li jappellaw għall-modernizzazzjoni tal-istallazzjonijiet industrijali l-kbar, fost l-oħrajn dawk li jinsabu fuq ix-xatt tan-naħa tal-lemin tax-xmara Dniester; li jikkunsidraw iktar l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fiż-żona tal-Baħar l-Iswed u tal-parteċipazzjoni attiva tar-Repubblika tal-Moldova fil-politiki tal-UE għal dan l-ispazju, inkluż fi Strateġija eventwali tal-UE għall-Baħar l-Iswed;

(ae)

fid-dawl tal-importanza għall-iżvilupp ekonomiku tal-ftuħ mill-ġdid tal-linja tal-ferrovija bejn Chisinau u Tiraspol, li jeżaminaw liema passi ulterjuri huma meħtieġa biex jittejjeb it-trasport pubbliku u jkun żgurat it-trasport bla xkiel ta' merkanzija ġewwa l-pajjiż, u jekk il-Missjoni għall-Assistenza fil-Fruntieri tal-Moldova u l-Ukraina (EUBAM) tistax tipprovdi għajnuna ulterjuri;

(af)

li jappoġġaw iktar id-demarkazzjoni tal-fruntiera kollha bejn il-Moldova u l-Ukraina u biex jeżaminaw il-possibilità ta' estensjoni tal-mandat tal-EUBAM, li wasal biex jiskadi;

(ag)

li jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Moldova jieħdu miżuri konkreti biex jiskoraġixxu l-kuntrabandu ġewwa l-istat;

(ah)

li jippromwovu riforma akbar fil-qasam tal-enerġija, bl-għan tat-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija tar-Repubblika tal-Moldova, b'mod partikulari permezz tal-promozzjoni tal-konservazzjoni tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-enerġija u ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, id-diversifikazzjoni tal-infrastruttura u l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fi proġetti reġjonali tal-UE, u biex jitnaqqsu spejjeż għall-enerġija li jżommu l-inflazzjoni f'livell għoli;

(ai)

li jgħinu lill-awtoritajiet tal-Moldova fl-isforzi tagħhom biex jgħaqqdu l-grid tal-enerġija tal-Moldova man-netwerk tal-elettriku interkonness tal-Ewropa kontinentali;

(aj)

li jinkoraġġixxu u jgħinu lill-awtoritajiet tal-Moldova biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-34.5 % tal-popolazzjoni li jgħix f'faqar assolut jew estrem; l-għajnuna tal-UE lir-Repubblika tal-Moldova għandha tirrifletti aħjar din ir-realtà u l-programmi tagħha għandhom ikunu aġġustati konsegwentement;

(ak)

li jiżguraw li l-irkupru ekonomiku jkun rifless fil-ħolqien tal-impjiegi u li r-Repubblika tal-Moldova tkompli bil-konverġenza lejn l-istandards tal-UE fil-qasam tal-impjiegi, inkluż rigward in-nondiskriminazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(al)

li jagħmlu enfasi mal-awtoritajiet tal-Moldova dwar il-ħtieġa tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, li jkollha impatt sinifikanti fuq il-mobilità tas-soċjetà tal-Moldova;

(am)

li jiġbdu l-attenzjoni għall-inizjattivi pożittivi f’diversi pajjiżi meħuda bħala parti mis-Sħubija tal-Lvant, partikolament il-Programm Komprensiv tal-Bini tal-Istituzzjonijiet u l-miżuri ta' kooperazzjoni doganali;

(an)

li jipprovdu biżżejjed appoġġ finanzjarju u tekniku lir-Repubblika tal-Moldova biex jiżguraw li din tkun tista' tissodisfa l-impenji li jirriżultaw min-negozjazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, billi jkomplu jipprovdu programmi komprensivi għall-bini tal-istituzzjonijiet u billi jiżguraw li l-programmi ta' finanzjament tal-UE jirriflettu din il-mira;

(ao)

li jżidu l-għajnuna u l-għarfien espert tal-UE lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-Repubblika tal-Moldova sabiex jippermettulhom jiżguraw monitoraġġ intern tar-riformi u responsabilità akbar għar-riformi u l-impenji li daħal għalihom il-gvern;

(ap)

li jinkludu benchmarks ċari għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jagħmlu dispożizzjoni għal mekkaniżmi ta' monitoraġġ, inkluż il-provvediment ta' rapporti regolari lill-Parlament;

(aq)

li jistiednu lill-Grupp Konsultattiv ta' Livell Għoli tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova biex jirrapporta lill-Parlament dwar l-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari;

(ar)

li jinkoraġixxu iktar kooperazzjoni fuq livell iktar profond ma’ u fis-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll biex jinfurmaw regolarment lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tagħha;

(as)

li jikkonsultaw lill-Parlament Ewropew dwar l-arranġamenti rigward il-kooperazzjoni parlamentari;

(at)

li jinkoraġġixxu lit-tim tan-negozjati tal-UE biex ikompli l-kooperazzjoni tajba tiegħu mal-Parlament Ewropew, billi jipprovdi feedback kontinwu dwar il-progress skont l-Artikolu 218(10) TFUE, li jiddikjara li l-Parlament għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lir-Repubblika tal-Moldova.


(1)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 54.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0385.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0025.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/114


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Is-Sitwazzjoni fil-Libja

P7_TA(2011)0386

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

2013/C 51 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) 1970/2011 tas-26 ta' Frar 2011 u 1973/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra s-sospensjoni fit-22 ta' Frar 2011 tan-negozjati dwar Ftehim ta' Qafas UE-Libja,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-18 ta' Lulju 2011 dwar il-Libja,

wara li kkunsidra l-Konferenza tal-Grupp ta’ Kuntatt Internazzjonali li saret f’Pariġi fl-1 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja, b'mod partikolari dik tal-10 ta’ Marzu 2011 (1), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2011 (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-Libja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi wara sitt xhur ta’ ġlied, li ħallew għadd ta’ vittmi li stmat li jlaħħaq mal-50 000 persuna u ħtiġijiet umanitarji u tbatija allarmanti, ir-reġim ta’ Gaddafi wasal fi tmiemu u gvern interim immexxi mill-Kunsill Nazzjonali ta’ Tranżizzjoni (NTC) se jibda jaħdem biex jibni Libja ġdida;

B.

billi r-Riżoluzzjonijiet 1970 u 1973 tal-KSNU ġew adottati wara r-ripressjoni brutali kontra dimostranti paċifiċi, inkluż ksur kbir u sistematiku tad-drittijiet tal-binedem, u n-nuqqas min-naħa tar-reġim Libjan li jaqdi r-responsabbiltà tiegħu skont id-dritt internazzjonali li jipproteġi l-popolazzjoni tal-Libja;

C.

billi ssawret koalizzjoni ta’ pajjiżi li kienu lesti jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 1973 tal-KSNU; billi dan il-mandat, fi stadju ulterjuri, ħadu f’idejh in-NATO; billi l-kampanja tal-ajru Odyssey Dawn immexxija min-NATO se tibqa' għaddejja sakemm ikun hemm bżonn biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili fil-Libja;

D.

billi l-NTC se jkollu, fl-istess ħin, jindirizza l-aktar ħtiġijiet umanitarji urġenti tal-popolazzjoni tiegħu, itemm il-vjolenza u jistabbilixxi l-istat tad-dritt, kif ukoll jaqbad il-biċċa xogħol iebsa li jibni nazzjon u l-kostruzzjoni ta’ stat funzjonanti u demokratiku; billi l-NTC esprima l-impenn tiegħu li jimxi b'pass mgħaġġel lejn il-leġittimità demokratika bit-tfassil ta’ kostituzzjoni u b'elezzjonijiet bikrija ħielsa u ġusti;

E.

billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) fis-27 ta’ Ġunju 2011 ħarġet mandat ta’ arrest għal Gaddafi, ibnu Saif Al-Islam Gaddafi u l-ex kap tas-servizzi tal-intelliġenza Abdullah Al-Senussi għal allegati reati kontra l-umanità mwettqa sa mill-bidu tar-rewwixta tal-poplu;

F.

billi, skont l-UNHCR, madwar 1 500 rifuġjat mil-Libja mietu huma u jippruvaw jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa mill-bidu tar-ripressjoni Libjana;

G.

billi fl-1 ta’ Settembru 2011 f’Pariġi sar samit tal-‘Ħbieb tal-Libja’, bl-attendenza ta’ madwar 60 stat u organizzazzjoni internazzjonali, bil-ħsieb li tikkoordina l-isforz internazzjonali għall-għajnuna tar-rikostruzzjoni tal-Libja;

H.

billi l-UE pprovdiet aktar minn EUR 152 miljun f’appoġġ umanitarju u billi r-RGħ/VP fit-22 ta’ Mejju 2011 fetħet uffiċċju tal-UE f’Bengażi, bl-għan li tistabbilixxi kuntatti mal-NTC u tgħin lil-Libja tħejji għall-istadju li jmiss tat-tranżizzjoni demokratika; billi uffiċċju tal-UE nfetaħ fi Tripli fil-31 ta’ Awwissu 2011;

I.

billi l-UE għandha interess vitali f'Afrika ta' Fuq ta' demokrazija, stabbiltà, prosperità, u paċi;

1.

Huwa ħerqan għat-tmiem tas-sitt xhur ta’ kunflitt fil-Libja u jilqa’ b’sodisfazzjon il-waqa’ tar-reġim awtokratiku ta’ 42 sena mmexxi minn Muammar Gaddafi, li kien responsabbli għat-tbatija twila u tremenda li sofra l-poplu Libjan; jifraħ lill-poplu Libjan għall-kuraġġ u d-determninazzjoni tagħhom u jissottolinja li l-aspirazzjonijiet liberi u sovrani tal-poplu Libjan għandhom ikunu huma li jmexxu l-proċess ta’ tranżizzjoni, għaliex hija biss sjieda lokali qawwija li tista’ tiggarantixxi s-suċċess tiegħu;

2.

Jistieden lir-RGħ/VP tiżviluppa strateġija komuni ġenwina, effikaċi u kredibbli għal-Libja, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jimplimentaw din l-istrateġija u jżommu lura milli jieħdu azzjonijiet jew inizjattivi unilaterali li jistgħu jdgħajfuha; jistieden lill-UE u lil-Istati Membri tagħha biex joffru l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-proċess ta’ tranżizzjoni li issa hemm bżonn li jseħħ biex, b’mod koordinat, joħloq Libja ta’ ħelsien, demokrazija u prosperità, filwaqt li jevitaw kull duplikazzjoni u jsegwu approċċ multilaterali;

3.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Kunsill Nazzjonali ta’ Tranżizzjoni (NTC) fil-kompitu diffiċli tiegħu li jibni stat ġdid li jirrappreżenta lil-Libjani kollha; jilqa’ r-rikonoxximenti reċenti tal-NTC u jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-komunità internazzjonali biex jirrikonoxxuh ukoll; jilqa' l-fatt li l-membri permanenti tal-KSNU, inkluża ċ-Ċina, l-aktar reċenti, irrikonoxxew lill-NTC bħala l-awtorità leġittima fil-Libja; iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Afrikana biex jirrikonoxxu lill-NTC; jistieden lill-NTC jerfa’ bis-sħiħ ir-responsabbiltà tiegħu għas-sigurtà u l-benessri tal-poplu Libjan, jaġixxi b’mod trasparenti u f’konformità sħiħa mal-prinċipji demokratiċi kif ukoll mal-liġi umanitarja internazzjonali; jistieden lir-RGħ/VP, il-Kunsill u l-Kummissjoni jkomplu jippromwovu r-relazzjonijiet mal-NTC u jgħinu lill-awtoritajiet il-ġodda tal-Libja jsawru Libja magħquda, demokratika u pluralistika fejn id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-ġustizzja jiġu ggarantiti għaċ-ċittadini kollha tal-Libja kif ukoll għall-ħaddiema migranti u għar-refuġjati;

4.

Jenfasizza li ma jista’ jkun hemm l-ebda impunità għar-reati kontra l-umanità, u li jeħtieġ li Muammar Gaddafi u l-membri tar-reġim tiegħu jinżammu responsabbli u jitressqu quddiem il-qrati għar-reati tagħhom, skont l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-ġellieda tal-NTC biex ma jwettqux rappreżalji u eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji; jistenna li jekk persuni jitressqu quddiem il-ġustizzja fil-Libja għar-reati kollha mwettqa tul id-dittatorjat, u mhux biss dawk ir-reati li qed takkużahom bihom l-ICC, il-qrati u l-proċedimenti Libjani jiżguraw konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali ta' proċessi ġusti, inkluża t-trasparenza għall-osservazzjoni internazzjonali u bl-esklużjoni tal-piena kapitali;

5.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha, b’mod speċjali lill-ġirien tal-Libja, biex jikkooperaw mal-awtoritajiet il-ġodda tal-Libja u mal-awtoritajiet tal-ġustizzja internazzjonali, jiġifieri lill-ICC, ħalli jiżguraw li Gaddafi u niesu tal-qalba jitressqu quddiem il-ġustizzja; ifakkar li, pereżempju, in-Niġer u l-Burkina Faso huma partijiet fl-ICC u, għaldaqstant, għandhom l-obbligu li jikkooperaw mal-Qorti u li jikkonsenjaw f’idejn l-ICC lil Gaddafi u qrabatu li jinsabu taħt akkuża, jekk dawn jidħlu fit-territorju tagħhom; jiddeplora l-offerta ta’ ażil li l-Ginea Bissaw għamlet lil Gaddafi biex imur jgħix f’dak il-pajjiż, u jwissi li dan ma jkunx konsistenti mal-obbligi tal-Ginea Bissaw skont il-Ftehim ta’ Cotonou;

6.

Jilqa’ l-impenn meħud mill-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ħadu sehem fis-samit tal-‘Ħbieb tal-Libja’, li sar f’Pariġi fl-1 ta’ Settembru 2011, li minnufih jirrilaxxaw USD 15-il biljun ta’ assi Libjani ffriżati, kif ukoll id-deċiżjoni tal-UE li tneħħi s-sanzjonijiet fuq 28 entità Libjana inklużi portijiet, kumpaniji taż-żejt u banek; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-KSNU u jirrilaxxaw assi Libjani li għadhom iffriżati sabiex jgħinu lill-NTC jwettaq il-governanza meħtieġa f’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jistieden lill-Istati Membri b’mod partikolari biex jirrispettaw il-wegħdiet magħmula fil-Konferenza ta’ Pariġi; jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali biex jinstabu l-assi u l-flus misruqa tal-familja Gaddafi u biex dawn jintraddu lil-Libja;

7.

Jilqa’ l-fatt li l-UE malajr immarkat il-preżenza tagħha fi Tripli ftit wara li l-belt ġiet illiberata billi fetħet uffiċċju tal-UE fil-kapitali; jistenna li dan l-uffiċċju jkollu staff sħiħ mill-aktar fis possibbli ħalli jibni fuq ix-xogħol siewi tal-uffiċċju tal-UE f'Bengażi biex ikompli jġib ‘il quddiem ir-relazzjonijiet mal-NTC u jgħin lill-awtoritajiet ġodda tal-Libja jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet urġenti tal-poplu Libjan;

8.

Jirrakkomanda li minnufih tintbagħat fil-Libja delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tivvaluta l-qagħda, twassal messaġġ ta’ appoġġ u solidarjetà u tiżviluppa djalogu mal-NTC, mas-soċjetà ċivili u ma' atturi ewlenin oħra fil-post;

9.

Jenfasizza li l-kredibbiltà tal-gvern interim tal-NTC se tiddependi mill-kapaċità tiegħu li jindirizza l-aktar kwistjonijiet urġenti, filwaqt li fl-istess ħin joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għal istituzzjonijiet demokratiċi b’saħħithom; jistieden lill-NTC jibda proċess kemm jista’ jkun trasparenti u inklużiv, li jinvolvi lill-persuni interessati mill-partijiet kollha tal-pajjiż, għall-bini tal-leġittimità u ta’ kunsens nazzjonali, biex b’hekk jevita l-firdiet reġjonali, etniċi jew tribali li jistgħu jikkawżaw aktar vjolenza; jistieden lill-NTC jiżgura l-involviment tal-ispettru sħiħ tas-soċjetà Libjana u jagħti kull qawwa lin-nisa u lill-minoranzi fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn id-demokratizzazzjoni, b’mod partikolari billi jistimola l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ċivili, fil-midja, fil-partiti politiċi u f’kull tip ta’ korp deċiżjonali fl-oqsma tal-politika u l-ekonomija;

10.

Jieħu nota tar-rapport reċenti ta' Amnesty International u jistieden lill-NTC jikkontrolla u jiddiżarma l-gruppi armati, itemm l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem u jinvestiga l-każijiet rapportati ta’ reati tal-gwerra, ħalli jevita ċirku vizzjuż ta’ vjolazzjonijiet u tpattija; jistieden lill-awtoritajiet il-ġodda biex minnufih iġibu ċ-ċentri ta’ detenzjoni kollha taħt il-kontroll tal-Ministeru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem, u jiżguraw li l-arresti jsiru biss minn korpi uffiċjali u li l-prosekuzzjonijiet kollha jintemmu fi proċessi ġusti li jissodisfaw standards internazzjonali;

11.

Jieħu nota tad-diskors li l-President tal-NTC Jalil għamel fi Tripli, li fih ħabbar li l-Libja se tkun pajjiż Musulman moderat b'kostituzzjoni li tirrifletti dan il-fatt, u se jilqa' l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika; jiddikjara li jistenna li l-NTC jaqdi r-responsabilitajiet tiegħu u l-impenji li ħa li jibni stat tolleranti, magħqud u demokratiku fil-Libja, li jipproteġi d-drittijiet universali tal-bniedem għaċ-ċittadini kollha tal-Libja kif ukoll għall-ħaddiema migranti u għall-barranin; jistieden lill-NTC biex b’mod attiv jistimula u jinkludi lin-nisa u liż-żgħażagħ fil-proċessi politiċi mmirati lejn il-bini ta’ partiti politiċi u istituzzjonijiet demokratiċi;

12.

Jistieden lill-NTC biex bla ebda dewmien jagħti bidu għal proċess ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni nazzjonali; jitlob lir-RGħ/VP tibgħat esperti u konsulenti tat-taħriġ fil-medjazzjoni u d-djalogu biex jassistu lill-NTC u atturi Libjani oħra;

13.

Jenfasizza l-importanza tal-investigazzjoni tal-atti kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, irrispettivament minn min wettaqhom; huwa tal-fehma li dan għandu jkun parti importanti mill-proċess tar-rikonċiljazzjoni tal-pajjiż li jitmexxa mil-Libjani nfushom;

14.

Jistieden lill-forzi kollha tal-NTC jirrispettaw il-liġijiet umanitarji internazzjonali fit-trattament tal-priġunieri tal-gwerra, jiġifieri l-forzi u l-merċenarji pro-Gaddafi li għad fadal; iħeġġeġ lill-NTC jeħles minnufih il-ħaddiema migranti Afrikani u l-Libjani suwed li nżammu arbitrarjament għaliex ħasbuhom merċenarji pro-Gaddafi, u jressaq lil min wettaq reati għal proċessi indipendenti;

15.

Jistieden lill-NTC jipproteġi d-drittijiet ta’ minoranzi u gruppi vulnerabbli, inklużi eluf ta’ migranti Afrikani sub-Saħarjani li qed iħabbtu wiċċhom mal-fastidju purament minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom, u jiżgura protezzjoni u evakwazzjoni tal-migranti li għadhom maqbuda fiċ-ċentri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni jew fi kwalunkwe kamp improvizzat; jitlob lir-RGħ/VP, f’dan ir-rigward, tipprovdi appoġġ Ewropew lill-NTC fil-qasam tal-medjazzjoni b’rispons għal din il-qagħda urġenti, bi qbil ma’ standards tad-drittijiet tal-bniedem u umanitarji; jitlob lill-Istati membri tal-UE u l-Kummissjoni biex jgħinu fis-sistemazzjoni tar-rifuġjati li għadhom f’kampjijiet fuq il-fruntieri mat-Tuneżija u ma’ pajjiżi oħra wara li ħarbu mill-ġlied, u li ma jistgħux jeġgħu lura fil-Libja bla ma jissugraw ħajjithom;

16.

Jenfasizza li kien il-poplu Libjan li beda r-revoluzzjoni u fetaħ it-triq; huwa tal-fehma li l-futur tal-Libja jeħtieġ li jinżamm sod f’idejn il-poplu Libjan, b’tali mod li s-sovranità sħiħa tal-Libja tkun żgurata;

17.

Jenfasizza li n-Nazzjonijiet Uniti se jkollha rwol ta’ koordinament biex tiżgura appoġġ internazzjonali għat-tranżizzjoni politika fil-Libja, bi qbil ma’ dak li l-Libja stqarret li tistenna fil-Konferenza ta' Pariġi;

18.

Jistieden lir-RGħ/VP, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE biex jipprovdu għajnuna mmirata lejn riforma tas-settur tas-sigurtà Libjan, inklużi l-pulizija u l-forzi armati, kif ukoll id-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni ta’ dawk li kienu ġellieda, kif ukoll lejn it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u tat-traffikar tal-armi, f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien; huwa mħasseb b’mod partikolari dwar il-kwantità enormi ta’ armi f’idejn il-ġellieda u l-persuni ċivili, li joħloq riskju għall-ħajja tal-popolazzjoni, partikolarment fir-rigward ta' gruppi vulnerabbli bħan-nisa u t-tfal;

19.

Jisħaq fuq l-importanza, għar-reġjun u fil-kuntest tar-Rebbiegħa Għarbija, tal-eżitu ta’ suċċess tal-kunflitt fil-Libja; iħeġġeġ lil mexxejja oħra fir-reġjun biex jieħdu tagħlimiet mil-Libja u jagħtu kas it-tqawwija tal-movimenti popolari li qed jesiġu li d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom ikunu rrispettati;

20.

Jistieden lill-Kunsill Nazzjonali ta' Tranżizzjoni jieħu impenn favur standards għoljin ta' trasparenza f'setturi ekonomiċi interni strateġiċi biex jiżgura li r-riżorsi naturali tal-Libja tgawdi minnhom il-popolazzjoni kollha;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tal-Unoni għall-Mediterran, lill-Unjoni Afrikana, lil-Lega Għarbija u lill-Kumitat Nazzjonali ta’ Tranżizzjoni Libjan.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0095.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0020.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/118


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Is-sitwazzjoni fis-Sirja

P7_TA(2011)0387

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja

2013/C 51 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikolari dik tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u l-Afrika ta' Fuq (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja u r-reazzjonijiet tal-komunità internazzjonali tad-19 ta’ Awwissu 2011,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/523/UE li parzjalment tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011 tat-2 ta' Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni (VP/RGħ) dwar is-Sirja tat-8 u l-31 ta’ Lulju; l-1, l-4, it-18, id-19, it-23 u t-30 ta’ Awwissu; u t-2 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tat-18 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta dwar "Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni" tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Presidenzjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-3 ta' Awwissu 2011,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija tas-Sirja tat-23 ta' Awwissu 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, li s-Sirja hi firmatarja tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, minn meta bdiet ir-ripressjoni vjolenti tad-dimostranti paċifiċi fis-Sirja f'Marzu 2011, u minkejja r-revoka tal-istat ta' emerġenza mħabbar fil-21 ta' April 2011 mill-gvern, il-qtil, il-vjolenza u t-tortura sistematiċi qed jiżdiedu b'mod drammatiku u l-armata u l-forzi tas-sigurtà Sirjani qed ikomplu jirreaġixxu bi qtil immirat, tortura u arresti tal-massa; billi, skont l-istimi tan-NU, 'il fuq minn 2 600 persuni tilfu ħajjithom, ħafna aktar indarbu u eluf ġew detenuti,

B.

billi l-missjoni għas-sejbien tal-fatti tad-19 ta' Awwissu 2011 tal-Kummissarju Għoli sabet evidenza ta' mijiet ta' eżekuzzjonijiet sommarji, l-użu ta' munizzjoni ta' vera kontra d-dimostranti, l-użu mifrux ta' snipers waqt il-protesti, id-detenzjoni u t-tortura ta' nies ta' kull età, l-imblokk tal-bliet mill-forzi tas-sigurtà u l-qerda tal-provvisti tal-ilma,

C.

billi l-gvern tar-Repubblika Għarbija Sirjana impenja ruħu li jimplimenta r-riformi demokratiċi u soċjali, iżda naqas milli jieħu l-passi neċessarji biex iwettaqhom,

D.

billi bosta Sirjani qed ikollhom jiffaċċaw sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora bħala riżultat tal-vjolenza u tal-ispostamenti; billi l-pajjiżi ġirien tas-Sirja u l-komunità internazzjonali qed jagħmlu sforzi konsiderevoli biex jipprevjenu d-deterjorament u l-eskalazzjoni ulterjuri ta' din il-kriżi umanitarja,

E.

billi l-kriżi fis-Sirja tikkostitwixxi theddida għall-istabilità u s-sigurtà fir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani,

F.

billi l-UE adottat miżuri restrittivi kontra r-reġim Sirjan bħala konsegwenza tal-eskalazzjoni tal-operazzjoni militari brutali li r-reġim qed imexxi kontra l-poplu Sirjan, u billi l-UE qed tikkunsidra li testendi dawn is-sanzjonijiet,

G.

billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija Sirjana, min-naħa l-oħra, qatt ma ġie ffirmat; billi l-iffirmar ta' dan il-ftehim ġie pospost fuq talba tas-Sirja minn Ottubru 2009; billi l-Kunsill iddeċieda li ma jieħu l-ebda passi ulterjuri f'dan il-qasam, kif ukoll li jissospendi parzjalment l-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni eżistenti,

H.

billi l-approċċ il-ġdid propost mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant Għoli bħala reazzjoni ġdida għal viċinat li qed jinbidel huwa bbażat fuq ir-responsabilità reċiproka u impenn kondiviż lejn il-valuri universali tad-drittijiet umani, id-demokrazija u l-istat tad-dritt,

I.

billi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU adotta riżoluzzjoni fit-23 ta' Awwissu 2011 fejn talab li tinbagħat kummissjoni ta' inkjesta internazzjonali indipendenti biex tistħarreġ il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, li jista' jammonta għal reati kontra l-umanità,

1.

Jikkundanna b'mod qawwi l-użu dejjem jikber tal-forza kontra d-dimostranti paċifiċi u l-persekuzzjoni brutali u sistematika tal-attivisti favur id-demokrazija, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-gravità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet Sirjani, inklużi arresti tal-massa, qtil extraġudizzjarju, detenzjoni arbitrarja, għajbien u tortura;

2.

Jesprimi l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familji tal-vittmi u s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Sirjan li qed jiġġieled għad-drittijiet tiegħu, ifaħħar il-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu u jappoġġa bis-sħiħ l-aspirazzjonijiet tiegħu li jikseb ir-rispett sħiħ tal-istat ta' dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-garanzija ta' kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali aħjar;

3.

Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2011, li jiddikjaraw li r-reġim Sirjan qed iqiegħed fid-dubju l-leġittimità tiegħu billi għażel triq ta' ripressjoni minflok wettaq il-wegħdiet tiegħu fuq riformi wesgħin; jistieden lill-President Bashar al-Assad u r-reġim tiegħu jerħu l-poter minnufih, u jiċħad l-impunità;

4.

Jitlob għal darb'oħra li jintemmu minnufih ir-ripressjonijiet vjolenti kontra d-dimostranti paċifiċi u l-fastidju li qed jingħata lill-familji tagħhom, il-ħelsien tad-dimostranti, priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti kollha detenuti, u aċċess sħiħ għall-pajjiż min-naħa tal-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-midja internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet Sirjani jwaqqfu ċ-ċensura governattiva ta' pubblikazzjonijiet lokali u barranin, itemmu l-kontroll ripressiv tal-gvern fuq il-gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra, kif ukoll ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-internet u netwerks ta' komunikazzjoni mobbli;

5.

Itenni s-sejħa għal investigazzjoni independenti, trasparenti u effikaċi dwar il-qtil, l-arresti, id-detenzjoni arbitrarja, u l-allegat għajbien sfurzat u l-każi ta' tortura mill-forzi tas-sigurtà Sirjani sabiex jiżguraw li l-awturi ta' dawn l-atti jinżammu responsabbli; jilqa' f'dan il-kuntest ir-riżoluzzjoni reċenti adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fejn talab li tintbagħat kummissjoni ta' inkjesta internazzjonali indipendenti fis-Sirja biex tinvestiga l-allegazzjonijiet kollha ta' ksur tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, magħmula mir-reġim sa minn Marzu 2011, sabiex tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi ta' dawn ir-reati u l-ksur, tidentifika lil dawk responsabbli, u tiżgura li l-awturi tagħhom jinżammu responsabbli;

6.

Jitlob fl-istess ħin li jkun hemm proċess politiku immedjat, ġenwin u inklussiv bil-parteċipazzjoni tal-atturi politiċi demokratiċi kollha u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jistgħu jkunu l-bażi ta' tranżizzjoni paċifika u irreversibbli għad-demokrazija fis-Sirja; jilqa' f'dan il-kuntest id-Dikjarazzjoni Presidenzjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-3 ta' Awwissu 2011 li tenfasizza li l-unika soluzzjoni għall-kriżi attwali fis-Sirja hija permezz ta' proċess politiku inklussiv u mmexxi mis-Sirjani; jistieden lill-membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u b'mod partikolari r-Russja u ċ-Ċina, jipproċedu b'riżoluzzjoni li tikkundanna l-użu tal-forza letali mir-reġim Sirjan u li titlob il-waqfien ta' dan l-użu ta' forza, u jistabbilixxu sanzjonijiet jekk dan ma jsirx; jieħu nota tal-laqgħa tas-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija mal-awtoritajiet Sirjani u jittama li din tkun segwita minn riżultati konkreti;

7.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2011 ta' miżuri restrittivi ġodda kontra r-reġim Sirjan, inklużi projbizzjoni fuq l-importazzjoni taż-żejt mhux raffinat lill-UE u l-inklużjoni ta' erba' individwi Sirjani u tliet entitajiet mal-lista ta' dawk li għalihom huma indirizzati l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar; jitlob, iżda, li jkun hemm aktar sanzjonijiet immirati lejn ir-reġim iżda li jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq il-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni; jistieden lill-UE tippreżenta front magħqud meta jkollha x'taqsam mal-awtoritajiet Sirjani;

8.

Jilqa' l-assistenza umanitarja pprovduta mill-pajjiżi ġirien tas-Sirja, b'mod partikolari t-Turkija, lir-refuġjati Sirjani; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jaħdmu flimkien mal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-pajjiżi ġirien tas-Sirja, il-Lega Għarbija, l-atturi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali oħrajn sabiex jipprevjenu l-eskalazzjoni potenzjali tal-kriżi attwali fis-Sirja, inkluża l-kriżi umanitarja, għal inħawi oħra fir-reġjun, kif ukoll l-aggravazzjoni tal-kriżi umanitarja ġewwa l-pajjiż;

9.

Jilqa' l-fatt li t-Turkija u l-Arabja Sawdija kkundannaw ir-reġim Sirjan; jiddispjaċih li l-Iran għadu qed jappoġġa lir-reġim tal-President Al Assad;

10.

Jistieden lir-VP/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħeġġu u jappoġġaw ulterjurment il-feġġa ta' forzi tal-oppożizzjoni demokratika Sirjana organizzati kemm fis-Sirja, kif ukoll lil hinn minnha;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Amministrazzjoni u l-Kungress tal-Istati Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0333.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/121


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Innaqqsu d-distakk bejn il-liġi kontra l-korruzzjoni u r-realtà

P7_TA(2011)0388

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni

2013/C 51 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Ġunju 2011 intitolat Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE (COM(2011)0308) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2011)3673) li tistabbilixxi mekkaniżmu għar-rappurtar tal-korruzzjoni għal valutazzjoni perjodika ('Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni'),

wara li kkunsidra l-Artikoli 67(3) u 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Programm ta' Stokkolma, għal Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini',

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji (3) tal-Komunità Ewropea mfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat ta l-Unjoni Ewropea li tikkriminalizza l-frodi u l-korruzzjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE (4),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-korruzzjoni hija qasam ta' reati partikolarment serji b'dimensjoni transkonfinali u spiss għandha implikazzjonijiet transkonfinali fl-UE u 'l hinn mill-fruntieri tal-UE, u billi l-Unjoni Ewropea għandha dritt ġenerali li taġixxi fil-qasam tal-politika kontra l-korruzzjoni;

B.

billi l-Artikolu 67 tat-TFUE jistipula li l-Unjoni għandha l-obbligu li tiżgura livell għoli ta' sigurtà, fost l-oħrajn permezz tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-approssimazzjoni ta’ liġijiet kriminali, u billi l-Artikolu 83 tat-TFUE jelenka l-korruzzjoni fost ir-reati partikolarment serji b'dimensjoni transkonfinali;

C.

billi l-Programm ta' Stokkolma (4.1) jelenka l-korruzzjoni fost l-isfidi transnazzjonali li jkomplu jheddu s-sigurtà interna tal-Unjoni, li jeħtieġu rispons ċar u komprensiv;

D.

billi erbgħa minn kull ħames ċittadini tal-UE jikkunsidraw il-korruzzjoni bħala problema serja fl-Istat Membru tagħhom (Eurobarometer 2009 dwar l-atteġġamenti tal-Ewropej lejn il-korruzzjoni) u 88 % ta' dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Programm ta' Stokkolma jikkunsidraw li l-UE għandha timpenja ruħha aktar kontra l-korruzzjoni;

E.

billi huwa stmat li EUR 120 biljun fis-sena, ammont li jirrapreżenta wieħed fil-mija tal-PDG fl-UE, jintilfu minħabba l-korruzzjoni (COM(2011)0308);

F.

billi l-korruzzjoni tnawwar l-istat tad-dritt, twassal għall-uzu ħażin tal-flejjes pubbliċi b'mod ġenerali u tal-fondi tal-UE provduti minn min iħallas it-taxxi, ixxekkel is-suq u kellha rwol fil-kriżi ekonomika attwali,

G.

billi l-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri affettwati mill-kriżi ekonomika u finanzjarja jiġi mfixkel mill-korruzzjoni, l-evażjoni fiskali, il-frodi fiskali u reati ekonomiċi oħra; billi r-riskju ta' prattiki korrotti fil-każ tad-derogolamentazzjoni u l-privatizzazzjoni fuq skala kbira huma partikolarment għolja u għandhom jiġu indirizzati bil-mezzi kollha possibbli;

H.

billi l-korruzzjoni tikkawża dannu soċjali minħabba li gruppi kriminali organizzati jużaw il-korruzzjoni biex iwettqu delitti serji, bħat-traffikar tad-droga u tal-bnedmin (COM(2011)0308);

I.

billi hemm nuqqas ta' impenn politiku sod min-naħa tal-mexxejja u ta' min jieħu d-deċiżjonijiet biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni fis-suriet kollha tagħha u billi l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni fost l-Istati Membri mhijiex ugwali u ġeneralment mhijiex sodisfaċenti (COM(2011)0308);

J.

billi l-Istati Membri tal-UE ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Korruzzjoni, tnax minnhom ma rratifikawx il-protokoll azzjonali tagħha u sebgħa minnhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Liġi Ċivili dwar il-Korruzzjoni; billi tliet Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-korruzzjoni (UNCAC) u ħames Stati Membri tal-UE għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-OKŻE kontra t-Tixħim;

K.

billi l-perċezzjoni tal-korruzzjoni ddgħajjef serjament il-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri, filwaqt li taffettwa l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern;

L.

billi l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'każijiet ta' korruzzjoni b'dimensjoni transkonfinali għadha kumplessa u kajmana;

M.

billi, jekk ma tiġix indirizzata urġentement u b'mod korrett, il-korruzzjoni tista' timmina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u ddgħajjef ir-responsabbiltà tat-tmexxija politika (COM(2011)0308);

N.

billi l-korruzzjoni żammet diversi gvernijiet dittatorjali fil-poter u ħalliethom idaħħlu ammonti sinifikanti ta' flus f’kontijiet ta' banek barranin, inklużi dawk Ewropej; billi l-Istati Membri għandhom iqawwu l-isforzi tagħhom biex jintraċċaw u jiffriżaw assi barranin misruqa sabiex dawn ikunu jistgħu jintraddu lura lis-sidien legali tagħhom;

1.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni, fis-6 ta' Ġunju 2011, ta' pakkett kontra l-korruzzjoni (6) li jinkludi komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE u deċiżjoni li tistabbilixxi r-'Rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni';

2.

Jitlob lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-kuntest tal-aġenda tas-sigurtà tagħha għas-snin li ġejjin, inkluż f'dak li jirrigwarda r-riżorsi umani allokati lilha;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza, permezz tal-mekkaniżmu ta’ rappurtar tagħha, il-ħsieb prinċipali tal-implimentazzjoni effikaċi tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni, kif ukoll sanzjonijiet dissważivi, inklużi dawk imposti mill-infurzar tal-liġi u mill-ġudikatura;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza t-traspożizzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-korruzzjoni, inklużi sanzjonijiet dissważivi, u tieħu passi biex tistimula t-traspożizzjoni u l-infurzar mill-Istati Membri ta' strumenti internazzjonali u reġjonali kontra l-korrruzzjoni;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, fl-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu ta' rappurtar kontra l-korruzzjoni fl-UE, tiżgura li l-esperti indipendenti jkunu parti mill-grupp ta' esperti u min-netwerk ta' korrispondenti tar-riċerka u li l-esperti kollha jkollhom livell għoli ta' integrità, reputazzjoni u kompetenza, u li jiġu rappreżentati varjetà ta' organizzazzjonijiet soċjali ċivili;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, qabel l-2012, tikkunsidra toħroġ rapporti interim kontra l-korruzzjoni, minħabba l-urġenza li din il-kwistjoni tiġi trattata fid-dawl tal-kriżi ekonomika attwali f'diversi Stati Membri;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni taġixxi abbażi tal-Artikolu 83(1) TFUE biex tadotta regoli minimi dwar id-definizzjoni tal-korruzzjoni u s-sanzjonijiet għaliha, minħabba d-dimensjoni transkonfinali u l-konsegwenzi għas-suq intern;

8.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/JHA dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat; iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni qafas;

9.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ il-konvenzjonijiet tal-UE tal-1995 u l-1997 li jikkriminalizzaw il-frodi u l-korruzzjoni;

10.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tieħu azzjoni fuq il-livell tal-UE lejn l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta' informaturi (inkluża l-protezzjoni kontra l-libell u d-difamazzjoni u akkużi kriminali) u l-kriminalizzazzjoni tal-ġmigħ ta’ ġid illeċitu;

11.

Jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inklużi l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri, jiżguraw aktar trasparenza billi jfasslu kodiċi ta' kondotta jew itejbu dawk li diġà jeżistu, b'tal-anqas regoli ċari dwar il-kunflitti tal-interess, kif ukoll jieħdu azzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-infiltrazzjoni tal-korruzzjoni fil-politika u l-midja, inkluż billi jtejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ tal-finanzjament u tal-fondi;

12.

Jitlob lill-Istati Membri jinvestu riżorsi finanzjarji u umani fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkoperaw mal-Europol, il-Eurojust u l-OLAF fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati marbuta mal-korruzzjoni;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Eurojust jiżguraw skambju aktar effikaċi u ta' malajr ta' dokumenti u informazzjoni bejn qrati nazzjonali dwar każijiet ta' korruzzjoni b'dimensjoni transkonfinali;

14.

Jitlob lill-Kunsill jiżgura li jkun hemm l-impenn politiku meħtieġ, li attwalment huwa nieqes f'xi Stati Membri, biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni u jimplimenta l-miżuri adottati mill-Kummissjoni permezz tal-pakkett kontra l-korruzzjoni tagħha u l-pakkett usa' dwar il-protezzjoni ta' ekonomija leċita;

15.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex irendu aktar effikaċi n-netwerk attwali ta' punti fokali nazzjonali kontra l-korruzzjoni u jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet ta' dan in-netwerk;

16.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw b'mod sħiħ il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar il-ġlieda kontra t-tixħim ta' uffiċjali pubbliċi barranin fit-tranżazzjonijiet kummerċjali internazzjonali; jenfasizza l-impatt negattiv li għandu t-tixħim ta' uffiċjali barranin fuq id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, l-ambjent u l-politiki tal-iżvilupp;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha sabiex tissodisfa l-obbligi ta' rrapurtar tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni;

18.

Huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tinvolvi aktar trasparenza fit-tranżazzjonijiet finanzjarji, speċjalment dawk fejn huma involuti l-hekk imsejħa ġurisdizzjonijiet offshore fi ħdan l-UE u f'partijiet oħra tad-dinja;

19.

Jitlob lill-Kunsill jaġixxi flimkien mal-Kummissjoni fl-istabbiliment ta' ftehimiet ma' terzi pajjiżi (speċjalment l-hekk imsejħa ġurisdizzjonijiet offshore) bl-għan li jiggarantixxu l-iskambju tal-informazzjoniji dwar kontijiet bankarji u tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ ċittadini u impriżi tal-UE f'dawn il-pajjiżi;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni tiġġieled kontra l-impriżi anonomi fittizji fil-ġurisdizzjonijiet ta' segretezza, li jiffaċilitaw flussi finanzjarji kriminali, fejn dan huwa element prinċipali tar-riforma li ġejja tad-Direttiva kontra l-ħasil tal-flus (KĦF);

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura koordinazzjoni politika b'saħħitha bejn il-mekkaniżmu tar-rappurtar kontra l-korruzzjoni u l-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi u l-inizjattiva leġiżlattiva dwar l-irkupru tal-assi kriminali, li huma inklużi fil-pakkett usa' dwar il-protezzjoni tal-ekonomija leċita;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti rapport kull sena lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE kontra l-korruzzjoni u tissottometti, kull meta jkun relevanti u fattibbli, rapporti interim dwar problemi speċifiċi rigward il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54.

(3)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(4)  ĠU C 313, 23.10.1996, p. 2.

(5)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2.

(6)  Il-pakkett kontra l-korruzzjoni jinkludi Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rapportaġġ tal-UE kontra l-korruzzjoni, rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2003/568/JHA tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat, kif ukoll rapport dwar il-modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/125


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Il-Karestija fl-Afrika tal-Lvant

P7_TA(2011)0389

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-karestija fl-Afrika tal-Lvant

2013/C 51 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Qarn tal-Afrika,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Awwissu 2011 mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton dwar ir-reazzjoni tal-UE għall-karestija fil-Qarn tal-Afrika,

wara li kkunsidra l-eżiti tal-konferenza tad-donaturi tal-25 ta' Awwissu 2011 f’Addis Ababa,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel (1),

wara li kkunsidra r-rapport magħmul minn Jack Lang, Kunsillier Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar kwestjonijiet legali relatati mal-piraterija ’l barra mill-kosta tas-Somalja,

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali biex Tintemm it-Tranżizzjoni fis-Somalja, adottata mill-Gvern Federali Tranżizzjonali Somali, l-amministrazzjonijiet ta’ Puntland u Galmuduug, u l-moviment Aħlu Sunna Wal Ġama’a fis-6 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi għaxriet ta’ eluf ta’ nies mietu, 750 000 jinsabu f’periklu imminenti li jmutu bil-guħ u 13.3-il miljun ruħ minn madwar is-Somalja, l-Etjopja, il-Kenja, l-Eritrea u Ġibouti jinsabu fi bżonn urġenti ta’ għajnuna f’ikel fl-agħar karestija ta’ dawn l-aħħar 60 sena,

B.

billi f’xi postijiet, ir-rati ta’ malnutrizzjoni huma aktar minn tliet darbiet tal-limitu ta’ emerġenza u billi ġie previst li s-sitwazzjoni fil-Qarn kollu se tmur għall-agħar qabel tittejjeb, bis-sitwazzjoni prevista li se tkun fl-agħar tagħha f’Ottubru 2011 mingħajr l-ebda prospettiva ta’ rkupru qabel l-2012,

C.

billi l-karestija fir-reġjun ġiet aggravata minħabba fatturi li jinkludu konflitti, skarsezza tar-riżorsi, it-tibdil tal-klima, żieda qawwija fil-popolazzjoni, nuqqas ta’ infrastruttura, distorsjoni tax-xejriet kummerċjali u prezzijiet għolja tal-prodotti bażiċi,

D.

billi s-Somalja kienet dik li ntlaqtet l-agħar, b’aktar minn nofs il-popolazzjoni dipendenti mill-għajnuna f’ikel, 1.4 miljun ruħ spustjata internament u l-UNICEF tirrapporta li 780 000 tifel u tifla huma severament nieqsa min-nutriment sustanzjuż fis-Somalja tan-Nofsinhar,

E.

billi s-sitwazzjoni umanitarja fis-Somalja marret għall-agħar minħabba l-konsegwenzi ta’ 20 sena ta’ konflitt bejn fazzjonijiet li jinsabu fi gwerra ma’ xulxin fiż-żona; billi l-grupp militanti, al-Xabab jikkontrolla bosta żoni fejn ġiet iddikjarata l-karestija u ġiegħel xi aġenziji ta’ għajnuna mill-Punent jitilqu miż-żona, u b’hekk l-isforz tal-għajnuna ġie mxekkel severament,

F.

billi l-Gvern tal-Eritrea qiegħed jiċħad b’mod ċar l-aċċess għall-ikel u l-appoġġ umanitarju ieħor għall-poplu tiegħu,

G.

billi aktar minn 860 000 refuġjat ħarbu mis-Somalja lejn pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-Kenja u l-Etjopja, biex ifittxu s-sigurtà, l-ikel u l-ilma, hekk li l-kamp tar-refuġjati f’Dadaab fil-Kenja huwa miżgħud aktar milli jiflaħ b’aktar minn 420 000 ruħ,

H.

billi l-kamp tar-refuġjati f’Dabaab bħalissa huwa l-akbar kamp tar-rifuġjati fid-dinja u billi 440 000 ruħ qed jgħixu hemmhekk, għalkemm kien iddisinjat biex jilqa’ 90 000 ruħ, u billi s-sitwazzjoni umanitarja fil-kampijiet qiegħda jum wara l-ieħor tmur għall-agħar, bit-tfaċċar ta’ epidemiji ta', pereżempju, kolera u ħożba, u ġew reġistrati diversi każi ta’ stupru,

I.

billi 80 % tar-refuġjati huma nisa u tfal, li ħafna minnhom sofrew vjolenza sesswali u intimidazzjoni jew matul triqithom lejn il-kampijiet tar-refuġjati jew fil-kampijiet stess,

J.

billi nuqqas ta’ liġi u ordni soċjali fuq l-art wassal għal żieda fil-piraterija fl-Oċean Indjan, li sfratta severament il-provvisti lejn u mir-reġjun, u l-operazzjoni navali EUNAVOR tal-UE kienet kapaċi biss tgerrex u trażżan il-piraterija u mhux tindirizza l-kawżi oriġinali,

K.

billi l-UE impenjat EUR 158 miljun f’għajnuna umanitarja fl-2011, flimkien ma’ EUR 440 miljun mill-Istati Membri u aktar minn EUR 680 miljun impenjati għar-reġjun bħala għajnuna fit-tul fil-qasam tal-agrikultura, dak tal-iżvilupp rurali u dak tas-sigurtà alimentari sal-2013,

L.

billi l-mexxejja tal-Unjoni Afrikana (UA) wiegħdu aktar minn USD 350 miljun għall-operazzjoni umanitarja,

M.

billi ż-żieda rapida tar-rispons ta’ emerġenza hija tal-akbar importanza biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet umanitarji eżistenti u ssir il-prevenzjoni ta’ aktar deterjorament; billi n-nuqqas operattiv totali matul s-sitt xhur li ġejjin għal operazzjonijiet tal-Programm Dinji tal-Ikel (PDI) marbuta man-nixfa li jkopru lil Ġibouti, l-Etjopja, il-Kenja u s-Somalja huwa ta’ USD 190 miljun,

N.

billi żieda fl-akkwist tal-art fil-Qarn tal-Afrika (prinċipalment minn investituri barranin) wasslet biex is-sistema agrikola u alimentari prekarja tiegħu saret aktar vulnerabbli, u b’hekk naqset li twettaq il-benefiċċji mwiegħda ta’ impjiegi, ikel u żvilupp ekonomiku,

O.

billi l-impatt tat-tibdil tal-klima kellu effetti serji fuq il-produzzjoni tal-uċuħ fir-reġjun, li, flimkien mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali u ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-fjuwil, tefa’ lura t-tnaqqis tal-faqar u l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju,

P.

billi r-rapport ta’ Awwissu 2011 tal-Food Price Watch tal-Bank Dinji jistqarr li l-prezzijiet dinjija tal-ikel għolja u volatili qed ipoġġu f’riskju lill-ifqar persuni fid-dinja li qed tiżviluppa u qed jikkontribwixxu għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-Qarn tal-Afrika,

Q.

billi ż-żieda fil-likwidità u l-aċċessibilità ta’ dawn l-istrumenti ta’ kopertura hija konnessa mal-prezzijiet għolja u l-volatilità għolja fis-swieq immedjati sottostanti, u billi huwa aktar diffiċli għar-regolaturi li jkollhom l-istampa kollha ta’ dawn is-swieq minħabba li l-maġġoranza l-kbira ta’ dawn it-tranżazzjonijiet jitwettqu barra l-Borża,

1.

Jesprimi l-akbar sogħba tiegħu għat-telf ta’ ħajja u t-tbatija fir-reġjun; jitlob għal żieda fil-mobilizzazzjoni tal-għajnuna tal-UE għaż-żoni fejn il-karestija hija l-aktar qawwija biex jingħataw għajnuna f’ikel, kura tas-saħħa, ilma nadif u provvisti għall-iġjene lill-aktar persuni vulnerabbli;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet u l-fazzjonijiet kollha fir-reġjun jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja ikollhom aċċess bla xkiel għall dawk li għandhom li jinsabu fil-bżonn u jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili fiċ-ċirkostanzi kollha, b’mod partikolari lin-nisa u t-tfal, skont id-dritt internazzjonali umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li jinfetħu kurituri umanitarji bil-għan li l-ikel u l-għajnuna jitwasslu aktar ’il ġewwa fir-reġjuni milquta;

3.

Jesiġi li l-partijiet kollha jwaqqfu immedjatament l-abbużi kontra l-popolazzjoni ċivili, speċjalment in-nisa u t-tfal, lil dawk li jwettqu dawn l-atti jġiegħluhom iwieġbu għal għemilhom u jiżguraw l-aċċess għall-għajnuna u l-moviment ħieles tal-persuni kollha li jkunu qed jaħarbu mill-konflitt jew min-nixfa; jikkundanna bil-qawwa r-rwol tal-grupp militanti Islamista al-Xabab fl-ostakolar tal-isforzi tal-aġenziji tal-għajnuna u tal-PDI biex iwasslu l-għajnuna f’ikel; ifakkar lill-pajjiżi kollha fir-reġjun fil-bżonn li tingħata għajnuna u protezzjoni lir-refuġjati skont id-dritt internazzjonali;

4.

Jitlob li ssir mobilizzazzjoni akbar tal-komunità internazzjonali, li għandha tirdoppja l-isforzi tagħha biex din l-emerġenza tiġi indirizzata b'mod determinat bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet umanitarji li qed jikbru u biex issir il-prevenzjoni ta’ aktar deterjorament fis-sitwazzjoni, u filwaqt li niftakru li l-finanzjament disponibbli hu inadegwat;

5.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-għajnuna tiġi kkontrollata biex jiġu identifikati sħab affidabbli fuq il-post, inklużi aġenżiji tal-għajnuna stabbiliti u mexxejja tal-komunitajiet lokali, u permezz ta’ koordinazzjoni aħjar u organizzazzjoni aħjar tad-distribuzzjoni, u b'hekk jiġu pprevenuti kull devjazzjoni u sakkeġġ tal-provvisti ta' għajnuna;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb b’mod urġenti t-tranżizzjoni bejn l-għajnuna umanitarja tal-UE u l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp, peress li l-kriżi tan-nixfa fil-Qarn tal-Afrika turi biċ-ċar li snin sħaħ ta’ għajnuna ta’ emerġenza liż-żoni milquta min-nixfa ma kellhomx segwitu effettiv ta’ politiki ta’ żvilupp maħsuba għal żmien twil, partikolarment fir-rigward tal-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw il-proġetti tal-pajjiżi tal-Afrika tal-Lvant dwar il-kapaċitajiet ta' prevenzjoni u s-sistemi ta’ twissija bikrija tal-karestija u tan-nixfa;

7.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenji tal-Unjoni Afrikana għall-operazzjoni umanitarja, inkluża l-missjoni taż-żamma tal-paċi AMISOM; jiddispjaċih, madankollu, li s’issa fis-Somalja nbagħtu biss 9 000 suldat taż-żamma tal-paċi tal-Unjoni Afrikana minn total imwiegħed ta’ 20 000;

8.

Ifakkar li soluzzjoni għall-karestija fil-Qarn tal-Afrika, u fis-Somalja b’mod partikolari, se tkun possibbli biss jekk il-problemi politiċi, ekonomiċi, ambjentali u ta’ sigurtà sottostanti jiġu indirizzati kemm mill-atturi lokali u kemm mill-komunità internazzjonali; jitlob li ssir strateġija tal-UE għar-reġjun li tkun tagħti deskrizzjoni ħafifa tal-objettivi politiċi u ta’ kif miżuri individwali umanitarji, ta’ żvilupp, ta’ sigurtà u militari jikkorrispondu u huma konnessi bejniethom;

9.

Jistieden lir-RGħ/VP tivvaluta b’mod kritiku l-Proċess ta’ Paċi ta’ Ġibuti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu involuti l-persuni kollha li huma milquta mill-konflitt fis-Somalja, inklużi s-soċjetà ċivili u l-gruppi tan-nisa, fil-livelli kollha; jinkoraġġixxi li jiġi stabbilit reġim ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali bil-għan li tinbeda r-rikostruzzjoni tal-pajjiż;

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenji tal-UE u l-Istati Membri tagħha; ifakkar, madankollu, li l-appell ta' emerġenza tan-NU għadu USD biljun inqas minn dak li hu meħtieġ; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tonora l-impenji tagħha, twassal l-għajnuna f’ikel u ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-saħħa fuq il-post;

11.

Jitlob li persentaġġ akbar tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp tal-UE (ODA) jiġi indirizzat lejn il-produzzjoni agrikola u l-għajnuna għall-pastoralisti fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex tingħata spinta lis-sigurtà alimentari; f’dan il-kuntest iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tagħmel investimenti fit-tul fl-agrikoltura bħala l-għajn ewlenija tal-ikel u d-dħul fir-reġjun, u fil-bini ta’ infrastruttura sostenibbli, u tippermetti lill-bdiewa żgħar aċċess għal art, u b'hekk ikunu tkun issaħħaħ is-suq lokali u tipprovdi ikel ta' kuljum aċċettabbli għan-nies fil-Qarn tal-Afrika;

12.

Jitlob li t-tagħrif dwar ir-riżervi u s-stokkijiet tal-ikel u dwar it-tiswir tal-prezzijiet internazzjonali jkun trasparenti, ta’ kwalità aħjar u aktar aġġornat;

13.

Jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji li jinvolvu ruħhom fl-ispekulazzjoni fis-swieq tal-prodotti bażiċi tal-ikel u agrikoli jwaqqfu l-attività spekulattiva abbużiva li hija responsabbli għall-prezzijiet tal-ikel għolja u volatili u biex l-indirizzar determinat tal-faqar u t-tbatija tal-bniedem fil-Qarn tal-Afrika u fid-dinja li qed tiżviluppa jpoġġuh qabel il-profitti u l-qliegħ mill-ispekulazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel;

14.

Iħeġġeġ lil dawk l-istituzzjonijiet jieħdu r-responsabilitajiet soċjali korporattivi tagħhom bis-serjetà u jqiegħdu fis-seħħ regoli interni biex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom fis-swieq tal-prodotti bażiċi tal-ikel u agrikoli iservu biss biex jaqdu l-impriżi tal-ekonomija reali li jeħtieġu kopertura tar-riskju;

15.

Jistieden lill-G20 jżidu l-azzjoni biex jaqblu dwar regolamentazzjoni globali għall-prevenzjoni tal-ispekulazzjoni abbużiva u biex jikkoordinaw il-ħolqien ta’ mekkaniżmi preventivi kontra l-fluttwazzjonijiet eċċessivi tal-prezzijiet globali tal-ikel; jisħaq li l-G20 għandhom jinvolvu lill-pajjiżi li mhumiex fil-G20 biex tiġi żgurata l-konverġenza globali;

16.

Jistieden lill-Kummisjsoni tippreżenta proposti li jemendaw id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (2004/39/KE) u d-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (2003/6/KE) biex tiġi pprevenuta l-ispekulazzjoni abbużiva;

17.

Jisħaq li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq irid ikollha rwol ewlieni fis-sorveljanza tal-swieq tal-prodotti bażiċi; jafferma li l-AETS għandha teżerċita viġilanza meta tkun qed tapplika l-għodod regolatorji biex tipprevjeni l-manipulazzjoni u l-abbużi fis-swieq tal-prodotti bażiċi tal-ikel u agrikoli;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-linji gwida tagħha tal-politika tal-art fir-rigward tal-ikkapparrar tal-art, biex tiżgura l-allinjament tagħhom mal-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Proprjetà tal-Art, is-Sajd u l-Foresti mmexxija mill-Kumitat tas-Sigurtà Alimentari Dinjija (CFS) u tagħti importanza akbar lil din il-ħaġa permezz tal-programmi tagħha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-politiki tagħha tal-kummerċ u l-involviment tagħha f’istituzzjonijiet ta’ finanzjament multilaterali bħalma huma l-Bank Dinji u FMI;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet fir-reġjun jivvalutaw l-impatt li hemm bħalissa tal-akkwist tal-art tal-biedja fuq il-faqar rurali u fuq iż-żoni milquta mill-karestija; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-kwestjoni tal-ikkapparrar tal-art fid-djalogu tal-politika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jittejjeb ir-rappurtar dwar l-akkwisti ta’ art ta' skala kbira u l-monitoraġġ tagħhom u biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu appoġġjati fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investimenti;

20.

Jitlob li jsiru sforzi konsiderevoli biex l-adattament għat-tibdil tal-klima jiġi integrat aħjar fil-politiki ta’ żvilupp tal-UE; jistieden lill-UE żżid b’mod konsiderevoli tali finanzjament, filwaqt li tiżgura li huwa żieda mal- Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, turi tmexxija kuraġġjuża fil-COP 17 li se ssir dalwaqt fir-rigward ta' implimentazzjoni aħjar tal-politiki dwar l-adattament għall-klima u ssaħħaħ il-governanza internazzjonali tal-politiki ta' żvilupp sostenibbli;

21.

Jistieden lin-NU, lill-Kummissjoni u lir-RGħ/VP jieħdu azzjoni fir-rigward tar-rimi illegali ta' skart tossiku fl-ilmijiet Somali u jistabbilixxu politika biex jiġu rrimedjati r-riskji potenzjali tas-saħħa li hemm għall-popolazzjoni;

22.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti riċenti ta’ użu ħażin tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp biex titwettaq oppressjoni politika fl-Etjopja; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-għajnuna tintuża strettament għat-tnaqqis tal-faqar, b’mod li jrid jingħata kont u trasparenti, filwaqt li jsir użu sħiħ tal-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Ftehim ta' Cotonou;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra lill-pastoralisti fil-politika tal-iżvilupp tal-UE b’mod aħjar, peress li huma jiżguraw parti importanti mill-attività ekonomika u mill-produzzjoni tal-proteini fir-reġjun; jemmen li jeħtieġ li jsir djalogu urġenti mal-awtoritajiet lokali bil-għan li jiġi salvagwardjat l-istil ta' ħajja tagħhom, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-eżistenza nomadika tagħhom hija adattata sew għaż-żoni niexfa qoxqox fejn il-kundizzjonijiet ma jippermettux li l-bniedem joqgħod biex jgħammar fihom;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà u s-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-pajjiżi tal-IGAD, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE, lill-Presidenza tal-G20 u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0071.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/130


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Il-pożizzjoni u l-impenn bil-quddiem tal-UE fil-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx

P7_TA(2011)0390

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-impenn tagħha bil-quddiem għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx

2013/C 51 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għal Strateġija Globali għall-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard li Ma Jitteħidx (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-WHO tal-11 ta' Settembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jitteħidx fir-reġjun Ewropew tad-WHO (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tan-NU 64/265 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jitteħidx ta' Ottubru 2010 (3),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Moska dwar stili ta' ħajja tajba u l-kontroll ta' mard li jitteħidx ta' April 2011 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa dwar mard li ma jitteħidx ta' Mejju 2011 (5),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jitteħidx (6),

wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO tal-2008 dwar is-sorveljanza, il-prevenzjoni u l-kontroll globali ta' mard respiratorju kroniku (7),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Parma u l-Impenn li Jaġixxu adottat mill-Istati Membri tar-Reġjun Ewropew tad-WHO f'Marzu 2011 (8),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Asturias tad-WHO tal-2011 (9),

wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar il-Ġlieda Kontra l-Obeżità adottata f'Novembru 2006 (10),

wara li kkunsidra l-Artikoli 168 u 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 dwar il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u tal-attività fiżika, dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-piż żejjed, l-obeżità u l-mard (11) kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-White Paper dwar in-Nutriment, il-Piż Żejjed u kwistjonijiet ta’ Saħħa relatati mal-Obeżità (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar azzjoni għat-trattament ta' mard kardjovaskolari (13), u tal-10 ta' April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra (14) u wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar id-dijabete (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar “l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (16),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarju (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (18) u tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-6 ta' Mejju 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea (20) u dwar il-White Paper tal-Kummissjoni: "Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew ta' Azzjoni" (21),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE tat-2 ta’ Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (22),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa tal-Qalb tal-2004 (23),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (24),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (25),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u ta' kura tas-saħħa" tas-7 ta' Diċembru 2010 (26),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea" tat-22 ta' Ġunju 2006 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill "Lejn sistemi tas-saħħa moderni, responsivi u sostenibbli" tas-6 ta' Ġunju 2011 (27),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "l-irwol tal-UE fis-saħħa globali" tal-10 ta' Mejju 2010 (28),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi skont id-WHO, 86 % tal-imwiet fl-Ewropa huma kkawżati minn mard li ma jitteħidx;

B.

billi l-erba' tipi l-aktar komuni ta' mard li ma jitteħidx huma l-mard kardjovaskolari, mard respiratorju, kanċer u dijabete; billi mard ieħor li ma jitteħidx m'għandux jiġi injorat;

C.

billi l-mard kardjovaskolari huwa l-ewwel kawża ta' mwiet u jħalli aktar minn 2 miljun mejjet kull sena; billi l-aktar mard kardjovaskolari komuni huwa l-mard tal-qalb koronarju u l-puplesija, li jikkawżaw rispettivament aktar minn terz (jiġifieri 741 000) u ftit aktar minn kwart (jiġifieri 508 000) tal-imwiet kardjovaskolari kollha;

D.

billi l-kanċer hu t-tieni l-akbar kawża ta' mwiet u għandu prevalenza ta' 3-4 % fost il-popolazzjoni li tiżdied għal 10-15 % fost l-anzjani; billi kull sena madwar 2.45 miljun ruħ fl-UE jiġu ddijanjostikati bil-kanċer u 1,23 miljun mewt huma rreġistrati; billi l-prevalenza tal-kanċer fost it-tfal qed jiżdied b'rata ta' aktar minn 1 % fis-sena fl-Ewropa;

E.

billi l-mard respiratorju kroniku evitabbli bħall-ażżma u l-mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD) jaffettwa lil miljuni ta' persuni fl-Ewropa;

F.

billi ma teżisti l-ebda strateġija mifruxa mal-UE jew inizjattiva li hi immirata għat-trattament komprensiv tad-dijabete (Tip 1 u Tip 2), li hu stmat li taffettwa aktar minn 32 miljun ċittadin tal-UE, b'ċifri simili ta' nies li jsofru minn tolleranza difettuża għall-glukosju u li għandhom probabilità għolja ħafna li din twassal għal forma ta' dijabete evidenti klinikament; billi dawn iċ-ċifri huma mistennija li jiżdiedu b'16 % sal-2030 kaġun ta' epidemija ta' obeżità, it-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea u fatturi oħrajn li għad iridu jiġu determinati u li għalihom tenħtieġ aktar riċerka;

G.

billi l-fatturi li flimkien huma responsabbli għall-maġġoranza tal-mard li ma jitteħidx kroniku huma erba: konsum tat-tabakk, dieta żbilanċjata, konsum tal-alkoħol u n-nuqqas ta' attività fiżika; billi l-espożizzjoni għal tniġġis ambjentali hu l-ħames l-aktar fattur importanti li għandu jiġi kkunsidrat;

H.

billi l-konsum tat-tabakk hu l-kawża ewlenija ta' mwiet evitabbli u jwassal għall-mewt ta' wieħed minn kull żewġ persuni li ilhom ħafna jpejpu;

I.

billi l-konsum tal-alkoħol, alimentazzjoni żbilanċjata, l-inkwinament ambjentali u n-nuqqas ta' attività fiżika jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għar-riskju ta' żvilupp ta' ċerti tipi ta' mard kardjovaskolari, kanċer u dijabete;

J.

billi l-eżerċizzju fiżiku qiegħed jingħata rikonoxximent akbar bħala fattur ewlieni fil-prevenzjoni ta' mard li ma jitteħidx;

K.

billi s-seba' fatturi ta' riskju għal mewt prematura (pressjoni għolja, livelli għoljin ta' kolesterol, indiċi tal-piż tal-ġisem għoli, nuqqas li jittiekel biżżejjed frott u ħaxix, nuqqas ta' eżerċizzju fiżiku, konsum eċċessiv ta' alkoħol, tipjip) għandhom rabta ma' drawwiet ta' dieta u attività fiżika;

L.

billi l-maġġoranza ta' mard li ma jitteħidx kroniku hu evitabbli, partikolarment bit-tnaqqis jew l-evitar ta' fatturi ta' riskju ewlenin bħat-tipjip, dieta żbilanċjata, inattività fiżika, konsum tal-alkoħol u l-espożizzjoni għal ċerti sustanzi kimiċi; billi politika ambjentali effikaċi, inkluż l-infurzar ta' leġiżlazzjoni u standards eżistenti, toffri opportunitajiet ewlenin ta' prevenzjoni;

M.

billi fatturi addizzjonali, bħall-età, il-ġeneru, it-tiswir ġenetiku jew il-kondizzjonijiet fiżjoloġiċi, inkluż l-obeżità, għandhom jitqiesu ukoll fl-iżvilupp ta' strateġiji ta' prevenzjoni u ta' identifikazzjoni bikrija;

N.

billi l-maġġoranza ta' mard li ma jitteħidx għandu sintomi komuni, bħal uġigħ kroniku u problemi ta' saħħa mentali, li jaffettwaw b'mod dirett lil min ibagħti minnu u lill-kwalità ta' ħajja tiegħu, u għalhekk dan il-mard għandu jiġi indirizzat permezz ta' approċċ komuni u orizzontali li jwassal għal kost-effettività akbar tas-sistemi għall-kura tas-saħħa li jittrattaw dan il-mard;

O.

billi l-opportunitajiet għall-prevenzjoni tal-mard għadu mhux sfruttat biżżejjed, għalkemm hu evidenti li strateġiji ta' prevenzjoni għal mard li ma jitteħidx mifruxa mal-popolazzjoni kollha jnaqqsu l-ispejjeż;

P.

billi 97 % tal-ispejjeż fuq is-saħħa attwalment jintefqu fuq it-trattament, iżda huma biss 3 % li jiġu investiti fil-prevenzjoni, u billi l-ispejjeż għat-trattament u l-ġestjoni ta' mard li ma jitteħidx qegħdin jiżdiedu bil-qawwi minħabba d-disponibilità akbar ta' dijanjosi u trattamenti;

Q.

billi d-WHO tqis iż-żieda f'mard li ma jitteħidx bħala epidemija u tistma li din l-epidemija se twassal għall-mewt ta' 52 miljun persuna sal-2030;

R.

billi l-Forum Ekonomiku Dinji u l-Iskola għas-Saħħa Pubblika ta' Harvard ippubblikaw dejta li tistma li, bejn l-2005 u l-2030, il-produzzjoni ekonomika dinjija għandha tirreġistra telf ta' EUR 25 triljun minħabba mard li ma jitteħidx;

S.

billi l-mard li ma jitteħidx jista' jxekkel l-istrateġija Ewropa 2020 u jikser id-dritt taċ-ċittadini li jgħixu ħajja b'saħħitha u produttiva;

T.

billi l-UE għandha rwol ewlieni xi twettaq fit-tħaffif tal-progress fuq l-isfidi għas-saħħa globali inkluż l-MDGs relatati mas-saħħa u l-mard li ma jitteħidx kif dikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali;

U.

billi m'hemmx dubju li xi aspetti dwar il-mard li ma jitteħidx huma marbutin ma' problemi globali bħall-inkwinament ambjentali u għalhekk għandhom jiġu indirizzati fil-livell globali; billi aspetti oħrajn jistgħu jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali u reġjonali, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà;

V.

billi kundizzjonijiet ta' qabel it-twelid, inkluż l-espożizzjoni għat-tniġġis ambjentali, għandhom effetti tul il-ħajja fuq bosta aspetti tas-saħħa u l-benesseri, b'mod partikolari r-riskju ta' żvilupp ta' mard respiratorju, u jistgħu jikkontribwixxu biex il-persuni jkunu iktar predisposti għall-kanċer u d-dijabete;

W.

billi, għalkemm in-nies bħala medja qegħdin jgħixu aktar u aktar f'saħħithom mill-ġenerazzjonijiet ta' qabel, l-UE tinsab iffaċċjata, fil-kuntest tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-fenomenu l-ġdid taż-żieda fin-numru ta' persuni f'età avvanzata ħafna, b'epidemija ta' mard kroniku u stati patoloġiċi multipli, u b'theddida konsegwenti jew minn pressjoni akbar fuq is-sostenibilità tas-sistemi nazzjonali għall-kura tas-saħħa;

X.

billi l-fatturi soċjo-ekonomiċi huma wkoll determinanti tas-saħħa importanti, u jeżistu inugwaljanzi fis-saħħa kemm bejn u fost l-Istati Membri;

Y.

billi hu stmat li sal-2020 it-tnaqqis previst ta' ħaddiema tas-saħħa pubblika fl-Ewropa li jinkludu tobba, infirmiera, dentisti, spiżjara u fiżjoterapisti għandu jilħaq il-miljun;

Z.

billi l-fatturi soċjali u ambjentali għandhom jiġu identifikati biċ-ċar bħala determinanti tas-saħħa, pereżempju, kull sena t-tniġġis tal-arja jikkaġuna l-mewt ta' 1,6 miljun persuna, u dawn jirrappreżentaw theddida ambjentali ewlenija għas-saħħa fl-Ewropa u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-għomor u fil-produttività tal-ħajja;

AA.

billi ċ-ċittadini tal-UE huma mħassba dwar l-impatt potenzjali tal-ambjent fuq saħħithom, bl-effetti potenzjali ta' sustanzi kimiċi perikolużi jitqies bħala l-akbar tħassib; filwaqt li pereżempju t-tniġġis minn partiċelli fini hu assoċjat ma' aktar minn 455 000 mewt fis-sena minħabba effetti kardjorespiratorji fis-27 Stat Membru tal-UE;

1.

Jitlob għal impenn politiku qawwi mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri tal-UE li jirrifletti s-sinifikat u s-severità ta' epidemja globali ta' mard li jitteħidx;

2.

Iħeġġeġ lill-UE tippromwovi mira ambizzjuża għat-tnaqqis tal-mortalità evitabbli minn mard li ma jitteħidx, bħall-mira tad-WHO li tnaqqas b'25 % ir-rati ta' mortalità nazzjonali sal-2025 meta mqabbla mar-rati tal-2010;

3.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri japprovaw il-ħames impenji ewlenin li ġejjin u jinkluduhom fl-istqarrija politika mil-Laqgħa ta' Livell Għoli li għandha tinħareġ min-NU dwar il-mard li ma jitteħidx f'Settembru 2011;

it-tnaqqis b'25 % sal-2025 tal-mortalità evitabbli ta' mard li ma jitteħidx, kif propost mid-WHO,

l-implimentazzjoni ta' interventi kost-effettivi u ta' iffrankar ta' spejjeż, inkluż implimentazzjoni mħaffa tal-Konvenzjoni Qafas tad-WHO għall-Kontroll tat-Tabakk, aċċess aħjar għal u promozzjoni ta' dieta b'saħħitha, il-ġlieda effettiva kontra l-abbuż tal-alkoħol u l-aċċess għal u l-promozzjoni ta' attivitajiet fiżiċi, kif ukoll it-tnaqqis tal-espożizzjoni għat-tniġġis ambjentali fost il-popolazzjoni kollha, inkluż sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali u kontaminanti ambjentali,

il-monitoraġġ tat-tendenzi fil-mortalità minn mard li ma jitteħidx u ta' fatturi ta' riskju komuni għall-mard li ma jitteħidx,

l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' responsabilità globali u nazzjonali għall-parteċipanti interessati ewlenin kollha involuti,

il-ħolqien, fl-2012, ta' sħubija ta' livell għoli li tassisti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u l-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' livell għoli fl-2014 li tivvaluta l-ilħiq tal-impenji;

4.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw b'mod attiv id-Dikjarazzjoni Politika li għandha tinħareġ wara l-laqgħa ta' livell għoli, li involva l-aġenziji u l-istituzzjonijiet tal-UE rilevanti kollha sabiex tindirizza l-isfidi marbutin mal-mard li ma jitteħidx;

5.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jagħtu spinta lill-prevenzjoni primarja, ir-riċerka, id-dijanjosi bikrija u l-ġestjoni tal-iktar erba' forom komuni ta' mard li ma jitteħidx, jiġifieri dawk kardjovaskolari, respiratorji, kanċer u dijabete, mingħajr ma jiġi injorat mard ieħor li ma jitteħidx, bħall-mard mentali u newroloġiku, inkluża l-marda tal-Alzheimer; jenfasizza l-importanza tal-identifikazzjoni bikrija ta' individwi li jinsabu f'riskju għoli li jibdew isofru jew imutu minn dan il-mard, jew li qed isofru minn dispożizzjonijiet li kienu jeżistu qabel, mard kroniku u serju u fatturi ta' riskju li jiddeterjoraw il-mard li ma jitteħidx;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ integrat u olistiku iċċentrat fuq il-pazjent għal kondizzjonijiet tas-saħħa fit-tul, li jinkludi l-prevenzjoni ta' mard u l-promozzjoni tas-saħħa, id-dijanjosi bikrija, il-monitoraġġ u l-edukazzjoni kif ukoll il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-fatturi ta' riskju, kundizzjonijiet li kienu jeżistu minn qabel u stili ta' ħajja li mhumiex tajbin għas-saħħa (konsum tat-tabakk, dieta mhux tajba għas-saħħa, nuqqas ta' attività fiżika u konsum ta' alkoħol) u l-koordinament tal-kura fl-isptar u fil-komunità;

7.

Jitlob l-implimentazzjoni minn età bikrija ta' strateġiji ta' prevenzjoni għal mard li ma jitteħidx; Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-provviżjoni ta' edukazzjoni dwar drawwiet ta' dieta b'saħħitha u ta' attività fiżika fl-iskejjel; jinnota li globalment, għadhom ikunu disponibbli riżorsi adegwati għal din it-tip ta' ħidma edukattiva;

8.

Jinnota li l-politiki li jindirizzaw fatturi ta' imġiba, soċjali, ekonomiċi u ambjentali assoċjati mal-mard li ma jitteħidx għandhom jiġu implimentati malajr u bis-sħiħ biex jiġu żgurati reazzjonijiet effettivi possibbli għal dan il-mard, filwaqt li jkabbru l-kwalità tal-ħajja u l-ekwità tas-saħħa;

9.

Jirrikonoxxi li l-mira ewlenija tal-mudelli ta' kura ta' mard kroniku dwar kondizzjonijiet kroniċi avvanzati għandha titmexxa lejn l-indirizzar tan-nies fl-istadji bikrin tal-mard li ma jitteħidx, bl-għan aħħari ikun dak li mhux biss jiġi ġestit il-mard, iżda wkoll biex titjieb il-pronjosi għal min ibagħti minn mard kroniku; jenfasizza fl-istess waqt l-importanza ta' kura kontra l-uġigħ;

10.

Jilqa' l-enfasi ta' presidenzi preċedenti tal-UE fuq il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard kroniku li ma jitteħidx inkluż il-prijorità tal-Presidenza Spanjola fuq mard kardjovaskolari u l-konferenzi tal-Presidenza Pollakka dwar "mard respiratorju kroniku fost it-tfal" u "s-Solidarjetà tas-Saħħa – it-tneħħija tad-diskrepanza fis-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE";

11.

Jitlob biex jitwaqqfu protokolli ċari u linji gwida bbażati fuq il-provi għall-aktar mard komuni li ma jitteħidx biex tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata tal-pazjent u t-trattament fost il-ħaddiema kollha tal-kura tas-saħħa, inkluż l-ispeċjalisti, it-tobba tal-ewwel kura u infirmiera speċjalizzati;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa għal riċerka u l-edukazzjoni dwar il-mard kroniku fil-livelli kollha, b'mod partikolari dwar l-iktar erba' mard komuni li ma jitteħidx, mingħajr ma jiġi injorat il-mard li ma jitteħidx ieħor li jkun importanti, kif ukoll dwar fatturi għat-tnaqqis tar-riskju, interventi fis-saħħa pubblika in ġenerali, u l-interazzjonijiet bejn is-sorsi ta' tniġġis u l-effetti fuq is-saħħa, b'kollaborazzjoni multidixxiplinari dwar il-mard li ma jitteħidx bħala prijiorità ta' riċerka f'dawk ir-reġjuni u l-pajjiżi b'riżorsi adegwati;

13.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-istandards tal-UE għall-Kwalità tal-Arja, u biex jimplimentaw il-linji gwida tad-WHO għall-kwalità tal-arja rrakkomandati għall-arja ta' barra u ta' ġewwa, u d-Dikjarazzjoni ta' Parma u l-Impenn ta' Azzjoni tal-2010 li ssemmi l-ħtieġa li jiġu ttrattati l-effetti fuq is-saħħa tat-tibdil fil-klima;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa, mingħajr aktar dewmien, għal rieżami effettiv ta' Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk;

15.

Jenfasizza l-importanza li l-UE u l-Istati Membri jintegraw aktar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' fatturi ta' riskju fl-oqsma leġiżlattivi u ta' politika kollha u b'mod partikolari fil-politiki tal-ambjent, tal-ikel u tal-konsumatur tagħhom, sabiex jiġu implimentati l-objettivi marbutin mal-mard li ma jitteħidx u biex jiġu indirizzati l-isfidi għas-saħħa pubblika, soċjali u ekonomiċi;

16.

Jirrikonoxxi li, skont l-Artikolu 168 TFUE, azzjonijiet marbutin ma' kwistjonijiet ta' kura tas-saħħa huma primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri, iżda jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' Strateġija tal-UE dwar mard kroniku li ma jitteħidx, segwiti minn rakkomandazzjoni tal-Kunsill, b'sezzjonijiet individwali dwar l-iktar erba' forom komuni ta' mard li ma jitteħidx, u b'kunsiderazzjoni ta' speċifiċitajiet ta' ġeneru, f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż il-pazjenti u l-professjonisti tas-saħħa;

17.

Jitlob li sal-2013, l-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali kontra l-mard li ma jitteħidx, dwar l-iktar erba' forom komuni ta' mard li ma jitteħidx, b'riżorsi ekwivalenti għas-sinifikat tal-piż maħluq mill-mard li ma jitteħidx, u għandhom joħolqu mekkaniżmu ta' koordinament globali ta' livell għoli għal azzjoni kontra l-mard li ma jitteħidx;

18.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali fir-rigward tal-mard li ma jitteħidx, assoċjati mal-iktar prevenzjoni, dijanjosi u ġestjoni effettiva ta' dan il-mard u l-fatturi ta' riskju bħal pereżempju kundizzjonijiet li kienu jeżistu minn qabel u mard kroniku u serju ħafna, jistgħu inaqqsu b'mod sinifikanti l-piż ġenerali ta' dan il-mard u b'hekk jikkontribwixxu b'mod pożittiv għaż-żamma tas-sostenibilità ta' sistemi nazzjonali ta' kura tas-saħħa;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament u tirrapporta dwar il-progress madwar l-UE rigward l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-mard li ma jitteħidx, b'mod partikolari dwar l-iktar erba' forom komuni ta' mard li ma jitteħidx, b'iffukar fuq il-progress imwettaq f'termini ta' prevenzjoni, dijanjosi bikrija, ġestjoni u riċerka tal-mard;

20.

Jitlob lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex iżidu n-numru ta' persunal mħarreġ tas-saħħa realment impjegat fis-sistemi tal-kura tas-saħħa sabiex jiffaċċja b'mod aktar effettiv il-piż tal-mard li ma jitteħidx;

21.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-konsistenza u approċċ marbut li jgħaqqad id-Dikjarazzjoni Politika tan-NU u l-azzjonijiet kontinwi tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropej, jiġifieri il-Proċess ta' Riflessjoni mitlub għall-mard kroniku;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra u tevalwa l-possibilità ta' estensjoni tal-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), biż-żieda tal-mard li ma jitteħidx mar-responsabilitajiet tiegħu, filwaqt li jintuża bħala ċentru għall-ġbir ta' dejta u l-iżvilupp tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-mard li ma jitteħidx, u b'hekk jagħti lil min jagħmel id-deċiżjonijiet, lix-xjentisti u lit-tobba dettalji dwar l-aħjar prattiki u għarfien ikbar tal-mard li ma jitteħidx;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet għall-ġbir ċentralizzat tad-dejta sabiex tinkiseb dejta paragunabbli li tippermetti ppjanar u rrakkomandar aħjar madwar l-UE;

24.

Jitlob li jsir rieżami komprensiv tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Politika tan-NU sal-2014;

25.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li delegazzjoni ta' livell għoli tattendi u tippreżenta pożizzjoni tal-UE ambizzjuża u kkoordinata fil-laqgħa tan-NU bejn id-19 u l-20 ta' Settembru 2011;

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Ambaxxatur tal-UE fin-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lid-Direttur Ġenerali tad-WHO.


(1)  http://whqlibdoc.who.int/publications/2009/9789241597418_eng.pdf

(2)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0004/77575/RC56_eres02.pdf

(3)  http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/64/265&Lang=E

(4)  http://www.un.org/en/ga/president/65/issues/moscow_declaration_en.pdf

(5)  http://apps.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA64/A64_R11-en.pdf

(6)  http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/66/83&Lang=E

(7)  http://www.who.int/gard/publications/GARD%20Book%202007.pdf

(8)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0011/78608/E93618.pdf

(9)  http://www.iarc.fr/en/media-centre/iarcnews/2011/asturiasdeclaration.php

(10)  http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0009/87462/E89567.pdf

(11)  ĠU C 250E, 25.10.2007, p. 93.

(12)  ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 97.

(13)  ĠU C 175E, 10.7.2008, p. 561.

(14)  ĠU C 247E, 15.10.2009, p. 11.

(15)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 273.

(16)  ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 83.

(17)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(18)  Testi adottati, P7_TA(2010)0400.

(19)  Testi adottati, P7_TA(2011)0081.

(20)  ĠU C 81E, 15.3.2011, p. 95.

(21)  ĠU C 81E, 15.3.2011, p. 115.

(22)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2004:213:0008:0024:EN:PDF

(23)  www.consilium.europa.eu/uedocs/NewsWord/en/lsa/80729.doc

(24)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2007:301:0003:0013:en:PDF

(25)  http://cordis.europa.eu/documents/documentlibrary/90798681EN6.pdf

(26)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/118282.pdf

(27)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/122395.pdf

(28)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/EN/foraff/114352.pdf


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/137


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
L-approċċ politiku tal-UE għall-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni 2012 tal-UIT

P7_TA(2011)0391

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-approċċ politiku tal-Unjoni Ewropea għall-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2012 tal-UIT (WRC-12)

2013/C 51 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011)0180 tas-6 ta’ April 2011 dwar approċċ politiku tal-Unjoni Ewropea għall-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2012 tal-UIT (WRC-12),

wara li kkunsidra l-agenda of the ITU WRC-12,

wara li kkunsidra l-Aġenda Diġitali fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal- RSPG dwar objettivi ta’ politika komuni għad-WRC-12,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-RSPP adottata fil-11 ta’ Mejju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija tas-27 ta’ Mejju 2011 dwar d-WRC-12,

wara li kkunsidra l-Artkoli 8a (4) u 9(1) tad-Direttiva 2009/140/KE tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal netwerks ta’ komunikazzjoni u servizzi komuni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Konferenza 2012 se tinklonkludi bl-adozzjoni ta’ emenda għar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU,

B.

billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet internazzjonali li huma parti għalihom fil-kuntest tal-ITU, jkunu konformi ma' leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, u partikolarment mar-regoli u l-prinċipji rilevanti tal-qafas regolatorju tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

C.

billi l-ispettru huwa sors pubbliku skars li huwa kritiku għal għadd ta’ setturi dejjem akbar,

D.

billi, kif enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, il-broadband bla wajers u servizzi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xpruni importanti għat-tkabbir u l-kompetittività fil-livell globali;

E.

billi l-Ewropa tkun tista’ tesplojta bis-sħiħ il-potenzjal ta’ ekonomija diġitali biss permezz tal-ħolqien ta’ suq diġitali intern li jiffunzjona tajjeb b’kundizzjonijiet ekwi fil-livell pan-Ewropew,

F.

billi l-ħelsien ta’ spettru addizzjonali b’mod orizzontali fil-livelli globali u Ewropej huwa mod importanti biex jitħaffef ix-xkiel rigward kapaċità f’netwerks mobbli u biex jinkoraġġixxi servizzi ġodda u tkabbir ekonomiku;

G.

billi punt maġġuri ta’ din il-konferenza jiddependi mid-disponibilità ta spettru tar-radju u jirrigwarda b’mod partikolari d-Dividend Diġitali fil-medda ta’ 800 MHz;

H.

billi bosta punti oħrajn huma relevanti għall-politiki tal-UE (is-soċjetà tal-informazzjoni, il-politika rigward l-ispazju, Galileo, is-suq intern, l-ambjent, il-politika awdjoviżwali, ir-riċerka …);

I.

billi kull WRC jistabbilixxi aġenda għall-konferenza li jkun imiss;

1.

Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jaqbel mal-analiżi tal-importanza tal-impatt tad-WRC-12 dwar politiki tal-UE;

2.

Jemmen li l-UE għandha titkellem b’vuċi waħda f’negozjati multilaterali sabiex tippromwovi l-interessi tagħha u toħloq sinergiji globali u ekonomija ta’ skala għall-użu tal-ispettru; għalhekk jinkuraġġixxi bil-qawwa lill-Istati Membri sabiex japprovaw bis-sħiħ dawn l-orjentazzjonijiet għall-politiki u jippromwovuhom u jiddefenduhom attivament fid-WRC-12; jemmen ukoll barra minn hekk li sakemm il-Kummissjoni ma jkollhiex id-dritt li titkellem fl-ITU f’isem l-UE, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mill-qrib pożizzjoni komuni tal-Unjoni abbażi tal-RSPP flimkien mal-Kummissjoni;

3.

Jiġbed l-attenzjoni għall-25 punt individwali fuq l-aġenda tad-WRC-12 u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-politiki u l-obejttivi tal-UE;

4.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex iħarsu dawn l-objettivi u jirreżistu kwalunkwe modifiki tar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU li jkunu jistgħu jaffettwaw l-ambitu u s-sustanza tagħhom; f’dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-prinċipji tat-Trattat tal-UE u tal-acquis communitaire jiġu rispettati;

5.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri b’appoġġ tekniku u politiku fin-neguzjati bilaterali u multilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi u tikkoopera mal-Istati Membri meta jiġu neguzjati ftehimiet internazzjonali, speċjalment ftehimiet ma’ pajjiżi terzi girien fejn tista’ sseħħ interferenza minħabba pjanijiet ta’ allokazzjoni differenti;

6.

Tfakkar fil-pozizzjoni tiegħu fl-RSPP, u – b’mod partikolari fir-rigward tal-istudju tal-ITU stess dwar bżonnijiet ta’ IMT Avvanzat – fil-ħtieġa li jkun allokat spettru suffiċjenti u xieraq għal traffiku ta’ dejta mobbli li jammonta għal tal-anqas 200 MHz kunplessivament sal-2015 u sabiex tiġi sodisfatta bl-aħjar mod it-talba dejjem akbar għal traffiku ta’ dejta mobbli; ifakkar li kwalunkwe miżuri ġodda għandhom ikunu trasparenti u m’għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni jew jiżvantaġġaw min jidħol ġdid fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet;

7.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-inklużjoni ta’ dan il-punt relevanti fl-aġenda tal-konferenza li jmiss tad-WRC fl-2016; itenni f’dan ir-rigward l-importanza li l-UE tiżviluppa inventarju tal-użu eżistenti tagħha tal-ispettru u l-effiċjenza ta’ dan kif propost fl-RSPP;

8.

Itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jsegwu aġenda ta’ armonizzazzjoni ambizzjuża skont il-konklużjonijiet tal-ITU u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa u tirrevedi l-bżonn li tinħeles medda tal-ispettru addizzjonali, hekk li titqies l-evoluzzjoni ta’ teknoloġiji tal-ispettru, l-esperjenza fis-suq ta’ servizzi ġodda, il-bżonnijiet futuri possibbli ta’ xandir terrestri tar-radju u t-televiżjoni u n-nuqqas ta’ spettru f’meded oħra adegwat għal kopertura ta’ broadband bla wajers li jista’ jagħmel dan possibbli, skont id-deċiżjonijiet neċessarji li jridu jittieħdu, sal-2012 u l2016;

9.

Jenfasizza li servizzi tal-broadband bla wajers jikkontribwixxu sostanzjalment għall-irkupru ekonomiku u t-tkabbir; jeħtieġ spettru suffiċjenti u li jkun ġestit effiċjentement sabiex jissodisfa t-talba dejjem akbar tal-konsumatur f’termini ta’ kapaċità u kopertura;

10.

Iqis li r-rwol akbar tal-UE fil-politika tal-ispettru jeżiġi li jkun hemm pożizzjoni formali aqwa tal-UE fl-ITU u għalhekk jappoġġa bil-qawwa r-rieżami tal-istatus tagħha fil-konferenza plenipotenzjali tal-ITU li jmiss fl-2014;

11.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex l-UE tkun tista’ tibbenefika bis-sħiħ mill-potenzjal tal-opportunitajiet ta’ innovazzjoni f'termini ta’ teknoloġiji tal-ispettru tar-radju;

12.

Jenfasizza l-importanza li l-UE taġixxi bħala xprun ewlieni fit-teknoloġija tal-ispettru tar-radju u sabiex tkun ta’ eżempju tal-aħjar prattiki u koeżjoni;

13.

Jenfasizza l-vulnerabilità minn attakki ċibernatiċi fuq inġenji li jużaw l-ispettru tar-radju u jenfasizza l-bżonn ta’ approċċ koordinat globali għat-tisħiħ tas-sikurezza ċibernatika;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirraporta dwar r-riżultati u l-kisbiet tad-WRC-12;

15.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0220.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/140


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Belarus: l-arrest ta' Ales Bialatski, difensur tad-drittijiet tal-bniedem

P7_TA(2011)0392

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar il-Belarus: l-arrest ta' Ales Bialatski, difensur tad-drittijiet tal-bniedem

2013/C 51 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarus, b'mod partikulari dawk tat-12 ta' Mejju 2011 (1), tal-10 ta' Marzu 2011 (2), tal-20 ta' Jannar 2011 (3) u tas-17 ta' Diċembru 2009 (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Belarus adotatti fit-3 101 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-20 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 f'Diċembru,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni fir-Repubblika tal-Belarus adottata mill-Konferenza tal-INGOs tal-Kunsill tal-Ewropa fit-22 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta' Ġunju 2011 li kkundannat il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet qabel, waqt u wara l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarus u stiednet lill-Gvern tal-Belarus biex itemm ‘il-persekuzzjoni’ fuq il-mexxejja fl-oppożizzjoni,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar l-arrest ta' Ales Bialiatski fil-Belarus maħruġa mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Catherine Ashton, fil-5 ta' Awwissu 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Belarus huwa marbut b'impenji internazzjonali biex josserva l-prinċipji tal-liġi internazzjonali u l-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

B.

billi d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Ales Bialiatski, President taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ‘Viasna’ u Viċi President tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH), wara li nżamm fiċ-ċentru tad-detenzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-Belarus, safa arrestat f'Minsk fl-4 ta' Awwissu 2011 mixli formalment b'evażjoni fiskali ta' skala kbira (‘ħabi ta' profitti fuq skala partikolarment kbira’) u akkużat formalment fit-12 ta' Awwissu 2011 skont Parti II tal-Artikolu 243 tal-Kodiċi Kriminali tal-Belarus; billi huwa qed jaffaċċja piena ta' jew ħames snin ta' ‘libertà ristretta’ jew tlieta sa seba' snin priġunerija u l-konfiska tal-assi tiegħu, inklużi l-bini minn fejn hija mmexxija ‘Viasna’,

C.

billi l-propjetajiet privati f'Minsk ta' Ales Bialiatski, id-dar tiegħu f'Rakov u l-uffiċċju ta'‘Viasna’ f'Minsk ġew imfittxija minn uffiċjali tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontrol tal-Istat, u billi l-kompjuter tiegħu u materjal ieħor ġew konfiskati,

D.

billi fis-16 ta' Awwissu 2011 imħallef distrettwali f'Minsk ma laqax applikazzjoni mill-avukat ta' Ales Bialiatski biex id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem jinħeles fuq promessa formali tiegħu, u billi l-perjodu tad-detenzjoni ta' qabel il-proċess ta' Ales Bialiatski ġie estiż għal xahrejn qabel dik il-ġimgħa,

E.

billi l-arrest huwa marbut mal-iżvelar ta' dettalji tal-kontijiet bankarji ta' Ales Bialiatski lill-awtoritajiet tal-Belarus minn xi Stati Membri tal-UE; billi fit-tiftix ta' din l-informazzjoni l-awtoritajiet tal-Belarus ħadu vantaġġ mill-kooperazzjoni internazzjonali skont it-termini ta' ftehimiet bilaterali dwar l-assistenza legali, waqt li sfruttaw sistema ta' proċeduri internazzjonali u ftehimiet dwar trasferimenti finanzjarji – intiżi biex jintużaw ħalli jkunu traċċjati terroristi u kriminali – sabiex jieħdu kontroll sħiħ ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarus u biex tkun skredita l-assistenza tal-UE lis-soċjetà ċivili tal-Belarus,

F.

billi l-awtoritajiet fiskali tal-Belarus interpretaw is-somom fil-kontijiet tas-Sur Bialatski bħala d-dħul personali tiegħu u akkużawh li kien qed jaħbihom,

G.

billi l-awtoritajiet tal-Belarus sistematikament irrifjutaw li jirreġistraw fuq livell nazzjonali kważi kull organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż (ir-reġistrazzjoni ta' ‘Viasna’ ġiet miċħuda tliet darbiet dawn l-aħħar snin); billi bħala riżultat, u minħabba għajnuna barranija lil organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-Belarus (fil-każ tal-fondi ta' ‘Viasna’ biex jippermettulha tipprovdi assistenza lill-vittmi tar-ripressjoni tal-massa mir-reġim wara l-elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2010) għandhom ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet tal-Belarus, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma obbligati li jiftħu kontijiet f'pajjiżi ġirien sabiex jipprovdu għajnuna effettiva lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċvili u indipendenti,

H.

billi l-fastidju fuq id-difensuri u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem huwa sistematiku u mifrux; billi dan l-aħħar feġġew rapporti dwar il-persekuzzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u attivisti li qed jagħmlu kampanja għall-ħelsien ta' Ales Bialiatski, inklużi arresti, detenzjonijiet, interrogazzjonijiet, l-impożizzjoni ta' multi jew il-konfiska ta' materjal stampat; billi wieħed mill-persuni kkonċernati, Viktar Sazonau, attwalwent qed jistenna il-proċess,

I.

billi l-każ ta' Ales Bialiatski huwa parti minn tfassila aktar wiesgħa ta' fastidju li għadu għaddej u li jmur lura ż-żmien lis-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem wara l-elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2010, li wassal għal deterjorazzjoni drammatika fid-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili u politiċi fil-Belarus,

J.

billi numru kbir ta' attivisti tal-oppożizzjoni, inklużi ex kandidati presidenzjali u ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġew miżmuma minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fid-dimostrazzjoni paċifika ta' wara l-elezzjoni fid-19 ta' Diċembru 2010 f'Minsk, bl-akkuża ta' ‘organizzazzjoni ta' diżordni tal-massa’ u mogħtija sentenzi ibsin bla ġustifikazzjoni ta' sa seba' snin f'kolonja ta' ħabs ta' sigurtà għolja jew medja; billi ġie rrappurtat li xi wħud minnhom ingħataw tortura fiżika u psikoloġika, u ma ngħatawx assistenza legali u medika xierqa jew intbagħtu lura l-ħabs wara operazzjonijiet maġġuri mingħajr rijabilitazzjoni medika xierqa,

1.

Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora rigward id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus; jikkundanna bil-qawwa l-arrest li sar dan l-aħħar u l-allegazzjonijiet kontra Ales Bialiatski, il-President taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ‘Viasna’, u l-fallimenti tal-awtoritajiet tal-Belarus f'li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-libertà ta' assemblea u tal-espressjoni;

2.

Jiddeplora l-fatt li l-awtoritajiet tal-Belarus konsistentement jirrifjutaw li jagħtu l-istatus legali lil organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, u jagħmluha impossibbli għalihom biex joperaw billi jintroduċu liġijiet ripressivi intiżi biex isikktu l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, u mbagħad jużaw t-theddida tas-sanzjonijiet kriminali biex jintimidaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jemmen, f'dan il-kuntest, u minħabba t-trażżin bla preċedenzi fuq is-soċjetà ċivili fil-Belarus wara l-elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2010, li l-każ kriminali kontra Ales Bialiatski huwa politikament motivat u intiż biex ifixkel il-ħidma leġittima tiegħu bħala difensur tad-drittijiet tal-bniedem;

4.

Jitlob li Ales Bialiatski jinħeles immedjatament u mingħajr kundizzjoni mill-kustodja u li jaqgħu l-investigazzjonijiet u l-akkużi kollha kontrih;

5.

Jikkundanna l-azzjoni meħuda kontra ċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ‘Viasna’, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus biex itemmu l-forom kollha ta' fastidju kontra Ales Bialiatski, ‘Viasna’ u l-personal tagħha u kontra d-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż u biex jirrispettaw l-istat tad-dritt;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex iħassru l-Artikolu 193-1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Belarus, li jipprojbixxi l-organizzazzjoni ta' jew il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' assoċjazzjonijiet pubbliċi mhux reġistrati, minħabba li din id-dispożizzjoni tmur kontra l-istandards internazzjonali dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u tirrappreżenta ksur mill-Belarus tal-obbligi tiegħu tal-OSKE u tan-NU;

7.

Jenfasizza li l-assistenza legali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Belarus m'għandiex issir strument ta' persekuzzjoni u ripressjoni politika;

8.

Jiddeplora l-fatt li l-liġi tal-Belarus u l-mekkaniżmi bilaterali u internazzjonali intużaw ħażin intenzjonalment u ġew sfruttati mill-awtoritajiet tal-Belarus;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha tad-Dikjarazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u jiżguraw li l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma rrispettati f'kull ċirkostanza, skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-istrumenti tad-drittijiet internazzjonali u reġjonali ratifikati mill-Belarus;

10.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jirrevedu l-liġi tal-Belarus, partikolarment dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, biex iġibuha b'mod konformi mal-istandards internazzjonali, u, fl-istess ħin, biex ma jerġgħux jużaw ħażin il-liġi;

11.

Jistieden lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Ogħla Rappreżentant biex jagħmlu l-pressjoni tagħhom fuq l-awtoritajiet tal-Belarus, billi jespandu aktar il-projbizzjoni tal-visa u l-lista tal-friża tal-assi lil dawk involuti fl-arrest u l-prosekuzzjoni ta' Ales Bialiatski;

12.

Jisħaq li, fid-dawl tar-ripressjoni kontinwa u bla preċedenti tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili fil-Belarus, l-UE għandha bżonn tappoġġa l-bini ta' demokrazija fil-Belarus u tfittex biex issib modi ħalli tkun tista' tassisti lis-soċjetà ċivili tal-Belarus u l-midja indipendenti biex titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku;

13.

Jistieden lis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li se jsir f'Varsavja fit-28-29 ta' Settembru 2011 biex iżid l-assistenza għall-oppożizzjoni demokratika tal-Belarus u jidħol b'mod effettiv għaliha u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jinkoraġġixxi u jqawwi l-isforzi tagħhom biex jiżguraw id-demokrazija;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jiggarantixxu assistenza legali u medika xierqa għall-priġunieri kollha politiċi u biex jeħilsuhom immedjatament u bla kundizzjoni, u jeħilsuhom minn kull akkuża u jagħtuhom lura d-drittijiet ċivili tagħhom bis-sħiħ;

15.

Jenfasizza li involviment potenzjali tal-UE mal-Belarus għandu jkun suġġett għal kundizzjonalità stretta u jkun kontinġenti fuq impenn mill-Belarus li jirrispetta l-istandards demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009, li kien koiffirmat mill-Gvern tal-Belarus;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, l-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa u l-Gvern u l-Parlament tal-Belarus.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0244.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0099.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0022.

(4)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 16.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/143


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Sudan: is-sitwazzjoni fil-Kordofan t'Isfel u fl-Istat tan-Nil l-Iżraq

P7_TA(2011)0393

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-Sudan: is-sitwazzjoni fin-Nofsinhar tal-Kordofan u t-tfaqqigħ ta' ġlied fl-Istat tal-Blue Nile

2013/C 51 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

wara li kkunsidra l-Ftehim Komprensiv ta' Paċi (CPA) iffirmat fid-9 ta' Jannar 2005,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Unjoni Afrikana tal-31 ta' Jannar 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tad-9 ta' Lulju 2011 dwar l-indipendenza tar-Repubblika tas-Sudan t'Isfel

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Catherine Ashton, tas-6 ta' Settembru 2011, dwar t-tfaqqigħ ta' ġlied fl-Istat tal-Blue Nile u tas-26 ta' Awwissu 2011 dwar is-sitwazzjoni fin-Nofsinhar tal-Kordofan,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-20 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-istqarrija tas-26 ta' Awwissu 2011 tal-Kummissarju Georgieva dwar l-aċċess umanitarju għan-Nofsinhar tal-Kordofan,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-21 ta' Ġunju 2011 tal-President tal-Parlament Ewropew Jerży Buzek dwar is-sitwazzjoni fl-Abyei u n-Nofsinhar tal-Kordofan,

wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Unjoni Afrikana tal-20 ta' Awwissu 2011 dwar l-Ftehim bejn il-Gvern tas-Sudan u l-Gvern tas-Sudan t'Isfel dwar il-missjoni ta' sostenn għall-kontroll tal-fruntieri,

wara li kkunsidra r-rapport preliminarju ta' Awwissu 2011 tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Uffiċċju tan-NU dwar il-ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja fin-Nofsinhar tal-Kordofan mill-5 sat-30 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-Qafas tal-Ftehim dwar l-Arranġamenti Politċi u ta' Sigurtà fil-Blue Nile u fl-Istati tal-Kordofan iffirmat fit-28 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-istqarrija tat-2 ta' Settembru 2011 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon fejn iħeġġeġ il-waqfien mill-ġlied fin-Nofsinhar tal-Kordofan u fl-istati tal-Blue Nile,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni fin-Nofsinhar tal-Kordofan għadha maqbuda f'tensjoni, bi ġlied bejn il-Forzi Armati tas-Sudan (SAF) u l-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Poplu Sudaniż (SPLM Tramuntana), u bi ġlied li qed jerġa jfaqqa fl-Istat tal-Blue Nile,

B.

billi l-kunflitt bl-armi bejn il-Forzi Armati tas-Sudan u l-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Poplu Sudaniż fin-Nofsinhar tal-Kordofan irriżulta fit-telf ta' ħajja u l-ispostament ta' eluf ta' persuni fil-pajjiżi ġirien,

C.

billi fit-23 ta' Awwissu 2011, il-President Bashir ħabbar waqfien unilaterali mill-ġlied għal ġimgħatejn fin-Nofsinhar tal-Kordofan iżda ħabbar ukoll li l-ebda organizzazzjoni barranija ma hi se titħalla topera fir-reġjun,

D.

billi fit-2 ta' Settembru 2011, il-President Bashir ħabbar s-sospensjoni tal-Kostituzzjoni interim fl-Istat tal-Blue Nile u t-twaqqif ta' Stat ta' emerġenza wara l-kunflitti vjolenti bejn l-armati u l-forzi tas-Sudan marbuta mas-Sudan t'Isfel fiż-żona, li jkompli jżid mal-eżodu ta' eluf ta' residenti,

E.

billi l-attakki mwettqa fin-Nofsinhar tal-Kordofan kontra iċ-ċivili jinkludu qtil fuq il-post u extraġudizzjarju, li l-biċċa l-kbira huma fuq dawk meqjusa sostenituri tal-SPLM, arresti arbitrarji u detenzjonijiet (li dwarhom hemm tħassib li dawk detenuti jistgħu jkunu soġġetti għal atti ta' tortura u trattament degradanti), tfittix dar b'dar allegatament immirati għall-grupp etniku Nuba, għajbien infurzat, qerda ta' knejjes u sakkeġġ,

F.

billi aktar minn 200 000 persuna huma estimati li ġew spustati jew li ntlaqtu b'mod qawwi mill-ġlied reċenti u 5 000 persuna daħlu fis-Sudan t'Isfel (Stat ta' unità) biex jaħarbu l-kunflitt; billi dan in-numru jista' jiżdied b'mod sinifikanti fix-xhur li ġejjin hekk kif il-ġlied għadu għaddej,

G.

billi minkejja l-waqfien mill-ġlied il-Forzi Armati tas-Sudan (SAF) qegħdin jibbumbardjaw b'mod indiskriminat iż-żoni ċivili fir-reġjun tal-Muntanji Nuba tan-Nofsinhar tal-Kordofan u b'hekk ixekklu l-għajnuna milli tilħaq lill-persuni spustati,

H.

billi l-aġenziji umanitarji ma rnexxilhomx jakkwistaw l-awtorizzazzjoni biex jaħdmu fin-Nofsinhar tal-Kordofan peress li l-kunflitt beda f'Ġunju u ma twettqux valutazzjoni tal-ħtiġijiet; billi l-Gvern Sudaniż irrifjuta t-talba għal forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU biex jibqgħu fin-Nofsinhar tal-Kordofan, il-Blue Nile u l-Abyei wara l-indipendenza tan-nofsinhar,

I.

billi l-forzi tas-sigurtà tas-Sudan t'Isfel ġew irrappurtati li qed ixekklu l-ħidma tal-organizzazzjonijiet umanitarji inkluż billi jirrekwiżizzjonaw vetturi bil-forza, iwettqu attakki fuq ħaddiema li jagħtu l-għajnuna u jattakkaw partijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali inkluż in-NU, li l-uffiċċjali tagħhom ma ngħatawx aċċess għal ħafna partijiet min-Nofsinhar tal-Kordofan, b'hekk ma tħallewx jinvestigaw u jwettqu missjoni ta' valutazzjoni indipendenti fuq il-post,

J.

billi parti kbira mill-popolazzjoni fir-reġjun għadha nieqsa mill-ikel, sitwazzjoni li ggravat bil-kunflitt, biż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u l-ġuħ fil-Qarn tal-Afrika,

K.

billi l-Kummissjoni allokat EUR 100 miljun fl-2011, inkluż 11-il miljun għaż-Żoni Tranżitorji, iżda mill-Appell Internazzjonali għas-Sudan t'Isfel 37 % biss għadu ffinanzjat,

L.

billi kien hemm ftit progress dwar aspetti mill-Ftehim Komprensiv ta' Paċi (CPA) biex jintlaħaq ftehim dwar in-negozjati ta' wara r-referendum rigward kwistjonijiet bħall-qsim tad-dħul miż-żejt, id-demarkazzjoni tal-fruntieri, iċ-ċittadinanza, id-diviżjoni tad-djun u l-assi, u r-referenda fin-Nofsinhar tal-Kordofan, il-Blue Nile u l-Abyei,

M.

billi s-sitwazzjoni fid-Darfur għadha sors kbir ta' tħassib, bil-Missjoni tan-NU fid-Darfur tirrapporta fastidju, ħtif u theddidiet għas-sigurtà ġenerali minn naħa tas-Central Reserve Police fil-kampijiet tal-IDP,

1.

Jiddepplora t-telf ta' ħajja, il-vjolenza, l-abbużi tad-drittijiet umani u n-nuqqas tal-aċċess umanitarju fin-Nofsinhar tal-Kordofan u l-istati tal-Blue Nile; jikkundanna bil-qawwi l-invażjoni tal-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) fin-Nofsinhar tal-Kordofan u l-istati tal-Blue Nile; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jwaqqfu l-ġlied b'mod immedjat u jfittxu soluzzjoni politika bbażata fuq il-ftehim tat-28 ta' Ġunju 2011; jitlob ukoll it-tneħħija tal-istat ta' emerġenza fl-Istat tal-Blue Nile;

2.

Ifakkar lill-partijiet kollha dwar l-obbligi tagħhom li jirrispettaw il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja; jitlob b'mod partikolari waqfien mill-qtil fuq il-post u dak extraġudizzjarju, l-arresti arbitrarji u d-detenzjonijiet, l-atti ta' tortura, l-għajbien infurzat u s-sakkeġġ; jitlob barra minn hekk waqfien mill-attakki indiskrminanti tas-Sudan bil-bombi mill-ajru u jisħaq li dawkmeqjusa responsabbli għal kwalunkwe ksur iridu jwieġbu għal dan permezz ta' investigazzjoni min-Nazzjonijiet Uniti;

3.

Jilqa' l-ftehim innegozzjat tat-8 ta' Settembru 2011 mill-Unjoni Afrikana, li fih iż-żewġ naħat qablu li joħorġu l-forzi barra miż-żona kkontestata tal-Abyei; jitlob lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel iżommu mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Komprensiv ta' Paċi 2005 sabiex jippromwovu paċi dejjiema, jiddefendu d-dritt tal-poplu għall-awtodeterminazzjoni, jirrispettaw il-fruntieri definiti, u fl-aħħar mill-aħħar iwittu t-triq għar-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi; itenni l-impenn tal-UE li tingħaqad mas-Sudan u s-Sudan t'Isfel biex tippromwovi l-governanza demokratika u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem għall-poplu Sudaniż kollu;

4.

Jitlob li l-partijiet kollha jippermettu lill-aġenziji umanitarji jkollhom aċċess immedjat u bla xkiel għal dawk kollha li għandhom bżonn mingħajr ebda intimidazzjoni u vjolenza; jenfasiżża bil-qawwa l-obbligazzjoni li ċ-ċivili u l-ħaddiema umanitarji jiġu protetti; jinsab imħasseb li l-korpi kkontrollati mill-gvern u l-ħaddiema li jipprovdu l-għajnuna lokali biss jistgħu joffru għajnuna umanitarja, filwaqt li l-ħażniet u l-provvisti tal-prodotti bażiċi qed jispiċċaw;

5.

Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti tat-tentattivi tal-gvern biex jisfurzaw persuni spustati jmorru lura fiż-żoni fejn il-ħajja u s-sigurtà tagħhom tista' tkun f'riskju; jitlob rispett għad-drittijiet tal-persuni spustati internament;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-UE u l-komunità internazzjonali jonoraw l-impenni ta' ffinanzjar għar-reġjun, partikolarment biex jindirizzaw nuqqas kbir ta' għajnuna għall-ikel, refuġju ta' emerġenza u protezzjoni; jitlob attenzjoni mill-qrib għas-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u miżuri li għandhom jittieħdu jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar; hu tal-opinjoni li jista' jkun hemm bżonn ta' aktar għajnuna biex tingħeleb it-theddida li tidher li qed titfaċċa ta' kriżi umanitarja ġdida fuq skala kbira fir-reġjun;

7.

Jistieden lill-komunità internazzjonali, filwaqt li jenfasizza l-appoġġ tagħha għall-isforzi tal-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli għas-Sudan tal-Unjoni Afrikana, taħt it-tmexxija ta' Thabo Mbeki, u bl-involviment tal-Lega Għarbija, tiffaċilita negozzjati bejn il-partijiet għas-CPA, u l-isforzi tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Sudan;

8.

Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda rrappurtata ta' splussivi tal-art fir-reġjun; ifakkar l-oppożizzjoni soda tiegħu kontra l-użu ta' tħaffir ta' minjieri u jitlob li attività bħal din tieqef immedjatament;

9.

Jistieden lill-Unjoni Afrikana ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-QKI sabiex tippromwovi kuxjenza għad-drittijiet tal-bniedem u tiddefendi r-rispett għalihom mal-Afrika kollha; jitlob li titwaqqaf l-impunità għal delitti li twettqu matul il-gwerra fis-Sudan, u jittama li l-President Omar al-Bashir ma jdumx ma jitressaq quddiem l-Aja bħala parti mit-twaqqif mill-ġdid tal-ġustizzja, l-istat tad-dritt u l-ġustizzja għall-vittmi;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan t'Isfel, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u lill-President tal-Grupp ta' Livell Għoli għas-Sudan tal-Unjoni Afrikana, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-EU u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/146


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
Eritrea: il-każ ta' Isaak Dawit

P7_TA(2011)0394

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar Eritrea: Il-każ ta Dawit Isaak

2013/C 51 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 21(2)(a) u (b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tal-Afrika dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li tagħha l-Eritrea hi firmatarja, b’mod partikolari l-Artikoli 6,7 u 9 tagħha;

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-UE kif rivedut fl-2005 (il-Ftehim ta’ Cotonou) li tiegħu l-Eritrea hi fimatarja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill dwar priġunieri politiċi fl-Eritrea tat-22 ta’ Settembru 2008; u d-dikjarazzjonijiet sussegwenti tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Eritrea u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn dakinhar;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew u b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem u l-każ ta’ Dawit Isaak;

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi hu preokkupat ħafna bis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li sejra għall-agħar fl-Eritrea u n-nuqqas ċar ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-Eritrea, minkejja l-appelli ripetuti tal-Unjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi l-UE hija impenjata bil-qawwa u b’mod ċar għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bħala valur fundamentali u billi l-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni huma fost dawn id-drittijiet universali u vitali;

C.

billi l-istat tad-dritt huwa prinċipju li qatt m’għandu jiġi kompromess;

D.

billi eluf ta’ Eritrej, fosthom eks membri għoljin tal-partit fil-poter intefgħu il-ħabs mingħajr denunzja, mingħajr proċess ġust u mingħajr aċċess għall-avukati u l-familji tagħhom minn meta kkritikaw b’mod pubbliku lill-President Isaias Afewerki fl-2001;

E.

billi minn Settembru 2001, 10 ġurnalisti indipendenti ġew arrestati f’Asmara, fosthom ċittadin Svediż, Dawil Isaak, li ma tressaq quddiem ebda qorti għal xi delitt u dwar is-sitwazzjoni tiegħu l-awtoritajiet tal-Eritrea rrifjutaw li jikkumentaw;

F.

billi fit-23 ta’ Settembru 2011, is-Sur Isaak, eks ġurnalist ta' gazzett indipendenti fl-Eritrea jkun għamel 10 snin sħaħ il-ħabs mingħjar ebda kkuża, proċess jew smigħ legali, u billi hu kkunsidrat internazzjonalment bħala priġunier tal-kuxjenza;

G.

billi opinjoni legali ppreżentata lill-President tal-Parlament f’Settembru 2010 enfasizzat il-fatt li l-UE għandha obbligu legali u morali li tipproteġi ċ-ċittadini tagħha skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

H.

billi jħossu xxukkjat bir-rifjut tal-Gvern tal-Eritrea li qed ikompli jiċħad li jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwar il-qagħda tal priġunieri, inkluż il-post fejn jinżammu u jekk għadhomx ħajjin;

I.

billi skont rapporti minn eks għassiesa tal-ħabs aktar minn nofs l-uffiċjali u l-ġurnalisti arrestati fl-2001 huma mejta;

J.

billi l-Unjoni Ewropea hija sieħba importanti tal-Eritrea f’termini ta’ għajnuna għall-iżvilupp u assistenza;

1.

Jinnota bl-akbar tħassib it-tkomplija tas-sitwazzjoni diplorabbli tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ libertà tal-espressjoni u l-fatt li għad hemm priġunieri politiċi li jed jinżammu bi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt u l-kostituzzjoni tal-Eritrea;

2.

Jiddeplora l-fatt li Dawik Issak għadu ma nħelisx u għadda 10 snin bħala priġunier tal-kuxjenza; jesprimi l-biża’ tiegħu għall-ħajja tas-Sur Isaak taħt il-kundizzjonijiet tal-ħabs notorjament ħorox fl-Eritrea u mingħajr aċċess għal kura tas-saħħa meħtieġa;

3.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-Erirea biex jeħilsu lil Dawik Isaak u l-eks uffiċjali għoljin immedjatament b’konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

4.

Jiitlob lill-awtoritajiet tal-Eritrea biex ineħħu l-projbizzjoni tal-istampa indipendenti fil-pajjiż u jeħilsu immedjatament il-ġurnalisti indipendenti u dawk l-oħrajn kollha li ntefgħu l-ħabs sempliċement għaliex eżerċitaw id-dritt tal-libertà tal-espressjoni tagħhom;

5.

Itenni t-talba tiegħu lill-Istat tal-Eritrea sabiex jeħles immedjatament il-priġunieri politiċi kollha, inkluż Dawk Isaak; jeżiġi li jekk dawn ma jistgħux jinħelsu immedjatament, l-Istat tal-Eritrea jagħti għajnuna medika u legali lil dawn il-priġunieri u priġunieri oħrajn; jeżiġi minbarra dan li r-rappreżentanti tal-UE u tal-Istati Membri jingħataw aċċess għas-Sur Isaak sabiex jiġu stabbiliti l-bżonnijiet tiegħu f’termini ta’ kura tas-saħħa u appoġġ ieħor;

6.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex iżżid l-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri sabiex jinkiseb il-ħelsien ta’ Dawik Isaak;

7.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel użu aktar attiv tal-mekkaniżmi ta’ djalogu assoċjati mal-programm ta’ assistenza tal-UE għall-Eritrea sabiex jinstabu soluzzjonijiet b’urġenza li jwasslu għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi u governanza demokratika aħjar fil-pajjiż; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kunsill sabiex jiżgura li l-assistenza għall iżvilupp tal-UE ma tibbenefikax lill-Gvern tal-Eritrea iżda li tkun mmirata strettament għall-bżonnijiet tal-poplu tal-Eritrea;

8.

Jappella lill-Unjoni Afrikana, bħala msieħed tal-UE b’impenn espliċitu għall-valuri universali tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem sabiex iżżid l-attività rigward is-sitwazzjoni ta’ ħasra fl-Eritrea u sabiex taħdem flimkien mal-UE sabiex jinkiseb il-ħelsien ta’ Dawik Isaak u priġunieri politiċi oħrajn;

9.

Isegwi b’interess il-proċess ġudizzjarju ta’ appell habeas corpus fil-każ ta’ Dawik Isaak, li tressaq quddiem il-Qorti Suprema tal-Eritrea f’Lulju 2011 minn avukati Ewropej;

10.

Itenni t-talba tiegħu li ssir konferenza nazzjonali intra-Eriteana li tlaqqa’ flimkien il-parititi politiċi varji u r-rappreżentanti tas-soċjetà sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi attwali u tqiegħed lill-pajjiż fit-triq lejn id-demokrazija, il-pluraliżmu politiku u l-iżvilupp sostenibboli;

11.

Jenfasizza bl-akbar impenn is-serjetà u l-urġenza tal-kwistjonijiet imsemmija hawnfuq;

12.

Jesprimi l-appoġġ mill-qalb u s–simpatija tiegħu lejn il-familji ta’ dawn il-priġunieri politiċi;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Kunsill, lill-Kummissjoni, Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtàt, il-parlamentu u l-gvernijiet tal-Istati Membri, il-parlament tal-Gvern tal-Eritrea, il-Parlament Pan Afrikan, COMESA, IGAD, il-kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-EU u l-Unjoni Afrikana.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/149


Il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2011
L-epilessija

P7_TA(2011)0395

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-epilessija

2013/C 51 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-epilessija hija l-aktar marda serja tal-moħħ komuni,

B.

billi 6 000 000 persuna fl-Ewropa għandhom l-epilessija, u kull sena jiġu ddijanjostikati 300 000 każ ġdid,

C.

billi sa 70 % tan-nies epilettiċi jista’ ma jkollhomx attakki epilettiċi jekk jieħdu l-kura xierqa, iżda 40 % tan-nies epilettiċi fl-Ewropa ma jirċivux tali kura,

D.

billi 40 % tat-tfal epilettiċi jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-iskola,

E.

billi l-persuni epilettiċi fl-Ewropa jesperjenzaw livelli għolja ta’ qgħad,

F.

billi l-persuni epilettiċi huma esposti għal stigma u għal preġudizzju,

G.

billi l-epilessija tagħmel ħsara lis-saħħa iżda wkoll tfixkel kull aspett tal-ħajja, u tista’ timponi piżijiet fiżiċi, psikoloġiċi u soċjali fuq l-individwi u l-familji,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex:

jinkoraġġixxu r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u d-djanjożi bikrija u l-kura tal-epilessija;

jagħtu prijorità lill-epilessija bħala marda kbira li timponi piż sinifikanti fl-Ewropa kollha;

jieħdu inizjattivi biex jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm kwalità tal-ħajja ugwali, inkluż fl-edukzzjoni, it-trasport u l-kura tas-saħħa pubblika, għall-persuni epilettiċi, eż. billi l-iskambju tal-aqwa prattika jingħata spinta;

jinkoraġġixxu stimi tal-impatt fuq is-saħħa effettivi dwar il-politiki l-kbar kollha kemm tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali;

2.

Jitlob lill-Istati Membri jintroduċu l-leġiżlazzjoni xierqa biex jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni epilettiċi kollha;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tal-15 ta' Settembru 2011 (P7_PV(2011)09-15(ANN1)).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/150


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Hans-Peter Martin

P7_TA(2011)0343

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hans-Peter Martin (2011/2104(IMM))

2013/C 51 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hans-Peter Martin, imressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' Vjenna fid-29 ta' April 2011 u mħabbra fis-seduta plenarja tat-12 ta' Mejju 2011,

wara li sema' lil Hans-Peter Martin fil-21 ta' Mejju 2011, bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010 (1),

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni Awstrijaka;

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0267/2011),

A.

billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' Vjenna talab it-tneħħija tal-immunità ta' Hans-Peter Martin, Membru tal-Parlament Ewropew, sabiex l-awtoritajiet Awstrijaċi jkunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa u jieħdu azzjoni legali kontra Hans-Peter Martin, biex jitolbu tfittxija ta' daru jew l-uffiċċji tiegħu, biex jikkonfiskaw dokumenti u jagħmlu kontrolli fuq il-kompjuter jew tiftixiet elettroniċi oħra li jistgħu jkunu neċessarji u biex jibdew proċedimenti kriminali kontra s-Sur Martin għal raġunijiet ta' miżapproprjazzjoni ta' fondi ta' partit jew kwalunkwe deskrizzjoni legali oħra li tista' tintuża għall-offiża jew offiżi kriminali allegati quddiem il-qrati kriminali li jkollhom il-ġurisdizzjoni,

B.

billi t-tneħħija tal-immunità ta' Hans-Peter Martin tikkonċerna offiżi allegati marbuta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi ta' partit, kwistjoni rregolata mit-Taqsima 2b tal-Liġi dwar il-Partiti Politiċi,

C.

billi għalhekk ta' min jirrakkomanda li titneħħa l-immunità parlamentari fil-każ inkwistjoni;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Hans-Peter Martin;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Awstrija u lil Hans-Peter Martin.


(1)  Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195; Kawża 149/85 Wybot vs Faure et [1986] Ġabra 2391; Kawża T- 345/05, Mote vs Il-Parlament [2008] Ġabra II-2849; Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, Kawża T-42/06. Gollnisch vs Il-Parlament.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/151


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati, laqgħat tal-koordianturi u tagħrif tal-Membri Mhux Affiljati (interpretazzjoni tal-Artikoli 51 u 192 tar-Regoli ta' Proċedura)

P7_TA(2011)0368

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati, laqgħat tal-koordianturi u tagħrif tal-Membri Mhux Affiljati (interpretazzjoni tal-Artikoli 50 u 56 tar-Regoli ta' Proċedura)

2013/C 51 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittri tat-12 ta' Lulju 2011 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

"Dan l-Artikolu jista' jiġi applikat għall-proċedura li twassal għal rakkomandazzjoni għall-approvazzjoni jew għaċ-ċħid tal-konklużjoni ta' ftehima internazzjonali skont l-Artikoli 90(5) u 81(1), kemm-il darba jitwettqu l-kundizzjonijiet fih stipulati."

2.

jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 192 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

 

"Il-Membri Mhux Affiljati ma jikkostitwixxux grupp politiku skont l-Artikolu 30 u, għaldaqstant, ma jistgħux jinnominaw koordinaturi, li huma l-uniċi Membri li jistgħu jipparteċipaw bi dritt fil-laqgħat tal-koordinaturi.

 

Il-laqgħat tal-koordinaturi huma maħsuba biex iħejju d-deċiżjonijiet ta’ kumitat u ma jistgħux jieħdu post il-laqgħat ta’ kumitat, ħlief b’delega espliċita. Minħabba dan, id-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-koordinaturi għandhom jiġu soġġetti għal delega ex ante. Fin-nuqqas ta’ din id-delega, il-koordinaturi jistgħu jadottaw biss rakkomandazzjonijiet li jeħtieġu approvazzjoni formali ex post mill-kumitat.

 

Fi kwalunkwe każ, id-dritt għall-aċċess għat-tagħrif tal-Membri Mhux Affiljati għandu jiġi garantit, f’konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, permezz tat-trażmissjoni tat-tagħrif u tal-preżenza ta’ membru tas-Segretarjat tal-Membri Mhux Affiljati fil-laqgħat tal-koordinaturi."

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/152


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura dwar is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nnominati

P7_TA(2011)0379

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-emenda tal-Artikoli 106 u 192 u l-Anness XVII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (2010/2231(REG))

2013/C 51 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposti għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B7-0480/2010, B7-0481/2010 u B7-0482/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0240/2011),

A.

billi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni mill-Parlament fi Frar 2010 kienet ibbażata fuq proċedura mtejba ta' smigħ li żgurat li l-Kummissjoni kollha nnominata ġiet ivvalutata b'mod miftuħ, ġust u konsistenti,

B.

billi, madankollu jistgħu jsiru xi konklużjonijiet mill-proċess ta' approvazzjoni li, b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jissuġġerixxu li iktar modifiki huma meħtieġa u mixtieqa,

1.

Jinnota r-reviżjoni riċenti mill-Kummissjoni tal-Kodiċi tagħha ta' Mġiba għall-Kummissarji, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mill-Kummissarji; jiddeċiedi li jżomm l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Mġiba l-ġdid taħt rieżami sabiex jippermetti lill-Unjoni Ewropea tilħaq l-ogħla standards ta' governanza;

2.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

3.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106 – Paragrafu 1a (ġdid)

 

1a.     Il-President jista' jistieden lill-President elett tal-Kummissjon biex jgħarraf lill-Parlament dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli fil-Kulleġġ tal-Kummissarji propost f'konformità mal-linji gwida politiċi tiegħu.

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106 – paragrafu 3

3.   Il-President elett għandu jippreżenta l-kulleġġ tal-Kummissarji u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha jkun mistieden jattendi l-Kunsill kollu . L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

3.   Il-President elett għandu jippreżenta l-kulleġġ tal-Kummissarji u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill . L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 192 – paragrafu 2a (ġdid)

 

2a.     Il-koordinaturi tal-kumitati għandhom jissejħu mill-president tal-kumitat tagħhom sabiex iħejju l-organizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nnominati. Wara dawn is-seduti ta' smigħ, il-koordinaturi għandhom jiltaqgħu biex jevalwaw il-kandidati nnominati f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness XVII.

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt a – subparagrafu 3

Il-Parlament jista' jfittex li jikseb kull tagħrif rilevanti biex jieħu deċiżjoni dwar il-kapaċità tal-Kummissarji nnominati. Huwa jistenna li t-tagħrif dwar l-interessi finanzjarji tagħhom ikun żevalat bis-sħiħ.

Il-Parlament jista' jfittex li jikseb kull tagħrif rilevanti biex jieħu deċiżjoni dwar il-kapaċità tal-Kummissarji nnominati. Huwa jistenna li t-tagħrif dwar l-interessi finanzjarji tagħhom ikun żevalat bis-sħiħ. Id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-Kummissarji nnominati għandhom jintbagħtu għall-iskrutinju tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 2

Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati b'mod konġunt bejn il-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Għandhom isiru arranġamenti xierqa biex ikunu assoċjati l-kumitati rilevanti meta l-portafolli jkunu mħallta. Hemm tliet għażliet:

Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq rakkomandazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-president u l-koordinaturi ta' kull kumitat għandhom ikunu responsabbli għall-arranġamenti dettaljati. Jistgħu jinħatru rapporteurs.

 

Għandhom isiru arranġamenti xierqa biex ikunu assoċjati l-kumitati rilevanti meta l-portafolli jkunu mħallta. Hemm tliet għażliet:

(i)

jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' taħt il-mandat ta' kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dak il-kumitat biss;

(i)

jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' taħt il-mandat ta' kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dak il-kumitat biss (il-kumitat responsabbli) ;

(ii)

jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' bejn wieħed u ieħor b'mod indaqs taħt il-mandat ta' iktar minn kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dawn il-kumitati flimkien; u

(ii)

jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' bejn wieħed u ieħor b'mod indaqs taħt il-mandat ta' iktar minn kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dawn il-kumitati flimkien (kumitati konġunti) ; u

(iii)

jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' primarjament taħt il-mandat ta' kumitat wieħed u sa ċertu punt biss taħt il-mandat ta' għall-inqas kumitat ieħor, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' mill-kumitat li għandu r-responsabilità ewlenija, u dan għandu jistieden lill-kumitat l-ieħor jew lill-kumitati l-oħra biex jattendu għas-seduta ta' smigħ .

(iii)

jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' primarjament taħt il-mandat ta' kumitat wieħed u sa ċertu punt biss taħt il-mandat ta' għall-inqas kumitat ieħor, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' mill-kumitat li għandu r-responsabilità ewlenija, bl-assoċjazzjoni tal-kumitat l-ieħor jew tal-kumitati l-oħra (kumitati assoċjati) .

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 4

Il-kumitati għandhom iressqu mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarji nnominati kmieni biżżejjed qabel is-seduta. In-numru ta' mistoqsijiet sostantivi bil-miktub għandu jkun limitat għal ħamsa għal kull kumitat responsabbli.

Il-kumitati għandhom iressqu mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarji nnominati kmieni biżżejjed qabel is-seduta. Għal kull Kummissarju nnominat għandhom jitfasslu żewġ mistoqsijiet komuni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, l-ewwel waħda marbuta mal-kwistjonijiet tal-kompetenza ġenerali, l-impenn Ewropew u l-indipendenza personali, u t-tieni waħda marbuta mal-ġestjoni tal-portafoll u l-koperazzjoni mal-Parlament. Il-kumitat responsabbli għandu jfassal tliet mistoqsijiet oħra. Fil-każ tal-kumitati konġunti, kull wieħed minnhom għandu jingħata d-dritt ifassal żewġ mistoqsijiet.

Emenda 7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 5

Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru f'ċirkostanzi, u skont kundizzjonjiet, li fihom il-Kummissarji nnominati jgawdu minn opportunità ugwali u ġusta biex jippreżentaw lilhom infushom u l-fehmiet tagħhom.

Kull seduta ta’ smigħ għandha tiġi skedata li ddum tliet sigħat. Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru f'ċirkostanzi, u skont kundizzjonjiet, li fihom il-Kummissarji nnominati jgawdu minn opportunità ugwali u ġusta biex jippreżentaw lilhom infushom u l-fehmiet tagħhom.

Emenda 8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 6

Il-Kummissarji nnominati għandhom ikunu mistiedna biex jagħmlu stqarrija tal-bidu bil-fomm ta' mhux aktar minn għoxrin minuta . It-tmexxija tas-seduti ta' smigħ għandha ssir bl-għan li jkun żviluppat djalogu politiku pluralistiku bejn il-Kummissarji nnominati u l-Membri. Qabel tmiem is-seduta ta' smigħ, il-Kummissarji nnominati għandu jkollhom l-opportunità li jagħmlu stqarrija qasira tal-għeluq.

Il-Kummissarji nnominati għandhom ikunu mistiedna jagħmlu stqarrija tal-bidu bil-fomm ta' mhux aktar minn 15-il minuta . Meta jkun possibbli, il-mistoqsijiet li jsiru matul is-seduta ta’ smigħ għandhom jinġabru flimkien skont it-tema. Il-maġġoranza tal-ħin għad-diskors għandu jkun allokat lill-gruppi politiċi, mutatis mutandis f’konformità mal-Artikolu 149. It-tmexxija tas-seduti ta' smigħ għandha ssir bl-għan li jkun żviluppat djalogu politiku pluralistiku bejn il-Kummissarji nnominati u l-Membri. Qabel tmiem is-seduta ta' smigħ, il-Kummissarji nnominati għandu jkollhom l-opportunità li jagħmlu stqarrija qasira tal-għeluq.

Emenda 9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 1

Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistrazzjoni video tas-seduti ta' smigħ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

Għandu jkun hemm trażmissjoni awdjoviżiva diretta tas-seduti ta' smigħ. Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistrazzjoni indiċizzata tas-seduti ta' smigħ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

 

(Test li għandu jitqiegħed fi tmiem il-paragrafu 1(b))

Emenda 10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 1

Il-kumitati għandhom jiltaqgħu mingħajr dewmien wara s-seduta ta' smigħ biex jevalwaw il-Kummissarji nnominati individwali. Dawk il-laqgħat għandhom isiru in camera. Il-kumitati għandhom ikunu mistiedna biex jgħidu jekk, fil-fehma tagħom, il-Kummissarji nnominati humiex ikkwalifikati kemm biex ikunu membri tal-kulleġġ u biex iwettqu d-dmirijiet partikolari assenjati lilhom. Jekk il-kumitat ma jkunx jista' jilħaq konsensus dwar dawk iż-żewġ punti, il-president tiegħu, meta jkun falla kull tentattiv ieħor, għandu jressaq dawn iż-żewġ deċiżjonijiet għall-vot sigriet. L-istqarrijiet ta' evalwazzjoni tal-kumitati għandhom ikunu ppubblikati u ppreżentati f'laqgħa konġunta tal-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li għandha ssir in camera. Wara skambju ta' fehmiet, il-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandhom jiddikjaraw is-seduti ta' smigħ magħluqa ħlief jekk jiddeċiedu li jkunu jridu aktar tagħrif.

Il-President u l-koordinaturi għandhom jiltaqgħu mingħajr dewmien wara s-seduta ta' smigħ biex jevalwaw il-Kummissarji nnominati individwali. Dawk il-laqgħat għandhom isiru in camera. Il-koordinaturi għandhom ikunu mistiedna biex jgħidu jekk, fil-fehma tagħom, il-Kummissarji nnominati humiex ikkwalifikati kemm biex ikunu membri tal-kulleġġ kif ukoll biex iwettqu d-dmirijiet partikolari assenjati lilhom. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tfassal mudell pro forma biex tassisti l-evalwazzjoni.

 

Fil-każ ta' kumitati konġunti, il-president u l-koordinaturi tal-kumitati kkonċernati għandhom jaġixxu b'mod konġunt waqt il-proċedura kollha.

 

Għandu jkun hemm stqarrija ta’ evalwazzjoni waħda għal kull Kummissarju nnominat. L-opinjonijiet tal-kumitati kollha assoċjati mas-smigħ għandhom jiġu inklużi.

 

Meta l-kumitati jkunu jirrikjedu iktar tagħrif sabiex ilestu l-evalwazzjoni tagħhom, il-President għandu jikteb lill-President elett tal-Kummissjoni f'isimhom. Il-koordinaturi għandhom iqisu r-risposta ta' dan tal-aħħar.

 

Jekk il-koordinaturi ma jkunux jistgħu jaslu għal konsensus dwar l-evalwazzjoni, jew fuq talba ta' grupp politiku wieħed, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat sħiħ . Jekk ikun falla kull tentattiv ieħor, il-president għandu jressaq iż-żewġ deċiżjonijiet għal votazzjoni sigrieta.

 

L-istqarrijiet ta' evalwazzjoni tal-kumitati għandhom jiġu adottati u ppubblikata fi żmien 24 siegħa wara s-seduti ta' smigħ. L-istqarrijiet għandhom jiġu eżaminati mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u sussegwentement mibgħuta lill-Konferenza tal-Presidenti. Ħlief jekk tiddeċiedi li tfittex tagħrif ulterjuri, il-Konferenza tal-Presidenti, wara skambju ta' fehmiet, għandha tiddikjara s-seduti ta' smigħ magħluqa.

Emenda 11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 3

Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jippreżenta l-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji nnominati u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha jkun mistieden jattendi l-Kunsill kollu . Wara l-preżentazzjoni għandu jsir dibattitu. Sabiex jingħalaq id-dibattitu, kwalunkwe grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 110(3), (4) u (5). Wara l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jivvota dwar jekk jagħtix jew le l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President elett u l-Kummissarji nnominati. Il-Parlament għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, permezz ta' sejħa tal-ismijiet. Huwa jista' jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta li jkun imiss.

Il-President elett tal-Kummissarji għandu jippreżenta l-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji nnominati u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill . Wara l-preżentazzjoni għandu jsir dibattitu. Sabiex jingħalaq id-dibattitu, kwalunkwe grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 110(3), (4) u (5).

 

Wara l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jivvota dwar jekk jagħtix jew le l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President elett u l-Kummissarji nnominati. Il-Parlament għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, permezz ta' sejħa tal-ismijiet. Huwa jista' jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta li jkun imiss.


(1)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/157


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) ***I

P7_TA(2011)0344

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) (COM(2010)0061 – C7-0045/2010 – 2010/0039(COD))

2013/C 51 E/29

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0061),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 74 u 77(1)(b) u(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0045/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa mis-Senat Pollakk fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tisħaq li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-15 ta’ Lulju 2010 (1),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentanti tal-Kunsill fl-ittra tal-7 ta' Lulju 2011 li japprovaw il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0278/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni

4.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 44, 11.2.2011, p. 162.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0039

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1168/2011.)


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jisħaq li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħmlu ħilithom u jużaw terminoloġija xierqa u newtra fit-testi leġiżlattivi meta jindirizzaw il-kwistjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri ma tkunx ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ma tkunx għadha awtorizzata. F’każijiet bħal dawn, l-istituzzjonijiet tal-UE m’għandhomx jirreferu għall-“immigrazzjoni illegali” jew “migranti illegali” imma għall-“immigrazzjoni irregolari” jew “migranti irregolari”.

Dikjarazzjoni COM dwar il-monitoraġġ ta' operazzjonijiet ta' ritorn

Il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi annwali dwar l-implimentazzjoni tal-monitoraġġ ta' operazzjonijiet ta' ritorn kif hemm imsemmi fl-Artikolu 9(1b).

Ir-rapport ser ikun ibbażat fuq l-informazzjoni kollha rilevanti li ssir disponibbli mill-Aġenzija, il-Bord ta' Tmexxija tagħha, u l-Forum Konsultattiv stabbilit mill-abbozz ta' Regolament. F'dan ilkuntest għandu jkun innutat li l-Forum Konsultattiv għandu aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 26a.

Ir-rapport ser jagħti attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni tal-"kriterji oġġettivi u trasparenti" li għandhom jiġu osservati matul l-operazzjoni ta' ritorn imwettqa mill-Aġenzija Frontex.

L-ewwel rapport annwali għandu jkun ippreżentat qabel tmiem l-2012.

Dikjarazzjoni COM dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' gwardji tal-fruntieri

Il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha li tniedi studju ta' fattibbiltà rigward il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' gwardji tal-fruntieri, kif hemm imsemmi fil-programm ta' Stokkolma, fi żmien sena mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. L-eżitu tal-istudju ser jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni prevista mill-Artikolu 33(2a) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha wkoll li tanalizza jekk hemmx ħtieġa għal emenda teknika tar-Regolament (KE) Nru 863/2007 (li jistabbilixxi Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri) fir-rigward tal-użu tal-isem "Timijiet ta' Gwardji tal-Fruntieri Ewropej".


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/159


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju ***I

P7_TA(2011)0345

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju (COM(2010)0509 – C7-0289/2010 – 2010/0262(COD))

2013/C 51 E/30

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0509),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 207, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0289/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-kontribut ippreżentat mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta’ att leġislattiv,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0256/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0262

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 207,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

B'aġir skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (2) jirrikjedi li oġġetti b'użu doppju (inklużi softwer u teknoloġija) jkunu suġġetti għal kontroll effettiv meta jiġu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew jitwasslu lejn pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta' senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni.

(2)

Sabiex l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jħarsu l-impenji internazzjonali tagħhom, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistabbilixxi l-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju u teknoloġija msemmija fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, li jimplimenta l-kontrolli ta' oġġetti b'użu doppju li dwarhom intlaħaq ftehim internazzjonali. Dawn l-impenji ttieħdu fil-kuntest tal-parteċipazzjoni fi ħdan il-Grupp Awstralja, ir-Reġim ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR), il-Grupp ta' Fornituri Nukleari (NSG), il-Ftehim ta' Wassenaar u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).

(3)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistipula li l-Anness I għandu jiġi aġġornat b’konformità mal-obbligi u l-impenji rilevanti, u kull modifika tagħhom, li l-Istati Membri aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u l-arranġamenti għall-kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti.

(4)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat biex iqis it-tibdil li ntlaħaq ftehim dwaru fi ħdan il-Grupp Awstralja, il-Grupp ta' Fornituri Nukleari, ir-Reġim ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili u l-Ftehim ta' Wassenaar, wara l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament.

(5)

Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritajiet u operaturi għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, għandha tiġi ppubblikata verżjoni aġġornata u kkonsolidata tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011.

(2)  ĠU L 134, 29.05.2009, p. 1.

It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
ANNESS

‧ANNESS I

Lista msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009

LISTA TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU

Din il-lista timplimenta kontrolli ta' oġġetti b'użu doppju maqbula internazzjonalment inkluż l-Arranġament ta' Wassenaar, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika (MTCR), il-Grupp tal-Fornituri Nukleari (NSG), il-Grupp tal-Awstralja u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).

WERREJ

Noti

Definizzjonijiet

Akronomi u abbrevjazzjonijiet

Kategorija 0

Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari

Kategorija 1

Materjali speċjali u tagħmir relatat

Kategorija 2

L-Ipproċessar ta' Materjali

Kategorija 3

Elettronika

Kategorija 4

Kompjuters

Kategorija 5

Telekommunikazzjoni u "sigurtà tal-informazzjoni"

Kategorija 6

Sensuri u lasers

Kategorija 7

Navigazzjoni u avjonika

Kategorija 8

Materjal navali

Kategorija 9

Aerospazju u Propulsjoni

(It-test sħiħ tal-Anness mhuwiex riprodott hawnhekk minħabba t-tul tiegħu. Għal dak it-test, jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2010)0509).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/161


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Atti tal-Kunsill li m'għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni ***I

P7_TA(2011)0346

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li m'għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2010)0764 – C7-0006/2011 – 2010/0368(COD))

2013/C 51 E/31

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0764),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0006/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Frar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0252/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 72.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0368

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika agrikola komuni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1229/2011.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/162


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Tħassir ta' atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ ***I

P7_TA(2011)0347

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ (COM(2010)0765 – C7-0009/2011 – 2010/0369(COD))

2013/C 51 E/32

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0765),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0009/2011),

wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0257/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0369

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1230/2011.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/163


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 429/73 u tar-Regolament (KE) Nru 215/2000 ***I

P7_TA(2011)0348

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 u jagħmel dispożizzjonijiet speċjali għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1059/69 u joriġinaw fit-Turkija u r-Regolament (KEE) Nru 215/2000 li jġedded għas-sena 2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffa Komunitarja fl-1995 għal ċerti prodotti tal-agrikultura ipproċessati. (COM(2010)0756 – C7-0004/2011 – 2010/0367(COD))

2013/C 51 E/33

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0756),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0004/2011),

wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0250/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0367

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 tal-Kunsill li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1228/2011.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/164


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
L-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I

P7_TA(2011)0349

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (test kodifikat) (COM(2011)0189 – C7-0095/2011 – 2011/0080(COD))

2013/C 51 E/34

Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0189),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0095/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0272/2011),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stipulat hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;


(1)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 154.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0080

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (Kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/92/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/165


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
L-arranġamenti ta' aċċess għas-servizz pubbliku rregolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita mill-programm Galileo ***I

P7_TA(2011)0350

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ta' aċċess għas-servizz pubbliku rregolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita mill-programm Galileo (COM(2010)0550 – C7-0318/2010 – 2010/0282(COD))

2013/C 51 E/35

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0550),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0318/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2010 (1),

wara li kkkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra bid-data tal-15 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funżjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0260/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 36.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0282

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/166


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali***

P7_TA(2011)0351

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 2006 (05812/2011 – C7-0061/2011 – 2006/0263(NLE))

2013/C 51 E/36

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05812/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 192, 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0061/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0280/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, fuq talba mill-Parlament, kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, jiġifieri dwar il-pjanijiet ta' azzjoni u l-programmi, kif ukoll id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-korpi stabbiliti mill-Ftehim;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni, qabel ma jinfetħu negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim, b'mod partikulari fir-rigward tal-istrumenti tal-Unjoni għall-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur tal-foresti;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/167


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Ftehim UE-Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ***

P7_TA(2011)0352

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli (16198/2010 – C7– 0126/2011 – 2010/0317(NLE))

2013/C 51 E/37

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16198/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (16199/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0126/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali (A7-0247/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Svizzera.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/168


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Ftehim UE-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli ***

P7_TA(2011)0353

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (14206/2010– C7-0101/2011 – 2010/0243(NLE))

2013/C 51 E/38

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14206/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (14372/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0101/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0276/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/168


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Estensjoni għal-Liechtenstein tal-Ftehim KE-Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli ***

P7_TA(2011)0354

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein (16209/2010 – C7– 0125/2011 – 2010/0313(NLE))

2013/C 51 E/39

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16209/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein (16210/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0125/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0248/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Svizzera u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/169


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku ***

P7_TA(2011)0355

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (08135/2011 – C7-0098/2011 – 2011/0047 (NLE))

2013/C 51 E/40

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08135/2011),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (08135/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u t-tieni subparagrafu, punt a) tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0098/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-sajd (A7-0274/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Konvenzjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni taħdem attivament f'dawk il-fora kollha, kemm internazzjonali u bilaterali, li għalihom jistgħu jattendu pajjiżi bi flotot b’interessi tas-sajd fir-reġjun kopert mill-Konvenzjoni, biex jippromwovu l-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, biex jitħaffef il-pass tad-dħul fis-seħħ tagħha;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern ta' New Zealand, bħala d-depożitarju tal-Konvenzjoni.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/170


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Ftehim UE/Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili ***

P7_TA(2011)0356

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (13989/1/2010 – C7-0336/2010 – 2010/0143(NLE))

2013/C 51 E/41

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13989/1/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (11282/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens ippreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0336/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0259/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/170


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Ftehim bejn l-UE, l-Islanda u n-Norveġja dwar il-proċedura ta' konsenja bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Islanda u n-Norveġja ***

P7_TA(2011)0357

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta' konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja (05307/2010 – C7-0032/2010 – 2009/0192(NLE))

2013/C 51 E/42

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05307/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta' konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja (09644/2006),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0032/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0268/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożiżżjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' l-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/171


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu *

P7_TA(2011)0358

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li tistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (COM(2011)0224 – C7-0120/2011 – 2011/0091(NLE))

2013/C 51 E/43

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0224),

wara li kkunsidra l-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0120/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0261/2011),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/172


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti skont il-politika agrikola komuni ***I

P7_TA(2011)0362

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta' modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti skont il-politika agrikola komuni (COM(2010)0772 – C7-0013/2011 – 2010/0372(COD))

2013/C 51 E/44

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0772),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0013/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0203/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 87.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0372

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta' modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1231/2011.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/173


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
Krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I

P7_TA(2011)0363

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b’sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD))

2013/C 51 E/45

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0456),

wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem ‧Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa‧ (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0050/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn magħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-29 ta' Ġunju 2011 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0364/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (1);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fil-5 ta' April 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0126).


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2006)0167

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b’sussidju uffiċjali u li tħassar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1233/2011.)


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/174


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: AT/AT&S (Awstrija)

P7_TA(2011)0369

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija) (COM(2011)0339 – C7-0160/2011 – 2011/2125(BUD))

2013/C 51 E/46

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0339 – C7-0160/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u partikolarment il-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0279/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex dawn jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Awstrija talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 167 sensja (li 74 minnhom intgħażlu biex jiġu megħjuna) fl-impriża AT&S speċjalizzata fil-manifattura ta’ bordijiet ta' ċirkwiti stampati fid-distrett ta’ Leoben fir-reġjun tal-Lvant ta’ Styria ta' Fuq,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien intiż biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; jenfasizza aktar li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjieg fit-tul; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jilqa' l-fatt li, wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħiq tal-objettivi ta’ politika diversi;

6.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/653/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/176


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: AT/Steiermark u Niederösterreich (Awstrija)

P7_TA(2011)0370

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/007 AT/Steiermark u Niederösterreich mill-Awstrija) (COM(2011)0340 – C7-0159/2011 – 2011/2124(BUD))

2013/C 51 E/47

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0340 – C7-0159/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0277/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Awstrija talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 1 180 sensja (li 356 minnhom intgħażlu biex jiġu megħjuna) f'54 impriża li joperaw fid-Diviżjoni 24, tan-NACE Reviżjoni 2 (“Manifattura ta' metalli bażiċi”) fir-reġjuni NUTS II ta' Steiermark (Stirja, AT 22) u Niederösterreich (Awstrija t'Isfel, AT 12) fl-Awstrija,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal-FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji b'riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba, l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 040501 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-kisba tal-objettivi ta' politika diversi;

6.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/007 AT/Steiermark u Niederösterreich mill-Awstrija)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/652/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/178


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

P7_TA(2011)0371

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/000 TA 2011 - għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2011)0358 – C7-0167/2011 – 2011/2130(BUD))

2013/C 51 E/48

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0358 – C7-0167/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u partikolarment il-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0270/2011),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jgħinu r-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-Kummissjoni timplimenta l- FEG skont ir-regoli ġenerali stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u r-regoli implimentattivi applikabbli għal din il-forma ta' implimentazzjoni tal-baġit,

C.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u kemm jista' jkun effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi sa 0.35 % tal-ammont annwali tal-FEG jista' jkun disponibbli kull sena għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex ikunu ffinanzjati l-monitoraġġ, l-informazzjoni, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, l-attivitajiet ta' verifika, kontroll u valutazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni u gwida għall-Istati Membri dwar l-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-FEG u l-għoti ta’ tagħrif lis-sħab soċjali nazzjonali u Ewropej dwar l-użu tal-FEG (Artikolu 8(4) tar-Regolament FEG),

E.

billi, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament FEG, ‧Informazzjoni u pubbliċità‧, il-Kummissjoni għandha twaqqaf sit tal-internet, disponibbli bil-lingwi kollha, biex jipprovdi u jxerred informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet, b'enfasi fuq ir-rwol tal-awtorità baġitarja,

F.

billi, fuq il-bażi ta' dawk l-artikoli, il-Kummissjoni talbet li l-Fond ikun mobilizzat sabiex ikunu koperti l-bżonnijiet amministrattivi tiegħu għall-monitoraġġ u l-informazzjoni fuq l-implimentazzjoni tal-FEG, il-ħolqien ta' bażi ta' għarfien, li jkun jippermetti aktar għaġla fl-applikazzjonijiet u fl-ipproċessar tagħhom, sostenn amminstrattiv u tekniku, skambju ta' prattika ta' suċċess bejn l-Istati Membri u valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-FEG,

G.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jgħaġġlu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bil-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità tal-applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il- FEG; jittama li jintlaħaq titjib ulterjuri fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Jilqa' l-fatt li, wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet għal ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; itenni li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tkun tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi diversi tal-politika;

3.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/000 TA 2011 - għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/658/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/180


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi

P7_TA(2011)0372

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2011)0388 – C7-0172/2011 – 2011/2136(BUD))

2013/C 51 E/49

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0388 – C7-0172/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006"), u b'mod partikulari l-punt 28,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0303/2011),

A.

billi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Pajjiżi l-Baxxi talbu l-għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 800 sensja, ikoll fil-mira biex jieħdu l-għajnuna, f'52 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (‧Stampar u riproduzzjoni tal-media rrekordjata‧) fir-reġjuni NUTS II ta' Zuid-Holland (NL33) u Utrecht (NL31) fil-Pajjiżi l-Baxxi,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jaċċelleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba li daħħlet il-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex ikun mgħaġġel ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il- FEG; jittama li jsir titjib ulterjuri fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien intiż biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; jenfasizza, barra minn hekk, li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li jistgħu jkunu ta' detriment għall-ilħiq tal-objettivi politiċi diversi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi għal evalwazzjoni kwalitattiva dettaljata tal-FEG;

7.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/029 NL/Zuid-Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/656/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/182


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord-Brabant Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi

P7_TA(2011)0373

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda) (COM(2011)0386 – C7-0173/2011 – 2011/2137(BUD))

2013/C 51 E/50

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0386 – C7-0173/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006"), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0304/2011),

A.

billi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab l-għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 199 sensja, ilkoll fil-mira biex jieħdu l-għajnuna, f'disa' impriżi li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE ("Stampar u riproduzzjoni tal-media rrekordjata") fir-reġjun NUTS II ta' Noord-Brabant (NL41) fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex ikun mgħaġġel ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il- FEG; jittama li jsir titjib ulterjuri fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien intiż biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; jenfasizza wkoll li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li jistgħu jkunu ta' detriment għall-ilħiq tal-objettivi politiċi diversi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi għal evalwazzjoni kwalitattiva dettaljata tal-FEG;

7.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/027 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/654/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/184


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi

P7_TA(2011)0374

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2011)0387 – C7-0174/2011 – 2011/2138(BUD))

2013/C 51 E/51

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0387 – C7-0174/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006"), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0305/2011),

A.

billi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lil ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab l-għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 214-il sensja, ikoll fil-mira biex jieħdu l-għajnuna, f'disa' impriżi li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE ("Stampar u riproduzzjoni tal-media rrekordjata") fir-reġjun NUTS II ta' Overijssel (NL21) fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jgħaġġlu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza, f'dan is-sens, il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex ikun mgħaġġel ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il- FEG; jittama li jsir titjib ulterjuri fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; jenfasizza wkoll li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi fit-tul;

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll;

5.

Jilqa' l-fatt li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li jistgħu jkunu ta' detriment għall-ilħuq tal-objettivi politiċi diversi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi għal evalwazzjoni kwalitattiva dettaljata tal-FEG;

7.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2010/028 NL/Overijssel Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/655/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/186


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2010/030 NL/Noord-Holland u Flevoland Diviżjoni 18/mill-Pajjiżi l-Baxxi

P7_TA(2011)0375

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EFG/2010/030 NL/ Noord-Holland u l-Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) (COM(2011)0389 – C7-0175/2011 – 2011/2139(BUD))

2013/C 51 E/52

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0389 – C7-0175/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006"), u b'mod partikulari l-punt 28,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0306/2011),

A.

billi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

D.

billi l-Pajjiżi l-Baxxi talbu għajnuna fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw 551 sensja, li kollha kemm huma huma maħsuba biex jingħataw assistenza, f'26 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta’ media rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni NUTS II ta’ Noord-Holland (NL 32) u Flevoland (NL 23) fil-Pajjiżi l-Baxxi,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il- FEG; jittama li jkun hemm aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżami imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; jenfasizza wkoll li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjiegi sostenibbli fit-tul.

4.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni mill-ġdid l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

5.

Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi diversi tal-politika;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni kwalitattiva dettaljata tal-FEG;

7.

Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EFG/2010/030 NL/ Noord-Holland u l-Flevoland Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/657/UE.)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/188


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
L-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija ***I

P7_TA(2011)0376

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (COM(2010)0726 – C7-0407/2010 – 2010/0363(COD))

2013/C 51 E/53

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0726),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0407/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2011 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0273/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 108.


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0363

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1227/2011.)


L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS

Il-Parlament Ewropew/Il-Kunsill/Il-Kummissjoni

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Pieni

Il-Kummissjoni se tkompli bil-ħidma tagħha dwar it-tisħiħ tas-sistemi ta' pieni fis-settur finanzjarju u għandha l-ħsiebli tressaq proposti dwar kif jissaħħu s-sistemi nazzjonali ta' pieni b'mod konsistenti fil-kuntest tal-inizjattivi leġislattivi li jmiss fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-pieni li għandhom jiġu adottati f'dan ir-Regolament se jirriflettu d-deċiżjonijiet finali meħuda mil-leġislatur dwar il-proposti tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.