ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.047.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2013/C 047/01 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 047/10 |
||
2013/C 047/11 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 047/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6849 – Enel Green Power/Seci Energia/Powercrop) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Mejju 2012
dwar abbozz ta’ regolament ta’ delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, il-leverage, it-trasparenza u s-superviżjoni
(CON/2012/42)
2013/C 47/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-18 ta’ April 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni għal opinjoni dwar abbozz ta’ regolament iddelegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, il-leverage, it-trasparenza u s-superviżjoni (minn hawn ’l quddiem “l-abbozz ta regolament iddelegat”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet speċifiċi
1. Leverage
1.1. |
Il-BĊE stqarr preċedentement illi l-kunċett ta’ leverage, kif imsemmi fid-Direttiva 2011/61/UE (1), huwa fundamentali għall-mudell ta’ negozju implimentat minn ħafna maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs - alternative investment fund managers) (2). B’mod ġenerali, il-BĊE jaqbel mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) illi l-informazzjoni dwar il-livell ta’ leverage ikkalkulat fuq il-bażi tal-iskopertura gross hija kruċjali għall-monitoraġġ tar-riskju sistemiku u li din l-informazzjoni għandha wkoll tingħata lil investituri. Filwaqt illi leverage eċċessiv jista’ joħloq riskji sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja, ir-riskju tal-leverage mhuwiex l-uniku riskju għall-fondi ta’ investiment alternattiv (AIFs). Għalhekk, kull informazzjoni dwar leverage għandha tiġi supplimentata minn informazzjoni relevanti dwar sorsi ta’ riskju oħrajn. F’dan il-kuntest, huwa importanti illi rekwiżiti intiżi biex jindirizzaw is-sorsi varji ta’ riskju jinżammu separati. Dawn is-sorsi ta’ riskju jinkludu r-riskju tal-pożizzjoni, jiġifieri r-riskju tas-suq u ta’ kreditu li jirrigwarda investimenti partikolari, u l-leverage ta’ AIFs. |
1.2. |
Sabiex ikun konsistenti u jipprevjeni xi arbitraġġ regolatorju, il-BĊE jaħseb illi huwa xieraq illi l-metodi għall-kalkolazzjoni tal-leverage li jridu jiġu adottati għandhom, safejn huwa possibbli, ikunu konsistenti mal-qafas tal-Basel III (3) u l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (4) u r-regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment) (5) (minn hawn ‘il quddiem flimkien is-“CRD IV propost”) (6). Pereżempju, din il-konsistenza għandha tkun żgurata b’referenza għar-rikonoxximent ta’ tranżazzjonijiet ta’ hedging u t-trattament ta’ self fi flus kontanti. Barra minn dan, tista’ tiġi kkonsiderata wkoll kross-referenza għall-kunċetti stipulati fis-CRD IV propost (7). |
1.3. |
Kif inhu dikjarat fil-paragrafu 1.1 aktar ‘il fuq, il-BĊE huwa tal-fehma illi, fil-kalkolazzjoni tal-iskoperturi, wieħed għandu jagħmel distinzjoni bejn: (a) ir-riskji inerenti tal-assi (portafolli) li qed jixtraw minn AIFs, jiġifieri “ir-riskju tal-pożizzjoni”; u (b) il-leverage attwalment involut. B’hekk iż-żewġ sorsi ta’ riskji għandhom jinżammu separati fid-determinazzjoni tal-leverage tal-AIFs. Pereżempju, fil-waqt illi self fi flus kontanti minn sorsi esterni li mhumiex investiti huwa tabilħaqq la espost għar-riskju tas-suq u lanqas għar-riskju ta’ kreditu, huwa jżid il-leverage attwali tal-AIF. B’kuntrast ma’ dan, jidher li s-CRD IV propost ma jiddistingwix bejn tipi differenti ta’ self fi flus kontanti (8). |
1.4. |
L-abbozz tar-regolament iddelegat jirreferi għall-applikazzjoni tal-metodu gross u għall-metodu ta’ impenn (9). Huwa ma jinkludix il-metodu avvanzat (10) peress illi dan il-metodu ma jiżgurax il-paragunabilità tar-riżultati. Il-BĊE jifhem illi l-metodu avvanzat, li jirrilassa r-regoli tal-metodu ta’ impenn, kien imfassal għal AIFMs li jimmaniġġaw AIPs, li għalihom il-metodu ta’ impenn jista’ ma jkunx xieraq jew jista’ ma jagħtix riżultati sinifikanti. Il-BĊE jappoġġa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix il-metodu avvanzat peress illi l-applikazzjoni tal-metodu gross u tal-metodu ta’ impenn huwa suffiċjenti u ser jipprovdi informazzjoni utli kemm lil investituri kif ukoll lil awtoritajiet kompetenti dwar il-leverage ta' AIFs. |
2. Il-maniġġ tar-riskji
L-abbozz tar-regolament iddelegat jitlob li AIFMs jisseparaw il-funzjoni tagħhom tal-maniġġ tar-riskji mill-funzjoni operattiva tagħhom u jissuġġerixxi illi dan jinkiseb meta lista eżawrenti ta’ kundizzjonijiet kontinġenti tiġi sodisfatta mill-AIFM (11). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, jiġu applikati salvagwardji mill-korp governattiv tal-AIFM sabiex jittaffew il-kunflitti ta’ interess li jistgħu joħolqu riskju għar-rendiment indipendenti ta’ attivitajiet ta’ maniġġ tar-riskji (12). F’dan ir-rigward, il-BĊE jappoġġa s-separazzjoni tal-maniġġ tar-riskji mill-funzjonijiet operattivi u ta’ maniġġ. Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tagħti s-setgħa lill-AETS biex tħejji linji gwida ġenerali li jistabbilixxu kriterji oġġettivi sabiex tiġi evitata applikazzjoni inkonsistenti mal-Unjoni u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom.
3. Investiment f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni
3.1. |
L-abbozz tar-regolament iddelegat (13) jistipula illi l-AIFMs jistgħu jinvestu f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni sakemm iwettqu viġilanza bir-reqqa tal-isponsor u tal-oriġinatur. B’mod aktar speċifiku, l-abbozz tar-regolament iddelegat jistipula illi, qabel ma jinvesti fi strumenti titolizzati, l-AIFM għandu: (a) jissodisfa ċerti rekwiżiti kwalitattivi, eż. ftehim komprensiv tal-profil tar-riskju tal-investimenti u politiki formali u proċeduri xierqa (14); u (b) jiżgura illi l-isponsors, kif ukoll l-oriġinaturi, jissodisfaw numru ta' rekwiżiti kwalitattivi li jinkludu rekwiżiti għal maniġġ tar-riskju effettiv, strateġiji ta’ diversifikazzjoni xierqa (15), eċċ. |
3.2. |
Il-BĊE jappoġġa l-kriterji kwalitattivi li jrawmu l-għarfien tal-AIFMs tar-riskji meħudin qabel ma jinvestu fi prodotti titolizzati. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet taħt 3.1(b) aktar ‘il fuq, l-obbligi fuq l-AIFMs biex jiżguraw illi l-oriġinaturi u l-isponsors ikollhom proċeduri għall-maniġġ tar-riskju xierqa jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu applikati billi l-AIFMs forsi ma jkunux jistgħu jikkontrollaw direttament il-kriterji li jirrigwardaw il-proċeduri interni tal-isponsor jew tal-oriġinatur. |
3.3. |
Sabiex jiġi żgurat illi dawn ir-rekwiżiti ma jżommux lill-AIFMs milli jinvestu fi prodotti titolizzati, biex b’hekk jixxekkel l-għan usa’ li jitqajjem is-suq tat-titolizzazzjoni, l-abbozz tar-regolament iddelegat jista’ jistipula illi l-AETS jagħti gwida ġenerali dwar id-dokumentazzjoni preċiża li trid tingħata minn sponsors jew oriġinaturi lil AIFMs fir-rigward tal-fuq imsemmija rekwiżiti kwalitattivi. |
4. Funzjonijiet tad-depożitarju
4.1. |
Il-BĊE jilqa’ d-dmirijiet komprensivi illi ser jitwettqu mid-depożitarji (16) skont l-abbozz tar-regolament iddelegat. B’mod partikolari, il-BĊE jemmen illi r-rekwiżiti dettaljati (17) sejrin, fil-parti l-kbira, jillimitaw ir-riskju tal-kustodja għal investituri fl-AIFs. |
4.2. |
Il-BĊE jappoġġa r-reġim ta’ responsabbiltà strett introdott minn Direttiva 2011/61/UE u speċifikat aktar fl-abbozz tar-regolament iddelegat (18). Madankollu, huwa jinnota illi dan ir-reġim ta' responsabbiltà, flimkien ma’ emendi futuri (UCITS V) (19) għad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (20), jista’ jissuġġetta lid-depożitarji għal talbiet ta’ responsabbiltà sostanzjali. F’każ ta’ xi depożitarji, talbiet bħal dawn jistgħu jammontaw għal telfiet li xi drabi jkunu jeċċedu b’multipli l-kapital kollu tagħhom. Il-BĊE għalhekk iqis bħala imperattiv illi d-depożitarji jimmaniġġaw dawn ir-riskji b’mod xieraq, kemm jekk huma istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet superviżjonati oħrajn (21), u li jingħata kont tar-riskji skont ir-regoli rispettivi tar-rekwiżiti kapitali. Il-proċess regolatorju li ġej tal-UCITS V joffri opportunità tajba biex jiġi indirrizat dan is-suġġett fir-rigward tal-UCITS kif ukoll tad-depożitarji tal-AIF. |
5. Rekwiżiti ta’ rapportar u skambju ta’ informazzjoni
5.1. |
Il-BĊE jilqa’ r-rekwiżiti ta’ rapportar stipulati fl-Artikolu 112 tal-abbozz tar-regolament iddelegat. Skont l-Artikolu 112(7), l-AIFMs għandhom jipprovdu l-informazzjoni b’konformità mal-mudell ta’ rapportar pro-forma stabbilit fl-Anness tal-abbozz tar-regolament iddelegat. F’dan ir-rigward, il-BĊE jappoġġa r-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ dejta ssuġġeriti mill-AETS fil-parir tagħha (22), li jistipula illi xi informazzjoni tinġabar fuq bażi ta’ kull xahar u jissuġġerixxi l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-profili tar-riskju storiċi tal-AIFs. Din l-informazzjoni aktar granulari hija importanti għat-twaqqif ta' qafas ta’ monitoraġġ komprensiv tar-riskju sistemiku. |
5.2. |
Minkejja l-fuq imsemmi, dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar lil awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari dawk stipulati fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 112 tal-abbozz tar-regolament iddelegat, fil-parti l-kbira tagħhom jidduplikaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fir-Regolament BĊE/2007/8 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (23). Għalhekk, il-BĊE iqis illi hemm potenzjal biex jiġi limitat il-piż ta’ rapportar ta’ AIFMs billi ċerti obbligi ta’ rapportar ta’ awtoritajiet kompetenti jiġu allinjati mar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE (24). F’dan ir-rigward, il-BĊE jinsab lest u jixtieq jiddiskuti mal-Kummissjoni u mal-AETS dwar l-aħjar mod biex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta’ rapportar. |
5.3. |
Fl-aħħar, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, l-abbozz tar-regolament iddelegat (25) iħalli lill-awtoritajiet nazzjonali b’diskrezzjoni sinifikanti f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li taħthom l-informazzjoni relevanti għall-monitoraġġ ta’ riskju sistemiku (26) għandha tinqasam mal-AETS u l-BERS. Il-BĊE jissuġġerixxi illi d-dispożizzjonijiet fuq imsemmija għandhom jiġu ċċarati sabiex jiġu evitati l-inċertezzi. |
Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi jiġi emendat l-abbozz tar-regolament iddelegat, proposti speċifiċi għall-abbozzar huma stipulati fl-Anness għal dan il-għan flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 24 ta’ Mejju 2012.
Il-Viċi President tal-BĊE
Vítor CONSTÂNCIO
(1) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p.1)
(2) Opinjoni tal-BĊE CON/2009/81 tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/.../KE (ĠU C 272, 13.11.2009, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu
(3) Ara “Basel III: Qafas regolatorju globali għal banek u sistemi bankarji aktar reżiljenti”, Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Diċembru 2010, verżjoni reveduta Ġunju 2011.
(4) Ukoll id-Direttiva emendatorja 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju. KUMM(2011) 453 finali.
(5) KUMM(2011) 452 finali.
(6) Definizzjoni armonizzata ta’ leverage ma timplikax il-kalibrar armonizzat tal-proporzjon ta’ leverage għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u AIFs.
(7) Ara d-definizzjoni ta’ leverage (ingranaġġ) mogħtija minn Artikolu 4(86) tar-regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, KUMM(2011) 452 finali.
(8) Taħt is-CRD IV propost, is-self kollu fi flus kontanti jiġi reġistrat fil-karta tal-bilanċ u għalhekk iżidu l-leverage taħt dan il-qafas, irrispettivament mill-użu sussegwenti tal-fondi riċevuti. Il-valur ta’ elementi fil-karta tal-bilanċ ġeneralment ikun ugwali għall-valur tal-kontabilità tagħhom li jibqa’ wara li jkunu ġew applikati aġġustamenti speċifiċi fil-valutazzjoni, eż għal riskju tal-kreditu; ara l-Artikolu 416(5) flimkien mal-Artikolu 106(1) tar-regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, KUMM(2011) 452 finali.
(9) Kapitolu II, Taqsima 2, Artikoli 9 u 10, tal-abbozz tar-regolament ta’ delega.
(10) Ara l-parir tekniku tal-AETS lill-Kummissjoni Ewropea dwar miżuri ta’ implimentazzjoni possibbli tad-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi, 16 ta’ Novembru 2011 (minn hawn ‘il quddiem “il-Parir tal-AETS”), AETS/2011/379, p. 459.
(11) Artiklu 43 tal-abbozz tar-regolament ta’ delega.
(12) Artiklu 44 tal-abbozz tar-regolament ta’ delega.
(13) Ara Kapitolu III, Taqsima 5, tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(14) Artikolu 55 tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(15) Artikolu 54 tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(16) Ara Kapitolu IV, Taqsima 2, tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(17) Ara Artikoli 91, 92, 98, 100 u 101 tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(18) Ara Kapitolu IV, Taqsima 3, tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(19) Ara wkoll id-Dokument konsultattiv tal-Kummissjoni dwar il-funzjoni ta’ depożitarju tal-UCITS u dwar ir-remunerazzjoni tal-maniġers tal-UCITS, 14 ta’ Diċembru 2010.
(20) GU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(21) Ara l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2011/61/KE.
(22) Ara Anness V tal-Parir tal-AETS.
(23) ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.
(24) Ara paragrafu 10 ta’ Opinjoni CON/2009/81.
(25) Artikolu 7(3) u Artikolu 118 tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
(26) Qabbel, f’dan ir-rigward, Artikolu 3(3)(d) u Artikolu 53 tad-Direttiva 2011/61/UE u Artikolu 7(3) u Artikolu 118 tal-abbozz tar-regolament iddelegat.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test abbozzat mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emenda 1 |
|||||
Preambolu tal-abbozz tar-regolament iddelegat (ġdid) |
|||||
“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
||||
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(6) […] u l-Artikolu 53(3) tagħhom, |
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(6) […] u l-Artikolu 53(3) tagħhom, |
||||
|
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, |
||||
Billi:” |
Billi:” |
||||
Spjegazzjoni Skont l-Artikolu 296 tat-Trattat, li jistipula illi atti legali għandhom jirriferu għal kwalunkwe opinjoni prevista fit-Trattati, l-emenda proposta hija neċessarja sabiex tirrifletti l-fatt illi l-abbozz tar-regolament iddelegat jiġi adottat skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Dawn id-dispożizzjonijiet fihom l-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat fuq kull att propost tal-Unjoni li jaqa’ fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. Fir-rigward tal-irwol konsultattiv tal-BĊE fir-rigward ta’ abbozzi ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, issir referenza għal paragrafu 4 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2012/5 tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u dwar proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (2). |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Premessa 42a tal-abbozz tar-regolament iddelegat (ġdida) |
|||||
[L-ebda test] |
“Il-maniġment superjuri tal-AIFM għandu japprova l-lista ta' sensara prinċipali magħżulin. L-AIFMs għandhom jaħtru sensara prinċipali minn din il-lista. Billi sensar prinċipali jista’ jkun sistemikament importanti, il-hedge funds għandhom jużaw aktar minn sensar prinċipali wieħed magħżul mil-lista approvata.” |
||||
Spjegazzjoni L-Artikolu 27 tal-abbozz tar-regolament iddelegat jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għall-għażla u l-ħatra ta' sensara prinċipali. Il-BĊE jappoġġa dawn il-kriterji kif ukoll ir-rekwiżit illi l-lista ta’ sensara prinċipali magħżulin għandha tkun approvata mill-maniġment superjuri tal-AIFM, Barra minn dan, billi sensar prinċipali jista’ jkun sistemikament importanti għal hedge fund, l-abbozz tar-regolament iddelegat għandu jistipula wkoll illi, fil-prinċipju, l-AIFMs għandhom jużaw sensara prinċipali multipli, fuq l-istess linja tal-prattika kurrenti fis-suq. |
|||||
Emenda 3 |
|||||
Artikolu 5(6) u Artikolu 7 tal-abbozz tar-regolament iddelegat (ġodda) |
|||||
[L-ebda test] |
“6. In-notifiki riċevuti skont il-paragrafu 3 jiġu ppreżentati lill-AETS. 7. L-AETS tista’ tiżviluppa linji gwida biex tkattar valutazzjoni uniformi minn awtoritajiet kompetenti tas-sitwazzjonijiet ta’ natura temporanja msemmija f’dan l-Artikolu.” |
||||
Spjegazzjoni Il-BĊE jilqa’ l-inklużjoni tal-Artikolu 5 tal-abbozz tar-regolament iddelegat, li jipprovdi għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni għal AIFMs li xi drabi jiksru l-limitu minimu tar-reġistrazzjoni. Madankollu, xi AIFMs jistgħu jużaw din l-eżenzjoni b’mod ħażin. Għalhekk ikun xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jintalbu jippreżentaw lill-AETS in-notifiki li jkun irċieva AIFM fir-rigward tal-ksur ta’ limitu minimu, sabiex jitrawwem approċċ komuni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fl-evalwazzjoni ta’ ksur ta’ natura temporanja. |
|||||
Emenda 4 |
|||||
Artikolu 46(3)(c) tal-abbozz tar-regolament iddelegat |
|||||
“3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-AIFM għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin għal kull AIF li jimmaniġġja: |
“3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-AIFM għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin għal kull AIF li jimmaniġġja: |
||||
[…] |
[…] |
||||
|
|
||||
[…]” |
[…]” |
||||
Spjegazzjoni Minn punt ta’ stabbiltà finanzjarja, il-BĊE jirrakkomanda li tiżdied il-frekwenza ta’ testijiet għall-istress u tal-analiżi ta’ xenarji, sabiex dawn jitmexxew tal-anqas fuq bażi trimestrali, biex tiġi evalwata l-abbiltà ta' AIF biex jirreżisti xokkijiet finanzjarji, ekonomiċi u idjosynkratiċi negattivi. |
|||||
Emenda 5 |
|||||
Artikolu 51(2)(e) tal-abbozz tar-regolament iddelegat |
|||||
“2. L-AIFMs għandhom iwettqu regolarment testijiet tal-istress, taħt kundizzjonijiet tal-likwidità normali u eċċezzjonali, li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju tal-likwidità ta’ kull AIF li jimmaniġġjaw. Testijiet tal-istress għandhom: |
“2. L-AIFMs għandhom iwettqu regolarment testijiet tal-istress, taħt kundizzjonijiet tal-likwidità normali u eċċezzjonali, li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju tal-likwidità ta’ kull AIF li jimmaniġġjaw. Testijiet tal-istress għandhom: |
||||
[…] |
[…] |
||||
|
|
||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 4 aktar ‘il fuq. |
|||||
Emenda 6 |
|||||
Artikolu 117a tal-abbozz tar-regolament iddelegat (ġdid) |
|||||
[L-ebda test] |
“Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-AETS tista’ tiżviluppa linji gwida biex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima.” |
||||
Spjegazzjoni Il-BĊE jappoġġa l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri u pajjiżi terzi permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni. F’dan ir-rigward, il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri hija essenzjali biex jiġu minimizzati l-inkonsistenzi fil-politiki tagħhom. L-involviment dirett tal-AETS, skont l-Artikolu 37(16) u (17) ta’ Direttiva 2011/61/UE, għandu jgħin biex jiġi żgurat approċċ konsistenti bejn l-Istati Membri lejn il-pajjiżi terzi. |
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2013/88/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
2013/C 47/02
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2013/88/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li inti/il-kumpannija tiegħek għandha tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-UNSCR 2087 (2013).
Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilita skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li ser jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni żur is-sit: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1C — Horizontal Issues |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, (2), u l-Artikolu 263, (4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 46, 19.2.2013, p. 28.
Il-Kummissjoni Ewropea
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/9 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ Frar 2013
2013/C 47/03
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3352 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,24 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4596 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86190 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,4598 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2332 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4070 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,388 |
HUF |
Forint Ungeriż |
291,97 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6995 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1891 |
RON |
Leu Rumen |
4,3861 |
TRY |
Lira Turka |
2,3587 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2946 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3439 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3538 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5797 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6539 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 446,43 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
11,7906 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3391 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5863 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 923,07 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1384 |
PHP |
Peso Filippin |
54,183 |
RUB |
Rouble Russu |
40,2300 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,909 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,6279 |
MXN |
Peso Messikan |
16,9444 |
INR |
Rupi Indjan |
72,5080 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/10 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd
2013/C 47/04
Għajnuna Nru: SA.35846 (12/XF)
Stat Membru: L-Italja
Reġjun/Awtorità li qed jagħti/tagħti l-għajnuna: Ir-Reġjun tal-Marche
Titolu tal-iskema ta' għajnuna: avviso pubblico per la concessione di contributi ai sensi della misura 3.3 — Porti luoghi di sbarco e ripari di pesca del PO FEP 2007/2013 – l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.
Bażi ġuridika: Decreto dirigente della Posizione di Funzione Pesca e Zootecnia (illum Attività Ittiche e Faunistiche-venatorie) n. 4 tal-5 ta’ Frar 2009.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: Flimkien mar-riżorsi tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, hija prevista l-possibbiltà li jintużaw ir-riżorsi proprji, skont l-applikazzjonijiet għall-finanzjament li jaslu. Għalhekk, l-ammont ta’ riżorsi proprji li jista’ jintuża jrid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ każ b’każ, skont id-dati ta’ skadenza individwali ta’ kull applikazzjoni għall-finanzjament. B’mod indikattiv l-ammont huwa stmat li jkun EUR 300 000 fis-sena
Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006
Data tad-dħul fis-seħħ: Wara l-pubblikazzjoni tal-bażi ġuridika fil-Bullettin Uffiċjali tar-Reġjun tal-Marche u wara r-reġistrazzjoni ta' din l-iskema ta' għajnuna min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.
Tul ta' żmien tal-għajnuna (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:
— |
skont l-iskema: id-data sa meta tista' tingħata l-għajnuna; fir-rigward tal-ewwel data ta' skadenza ta' meta jridu jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet, l-għajnuna se tingħata sal-2009; fir-rigward tat-tieni data ta' skadenza ta' meta jridu jiġu ppreżentati l-attivitajiet, l-għajnuna se tingħata sal-ewwel nofs tal-2010 |
Għan tal-għajnuna: It-titjib tas-servizzi offruti fil-portijiet tas-sajd eżistenti, ristrutturazzjoni tal-postijiet tal-ħatt l-art eżistenti, titjib fil-kundizzjonijiet ta’ sigurtà għas-sajjieda, fil-limiti stipulati mill-Artikoli 36 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u r-Regolament ta' implimentazzjoni. L-iskop huwa li jinħolqu sottoskrizzjonijiet żejda ta' proġetti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006
Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 qed jintuża: L-Artikolu 19
Attività ikkonċernata: Għajnuna għal investimenti fil-portijiet tas-sajd, postijiet tal-ħatt l-art u postijiet ta’ kenn
Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
Regione Marche |
Servizio Agricoltura Forestazione e Pesca |
PF Attività Ittiche e Faunistiche-venatorie (isem ġdid tal-ex PF Pesca e Zootecnia, minn wara l-14 ta’ Marzu 2009) |
Via Tiziano 44 |
60125 Ancona AN |
ITALIA |
Sit tal-internet fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna: http://www.pesca.marche.it/web/F-E-P–200/Misura-3-3/index.htm
Ġustifikazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: din hija l-istess għajnuna stabbilita skont il-Fond Ewropew għas-Sajd, eventwalment iffinanzjata wkoll bl-użu ta’ riżorsi proprji supplimentari, u għalhekk taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 736/2008. Għaldaqstant, l-għajnuna tagħti l-possibbiltà li jkun hemm sottoskrizzjoni żejda ta' proġetti li huma konformi mal-kriterji stabbiliti mill-FES u mal-kriterji speċifiċi stabbiliti f'konformità mar-regolamenti tal-UE tas-settur, fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna eżentati. Jekk isir użu mir-riżorsi proprji flimkien ma’ dawk tal-FES, se tingħata attenzjoni b’mod partikolari kemm għall-konformità tal-hekk imsejjaħ “effett ta' inċentiv” kif ukoll għall-konformità mal-prinċipju Deggendorf.
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/11 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de Savigny”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/05
Permezz ta' applikazzjoni li saret fil-25 ta’ Ottubru 2011, l-impriża Elixir Petroleun (Moselle) Ltd, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames (5) snin, għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de la Marne”, fuq erja ta’ kważi 2 668 km2 li tinsab f’parti mid-Dipartiment ta' la Haute-Marne, tal-Meuthe-et-Moselle u tal-Vosges.
Il-perimetru tal-firxa ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.
Il-quċċata |
Lonġitudni Lvant |
Latitudni Tramuntana |
A |
3,20 |
54,10 |
B |
3,70 |
54,10 |
C |
3,70 |
53,90 |
D |
4,00 |
53,90 |
E |
4,00 |
53,80 |
F |
4,40 |
53,80 |
G |
4,40 |
53,60 |
H |
3,00 |
53,60 |
I |
3,00 |
53,80 |
J |
3,50 |
53,80 |
K |
3,50 |
54,00 |
L |
3,20 |
54,00 |
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet ippreżentati jridu jiġu indirizzati lill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Enerġija fl-indirizz li jidher hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn minn meta tasal l-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mit-8 ta' Novembru 2013.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u ż-żamma tal-ordni fil-minjieri u fil-ħżin taħt l-art (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-3 ta'Ġunju 2006).
Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown: +33 140819527
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/13 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis de Guyane Maritime UDO” u “Permis de Guyane Maritime SHELF”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/06
Fit-18 ta' Awwissu 2011, l-impriża Total E&P Guyane Française SAS, li għandha s-sede tagħha fl-indirizz 2, place Jean Millier, La Défense, 92400 Courbevoie (Franza), applikat, għal żewġ permessi esklussivi ta' perjodu ta' ħames snin għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi u fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis de Guyane Maritime UDO” u “Permis de Guyane Maritime SHELF”, fil-blata kontinentali tul ix-xatt tad-Dipartiment Franċiż extra-Ewropew tal-Gujana.
Il-perimetri ta' dawn il-permessi huma kkostitwiti mill-arki tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali jkun dak ta' Greenwich. Is-sistema użata għall-koordinati ġeografiċi hija dik ġeodeżika dinjija, kif irreveduta fl-1984 (WGS84).
Pożizzjoni tal-permess “UDO”
Punt |
Lonġitudni tal-Punent |
Latitudni Tramuntana |
A |
Il-punt fejn il-linja ta' diviżjoni bejn il-blata kontinentali Franċiża u dik Surinamiża jinkroċjaw iż-Żona Ekonomika Esklużiva Franċiża |
|
B |
Il-punt fejn iż-Żona Esklużiva Ekonomika Franċiża tinkroċja mal-parallel 8° 26′ 05″ N |
|
C |
51° 10′ 12″ |
7° 21′ 06″ |
D |
Intersezzjoni tal-parallel 6° 50′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil; |
|
E |
Intersezzjoni tal-fruntiera ta' bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil mal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru |
|
F |
Intersezzjoni tal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru mal-parallel 6° 55′ 00″ N |
|
G |
52° 40′ 00″ |
6° 55′ 00″ |
H |
52° 40′ 00″ |
7° 30′ 00″ |
I |
52° 20′ 00″ |
7° 30′ 00″ |
J |
52° 20′ 00″ |
7° 45′ 00″ |
K |
52° 25′ 00″ |
7° 45′ 00″ |
L |
Intersezzjoni tal-meridjan ta' 52° 25′ 00″ O mal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru |
|
M |
Intersezzjoni tal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru mal-parallel 8° 10′ 00″ N |
|
N |
Intersezzjoni tal-parallel 8° 10′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata. |
Minn A sa B: il-limiti taż-Żona Esklużiva Ekonomika Franċiża
D sa E: il-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil;
E sa F u L sa M: kurvatura batimetrika ta’ 3 000 metru;
N sa A: il-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.
Pożizzjoni tal-permess “SHELF”
Punt |
Lonġitudni tal-Punent |
Latitudni Tramuntana |
A |
Intersezzjoni tal-parallel 6° 45′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata. |
|
B |
53° 00′ 00″ |
6° 45′ 00″ |
C |
53° 00′ 00″ |
6° 40′ 00″ |
D |
52° 55′ 00″ |
6° 40′ 00″ |
E |
52° 55′ 00″ |
6° 35′ 00″ |
F |
52° 35′ 00″ |
6° 35′ 00″ |
G |
52° 35′ 00″ |
6° 30′ 00″ |
H |
52° 30′ 00″ |
6° 30′ 00″ |
I |
52° 30′ 00″ |
6° 25′ 00″ |
J |
52° 19′ 48″ |
6° 25′ 00″ |
K |
52° 19′ 48″ |
6° 19′ 48″ |
L |
52° 10′ 01″ |
6° 19′ 48″ |
M |
52° 10′ 01″ |
6° 15′ 00″ |
N |
52° 05′ 00″ |
6° 15′ 00″ |
O |
52° 05′ 00″ |
6° 10′ 01″ |
P |
52° 00′ 00″ |
6° 10′ 01″ |
Q |
52° 00′ 00″ |
6° 05′ 00″ |
R |
51° 50′ 00″ |
6° 05′ 00″ |
S |
51° 50′ 00″ |
6° 00′ 00″ |
T |
51° 35′ 00″ |
6° 00′ 00″ |
U |
51° 35′ 00″ |
5° 55′ 00″ |
V |
51° 30′ 00″ |
5° 55′ 00″ |
W |
51° 30′ 00″ |
5° 50′ 00″ |
X |
51° 19′ 48″ |
5° 50′ 00″ |
Y |
51° 19′ 48″ |
5° 45′ 00″ |
Z |
51° 15′ 00″ |
5° 45′ 00″ |
AA |
51° 15′ 00″ |
5° 40′ 12″ |
AB |
51° 10′ 12″ |
5° 40′ 12″ |
AC |
51° 10′ 12″ |
5° 35′ 00″ |
AD |
51° 00′ 00″ |
5° 35′ 00″ |
AE |
51° 00′ 00″ |
5° 30′ 00″ |
AF |
Intersezzjoni tal-parallel 5° 30′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil; |
|
AG |
Intersezzjoni tal-linji ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil; mal-limitu ta' 12-il mil nawtiku 'l barra mill-kosta Franċiża |
|
AH |
Intersezzjoni mal-limitu ta' 12-il mil nawtiku 'l barra mill-kosta Franċiża bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata. |
AF sa AG: il-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil;
AG sa AH: limitu tal-ilmijiet territorjali Franċiżi, 12-il mil nawtiku mill-kosta;
AH sa A: il-linja diviżiva bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjonijiet inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-permess, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz indikat hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jittieħdu fi żmien sentejn mid-data tal-wasla tal-applikazzjonijiet inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri sa mhux aktar tard mid-29 ta' Lulju 2013.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet fil-minjieri, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u ż-żamma tal-ordni fil-minjieri u fil-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-ministère de l'écologie, du développement durable et de l’énergie, (il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija):
Direction générale de l'énergie et du climat – Direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche – Paroi Nord, 92055 La Défense cedex France (telefown: +33 140819529)
Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkonsultati fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/16 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talba għall-permessi esklussivi għat-tiftix ta' minjieri ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Montagne de Reims”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/07
Permezz ta' applikazzjoni li saret fl-24 ta’ Jannar 2011, l-impriża Bluebach Ressources Sarl, li għandha s-sede tagħha fl-indirizz 178, Boulevard Haussmann, 75008 f'Pariġi 8e, France, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames (5) snin, għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi u fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Montagne de Reims”, f’parti mid-Dipartiment ta' Marne.
Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.
Il-quċċata |
Lonġitudni Lvant |
Latitudni Tramuntana |
A |
1,70 |
54,70 |
B |
2,20 |
54,70 |
C |
2,20 |
54,50 |
D |
1,70 |
54,50 |
Skont din id-definizzjoni, is-superfiċje hija ta’ madwar 658 km2.
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet konkorrenti iridu jintbagħatu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Enerġija (direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex. France.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikati), dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France. Telefown: +33 140819529.
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit tal-“Légifrance” li ġej: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/17 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Rouffy”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/08
Permezz ta' applikazzjoni li saret fit-12 ta' Diċembru 2011, l-impriża San Leon Energy Plc, li għandha s-sede tagħha f'1, Berkeley Street, Mayfair, London W1J 8DJ (ir-Renju Unit), talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Rouffy”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartimenti tal-Aisne u Marne.
Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.
Il-quċċata |
Lonġitudni Lvant |
Latitudni Tramuntana |
A |
1,70 |
54,30 |
B |
2,00 |
54,30 |
C |
2,00 |
54,40 |
D |
1,80 |
54,40 |
E |
1,80 |
54,20 |
F |
1,70 |
54,20 |
Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 159 km2.
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (mmodifikati) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija (direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat), dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown: +33 140819529.
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit tal-“Légifrance” li ġej: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/19 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar-l-applikazzjoni għal permess esklussiv għat tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Brive”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/09
Permezz ta' applikazzjoni ddatata l-20 ta' Settembru 2010, il-kumpanija Hexagon Gaz Pte. Ltd li għandha s-sede tagħha f'192 Waterloo Street, 05-1 Skyline Building, Singapore 187966, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Brive”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartimenti ta' Corrèze ta' Dordogne u ta' Lot.
Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.
Il-quċċata |
Lonġitudni tal-Punent |
Latitudni Tramuntana |
A |
1,50 |
50,20 |
B |
0,80 |
50,20 |
C |
0,80 |
50,10 |
D |
0,70 |
50,10 |
E |
0,70 |
50,00 |
F |
0,60 |
50,00 |
G |
0,60 |
49,90 |
H |
1,30 |
49,90 |
I |
1,30 |
49,60 |
J |
1,50 |
49,60 |
K |
1,50 |
49,90 |
L |
1,30 |
49,90 |
M |
1,30 |
50,00 |
N |
1,20 |
50,00 |
O |
1,20 |
50,10 |
P |
1,50 |
50,10 |
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura indikata fl-“Avviż dwar l-għoti ta' drittijiet ta' tiftix fil-minjieri għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet ta' tiftix fil-minjieri u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija (direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għal-Liġi 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikata) rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art, (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown: +33 140819529.
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit tal-“Légifrance” li ġej: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/21 |
Sejħa għall-proposti tal-2013 ta’ LIFE+
2013/C 47/10
Il-Kummissjoni tistieden lill-entitajiet rreġistrati fl-Unjoni Ewropea jew fil-Kroazja biex iressqu l-proposti għas-sejħa għall-proposti tal-2013 ta’ LIFE+.
Applikazzjonijiet
Il-gwidi għall-applikazzjoni li jinkludu spjegazzjonijiet dettaljati fir-rigward tal-eliġibbiltà u l-proċeduri jistgħu jinkisbu mis-sit tal-internet tal-Kummissjoni fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/environment/life/funding/lifeplus.htm
Il-proposti jistgħu jinħolqu u jitressqu biss permezz tal-użu tal-għodda tal-applikazzjoni onlajn “eProposal”. Il-link għall-“eProposal” ser tiġi kkomunikata f'waqtha permezz tas-sit tal-internet imsemmi hawn fuq.
Benefiċjarji
Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati minn entitajiet irreġistrati fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew fil-Kroazja, li jistgħu jkunu entitajiet, atturi u istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati.
Dan l-avviż ikopri t-temi li ġejjin
1. LIFE+ Natura u Bijodiversità
Għan ewlieni: Il-ħarsien, il-konservazzjoni, ir-restawr, il-monitoraġġ u l-faċilitizzazzjoni tat-tħaddim ta' sistemi naturali, ħabitats naturali, flora u fawna selvaġġi, bil-għan li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità, inkluż id-diversità tar-riżorsi ġenetiċi, fl-UE.
2. LIFE+ Politika Ambjentali u Governanza
Għanijiet ewlenin:
— It-tibdil fil-klima: Li l-konċentrazzjoni tal-gass tas-serra tiġi stabbilita f’livell li jevita t-tisħin globali 'l fuq minn 2 °C;
— L-ilma: Il-kontribut lejn kwalità aħjar tal-ilma permezz tal-iżvilupp ta’ miżuri effikaċi fis-sens ta' nefqa għall-kisba ta’ status ekoloġiku tajjeb bil-ħsieb li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ amministrazzjoni tal-baċiri tax-xmajjar skont id-Direttiva 2000/60/KE (id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma);
— L-Arja: Il-kisba ta' livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jipprovokawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u riskji għalihom;
— Il-ħamrija: Il-ħarsien u l-assigurazzjoni tal-użu sostenibbli tal-ħamrija permezz tal-preservazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija, il-prevenzjoni ta' theddid għall-ħamrija, il-mitigazzjoni tal-effetti tagħhom u r-restawr ta' ħamrija degradata;
— L-ambjent urban: Il-kontribuzzjoni għal prestazzjoni ambjentali aħjar fiż-żoni urbani tal-Ewropa;
— L-istorbju: Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-istorbju ambjentali;
— Is-sustanzi kimiċi: Titjib fil-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa minn riskji ġejjin minn sustanzi kimiċi sal-2020 bl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) u l-Istrateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi;
— L-ambjent u s-saħħa: L-iżvilupp tal-bażi ta' informazzjoni għall-politika dwar l-ambjent u s-saħħa (il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ambjent u s-Saħħa);
— Ir-riżorsi naturali u l-iskart: L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki mfassla biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-iskart, u titjib fil-prestazzjonijiet ambjentali ta’ prodotti, il-produzzjoni u użanzi ta’ konsum sostenibbli, il-prevenzjoni, l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-iskart; Kontribut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;
— Il-foresti: Il-provvediment, speċjalment permezz ta’ netwerk ta’ koordinazzjoni fl-UE, ta' bażi konċiża u komprensiva għall-informazzjoni rilevanti għall-politika dwar il-foresti fir-rigward ta’ tibdil fil-klima (impatt fuq ekosistemi ta’ foresti, tnaqqis, effetti ta’ sostituzzjoni), il-bijodiversità (informazzjoni bażika u żoni ta' foresti protetti), in-nirien tal-foresti, il-kundizzjonijiet ta' foresti u funzjonijiet ta' ħarsien tal-foresti (ilma, ħamrija u infrastruttura) kif ukoll il-kontribut għall-ħarsien tal-foresti min-nirien;
— Innovazzjoni: Il-kontribut għall-iżvilupp u għad-dimostrazzjoni ta' approċċi ta’ politika, teknoloġiji, metodi u strumenti innovattivi li jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Teknoloġiji Ambjentali (Environmental Technologies Action Plan – ETAP);
— Approċċi strateġiċi: Il-promozzjoni ta’ implimentazzjoni u infurzar effettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, u t-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar il-politika ambjentali; it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-SMEs.
3. LIFE+ Informazzjoni u Komunikazzjoni
Għan ewlieni: It-tixrid ta' informazzjoni u t-tkabbir ta' għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluż il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti; u l-appoġġ għal miżuri ta' akkumpanjament, bħal informazzjoni, azzjonijiet u kampanji ta' komunikazzjoni, konferenzi u taħriġ, inkluż taħriġ dwar il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.
Rati ta’ kofinanzjament mill-UE
1. Proġetti ta’ LIFE+ Natura u Bijodiversità
— |
Ir-rata ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għandha tkun massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
— |
Eċċezzjonalment, rata massima ta’ kofinanzjament sa 75 % tapplika għal proposti li jimmiraw ħabitats/speċijiet ta’ prijorità tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. |
2. LIFE+ Politika Ambjentali u Governanza
— |
Ir-rata ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għandha tkun massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
3. LIFE+ Informazzjoni u Komunikazzjoni
— |
Ir-rata ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għandha tkun massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
Data tal-għeluq
Il-proposti għall-proġetti għandhom jiġu vvalidati u mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tal-eProposal sal-25 ta' Ġunju 2013 fl-16:00 ħin lokali ta’ Brussell. Il-proposti għall-proġetti għandhom jintbagħtu permezz tal-eProposal lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru (jew il-Kroazja) li fih huwa rreġistrat il-benefiċjarju. Il-proposti mbagħad jitressqu mill-awtoritajiet nazzjonali quddiem il-Kummissjoni permezz tal-eProposal sal-5 ta' Lulju 2013 f'23:59 ħin lokali ta’ Brussell.
Baġit involut
Il-baġit globali għal għotjiet għal azzjoni għal proġetti taħt LIFE+ fl-2013 huwa ta' EUR 278 000 000. Tal-anqas 50 % ta’ dan l-ammont għandu jkun allokat għall-miżuri ta’ appoġġ għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità.
L-allokazzjonijiet finanzjarji nazzjonali indikattivi għall-2013 huma kif ġej:
Stat Membru |
Allokazzjoni 2013 (EUR) |
AT |
5 378 449 |
BE |
5 789 478 |
BG |
9 216 194 |
CY |
2 693 799 |
CZ |
5 927 881 |
DK |
4 804 784 |
DE |
31 502 629 |
EE |
3 656 191 |
ES |
27 346 823 |
|
|
FI |
7 391 124 |
FR |
28 105 725 |
GR |
9 860 131 |
HU |
7 168 515 |
IE |
4 232 251 |
IT |
24 438 282 |
LT |
3 052 947 |
LU |
3 035 736 |
LV |
2 672 600 |
|
|
MT |
2 626 260 |
NL |
8 529 214 |
PL |
18 465 604 |
PT |
7 426 037 |
RO |
11 723 542 |
SE |
9 186 386 |
SI |
5 624 774 |
SK |
6 395 315 |
UK |
21 749 329 |
Total |
278 000 000 |
B'segwitu għall-Konferenza dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-dokument CONF HR 17), u soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja mal-UE, u l-allokazzjoni tal-fondi korrispondenti fil-baġit tal-UE, l-allokazzjoni indikattiva għall-Kroazja hija ta' EUR 1 250 000.
Għal aktar tagħrif
Aktar tagħrif, inkluż il-linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-formoli tal-applikazzjoni, jinsab fuq is-sit tal-internet ta’ LIFE:
http://ec.europa.eu/environment/life/funding/lifeplus.htm
Wieħed jista’ wkoll jikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti:
http://ec.europa.eu/environment/life/contact/nationalcontact/index.htm
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/24 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/45/12
Skema ta’ mobbiltà akkademika INTRA-ACP
Afrika (Mwalimu Nyerere) u l-Karibew u Paċifiku
2013/C 47/11
1. Objettivi u Deskrizzjoni
L-objettiv ġenerali tal-programm huwa li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u jnaqqas il-faqar billi tiżdied id-disponibilità ta’ nies professjonali f’livell għoli mħarrġa u kwalifikati fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.
L-objettiv speċifiku tal-programm huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Superjuri (HEIs) fl-Afrika, fil-Karibew u fil-Paċifiku sabiex jiżdied l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità li jinkoraġġixxi u jippermetti li studenti jagħmlu studji postgraduate, u sabiex jippromwovi ż-żamma ta' studenti fir-reġjun flimkien mal-mobbiltà tal-persunal (akkademiku u amministrattiv) filwaqt li jżid il-kompetittività u l-attrazzjoni tal-istituzzjonijiet infushom.
B’mod akar speċifiku il-programm jimmira sabiex:
(a) |
jipprovdi aċċess għall-edukazzjoni superjuri inklużi dawk minn gruppi żvantaġġjati; |
(b) |
jiffaċilita l-kooperazzjoni dwar l-għarfien tal-istudji u l-kwalifiki; |
(c) |
jikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni superjuri permezz tal-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni, u l-armonizzazzjoni ta’ programmi u kurrikula fi ħdan l-istituzzjonijiet parteċipanti; |
(d) |
itejjeb il-kapaċità ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-HEIs fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku; |
(e) |
jippromwovi l-kooperazjoni bejn l-istituzzjonijiet li jibagħtu u dawk li jirċievu; |
(f) |
jippermetti sabiex l-istudenti, l-akkademiċi u l-persunal jibbenefikaw lingwistikament, kulturalment u professjonalment mill-esperjenza miksuba fil-kuntest ta’ mobbiltà lejn pajjiż ieħor; |
(g) |
itejjeb fuq żmien medju, ir-rabtiet politiċi, kulturali, edukattivi u ekonomoċi bejn il-pajjiżi parteċipanti. |
2. Applikanti eliġibbli u kompożizzjoni tas-sħubija
L-applikanti eliġibbli huma Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Superjuri (HEIs) fl-Afrika, fil-Karibew u fil-Paċifiku li jipprovdu korsijiet f’livelli ta’ edukazzjoni superjuri ta’ gradwati u/jew dottorali, rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżhom stess. Huma eliġibbli biss HEIs nazzjonali Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifk li huma akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali fl-Afrika, fil-Karibew u fil-Paċifiku. Fergħat tal-HEIs barra mill-Afrika, mill-Karibew u mill-Paċifiku ma humiex eliġibbli.
Is-sħubija ser tkun komposta minn tlieta u tnax –il HEI.
3. Attivitajiet eliġibbli u żmien
Il-proġett ser jinvolvi, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal fi programmi ta’ master u ta’ dottorat ta’ kwalità għolja, kif ukoll il-provvediment ta' edukazzjoni/taħriġ u servizzi oħra lil studenti barranin u t-tagħlim/taħriġ u ħidmiet ta’ riċerka u servizzi oħra lil persunal tal-pajjiż/i kopert/i mill-proġett. Il-mobbiltà għandha ssir f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli koperti minn din is-Sejħa ta’ Proposti.
It-tul ta’ żmien tal-proġett għandu jkun bejn 48 u 60 xahar, abbażi ta’ attivitajiet ippjanati.
4. Kriterji għall-Għoti
L-applikazzjonijiet kollha ser jgħaddu minn valutazzjonijiet minn esperti esterni u indipendenti skont it-tliet kriterji tal-għoti li jinsabu hawn taħt:
Kriterji |
Piż |
||
|
20 % |
||
|
70 % |
||
|
15 % |
||
|
20 % |
||
|
20 % |
||
|
15 % |
||
|
10 % |
||
Total |
100 % |
5. Baġit u ammonti tal-għoti
L-ammont indikattiv u kumplessiv magħmul disponibbli f’din is-Sejħa għal Proposti huwa ta’ EUR 23,45 miljun għaż-żoni ġeografiċi li ġejjin u għandu jippermetti madwar 800 fluss ta’ mobbiltà:
Din is-Sejħa għal Proposti hija maqsuma bejn żewġ partijiet:
Lott |
Żoni ġeografiċi |
Ammont Kumplessiv Indikattiv (EUR) |
Lott 1 |
Afrika |
17,85 miljun |
Lott 2 |
Karibew u Paċifiku |
5,6 miljun |
6. Sottomissjoni tal-proposti u żmien ta’ skadenza
Applikazzjonijiet ta’ għoti biss sottomessi f’formola korretta u akkumpanjati mill-annessi tagħha, mimlija kif suppost biss jiġu aċċettati. L-applikazzjoni tal-għoti għandha tiġi datata u ffirmata fl-oriġinal mill-persuna awtorizzata sabiex tidħol fi ftehim li jorbtu legalment f’isem l-organizzazzjoni li tapplika.
L-informazzjoni addizzjonali kollha li hija kkunsidrata neċessarja mill-applikant tista’ tiġi inkluża fuq karti separati.
L-applikazzjoni tal-għotja u l-annessi tagħha għandhom jintbagħatu sal-10 ta’ Ġunju 2013 u bħala evidenza jkun it-timbru postali jew id-data tal-irċevuta. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jitwasslu minn persuna, l-iskadenza biex tasal fil-post hija 16:00 ħin lokali u bħala evidenza tkun l-irċevuta ffirmata u datata.
L-applikazzjonijiet tal-għotja għandhom jintbagħtu bil-posta reġistrata jew jitwasslu minn persuna fl-indirizz li ġej:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
Call for proposals EACEA/45/12 — ‘INTRA-ACP academic mobility scheme’ |
BOUR 02/29 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1140 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
L-applikazzjoni għall-għotja għandha tintbagħat ukoll bħala verżjoni elettronika fil-mailbox li ġejja:
EACEA-INTRA-ACP@ec.europa.eu
Applikazzjonijiet mibgħuta sal-iskadenza biss u li huma skont ir-rekwiżiti speċifikati fuq il-formola ta’ applikazzjoni ser jiġu aċċettati. Applikazzjonijiet mibgħuta bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.
Id-dokumenti neċessarji kollha huma disponibbli fuq l-indirizz li ġej:
http://eacea.ec.europa.eu/intra_acp_mobility
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/26 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6849 – Enel Green Power/Seci Energia/Powercrop)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/12
1. |
Fil-11 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Enel Green Power SpA (“EGP”, l-Italja), ikkontrollata mill-Enel SpA, u Seci Energia SpA (“Seci Energia”, l-Italja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Powercrop Srl (“Powercrop” l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma. Bħalissa Powercrop hija kkontrollata minn Seci Energia. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6849 – Enel Green Power/Seci Energia/Powercrop, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).