ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.046.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 46

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
16 ta' Frar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 046/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 38, 9.2.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 046/02

Kawża C-534/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC vs Office communautaire des variétés végétales (OCVV), Schniga GmbH (Appell — Dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Artikolu 73(2) — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal dritt Komunitarju mill-Bord tal-Appell tas-CPVO — Setgħa diskrezzjonali — Stħarriġ tal-Qorti Ġenerali — Artikolu 55(4) moqri flimkien mal-Artikolu 61(1)(b) — Dritt tas-CPVO li tagħmel talba ġdida sabiex jintbagħat materjal tal-pjanti)

2

2013/C 046/03

Kawża C-577/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel fuq il-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn — Sanzjonijiet kriminali — Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Distinzjoni oġġettivament ġustifikata — Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali — Prevenzjoni tal-frodi — Ġlieda kontra l-kompetizzjoni żleali — Protezzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom — Proporzjonalità)

2

2013/C 046/04

Kawża C-68/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

3

2013/C 046/05

Kawża C-149/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Leno Merken BV vs Hagelkruis Beheer BV (Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Portata territorjali tal-użu — Użu tat-trade mark Komunitarja fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Suffiċjenti)

3

2013/C 046/06

Kawża C-159/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Azienda Sanitaria Locale di Lecce, Università del Salento vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, et (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 1(2)(a) u (d) — Servizzi — Studju u evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika ta’ strutturi tal-isptarijiet — Kuntratt konkluż bejn żewġ entitajiet pubbliċi, fosthom università — Entità pubblika li jista’ jkollha kwalità ta’ operatur ekonomiku — Kuntratti mwettqa bi ħlas — Korrispettiv li ma jeċċedix l-ispejjeż sostnuti)

4

2013/C 046/07

Kawża C-207/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale di Milano — l-Italja) — 3D I srl vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona (Tassazzjoni — Direttiva 90/434/KEE — Sistema fiskali komuni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti — Artikoli 2, 4 u 9 — Trasferiment ta’ attivi — Intaxxar tal-profitti kapitali magħmula mill-kumpannija li tittrasferixxi f’każ tat-trasferiment ta’ attivi — Differiment tat-tassazzjoni — Kundizzjoni li timponi li jitniżżel fil-karta tal-bilanċ tal-kumpannija li tittrasferixxi riżerva insospensjoni ta’ taxxa li tikkorrispondi mal-valur tal-profitt kapitali magħmul)

4

2013/C 046/08

Kawża C-279/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Traspożizzjoni inkorretta — Anness II — Punt 1(a) sa (ċ) — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet kriminali — Somma f’daqqa — Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru — Kriżi ekonomika — Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)

5

2013/C 046/09

Kawża C-288/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Mitteldeutsche Flughafen AG, Flughafen Leipzig/Halle GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti — Runway għat-tlugħ u l-inżul tal-ajruplani)

5

2013/C 046/10

Kawża C-310/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs (Tassazzjoni — VAT — It-Tieni Direttiva 67/228/KEE — Artikolu 8(a) — Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE — Provvista ta’ oġġetti — Valur taxxabbli — Kummissjoni mħallsa minn Kumpannija ta’ bejgħ b’korrispondenza lill-aġent tagħha — Xiri ta’ klijenti terzi — Tnaqqis tal-prezz wara l-fatt taxxabbli — Effett dirett)

6

2013/C 046/11

Kawża C-314/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Planet AE (Appell — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Identifikazzjoni ta’ livell ta’ riskju assoċjat ma’ entità — Sistema ta’ twissijiet bikrija — Investigazzjoni tal-OLAF — Deċiżjonijiet — Talbiet għal attivazzjoni tat-twissijiet W1a u W1b — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Ammissibbiltà)

6

2013/C 046/12

Kawża C-325/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Koszalinie — il-Polonja) — Krystyna Alder, Ewald Alder vs Sabina Orlowska, Czeslaw Orlowski (Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Notifika tal-atti — Parti ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Rappreżentat iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali — Assenza — Atti proċedurali inklużi fil-fajl — Preżunzjoni ta’ għarfien)

7

2013/C 046/13

Kawża C-363/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Elegktiko Synedrio — il-Greċja) — Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou vs Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ qorti jew tribunal ta xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika — Inammissibbiltà)

7

2013/C 046/14

Kawża C-364/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija) — Mostafa Abed El Karem El Kott, Chadi Amin A Radi, Hazem Kamel Ismail vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal (Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA għal xi raġuni — Prova — Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Dritt li ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva — Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha)

8

2013/C 046/15

Kawża C-374/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Ilmijiet domestiċi użati evakwati permezz ta’ tankijiet settiċi fil-kampanja — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Artikolu 260(2) TFUE — Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sanzjonijiet pekunjarji — Penalità — Somma f’daqqa)

9

2013/C 046/16

Kawża C-445/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Bavaria NV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Tul tal-proċedura amministrattiva — Livell tal-multa)

9

2013/C 046/17

Kawża C-452/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Heineken Nederland BV, Heineken NV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Tul tal-proċedura amministrattiva — Livell tal-multa)

10

2013/C 046/18

Kawża C-549/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — grad Burgas pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite vs Orfey Bulgaria EOOD (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 63, 65, 73 u 80 — Kostituzzjoni ta’ dritt ta’ superfiċi minn persuni fiżiċi għall-benefiċċju ta’ kumpannija inkambju għal servizzi ta’ kostruzzjoni pprovduti minn din il-kumpannija lil dawn il-persuni fiżiċi — Kuntratt ta’ tpartit — VAT fuq is-servizzi ta’ kostruzzjoni — Avveniment li jagħti lok għal ħlas — Imponibbiltà — Ħlas antiċipat tal-korrispettiv kollu — Akkont — Valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni fil-każ ta’ korrispettiv ikkostitwit minn beni jew minn servizzi — Effett dirett)

10

2013/C 046/19

Kawża C-579/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — il-Portugall) — Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP) vs Comissão Directiva do Programa Operacional Potencial Humano, Ministério do Ambiente e do Ordenamento do Território, Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social (Fondi strutturali — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Eliġibbiltà ġeografika — Implementazzjoni ta’ investiment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea minn lokalità li tinstab barra mir-reġjuni eliġibbli u minn operatur stabbilit f’lokalità bħal din)

11

2013/C 046/20

Kawża C-460/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (Ir-Repubblika Slovakka) fil-15 ta’ Ottubru 2012 — SKP vs Ján Bríla

11

2013/C 046/21

Kawża C-470/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd ta’ Svidník (is-Slovakkia) fid-19 ta’ Ottubru 2012 — Pohotovosť, s.r.o. vs Miroslav Vašuta

12

2013/C 046/22

Kawża C-508/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Walter Vapenik vs Josef Thurner

12

2013/C 046/23

Kawża C-510/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Bloomsbury NV vs Belgische Staat

13

2013/C 046/24

Kawża C-519/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Novembru 2012 — OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság vs Hochtief Solution AG

13

2013/C 046/25

Kawża C-539/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunal (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Novembru 2012 — ZJR Lock vs British Gas Trading Limited & Others

13

2013/C 046/26

Kawża C-540/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Novembru 2012 — Rena Schmeel vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

14

2013/C 046/27

Kawża C-541/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Novembru 2012 — Ralf Schuster vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

14

2013/C 046/28

Kawża C-544/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

15

2013/C 046/29

Kawża C-549/12 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2012 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-29 ta’ Novembru 2012, fil-Kawża T-265/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2013/C 046/30

Kawża C-578/12 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2012 minn El Corte Inglés, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-39/10, El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

2013/C 046/31

Kawża C-590/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Winsen (Luhe) (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2012 — Andrea Merten vs ERGO Lebensversicherung AG

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 046/32

Kawża T-568/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2013 — Kokomarina vs UASI — Euro Shoe Unie (interdit de me gronder IDMG) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva interdit de me gronder IDMG — Trade mark tal-Benelux verbali preċedenti DMG — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kontestazzjoni tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mqajma għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

18

2013/C 046/33

Kawża T-255/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Vakili vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2013/C 046/34

Kawża T-531/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2012 — Tifosi Optics vs UASI — Tom Tailor (T)

18

2013/C 046/35

Kawża T-533/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2012 — IBSolution vs UASI — IBS (IBSolution)

19

2013/C 046/36

Kawża T-537/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Zafeiropoulos vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

19

2013/C 046/37

Kawża T-541/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Wedi vs UASI — Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade (BALCO)

21

2013/C 046/38

Kawża T-547/12: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Teva Pharma BV u Teva Pharmaceuticals Europe vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

21

2013/C 046/39

Kawża T-552/12: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — North Drilling vs Il-Kunsill

22

2013/C 046/40

Kawża T-558/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Changshu City Standard Parts Factory vs Il-Kunsill

22

2013/C 046/41

Kawża T-559/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill

23

2013/C 046/42

Kawża T-561/12: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2012 — Beninca vs Il-Kummissjoni

23

2013/C 046/43

Kawża T-562/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dalli vs Il-Kummissjoni

24

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 046/44

Kawża F-44/05 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Strack vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Tneħħija tal-immunità tal-membri tal-persunal ta’ istituzzjoni għall-kliem li ntqal u l-kitbiet imressqa fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja — Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Ċaħda ta’ kandidatura — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku ta’ kandidat li ma ntgħażilx — Awtorità ta’ res judicata — Difett proċedurali — Ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti — Rikors għad-danni — Dannu morali subit minħabba irregolarità)

25

2013/C 046/45

Kawża F-63/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Donati vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Ilment dwar fastidju psikoloġiku — Investigazzjoni amministrattiva — Aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni — Trażmissjoni tal-fajl lill-persuni involuti fl-ilment — Dmir ta’ kunfidenzjalità — Rispett tad-drittijiet tad-difiża)

25

2013/C 046/46

Kawża F-96/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami orali wara r-riżultati miksuba fl-eżamijiet bil-miktub — Talbiet għal eżami mill-ġdid — Dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess għal ċertu informazzjoni li tikkonċernahom — Suġġett u portata — Dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti — Assenza)

26

2013/C 046/47

Kawża F-65/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Mata Blanco vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni interna COM/INT/OLAF/09/AD10 — Ġlieda kontra l-frodi — Kompetenzi rispettivi tal-EPSO u tal-ġurija — Testijiet ta’ aċċess sorveljati mill-ġurija — Test orali — Ksur tal-avviż tal-kompetizzjoni — Differenzi fil-marki — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2013/C 046/48

Kawża F-85/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2012 — AI vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kompetizzjoni interna — Esklużjoni mill-kompetizzjoni insegwitu għar-riżultat miksub fl-ewwel eżami bil-miktub — Eżami mill-ġdid — Ugwaljanza fit-trattament — Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

26

2013/C 046/49

Kawża F-122/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba għal skema ta’ pensjoni nazzjonali — Irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment — Att li ma pprovdiex drittijiet suġġettivi jew vantaġġi oħra simili)

27

2013/C 046/50

Kawża F-1/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Soukup vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Evalwazzjoni tal-eżami orali)

27

2013/C 046/51

Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — AX vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Proċedura dixxiplinarja — Sospensjoni ta’ membru tal-persunal mingħajr tnaqqis tas-salarju bażiku tiegħu — Irtirar ta’ deċiżjoni — Drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Motivazzjoni — Raġunijiet ta’ deċiżjoni — Allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligi professjonali — Nuqqas gravi)

27

2013/C 046/52

Kawża F-10/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Ghiba vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni interna — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni — Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà — Kunċett ta’ servizzi marbuta mal-Kummissjoni)

28

2013/C 046/53

Kawża F-29/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — BA vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/147/09 — Stabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi ta’ ċittadinanza Rumena — Konoxxenza approfondita tal-lingwa uffiċjali tar-Rumanija — Minorità li titkellem l-Ungeriż fir-Rumanija — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni — Portata)

28

2013/C 046/54

Kawża F-42/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Annullament ta’ deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni — Eżekuzzjoni ta’ res judicata — Prinċipju ta’ legalità — Eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid proċedura ta’ kompetizzjoni ġenerali)

28

2013/C 046/55

Kawża F-54/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2012 — BG vs L-Ombudsman Ewropew (Servizz pubbliku — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Revoka — Eżistenza ta’ inkjesta preliminarja quddiem il-qrati kriminali nazzjonali fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa — Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha)

29

2013/C 046/56

Kawża F-57/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Eklund vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Offerta ta’ xogħol proposta lil persuna inkluża fuq lista ta’ riżerva — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni — Esperjenza professjonali miksuba wara d-diploma — Kompetenza rispettiva tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra — Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xogħol — Irtirar tal-offerta ta’ xogħol)

29

2013/C 046/57

Kawża F-79/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Menidiatis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Ċaħda ta’ kandidatura — Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament — Terminu raġonevoli — Miżuri ta’ eżekuzzjoni individwali — Telf ta’ opportunità)

30

2013/C 046/58

Kawża F-97/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Vienna vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Skema ta’ ħlas — Allowances tal-familji — Allowance tad-dar — Tmiem tad-dritt tal-allowance tad-dar — Xoljiment taż-żwieġ)

30

2013/C 046/59

Kawża F-101/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Mileva vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/188/10 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla — Membri permanenti jew mhux permanenti)

30

2013/C 046/60

Kawża F-107/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Ntouvas vs ECDC (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2010 — Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni)

31

2013/C 046/61

Kawża F-61/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Possanzini vs Frontex (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Proċedura li tikkonċerna t-tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju — Komunikazzjoni lill-membru tal-persunal temporanju dwar l-opinjoni negattiva tal-evalwatur fir-rigward tat-tiġdid tal-kuntratt — Att li jikkawża preġudizzju — Assenza — Talba għall-annullament ta’ osservazzjonijiet sfavorevoli dwar il-prestazzjoni li jinsabu fir-rapporti annwali ta’ evalwazzjoni — Rikors manifestament inammissibbli)

31

2013/C 046/62

Kawża F-122/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Novembru 2012 — Vacarescu vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Tardività — Ammissibbiltà manifesta)

31

2013/C 046/63

Kawża F-45/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012 — BT vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt — Rikors immotivat insuffiċjentement — Rikors manifestament inammissibbli)

32

2013/C 046/64

Kawża F-50/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2012 — Ciora vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/198/10 — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni — Rikors — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà manifesta)

32

2013/C 046/65

Kawża F-109/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Scheidemann vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċċjal kien jista’ jiġi promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu — Talba li jibbenefika minn promozzjoni retroattiva — Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda li seħħet wara d-deċiżjoni impliċita — Terminu għall-ilment — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)

32

2013/C 046/66

Kawża F-117/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — AD vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)

32

2013/C 046/67

Kawża F-37/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Settembru 2012 — Skovbjerg Gras vs Il-Kummissjoni

33

2013/C 046/68

Kawża F-49/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Marzu 2012 — BE vs Il-Kummissjoni

33

2013/C 046/69

Kawża F-55/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

33

2013/C 046/70

Kawża F-64/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Westeren vs Il-Kummissjoni

33

2013/C 046/71

Kawża F-11/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Ġunju 2012 — Ciora vs Il-Kummissjoni

33

2013/C 046/72

Kawża F-80/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta’ Diċembru 2012 — de Bruin vs EIT

33

2013/C 046/73

Kawża F-106/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Goddijn vs Europol

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/1


2013/C 46/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 38, 9.2.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 32, 2.2.2013

ĠU C 26, 26.1.2013

ĠU C 9, 12.1.2013

ĠU C 399, 22.12.2012

ĠU C 389, 15.12.2012

ĠU C 379, 8.12.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC vs Office communautaire des variétés végétales (OCVV), Schniga GmbH

(Kawża C-534/10 P) (1)

(Appell - Dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Artikolu 73(2) - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal dritt Komunitarju mill-Bord tal-Appell tas-CPVO - Setgħa diskrezzjonali - Stħarriġ tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 55(4) moqri flimkien mal-Artikolu 61(1)(b) - Dritt tas-CPVO li tagħmel talba ġdida sabiex jintbagħat materjal tal-pjanti)

2013/C 46/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC (rappreżentant: M. Eller, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Office communautaire des variétés végétales (OCVV) (rappreżentanti: M. Ekvad u M. Lightbourne, aġenti), Schniga GmbH (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat 13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs OCVV-Elaris u Brookfield New Zealand (T-135/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), tal 21 ta’ Novembru 2007, li tannulla d-deċiżjoni li tagħti lir-rikorrenti d-dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanta “Gala Schnitzer” u li tiċħad l-oppożizzjonijiet imressqa minn SNC Elaris u minn Brookfield New Zealand

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Brookfield New Zealand Ltd u Elaris SNC huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 05.02.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-577/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel fuq il-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn - Sanzjonijiet kriminali - Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Distinzjoni oġġettivament ġustifikata - Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali - Prevenzjoni tal-frodi - Ġlieda kontra l-kompetizzjoni żleali - Protezzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom - Proporzjonalità)

2013/C 46/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa, C. Vrignon u J.-P. Keppenne, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs, C. Pochet, aġenti, assistiti minn S. Rodrigues, avukat)

Parti intervenjenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u S. Juul Jørgensen kif ukoll minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel fuq fornituri ta’ servizzi indipendenti stabbiliti fi Stati Membri oħra (id-dikjarazzjoni “Limosa”) — Ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Natura diskriminatorja tar-restrizzjoni — Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni u ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

(1)

Meta adotta l-Artikolu 137(8), it-tielet inċiż tal-Artikolu 138, l-Artikolu 153 u l-Artikolu 157(3) tal-Liġi-Qafas (I) tas-27 ta’ Diċembru 2006, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-1 ta’ April 2007, jiġifieri billi impona fuq il-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom stabbiliti fi Stat Membru differenti mir-Renju tal-Belġju l-obbligu ta’ dikjarazzjoni qabel l-eżerċizzju tal-attività tagħhom fil-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 56 TFUE.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-68/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

2013/C 46/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Varone, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) li sar l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, ĠU L 152, p. 1) — Qbiż tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli PM10 fl-arja ambjentali sa mis-sena 2005

Dispożittiv

(1)

Peress li ma żguratx li, għas-snin 2006 u 2007, il-konċentrazzjonijiet tal-PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, fil-55 żona u agglomerazzjoni Taljana msemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2009, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-imsemmija dispożizzjoni.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Leno Merken BV vs Hagelkruis Beheer BV

(Kawża C-149/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “użu ġenwin mit-trade mark” - Portata territorjali tal-użu - Użu tat-trade mark Komunitarja fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed - Suffiċjenti)

2013/C 46/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te ’s-Gravenhage

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leno Merken BV

Konvenuta: Hagelkruis Beheer BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te ’s-Gravenhage- Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Użu tat-trade mark — Użu ġenwin — Kunċett — Użu tat-trade mark Komunitarja fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Użu kkunsidrat bħala ġenwin minn dan tal-aħħar fil-każ ta’ trade mark nazzjonali identika.

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ “użu ġenwin fil-Komunità” ta’ trade mark fis-sens ta’ din id-dispożizjoni, ma għandhomx jitqiesu l-fruntieri tat-territorju tal-Istati Membri.

Trade mark Komunitarja għandha tkun is-suġġett ta’ “użu ġenwin”, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, meta użata skont il-funzjoni essenzjali tagħha u bil-għan li żżomm jew toħloq ishma tas-suq fil-Komunità Ewropea għall-prodotti jew għas-servizzi identifikati minn din it-trade mark. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet huma sodisfatti fil-kawża prinċipali, billi tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti, bħalma huma b’mod partikolari l-karatteristiċi tas-suq inkwistjoni, in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi protetti mit-trade mark, il-portata territorjali u kwantitattiva tal-użu kif ukoll il-frekwenza u r-regolarità ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Azienda Sanitaria Locale di Lecce, Università del Salento vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, et

(Kawża C-159/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) u (d) - Servizzi - Studju u evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika ta’ strutturi tal-isptarijiet - Kuntratt konkluż bejn żewġ entitajiet pubbliċi, fosthom università - Entità pubblika li jista’ jkollha kwalità ta’ operatur ekonomiku - Kuntratti mwettqa bi ħlas - Korrispettiv li ma jeċċedix l-ispejjeż sostnuti)

2013/C 46/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Sanitaria Locale di Lecce, Università del Salento

Konvenuti: Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Associazione delle Organizzazioni di Ingegneri, di Architettura e di Consultazione Tecnico-economica (OICE), Etacons srl, Ing. Vito Prato Engineering srl, Barletti — Del Grosso e Associati srl, Ordine degli Architetti della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(a) u (d), 2 u 28 kif ukoll tal-Anness II, Kategoriji Nri 8 u 12 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Għoti barra minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku — Provvista ta’ servizz, li jikkonsisti fit-twettiq ta’ studju u ta’ evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika ta’ ċerti sptarijiet — Kuntratti konklużi bejn żewġ amministrazzjonijiet pubbliċi, fejn hija università li tipprovdi s-servizzi — Kuntratti b’remunerazzjoni, li fihom il-ħlas ma għandux ikun ogħla mill-ispejjeż sostnuti

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-konklużjoni, mingħajr sejħa għal offerti, ta’ kuntratt li permezz tiegħu entitajiet pubbliċi jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni meta — ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju — kuntratt bħal dan ma għandux bħala għan li jiżgura l-implementazzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku komuni għal dawn l-entitajiet, li ma hijiex esklużivament irregolata minn kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti għat-tħaddin tal-għanijiet ta’ interess pubbliku jew li huwa ta’ natura li jpoġġi fornitur privat f’sitwazzjoni privileġġjata kkomparat mal-kompetituri tiegħu.


(1)  ĠU C 173, 11.06.2011


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale di Milano — l-Italja) — 3D I srl vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

(Kawża C-207/11) (1)

(Tassazzjoni - Direttiva 90/434/KEE - Sistema fiskali komuni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Artikoli 2, 4 u 9 - Trasferiment ta’ attivi - Intaxxar tal-profitti kapitali magħmula mill-kumpannija li tittrasferixxi f’każ tat-trasferiment ta’ attivi - Differiment tat-tassazzjoni - Kundizzjoni li timponi li jitniżżel fil-karta tal-bilanċ tal-kumpannija li tittrasferixxi riżerva insospensjoni ta’ taxxa li tikkorrispondi mal-valur tal-profitt kapitali magħmul)

2013/C 46/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 3D I srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria regionale di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, u 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142) — Trasferiment tal-attiv — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-intaxxar tal-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tal-attiv li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispiża inizjali tal-akkwist tal-ishma jew tal-holdings ittrasferiti u l-valur attwali tagħhom — Eżenzjoni fil-każ li l-kumpannija li tittrasferixxi tinkludi fil-karta tal-bilanċ fiskali tagħha fond ta’ riżerva ekwivalenti għall-qligħ kapitali magħmul

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 4 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li trasferiment ta’ attivi jagħti lok għat-tassazzjoni, f’dak li jikkonċerna l-kumpannija li tittrasferixxi, tal-profitt kapitali li jirriżulta minn dan it-trasferiment, sakemm il-kumpannija li tittrasferixxi ma tniżżilx fil-karta tal-bilanċ tagħha riżerva xierqa, sa limitu tal-profitt kapitali kkonstatat fil-kuntest ta’ dan it-trasferiment.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-279/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Traspożizzjoni inkorretta - Anness II - Punt 1(a) sa (ċ) - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet kriminali - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru - Kriżi ekonomika - Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)

2013/C 46/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon u D. O’Hagen, aġenti, assistiti minn E. Regan SC u C. Toland, BL)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-20 ta’ Novembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-66/06), li tikkonċerna l-ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) — Talba għall-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa

Dispożittiv

(1)

Billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-66/06), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 TFUE.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 1 500 000.

(3)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Mitteldeutsche Flughafen AG, Flughafen Leipzig/Halle GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV)

(Kawża C-288/11 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “impriża” - Attività ekonomika - Kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti - Runway għat-tlugħ u l-inżul tal-ajruplani)

2013/C 46/09

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mitteldeutsche Flughafen AG, Flughafen Leipzig/Halle GmbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u J. Dammann, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) (rappreżentanti: L. Giesberts u G. Kleve, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-443/08 u T-455/08), Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle (ĠU L 346, p. 31) — Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-għajnuna mogħtija għall-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti — Kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE — Applikazzjoni ratione temporis tal-Linji gwida tal-Kummissjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-310/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - It-Tieni Direttiva 67/228/KEE - Artikolu 8(a) - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Provvista ta’ oġġetti - Valur taxxabbli - Kummissjoni mħallsa minn Kumpannija ta’ bejgħ b’korrispondenza lill-aġent tagħha - Xiri ta’ klijenti terzi - Tnaqqis tal-prezz wara l-fatt taxxabbli - Effett dirett)

2013/C 46/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grattan plc

Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, p. 1303) — Valur taxxabbli — Provvista ta’ beni — Kummissjoni mħallsa minn kumpannija li tbiegħ bil-korrispondenza lill-aġent tagħha, li jintervjeni bħala intermedjarju fil-kunsinna ta’ beni lill-konsumatur finali — Kummissjoni fil-forma jew ta’ ħlas fi flus jew inkella permezz ta’ kreditu fuq l-ammonti dovuti lill-kumpannija għal beni mixtrija mill-aġent għall-użu personali tiegħu — Tnaqqis retroattiv tal-valur taxxabbli tal-provvisti ta’ beni mwettqa qabel l-01/01/1978 abbażi tal-effett dirett tal-Artikolu 8(a) tad-direttiva u/jew abbażi tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali jew ta’ trattament ugwali

Dispożittiv

L-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix lil persuna taxxabbli d-dritt li tikkunsidra a posteriori li l-valur taxxabbli ta’ provvista ta’ oġġetti kien tnaqqas meta, wara d-data ta’ meta seħħet din il-provvista ta’ oġġetti, il-fornitur ta lill-aġent kreditu li dan tal-aħħar iddeċieda li jieħu jew fil-forma ta’ ħlas fi flus, jew inkella fil-forma ta’ kreditu validu fuq ammonti dovuti lill-fornitur għal provvisti ta’ oġġetti diġà mwettqa.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Planet AE

(Kawża C-314/11 P) (1)

(Appell - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Identifikazzjoni ta’ livell ta’ riskju assoċjat ma’ entità - Sistema ta’ twissijiet bikrija - Investigazzjoni tal-OLAF - Deċiżjonijiet - Talbiet għal attivazzjoni tat-twissijiet W1a u W1b - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Ammissibbiltà)

2013/C 46/11

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u F. Dintilhac, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Planet AE (rappreżentant: V. Christianos, dikigoros)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Planet vs Il-Kummissjoni (T-320/09), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà imressqa mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, adottati wara investigazzjoni tal-Uffiċċju kontra l-Frodi (OLAF), li tattiva, fis-sistema ta’ twissijiet bikrija (EWS), twissija “W1a” u, sussegwentement, twissija “W1b”, li jidentifikaw il-livell ta’ riskju assoċjat mal-appellata fil-kapaċità tagħha ta’ kumpannija li ngħatat il-kuntratt pubbliku għal servizzi li jirrigwarda proġett ta’ immodernizzar istituzzjonali fis-Sirja, iffinanzjat fil-kuntest tal-programm MEDA (ĠU 2005 S 203-199730)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Koszalinie — il-Polonja) — Krystyna Alder, Ewald Alder vs Sabina Orlowska, Czeslaw Orlowski

(Kawża C-325/11) (1)

(Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Notifika tal-atti - Parti ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Rappreżentat iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali - Assenza - Atti proċedurali inklużi fil-fajl - Preżunzjoni ta’ għarfien)

2013/C 46/12

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Koszalinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krystyna Alder, Ewald Alder

Konvenuti: Sabina Orlowska, Czeslaw Orlowski

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy w Koszalinie (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 tat-Trattat FUE u tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, għal parti li għandha d-domiċilju fit-territorju ta’ Stat ieħor u li ma appuntatx rappreżentant li għandu d-domiċilju fit-territorju nazzjonali, preżunzjoni li dik il-parti għandha konoxxenza tal-atti proċedurali inklużi fil-proċess

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-atti ġudizzjarji intiżi għal parti li r-residenza tagħha jew il-post ta’ soġġorn abitwali tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor jiġu inklużi fil-proċess, billi jitqiesu li ġew innotifikati, meta l-imsemmija parti ma tkunx ħatret rappreżentant awtorizzat li jirċievi n-notifiki u li jirrisjedi fl-ewwel Stat, li fih tiżvolġi l-proċedura ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Elegktiko Synedrio — il-Greċja) — Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou vs Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou

(Kawża C-363/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta” xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika - Inammissibbiltà)

2013/C 46/13

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Elegktiko Synedrio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou

Konvenuta: Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou'

Fil-preżenza ta’: Konstantinos Antonopoulos

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Elegktiko Synedrio — Interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) u tal-Artikolu 153 TFUE — Kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, rispettivament — Kunċett — Kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni għal ħin iddedikat għall-attivitajiet sindakali, bħala leave sindakali — Inklużjoni

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja), b’deċiżjoni tal-1 ta’ Lulju 2011, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija) — Mostafa Abed El Karem El Kott, Chadi Amin A Radi, Hazem Kamel Ismail vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-364/11) (1)

(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuni mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li effettivament irrikorrew għall-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) - Dritt ta’ dawn il-persuni mingħajr stat li jiġi rikonoxxut fil-konfront tagħhom l-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Waqfien tal-imsemmija assistenza min-naħa tal-UNRWA “għal xi raġuni” - Prova - Konsegwenzi għall-partijiet ikkonċernati li jitolbu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat - Dritt li “ipso facto jiġu ntitolati għall-benefiċċji ta’ din id-direttiva” - Rikonoxximent sħiħ tal-kwalità ta’ “refuġjat” fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva u għoti tal-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 13 tagħha)

2013/C 46/14

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mostafa Abed El Karem El Kott, Chadi Amin A Radi, Hazem Kamel Ismail

Konvenuta: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Fil-preżenza ta’: ENSZ Menekültügyi Főbiztossága

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fovárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) — Persuna mingħajr stat, ta’ oriġini Palestinjana li talbet il protezzjoni tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Dritt ta’ din il-persuna mingħajr stat li tibbenefika ipso facto mid-Direttiva 2004/83/KE fil-każ ta’ tmiem tal-protezzjoni żgurata minn dan l-organu — Kundizzjonijiet li mingħajrhom, il protezzjoni tista’ titqies bħala li ntemmet — Kunċett ta’ “li tibbenefika minn din id Direttiva”

Dispożittiv

(1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-waqfien mill-protezzjoni jew mill-assistenza min-naħa ta’ organu jew ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti minbarra l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Protezzjoni u l-Assistenza tar-Refuġjati (HCR) “għal xi raġuni” jinkludi wkoll is-sitwazzjoni ta’ persuna li, wara li tkun irrikorriet effettivament għal din il-protezzjoni jew għal din l-assistenza, ma tkomplix tibbenefika minnha għal raġuni indipendenti mill-kontroll u mir-rieda tagħha. Huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal ażil ippreżentata minn tali persuna li għandhom jivverifikaw, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-applikazzjoni, li din il-persuna ġiet imġiegħla tħalli ż-żona ta’ operat ta’ dan l-organu jew ta’ din l-istituzzjoni, liema sitwazzjoni hija l-każ meta hija tkun tinsab fi stat personali ta’ nuqqas serju ta’ sigurtà u dan l-organu jew istituzzjoni kkonċernat kien jinsab f’sitwazzjoni ta’ impossibbiltà li jiżguralu, f’din iż-żona, kundizzjonijiet ta’ ħajja li huma konformi mal-missjoni li għandu dan l-organu jew din l-istituzzjoni.

(2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal ażil stabbilixxew li l-kundizzjoni relatata mal-waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) hija sodisfatta fir-rigward tal-applikant, fejn il-fatt li jista’ ipso facto “jiġ[i] ntitolat[…] għall-benefiċċji ta’ din id-Direttiva” jimplika r-rikonoxximent, minn dan l-Istat Membru, tal-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva u l-għoti ipso jure tal-istatus ta’ refuġjat lil dan l-applikant, madankollu sa fejn dan tal-aħar ma jaqax taħt l-Artikolu 12(1)(b) jew (2) jew (3).


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-374/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Ilmijiet domestiċi użati evakwati permezz ta’ tankijiet settiċi fil-kampanja - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 260(2) TFUE - Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sanzjonijiet pekunjarji - Penalità - Somma f’daqqa)

2013/C 46/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. White, aġent)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagen u E. Creedon, aġenti, A. Collins SC, M. Gray, BL)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-188/08) dwar il-ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 3) f’dak li jirrigwarda l-ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi — Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra — Talba sabiex jiġu imposti pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-188/08) li tikkonstata n-nuqqas tal-Irlanda li twettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 12 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, li tibda tiddekorri mid-data li fiha tingħata s-sentenza preżenti sad-data tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq.

(3)

L-Irlanda hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 000 000.

(4)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Bavaria NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-445/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Tul tal-proċedura amministrattiva - Livell tal-multa)

2013/C 46/16

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Bavaria NV (rappreżentanti: O. Brouwer, P. W. Schepens u N. Al-Ani, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Bavaria vs Il-Kummissjoni (T-235/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), sa fejn f’dan l-artikolu l-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li Bavaria NV kienet ipparteċipat fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra l-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Bavaria NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Heineken Nederland BV, Heineken NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-452/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Tul tal-proċedura amministrattiva - Livell tal-multa)

2013/C 46/17

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Heineken Nederland BV, Heineken NV (rappreżentanti: T. Ottervanger u M. de Jong, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistit minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni (T-240/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, f’din id-deċiżjoni, ikkonstatat li Heineken NV u Heineken Nederland BV ipparteċipaw fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra tal-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” [tal-catering] fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Heineken Nederland BV u Heineken NV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Burgas pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite vs Orfey Bulgaria EOOD

(Kawża C-549/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 63, 65, 73 u 80 - Kostituzzjoni ta’ dritt ta’ superfiċi minn persuni fiżiċi għall-benefiċċju ta’ kumpannija inkambju għal servizzi ta’ kostruzzjoni pprovduti minn din il-kumpannija lil dawn il-persuni fiżiċi - Kuntratt ta’ tpartit - VAT fuq is-servizzi ta’ kostruzzjoni - Avveniment li jagħti lok għal ħlas - Imponibbiltà - Ħlas antiċipat tal-korrispettiv kollu - Akkont - Valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni fil-każ ta’ korrispettiv ikkostitwit minn beni jew minn servizzi - Effett dirett)

2013/C 46/18

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Burgas pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Konvenut:“Orfey Bulgaria” EOOD

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63, 65, 73, 80 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Okkorrenza tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT għall-provvista ta’ servizz ta’ kostruzzjoni — Ħolqien minn persuni fiżiċi ta’ dritt ta’ superfiċi għall-benefiċċju ta’ kumpannija inkambju ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni minn din il-kumpannija għall-imsemmija persuni fiżiċi — Ħlas bil-quddiem — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi bħala valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni, fil-każ ta’ korrispettiv ikkostitwit minn oġġetti jew minn servizzi, il-valur fis-suq miftuħ tal-kunsinna tal-oġġetti jew tal-provvista ta’ servizzi

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 63 u 65 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, meta dritt ta’ superfiċi huwa kkostitwit għall-benefiċċju ta’ kumpannija bil-għan tal-kostruzzjoni ta’ bini, inkambju għal servizzi ta’ kostruzzjoni ta’ ċerti beni immobbli li jkunu ser isiru f’dan il-bini u li din il-kumpannija tintrabat li tgħaddi ċ-ċwievet tagħhom lill-persuni li kkostitwixxew dan id-dritt ta’ superfiċi, dawn ma jipprekludux li l-VAT fuq dawn is-servizzi ta’ kostruzzjoni ssir dovuta mill-mument li fih id-dritt ta’ superfiċi jiġi kkostitwit, jiġifieri qabel ma ssir din il-provvista ta’ servizzi, peress li, fil-mument tal-kostituzzjoni ta’ dan id-dritt, l-elementi rilevanti kollha ta’ din il-provvista futura ta’ servizzi jkunu diġà magħrufa u għalhekk, b’mod partikolari, is-servizzi inkwistjoni jkunu deskritti bi preċiżjoni, u l-valur ta’ dan id-dritt ikun jista’ jiġi espress fi flus, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

(2)

F’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, fejn it-tranżazzjoni ma ssirx bejn partijiet b’rabtiet fis-sens tal-Artikolu 80 tad-Direttiva 2006/112, li madankollu huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, l-Artikoli 73 u 80 ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, meta l-korrispettiv ta’ tranżazzjoni huwa kompletament ikkostitwit minn beni jew minn servizzi, il-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni jkun il-valur fis-suq miftuħ tal-beni jew tas-servizzi pprovduti.

(3)

L-Artikoli 63, 65 u 73 tad-Direttiva 2006/112 għandhom effett dirett.


(1)  ĠU C 13, 14.01.2012.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — il-Portugall) — Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP) vs Comissão Directiva do Programa Operacional Potencial Humano, Ministério do Ambiente e do Ordenamento do Território, Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social

(Kawża C-579/11) (1)

(Fondi strutturali - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Eliġibbiltà ġeografika - Implementazzjoni ta’ investiment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea minn lokalità li tinstab barra mir-reġjuni eliġibbli u minn operatur stabbilit f’lokalità bħal din)

2013/C 46/19

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP)

Konvenuti: Comissão Directiva do Programa Operacional Potencial Humano, Ministério do Ambiente e do Ordenamento do Território, Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social

Fil-preżenza ta’: Instituto Nacional de Administração, Sindicato dos Quadros Técnicos do Estado, Instituto Superior de Ciências, do Trabalho e da Empresa, Instituto do Desporto de Portugal

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 174, 175 u 176 TFUE, tal-Artikoli 5 sa 8, 22, 32, 34, 35 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25) u tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 196) — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Programmi operazzjonali — Eliġibbiltà tal-ispejjeż — Klassifikazzjoni komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS)

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni li jirrigwardaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li investiment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea jkun implementat minn lokalità li tinstab barra mir-reġjuni eliġibbli u minn operatur stabbilit f’lokalità bħal din, bil-kundizzjoni li dan l-investiment ikun, b’mod immirat u identifikabbli, dirett lejn ir-reġjuni eliġibbli.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (Ir-Repubblika Slovakka) fil-15 ta’ Ottubru 2012 — SKP vs Ján Bríla

(Kawża C-460/12)

2013/C 46/20

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SKP

Konvenut: Ján Bríla

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 6(1) u 7(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik f’dan il-każ, li ma tippermettix lill-qorti nazzjonali li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn professjonist, tirrikonoxxi dejn bħala preskritt fuq il-konsumatur li tieħu inkunsiderazzjoni ex officio l-preskrizzjoni, ukoll meta jiġu eżegwiti kontra l-konsumatur servizzi li jirriżultaw minn klawżoli kuntrattwali inġusti?

(2)

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikoli 6(1), u 7(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti għandha tinforma ex officio lill-konsumatur bid-dritt tiegħu li jinvoka l-preskrizzjoni tad-dejn tiegħu mal-kreditur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd ta’ Svidník (is-Slovakkia) fid-19 ta’ Ottubru 2012 — Pohotovosť, s.r.o. vs Miroslav Vašuta

(Kawża C-470/12)

2013/C 46/21

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd ta’ Svidník

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pohotovosť, s.r.o.

Konvenut: Miroslav Vašuta

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 6(1), 7(1) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 37(1) u (3) tal-Kodiċi ta’ eżekuzzjoni li ma tippermettix lil assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi tintervjeni fi proċedura eżekuttiva?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-imsemmija dispożizzjoni leġiżlattiva ma tmurx kontra d-dritt [tal-Unjoni], id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 37(1) u (3) tal-Kodiċi ta’ eżekuzzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux qorti nazzjonali, skont l-Artikoli 6(1), 7(1) u 8 [tal-imsemmija direttiva] milli tirrikonoxxi lil assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi l-kwalità ta’ intervenjenti fil-proċedura eżekuttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Walter Vapenik vs Josef Thurner

(Kawża C-508/12)

2013/C 46/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Walter Vapenik

Konvenut: Josef Thurner

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri biss kuntratti bejn impriżi fil-pożizzjoni ta’ kreditur u konsumaturi fil-pożizzjoni ta’ debitur, jew huwa biżżejjed li minn tal-inqas id-debitur ikun konsumatur, b’tali mod li din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal pretensjonijiet li jitressqu minn konsumatur kontra konsumatur ieħor?


(1)  Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Bloomsbury NV vs Belgische Staat

(Kawża C-510/12)

2013/C 46/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bloomsbury NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(3) sa (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660, tal-25 ta’ Lulju tal-1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ meta kumpannija takkwista attiv importanti b’xejn, u ma tistax konsegwentement tattribwilu valur tal-akkwist fil-kontijiet tagħha, bir-riżultat li tingħata stampa qarrieqa tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-qligħ u telf tal-kumpannija, l-imsemmi attiv importanti akkwistat b’xejn, għandu madankollu jiġi inkluż fil-kontijiet bil-valur reali tiegħu ?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Novembru 2012 — OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság vs Hochtief Solution AG

(Kawża C-519/12)

2013/C 46/24

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság

Konvenuta: Hochtief Solution AG

Domanda preliminari

Pretensjoni bejn partijiet li ma humiex marbuta direttament permezz ta’ kuntratt, bħal dik li l-bank rikorrent qiegħed jinvoka f’din il-kawża kontra kumpannija (mhux residenti) li għandha sehem f’kumpannija oħra li bbenefikat minn kreditu min-naħa tar-rikorrent u li fiha l-imsemmija kumpannija mhux residenti kellha, matul il-perijodu kontenzjuż, influwenza li kienet tippermettilha teżerċita kontroll dirett fuqha, fuq il-bażi li din hija obbligata tagħmel tajjeb għad-dejn li tidħol għalih il-kumpannija kkontrollata, għandha titqies bħala materja li għandha x’taqsam ma’ kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 (1)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunal (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Novembru 2012 — ZJR Lock vs British Gas Trading Limited & Others

(Kawża C-539/12)

2013/C 46/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Employment Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZJR Lock

Konvenuti: British Gas Trading Limited & Others

Domandi preliminari

(1)

Meta

(i)

ir-remunerazzjoni annwali ta’ ħaddiem tinkludi r-remunerazzjoni bażika u l-ħlasijiet ta’ kummissjoni li jingħataw skont dritt għall-kummissjoni stabbilt f’kuntratt;

(ii)

l-kummissjoni titħallas b’riferiment għall-bejgħ magħmul u għall-kuntratti konklużi mill-persuna li timpjega grazzi għax-xogħol tal-ħaddiem;

(iii)

l-kummissjoni titħallas f’arretrati u l-ammont tal-kummissjoni rċevut matul perijodu ta’ riferiment partikolari jvarja skont il-valur tal-bejgħ mwettaq u l-kuntratti konklużi kif ukoll iż-żmien li fih sar dan il-bejgħ;

(iv)

matul il-perijodi ta’ leave annwali, il-ħaddiem ma jagħmel l-ebda xogħol li kieku jintitolah għal dawn il-ħlasijiet tal-kummissjoni u għaldaqstant ma jiġġenerax kummissjoni fir-rigward ta’ dawn il-perijodi;

(v)

għall-perijodu ta’ remunerazzjoni li jinkludi perijodu ta’ leave annwali, il-ħaddiem huwa intitolat għar-remunerazzjoni bażika u jibqa’ jirċievi ħlasijiet tal-kummissjoni bbażati fuq kummissjoni li huwa jkun qala’ preċedentement; u

(vi)

il-medja tal-qligħ tal-kummissjoni tiegħu matul is-sena tkun inqas minn dik li kien ikollu kieku l-ħaddiem ma kienx ħa leave, minħabba li, matul il-perijodu ta’ leave, huwa ma kienx għamel xogħol li kien jintitolah għall-ħlasijiet tal-kummissjoni

l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/104/KE (1), kif emendata bid-Direttiva 2003/88/KE (2), jimponi li l-Istati Membri jieħu miżuri sabiex jiżguraw li ħaddiem jitħallas fir-rigward ta’ perijodi ta’ leave annwali, b’riferiment għall-ħlasijiet ta’ kummissjoni li huwa kieku kien jaqla’ matul dak il-perijodu li kieku ma kienx ħa l-leave, kif ukoll ir-remunerazzjoni bażika tiegħu?

(2)

Liema huma l-prinċipji applikabbli għall-ewwel domanda?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, liema huma l-prinċipji (jekk hemm) li huma meħtieġa li jiġu adottati mill-Istati Membri fil-kalkolu tas-somma dovuta lill-ħaddiem b’riferiment għall-kummissjoni li l-ħaddiem kien jew seta’ jaqla’ li kieku ma ħax il-leave annwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197).

(2)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Novembru 2012 — Rena Schmeel vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-540/12)

2013/C 46/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rena Schmeel

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari d-Direttiva 2000/78/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi projbizzjoni komprensiva fir-rigward ta’ diskriminazzjoni mhux iġġustifikata bbażata fuq l-età li tkopri wkoll regoli nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali ta’ Land?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew twassal sabiex dispożizzjoni nazzjonali, li tipprovdi li l-ammont tas-salarju bażiku ta’ uffiċjal fil-mument li jinħatar bħala uffiċjal permanenti fis-servizz pubbliku jiddependi fil-parti l-kbira tiegħu mill-età tiegħu u li dan l-ammont sussegwentement jiżdied prinċipalment fuq il-bażi tat-tul tas-servizz tiegħu fis-servizz pubbliku, tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età?

(3)

Fil-każ li anki t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi li tali dispożizzjoni nazzjonali tiġi ġġustifikata permezz tal-għan leġiżlattiv li tiġi rikonoxxuta l-esperjenza professjonali?

(4)

Fil-każ li anki t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tippermetti, sakemm ma jkun implementat ebda dritt għal remunerazzjoni li ma jimplikax diskriminazzjoni, konsegwenza legali oħra apparti l-għoti ta’ remunerazzjoni retroattivament lill-persuni ddiskriminati skont l-ogħla livell ta’ salarju fil-grad ta’ salarju tagħhom?

Il-konsegwenza legali tal-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tirriżulta direttament mid-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari mid-Direttiva 2000/78/KE, jew jista’ jkun hemm pretensjoni biss minħabba implementazzjoni inkorretta tar-rekwiżiti legali Ewropej, inkonformità mar-responsabbiltà tal-Istat skont id-dritt tal-Unjoni?

(5)

L-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi miżura nazzjonali li tissuġġetta pretensjoni għal ħlas (b’lura) jew għal kumpens għall-kundizzjoni li l-uffiċjali jkunu ressqu din il-pretensjoni fi żmien xieraq?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Novembru 2012 — Ralf Schuster vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-541/12)

2013/C 46/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ralf Schuster

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari d-Direttiva 2000/78/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi projbizzjoni komprensiva fir-rigward ta’ diskriminazzjoni mhux iġġustifikata bbażata fuq l-età li tkopri wkoll regoli nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali ta’ Land?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew twassal sabiex dispożizzjoni nazzjonali, li tipprovdi li l-ammont tas-salarju bażiku ta’ uffiċjal fil-mument li jinħatar bħala uffiċjal permanenti fis-servizz pubbliku jiddependi fil-parti l-kbira tiegħu mill-età tiegħu u li dan l-ammont sussegwentement jiżdied prinċipalment fuq il-bażi tat-tul tas-servizz tiegħu fis-servizz pubbliku, tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età?

(3)

Fil-każ li anki t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi li tali dispożizzjoni nazzjonali tiġi ġġustifikata permezz tal-għan leġiżlattiv li tiġi rikonoxxuta l-esperjenza professjonali?

(4)

Fil-każ li anki t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv: l-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tippermetti, sakemm ma jkun implementat ebda dritt għal remunerazzjoni li ma jimplikax diskriminazzjoni, konsegwenza legali oħra apparti l-għoti ta’ remunerazzjoni retroattivament lill-persuni ddiskriminati skont l-ogħla livell ta’ salarju fil-grad ta’ salarju tagħhom?

Il-konsegwenza legali tal-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tirriżulta direttament mid-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew, f’dan il-każ b’mod partikolari mid-Direttiva 2000/78/KE, jew jista’ jkun hemm pretensjoni biss minħabba implementazzjoni inkorretta tar-rekwiżiti legali Ewropej, inkonformità mar-responsabbiltà tal-Istat skont id-dritt tal-Unjoni?

(5)

L-interpretazzjoni tad-dritt primarju u/jew sekondarju Ewropew tipprekludi miżura nazzjonali li tissuġġetta pretensjoni għal ħlas (b’lura) jew għal kumpens għall-kundizzjoni li l-uffiċjali jkunu ressqu din il-pretensjoni fi żmien xieraq?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/15


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-544/12)

2013/C 46/28

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Simonsson u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li peress li ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha necessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, dwar l-imposti tal-ajruporti (1), u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 u 6(2), kif ukoll l-Artikoli 7, 8, 9 u 13 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penali, li tammonta għall-EUR 75 002,88 kuljum u li hija kkalkolata mid-data meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża, minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tinnotifika l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2009/12/KE;

tikkundanna lill-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/12/KE skada fil-15 ta’ Marzu 2011.


(1)  ĠU L 70, p. 11


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/15


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2012 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-29 ta’ Novembru 2012, fil-Kawża T-265/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-549/12 P)

2013/C 46/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, aġent, U. Karpenstein u C. Johann, avukati)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-265/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja (intervenjenti), ir-Repubblika Franċiża (intervenjenti) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (intervenjenti) vs Il-Kummissjoni Ewropea li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1690 finali, tat-30 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Programm Operattiv fir-reġjun tal-Objettiv Nru 1 tal-Land ta’ Thüringen (il-Ġermanja) (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 1939/5 tal-5 ta’ Awwissu 1994 u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1690 finali, tat-30 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Programm Operattiv fir-reġjun tal-Objettiv Nru 1 tal-Land ta’ Thüringen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ dan l-appell huwa s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għal annullament tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1690 finali, tat-30 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Programm Operattiv fir-reġjun tal-Objettiv Nru 1 tal-Land ta’ Thüringen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/5 tal-5 ta’ Awwissu 1994.

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji:

 

L-ewwel nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 (1), kif ukoll l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (2) u l-prinċipju tal’ attribuzzjoni tal-kompetenzi (Artikolu 5(2) TEU u l-Artikolu 7 TFEU; li qabel kien l-Artikolu 5 KE), peress li żbaljat meta kkunsidrat li żbalji amministrattivi attribwibbli lill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkostitwixxu “irregolaritajiet” li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju). Anki jekk korrezzjoni finanzjarja għal żball amministrattiv tista’ fil-prinċipju sseħħ, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata, peress li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li ksur tal-liġi nazzjonali u żbalji li ma jaffettwawx il-baġit tal-Unjoni Ewropea jistgħu jikkostitwixxu “irregolaritajiet” li jiġġustifikaw korrezzjonijiet finanzjarji (it-tieni parti tal-ewwel aggravju).

 

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88 kif ukoll il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi (Artikolu 5(2) TEU u l-Artikolu 7 TFEU) peress illi b’mod żbaljat tat lill-Kummissjoni s-setgħa li testrapola korrezzjonijiet finanzjarji (l-ewwel parti tat-tieni aggravju). Anki jekk, bħala prinċipju, il-Kummissjoni kellha din is-setgħa ta’ estrapolazzjoni, il-Qorti Ġenerali jmissha rrikonoxxiet l-illegalità tal-applikazzjoni tagħha fil-każ preżenti. Minn naħa waħda, fi kwalunkwe każ, ma ġiex stabbilit telf għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ parti mill-proġett inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma jmisshiex ikklassifikat parti mill-iżball inkwistjoni bħala żball sistematiku (it-tieni parti tat-tieni aggravju).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, dwar dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jikkonċerna l-koordinazzjoni bejn l-interventi tal-Fondi Strutturali differenti, minn naha, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħra, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/16


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2012 minn El Corte Inglés, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-39/10, El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-578/12 P)

2013/C 46/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: El Corte Inglés, SA (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, avukata, J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Emilio Pucci International BV

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-39/10 kollha kemm hi.

tordna li l-UASI għandu jbati l-ispejjeż sostnuti minn El Corte Inglés, SA.

tordna li Emilio Pucci International BV għandha tbati l-ispejjeż sostnuti minn El Corte Inglés, SA.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni [Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1)] bejn it-trade marks preċedenti “EMIDIO TUCCI” u “E. TUCCI” u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kkontestata “PUCCI”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 28, billi pprovat użu ġenwin tat-trade marks Spanjoli kollha tagħha u hemm trade mark waħda (applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3679528) li ma hijiex suġġetta għal dan l-obbligu, filwaqt li hemm xebh li joħloq konfużjoni bejn is-sinjali inkwistjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja 2009 ġew ukoll issodisfati f’din il-kawża, peress li r-reġistrazzjonijiet għal trade mark Komunitarja preċedenti jgawdu minn reputazzjoni fi Spanja fir-rigward ta’ prodotti marbuta mal-moda u l-użu ta’ sinjal li jixxiebah minn terzi jkun ta’ ħsara għal, u jikseb vantaġġ indebitu minn, tali reputazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Winsen (Luhe) (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2012 — Andrea Merten vs ERGO Lebensversicherung AG

(Kawża C-590/12)

2013/C 46/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Winsen (Luhe)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andrea Merten

Konvenuta: ERGO Lebensversicherung AG

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (1), ikkunsidrata fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 92/96/KEE (2), fit-test kif jinsab fl-Artikoli 35 u 36 flimkien mal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/83/KE (3) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni, bħal dik li tinsab fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt tal-assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni ta’ direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tal-liġi tal-assigurazzjoni, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni fid-dritt Ġermaniż dwar il-kontroll tal-impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tirrikonoxxi lit-titolari ta’ polza ta’ assigurazzjoni dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni għal mhux iktar minn sena b’effett mill-ħlas tal-ewwel premium tal-assigurazzjoni u dan anki meta dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat dwar id-dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni tiegħu?


(1)  Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 330, p. 50).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, p. 1).

(3)  Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2013 — Kokomarina vs UASI — Euro Shoe Unie (interdit de me gronder IDMG)

(Kawża T-568/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva interdit de me gronder IDMG - Trade mark tal-Benelux verbali preċedenti DMG - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kontestazzjoni tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mqajma għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

2013/C 46/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kokomarina (Concarneau, Franza) (rappreżentant: C. Charrière Bournazel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Shoe Group (Beringen, il-Belġju) (rappreżentant: I. Vernimme, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI fil-Każ R 1814/2010-1, tal-21 ta’ Lulju 2011, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Shoe Unie u Kokomarina.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kokomarina hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 14.01.2012.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Vakili vs Il-Kunsill

(Kawża T-255/12) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 46/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bahman Vakili (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, kif ukoll tal-ittra tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2012.

Dispożittiv

(1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti minn Bahman Vakili.


(1)  ĠU C 258, 25.08.2012.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/18


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2012 — Tifosi Optics vs UASI — Tom Tailor (T)

(Kawża T-531/12)

2013/C 46/34

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tifosi Optics, Inc. (Watkinsville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tom Tailor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Settembru 2012, fil-Każ R 729/2011-2 fl-intier tiegħu, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “T”, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 543 183

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Nru 1 368 232 għat-trade mark figurattiva “T”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25; t-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Nru 2 747 996 għat-trade mark figurattiva “T”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 6, 9, 14, 18, 21, 24, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2012 — IBSolution vs UASI — IBS (IBSolution)

(Kawża T-533/12)

2013/C 46/35

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IBSolution GmbH (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IBS AB (Solna, l-Isvezja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors huwa fondat;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 771/2011-2;

tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 771/2011-2, billi tagħti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “IBSolution” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8421877

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 38729 tat-trade mark figurattiva “IBS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/19


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Zafeiropoulos vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

(Kawża T-537/12)

2013/C 46/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Panteleimon Zafeiropoulos (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: M. Kontogiorgos, avukat)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-kumitat tal-evalwazzjoni taċ-Cedefop li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrent fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti permezz ta’ proċedura ristretta u mħaffa għall-għoti tal-kuntratt “Provvista ta’ servizzi mediċi għall-membri tal-persunal taċ-Cedefop” (Sejħa għal Offerti 2012/S115-189528), kif ukoll tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt (2012/S208-341369/27.10.2012) li permezz tagħha dan il-kuntratt ingħata lil pedjatriku;

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad t-talba għal konferma ppreżentata mir-rikorrent lill-konvenut fid-19 ta’ Novembru 2012 u tordna lil dan tal-aħħar sabiex iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti Ġenerali t-test komplet tad-dokumenti kollha li jirrigwardaw il-proċedura kkontestata, sabiex ikun possibbli li jsir stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna liċ-Cedefop sabiex iħallas lir-rikorrenti l-kumpens ta’ EUR 100 000 għad-dannu subit minħabba l-azzjonijiet tal-organi taċ-Cedefop li huma s-suġġett ta’ dan ir-rikors; u

tikkundanna liċ-Cedefop għall-ispejjeż tal-proċedimenti u għall-ispejjeż l-oħra kollha sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent isostni li l-azzjonijiet ikkontestati ta’ Cedefop huma nieqsa minn motivazzjoni u jiksru d-dritt ta’ difiża u d-dritt tar-rikorrent li jikseb protezzjoni effettiva, peress li mill-kontenut tad-deċiżjoni ta’ għoti kkontestata u mid-dokumenti pprovduti bħala riżultat tat-talba tar-rikorrent jirriżulta li ma huwiex possibbli li tinsilet konklużjoni ċerta fir-rigward tal-modalità ta’ evalwazzjoni u, fl-aħħar nett, ta’ klassifikazzjoni tal-offerti u li, konsegwentement, id-deċiżjoni finali tal-konvenut, Cedefop, ma kinitx immotivata suffiċjentement, fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1); minbarra dan, ir-rikorrent ma ġiex informat bil-karatteristiċi speċifiċi u l-vantaġġi komparattivi tal-offerta magħżula meta mqabbla mal-offerta tiegħu. Barra minn hekk, huwa jsostni li l-elementi li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni finali tal-kumitat ta’ evalwazzjoni fil-proċedura kkontestata ta’ għoti tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi mediċi lill-membri tal-persunal taċ-Cedefop qatt ma ġew ikkomunikati lilu, minkejja l-preżentazzjoni ta’ din it-talba u ta’ talba għal konferma f’dan ir-rigward.

(2)

Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li ċ-Cedefop wettaq żball ta’ fatt u kiser il-prinċipji ta’ objettività u ta’ imparżjalità peress li l-evalwazzjonijiet/motivazzjonijiet tal-kumitat tal-evalwazzjoni taċ-Cedefop li jinsabu fir-rapport individwali ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent huma manifestament żbaljati u l-evalwazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi tal-offerti ppreżentati huwa nieqes minn objettività.

(3)

Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li kien hemm ukoll ksur ta’ klawżola fundamentali tas-sejħa għal offerti li tirrigwarda l-kapaċità teknika tal-offerenti u, b’mod partikolari, kien hemm ksur tal-klawżola li tirrigwarda l-“kapaċità teknika” tal-applikanti, peress li l-offerent rebbieħ ma għandux waħda mill-ispeċjalizzazzjonijiet mediċi fost dawk meħtieġa mis-sejħa għal offerti u għaldaqstant dan tal-aħħar kellu jiġi eskluż.

(4)

Fir-raba’ lok, ir-rikorrent isostni li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ proporżjonalità u tal-obbligu li jiġu ddefiniti kriterji ta’ għoti li jippermettu evalwazzjoni komparattiva objettiva tal-offerti, peress li Cedefop, billi uża bħala kriterju ta’ għoti l-“kwalità tal-intervista” kiser dan il-prinċipju u naqas milli jwettaq l-obbligu msemmi hawn fuq, peress li tali kriterju kien ifformulat b’mod tant impreċiż li l-applikanti ma kellhomx il-possibbiltà li jiddeterminaw l-aħjar kapaċità li huma kellhom bżonn sabiex jiksbu l-iktar punti possibbli.

(5)

Fil-ħames lok, ir-rikorrent isostni li l-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi kkontestat jikser ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, sa fejn, b’tali kuntratt, il-konvenut Cedefop, bħala korp rregolat mid-dritt pubbliku li jimpjega iktar minn 50 ħaddiem, naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li juża esklużivament is-servizzi ta’ tabib bi speċjalizzazzjoni fil-mediċina ġenerali.

(6)

Fis-sitt lok, ir-rikorrent isostni li hemm ukoll ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza peress li l-konvenut Cedefop, billi naqas milli jikkomunika l-informazzjoni mitluba mir-rikorrent, kemm fit-talba tiegħu tal-15 ta’ Ottubru 2012, kif ukoll fit-talba tiegħu għal konferma tad-19 ta’ Novembru 2012, kiser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002 u tal-Artikolu 149(3) tar-Regolament Nru 2342/2002/KE minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda, fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li t-talba tiegħu għal kumpens għad-danni hija fondata, peress li hija konformi mal-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura u fir-rikors huma esposti l-fatti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jagħtu lok għar-responsabbiltà extrakuntrattwali taċ-Cedefop, kif stabbiliti fl-Artikolu 340 TFUE.


(1)  Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/21


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Wedi vs UASI — Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade (BALCO)

(Kawża T-541/12)

2013/C 46/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wedi GmbH (Emsdetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 2255/2011-4;

sussidjarjament, tissospendi l-proċedimenti fil-Każ R 2255/2011-4 sal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tal-15 ta’ Novembru 2012 għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-Trade mark Komunitarja Nru 006095889 Balkogrün, irreġistrata quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) bin-numru 000007267 C, li tappartjeni lill-parti l-oħra;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BALKO” għal prodotti fil-klassi 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 023 771

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “Balkogrün”, “Balkoplan” u “Balkotop” għal prodotti fil-klassijiet 19, 21 u 27

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/21


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Teva Pharma BV u Teva Pharmaceuticals Europe vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(Kawża T-547/12)

2013/C 46/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharma BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Teva Pharmaceuticals Europe BV (Utrecht) (rappreżentanti: K. Bacon u D. Piccinin, barristers; G. Morgan u C. Drew, solicitors)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li tinsab fl-ittra tagħha tas-26 ta’ Novembru 2012, li tirrifjuta li tivvalida t-talba tar-rikorrenti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-verżjoni ġenerika tagħhom tal-“abacavir/lamivudine”; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt li r-rifjut li tiġi vvalidata t-talba tagħhom għal awtorizzazzjoni ta’ verżjoni ġenerika ta’ prodott mediċinali ta’ kombinazzjoni fissa, għaliex il-prodott mediċinali kien protett b’perijodu ta’ esklużività ta’ għaxar snin, imur kontra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), u kontra d-Direttiva 2001/83/KE (2), skont kif għandhom jiġu interpretati. Ir-rikorrenti jsostnu, b’mod partikolari, li t-titolari tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali inkwistjoni ma jistax jibbenefika minn perijodu ta’ esklużività tad-data ta’ għaxar snin, għaliex l-imsemmi prodott mediċinali huwa prodott mediċinali ta’ kombinazzjoni fissa li jħallat żewġ sostanzi attivi li ġew ipprovduti u użati fi ħdan l-UE bħala komponenti ta’ numru ta’ prodotti mediċinali differenti, u dan għal numru ta’ snin. Għaldaqstant, ir-rikorrenti jsostnu li l-prodott mediċinali jaqa’ taħt l-istess awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq globali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, bħall-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq preċedenti għall-komponenti tal-imsemmi prodott mediċinali. Għaldaqstant, ir-rikorrenti jsostnu li l-prodott mediċinali ma kien jibbenefika minn ebda perijodu ta’ esklużività addizzjonali ta’ data wara l-iskadenza tal-esklużività tad-data marbuta mal-awtorizzazzjonijiet imsemmija l-aħħar.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/22


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — North Drilling vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/12)

2013/C 46/39

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: North Drilling Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti u tneħħi isem ir-rikorrenti mill-anness tagħha;

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti u tneħħi isem ir-rikorrenti mill-anness tiegħu, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom huma bbażati d-dispożizzjonijiet ikkontestati, billi dawn ma humiex fondati u ma għandhomx bażi probatorju reali.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, minħabba li l-atti kkontestati jipprovdu, fir-rigward ta’ North Drilling Co., motivazzjoni żbaljata li hija infondata u li hija ġenerali u stereotipika.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward tal-motivazzjoni tal-atti, tan-nuqqas ta’ prova tal-motiv allegat u tad-drittijiet tad-difiża u tal-proprjetà, billi ma ġiex irrispettat ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni li jaffettwa d-drittijiet l-oħra.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà, minħabba li dan ġie limitat mingħajr ġustifikazzjoni reali.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, minħabba fi preġudizzju tal-pożizzjoni komparattiva tar-rikorrenti mingħajr ma kien hemm ebda raġuni għal dan.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter, billi hemm indizji oġġettivi, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi sostnut li bl-adozzjoni tas-sanzjoni ntlaħqu għanijiet differenti minn dawk sostnuti mill-Kunsill.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/22


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Changshu City Standard Parts Factory vs Il-Kunsill

(Kawża T-558/12)

2013/C 46/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: City Standard Parts Factory (Changshu, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-esklużjoni mill-kalkolu ta’ dumping ta’ ċerti tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni tar-rikorrenti tikser l-Artikoli 2(11), 2(8), 2(9), 2(7)(a) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-Artikolu 2.4.2 tal-Ftehim ta’ Implementazzjoni tad-WTO tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li ċ-ċaħda ta’ ċerti aġġustamenti mitluba mir-rikorrenti tikser l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/1990, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea u l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim ta’ Implementazzjoni tad-WTO tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994. Sussidjarjament, ir-rikorrenti tqis li l-Kunsill kiser l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/23


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill

(Kawża T-559/12)

2013/C 46/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (Ningbo, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-esklużjoni mill-kalkolu ta’ dumping ta’ ċerti tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni tar-rikorrenti tikser l-Artikoli 2(11), 2(8), 2(9), 2(7)(a) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-Artikolu 2.4.2 tal-Ftehim ta’ Implementazzjoni tad-WTO tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li ċ-ċaħda ta’ ċerti aġġustamenti mitluba mir-rikorrenti tikser l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/1990, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea u l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim ta’ Implementazzjoni tad-WTO tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994. Sussidjarjament, ir-rikorrenti tqis li l-Kunsill kiser l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2012 — Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/12)

2013/C 46/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-aċċess għal dokument prodott fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6166 — NYSE Euronext/Deutsche Börse); u

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li ma tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). Dan huwa partikolarment minnu għall-eċċezzjonijiet li l-Kummissjoni tirreferi għalihom fid-deċiżjoni, jiġifieri t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li kieku waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet kellha tapplika, id-deċiżjoni tonqos milli tikkunsidra jekk aċċess, għall-inqas parzjali (jew revedut), għad-dokument mitlub huwiex possibbli skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu dritt għal aċċess għad-dokument mitlub minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li d-dokument inkwistjoni jsir disponibbli, skont l-Artikoli 4(2) u 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/24


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/12)

2013/C 46/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Dalli (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: L. Levi, A. Alamanou u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni orali tas-16 ta’ Ottubru 2012, meħuda mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, li ttemm b’effett immedjat l-inkarigu tiegħu,

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 245 u 247 TFUE, peress li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet minn awtur li ma kellux kompetenza.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq, sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 17(6) TUE u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, peresss li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tiġi kkunsidrata li timplika riżenja valida tar-rikorrent.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti u ksur tar-regoli proċedurali, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq motivi validi u peress li r-riżultati tal-investigazzjoni tal-OLAF, li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, jirriżultaw minn proċedura illegali.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li r-rikorrent ma setax jeżamina u jevalwa l-fatti li huwa akkużat bihom.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li r-rikorrent ma setax ikun jaf liema huma l-għanijiet tad-deċiżjoni kkontestata u jekk kienx hemm xi miżura inqas repressiva li setgħet tiġi kkunsidrata.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/25


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/05 RENV)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Tneħħija tal-immunità tal-membri tal-persunal ta’ istituzzjoni għall-kliem li ntqal u l-kitbiet imressqa fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja - Ħatra f’pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Ċaħda ta’ kandidatura - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku ta’ kandidat li ma ntgħażilx - Awtorità ta’ res judicata - Difett proċedurali - Ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti - Rikors għad-danni - Dannu morali subit minħabba irregolarità)

2013/C 46/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) [rappreżentanti: N. A. Lödler u H. Tettenborn, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti]

Suġġett

Rinviju wara annullament — Servizz pubbliku — Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni “Sejħiet għal offerti u kuntratti” u li tinnomina kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni (li kienet T-225/05).

Dispożittiv

(1)

It-talba għat-tneħħija tal-immunità li jibbenefikaw minnha l-membri tal-persunal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża F-44/05, Strack vs Il-Kummissjoni, hija miċħuda bħala inammissibbli.

(2)

It-talba għal kumpens minħabba dewmien eċċessiv fil-proċedura amministrattiva intiża sabiex timtela’ l-pożizzjoni u għal dewmien eċċessiv tal-proċedura prekontenzjuża hija miċħuda bħala infondata.

(3)

Id-deċiżjoni tan-nomina ta’ A u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tad-19 ta’ Novembru 2004, li tiċħad il-kandidatura ta’ G. Strack għall-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni “Sejħiet għal offerti u kuntratti” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej huma annullati.

(4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi Strack vs Il-Kummissjoni, F-44/05, Il-Kummissjoni vs Strack, T-526/08 P, u Strack vs Il-Kummissjoni, F-44/05 RENV u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ G. Strack f’dawn l-istess kawżi.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/25


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Donati vs BĊE

(Kawża F-63/09) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ilment dwar fastidju psikoloġiku - Investigazzjoni amministrattiva - Aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni - Trażmissjoni tal-fajl lill-persuni involuti fl-ilment - Dmir ta’ kunfidenzjalità - Rispett tad-drittijiet tad-difiża)

2013/C 46/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paola Donati (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Feyerbacher u N. Urban, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma jkomplix jeżamina l-allegazzjonijiet dwar l-allegat fastidju psikoloġiku li sofriet ir-rikorrenti, kif ukoll li ma jkomplix jeżamina l-kumpens għad-dannu sofrut

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

P. Donati għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009, p. 50.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/09) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami orali wara r-riżultati miksuba fl-eżamijiet bil-miktub - Talbiet għal eżami mill-ġdid - Dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess għal ċertu informazzjoni li tikkonċernahom - Suġġett u portata - Dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti - Assenza)

2013/C 46/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Díez Lorenzo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li biha r-rikorrenti ma titħalliex tipparteċipa fl-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08 u li tirrifjutalha l-aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti u, min-naħa l-oħra, għall-annullament, b’effett retroattiv, tal-lista ta’ riżerva ppubblikata wara l-eżamijiet tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn E. Cuallado Martorell.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010, p. 54.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Mata Blanco vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/10) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna COM/INT/OLAF/09/AD10 - Ġlieda kontra l-frodi - Kompetenzi rispettivi tal-EPSO u tal-ġurija - Testijiet ta’ aċċess sorveljati mill-ġurija - Test orali - Ksur tal-avviż tal-kompetizzjoni - Differenzi fil-marki - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 46/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Manuel Mata Blanco (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement minn B. Eggers, aġent)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna “COM/INT/OLAF/09/AD10 — Amministraturi speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi” kif ukoll tal-lista ta’ riżerva u tad-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi ta’ din il-lista.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J. M. Mata Blanco għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010, p. 73.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2012 — AI vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-85/10) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kompetizzjoni interna - Esklużjoni mill-kompetizzjoni insegwitu għar-riżultat miksub fl-ewwel eżami bil-miktub - Eżami mill-ġdid - Ugwaljanza fit-trattament - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

2013/C 46/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AI (rappreżentanti: inizjalment M. Erniquin, avukat, sussegwentement M. Erniquin u L. N’Gapou, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Minn naħa, it-talba li jiġu annullati d-deliberazzjonijiet tal-Bord tal-Għażla rigward ir-riżultati tal-eżami bil-Franċiż tal-kompetizzjoni interna Nru CJ 12/09 u, sa fejn hemm bżonn, li jiġu annullati l-kuntratti u l-ħatriet tal-persuni li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, it-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti u t-talba għall-kumpens għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011, p. 39.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba għal skema ta’ pensjoni nazzjonali - Irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment - Att li ma pprovdiex drittijiet suġġettivi jew vantaġġi oħra simili)

2013/C 46/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata proposta dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, li diġà ġiet aċċettata minnhom.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 u tat-23 ta’ Frar 2010 huma annullati inkwantu rtiraw il-proposti, magħmula lil G. Cocchi u lil N. Falcione, filwaqt li indikaw ir-riżultat, fi snin ta’ servizz, ta’ pensjoni addizzjonali li eventwali trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom ser jiġġenera.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati terz mill-ispejjeż sostnuti minn G. Cocchi u N. Falcione.

(4)

G. Cocchi u N. Falcione għandhom ibatu żewġ terzi mill-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011, p. 34.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Soukup vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-1/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Evalwazzjoni tal-eżami orali)

2013/C 46/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zdenek Soukup (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment É. Boigelot u S. Woog, avukati, sussegwentement É Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)

Suġġett

Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/144/09 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva u d-deċiżjoni li tinkludi kandidat ieħor f’din il-lista, kif ukoll il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Z. Soukup għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 72, 05.03.11, p. 36.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — AX vs BĊE

(Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura dixxiplinarja - Sospensjoni ta’ membru tal-persunal mingħajr tnaqqis tas-salarju bażiku tiegħu - Irtirar ta’ deċiżjoni - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Motivazzjoni - Raġunijiet ta’ deċiżjoni - Allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligi professjonali - Nuqqas gravi)

2013/C 46/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AX (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: fil-Kawża F-7/11, P. Embley u E. Carlini, aġenti, B. Wägenbaur, avukat, u, fil-Kawża F-60/11, P. Embley u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u għall-kumpens għad-danni morali subiti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi fil-Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11 huma miċħuda.

(2)

AX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011, p. 33, u ĠU C 211, 16.07.2011, p. 35.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Ghiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/11) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Kunċett ta’ servizzi marbuta mal-Kummissjoni)

2013/C 46/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dorina Maria Ghiba (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku — Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Għażla COM/INT/EU2/10/AD5 u COM/INT/EU2/AST3 li jiċħdu l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti għar-raġuni li huma ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

D. M. Ghiba għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 95, 26.03.2011, p. 14.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — BA vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/11) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/147/09 - Stabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi ta’ ċittadinanza Rumena - Konoxxenza approfondita tal-lingwa uffiċjali tar-Rumanija - Minorità li titkellem l-Ungeriż fir-Rumanija - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Portata)

2013/C 46/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BA (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li ma taċċettatx lir-rikorrent għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BA għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 173, 11.06.11, p. 16.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Annullament ta’ deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni - Eżekuzzjoni ta’ res judicata - Prinċipju ta’ legalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid proċedura ta’ kompetizzjoni ġenerali)

2013/C 46/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

S. Honnefelder għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha stess.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn S. Honnefelder.


(1)  ĠU C 183, 25.06.2011, p. 34.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2012 — BG vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża F-54/11) (1)

(Servizz pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Revoka - Eżistenza ta’ inkjesta preliminarja quddiem il-qrati kriminali nazzjonali fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa - Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha)

2013/C 46/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BG (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: J. Sant’Anna, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li tapplika fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf tad-drittijiet għall-pensjoni. Konsegwentement, talba, prinċipalment, sabiex ir-rikorrenti tiġi riintegrata fil-post tagħha u, sussidjarjament, li jingħatalha ammont li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni li kieku hija kienet tirċievi bejn id-data li fiha daħlet fis-seħħ ir-revoka u d-data li fiha hija tilħaq l-età ta’ rtirar. Fi kwalunkwe ipoteżi, talba intiża għall-għoti ta’ ammont lir-rikorrenti għad-dannu morali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ BG huwa miċħud.

(2)

BG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Ombudsman Ewropew.


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011, p. 30.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Eklund vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/11) (1)

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Offerta ta’ xogħol proposta lil persuna inkluża fuq lista ta’ riżerva - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali miksuba wara d-diploma - Kompetenza rispettiva tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xogħol - Irtirar tal-offerta ta’ xogħol)

2013/C 46/56

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gustav Eklund (Taino, l-Italja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers, A. Aresu u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers u G. Gattinara, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-offerta ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ Ċentru Komuni ta’ Riċerka bħala assistent tekniku, u li tirtira din l offerta kif ukoll talba għal kumpens għad-danni u l-interessi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Eklund għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011, p. 33.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Menidiatis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Ċaħda ta’ kandidatura - Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament - Terminu raġonevoli - Miżuri ta’ eżekuzzjoni individwali - Telf ta’ opportunità)

2013/C 46/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Menidiatis (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba intiża għall-ħlas ta’ somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minħabba n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza F-128/07

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

A. Menidiatis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mil-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011, p. 47.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Vienna vs Il-Parlament

(Kawża F-97/11) (1)

(Servizz pubbliku - Skema ta’ ħlas - Allowances tal-familji - Allowance tad-dar - Tmiem tad-dritt tal-allowance tad-dar - Xoljiment taż-żwieġ)

2013/C 46/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Vienne (Moutfort, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament fir-rigward tad-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għat-tneħħija tal-allowance tad-dar wara deċiżjoni ċivili li ddikjarat id-divorzju tar rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

P. Vienne għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 347, 26.11.11, p. 47.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Mileva vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/188/10 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla - Membri permanenti jew mhux permanenti)

2013/C 46/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tzena Mileva (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Boigelot, avukat, sussegwentement minn G. Generet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 — INTERPRETI għall-BULGARU (BG), li r-rikorrenti ma titniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u t-talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

T. Mileva għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 6, 07.01.2012, p. 25.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Ntouvas vs ECDC

(Kawża F-107/11) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2010 - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni)

2013/C 46/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Ntouvas (Sundbyberg, l-Isvezja) (rappreżentant: E. Mylonas, avukat)

Konvenuta: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u 1-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: R. Trott, aġent, D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

I. Ntouvas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012, p. 69


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/31


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Possanzini vs Frontex

(Kawża F-61/11) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Proċedura li tikkonċerna t-tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju - Komunikazzjoni lill-membru tal-persunal temporanju dwar l-opinjoni negattiva tal-evalwatur fir-rigward tat-tiġdid tal-kuntratt - Att li jikkawża preġudizzju - Assenza - Talba għall-annullament ta’ osservazzjonijiet sfavorevoli dwar il-prestazzjoni li jinsabu fir-rapporti annwali ta’ evalwazzjoni - Rikors manifestament inammissibbli)

2013/C 46/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniele Possanzini (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rrevokata d-deċiżjoni li jiġġedded il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u parti mir-rapporti ta’ evalwazzjoni tiegħu li jkopru l-perijodu minn Awwissu 2006 sa Diċembru 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

D. Possanzini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011, p. 32


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/31


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Novembru 2012 — Vacarescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/11)

(Servizz pubbliku - Tardività - Ammissibbiltà manifesta)

2013/C 46/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dragos-Lucian Vacarescu (Brussel, il-Belġju) (rappreżentant: R.-C. Radu, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowances ta’ kuljum li kellu dritt għalihom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

D.-L. Vacarescu għandu jbatil-ispejjeż tiegħu.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/32


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012 — BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/12) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Rikors immotivat insuffiċjentement - Rikors manifestament inammissibbli)

2013/C 46/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: N. Visan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 200, 07.07.2012, p. 21.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/32


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2012 — Ciora vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/12)

(Servizz Pubbliku - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/198/10 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni - Rikors - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 46/64

Lingwa tal-kawża:ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Cătălin Ion Ciora (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Bondoc, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/198/10 Kapijiet ta’ Diviżjoni ta’ ċittadinanza Rumena (AD9) li ma jaċċettax il-kanditatura tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

C. Ciora għandu jbati l-ispejjeż tiegħu


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/32


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Scheidemann vs Il-Parlament

(Kawża F-109/12)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċċjal kien jista’ jiġi promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu - Talba li jibbenefika minn promozzjoni retroattiva - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda li seħħet wara d-deċiżjoni impliċita - Terminu għall-ilment - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 46/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sabine Scheidemann (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Uffiċjal pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiġi promossa retroattivament mill-1 Jannar 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli

(2)

S. Scheidemann għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/32


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — AD vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/12)

(Servizz pubbliku - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 46/66

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AD (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatax l-istatus diplomatiku tas-sieħeb tar-rikorrent u d-deċiżjoni li ma jitħallsux ċerti spejjeż tal-ivvjaġar tal-imsemmi sieħeb u t-talba għal kumpens.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

AD għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Settembru 2012 — Skovbjerg Gras vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/11) (1)

2013/C 46/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 173, 11.06.2011, p. 16.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Marzu 2012 — BE vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/11) (1)

2013/C 46/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011, p. 36.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/11) (1)

2013/C 46/69

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 252, 27.08.11, p. 56


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Westeren vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-64/11) (1)

2013/C 46/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011, p. 57


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Ġunju 2012 — Ciora vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-11/12)

2013/C 46/71

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta’ Diċembru 2012 — de Bruin vs EIT

(Kawża F-80/12) (1)

2013/C 46/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 319, 20.10.12, p. 18.


16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/33


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Goddijn vs Europol

(Kawża F-106/12)

2013/C 46/73

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.